ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 152

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
7 ta' Mejju 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 152/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9817 — Rhône Capital/Maxam) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 152/02

Rata tal-kambju tal-euro — Is-6 ta' Mejju 2020

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 152/03

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9797 — AUNDE Group/Toyota Boshoku/TB Kawashima Automotive Textile (India) JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

3

2020/C 152/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9814 — Firmenich/Les Dérivés Résiniques et Terpéniques) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 152/05

Il-pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda fl-Ispeċifikazzjoni għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

6

2020/C 152/06

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

19


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9817 — Rhône Capital/Maxam)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 152/01)

Fit-30 ta’ April 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9817. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta' Mejju 2020

(2020/C 152/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0807

JPY

Yen Ġappuniż

114,65

DKK

Krona Daniża

7,4618

GBP

Lira Sterlina

0,87253

SEK

Krona Żvediża

10,6278

CHF

Frank Żvizzeru

1,0530

ISK

Krona Iżlandiża

159,30

NOK

Krona Norveġiża

11,0900

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,987

HUF

Forint Ungeriż

349,59

PLN

Zloty Pollakk

4,5394

RON

Leu Rumen

4,8233

TRY

Lira Turka

7,7178

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7046

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5225

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,3763

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7839

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5335

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 323,48

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

20,0603

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6707

HRK

Kuna Kroata

7,5690

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 259,13

MYR

Ringgit Malażjan

4,6713

PHP

Peso Filippin

54,620

RUB

Rouble Russu

80,7789

THB

Baht Tajlandiż

35,004

BRL

Real Brażiljan

6,0896

MXN

Peso Messikan

26,0485

INR

Rupi Indjan

81,9815


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9797 — AUNDE Group/Toyota Boshoku/TB Kawashima Automotive Textile (India) JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 152/03)

1.   

Fit-28 ta’ April 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

AUNDE Achter & Ebels GmbH (il-Ġermanja), li tappartjeni għall-AUNDE Group SE (“AUNDE”, il-Ġermanja),

TB Kawashima Co. Ltd (“TBK”, il-Ġappun) ikkontrollata mit-Toyota Boshoku Corporation (“TB”, il-Ġappun),

TB Kawashima Automotive Textile (l-Indja) Private Ltd (il-“Kumpanija fil-Mira”, l-Indja).

AUNDE u TB jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpanija fil-Mira. Qabel it-tranżazzjoni, il-Kumpanija fil-Mira hija kkontrollata esklużivament minn TB permezz ta’ TBK.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

AUNDE Achter & Ebels GmbH: l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ prodotti tal-karozzi, fosthom raden, fabrics tekniċi, covers tat-tessuti u tal-ġilda. Hija sussidjarja ta’ Aunde, li tiffoka fuq l-iżvilupp u l-produzzjoni fost oħrajn ta’ raden, tessuti tekniċi, seat covers u partijiet tal-foam għall-industrija tal-karozzi bl-ismijiet tad-ditti AUNDE, ISRINGHAUSEN u FEHRER għall-OEMs u fornituri lill-industrija tal-karozzi fl-Ewropa u mad-dinja kollha,

TBK: l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-provvista ta’ diversi tipi ta’ tessuti u fabrics interni għall-karozzi partikolament fl-Asja. Hija affiljata ta’ TB, manifattur Ġappuniża ta’ komponenti tal-karozzi, li tiffoka fuq seats għall-karozzi tal-passiġġieri, seats għall-ferroviji u l-ajruplani kif ukoll komponenti tas-seats u komponenti oħra għall-intern u l-estern tal-karozzi,

il-Kumpanija fil-Mira: Il-manifattur u d-distribuzzjoni ta’ tessuti u fabrics għall-intern għall-industrija tal-karozzi fl-Indja u fil-pajjiżi ġirien.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9797 — AUNDE Group/Toyota Boshoku/TB Kawashima Automotive Textile (India) JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


7.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9814 — Firmenich/Les Dérivés Résiniques et Terpéniques)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 152/04)

1.   

Fid-29 ta’ April 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Firmenich Group (“Firmenich”, l-Isvizzera),

il-grupp Les Dérivés Résiniques et Terpéniques (“DRT”, Franza).

Firmenich takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ DRT kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Firmenich tispeċjalizza fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ fwejjaħ, togħmiet u kimiċi tal-aroma;

DRT hija prinċipalment attiva fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ reżin taż-żnuber, żejt terpentina taż-żnuber u terpene taż-żnuber. Uħud mill-prodotti ta’ DRT jistgħu jintużaw bħala kimiċi tal-aroma għall-produzzjoni tal-fwejjaħ.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9814 — Firmenich/Les Derives Resiniques et Terpeniques

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

7.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/6


Il-pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda fl-Ispeċifikazzjoni għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2020/C 152/05)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

TALBA GĦAL EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

“Rioja”

PDO-ES-A0117-AM06

Data tal-applikazzjoni: 24.9.2018

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Modifika mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

2.1.   Rettifika

Korrezzjoni ta’ żball misjub fil-kliem tat-tieni paragrafu tal-punt b.7.1 tat-taqsima 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Rekwiżiti Applikabbli). Din ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Il-kliem irid jinbidel għal:

“Il-proċess ta’ kwalifika ser jitwettaq għal kull konsenja omoġenja jew lott omoġenju u jrid jitwettaq f’konformità mal-Istandards għall-inbejjed eliġibbli għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Rioja”, li huma mfassla mill-Bord Regolatorju”.

2.2.   It-tneħħija tar-restrizzjoni fuq l-użu ta’ xi varjetajiet bojod

Il-punt 3.b.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-intestaturi “ABJAD” u “ROŻÈ”, u l-punt 2.5.1 “Prattiki enoloġiċi speċifiċi” tad-Dokument Uniku jridu jiġu emendati.

Il-linja li tiddikjara li l-varjetajiet Chardonnay, Sauvignon Blanc u Verdejo ma jistgħux ikunu predominanti fil-prodott finali fil-każ tal-inbejjed bojod u rożè trid titħassar.

Il-Bord Regolatorju għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Rioja” estenda l-katalgu tal-varjetajiet bojod u ħomor awtorizzati fl-2008 u fl-2009. Din kienet deċiżjoni strateġika, f’konformità ma’ waħda mir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Pjan Strateġiku għall-Inbid Rioja 2005-2020 fid-dawl tal-opportunitajiet tas-suq.

Bil-ħsieb li jiġu ppreservati l-karatteristiċi tal-inbejjed bojod tiegħu, huwa ddeċieda li l-varjetajiet Chardonnay, Sauvignon Blanc u Verdejo ma jibqgħux ikunu predominanti fil-prodott finali. L-idea kienet li ż-żieda tagħhom tipprovdi nota komplementari u tippermetti kontroll gradwali tat-tkabbir u l-immaniġġjar ta’ dawn il-varjetajiet.

Ir-riżultati kummerċjali tad-deċiżjoni kienu pożittivi b’mod sinifikanti, minħabba li l-kwalità tal-inbejjed bojod Rioja bdiet tiġi apprezzata aktar u nkisbu rati ta’ tkabbir ferm ogħla mill-medja tas-suq.

Fuq dik il-bażi, is-Sessjoni Plenarja tal-Bord Regolatorju tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Rioja” qablet f’laqgħa plenarja li saret fil-11 ta’ Novembru 2016 li tiġi eliminata r-restrizzjoni fuq is-sehem tal-varjetajiet Chardonnay, Sauvignon Blanc u Verdejo fil-prodott finali, minħabba l-interess kummerċjali fihom, kif ukoll minħabba l-adegwatezza pprovata tagħhom għal trattament kwalitattiv.

2.3.   Terminu ġdid tat-tikkettar “Viñedo singular” [vinja waħda] u l-kundizzjonijiet għall-użu

Diversi punti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (3.b.3, 4, 5, 8.b.1, 8.b.3.4, 8.b.4.1, 8.b.4.3, 8.b.5.2, 8.b.5.3, 8.b.5.5, 8.b.6.2, 8.b.6.3, 8.b.6.4, 8.b.7.3, 8.b.9, 8.b.10.3, 8.b.10.5, 8.b.10.9) u fid-Dokument Uniku (2.5.1 rendiment tal-ipproċessar, 2.5.2, 2.6 l-aħħar paragrafu, 2.9, tikkettar) iridu jiġu emendati biex jintroduċu l-kundizzjonijiet għall-użu tat-terminu “viñedo singular” [vinja waħda].

Ir-reazzjoni għad-domanda tal-konsumatur għal aktar informazzjoni dwar l-oriġini tal-inbejjed fuq it-tikketta; l-interess tal-operaturi li jippromwovu nbejjed li ġejjin minn oriġini speċifika u li huma limitati għal post partikolari; u l-ħtieġa li tiġi organizzata u standardizzata kif suppost l-offerta eżistenti tal-inbejjed u ż-żidiet ġodda possibbli magħha: dawn il-fatturi kollha kienu jfissru li kien rakkomandabbli li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet, fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-raba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-Liġi Nru 6/2015, għar-rikonoxximent ta’ dawk l-inbejjed minn entitajiet ġeografiċi iżgħar li, fil-każ speċifiku ta’ Rioja, ingħataw id-denominazzjoni ta’ “viñedos singulares” jew vinji singoli.

Minħabba din is-sitwazzjoni, fl-aħħar sentejn tfasslu diversi proposti u ġew analizzati diversi alternattivi. Intalbet l-opinjoni tal-esperti u saru dibattiti sabiex tingħata ħarsa lejn l-iċken dettall. Ir-riżultat huwa regolament li huwa konxju tas-suċċess ibbażat fuq il-kategoriji eżistenti u li jibni fuqhom biex joffri informazzjoni li tkun apprezzata minn ċerti konsumaturi.

Il-vinji singoli jridu jkunu bbilanċjati, b’vigorożità tad-dwieli limitata u b’ċerti rekwiżiti kwalitattivi, li flimkien mal-oriġini, jgħinu biex jiġi prodott inbid ta’ kwalità għolja.

Għalhekk, minbarra t-traċċabbiltà obbligatorja, ġew definiti proċeduri biex dan il-bilanċ jiġi żgurat Madankollu, hemm ukoll limitazzjonijiet fir-rigward tal-età, ir-rendimenti, il-prattiki tat-tkabbir, il-ħsad u l-ipproċessar. Il-valutazzjoni organolettika hija aktar eżiġenti u r-rabta mal-vinja trid tkun maħsuba biex iddum matul iż-żmien.

Din twitti t-triq għal offerta usa’ tal-inbid f’Rioja, li bla dubju tgħin biex tagħti spinta lill-profil tal-inbid bħala DOP ewlenija minn ta’ quddiem, kif ukoll biex dan ikun apprezzat mill-influwenzaturi u mill-opinjonisti.

2.4.   Bidliet fil-kundizzjonijiet għall-użu tat-termini tradizzjonali “Reserva” u “Gran Reserva”

Il-punt 3.C, l-intestaturi “Għat-terminu tradizzjonali “Reserva”” u “Għat-terminu tradizzjonali “Gran Reserva”” jridu jiġu emendati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dan ma jaffettwax id-Dokument Uniku.

Għall-inbejjed ħomor “Reserva”, jiġu introdotti żminijiet minimi għall-maturazzjoni fil-fliexken u, għall-inbejjed ħomor “Gran Reserva”, dan iż-żmien jitqassar, fi ħdan il-perjodi ta’ żmien minimi rregolati mil-leġiżlazzjoni Spanjola dwar l-użu ta’ dawn it-termini tradizzjonali.

Id-definizzjoni tat-terminu tradizzjonali komplementari “Reserva” ma speċifikatx — fid-definizzjoni pprovduta fil-Liġi 6/2015 tat-12 ta’ Mejju 2015 jew fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Rioja” — perjodu minimu għall-maturazzjoni fil-fliexken. Għalhekk, dan tħalla għad-diskrezzjoni tal-operatur, li kien liberu li jiddeċiedi meta jkunu nkisbu l-bilanċ u l-karatteristiċi tajbin għall-kategorija inkwistjoni. Fid-dawl tal-monitoraġġ organolettiku tal-inbejjed tikkettati fil-fabbriki tal-inbid għall-kunsinna u akkwistati fil-punt tal-bejgħ, ġie deċiż li jkun pass kwalitattiv ċar ’il quddiem li jiġi stabbilit żmien minimu għall-maturazzjoni fil-fliexken fil-każ tal-inbid aħmar, fir-rigward taż-żmien minimu totali speċifikat fid-definizzjoni, u li dan ikun konformi mal-proċess ta’ titjib kontinwu li l-inbid Rioja dejjem kien impenjat li jsegwi. Għalhekk, fil-laqgħa plenarja tagħha tal-11 ta’ Novembru 2016, is-Sessjoni Plenarja tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Rioja” ddeċidiet li tiddefinixxi perjodu minimu ta’ 6 xhur għall-maturazzjoni fil-fliexken għall-inbejjed ħomor “Reserva” biex jiġi segwit il-proċess ta’ maturazzjoni fil-btieti, li jrid idum mill-inqas sena. B’kollox, il-proċess kollu ta’ maturazzjoni jrid idum mill-inqas 36 xahar.

Id-definizzjoni tat-terminu komplementari tradizzjonali “Gran Reserva” tfisser li hemm ċerti inflessibbiltajiet fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Rioja” meta mqabbla mad-definizzjoni tagħha kif stipulata fil-Liġi 6/2015 tat-12 ta’ Mejju 2015, li pprevediet perjodu minimu ta’ maturazzjoni fil-fliexken ta’ 36 xahar, wara 24 xahar ta’ maturazzjoni fil-bittija. Il-leġiżlazzjoni Spanjola tesiġi li dan il-perjodu fil-bittija jdum mill-inqas 18-il xahar, iżda ma tispeċifikax it-tul ta’ żmien li fih l-inbid irid jibqa’ fil-fliexken. Ir-Rioja għandu rekwiżiti aktar stretti għall-perjodu ta’ żmien minimu ta’ maturazzjoni fil-btieti — 24 xahar — minħabba li dan huwa meqjus li jippermetti versatilità akbar u nbejjed aktar espressivi, filwaqt li jikseb kwalità mill-aqwa. Il-perjodu minimu għall-maturazzjoni fil-fliexken jitnaqqas għal 24 xahar — għalkemm dan xorta għadu itwal mil-leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tispeċifika xejn f’dan ir-rigward — mingħajr ma jinbidel il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni kkombinata ta’ 60 xahar. Fil-laqgħa plenarja tagħha tal-11 ta’ Novembru 2016, is-Sessjoni Plenarja tal-Bord Regolatorju għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Rioja” ddeċidiet li tiddefinixxi l-inbejjed ħomor fil-kategorija “Gran Reserva” bħala dawk li mmaturaw f’fabbrika tal-inbid għal mill-inqas 60 xahar, li minnhom iridu jkunu qattgħu mill-inqas 24 fil-bittija u mill-inqas 24 fil-fliexken.

2.5.   Żdiedet kategorija ġdida ta’ prodott protett — inbid frizzanti ta’ kwalità

Diversi punti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (2, 2.a.1, 2.a.2, 2.a.4, 2.a.5, 2.a.6, 2.a.7, 2.a.8, 2.b, 3.b.1, 3.b.2, 3.b.3, 3.b.4, 3.ċ, 7, 8.b.5.1, 8.b.7.2, 8.b.9, 8.b.10.3) u fid-Dokument Uniku (2.3, 2.4, 2.5.1, 2.8, 2.9 tikkettar) iridu jiġu emendati biex jintroduċu r-rekwiżiti għal din il-kategorija ġdida ta’ prodotti u r-rabta tagħha.

Id-data tas-suq turi li l-inbejjed frizzanti kienu sejrin eċċezzjonalment tajjeb f’dawn l-aħħar snin. Bħala denominazzjoni orjentata lejn is-suq b’mod permanenti, ir-“Rioja” ma jistax jitlef din l-opportunità. Għadd sinifikanti ta’ Denominazzjonijiet tal-Oriġini Spanjoli jinkludu l-inbejjed frizzanti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tagħhom u, għalhekk, l-estensjoni deskritta għal “Rioja” bl-ebda mod ma hija deċiżjoni imprudenti jew illoġika.

Bil-ħsieb li jinżammu l-istess standards ta’ kwalità bħal dawk għall-inbejjed bla gass, l-intenzjoni hija li jinħoloq inbid frizzanti ta’ livell għoli u din hija r-raġuni għar-restrizzjonijiet fuq ir-rendiment u fuq il-kontenut taz-zokkor (Brut, Extra Brut u Brut Nature). L-użu tal-metodu tradizzjonali għall-produzzjoni tal-inbid u l-perjodu minimu ta’ 15-il xahar għall-maturazzjoni huma prova ta’ dan.

2.6.   Inbejjed taż-żona u tal-muniċipalità

Diversi punti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (2.a.1, 8.b.9, 8.b.10.3, 8.b.10.10) u fid-Dokument Uniku (2.6 — “Rioja Baja” nbidlet għal “Rioja Oriental” -, 2.8, 2.9, tikkettar) iridu jiġu emendati biex jintroduċu l-kundizzjonijiet li jeħtieġ li jiġu ssodisfati sabiex l-inbid iġorr l-isem ta’ ċerti żoni u muniċipalitajiet.

Il-kunċett ta’ subżona huwa sostitwit minn dak ta’ żona u t-tlieta li diġà jeżistu huma miżmuma. Madankollu, waħda minnhom tbiddel isimha (minn “Rioja Baja” għal “Rioja Oriental”). Ser ikun possibbli wkoll li jiġi indikat l-isem ta’ muniċipalità fuq it-tikketta jekk l-inbid ikun ġej minn hemmhekk.

Is-Sessjoni Plenarja tal-Bord Regolatorju aġġornat ir-regoli dwar l-indikazzjonijiet taż-żona (bidla fl-isem għas-subżoni li tesprimi aħjar il-filosofija li Rioja għandha l-għan li tittratta, jiġifieri entità li hija akbar minn dawn it-tliet demarkazzjonijiet jew unitajiet ġeografiċi iżgħar) u l-muniċipalità jew il-belt, bl-għan li tingħata spinta lill-viżibbiltà tagħhom u ssir il-promozzjoni ta’ dawn l-inbejjed. Dan jirrispondi wkoll għat-tħassib tal-operaturi, tal-opinjonisti u tal-konsumaturi finali, li qegħdin jitolbu aktar informazzjoni fuq it-tikketta dwar id-diversità enormi ta’ nbejjed li qegħdin jiġu offruti bħalissa fis-suq permezz tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Rioja”. Dawn l-indikazzjonijiet ser jikkomplementaw il-firxa tradizzjonali u ta’ suċċess ta’ nbejjed magħmula permezz tat-taħlit ta’ nbejjed ta’ oriġini differenti.

Wara li fl-1998 iddefinixxa r-regoli għal proċedura ta’ traċċabbiltà, li ppermettew li l-ismijiet tal-muniċipalitajiet jew l-indikazzjonijiet “Rioja Alta”, “Rioja Alavesa” jew “Rioja Baja” jintwerew fuq it-tikketta, il-Bord issa għamel pass ieħor ’il quddiem billi ppreveda sitwazzjonijiet fejn il-produtturi tal-inbid ikabbru d-dwieli f’postijiet li jmissu ma’ xulxin. Issa huwa possibbli li jiġi inkluż sa 15 % tal-volum tal-għeneb minn barra l-entitajiet iż-żgħar imsemmija qabel, soġġett għal dawn il-kundizzjonijiet. Ir-rekwiżit ser ikun impenn mill-vinja matul iż-żmien sabiex tiġi promossa s-sostenibbiltà u tiġi evitata l-ispekulazzjoni. Dan il-marġini ta’ tolleranza huwa fi ħdan il-possibbiltajiet offruti mil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Żvilupp ġdid ieħor huwa ż-żieda fid-daqs tal-porzjon tat-tikketta li jista’ jiġi allokat għall-muniċipalitajiet jew għal dawk li issa huma msejħa żoni. Sa issa, id-daqs ta’ dawn l-indikazzjonijiet fuq it-tikketti tal-inbid kien limitat għal massimu ta’ żewġ terzi tad-daqs allokat għal “Rioja”. Minn issa ’l quddiem, dawn jistgħu jintwerew fuq bażi ugwali u l-uniku rekwiżit huwa li ma jridux ikunu aktar prominenti mill-isem tad-Denominazzjoni.

Ir-Rioja qed ikompli jespandi l-firxa ta’ kategoriji eżistenti tiegħu bħala parti mill-proċess ta’ titjib kontinwu li huwa impenjat li jkompli jsegwi, u dejjem qed ifittex li jagħti spinta lill-pożizzjonament tiegħu bħala wieħed mir-reġjuni prominenti fis-segment tal-inbejjed ta’ kwalità fis-suq internazzjonali. Din il-klassifikazzjoni tal-offerta eżistenti tal-inbejjed tistabbilixxi xi rekwiżiti li jagħmluha possibbli li jiġu ggarantiti l-kwalità tal-prodott u l-preċiżjoni tal-indikazzjonijiet fuq it-tikketti.

2.7.   Bidla fl-intensità tal-kulur tal-inbejjed rożè

Il-Punt 2.a.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott irid jiġi emendat, iżda dan ma jinvolvi l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

L-inbejjed rożè b’inqas intensità tal-kulur huma permessi.

Minħabba l-firxa tal-intensità stabbilita għall-inbejjed frizzanti ta’ kwalità għolja koperti minn din id-DOP, tkun idea tajba, għall-fini ta’ konsistenza, li jiġu adottati l-istess kategoriji bħal dawk użati għall-inbejjed rożè bla gass koperti minnha, filwaqt li jiġu koperti wkoll l-inbejjed b’inqas intensità tal-kulur li issa huma fil-moda u mfittxija mill-konsumaturi.

2.8.   Bidla fir-rigward tad-dati minn meta jiġu kkalkolati l-perjodi tal-maturazzjoni

Il-punt 3.ċ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott irid jiġi emendat, iżda dan ma jinvolvi l-ebda emenda għad-Dokument Uniku.

Ma għadha qed issir l-ebda referenza għad-dati minn meta jiġi kkalkolat il-perjodu tal-maturazzjoni għall-inbejjed li għandhom it-terminu tradizzjonali “Crianza”. Il-Bord Regolatorju huwa awtorizzat li jilħaq ftehimiet f’dak ir-rigward.

Ir-raġuni għal din il-bidla hija li l-ħsad beda aktar kmieni f’dawn l-aħħar snin. Kien innotat li, min-naħa tagħha, din iċ-ċirkostanza wasslet biex il-produzzjoni tal-inbid titmexxa wkoll ’il quddiem fiż-żmien u biex l-inbid jitqiegħed fil-btieti aktar kmieni. Dan kien ifisser li kien hemm diskrepanza bejn dak li fil-fatt kien qed iseħħ u l-bidu tal-kalkolu skont l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Huwa nnotat ukoll li d-data tal-1 ta’ Ottubru speċifikata fl-istess taqsima trid titressaq ’il quddiem meta jiġi kkalkolat il-bidu tas-sentejn kalendarji li jrid idum għaddej il-proċess tal-maturazzjoni, fid-dawl taċ-ċirkostanzi attwali u l-ispjegazzjoni ta’ hawn fuq.

Huwa fid-diskrezzjoni tal-korp inkarigat mill-immaniġġjar tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta li jilħaq ftehimiet f’dak ir-rigward, sabiex b’hekk ikun jista’ jippermetti b’mod flessibbli kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi li sseħħ fil-ġejjieni.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem tal-prodott

Rioja

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbejjed bojod u rożè (xotti u nofshom misjura)

Inbejjed bojod: isfar lewn it-tiben bi ħjiel ta’ lime, nadif u liemi Aroma ta’ frott aħdar, fjuri u ħxejjex ħodor, tipika tal-varjetà. Aċidità moderata b’sensazzjoni ta’ freskezza.

Inbejjed rożè: frawli bi traċċa ta’ lampun (lewn is-salamun, fil-każ ta’ nbejjed Crianza), liemi, nadif. Aroma ta’ frott aħmar u noti ta’ fjuri. Bilanċ bejn l-aċidità u l-frott fil-ħalq, b’sensazzjoni friska.

Fiż-żewġ każijiet, l-aromi jitħalltu fil-proċess tal-maturazzjoni ma’ oħrajn ta’ injam tal-ballut (noti ta’ vanilja mixwija u affumikata) u l-aċidità tiġi integrata man-noti tal-injam mixwi.

Il-kontenut tal-alkoħol ivarja skont is-subżoni u l-maturazzjoni.

Volatilità akbar fl-inbejjed li għandhom ’il fuq minn sena.

SO2 massimu ta’ 180 mg/l jekk iz-zokkor ikun < 5 g/l.

Għal kwalunkwe limitu mhux kopert, ser tapplika l-leġiżlazzjoni permanenti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

240

Inbejjed bojod u rożè (ħelwin mezzana u ħelwin)

Inbejjed bojod: isfar lewn it-tiben bi ħjiel ta’ lime, nadif u liemi Aroma ta’ frott aħdar, fjuri u ħxejjex ħodor, tipika tal-varjetà. Aċidità moderata, sensazzjoni ta’ freskezza u ħlewwa fil-ħalq, skont it-tip.

Inbejjed rosé: frawli bi traċċa ta’ lampun (lewn is-salamun, fil-każ ta’ nbejjed Crianza), liemi, nadif. Aroma ta’ frott aħmar u noti ta’ fjuri. Bilanċ bejn aċidità/frott, sensazzjoni ta’ freskezza u ħlewwa fil-ħalq, skont it-tip.

Fiż-żewġ każijiet, l-aromi jitħalltu fil-proċess tal-maturazzjoni ma’ oħrajn ta’ injam tal-ballut (noti ta’ vanilja mixwija u affumikata) u l-aċidità tiġi integrata man-noti tal-injam mixwi.

Il-kontenut tal-alkoħol ivarja skont is-subżoni u l-maturazzjoni.

Volatilità akbar fl-inbejjed li għandhom ’il fuq minn sena.

SO2 massimu ta’ 180 mg/l jekk iz-zokkor ikun < 5 g/l.

Għal kwalunkwe limitu mhux kopert, ser tapplika l-leġiżlazzjoni permanenti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

25

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

240

Inbejjed ħomor (xotti u nofshom xotti)

L-inbejjed żgħar huma vjola b’tonalitajiet ta’ vjoletta; L-inbejjed “Crianza” huma marun u aħmar lewn iċ-ċirasa; L-inbejjed “Reserva” għandhom kulur aħmar lewn iċ-ċirasa b’tonalitajiet ta’ rubin; L-inbejjed “Gran Reserva” għandhom kulur rubin b’tonalitajiet ta’ aħmar samrani. Aroma: noti intensi ta’ frott, varjetajiet u fjuri, b’aromi ta’ injam tal-ballut mixwi fil-każ tal-inbejjed “Crianza”. L-inbejjed “Reserva” u “Gran Reserva” huma aktar kumplessi b’aromi pikkanti. Togħma: għandhom ħafna togħma b’kontenut bilanċjat ta’ aċidu/alkoħol/tannini. Il-maturazzjoni ttejjeb il-konsistenza lixxa u testendi t-tul.

Il-limiti tal-kontenut tal-alkoħol ivarjaw skont iż-żoni u l-maturazzjoni.

Volatili: l-inbejjed xotti ta’ aktar minn sena, b’massimu ta’ 1 gr/l sa 10 % tal-volum u 0,06 gr/l għal kull grad ta’ alkoħol ta’ aktar minn 10 % tal-volum

SO2: Massimu ta’ 140 mg/l jekk iz-zokkor ikun < 5 g/l.

Għal kwalunkwe limitu mhux kopert, ser tapplika l-leġiżlazzjoni permanenti.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

180

Inbejjed frizzanti ta’ kwalità (bojod jew rosé)

Inbid li juri r-rilaxx kontinwu ta’ diossidu tal-karbonju li jieħu l-forma viżwali ta’ bżieżaq fini meta jiġi servut għall-konsum.

Inbid frizzanti ta’ kwalità, bħall-cuvée tiegħu wara l-ewwel fermentazzjoni, ikun ċar, mingħajr partikoli f’sospensjoni, u bi sfumaturi differenti ta’ kulur isfar jew roża.

L-aroma tiegħu għandu jkollha attributi pożittivi ta’ freskezza u frott, bil-kumplessità li tirriżulta minn serħan fuq il-karfa matul it-tieni fermentazzjoni. Dan jidher l-aktar fl-inbejjed “Reserva” u “Gran Añada”. Huwa jrid ikun ħieles minn difetti, speċjalment dawk li jirriżultaw minn ossidazzjoni jew tnaqqis.

Għal kwalunkwe limitu mhux kopert, ser tapplika l-leġiżlazzjoni permanenti.

Qawwa alkoħolika proprja massima fi 13 % tal-vol.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

5,5 grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10,83

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

140

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Prattika ta’ kultivazzjoni

Il-vinji huma meqjusa bħala li jibdew jipproduċu fir-raba’ ċiklu tat-tkabbir tagħhom (jew qabel dan, soġġetti għal awtorizzazzjoni).

Densità: bejn minimu ta’ 2 850 u massimu ta’ 10 000 dielja għal kull ettaru

Sistemi ta’ żbir/tħarriġ: żbir f’forma ta’ sġajriet u varjanti, “double cordon, rod and thumb, single or unilateral cordon, double Guyot” (għal Chardonnay, Sauvignon Blanc, Verdejo, Maturana abjad, Tempraillo abjad u Turruntés biss).

Tagħbija massima: 12-il blanzun/dielja; 16 għall-varjetajiet bojod imsemmija u 14 għall-Grenache. Eċċezzjonijiet possibbli.

Tisqija: permessa. Bejn il-15 ta’ Awwissu u l-ħsad, it-tisqija trid issir biss bl-użu ta’ sistemi lokalizzati u trid tiġi sottomessa notifika bil-miktub 24 siegħa qabel; it-tisqija bil-friefet hija permessa jekk jingħata l-permess; metodi oħrajn huma pprojbiti.

Għall-inbejjed frizzanti ta’ kwalità, l-għeneb irid jinħasad bl-idejn (il-ħsad mekkaniku huwa pprojbit).

Prattika enoloġika speċifika

Il-proporzjon tal-varjetajiet skont it-tipi ta’ nbid:

AĦMAR: minimu ta’ 95 % tal-varjetajiet ħomor jekk l-għeneb ikun tneħħielu z-zokk u ta’ 85 % jekk ikun sħiħ.

ABJAD: 100 % għeneb abjad.

ROŻÈ: minimu ta’ 25 % ta’ għeneb aħmar

INBEJJED FRIZZANTI TA’ KWALITÀ (ABJAD U ROŻÈ): b’għeneb abjad u/jew aħmar. L-inbejjed rożè jrid ikollhom mill-inqas 25 % ta’ għeneb aħmar.

It-taħlit fakultattiv tal-kuluri tal-għeneb irid isir wara l-kunsinna.

Karatteristiċi tal-għeneb: f’saħħtu u b’kontenut minimu ta’ alkoħol ta’: 11 % tal-volum għall-inbejjed ħomor, 10,5 % tal-volum għall-inbejjed bojod u 9,5 % tal-volum għall-inbejjed frizzanti ta’ kwalità.

Rendiment massimu tal-ipproċessar

70 litru/100 kg ta’ ħsad għall-inbejjed. Dan jista’ jvarja f’każijiet eċċezzjonali fi ħdan ċerti limiti.

62 litru/100 kg ta’ ħsad għall-inbejjed frizzanti ta’ kwalità. Dan jista’ jvarja f’każijiet eċċezzjonali fi ħdan ċerti limiti.

65 litru/100 kg ta’ ħsad għal dawk li juru l-indikazzjoni “viñedo singular” [vinja waħda]. Ma hija permessa l-ebda varjazzjoni.

Restrizzjoni rilevanti għall-produzzjoni tal-inbid

Projbizzjonijiet

L-użu ta’ frazzjonijiet ta’ most jew inbid miksuba permezz ta’ pressjonijiet inadegwati fl-inbejjed protetti

Preses tal-viti kontinwi, magni tat-tgħaffiġ b’azzjoni ċentrifugali, tisħin minn qabel tal-għeneb jew tisħin tal-most jew tal-inbid fil-preżenza tar-residwu sabiex tiġi sforzata l-estrazzjoni ta’ materjal koloranti

L-użu ta’ biċċiet ta’ injam tal-ballut fil-produzzjoni, fil-maturazzjoni u fil-ħażna

It-taħlit ta’ tipi differenti ta’ nbid biex jinkiseb inbid differenti mill-inbejjed imħalltin

Il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-produzzjoni tal-inbid

Fermentazzjoni fil-btieti: għall-inbejjed bojod u rożè, li jridu jibqgħu fil-bettija għal mill-inqas xahar.

Maċerazzjoni karbonika: il-perċentwal massimu ta’ għeneb abjad permess fil-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor huwa ta’ 5 % fil-każ ta’ għeneb biz-zokk u 15 % f’dak ta’ għeneb sħiħ.

Inbid frizzanti ta’ kwalità: bil-metodu tradizzjonali. Mill-inqas 15-il xahar konsekuttivi bejn it-tirage u l-eliminazzjoni, fl-istess flixkun. Il-proċess kollu tal-produzzjoni, inkluż it-tikkettar, fl-istess fabbrika tal-inbid. Fil-fermentazzjoni sekondarja, il-kontenut proprju ta’ alkoħol ma għandux ikun ta’ aktar minn 1,5 % tal-volum. Il-likur ta’ spedizzjoni ma għandux iżid il-kontenut proprju ta’ alkoħol b’aktar minn 0,5 % tal-volum. Wara l-eliminazzjoni, it-trasferiment mingħajr filtrazzjoni jitħalla jsir fi fliexken tal-ħġieġ b’kapaċità ta’ inqas minn 0,75 l jew mill-inqas 3 litri. L-aċidifikazzjoni u t-tneħħija tal-kulur huma pprojbiti.

b.   Rendimenti massimi

Varjetajiet ħomor

6 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Varjetajiet ħomor

45,5 ettolitru għal kull ettaru

Varjetajiet bojod

9 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Varjetajiet bojod

63 ettolitru għal kull ettaru

Għeneb aħmar maħsub għal “viñedo singular” [vinja waħda]

5 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Għeneb aħmar maħsub għal “viñedo singular” [vinja waħda]

32,5 ettolitru għal kull ettaru

Għeneb abjad maħsub għal “viñedo singular” [vinja waħda]

6 922 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Għeneb abjad maħsub għal “viñedo singular” [vinja waħda]

44,99 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

RIOJA ALTA

Il-Komunità Awtonoma ta’ La Rioja

Ábalos

Alesanco

Alesón

Anguciana

Arenzana de Abajo

Arenzana de Arriba

Azofra

Badarán

Bañares

Baños de Río Tobía

Baños de Rioja

Berceo

Bezares

Bobadilla

Briñas

Briones

Camprovín

Canillas

Cañas

Cárdenas

Casalarreina

Castañares de Rioja

Cellórigo

Cenicero

Cidamón

Cihuri

Cirueña

Cordovín

Cuzcurrita de Río Tirón

Daroca de Rioja

Entrena

Estollo

Foncea

Fonzaleche

Fuenmayor

Galbárruli

Gimileo

Haro

Hervías

Herramélluri

Hormilla

Hormilleja

Hornos de Moncalvillo

Huércanos

Lardero

Leiva

Logroño

Manjarrés

Matute

Medrano

Nájera

Navarrete

Ochánduri

Ollauri

Rodezno

Sajazarra

San Asensio

San Millán de Yécora

San Torcuato

San Vicente de la Sonsierra

Santa Coloma

Sojuela

Sorzano

Sotés

Tirgo

Tormantos

Torrecilla sobre Alesanco

Torremontalbo

Treviana

Tricio

Uruñuela

Ventosa

Villalba de Rioja

Villar de Torre

Villarejo

Zarratón

Il-Provinċja ta’ Burgos (Miranda de Ebro): El Ternero (enklav)

RIOJA ORIENTAL

Il-Komunità Awtonoma ta’ La Rioja

Agoncillo

Aguilar del Río Alhama

Albelda

Alberite

Alcanadre

Aldeanueva de Ebro

Alfaro

Arnedillo

Arnedo

Arrúbal

Ausejo

Autol

Bergasa

Bergasilla

Calahorra

Cervera del Río Alhama

Clavijo

Corera

Cornago

El Redal

El Villar de Arnedo

Galilea

Grávalos

Herce

Igea

Lagunilla de Jubera

Leza del Río Leza

Molinos de Ocón

Murillo de Río Leza

Muro de Aguas

Nalda

Ocón (La Villa)

Pradejón

Préjano

Quel

Ribafrecha

Rincón de Soto

Santa Engracia de Jubera (iż-żona tat-Tramuntana)

Santa Eulalia Bajera

Tudelilla

Villamediana de Iregua

Villarroya

Il-Komunità Awtonoma ta’ Navarre

Andosilla

Aras

Azagra

Bargota

Mendavia

San Adrián

Sartaguda

Viana

RIOJA ALAVESA

Il-Provinċja ta’ Álava

Baños de Ebro

Barriobusto

Cripán

Elciego

Elvillar de Alava

Labastida

Labraza

Laguardia

Lanciego

Lapuebla de La barca

Leza

Moreda de Alava

Navaridas

Oyón

Salinillas de Buradon

Samaniego

Villabuena de Álava

Yécora

Il-vinji li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Lodosa fuq ix-xatt tal-lemin tal-Ebro, u li ddaħħlu fir-reġistru tal-vinji tal-Bord mid-29 ta’ April 1991, għandhom jibqgħu rreġistrati sakemm jibqgħu jeżistu.

Kwalunkwe bidla fil-konfini tal-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona tal-produzzjoni ma għandhiex tfisser li l-vinji rreġistrati ser jitneħħew mir-reġistru tal-vinji.

Iż-żona tal-produzzjoni tinkludi entitajiet ġeografiċi iżgħar li huma identifikati bħala “viñedos singulares” [vinji singoli]. Dawn huma iżgħar minn muniċipalità u jistgħu jikkonsistu f’roqgħa katastali waħda jew f’diversi rqajja’ differenti. Id-dwieli jrid ikollhom mill-inqas 35 sena.

7.   Varjetà jew varjetajiet ewlenin tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

GARNACHA ABJAD

ALARIJE - MALVASÍA RIOJANA

ALBILLO MAYOR - TURRUNTÉS

SAUVIGNON BLANC

TEMPRANILLO

TEMPRANILLO ABJAD

VERDEJO

GRENACHE AĦMAR

CHARDONNAY

MACABEO - VIURA

MATURANA ABJAD

MATURANA AĦMAR

MAZUELA

GRACIANO

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

INBID

L-inbejjed magħmula minn għeneb li ġej minn Rioja Alta huma kkaratterizzati mill-influwenza speċjali tal-klima Atlantika. Dan jagħti lill-inbejjed qawwa alkoħolika moderata u palat b’aċidità għolja. Għal din ir-raġuni, l-inbejjed huma addattati għall-maturazzjoni fil-btieti. Iż-żona għandha inqas sigħat ta’ dawl tax-xemx matul iċ-ċiklu tat-tkabbir miż-żona aktar lejn in-Nofsinhar koperta mid-Denominazzjoni. Hija għandha wkoll ammont ikbar ta’ xita, li għandu effett dirett fuq l-aċidità tagħha. Dawn il-fatturi, flimkien mal-protezzjoni mogħtija mis-Sierra de Cantabria, itejbu l-karatteristiċi deskritti fl-inbejjed, kemm jekk weħidhom kif ukoll jekk imħalltin ma’ nbejjed minn żoni oħrajn. Fil-każ taż-żona ta’ Rioja Alavesa, il-konverġenza tal-klima Atlantika u dik Mediterranja tfisser li l-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika pjuttost ogħla minn dawk imsemmija qabel. Huma għandhom ukoll aċidità aktar baxxa u huma aktar versatili, daqs kemm huma addattati għall-konsum immedjat u għall-maturazzjoni. Il-protezzjoni mis-Sierra de Cantabria, lejn it-Tramuntana, hija saħansitra aktar sinifikanti. Is-sigħat tad-dawl tax-xemx huma simili għal dawk ta’ Rioja Alta, filwaqt li l-ammont ta’ xita huwa pjuttost inqas. Il-versatilità tagħhom ukoll tagħmilhom ideali fil-produzzjoni ta’ nbejjed imħalltin. Fl-aħħar nett, għall-inbejjed miż-żona l-aktar fin-Nofsinhar, Rioja Oriental, insibu inqas xita u klima notevolment Mediterranja ġeneralment ikkaratterizzata minn aktar xemx. L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika u aroma ogħla u huma ideali biex jitħalltu sabiex minnhom jiġu prodotti nbejjed intiżi għall-maturazzjoni. Fl-istess ħin, il-kundizzjonijiet klimatiċi jirriżultaw fi nbejjed li jistgħu jkunu addattati wkoll għal konsum aktar immedjat.

L-analiżi tal-ħamrija tkopri tliet tipi ewlenin. L-ewwel nett, hemm il-ħamrija tat-tafal tal-franka li tinstab fil-parti l-aktar lejn it-Tramuntana taż-żona koperta mid-Denominazzjoni. Din tirrappreżenta s-sors bażiku għall-vitikultura, li jinstab bejn Rioja Alavesa u Rioja Alta. Imbagħad, fl-aħħar żona u f’Rioja Oriental, hemm ukoll il-ħamrija taflija alluvjali u b’ħafna ħadid li tipproduċi nbejjed b’inqas palat minn dawk imsemmija qabel.

F’termini ekonomiċi, l-inbid jirrappreżenta 20 % tal-PDG tar-reġjun. Il-prattika antika tal-vitikultura, u l-importanza vitali tal-inbid fir-reġjun, tfisser dipendenza fuq is-sostenibbiltà tiegħu. Għalhekk, jittieħed vantaġġ sħiħ mill-kundizzjonijiet naturali deskritti. B’mod partikolari, hemm l-ispeċjalità tal-inbejjed li jimmaturaw li rriżultat f’waħda mill-ogħla konċentrazzjonijiet ta’ btieti tal-ballut fid-dinja.

INBID FRIZZANTI TA’ KWALITÀ

Filwaqt li d-Denominazzjoni hija prinċipalment magħrufa għall-produzzjoni ta’ nbejjed bla gass, madankollu, xi fabbriki tal-inbid ilhom jipproduċu nbejjed frizzanti ta’ kwalità bil-metodu tradizzjonali minn nofs is-seklu dsatax u, b’hekk, għandhom l-għarfien espert u l-esperjenza.

Il-freskezza u l-aċidità huma żewġ elementi ewlenin fil-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità. Id-Denominazzjoni tinsab f’żona b’temperaturi aktar kesħin, skont l-iskala Winkler. Dan jikkontribwixxi għal ċikli tat-tkabbir qosra li jirriżultaw f’maturità fenolika korretta mingħajr ma jilħqu livelli għoljin ta’ qawwa alkoħolika: karatteristiċi li jipprovdu l-punt tat-tluq ideali għall-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali oħrajn

Qafas ġuridiku

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni

L-inbejjed koperti mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Rioja” jridu jiġu bbottiljati biss f’fabbriki tal-inbid li jkunu rreġistrati mal-Bord Regolatorju. Inkella, l-inbid ma jitħalliex juża d-denominazzjoni.

Dan ir-rekwiżit ġie stabbilit b’reazzjoni għall-fatt li l-kwalità tal-inbid finalment offrut lill-konsumatur hija f’riskju akbar meta l-inbid ikun ġie ttrasportat u bbottiljat barra miż-żona tal-produzzjoni milli meta dawn l-operazzjonijiet isiru fiż-żona. Ir-rekwiżit iservi biex jipproteġi r-reputazzjoni tajba tal-inbid Rioja billi jsaħħaħ il-kontroll tal-karatteristiċi u l-kwalità speċjali tiegħu. Huwa jipproteġi d-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta li minnha jibbenifikaw il-produtturi kollha affettwati. Id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata permezz ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Mejju 2000.

Qafas ġuridiku

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni

It-terminu “RIOJA” jrid jidher b’mod prominenti u jenħtieġ li eżatt taħt “RIOJA” jidhru l-elementi li ġejjin: “Denominación de Origen Calificada” (Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta); it-timbru tal-Bord Regolatorju; it-trademark; u l-isem jew l-isem tan-negozju ta’ fabbrika tal-inbid irreġistrata jew isem kummerċjali.

It-termini “bittija” u “injam” ma jridux jissemmew fil-kummerċjalizzazzjoni, fir-reklamar u fit-tikkettar tal-inbejjed qabel ma jitlesta l-proċess tal-maturazzjoni.

Huwa permess li jintuża l-isem ta’ żona jew muniċipalità meta l-għenba tkun ġejja minn hemmhekk u meta l-inbid jiġi prodott, immaturat (kif applikabbli) u bbottiljat hemmhekk. Madankollu, mhux aktar minn 15 % tal-għeneb li jintuża biex isir l-inbid jista’ jiġi minn vinji rreġistrati li jinsabu f’muniċipalitajiet li jmissu maż-żona jew mal-muniċipalità fejn huwa bbażat l-operatur u trid tingħata prova li l-15 % tal-għeneb imsemmi qabel ser ikun disponibbli fuq bażi esklussiva għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin konsekuttivi.

Fil-każ ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità, l-espressjoni “Método Tradicional” [Metodu Tradizzjonali] trid tintwera eżatt taħt it-terminu li jirreferi għall-kontenut ta’ zokkor u f’daqs ta’ tipa li ma jridx jaqbeż dak li jintuża għall-isem “Rioja”.

Fuq it-tikketta li turi l-informazzjoni obbligatorja, id-daqs tat-tipa tad-dikjarazzjoni “Método Tradicional” [Metodu Tradizzjonali] ma jridx ikun iżgħar minn 0,3 cm.

It-terminu “viñedo singular” [vinja waħda] irid jintwera eżatt taħt it-terminu li huwa rreġistrat bħala marka kummerċjali, bi ħxuna u kulur tat-tipa mhux differenti, u daqs tat-tipa mhux akbar, minn dawk li jintużaw għall-isem “Rioja”.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://www.mapama.gob.es/es/alimentacion/temas/calidad-agroalimentaria/calidad-diferenciada/dop/htm/dop_rioja.aspx


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


7.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/19


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2020/C 152/06)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Cévennes”

PGI-FR-A1151-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 10.2.2020

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Deskrizzjoni organolettika tal-inbejjed

Il-punt 3.3 tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cévennes” ġie kkompletat b’deskrizzjoni organolettika tal-inbejjed aktar dettaljata f’dak li jirrigwarda kuluri, aromi u karatteristiċi tat-togħma.

Din l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott taffettwa d-Dokument Uniku, li l-punt “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed” tiegħu wkoll ġie kkompletat.

2.   Żona ġeografika demarkata

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet ikkoreġuta fil-punt 4.1 tal-Kapitolu I biex tinkludi korrezzjonijiet editorjali:

Fl-ewwel paragrafu, il-kliem “ħsad tal-għeneb” ġie ssostitwit bi “produzzjoni tal-għeneb”, li huwa terminu aktar xieraq biex jiddistingwi ż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-għeneb miż-żona tal-vinifikazzjoni u tal-produzzjoni tal-inbejjed.

Il-muniċipalità ta’ “Fontanès u Peyrolles” saret “Fontanès”.

Il-muniċipalità ta’ “Peyroles” għandha tinkiteb kif ġej: “Peyrolles”.

Dawn l-emendi ġew inklużi wkoll fil-punt “Żona ġeografika demarkata” tad-Dokument Uniku.

3.   Żona fil-viċinanza immedjata

Fil-punt 4.1 tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, iż-żona fil-viċinanza immedjata ddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni ta’ nbejjed bl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cévennes” ġiet iddefinita skont il-muniċipalitajiet tad-département ta’ Gard li jagħmlu parti minnha. Din iż-żona ma ġietx emendata iżda ġiet deskritta biss skont lista ta’ muniċipalitajiet u mhux aktar skont lista ta’ cantons li d-diviżjoni amministrattiva tagħhom hija inqas preċiża.

Il-lista ta’ muniċipalitajiet ġiet stabbilita skont il-kodiċi ġeografiku uffiċjali tas-sena 2019, li huwa r-referenza nazzjonali.

Din it-traskrizzjoni taż-żona fil-viċinanza immedjata f’lista tal-muniċipalitajiet ġiet ittrasferita għall-punt “Rekwiżiti addizzjonali” tad-Dokument Uniku.

4.   Il-varjetajiet tal-għeneb

Fil-punt 5 tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-varjetajiet tal-għeneb iddefiniti għall-produzzjoni tal-inbejjed tal-IĠP “Cévennes” huma ssupplimentati bid-9 varjetajiet li ġejjin:

“Artaban N, Cabernet blanc B, Cabernet cortis N, Floreal B, Muscaris B, Soreli B, Souvignier gris B, Vidoc N u Voltis B.”

Dawn il-varjetajiet jissejħu varjetajiet reżistenti għan-nixfa u għall-mard kriptogamiku. Dawn jippermettu inqas użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti iżda fl-istess ħin jikkorrispondu għall-varjetajiet użati għall-produzzjoni tal-IĠP. Ma jbiddlux il-karatteristiċi tal-inbejjed tal-IĠP.

L-introduzzjoni ta’ dawn il-varjetajiet fil-varjetajiet tal-għeneb taffettwa l-punt “Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli” fid-Dokument Uniku.

5.   Emendi editorjali fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li ma jaffettwawx id-Dokument Uniku

Fil-Kapitolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cévennes”, saru xi emendi editorjali fit-tabella tal-punti ewlenin li għandhom jiġu vverifikati sabiex jintużaw termini aktar preċiżi:

il-kliem “Żona tal-ħsad tal-għeneb” ġie ssostitwit b’“Żona tal-produzzjoni tal-għeneb”;

it-terminu “vinifikazzjoni” ġie miżjud wara “post tal-ipproċessar”;

it-terminu “Kontroll analitiku” ġie ssostitwit b’“Eżami analitiku”.

Fil-Kapitolu 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cévennes”, ir-referenzi għall-korp taċ-ċertifikazzjoni li jaġixxi f’isem l-INAO, l-awtorità ta’ kontroll kompetenti, ġew aġġornati.

Dawn il-korrezzjonijiet editorjali ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem tal-prodott

Cévennes

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

16.

Inbid minn għeneb misjur iżżejjed

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbejjed ħomor mhux frizzanti

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cévennes” hija riżervata għall-inbejjed ħomor, rożè u bojod mhux frizzanti u minn għeneb misjur iżżejjed.

L-inbejjed ħomor huma kkaratterizzati mill-eleganza tagħhom, mill-qawwa aromatika tagħhom, u mill-istrutturi tanniċi li jvarjaw skont it-teknoloġiji tal-vinifikazzjoni użati. Il-kulur tagħhom huwa lewn ir-rubini bi sfumaturi vjola. Dawn l-inbejjed għandhom aroma qawwija u distinta b’noti ta’ frott aħmar u iswed. It-togħma qawwija, matura u bnina.

Il-qawwa alkoħolika totali (minima jew massima) skont il-volum, l-aċidità totali, l-aċidità volatili u d-diossidu tal-kubrit totali għall-inbejjed mhux frizzanti huma dawk stabbiliti mir-regolamenti Komunitarji.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Kontenut massimu ta’ diossidu tal-kubrit totali (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbejjed rożè mhux frizzanti

L-inbejjed rożè huma magħmulin prinċipalment mill-varjetajiet ta’ cinsault, grenache u syrah waħidhom jew imħalltin. Il-kulur tagħhom ivarja minn roża ċar għal roża lewn is-salamun. Ir-riħa sottili u delikata b’noti fini ta’ frott aħmar. It-togħma matura, ħelwa u delikata, bi freskezza tajba u li tfakkar fil-firxa aromatika tar-riħa tiegħu.

Il-qawwa alkoħolika totali (minima jew massima) skont il-volum, l-aċidità totali, l-aċidità volatili u d-diossidu tal-kubrit totali għall-inbejjed mhux frizzanti huma dawk stabbiliti mir-regolamenti Komunitarji.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Kontenut massimu ta’ diossidu tal-kubrit totali (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbejjed bojod mhux frizzanti

L-inbejjed bojod huma notevoli għall-finezza tagħhom, dejjem akkumpanjata minn freskezza tipika. Dawn għandhom kulur isfar ċar, limpidu u jleqq, xi drabi bi sfumaturi ħodor pjaċevoli. Ir-riħa hija kkaratterizzata minn noti ta’ frott abjad u xi drabi ta’ frott taċ-ċitru u ta’ buks, iżda dejjem b’ħafna freskezza. Dawn l-inbejjed għandhom konsistenza tajba fil-ħalq, huma nbejjed aromatiċi u delikati ħafna b’aromi persistenti ħafna.

Il-qawwa alkoħolika totali (minima jew massima) skont il-volum, l-aċidità totali, l-aċidità volatili u d-diossidu tal-kubrit totali għall-inbejjed mhux frizzanti huma dawk stabbiliti mir-regolamenti Komunitarji.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Kontenut massimu ta’ diossidu tal-kubrit totali (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbejjed ħomor, rożè u bojod minn għeneb misjur iżżejjed

L-inbejjed minn għeneb misjur iżżejjed huma kkaratterizzati minn aromi ta’ frott misjur.

Il-qawwa alkoħolika proprja (minima jew massima) skont il-volum, il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum, il-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum u d-diossidu tal-kubrit totali għall-inbejjed minn għeneb misjur iżżejjed huma dawk stabbiliti mir-regolamenti Komunitarji.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Kontenut massimu ta’ diossidu tal-kubrit totali (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Prattika enoloġika speċifika

L-inbejjed għandhom ikunu konformi mal-obbligi stabbiliti fil-livell tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu f’dak li għandu x’jaqsam mal-prattiki enoloġiċi użati.

b.   Rendimenti massimi

90 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Il-produzzjoni tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed bl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cévennes” isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Gard:

Aigaliers, Aigremont, Aiguèze, Alès, Allègre, Alzon, Anduze, Arpaillargues-et-Aureillac, Arphy, Arre, Arrigas, Aspères, Aubussargues, Aujac, Aulas, Aumessas, Avèze, Bagard, Barjac, Baron, Bessèges, Bez et Esparon, Blandas, Blauzac, Boisset-et-Gaujac, Bonnevaux, Bordezac, Boucoiran-et-Nozières, Bouquet, Bourdic, Bragassargues, Branoux-les-Taillade, Breau Salagosse, Brignon, Brouzet-lès-Alès, Campestre-et-Luc, Canaules-et-Argentières, Cannes-et-Clairan, Cardet, Carnas, Cassagnoles, Castelnau-Valence, Causse-Bégon, Cavillargues, Cendras, Chambon, Chamborigaud, Collorgues, Colognac, Combas, Concoules, Conqueyrac, Corbès, Courry, Crespian, Cros, Cruviers-Lascours, Deaux, Dions, Domessargues, Dourbies, Durfort-et-Saint-Martin-de-Sossenac, Estrechure (l’), Euzet, Foissac, Fontarèches, Fons-Outre-Gardon, Fons-sur-Lussan, Fontanès, Fressac, Gailhan, Gagnières, Gajan, Garrigues-Sainte-Eulalie, Gaujac, Générargues, Génolhac, Goudargues, Grand-Combe (la), Issirac, La Bastide-d’Engras, La Bruguière, La Cadière-et-Cambo, La Calmette, La Capelle-et-Masmolène, La Rouvière, Lamelouze, Lanuéjols, Lasalle, Laval Saint Roman, Laval-Pradel, Le Garn, Le Pin, Lecques, Lédignan, Les Mages, Les Plans, Lézan, Liouc, Logrian-Florian, Lussan, Malon-et-Elze, Mandagout, Mars, Martignargues, Martinet (le), Maruéjols-lès-Gardon, Massanes, Massillargues-Attuech, Mauressargues, Méjannes le Clap, Méjannes-lès-Alès, Meyrannes, Mialet, Molières-Cavaillac, Molières-sur-Cèze, Monoblet, Mons, Montagnac, Montclus, Monteils, Montardier, Montignargues, Montmirat, Montpezat, Moulézan, Moussac, Navacelles, Ners, Notre-Dame-de-la-Rouvière, Orthoux-Sérignac-Quilhan, Peyremale, Peyrolles, Plantiers (les), Pommiers, Pompignan, Ponteils-et-Brésis, Portes, Potelières, Pougnadoresse, Puechredon, Quissac, Revens, Ribaute-les-Tavernes, Rivières, Robiac-Rochessadoule, Rochegude, Rogues, Roquedur, Rousson, Saint-Ambroix, Sainte Anastasie, Saint-André-de-Majencoules, Saint-André-de-Valborgne, Saint-André-de-Roquepertuis, Saint-Bauzély, Saint-Bénézet, Saint-Bonnet-de-Salendrinque, Saint-Brès, Saint-Bresson, Saint-Cézaire-de-Gauzignan, Saint-Chaptes, Saint-Christol-de-Rodières, Saint-Christol-lès-Alès, Saint-Clément, Saint-Denis, Saint-Drézéry, Sainte-Croix-de-Caderle, Sainte-Cécile-d’Andorges, Saint-Etienne-de-l’Olm, Saint-Félix-de-Pallières, Saint-Florent-sur-Auzonnet, Saint-Geniès-de-Malgoirès, Saint-Hilaire-de-Brethmas, Saint-Hippolyte-de-Caton, Saint-Hippolyte-de-Montaigu, Saint-Hippolyte-du-Fort, Saint-Jean-de-Valeriscle, Saint-Jean-du-Gard, Saint-Jean-de-Ceyragues, Saint-Jean-de-Crieulon, Saint-Jean-de-Maruéjols-et-Avéjan, Saint-Jean-de-Serres, Saint-Jean-du-Pin, Saint-Julien-de-la-Nef, Saint-Julien-de-Cassagnas, Saint-Julien-les-Rosiers, Saint-Just-et-Vacquières, Saint-Laurent-le-Minier, Saint-Laurent-la-Vernède, Saint-Mamert-du-Gard Saint-Martial,Saint-Martin-de-Valgalgues, Saint-Maurice-de-Cazevieille, Saint-Nazaire-des-Gardies, Saint-Paul-la-Coste, Saint-Pons-la-Calm, Saint-Privat-de-Champclos, Saint-Privat-des-Vieux, Saint-Roman-de-Codières, Saint-Sauveur-des-Pourcils, Saint-Sébastien-d’Aigrefeuille, Saint-Théodorit, Saint-Victor-de-Malcap, Saint-Victor-des-Oules, Salindres, Salinelles, Salles-du-Gardon (les), Sardan, Saumane, Sauve, Sauzet, Savignargues, Sénechas, Servas, Serviers-et-Labaume, Seynes, Soudorgues, Soustelle, Souvignargues, Sumène, Tharaux, Thoiras, Tornac, Trèves, Vabres, Vallabrix, Valleraugue, Vallérargues, Verfeuil, Vernarède (la), Vézénobres, Vic-le-Fesq, Vigan (le), Villevieille, Vissec.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

 

Alicante Henri Bouschet N

Alphonse Lavallée N

Altesse B

Alvarinho - Albariño

Aramon N

Aramon blanc B

Aramon gris G

Aranel B

Arinarnoa N

Artaban N

Arvine B - Petite Arvine

Aubun N - Murescola

Bourboulenc B - Doucillon blanc

Brun argenté N - Vaccarèse

Cabernet blanc B

Cabernet cortis N

Cabernet franc N

Cabernet-Sauvignon N

Caladoc N

Cardinal Rg

Carignan N

Carignan blanc B

Carmenère N

Chardonnay B

Chasan B

Chasselas B

Chenanson N

Chenin B

Cinsaut N - Cinsault

Clairette B

Clairette rose Rs

Colombard B

Cot N - Malbec

Couderc noir N

Counoise N

Danlas B

Egiodola N

Floreal B

Gamay N

Gamay de Chaudenay N

Gewurztraminer Rs

Grenache N

Grenache blanc B

Grenache gris G

Gros Manseng B

Lival N

Lledoner pelut N

Macabeu B - Macabeo

Marsanne B

Marselan N

Maréchal Foch N

Mauzac B

Merlot N

Mondeuse N

Morrastel N - Minustellu, Graciano

Mourvèdre N - Monastrell

Muscaris B

Muscat d’Alexandrie B - Muscat, Moscato

Muscat de Hambourg N - Muscat, Moscato

Muscat à petits grains blancs B - Muscat, Moscato

Muscat à petits grains roses Rs - Muscat, Moscato

Muscat à petits grains rouges Rg - Muscat, Moscato

Nielluccio N - Nielluciu

Négrette N

Petit Manseng B

Petit Verdot N

Pinot gris G

Pinot noir N

Piquepoul blanc B

Piquepoul gris G

Piquepoul noir N

Portan N

Riesling B

Rivairenc N - Aspiran noir

Roussanne B

Sauvignon B - Sauvignon blanc

Sauvignon gris G - Fié gris

Sciaccarello N

Semillon B

Servant B

Soreli B

Souvignier gris Rs

Sylvaner B

Syrah N - Shiraz

Tannat N

Tempranillo N

Terret blanc B

Terret gris G

Terret noir N

Ugni blanc B

Verdelho B

Vermentino B - Rolle

Vidoc N

Villard blanc B

Villard noir N

Viognier B

Voltis B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Il-vinja ta’ Cévennes tinsab fid-département ta’ Gard, fin-Nofsinhar ta’ Franza, fir-reġjun Languedoc-Roussillon. Isimha ġej mill-katina ta’ muntanji ta’ Cévennes, li hija l-aħħar grupp ta’ għoljiet fin-Nofsinhar tal-Massif Central.

Minħabba l-ambjent aħrax u differenti tagħhom, is-Cévennes wasslu biex il-bniedem jadatta l-produzzjonijiet skont il-kundizzjonijiet pedoklimatiċi. Huwa għalhekk li, b’mod ġenerali, il-vinja tfeġġ kull fejn jispiċċaw is-siġar tal-qastan.

Ikkultivata fil-biċċa l-kbira fuq ħamrija karbonata, il-vinja tinsab f’pajsaġġ b’widien iffurmat mix-xmajjar li jinżlu mis-Cévennes fejn, flimkien mal-vinja, wieħed isib anki siġar tal-frott, siġar taż-żebbuġ u ċereali.

L-għoljiet tas-Cévennes huma kkaratterizzati mill-klima Mediterranja moderata tagħhom, bi staġuni kontrastanti ħafna u b’perjodi ta’ xita spiss qawwija waqt l-ekwinozji (episodji Cévenols). Bis-saħħa tal-effett tal-muntanji, ir-riħ tat-Tramuntana huwa moderat u l-varjazzjonijiet fit-temperatura li jsaħħu l-kwalità tal-għeneb huma sinifikanti matul il-fażi ta’ maturazzjoni tad-dielja. Għal ħafna sekli, il-vinja kienet meqjusa fl-istess livell ta’ produzzjonijiet agrikoli oħra u l-inbid kien jiġi kkonsmat lokalment.

Huwa għalhekk li fid-dawl tal-kriżijiet li għaddiet minnhom il-produzzjoni tas-siġar tat-tut u tas-siġar tal-qastan, il-vinja setgħet tieħu posthom, u kien proprju fis-seklu XIX li l-vinja rat l-akbar żvilupp tagħha, mingħajr madankollu ma’ rrikorriet għall-monokultura bħal fil-pjanura ta’ isfel ta’ Languedoc.

L-inbid lokali ta’ Cévennes ġie rikonoxxut inizjalment bid-Digriet tas-27 ta’ Awwissu 1992. Il-produzzjoni fil-muniċipalitajiet taż-żona ġeografika hija ta’ madwar 80,000 ettolitru ta’ nbejjed ħomor, rożè u bojod, bi żvilupp qawwi ħafna tal-inbejjed rożè.

L-inbejjed ħafna drabi jikkombinaw varjetajiet Mediterranji tradizzjonali (carignan, grenache, cinsaut) u varjetajiet ta’ fama internazzjonali, bħal merlot, cabernet-sauvignon u syrah għall-inbejjed ħomor u chardonnay, sauvignon u viognier għall-inbejjed bojod.

L-inbejjed ħomor huma kkaratterizzati mill-eleganza u l-qawwa aromatika tagħhom; l-inbejjed bojod u rożè huma kkaratterizzati mill-finezza tagħhom, dejjem akkumpanjata minn freskezza tipika.

L-inbejjed frizzanti prodotti minn għażla ta’ nbejjed mhux frizzanti l-aktar adattati għandhom l-istess karatteristiċi aromatiċi. L-iżvilupp tal-varjetajiet li ilu għaddej għal dawn l-aħħar 40 sena ppermetta diversifikazzjoni għall-produtturi tal-inbid, b’mod partikolari bl-introduzzjoni ta’ varjetajiet aktar bikrija li huma partikolarment adattati għall-klima tal-għoljiet tas-Cévennes.

L-inbejjed, li huma ġeneralment ikkaratterizzati minn bilanċ ta’ eleganza u ta’ freskezza, jesprimu l-oriġinalità tal-klima tat-territorju b’mod xieraq.

Għalhekk, il-vinja għandha post speċjali fl-ekonomija agrikola u, flimkien ma’ produzzjonijiet oħra bħall-basal abjad, il-qastan u l-Pélardon, tikkontribwixxi għall-fama tal-prodotti ta’ Cévennes.

Dawn il-produzzjonijiet u l-iżvilupp tal-ekonomija turistika, b’mod partikolari minħabba l-Park Nazzjonali ta’ Cévennes, issa jiżguraw bilanċ ġdid f’dan ir-reġjun u qegħdin jikkontribwixxu għaż-żamma ta’ pajsaġġi meraviljużi maħluqa mill-bniedem matul is-sekli.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)

Dettalji addizzjonali tat-tikkettar

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cévennes” tista’ tiġi ssupplimentata bl-isem ta’ varjeta waħda jew aktar.

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cévennes” tista’ tiġi ssupplimentata bil-kliem “primeur” (bikri) jew “nouveau” (ġdid). It-termini “primeur” (bikri) jew “nouveau” (ġdid) huma riżervati għall-inbejjed mhux frizzanti.

Il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea għandu jidher fuq it-tikketta meta l-kliem “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” jiġi ssostitwit bil-kliem “Vin de pays”.

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata ddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni ta’ nbejjed bl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Cévennes” hija magħmula mill-muniċipalitajiet kollha tad-département ta’ Gard li ġejjin, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tas-sena 2019:

Aigues-Mortes, Aigues-Vives, Aimargues, Aramon, Argilliers, Aubais, Aubord, Aujargues, Bagnols-sur-Cèze, Beaucaire, Beauvoisin, Bellegarde, Belvézet, Bernis, Bezouce, Boissières, Bouillargues, Cabrières, Caissargues, Calvisson, Carsan, Castillon-du-Gard, Caveirac, Chusclan, Clarensac, Codognan, Codolet, Collias, Comps, Congénies, Connaux, Cornillon, Domazan, Estézargues, Flaux, Fournès, Fourques, Gallargues-le-Montueux, Garons, Générac, Jonquières-Saint-Vincent, Junas, La Roque-sur-Cèze, Langlade, Laudun-l’Ardoise, Le Cailar, Le Grau-du-Roi, Lédenon, Les Angles, Lirac, Manduel, Marguerittes, Meynes, Milhaud, Montaren-et-Saint-Médiers, Montfaucon, Montfrin, Mus, Nages-et-Solorgues, Nîmes, Orsan, Parignargues, Pont-Saint-Esprit, Poulx, Pouzilhac, Pujaut, Redessan, Remoulins, Rochefort-du-Gard, Rodilhan, Roquemaure, Sabran, Saint-Alexandre, Saint-André-d’Olérargues, Saint-Bonnet-du-Gard, Saint-Côme-et-Maruéjols, Saint-Dionisy, Saint-Etienne-des-Sorts, Saint-Geniès-de-Comolas, Saint-Gervais, Saint-Gervasy, Saint-Gilles, Saint-Hilaire-d’Ozilhan, Saint-Julien-de-Peyrolas, Saint-Laurent-d’Aigouze, Saint-Laurent-de-Carnols, Saint-Laurent-des-Arbres, Saint-Marcel-de-Careiret, Saint-Maximin, Saint-Michel-d’Euzet, Saint-Nazaire, Saint-Paul-les-Fonts, Saint-Paulet-de-Caisson, Saint-Quentin-la-Poterie, Saint-Siffret, Saint-Victor-la-Coste, Salazac, Sanilhac-Sagriès, Sauveterre, Saze, Sernhac, Sommières, Tavel, Théziers, Tresques, Uchaud, Uzès, Vallabrègues, Valliguières, Vauvert, Vénéjan, Vergèze, Vers-Pont-du-Gard, Vestric-et-Candiac, Villeneuve-lès-Avignon.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-6ec30fda-501e-46f5-bc91-936ce505bac7


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.