|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Kumitat tar-Regjuni |
|
|
|
Il-138 sessjoni plenarja tal-KtR, 11.2.2020–12.2.2020 |
|
|
2020/C 141/01 |
Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2020 |
|
|
2020/C 141/02 |
Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa |
|
|
2020/C 141/03 |
||
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Kumitat tar-Regjuni |
|
|
|
Il-138 sessjoni plenarja tal-KtR, 11.2.2020–12.2.2020 |
|
|
2020/C 141/04 |
||
|
2020/C 141/05 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Pakkett tat-Tkabbir 2019 |
|
|
2020/C 141/06 |
||
|
2020/C 141/07 |
||
|
2020/C 141/08 |
||
|
2020/C 141/09 |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Kumitat tar-Regjuni
Il-138 sessjoni plenarja tal-KtR, 11.2.2020–12.2.2020
|
29.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/1 |
Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2020
(2020/C 141/01)
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar L-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2020 (1); |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ottubru 2019 dwar is-Semestru Ewropew 2019 u fid-dawl tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2020 (2); |
Is-Semestru Ewropew jintegra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli
|
1. |
jilqa’ l-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2020 bħala l-punt ta’ tluq għall-integrazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) fis-Semestru Ewropew, li jipprovdi lil dan tal-aħħar bil-perspettiva meħtieġa fuq perjodu ta’ żmien itwal u fokus usa’ lil hinn minn tħassib purament ekonomiku; |
|
2. |
iqis li l-użu tal-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli bħala għodda ta’ koordinazzjoni tal-politika biex jiġi implimentat il-Patt Ekoloġiku Ewropew se jirrikjedi bidla profonda fil-governanza u fil-mentalità li takkumpanja l-proċess tas-Semestru Ewropew kollu kemm hu u li terġa’ ssir enfasi fuq is-sjieda tas-Semestru fuq il-post; |
|
3. |
jenfasizza li l-ksib tal-SDGs jimplika li jiġu indirizzati b’mod olistiku d-dimensjonijiet kollha tal-iżvilupp sostenibbli (il-kompetittività, l-inklużività, l-ambjent, il-governanza tajba) li huma akbar mill-Patt Ekoloġiku; it-twettiq tal-SDGs se jirrikjedi koerenza politika biex jiġu indirizzati kompromessi u sfidi distributtivi. Dan jinkludi wkoll it-tisħiħ tad-dimensjonijiet kulturali u soċjali tal-ħolqien tal-għarfien, il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-innovazzjoni. Is-Semestru Ewropew għandu jippermetti lil-livelli kollha tal-gvern u l-partijiet interessati rilevanti, li jaħdmu fi sħubija, jidentifikaw u jindirizzaw dawn il-kompromessi, jevitaw il-ħsieb kompartimentalizzat u jiżguraw koerenza, filwaqt li jintegraw l-SDGs fl-oqsma ta’ politika kollha; |
|
4. |
jilqa’ l-aħbar li r-Rapporti tal-Pajjiżi u l-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma se jkollhom taqsimiet speċifiċi li jimmonitorjaw l-SDGs u jivvalutaw il-politiki relatati, u li r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż se jittrattaw il-kontributi speċifiċi tal-pajjiżi għall-SDGs; jinnota li jeħtieġ li l-integrazzjoni tal-SDGs fis-Semestru Ewropew tqis il-punti ta’ tluq territorjali differenti u teħtieġ bażi statistika xierqa għall-monitoraġġ tal-SDGs fil-livell reġjonali; |
|
5. |
jitlob skedi ta’ żmien ċar u miri ċari u li huma marbuta biż-żmien u li jistgħu jitkejlu biex jintlaħqu l-SDGs, fir-rigward tal-azzjonijiet previsti kemm fil-Patt Ekoloġiku kif ukoll fl-Istrateġija Annwali għall-Iżvilupp Sostenibbli; jenfasizza li tali miri u skedi ta’ żmien għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ proċess imħallat minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq li fih il-livelli kollha tal-gvern u l-partijiet interessati rilevanti għandhom jaħdmu fi sħubija; |
|
6. |
jikkondividi l-orjentazzjoni ġenerali tar-rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri taż-żona tal-euro, iżda jinnota li dawn jagħtu biss appoġġ modest għall-ambizzjonijiet tal-ekoloġizzazzjoni u tal-inklużjoni tal-SDGs u l-Patt Ekoloġiku, u li ma jagħmlux enfasi biżżejjed fuq l-isfidi tal-politika li jirriżultaw minn differenzi territorjali reali tal-punti tat-tluq; |
|
7. |
jinnota li l-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli huwa maħsub biex jimmobilizza EUR 1 triljun ta’ investiment sostenibbli matul l-għaxar snin li ġejjin; madankollu jiddispjaċih li, fil-biċċa l-kbira, il-Pjan huwa ġabra ta’ miżuri, inizjattivi u għodod ta’ finanzjament preeżistenti jew ippjanati minn qabel, li issa tqiegħdu taħt titlu komuni; għaldaqstant jinsab imħasseb li dan il-Pjan jista’ ma jkunx kapaċi jimmobilizza r-riżorsi finanzjarji u l-koordinazzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-SDGs fl-Ewropa sal-2030; f’dan ir-rigward jitlob li ssir valutazzjoni ulterjuri tal-ispejjeż reali assoċjati mat-tranżizzjoni lejn żvilupp sostenibbli u għal pjan aktar dettaljat dwar il-finanzjament tagħhom; għandha ssir enfasi biex tingħata attenzjoni speċjali biex jitħeġġu inizjattivi pubbliċi-privati ta’ innovazzjoni li jkunu xprunati mill-bliet u r-reġjuni; |
|
8. |
jenfasizza l-ħtieġa li jiġi rivedut il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, sabiex tkun tista’ ssir kontabbiltà divrenzjata tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex jiġi ffinanzjat l-investiment pubbliku mil-livelli kollha ta’ gvern biex jiġi implimentat il-Patt Ekoloġiku; |
|
9. |
jaqbel li r-riformi strutturali fl-Istati Membri fl-oqsma ta’ politika strateġiċi rilevanti għall-implimentazzjoni tal-objettivi tat-Trattat u tal-politiki tal-UE huma kruċjali għall-konverġenza u l-kompetittività tal-UE, inkluż l-approfondiment tas-suq uniku. Is-Semestru Ewropew jipprovdi qafas utli biex jitrawmu dawn ir-riformi, dment li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-riformi strutturali eliġibbli għall-finanzjament tal-UE jiġi definit skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà u dment li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti fih bħala imsieħba sħaħ; |
Id-dimensjoni territorjali tas-Semestru Ewropew
|
10. |
jilqa’ l-enfasi li saret fuq id-disparitajiet reġjonali li dejjem qed jiżdiedu u l-isfidi relatati għat-tkabbir u l-koeżjoni madwar u fi ħdan l-Istati Membri; jenfasizza li d-differenzi fil-punti ta’ tluq jaffettwaw b’mod qawwi l-mod li bih l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom ifasslu u jimplimentaw il-politiki ta’ sostenibbiltà tagħhom; jenfasizza li d-differenzi territorjali għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ politiki bbażati fuq il-post, appoġġjati minn valutazzjonijiet tal-impatt territorjali; |
|
11. |
jenfasizza r-rilevanza akbar tar-Rapporti tal-Pajjiżi, b’mod partikolari l-Anness D tagħhom, li se jiggwida l-politiki ta’ investiment fil-livell reġjonali u lokali, inklużi dawk iffinanzjati mill-Politika ta’ Koeżjoni u l-Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta; jenfasizza li, skont ir-riżultati ta’ stħarriġ tal-KtR tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali li jirrappreżentaw il-bliet u r-reġjuni quddiem il-gvernijiet nazzjonali tagħhom, l-awtoritajiet lokali u reġjonali ma kinux involuti biżżejjed mill-gvernijiet nazzjonali tagħhom fit-tħejjija u d-diskussjoni tal-Anness D fil-livell politiku, u li ħafna drabi l-Anness D ma jagħtix stampa ċara tal-ħtiġijiet ta’ investiment tagħhom; |
|
12. |
jenfasizza li jinħtieġu konsistenza u koordinazzjoni b’saħħithom bejn is-Semestru Ewropew u l-politika ta’ koeżjoni biex jintlaħqu l-objettivi ta’ sostenibbiltà u inklużjoni soċjali tal-Patt Ekoloġiku; l-ispejjeż tat-tranżizzjoni lejn żvilupp sostenibbli m’għandhomx jiġġarbu minn dawk l-aktar vulnerabbli; għalhekk il-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta jrid jipprovdi appoġġ imfassal apposta lill-persuni u lir-reġjuni l-aktar milquta, b’mod partikolari dawk b’dipendenza għolja fuq il-karburanti fossili – bħal fil-każ ta’ reġjuni b’sistemi tal-enerġija iżolati – u l-industriji li jużaw ħafna enerġija u dawk li qegħdin ibatu l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tal-bidla fil-mudell tal-enerġija wara li jkunu laħqu l-impenji tagħhom tad-dekarbonizzazzjoni; barra minn hekk, jilqa’ b’sodisfazzjon il-governanza bbażata fuq ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni tal-Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta u jitlob li jkun hemm kriterji ta’ allokazzjoni ċari u oġġettivi; |
Id-dimensjoni soċjali tas-Semestru Ewropew
|
13. |
jappoġġja l-integrazzjoni tal-SDGs fl-ippjanar tal-istrateġija ekonomika sostenibbli, speċjalment peress li fil-biċċa l-kbira l-miri jaqblu mal-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jilqa’, għalhekk, il-Komunikazzjoni reċenti dwar “Ewropa soċjali b’saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti” (3) u jappella għal preżentazzjoni rapida tal-pjan ta’ azzjoni biex jiġi implimentat il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; |
|
14. |
jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi aktar azzjonijiet biex titnaqqas id-differenza bejn l-impjiegi tal-irġiel u n-nisa u d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa; |
|
15. |
jilqa’ l-inklużjoni ta’ dimensjoni reġjonali fl-aħħar Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi, li jirrifletti t-“Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali Reġjonali Ewropea” tal-KtR ta’ Settembru 2019; |
|
16. |
jikkondividi t-tħassib tal-Kummissjoni dwar l-effetti negattivi ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ u sfidi demografiċi oħra bħad-densità baxxa tal-popolazzjoni, id-dispersjoni tal-popolazzjoni, it-tnaqqis fin-numru ta’ żgħażagħ u t-tnaqqis fir-rata tat-twelid, u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra s-suġġeriment inkluż fl-Opinjoni tal-KtR dwar “It-tibdil demografiku: proposti dwar il-kejl u l-indirizzar tal-effetti negattivi tiegħu fir-reġjuni tal-UE” u fl-Opinjoni tal-KtR dwar “Ir-reazzjoni tal-UE għall-isfida demografika”; |
Il-governanza tas-Semestru Ewropew
|
17. |
jinnota li l-mudell ta’ tkabbir tal-UE jista’ biss jikkontribwixxi b’suċċess għall-objettivi globali minquxa fl-SDGs u l-Patt Ekoloġiku jekk tiġi żgurata koordinazzjoni xierqa mal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Itenni l-ħtieġa li tiżdied is-sjieda tas-Semestru Ewropew fuq il-post sabiex isir aktar effettiv fir-rigward tal-għan ġdid u ambizzjuż tal-UE li twettaq l-SDGs, mhux l-inqas minħabba li skont l-OECD, 65 % tal-169 mira tal-SDGs ma jistgħux jinkisbu mingħajr involviment u koordinazzjoni sħaħ mal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Biex is-Semestru jwettaq il-wegħdiet tiegħu, il-livelli kollha tal-gvern u l-partijiet interessati rilevanti għandhom jiġu involuti bħala msieħba, lil hinn mill-prattiki attwali li fi-biċċa l-kbira tagħhom huma bbażati fuq konsultazzjonijiet fl-istadji finali tal-proċess tas-Semestru. Dan l-approċċ ta’ sħubija għandu jiġi adottat b’mod urġenti u jillokalizza l-implimentazzjoni tal-SDGs lejn l-objettivi u l-miri bbażati fuq il-post u perjodi ta’ żmien relatati; dan jirrikjedi aktar enfasi fuq l-impenji operazzjonali għall-SGDs u r-rieżami lokali voluntarja tal-proċessi ta’ implimentazzjoni tal-SDGs; |
|
18. |
jenfasizza li s-Semestru Ewropew issa jagħti gwida dwar l-ipprogrammar ta’ investimenti li għandhom jiġu kofinanzjati mill-Fondi SIE, u dwar l-Istrument Baġitarju propost għall-Konverġenza u l-Kompetittività. Iwissi, madankollu, kontra r-riskju tal-approċċ ċentralizzat minn fuq għal isfel tas-Semestru Ewropew li jpoġġi restrizzjonijiet żejda fuq l-approċċ deċentralizzat minn isfel għal fuq tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE u politiki bbażati fuq il-post; jitlob ukoll li jkun hemm konsistenza bejn l-approċċ ta’ programmazzjoni pluriennali tal-Politika ta’ Koeżjoni u s-Semestru Ewropew; |
|
19. |
iħeġġeġ lill-UE biex tikkoordina b’mod effettiv il-proċessi ta’ governanza tas-Semestru Ewropew u tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE abbażi tal-istess prinċipji ta’ sħubija u ta’ governanza f’diversi livelli; ifakkar fl-Opinjoni tiegħu dwar ir-rabtiet bejn il-politika ta’ koeżjoni u s-Semestru Ewropew; itenni l-proposta tiegħu għal Kodiċi ta’ Kondotta (4) għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Semestru Ewropew bħala imsieħba sħaħ, simili għall-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-sħubija fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni 2014-2020; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi promoss l-użu ta’ politiki ffinanzjati mill-UE għall-bini tal-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u jfakkar fl-Opinjoni reċenti tiegħu dwar dan is-suġġett (5); jiddispjaċih li r-Rapport annwali ta’ segwitu dwar l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali 2018 ma jipprovdix data dwar l-użu tal-programm mill-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
|
20. |
iżid li l-SDGs stess jirrikjedu l-involviment attiv tal-partijiet interessati, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Għalhekk, wara t-tmiem tal-mandat tal-pjattaforma tal-partijiet interessati tal-UE dwar l-SDGs, għandhom jiġu definiti forom ġodda ta’ involviment tal-partijiet interessati fl-implimentazzjoni tal-SDGs, mhux l-inqas permezz tas-Semestru Ewropew, li jkunu ugwalment ambizzjużi; |
|
21. |
jagħti struzzjonijiet lill-President sabiex jibgħat din ir-Riżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-Presidenza Kroata tal-Kunsill u lill-President tal-Kunsill Ewropew. |
Brussell, it-12 ta’ Frar 2020.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Apostolos TZITZIKOSTAS
(1) https://ec.europa.eu/info/publications/2020-european-semester-annual-sustainable-growth-strategy_mt
(2) https://webapi2016.cor.europa.eu/v1/documents/cor-2019-03856-00-00-res-tra-mt.docx/content
(3) COM(2020) 14 final.
(4) Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “It-titjib tal-governanza tas-Semestru Ewropew: Kodiċi ta’ Kondotta għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali”. Relatur: Rob Jonkman (NL/ECR). Adottata fil-11 ta’ Mejju 2017 (ĠU C 306, 15.9.2017, p. 24).
(5) Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Intejbu l-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għat-tisħiħ tal-investimenti u r-riformi strutturali fl-2021–2027. Relatur: Manuela Bora (IT/PES). Aadottata fl-4 ta’ Diċembru 2019 (ĠU C 79, 10.3.2020, p. 25).
|
29.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/5 |
Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa
(2020/C 141/02)
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)
Billi:
|
(a) |
il-leġittimità demokratika tal-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq il-fiduċja taċ-ċittadini fir-rappreżentanti tagħhom eletti fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali; |
|
(b) |
id-demokrazija rappreżentattiva hija l-pedament tal-proġett tal-UE; iż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-votanti fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2019 uriet l-interess kbir taċ-ċittadini fit-tiswir tal-affarijiet tal-UE; il-livelli kollha tal-gvern jeħtieġ li jindirizzaw sfidi ġodda u jiżviluppaw modi ġodda kif jinvolvu liċ-ċittadini; |
|
(c) |
kull sena jsiru elezzjonijiet fl-Istati Membri tal-UE fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, u dawn l-elezzjonijiet jirrappreżentaw opportunità biex jiġi kkomunikat liċ-ċittadini kif il-politiki Ewropej jolqtu l-livelli kollha ta’ governanza, u b’hekk jgħinu biex tissaħħaħ il-kredibbiltà tal-UE f’għajnejn iċ-ċittadini; |
|
(d) |
ir-rwol kruċjali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali joħroġ fid-dieher mill-fatt li huma responsabbli għal nofs l-investiment pubbliku kollu, terz tan-nefqa pubblika u kwart tad-dħul mit-taxxa fl-UE; |
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR);
|
1. |
jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u jistenna bil-ħerqa li jikkontribwixxi biex jinkisbu riżultati konkreti u jieħu azzjoni b’benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini tal-UE; |
|
2. |
jemmen li l-Konferenza hija opportunità biex jiġu identifikati miżuri li l-UE teħtieġ sabiex iżżid il-kapaċità tagħha li twettaq u ssaħħaħ il-funzjonament demokratiku tagħha f’konformità mal-prinċipju l-ġdid ta’ sussidjarjetà attiva; |
|
3. |
jenfasizza li aktar minn miljun rappreżentant lokali u reġjonali eletti madwar l-Unjoni għandhom ikunu involuti kemm fit-tfassil tal-politiki tal-UE kif ukoll fil-ħolqien ta’ rabta bejn l-UE u ċ-ċittadini tagħha; biex iżid il-viżibbiltà tal-proċess, il-KtR jimpenja ruħu li jippromovi dibattiti dwar kwistjonijiet tal-UE fil-parlamenti reġjonali u fil-kunsilli muniċipali; |
|
4. |
jilqa’ l-miżuri proposti biex jintlaħqu ċ-ċittadini u jenfasizza l-importanza ta’ dibattiti tematiċi miftuħa u estensivi; jappoġġja bis-sħiħ l-idea li elementi importanti tal-Konferenza għandhom ikunu deċentralizzati biex jinvolvu b’mod dirett u attiv żoni u popolazzjonijiet lil hinn mill-bliet kapitali Ewropej u nazzjonali. Għal dan il-għan, il-KtR ser jipprovdi appoġġ għall-membri tiegħu fl-organizzazzjoni ta’ avvenimenti lokali li jiffokaw fuq it-temi tal-Konferenza u ser jiżviluppa għodod biex jiġbor ir-riżultati u s-suġġerimenti ta’ dawn id-dibattiti u jikkomunikahom lill-Konferenza; |
|
5. |
jitlob li ċ-Ċentri tal-Europe Direct ikunu involuti fil-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u jiġu kkunsidrati bħala ċentri reġjonali ta’ parteċipazzjoni, fid-dawl tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom u anke minħabba li r-rwol ewlieni tagħhom huwa li jippreżentaw kwistjonijiet Ewropej liċ-ċittadini b’mod ġenerali. Iċ-Ċentri tal-Europe Direct għandhom esperjenza importanti fil-promozzjoni ta’ dibattiti, u għalhekk ikunu pilastru ewlieni biex jiġi żgurat li l-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa tkun wiesgħa u arrikkita b’diversi opinjonijiet; |
|
6. |
jenfasizza li għandhom jiġu żgurati l-pluraliżmu u l-inklużività fil-proċess tal-Konferenza u jappoġġja bis-sħiħ il-proposta tal-Parlament Ewropew għal approċċ fuq żewġ binarji: plenarja tal-Konferenza fil-livell istituzzjonali, u sett ta’ agoras taċ-ċittadini u attivitajiet deċentralizzati relatati, bil-ħtieġa li tiġi żgurata l-eqreb konnessjoni bejn it-tnejn li huma; jinsisti li l-Konferenza u l-attivitajiet relatati magħha għandhom jirriflettu d-diversità fl-Ewropa, sabiex jiġi stimulat dibattitu profond; |
|
7. |
jissuġġerixxi li l-Konferenza għandha tintegra l-kontribut minn għodod eżistenti ta’ demokrazija parteċipattiva fil-livell lokali u reġjonali biex tikkomplementa l-mezzi ta’ demokrazija rappreżentattiva. Dawn jinkludu pereżempju d-djalogi taċ-ċittadini u l-fora taċ-ċittadini, li kienu ta’ suċċess f’diversi reġjuni, u li jinvolvu gruppi bbilanċjati ta’ parteċipanti li ntgħażlu b’mod aleatorju; il-kombinazzjoni ta’ fora taċ-ċittadini u ta’ fora ta’ esperti wriet li hija ta’ siwi wkoll f’dan ir-rigward; |
|
8. |
iqis li, anke wara t-tmiem tal-Konferenza, l-UE għandha tkompli tinvolvi ruħha direttament maċ-ċittadini tagħha, billi tibni fuq esperjenza vasta miksuba minn mudelli parteċipattivi biex jitwaqqaf mekkaniżmu strutturat permanenti għad-djalogu fil-livell lokali. Dawn il-mekkaniżmi permanenti jridu jiġu kkombinati ma’ djalogi dwar kwistjonijiet topiċi fejn il-gruppi fil-mira jistgħu jinbidlu; |
|
9. |
huwa tal-fehma li tinħtieġ enfasi partikolari fuq l-involviment taż-żgħażagħ fil-Konferenza dwar il-Ġejjieni u biex tiġi enfasizzata d-direzzjoni futura tal-proġett Ewropew u jenfasizza li l-proposti kollha li jsiru mill-Konferenza jridu jkunu sensittivi għat-tħassib tal-ġenerazzjonijiet futuri; |
|
10. |
jitlob għal enfasi ċara fuq l-isfidi ewlenin li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea u dibattitu minn isfel għal fuq dwar is-suġġetti tal-Konferenza, inklużi, iżda mhux limitati għall-isfidi ambjentali u klimatiċi, il-ġustizzja soċjali, l-iżvilupp sostenibbli, it-trasformazzjoni diġitali, il-migrazzjoni, il-komunità Ewropea tal-valuri, l-ekonomija u l-impjiegi, il-koeżjoni territorjali, u l-bidliet fil-politiki, il-proċessi, l-istituzzjonijiet u r-riżorsi tal-UE, inkluż ir-rwol tad-demokrazija u l-awtonomija lokali u reġjonali, li huma meħtieġa biex l-UE tkun tista’ tirreaġixxi għall-ħtiġijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward ta’ dawn il-kwistjonijiet. Sabiex ir-riżultati tal-Konferenza jiġu implimentati b’mod xieraq ma għandhomx jiġu esklużi bidliet possibbli fit-Trattati tal-UE; |
|
11. |
jappoġġja l-proposta li saret fil-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa (P9_TA-PROV (2020) 0010) li matul il-Konferenza għandhom jiġu organizzati diversi agoras tematiċi taċ-ċittadini li jirriflettu l-prijoritajiet politiċi u li dawn għandhom ikunu magħmula minn massimu ta’ 200-300 ċittadin, inklużi mill-inqas tliet rappreżentanti għal kull Stat Membru, ikkalkulati skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità digressiva. Barra minn hekk jappoġġja t-tħassib tal-Parlament Ewropew li ċ-ċittadini parteċipanti għandhom jintgħażlu b’mod aleatorju minn fost iċ-ċittadini kollha tal-UE, minn korpi indipendenti fl-Istati Membri abbażi tal-kriterji stabbiliti hawn fuq; |
|
12. |
huwa konvint li sabiex jiġi sfruttat aktar l-appoġġ taċ-ċittadini għall-integrazzjoni Ewropea u biex dawn jiġu involuti aktar mill-qrib fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, huwa essenzjali li, matul id-diskussjonijiet tal-Konferenza, issir enfasi fuq l-iżvilupp ulterjuri tal-kunċett ta’ ċittadinanza Ewropea bbażata fuq id-drittijiet individwali fis-sistema Ewropea ta’ governanza f’diversi livelli; |
|
13. |
jenfasizza t-tħassib tiegħu dwar il-pożizzjonijiet espressi s’issa mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kunsill tal-Ministri, li mhumiex ċari u mhumiex ambizzjużi fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-proċess tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u b’mod partikolari fir-rigward tal-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Unjoni Ewropea u tal-Kumitat tar-Reġjuni; |
|
14. |
jemmen li l-Konferenza għandu jkollha bħala mira ċara t-tfassil ta’ proposti konkreti għal leġislazzjoni jew bidliet fit-Trattati tal-UE, li mbagħad jiġu diskussi matul il-kampanja elettorali tal-Parlament Ewropew tal-2024 bil-għan li jkun hemm Konvenzjoni futura; |
|
15. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-plenarja proposta tal-Konferenza li ġiet iffurmata minn membri tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-gvernijiet tal-UE27, tal-parlamenti nazzjonali u tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni; jitlob li l-KtR ikun irrappreżentat minn tal-anqas tmien membri bi drittijiet sħaħ tal-vot; iqis ukoll neċessarju li t-tieni kmamar tal-parlamenti nazzjonali għandhom ikunu rappreżentati fuq livell ugwali, peress li f’ħafna Stati Membri dawn huma magħmula minn rappreżentanti tal-awtoritajiet reġjonali; |
|
16. |
jitlob lill-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Konferenza jiżgura bilanċ politiku u istituzzjonali bejn il-livelli kollha ta’ governanza, billi jinkludi membru tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni li jista’ jiġi appoġġjat minn membru tal-persunal tal-KtR issekondat lis-segretarjat konġunt; |
|
17. |
jilqa’ l-proposta li jiġu involuti wkoll rappreżentanti lokali u reġjonali mill-pajjiżi kandidati tal-UE fid-diskussjonijiet dwar il-ġejjieni tal-Ewropa; |
|
18. |
jistieden lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinkorporaw il-prinċipji msemmija f’din ir-Riżoluzzjoni fid-dikjarazzjoni konġunta tagħhom u jindika l-intenzjoni tiegħu li jsir firmatarju ta’ dik id-dikjarazzjoni; |
|
19. |
jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-Riżoluzzjoni quddiem il-President tal-Parlament Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, il-President tal-Kunsill Ewropew u l-Presidenza Kroata tal-Kunsill. |
Brussell, it-12 ta’ Frar 2020.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Apostolos TZITZIKOSTAS
|
29.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/8 |
Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar il-Programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2020
(2020/C 141/03)
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)
Wara li kkunsidra:
|
— |
il-Programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2020 (1); |
|
— |
il-Protokoll ta’ Kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea ta’ Frar 2012; |
|
— |
ir-Riżoluzzjoni tal-KtR dwar il-Proposti tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għall-mandat leġislattiv il-ġdid tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta’ Ġunju 2019; |
|
1. |
itenni l-ħtieġa li jiġu involuti r-rappreżentanti lokali u reġjonali u ċ-ċittadini Ewropej fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, b’mod partikolari permezz tal-applikazzjoni xierqa ta’ sussidjarjetà attiva u ta’ governanza f’diversi livelli; |
|
2. |
jitlob li jintlaħaq ftehim urġenti dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) biex tiġi żgurata t-tnedija f’waqtha ta’ programmi tal-UE ġodda. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, biex b’mod parallel mal-isforzi tan-negozjati tagħha mal-awtorità baġitarja, tressaq pjan ta’ kontinġenza biex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni ta’ programmi fil-każ ta’ adozzjoni tard tal-QFP; |
|
3. |
jikkonferma mill-ġdid it-talba ċara tiegħu biex il-QFP futur jiġi stabbilit għal mill-inqas 1,3 % tal-ING tal-UE-27 sabiex jiġi żgurat baġit adattat għall-ħtiġijiet, l-aspettattivi u t-tħassib taċ-ċittadini tal-UE, inklużi l-prijoritajiet il-ġodda stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew; |
|
4. |
jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-applikazzjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sħubija meta jitħejjew il-Ftehimiet ta’ Sħubija u l-programmi għall-perjodu 2021-2027 u biex tiżgura li l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jirrappreżenta sħubija sħiħa. Il-prinċipji tas-sħubija u l-governanza f’diversi livelli għandhom ukoll iservu ta’ ispirazzjoni għall-governanza tas-Semestru Ewropew, għal raġunijiet ta’ effikaċja u leġittimità, aktar u aktar peress li s-Semestru jipprovdi linji gwida għall-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2021-2027; |
|
5. |
jilqa’ bi pjaċir l-impenn tal-Kummissjoni li timplimenta l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli permezz tal-integrazzjoni tagħhom fis-Semestru Ewropew, kif rakkomandat mill-KtR, u l-inklużjoni tagħhom fl-approċċ ġenerali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; |
Dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew
|
6. |
jistieden lill-Kummissjoni tinkludi b’mod konsistenti l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-leġislazzjoni u l-inizjattivi kollha tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, li jibdew mill-Patt Klimatiku Ewropew. Min-naħa tiegħu, il-KtR beħsiebu jappoġġja bis-sħiħ l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku u l-iżvilupp tal-Patt Klimatiku permezz ta’ miżuri u inizjattivi kkoordinati u trasversali bil-għan li jiġi żgurat li jibnu fuq il-governanza f’diversi livelli u l-leġittimità territorjali u li l-ebda persuna jew reġjun ma jitħalla barra; |
|
7. |
itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-liġi Ewropea dwar il-klima tkun ibbażata fuq analiżi bir-reqqa tal-impatt u l-benefiċċji tagħha, flimkien ma’ pjani ta’ finanzjament konkreti, filwaqt li tipprovdi indikazzjoni ċara tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u skeda taż-żmien ċara għar-reviżjoni tal-miri biex tintlaħaq in-newtralità klimatika; |
|
8. |
jistieden lill-Kummissjoni biex fl-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Adattament tinkludi l-appoġġ neċessarju għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-politiki ta’ adattament; |
|
9. |
jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li d-djalogu u l-konsultazzjoni pubblika f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija, u li jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, jiġu stabbiliti fl-Istati Membri meta jiġu evalwati l-Pjani Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima finali f’Ġunju 2020. Jimpenja ruħu li jistabbilixxi forum ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet interessati biex jikkooperaw mal-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jipprovdu feedback dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri u inizjattivi relatati mal-Patt Ekoloġiku, kif ukoll jagħmlu suġġerimenti dwar proposti leġislattivi; |
|
10. |
jilqa’ bi pjaċir il-proposta għal “ġurament ekoloġiku”, li għandu jinvolvi b’mod espliċitu lill-KtR. L-inizjattiva għandha tippermetti a) l-inkorporazzjoni ta’ kriterji tas-sostenibbiltà fil-politiki, il-prijoritajiet makroekonomiċi u l-istrumenti finanzjarji kollha tal-UE, fis-Semestru Ewropew u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, sabiex jiġi żgurat li l-leġislazzjoni kollha tkun konsistenti mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku, u b) l-identifikazzjoni u t-tneħħija tal-ostakli u l-inkonsistenzi fil-leġislazzjoni tal-UE. Il-KtR ser jikkontribwixxi għal dan il-għan permezz ta’ inizjattivi bħan-Netwerk ta’ Ċentri Reġjonali; |
|
11. |
jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja bis-sħiħ l-inizjattivi eżistenti li rnexxew, bħalma huma l-Patt tas-Sindki, l-Aġenda Urbana tal-UE, l-Enerġija Nadifa għall-Gżejjer tal-UE kif ukoll għadd ta’ inizjattivi reġjonali, nazzjonali u transkonfinali oħrajn; |
|
12. |
jilqa’ bi pjaċir l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex tiddekarbonizza s-settur tal-enerġija permezz tal-istrateġija tagħha għall-integrazzjoni tas-settur intelliġenti, mewġa ta’ rinnovazzjoni u l-enerġija rinnovabbli minn sorsi lil hinn mill-kosta. F’dan il-kuntest, ir-riperkussjonijiet negattivi possibbli tar-rinnovazzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika għandhom jiġu evitati jew immitigati sabiex jiġu protetti l-inkwilini, il-konsumaturi vulnerabbli u l-unitajiet domestiċi fir-riskju tal-faqar enerġetiku. Il-KtR itenni wkoll it-talba tiegħu għal aġenda Ewropea dwar l-abitazzjoni. Aġenda proattiva bħal din, li ttenni l-inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Housing for all” (“Abitazzjoni għal kulħadd”), għandha fost l-oħrajn tkopri aspetti tar-riforma tal-għajnuna mill-Istat, il-kwistjoni tal-mekkaniżmi li jirregolaw il-kera u l-effetti ta’ esklużjoni fis-swieq tad-djar mill-pjattaformi diġitali; |
|
13. |
jilqa’ bi pjaċir l-inklużjoni ta’ proposti għal bliet ekoloġiċi Ewropej u għaż-żieda tal-bijodiversità f’żoni urbani, inkluż l-inizjattiva ġdida ta’ Ftehim dwar il-Belt Ekoloġika (Green City Accord). Jappoġġja t-tħejjija ta’ Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għal wara l-2020 li tkun ambizzjuża, u l-pożizzjoni tal-UE fil-COP15 tal-KDB tan-NU, sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu rikonoxxuti formalment bħala msieħba ewlenin fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri meħtieġa biex iwaqqfu t-telfien tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi; |
|
14. |
jilqa’ bi pjaċir it-tħejjija ta’ Pjan ta’ Azzjoni ġdid għal Ekonomija Ċirkolari, li għandu jkun ambizzjuż, marbut biż-żmien u xprunat mix-xjenza, bil-prevenzjoni bħala l-ewwel prijorità tiegħu, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart tal-UE. F’dan il-kuntest, jistenna bil-ħerqa l-proposta leġislattiva mmirata lejn it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal--konsumatur għat-tranżizzjoni ekoloġika; |
|
15. |
jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi kollha interkonnessi fil-ħidma biex jinħoloq ambjent mhux tossiku, u jistenna bil-ħerqa li jikkontribwixxi għall-abbozzar tal-“Pjan ta’ Azzjoni ta’ Żero Tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija” li huwa skedat għall-adozzjoni fl-2021; |
|
16. |
jilqa’ bi pjaċir l-impenn tal-Kummissjoni biex tiżviluppa viżjoni ġdida fit-tul għaż-żoni rurali, u jingħaqad mal-Parlament Ewropew (2) fis-sejħa għal Aġenda tal-UE għaż-Żoni Rurali u għal approċċ bilanċjat u komprensiv għall-iżvilupp territorjali Ewropew sabiex il-ħtiġijiet taż-żoni rurali jkunu integrati fil-politiki Ewropej rilevanti kollha, kif imsemmi fid-dikjarazzjoni dwar l-iżvilupp rurali adottata f’Cork; |
|
17. |
jenfasizza l-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol importanti x’jaqdu fl-implimentazzjoni tal-PAK futura u fl-Istrateġija “Mill-għalqa sal-platt” (Farm to Fork) li diġà tħabbret, inkluż permezz tal-ekoloġizzazzjoni tal-akkwist pubbliku, il-promozzjoni ta’ dieti tajbin għas-saħħa, is-sensibilizzazzjoni dwar il-ħela tal-ikel u l-implimentazzjoni ta’ miżuri konkreti fuq il-post. Il-KtR iqis li l-Istrateġija “Mill-għalqa sal-platt” tirrappreżenta opportunità unika biex tiżdied il-koerenza tal-politiki u biex titħeġġeġ it-tranżizzjoni lejn sistemi alimentari aktar sostenibbli u biex tissaħħaħ id-dimensjoni ambjentali tal-PAK. Fi ħdan din l-istrateġija, pjan ta’ azzjoni għandu jistabbilixxi miri kwantifikati għat-tnaqqis tal-pestiċidi kimiċi ta’ mill-inqas 30 % sal-2027 u tal-fertilizzanti nitroġeni sintetiċi, kif ukoll għaż-żieda tal-ammont ta’ art maħduma b’mod organiku, iż-żieda fil-konsum tal-frott u l-ħaxix u t-tnaqqis tar-rata ta’ obeżità fl-UE; |
|
18. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea ssaħħaħ l-informazzjoni tal-konsumatur permezz ta’ ekotikketti Ewropej armonizzati u standards komuni biex tiġi promossa t-tranżizzjoni għal konsum sostenibbli permezz tal-faċilitazzjoni ta’ xiri ekoloġiku u inċentivi lin-negozji biex jiżviluppaw u jtejbu s-sostenibbiltà tagħhom; jitlob li jkun hemm sistema Ewropea ta’ tikkettar nutrittiv sabiex jiġu appoġġjati għażliet aktar sani għall-konsumaturi tal-UE; |
|
19. |
jistieden lill-Kummissjoni tfassal pjan ta’ azzjoni sabiex jiġi promoss il-pastoraliżmu tal-UE; |
|
20. |
jitlob aġenda strateġika komprensiva għas-setturi marittimi Ewropej kollha biex tappoġġja d-dekarbonizzazzjoni tal-industriji tal-baħar, approċċ sostenibbli għas-sajd u l-produzzjoni tal-ikel, kif ukoll biex tippreserva l-vantaġġ kompetittiv tar-reġjuni marittimi Ewropej; |
|
21. |
iqis li l-komunitajiet kostali għandhom jiġu inklużi fit-tfassil ta’ politiki dwar il-governanza sostenibbli tar-riżorsi tal-oċeani sabiex jiġu indirizzati l-isfidi globali fil-livell lokali; |
|
22. |
jitlob li l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti wara l-2020 tiġi aġġornata biex tiżgura l-koordinazzjoni fil-livell tal-UE ta’ politiki li għandhom impatt fuq il-forestrija, u biex jiġi stabbilit il-kuntest għal Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-konsum ta’ prodotti u materja prima fl-UE; |
|
23. |
jappoġġja l-pjan Ewropew għall-ġlieda kontra l-kanċer (Beating Cancer) u jenfasizza li l-prevenzjoni, id-dijanjożi u t-trattament tipikament isiru fil-komunitajiet lokali tal-pazjenti, u b’hekk l-involviment sinifikanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa essenzjali biex din l-inizjattiva tirnexxi; |
|
24. |
jistenna li Strateġija ġdida tal-Farmaċewtika għall-Ewropa se ttejjeb l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-mediċini madwar ir-reġjuni kollha tal-UE, filwaqt li toffri l-innovazzjoni lill-pazjenti u ssaħħaħ il-pożizzjoni industrijali ewlenija tal-Ewropa; |
|
25. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tintensifika l-kooperazzjoni dwar il-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim u tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fix-xogħol preparatorju li jwassal għal proposta tal-Kummissjoni għal karta/passaport komuni tat-tilqim għaċ-ċittadini tal-UE; |
|
26. |
itenni t-talba tiegħu li jiġi applikat il-prinċipju ta’ “ebda limitu ta’ esponiment sikur” għas-sustanzi kimiċi kollha li jfixklu s-sistema endokrinali fl-ispettru sħiħ tal-liġijiet tal-UE, u jitlob il-projbizzjoni tal-bifenili u l-ftalati fil-materjali kollha li jiġu f’kuntatt mal-ikel; |
|
27. |
jistieden lill-Kummissjoni tinkludi r-reżiljenza għad-diżastri bħala wieħed mill-aspetti ewlenin tal-iżvilupp sostenibbli, u tiżgura li dan jiġi kkunsidrat f’fondi u proġetti futuri tal-UE u li tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, it-tħejjija għad-diżastri u l-ġestjoni tad-diżastri; |
|
28. |
jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta, simili għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Fairosene”, għal tassazzjoni tal-enerġija riveduta li tneħħi s-sussidji għall-fjuwils fossili, li tiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi sostenibbli bejn il-modi differenti tat-trasport u li tippermetti taxxi aktar baxxi fuq l-enerġija rinnovabbli sabiex tkun orħos mill-fjuwils fossili, u jħeġġeġ lill-Kunsill jadotta malajr il-leġislazzjoni proposta dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu użu aktar immirat tar-rati tal-VAT b’mod li jirrifletti ambizzjonijiet ambjentali ogħla; |
|
29. |
jenfasizza li huwa meħtieġ li tiġi evitata kompetizzjoni inġusta minn pajjiżi li mhumiex fl-UE li għandhom livelli aktar baxxi ta’ ambizzjoni klimatika. jinnota b’dispjaċir li l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera għal setturi magħżula ma tissemmiex fil-programm ta’ ħidma tagħha; |
|
30. |
jilqa’ bi pjaċir l-ambizzjoni tal-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli tal-Kummissjoni li jimmobilizza EUR 1 triljun matul l-għaxar snin li ġejjin. Madankollu, jiddeplora l-fatt li l-pjan innifsu jidher li huwa anqas ambizzjuż fil-prattika – u jikkonsisti fil-biċċa l-kbira tiegħu minn ippakkjar mill-ġdid ta’ miżuri diġà eżistenti u ppjanati preċedentement – u nieqes minn riżorsi addizzjonali; |
|
31. |
jilqa’ bi pjaċir l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiżgura, permezz tar-rieżami li għaddej tar-regoli u l-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat, aktar flessibbiltà għar-reġjuni favur tranżizzjoni ġusta u aktar flessibbiltà rigward investimenti ta’ sostenibbiltà; |
|
32. |
jenfasizza r-rwol kruċjali tal-politika ta’ koeżjoni bħala l-istrument finanzjarju ewlieni fil-baġit tal-UE biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku. Għandha tingħata attenzjoni partikolari wkoll biex jiġu żgurati l-komplementarjetà u l-konsistenza tal-Fond ġdid għal Tranżizzjoni Ġusta mal-fondi l-oħrajn. F’dan ir-rigward, jikkonferma li l-Alleanza tal-Koeżjoni se tkompli takkumpanja l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-inizjattivi tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-proċess ta’ programmazzjoni; |
|
33. |
jilqa’ bi pjaċir l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta strateġija għal mobilità sostenibbli u intelliġenti biex is-settur tat-trasport jiġi modernizzat u jsir ekoloġiku; jenfasizza li l-finanzjament għall-infrastruttura u r-riċerka tat-trasport għandu jkun marbut ma’ fatturi ta’ sostenibbiltà. Jikkonferma r-rieda tiegħu li jaħdem mad-dipartimenti rilevanti tal-Kummissjoni għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet prattiċi li jinċentivaw u jiffaċilitaw id-dekarbonizzazzjoni tal-mobbiltà fiż-żoni urbani u rurali tal-Unjoni; |
|
34. |
jistieden lill-Kummissjoni tissemplifika s-sistema ġenerali ta’ ġestjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni fil-livelli kollha ta’ governanza sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-benefiċjarji bil-għan li jittejbu l-aċċessibilità u l-effikaċja tal-finanzjament. Barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tadotta sett addizzjonali ta’ indikaturi, bħall-Indiċi tal-Progress Soċjali, biex jikkomplementa l-indikatur tal-PDG, bil-għan li jiġi rifless aħjar l-iżvilupp soċjoekonomiku reali tar-reġjuni u tinkiseb distribuzzjoni aktar ġusta tal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni. Jenfasizza l-importanza li tiżdied il-viżibbiltà tar-riżultati tal-proġetti ffinanzjati mill-UE sabiex ikunu jistgħu jintwerew aħjar il-benefiċċji tagħhom għall-ħajja ta’ kuljum tal-Ewropej; |
Nindirizzaw it-tranżizzjoni diġitali
|
35. |
jiġbed l-attenzjoni dwar il-perspettivi territorjali għas-suq uniku u dwar il-ħtieġa assoluta li tiġi promossa l-koeżjoni diġitali. Iqis għalhekk li l-istabbiliment ta’ netwerk ta’ Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali jiżgura kopertura suffiċjenti għar-reġjuni kollha; |
|
36. |
iqis li l-qafas regolatorju eżistenti tal-UE li japplika għall-ekonomija kollaborattiva jew tal-pjattaformi jirrikjedi aġġornament bir-reqqa. Il-KtR jistenna b’mod partikolari li “l-Att dwar is-Servizzi Diġitali” jindirizza l-kwistjoni kruċjali tal-istatus tal-pjattaformi u l-aċċess għad-data, u li jispeċifika l-kriterji ta’ interess ġenerali; |
|
37. |
jistenna bil-ħerqa t-tnedija fit-tielet kwart tal-2020 ta’ Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali (DESI) lokali/reġjonali; |
|
38. |
jenfasizza l-ħtieġa li jiġu determinati l-ħtiġijiet futuri ta’ investiment bil-għan li tiġi żviluppata l-konnettività tal-broadband fil-livell lokali u reġjonali u jipproponi li ssir ħidma mal-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment biex jiġu żviluppati skemi ta’ appoġġ u finanzjament ġodda għall-infrastruttura tal-ICT f’żoni żvantaġġati; |
|
39. |
jappoġġja l-implimentazzjoni u l-aġġornar tal-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa u aġġornar tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali; |
|
40. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tirrevedi l-qafas regolatorju tal-Unjoni Ewropea għall-intelliġenza artifiċjali bħala aspett importanti tar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll għas-servizzi pubbliċi. Din ir-reviżjoni għandha tirrifletti approċċ iċċentrat fuq il-bniedem għall-iżvilupp teknoloġiku u għandha tiżgura rispett għall-valuri u l-prinċipji Ewropej, filwaqt li tiżgura li l-Ewropej ikollhom kontroll fuq id-data personali tagħhom; |
|
41. |
jilqa’ l-enfasi fuq “Inżidu ċ-ċibersigurtà” u jistieden lill-Kummissjoni tinkludi sistemi mmexxija mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-analiżi kollha tagħha; |
|
42. |
iqis li strateġija komprensiva u fit-tul għall-industrija Ewropea hija essenzjali. Din l-istrateġija għandha tappoġġja t-tranżizzjoni diġitali, tippermetti li l-partijiet kollha tal-industrija jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-ħolqien ta’ ekonomija newtrali għall-klima u ċirkolari, u tibni fuq approċċ ibbażat fuq il-post iffukat fuq it-tisħiħ u l-konnessjoni tal-ekosistemi reġjonali; |
|
43. |
jistenna bil-ħerqa r-Rapport dwar l-Ostakli għas-Suq Uniku u jistenna li dan jipprovdi stampa ċara u komprensiva tal-aktar ostakli severi li ma jħallux lin-negozji Ewropej – b’mod partikolari l-SMEs – u lill-pubbliku jibbenefikaw mill-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku. Barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri biex jitneħħew l-ostakli li ġew identifikati u biex jiġi ssimplifikat il-qafas regolatorju ġenerali tal-UE. Jenfasizza r-rwol ewlieni tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti biex il-missjonijiet ewlenin tal-UE bħall-adattament għall-klima u t-tranżizzjoni industrijali jintrabtu ma’ ekosistemi tal-innovazzjoni lokali u reġjonali, u jissuġġerixxi li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn il-KtR, il-Kummissjoni u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) biex jissaħħaħ aktar dan il-kunċett; |
|
44. |
iqis li l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni, appoġġjati mill-programm imdaqqas tal-Orizzont Ewropa u minn ħafna strumenti ta’ finanzjament nazzjonali, għandhom jiżguraw ukoll li l-ebda reġjun jew belt ma jitħallew lura u li ma jkunx hemm eżodu ta’ talent u ta’ investiment ta’ valur miżjud għoli mir-reġjuni periferiċi Ewropej lejn bliet kbar u reġjuni industrijali stabbiliti f’livell kif ġie osservat dan l-aħħar; |
Dwar ir-riformi soċjali u ekonomiċi
|
45. |
jappoġġja l-objettiv ġenerali ta’ Ewropa Soċjali b’Saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti u beħsiebu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni territorjali sħiħa tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jippromovi xogħol diċenti għal kulħadd li joffri l-bażi essenzjali għal żvilupp soċjali u ekonomiku ġust u sostenibbli, inkluż dwar il-proposti li tħabbru dwar ir-regolazzjoni tax-xogħol tal-pjattaforma, l-istabbiliment ta’ paga minima, l-ippjanar ta’ skema ta’ riassigurazzjoni tal-qgħad, l-appoġġ għat-taħriġ mill-ġdid, it-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal; |
|
46. |
jistieden lill-Kummissjoni tagħti segwitu għall-konklużjonijiet tal-Presidenza Finlandiża dwar l-ekonomija tal-benesseri, li tindirizza l-benesseri tan-nies kemm bħala ġid intrinsiku kif ukoll bħala fattur strumentali fit-tkabbir makroekonomiku u l-progress; |
|
47. |
jilqa’ l-ħolqien tad-dimensjoni reġjonali tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali Ewropea min-naħa tal-Kummissjoni u jitlob li dawn l-isforzi jiżdiedu fil-futur permezz ta’ aktar kooperazzjoni mal-Istati Membri; |
|
48. |
jitlob li jkun hemm Pjan ta’ Azzjoni għall-ekonomija soċjali, li fost l-oħrajn jipproponi definizzjoni legali trasversali ta’ “intrapriża soċjali” u jipprevedi Statut Ewropew għall-intrapriżi soċjali u dawk ibbażati fuq is-solidarjetà; |
|
49. |
jilqa’ bi pjaċir il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u l-ftuħ tal-konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni tal-Qafas ta’ Governanza Ekonomika, inkluż il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST). Din ir-reviżjoni tal-governanza ekonomika tal-UE tirrappreżenta opportunità meħtieġa ħafna sabiex jitjiebu r-regoli fiskali tal-UE billi tiġi introdotta Regola tad-Deheb għall-investimenti sostenibbli, inkluż il-finanzjament allokat fil-Fondi Strutturali u ta’ Investiment meħtieġ biex jiġi implimentat il-Patt Ekoloġiku; |
|
50. |
jistieden lill-Kummissjoni tipprijoritizza l-bini ta’ kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali taħt il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali u l-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi li jmiss, kif mitlub fl-Opinjoni tiegħu tal-4 ta’ Diċembru 2019 (3); |
|
51. |
jenfasizza l-ħtieġa li titkompla l-ħidma fuq l-approfondiment tal-UEM, b’mod partikolari billi titlesta l-Unjoni Bankarja u permezz ta’ approprjazzjonijiet baġitarji suffiċjenti għall-Istrument Baġitarju għall-Konverġenza u l-Kompetittività (BICC), kif ukoll billi jsir progress lejn Skema Ewropea ta’ Riassigurazzjoni tal-Benefiċċji tal-Qgħad; |
|
52. |
itenni t-talba tiegħu għal Komunikazzjoni ġdida dwar it-turiżmu sostenibbli fl-Ewropa; |
Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja
|
53. |
jilqa’ bi pjaċir l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tniedi inizjattiva wiesgħa dwar ir-riforma tad-WTO wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO li jmiss f’Ġunju 2020. Jenfasizza li dan huwa aktar u aktar importanti meta wieħed iqis l-iżviluppi internazzjonali lejn żieda fil-protezzjoniżmu u l-kumpaniji internazzjonali appoġġjati minn sussidji statali. Jilqa’ wkoll, għalhekk, il-White Paper proposta dwar Strument għas-Sussidji Barranin; |
|
54. |
jesprimi tħassib li l-abbozz ta’ rapport interim dwar il-valutazzjoni tal-impatt dwar is-sostenibbiltà għall-ftehim kummerċjali mal-Mercosur jissuġġerixxi li l-produzzjoni u s-servizzi tal-UE se jibbenefikaw l-aktar minn dan il-ftehim, iżda jirrikonoxxi li l-agrikoltura u ż-żoni rurali fl-UE se jintlaqtu l-aktar mill-effetti negattivi mistennija; |
|
55. |
jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-governanza tajba u d-demokrazija lokali fil-viċinat tal-UE u jistieden lill-Kummissjoni żżid il-pakkett ta’ assistenza finanzjarja għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi msieħba, b’mod partikolari għal inizjattivi ta’ bini ta’ kapaċità bejn il-pari, f’konformità mas-sejbiet tal-evalwazzjoni dwar l-appoġġ tal-UE lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-reġjuni tat-tkabbir u tal-viċinat (2010-2018); |
|
56. |
jilqa’ bi pjaċir il-pjan ta’ azzjoni li tħabbar dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa fir-relazzjonijiet esterni u qed jikkontribwixxi għall-objettivi tiegħu permezz tal-enfasi tal-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) fuq it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa; |
|
57. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw il-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali tal-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi kandidati, inkluż fil-forma ta’ raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali (REKT) u strateġiji makroreġjonali Ewropej; |
|
58. |
iqis li l-proċess ta’ tkabbir għandu jkompli bħala prijorità tal-UE, u li l-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-pajjiżi tat-tkabbir għandhom ikunu involuti saħansitra aktar fit-tħejjijiet għall-adeżjoni. Ir-reviżjoni tal-metodoloġija tan-negozjati tal-adeżjoni għandha tqis dan it-tħassib. Permezz tal-attivitajiet tal-Kumitati Konsultattivi Konġunti tiegħu, il-KtR beħsiebu jgħin lill-pajjiżi kandidati jkunu integrati aħjar fil-politiki ewlenin tal-UE qabel l-adeżjoni; |
|
59. |
jaqbel li s-Sħubija tal-Lvant (SL) għandha tissaħħaħ fid-dawl ta’ konsultazzjoni dwar il-futur tagħha u se jibqa’ impenjat biex javvanza l-objettivi tagħha lil hinn mill-bliet kapitali u fil-livell ta’ governanza li huwa l-eqreb tal-pubbliku; |
|
60. |
jenfasizza l-importanza tal-atturi lokali u reġjonali u l-inizjattivi ta’ kooperazzjoni deċentralizzata tagħhom fil-kisba tal-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipprovdi appoġġ kontinwu għal dawn l-inizjattivi u tagħtihom aktar viżibilità; |
|
61. |
jinnota b’dispjaċir li ma hemm l-ebda referenza għall-Viċinat tan-Nofsinhar fil-Programm ta’ Ħidma għall-2020.; jenfasizza li din is-sena hija l-25 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta’ Barċellona, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tqis din l-opportunità unika biex tipproponi Aġenda rinnovata tal-UE għall-Viċinat tan-Nofsinhar lejn reġjun komunitarju Mediterranju innovattiv, interkulturali u inklużiv biex jiġu ffaċċjati l-isfidi l-ġodda sal-2030; |
|
62. |
itenni l-ħtieġa li tingħata spinta lill-pjattaformi tat-tagħlim elettroniku, li tiżdied id-disponibbiltà ta’ korsijiet onlajn miftuħa fil-qasam tal-protezzjoni ċivili u li jiġi promoss in-netwerking tal-għarfien u l-ħiliet. F’dan il-kuntest, jappoġġja bis-sħiħ l-istabbiliment u l-użu tan-Netwerk Ewropew ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili; |
Dwar il-valuri Ewropej
|
63. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea ssaħħaħ l-għodod eżistenti tal-UE biex tissorvelja u tipproteġi l-istat tad-dritt u tiżviluppa, fejn possibbli, mekkaniżmu ta’ monitoraġġ orizzontali uniku għall-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali. Il-mekkaniżmu għandu jkun ibbażat fuq kemm jista’ jkun sorsi differenti, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-soċjetà ċivili organizzata u l-individwi; |
|
64. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-esperjenzi bejn il-livelli differenti ta’ governanza fil-ġlieda kontra l-populiżmu u l-estremiżmu, u l-promozzjoni ta’ kultura ta’ drittijiet tal-bniedem, ikkomplementata minn fondi, għarfien espert u gwida prattika għall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jipproteġu s-sistemi demokratiċi tagħna; |
|
65. |
jistenna bil-ħerqa l-inizjattiva għal Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Asil u jinnota l-ħtieġa urġenti għal approċċ komprensiv għall-migrazzjoni, l-integrazzjoni u l-politiki dwar l-asil ibbażati fuq il-prinċipji tar-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u s-solidarjetà. Fl-istess ħin, l-UE għandha tkompli tiffoka l-isforzi tagħha fuq il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE sabiex twaqqaf il-migrazzjoni illegali u tiġġieled it-traffikar tal-bnedmin; |
|
66. |
jappoġġja l-preżentazzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni u jenfasizza r-rwol fundamentali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iffaċilitar tal-integrazzjoni. Jilqa’ ż-żieda gradwali reċenti fl-appoġġ mill-Kummissjoni Ewropea direttament aċċessibbli għall-awtoritajiet lokali u jitlob li dan l-appoġġ jiżdied u biex ikun hemm aktar finanzjament dirett u ssimplifikat għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jirċievu u jintegraw il-migranti regolari u r-refuġjati. Jimpenja ruħu għal kooperazzjoni akbar bejn il-KtR, il-Kummissjoni Ewropea u l-imsieħba l-oħra fl-inizjattiva u n-netwerk ta’ “Bliet u Reġjuni għall-Integrazzjoni”; |
|
67. |
jilqa’ bi pjaċir l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali u nazzjonali biex iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni ssir realtà sal-2025, jappoġġja l-objettiv li jinbena spazju għat-tagħlim, l-istudju u r-riċerka mingħajr fruntieri u jenfasizza l-ħtieġa li jitrawmu ċ-ċirkolazzjoni tal-imħuħ u l-migrazzjoni ta’ ritorn tagħhom; |
|
68. |
jenfasizza li l-Aġenda l-ġdida Ewropea għall-Kultura tikkomplementa u ssaħħaħ l-identità Ewropea, li hija komplementari għall-identitajiet nazzjonali u reġjonali, permezz tar-rikonoxximent tad-diversità kulturali u lingwistika fl-Ewropa, it-tisħiħ tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej u r-relazzjonijiet tagħhom ma’ msieħba barra mill-Ewropa. Il-KtR iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni Ewropea biex tappoġġja l-inizjattiva tal-Unesco dwar il-wirt, bil-għan li l-wirt dinji jintuża bħala għodda għat-titjib tas-sostenibbiltà ekonomika u soċjali taż-żoni rurali fl-Ewropa; |
|
69. |
jilqa’ bi pjaċir l-Istrateġija ta’ Sigurtà Ġdida tant mistennija u d-Direttiva dwar il-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika, u jitlob li jiġu inklużi l-inizjattivi u l-istrateġiji kollha meħuda mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam tal-protezzjoni ċivili; |
It-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea
|
70. |
jilqa’ bi pjaċir ir-rikonoxximent tal-Kummissjoni Ewropea tar-rwol li għandhom il-livelli sottonazzjonali tal-gvern fis-sistema demokratika tal-Unjoni. Il-KtR jerġa’ jikkonferma min-naħa tiegħu r-rieda qawwija tar-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa biex jipparteċipaw fid-demokrazija Ewropea u fit-teħid tad-deċiżjonijiet bħala msieħba sħaħ, u biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-governanza f’diversi livelli, tas-sussidjarjetà attiva u tal-proporzjonalità; |
|
71. |
jilqa’ l-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa li jmiss. jirrimarka li l-involviment attiv tal-KtR fil-korpi governattivi u fil-plenarja tal-konferenza ser jipprovdi valur miżjud għall-proċess, li jippermetti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lill-pubbliku jimpenjaw ruħhom fi djalogu sinifikanti mal-UE, li għandu jwassal għal proposti konkreti biex jittejbu l-effikaċja u l-funzjonament demokratiku tal-UE; |
|
72. |
jilqa’ bi pjaċir l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea li tipprovdi politiki b’mod trasparenti u effiċjenti, u li tiżgura li dawn jipprovdu benefiċċji tanġibbli filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv eċċessiv. Itenni l-appoġġ ġenerali tiegħu għall-Aġenda għal regolamentazzjoni aħjar u jistenna li l-prinċipju “One In, One Out” ma jsegwix approċċ mekkanistiku. Il-KtR qed jistenna bil-ħerqa li jiżviluppa kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea permezz tan-netwerk tal-KtR ta’ ċentri reġjonali dwar ir-reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-politika tal-UE fil-post; |
|
73. |
jindika l-importanza ta’ rwol ta’ koordinazzjoni b’saħħtu għall-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni tal-Aġenda Urbana tal-UE. Il-KtR jqis li Karta ta’ Leipzig imġedda tkun pass ulterjuri biex l-Aġenda Urbana tal-UE tintrabat mal-Aġenda għal regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni Ewropea u l-Patt Ekoloġiku; |
|
74. |
jitlob strateġija Ewropea globali dwar it-tibdil demografiku, li għaliha l-KtR għandu l-ħsieb li jikkontribwixxi billi janalizza l-impatt tat-tibdil demografiku fuq gruppi differenti ta’ persuni u reġjuni; |
|
75. |
jilqa’ bi pjaċir il-ħolqien ta’ portafoll tal-kummissarji dwar l-ugwaljanza. Il-KtR ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol kruċjali fit-trattament tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri: paga ugwali għal xogħol ugwali, kondiviżjoni ugwali tar-responsabbiltajiet ta’ indukrar, arranġamenti għal liv tal-ġenituri u tal-persuni li jindukraw bi ħlas adatt, tnaqqis tad-diskrepanza bejn il-pagi u l-pensjonijiet, eliminazzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa u baġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru. Jappella għal miżuri konkreti f’dan ir-rigward fl-oqsma msemmija hawn fuq bħala mezz biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tan-nisa, li jibdew fil-livell lokali u reġjonali; |
|
76. |
jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jibgħat din ir-Riżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-Presidenzi tal-Kroazja u tal-Ġermanja tal-Kunsill tal-UE u lill-President tal-Kunsill Ewropew. |
Brussell, it-12 ta’ Frar 2020.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Apostolos TZITZIKOSTAS
(1) COM(2020) 37 final
(2) Ir-Riżoluzzjoni tal-PE tat-3 ta’ Ottubru 2018 li tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ żoni rurali, muntanjużi u mbiegħda.
(3) https://webapi2016.cor.europa.eu/v1/documents/cor-2019-02043-00-01-ac-tra-mt.docx/content
OPINJONIJIET
Il-Kumitat tar-Regjuni
Il-138 sessjoni plenarja tal-KtR, 11.2.2020–12.2.2020
|
29.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/15 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — It-tisħiħ tal-istat tad-dritt fl-Unjoni — Pjan ta’ azzjoni
(2020/C 141/04)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
Kummenti ġenerali
|
1. |
jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni, li tirrikonoxxi u tagħti importanza kbira lill-istat tad-dritt bħala prekundizzjoni għall-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea u bħala valur fundamentali tal-Unjoni, iddikjarat fit-Trattati u komuni għat-tradizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri; jenfasizza li l-inizjattivi stabbiliti mill-Kummissjoni biex jiġu promossi l-prinċipji tal-istat tad-dritt, tiġi prevenuta l-possibbiltà li dawn il-prinċipji jinkisru u biex ikun hemm reazzjoni proporzjonata f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità magħhom, jikkompletaw b’mod pożittiv is-sistema attwali; |
|
2. |
jaqbel li l-infurzar tal-istat tad-dritt, għalkemm huwa primarjament ir-responsabbiltà ta’ kull Stat Membru, huwa responsabbiltà kondiviża mill-Istati Membri u l-Unjoni; l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jipprovdi bażi legali indubitabbli sabiex jiġi eżerċitat dan l-infurzar mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea; |
|
3. |
jenfasizza, barra minn hekk, li s-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol importanti fit-tisħiħ tal-istat tad-dritt: l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma livell fundamentali ta’ leġittimità demokratika u għandhom jippromovu b’mod kontinwu kultura tal-istat tad-dritt u jimmonitorjaw li l-prinċipji assoċjati magħhom jiġu osservati. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet ta’ disseminazzjoni proposti mill-Kummissjoni u jistgħu jaġixxu wkoll bħala sorsi ta’ informazzjoni għall-monitoraġġ li din beħsiebha twettaq; min-naħa tiegħu, il-KtR jista’ jiffaċilita u jikkoordina l-isforz tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, pereżempju billi jħeġġiġhom jibnu ftehimiet bejn il-partiti dwar aspetti tad-demokrazija lokali li jitqiesu mhux negozjabbli u li jiġu difiżi b’mod konġunt jekk jiġu attakkati; |
|
4. |
jenfasizza li r-rispett tal-istat tad-dritt għandu jkun garantit fl-interess ta’ kulħadd, peress li dan huwa prekundizzjoni sabiex jiġu eżerċitati d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali li l-leġislazzjoni tal-Unjoni tagħti lill-individwi; it-tisħiħ tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri jfisser it-tisħiħ tad-drittijiet mogħtija lil kull persuna; |
|
5. |
huwa konvint li sistema komprensiva ta’ protezzjoni tal-istat tad-dritt teħtieġ kontroll fuq l-Istati Membri, iżda wkoll monitoraġġ tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; iqis għalhekk li s-sistema tal-infurzar tal-istat tad-dritt, imħejjija mill-Unjoni, għandha tiġi integrata minn mekkaniżmi esterni għall-Unjoni stess. Filwaqt li huwa konxju tad-diffikultajiet legali li għandhom jingħelbu, il-KtR għalhekk jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li terġa’ tibda l-proċess tal-adeżjoni tal-UE għall-KEDB, kif meħtieġ mill-Artikolu 6(2) tat-TUE; |
|
6. |
jilqa’ b’sodisfazzjon l-indikazzjoni preċiża fil-Komunikazzjoni tal-fatturi li jikkaratterizzaw l-istat tad-dritt, bħall-indipendenza tal-ġudikatura, il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, il-preżenza ta’ soċjetà ċivili attiva u l-pluraliżmu tal-midja. Dawn huma elementi essenzjali biex tiġi żgurata l-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, il-funzjonament tajjeb tal-Unjoni, il-kooperazzjoni sinċiera bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u, fuq kollox, ir-rispett sħiħ tad-drittijiet li ċ-ċittadini jisiltu mis-sistema legali tal-Unjoni Ewropea; |
|
7. |
jenfasizza li r-rispett għall-istat tad-dritt, il-garanzija tad-drittijiet fundamentali u r-rispett għall-prinċipji tad-demokrazija huma marbuta mill-qrib u jiddependu minn xulxin u għandhom jiġu rispettati, protetti u msaħħa fil-livelli kollha ta’ gvern: il-KtR jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-mekkaniżmi li jipproteġu l-istat tad-dritt, b’mod partikolari s-sistema annwali ta’ monitoraġġ, iqisu b’mod xieraq ir-riskju ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali u t-tbegħid mill-prinċipji demokratiċi fl-Istati Membri fil-livelli kollha ta’ gvern; |
|
8. |
ifakkar lill-Kummissjoni li, waqt li jiġi evalwat ir-rispett tal-prinċipju tal-Istat tad-Dritt mill-Istati Membri, hemm bżonn ukoll li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi u t-tradizzjonijiet legali tal-leġislazzjonijiet nazzjonali; |
|
9. |
ifakkar li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom id-dritt li jirrikorru għall-qrati, li jridu jkunu u għandhom jidhru indipendenti. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jirregolaw l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-ġudikatura, l-istandards tal-effiċjenza tal-qrati kif ukoll il-garanziji li l-imħallfin li japplikaw il-liġi tal-Unjoni jkunu indipendenti għandhom ikunu ekwivalenti; il-KtR jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-monitoraġġ kontinwu tagħha ta’ ksur possibbli tal-indipendenza tal-ġudikatura; |
|
10. |
jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha tal-UE jkunu soġġetti għall-istess livell ta’ skrutinju, mingħajr ebda divrenzjar ibbażat fuq kriterji addizzjonali; |
|
11. |
jenfasizza li l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja huma komponenti essenzjali tal-istat tad-dritt; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni twettaq monitoraġġ kontinwu tal-possibbiltà li l-awtoritajiet pubbliċi jinterferixxu fil-midja u tintervjeni bl-istrumenti rikonoxxuti mit-Trattati fil-każ ta’ ksur tal-libertà tal-informazzjoni; |
|
12. |
jinnota li r-rapportar indipendenti u professjonali tal-ġurnaliżmu huwa mhedded minn miżapproprjazzjoni tal-kontenut ġurnalistiku permezz ta’ pjattaformi diġitali, kif ukoll mit-tendenza li l-informazzjoni u l-aħbarijiet jitfittxu minn fuq il-midja soċjali, mingħajr ma madankollu jiġu vverifikati u, f’ħafna każijiet, ma jkunux ikkonfermati, jekk mhux għalkollox infondati u mmanipulati; |
|
13. |
ifakkar, għalhekk, il-ħtieġa li jiġi evitat li l-ġurnaliżmu jitwarrab mill-aspett professjonali, li jiġu appoġġjati ekonomikament il-midja indipendenti ta’ kwalità, li jissaħħaħ il-ġurnaliżmu investigattiv u li jiġu protetti dawk involuti fih, u li jiġu promossi s-sistemi li jikkonfermaw jekk l-aħbarijiet imxerrda permezz tal-pjattaformi onlajn humiex affidabbli jew le. Il-KtR jissuġġerixxi li jiġu sfruttati u jissaħħu l-esperjenzi ta’ monitoraġġ li diġà tnedew mill-Kummissjoni; |
|
14. |
jenfasizza li t-theddid serju għall-istat tad-dritt jista’ jirriżulta mhux biss mill-awtoritajiet tal-Istat iżda wkoll minn operaturi ekonomiċi privati kbar attivi fil-midja u fl-ekonomija diġitali. Il-Kummissjoni ma tistax tinjora t-theddid għall-pluraliżmu tal-midja, għad-dritt għal informazzjoni korretta u vverifikata, kif ukoll għall-eżerċitar ħieles tad-dritt tal-vot, li l-ekonomija diġitali tista’ tipproduċi. Taqsima speċjali tar-rapport annwali propost mill-Kummissjoni tista’ tkun iddedikata għar-riskji ta’ ksur imwettaq minn atturi mhux statali. |
Stedina biex titqies ir-Riżoluzzjoni tal-KtR tat-22 u t-23 ta’ Marzu 2017
|
15. |
jistieden lill-Kummissjoni biex, meta timplimenta l-proposti tagħha, tqis bis-sħiħ il-kriterji li l-KtR stabbilixxa fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 u t-23 ta’ Marzu 2017 dwar L-istat tad-dritt fl-UE minn perspettiva lokali u reġjonali; |
|
16. |
jenfasizza li r-rispett tal-prinċipji tal-istat tad-dritt jirrikjedi prevenzjoni effettiva tal-korruzzjoni u l-użu korrett u trasparenti tal-fondi tal-Unjoni; il-frodi fil-ġestjoni ta’ dawn il-fondi għandha tiġi rrappurtata malajr lill-qrati u segwita b’mod rigoruż fil-livelli kollha; |
|
17. |
jilqa’ l-fatt li huwa possibbli li l-prinċipji tal-istat tad-dritt jissaħħu permezz ta’ proċeduri fejn il-fondi tal-UE jingħataw bil-kundizzjoni li jkun hemm konformità sħiħa ma’ dawn il-prinċipji; |
|
18. |
jenfasizza l-importanza li jiġi evitat li l-mekkaniżmi għall-infurzar tal-istat tad-dritt ikunu jistgħu jitqiesu bħala sanzjoni għall-komunitajiet statali, reġjonali u lokali u jistgħu jdgħajfu s-sens ta’ appartenenza ta’ dawn il-komunitajiet għad-dar Ewropea komuni; |
|
19. |
jinnota, f’dan ir-rigward, li t-tnaqqis tal-finanzjament tal-UE għall-awtoritajiet lokali u reġjonali jista’ jikkostitwixxi sanzjoni imposta fil-livelli ta’ governanza li mhumiex responsabbli għall-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt allegat mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, it-tnaqqis allegat tal-fondi jista’ jiġi pperċepit mill-benefiċjarji u, b’mod aktar ġenerali, miċ-ċittadini tal-komunitajiet ikkonċernati, bħala sanzjoni mhux ġustifikata, minħabba li ma tkunx marbuta ma’ ksur speċifiku fl-implimentazzjoni ta’ proġetti ffinanzjati. Dawn il-miżuri jistgħu għalhekk iwasslu għal sens ta’ ostilità lejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea; |
|
20. |
iqis, għalhekk, li l-kundizzjonalità tal-fondi għandha tkun soluzzjoni li għandha tintuża biss fil-każ ta’ ksur serju u sistemiku; fil-każijiet fejn din il-miżura kellha tiġi adottata, ir-responsabbiltajiet serji tal-awtoritajiet li wasslu għat-tnaqqis tal-finanzjament għandhom ikunu ċari f’għajnejn il-pubbliku tal-komunitajiet ikkonċernati; |
|
21. |
iqis, madankollu, li l-mekkaniżmi ta’ djalogu politiku u monitoraġġ huma prijorità, li jpoġġu lill-Istati Membri fuq l-istess livell u li huma kapaċi jipprevjenu l-ksur tal-istat tad-dritt. |
Evalwazzjonijiet tas-sistema annwali għall-monitoraġġ tal-konformità mal-istat tad-dritt
|
22. |
ifakkar li l-prinċipju tat-trattament indaqs tal-Istati Membri kollha huwa prekundizzjoni għall-proċess kollu tal-integrazzjoni Ewropea; f’dan il-kuntest, il-KtR jilqa’ l-proposta li tinħoloq sistema annwali ta’ monitoraġġ li tkopri lill-Istati Membri kollha; |
|
23. |
jenfasizza li monitoraġġ tal-Istati Membri kollha juri b’mod ċar li l-għan tal-Unjoni huwa li tiddefendi valuri komuni, u mhux li tisfida l-mudelli ta’ organizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-istat, imfassla mill-Istati Membri individwali fit-twettiq tal-kompetenzi tagħhom; barra minn hekk, infurzar transversali jindika li devjazzjonijiet, ftit jew wisq sinifikanti, mill-prinċipji tal-istat tad-dritt jistgħu jseħħu f’kull Stat Membru; |
|
24. |
jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata parteċipazzjoni adegwata tal-Istati Membri fil-ħolqien tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-istat tad-dritt u fil-proċess ta’ monitoraġġ innifsu; |
|
25. |
jinsisti li l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ annwali għandha titqies bħala prijorità mill-Kummissjoni l-ġdida. Il-KtR, għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni immedjata u tuża r-riżorsi meħtieġa f’termini ta’ finanzjament u persunal; daqstant malajr, fl-Istati Membri individwali għandhom jiġu identifikati l-punti ta’ kuntatt, li għandhom jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lis-soċjetà ċivili fil-ħidma tagħhom; |
|
26. |
jenfasizza l-importanza ta’ parametri oġġettivi u trasparenti biex il-monitoraġġ isir b’mod korrett; il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha rwol ċentrali fl-iżvilupp ta’ dawn il-parametri. Il-KtR jissuġġerixxi li jiġu żviluppati l-iskemi użati fil-kuntest tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja, li tintuża u tiġi rfinata l-Lista ta’ Kontroll tal-Istat tad-Dritt (Rule of law checklist) imfassla mill-Kummissjoni ta’ Venezja u, b’mod aktar ġenerali, li tiġi sfruttata l-esperjenza miksuba mill-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa; |
|
27. |
il-KtR, f’konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2016, jenfasizza l-ħtieġa li l-istrumenti ta’ evalwazzjoni diġà previsti fil-livell tal-Unjoni dwar l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali jiġu kkoordinati u, fejn possibbli, integrati f’mekkaniżmu uniku ta’ monitoraġġ; |
|
28. |
iqis li huwa importanti ħafna li l-monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq sistema li tirrapporta ksur potenzjali li tkun miftuħa għall-kontributi minn l-akbar ammont ta’ sorsi rilevanti possibbli, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, mid-dinja akkademika, iżda wkoll minn individwi u s-soċjetà ċivili organizzata; |
|
29. |
jaqbel li s-sistema ta’ monitoraġġ għandha tinżamm mill-Kummissjoni; iqajjem madankollu l-kwistjoni tar-rwol li l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni jista’ u għandu jkollha fil-kuntest tal-monitoraġġ annwali. Il-KtR jistieden lill-Kummissjoni tanalizza jekk hemmx bżonn li jinbidel il-mandat tal-Aġenzija sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tagħha. |
Proposti konkreti għal involviment akbar tal-KtR u tal-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt fl-Unjoni
|
30. |
jipproponi li jissaħħaħ l-involviment tal-KtR, tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni tal-kultura għar-rispett tal-istat tad-dritt; |
|
31. |
jinnota li l-avveniment annwali għall-promozzjoni tal-istat tad-dritt, kif propost mill-Kummissjoni, għandu jkun il-qofol ta’ serje ta’ laqgħat li jsiru fil-livell reġjonali u statali, li jwasslu għall-avveniment komuni fil-livell tal-Unjoni; il-KtR jistieden għalhekk lill-Kummissjoni torganizza, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u mal-Istati Membri, laqgħat reġjonali dwar l-istat tad-dritt li jsiru qabel u jħejju l-avveniment annwali; |
|
32. |
jinnota li l-avveniment annwali m’għandux neċessarjament isir fi Brussell: dan l-avveniment jista’ jiġi ospitat minn belt jew reġjun Ewropew, darba kull wieħed. Il-KtR għalhekk jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tidentifika “Belt tal-Istat tad-Dritt” kull sena, fejn isir l-avveniment annwali; |
|
33. |
iqis li l-fondi attwalment previsti għas-soċjetà ċivili u għall-midja indipendenti fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali għandhom jiżdiedu b’mod sinifikanti. Parti minn dan il-finanzjament għandu jiġi allokat għall-midja lokali; |
|
34. |
jinnota li, apparti n-netwerks ġudizzjarji Ewropej, l-attivitajiet ta’ promozzjoni u monitoraġġ proposti mill-Kummissjoni għandhom jinvolvu wkoll l-kmamar u l-assoċjazzjonijiet tal-avukati. Fil-livell lokali, l-avukat huwa perċepit bħala l-ewwel linja ta’ difiża kontra abbużi u ksur possibbli tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali; barra minn hekk, l-assoċjazzjonijiet tal-avukati jinsabu fl-Unjoni kollha u kapaċi jitkellmu dwar il-livelli kollha ta’ governanza Ewropea (lokali, reġjonali, statali u tal-Unjoni); |
|
35. |
jenfasizza li fl-attivitajiet ta’ promozzjoni u ta’ monitoraġġ proposti mill-Kummissjoni, għandhom jiġu involuti wkoll l-ombudsmen, mifruxin ħafna fil-livell lokali u reġjonali. Dawn il-korpi ta’ garanzija għandhom ikunu involuti fil-ġbir ta’ informazzjoni, kif ukoll fil-laqgħat u l-avvenimenti reġjonali biex jiġu promossi l-prinċipji tal-istat tad-dritt; |
|
36. |
japprezza ħafna l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tappoġġja l-universitajiet u ċ-ċ-ċentri ta’ riċerka sabiex jiġu studjati suġġetti relatati mal-istat tad-dritt; iqis li l-kontributi sinifikanti għandhom jiġu diretti lejn riċerkaturi li jaħdmu fi Stati Membri fejn, abbażi ta’ parametri stabbiliti, il-prinċipji tal-istat tad-dritt jinsabu aktar f’riskju. Parti mill-attività ffinanzjata għandha tkopri t-tixrid ta’ dawn il-prinċipji fil-komunitajiet reġjonali u lokali, inkluż bl-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata; |
|
37. |
jenfasizza li permezz tal-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni, eluf ta’ amministraturi u prattikanti lokali jintalbu jiffamiljarizzaw ruħhom mar-regoli u l-istrateġiji tal-Unjoni; il-KtR iqis li l-awtoritajiet lokali u reġjonali li jiġġestixxu l-fondi tal-Unjoni għandhom iħarrġu lill-uffiċjali tagħhom anke dwar kwistjonijiet marbuta mal-istat tad-dritt; |
|
38. |
jinnota li l-KtR jista’ jorganizza, bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea u f’kooperazzjoni mal-KESE, avvenimenti ta’ taħriġ għall-uffiċjali u l-prattikanti lokali, billi jibni fuq l-esperjenza tiegħu fit-tixrid tal-politiki tal-Unjoni u jikkoordina mal-inizjattivi li diġà jeżistu; |
|
39. |
b’mod partikolari, il-KtR jipproponi li jiġi evalwat kemm huwa utli proġett pilota biex, għal grupp magħżul ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali, tiġi applikata lista ta’ kontroll tal-istat tad-dritt (abbażi ta’ dik imfassla mill-Kummissjoni ta’ Venezja). Fil-limiti tar-riżorsi disponibbli tal-istituzzjoni, l-inizjattiva tista’ ssegwi wieħed mill-mudelli tan-netwerk diġà appoġġjati mill-KtR, pereżempju n-Netwerk għall-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà jew iċ-Ċentri Reġjonali; numru ristrett ta’ bliet u reġjuni jistgħu, b’mod volontarju, jivverifikaw li l-awtoritajiet u l-uffiċċji tagħhom qegħdin jirrispettaw il-prinċipji tal-istat tad-dritt; il-KtR jista’ jfassal lista ta’ parametri li għandhom jiġu applikati u jikkoordina l-attivitajiet ta’ awtoverifika tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li għandhom jinvolvu lill-imsieħba lokali, bħall-universitajiet, l-ombudsmen, il-kmamar tal-avukati u s-soċjetà ċivili organizzata, f’din l-attività. |
Konklużjonijiet
|
40. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-KtR:
|
Brussell, it-12 ta’ Frar 2020.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Apostolos TZITZIKOSTAS
|
29.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/20 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Pakkett tat-Tkabbir 2019
(2020/C 141/05)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
Kummenti ġenerali
|
1. |
jinnota b’interess kbir il-Komunikazzjoni tal-2019 tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Politika ta’ Tkabbir tal-UE, ir-rapporti tagħha għal kull pajjiż dwar il-pajjiżi kandidati tal-Albanija, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja u t-Turkija, ir-rapport dwar il-Kosovo (*1), kif ukoll l-Opinjoni parallela dwar l-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea; |
|
2. |
jappoġġja bis-sħiħ ir-rikonoxximent mill-Kummissjoni Ewropea li t-tkabbir huwa fl-interess politiku, tas-sigurtà u ekonomiku tal-UE stess, bħala investiment ġeostrateġiku fil-paċi, l-istabbiltà, is-sigurtà u t-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa kollha; |
|
3. |
jilqa’ l-fatt li l-mexxejja tal-UE affermaw mill-ġdid l-appoġġ ċar tagħhom għall-perspettiva Ewropea dwar il-Balkani tal-Punent, u li l-imsieħba tal-Balkani tal-Punent iddikjaraw l-impenn mill-ġdid tagħhom għal din il-perspettiva bħala l-għażla strateġika soda tagħhom, fis-summit tal-UE u l-Balkani tal-Punent li sar f’Sofija f’Mejju 2018; |
|
4. |
jilqa’ l-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III) taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 tantiċipa użu strateġiku u dinamiku akbar tal-assistenza, b’enfasi fuq il-prijoritajiet ewlenin; |
|
5. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea, f’dan il-kuntest, biex tkompli taħdem mal-gvernijiet nazzjonali f’pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali sabiex tiżviluppa strumenti speċifiċi biex tibni l-kapaċitajiet tal-gvernijiet lokali u reġjonali fil-Balkani tal-Punent biex jassorbu b’mod effettiv il-finanzjament allokat, kif ukoll biex tindirizza d-distakk strutturali fil-kapaċità tagħhom li jikkofinanzjaw u jiffinanzjaw minn qabel il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proġetti appoġġjati mill-UE; |
|
6. |
itenni li r-riformi effettivi tal-amministrazzjoni pubblika fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, inkluża d-deċentralizzazzjoni fiskali, huma essenzjali għat-titjib tal-governanza lokali, għar-responsabilizzazzjoni tal-gvernijiet lokali u reġjonali biex jiżviluppaw u joffru servizzi ta’ kwalità flimkien maċ-ċittadini tagħhom u għalihom, għall-involviment tagħhom f’kooperazzjoni reġjonali u għal relazzjonijiet tajba mal-pajjiżi tal-viċinat, u għall-kisba ta’ aġendi ambizzjużi Ewropej u globali dwar l-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima. |
Kummenti speċifiċi għall-pajjiż
|
7. |
jilqa’ l-ftehim storiku ta’ Prespa milħuq mill-Maċedonja ta’ Fuq u l-Greċja f’Ġunju 2018 li solva tilwima dwar l-isem li damet għaddejja 27 sena; |
|
8. |
jilqa’ l-fatt li l-Kunsill qabel li jwieġeb għall-progress li sar mill-Albanija u l-Maċedonja ta’ Fuq fl-oqsma maqbula b’mod unanimu fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Ġunju 2018, u li fetaħ it-triq biex jinbdew in-negozjati dwar l-adeżjoni ma’ dawn iż-żewġ pajjiżi; |
|
9. |
jinnota b’dispjaċir li l-elezzjonijiet lokali ta’ Ġunju 2019 fl-Albanija kienu kkaratterizzati minn bojkott tal-oppożizzjoni u parteċipazzjoni baxxa tal-votanti, u jtenni li l-proċess ta’ tkabbir huwa bbażat fuq il-mertu u jiddependi fuq ir-rispett għall-prinċipji tad-demokrazija, u kriterji oħra ta’ Copenhagen; |
|
10. |
jesprimi tħassib serju li aktar deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-Albanija u l-Maċedonja ta’ Fuq kienu inizjalment posposti minn Ġunju għal Ottubru 2019, u jinsab diżappuntat ħafna bid-deċiżjoni li ħa l-Kunsill Ewropew f’Ottubru 2019 li jipposponi aktar il-ftuħ tan-negozjati tal-adeżjoni mal-Albanija u l-Maċedonja ta’ Fuq, li t-tnejn urew kontinwità fl-impenn tagħhom lejn it-triq Ewropea; jinnota b’dispjaċir ukoll li din id-deċiżjoni ma kinitx ibbażata fuq valutazzjonijiet individwali tal-progress ta’ kull pajjiż kandidat, u jwissi li n-nuqqas ta’ sinjal pożittiv liż-żewġ pajjiżi kandidati jista’ jkollu wkoll riperkussjonijiet negattivi fil-livell lokali u reġjonali; barra dan jirrakkomanda lill-Kunsill li din il-kwistjoni tiġi solvuta b’mod pożittiv qabel is-summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent f’Zagreb f’Mejju 2020; |
|
11. |
jappoġġja bis-sħiħ ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ottubru 2019 (1) dwar il-ftuħ tan-negozjati tal-adeżjoni mal-Maċedonja ta’ Fuq u l-Albanija u jħeġġeġ bil-qawwa lill-Kunsill biex jikkunsidra l-fatt li strateġija ta’ tkabbir tal-UE kredibbli jeħtieġ li timmotiva u tibni fuq ir-riżultati miksuba u miftiehma minn qabel mill-partijiet kollha, u tipprovdi perspettiva soda u kredibbli għall-pajjiżi kollha kkonċernati; |
|
12. |
jinsab imħasseb li n-nuqqas ta’ progress fit-tkabbir jista’ jaffettwa direttament ukoll is-sigurtà u l-benesseri tal-UE, peress li gradwalment jista’ jimbotta lill-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent lejn partijiet terzi li diġà qed jippruvaw iżidu l-influwenza tagħhom fir-reġjun, inklużi — iżda mhux biss — ir-Russja u ċ-Ċina; |
|
13. |
jinnota bi tħassib li s-Serbja u l-Montenegro għad iridu jaġixxu b’determinazzjoni akbar f’oqsma kruċjali, b’mod partikolari lejn id-depolarizzazzjoni tax-xena politika, inkluż fil-livell lokali; |
|
14. |
iħeġġeġ lill-atturi politiċi u ‘l-livelli kollha tal-gvern fis-Serbja, il-Montenegro u l-Bożnija-Ħerzegovina biex jaħdmu mill-qrib fi sħubija lejn l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-OSCE/ODIHR dwar it-titjib tal-qafas elettorali lokali, u jimpenjaw ruħhom fil-ħolqien ta’ ambjent politiku lokali trasparenti u inklużiv, ibbażat fuq dibattitu bejn il-partiti u mingħajr pressjoni politika jew intimidazzjoni mill-avversarji politiċi; |
|
15. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex, fin-negozjati ta’ adeżjoni mas-Serbja, tindirizza l-allegazzjonijiet ta’ intimidazzjoni ta’ uffiċjali eletti demokratikament li jagħmlu parti mill-partiti tal-oppożizzjoni, l-aktar fil-muniċipalitajiet ta’ Paraćin, Šabac u Čajetina; |
|
16. |
jinnota li l-Bożnija-Ħerzegovina għadha ma tissodisfax biżżejjed il-kriterji ta’ Copenhagen, u jaqbel li n-negozjati għall-adeżjoni għandhom jinfetħu ladarba l-pajjiż ikun kiseb biżżejjed konformità magħhom; |
|
17. |
itenni t-tħassib qawwi u l-biża’ tiegħu dwar il-fatt li Mostar hija l-uniku muniċipalità fil-Bożnija-Ħerzegovina li fiha ma saru l-ebda elezzjonijiet għall-kunsilli lokali sa mill-2008; |
|
18. |
fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għas-sħubija fl-UE, jistieden b’mod partikolari lill-mexxejja politiċi lokali f’Mostar u fil-livell tal-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina biex itemmu dan il-ksur mingħajr preċedent tal-prinċipji minquxa fl-Artikolu 3 tal-Karta Ewropea dwar l-Awtonomija Lokali, li torbot lill-istati membri kollha tal-Kunsill tal-Ewropa, inkluża l-Bożnija-Ħerzegovina; |
|
19. |
jirrimarka li jekk l-imblokk dwar l-elezzjonijiet f’Mostar jibqa’ mhux solvut, effettivament dan se jipprevjeni l-adeżjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina fl-UE peress li, wara l-adeżjoni, dan ikun qed jikser l-Artikolu 40 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, billi jċaħħad liċ-ċittadini tal-UE li jirrisjedu fil-pajjiż mid-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali; |
|
20. |
ifakkar li f’Lulju 2018 il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li l-Kosovo ssodisfa l-livelli kollha ta’ liberalizzazzjoni tal-viża approvati mill-Kunsill; |
|
21. |
jilqa’ l-appoġġ tal-Parlament Ewropew għall-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal-liberalizzazzjoni tal-viża għad-detenturi ta’ passaport tal-Kosovo, espress f’Settembru 2018 u f’Marzu 2019, u mtenni taħt il-mandat il-ġdid mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili f’Settembru 2019; |
|
22. |
jistieden lill-Kunsill jindirizza b’mod urġenti l-liberalizzazzjoni tal-viża mal-Kosovo, li jibqa’ l-uniku pajjiż fil-Balkani tal-Punent li ċ-ċittadini tiegħu għad għandhom bżonn viża biex jivvjaġġaw lejn pajjiżi tal-UE; |
|
23. |
jinnota b’dispjaċir li fit-Turkija kien hemm deterjorament qawwi kontinwu fid-drittijiet ewlenin tal-bniedem, b’deterjorament serju fl-oqsma tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali; barra dan jinnota b’dispjaċir id-dgħufija tal-kontrolli u l-bilanċi effettivi fis-sistema politika li rriżultat mid-dħul fis-seħħ tal-emendi kostituzzjonali; |
|
24. |
jinnota li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali ta’ Ġunju 2018 li jiddikjaraw li n-negozjati tal-adeżjoni tat-Turkija effettivament waqfu, li l-ebda kapitolu ieħor ma jista’ jiġi kkunsidrat għall-ftuħ jew l-għeluq, u li l-ebda ħidma ulterjuri lejn l-immodernizzar tal-Unjoni Doganali ma tista’ tkun attwalment prevista; għandu dispjaċir li t-Turkija għadha tirrifjuta li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’Assoċjazzjoni mal-UE u li tirrikonoxxi r-Repubblika ta’ Ċipru; barra dan, f’dan il-kuntest itenni t-tħassib u r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu fir-rigward ta’ Ċipru, espressi fid-dettall fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Pakkett tat-Tkabbir tal-2018; jinnota b’dispjaċir ukoll, li minkejja li l-Unjoni Ewropea ripetutament appellat lit-Turkija biex twaqqaf l-attivitajiet illegali tagħha fil-Mediterran tal-Lvant, it-Turkija għadha għaddejja bl-operazzjonijiet ta’ tħaffir tagħha fl-ilmijiet territorjali Ċiprijotti, u jafferma mill-ġdid is-solidarjetà sħiħa tiegħu ma’ Ċipru fir-rigward tar-rikonoxximent internazzjonali, is-sovranità u d-drittijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali; |
|
25. |
ifakkar fl-importanza tal-istat ta’ Varosha kif stabbilit fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi r-Riżoluzzjoni 550 (1984) u r-Riżoluzzjoni 789 (1992), u jtenni li m’għandha titwettaq l-ebda azzjoni li ma tkunx konformi ma’ dawk ir-riżoluzzjonijiet; |
|
26. |
jinsab imħasseb serjament dwar il-legalità u l-integrità tal-proċess elettorali Tork, b’mod partikolari d-deċiżjoni tal-2019 tal-Kunsill Elettorali Suprem tat-Turkija biex jerġgħu jiġu organizzati l-elezzjonijiet lokali f’İstanbul, kif ukoll id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Torok li jissostitwixxu lis-sindki metropolitani eletti b’mod demokratiku ta’ Diyarbakır, Mardin u Van bi gvernaturi provinċjali maħtura bħala aġenti sindki metropolitani u jikkundanna bil-qawwa atti ulterjuri ta’ ripressjoni kontra l-membri tal-kunsill muniċipali u l-impjegati, li huma atti inkompatibbli mal-ispirtu u l-prinċipji tal-Karta Ewropea dwar l-Awtonomija Lokali; |
|
27. |
jirrikonoxxi li t-Turkija għadha sieħeb ewlieni għall-UE fil-qasam tal-migrazzjoni u r-refuġjati, u jtenni l-konvinzjoni tiegħu li proporzjon tal-fondi allokati mill-UE għandhom jiġu allokati għall-gvernijiet lokali u reġjonali involuti direttament fil-ġestjoni tal-flussi migratorji ta’ persuni spostati u refuġjati; il-Ftehim ta’ Riammissjoni bejn l-UE u t-Turkija għandu jiġi implimentat bis-sħiħ u b’mod effettiv fir-rigward tal-Istati Membri kollha, filwaqt li jiġi nnutat li l-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni mal-Istati Membri kollha tal-UE għadha essenzjali; |
|
28. |
jistieden lill-gvernijiet lokali u reġjonali fl-UE biex isaħħu aktar il-kooperazzjoni ma’ sħabhom f’pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, jakkumpanjawhom fil-proċess tagħhom lejn integrazzjoni Ewropea aktar profonda, u jsaħħu l-kapaċitajiet istituzzjonali u amministrattivi tagħhom fil-livelli reġjonali u lokali, kif ukoll il-kapaċitajiet tagħhom li jippromovu u jirrispettaw il-valuri u l-prinċipji Ewropej; |
|
29. |
ifakkar, f’dan ir-rigward, ir-rwol insostitwibbli ta’ assoċjazzjonijiet nazzjonali ta’ gvernijiet lokali u reġjonali, kif ukoll dak tan-Netwerk tal-Assoċjazzjonijiet tal-Awtoritajiet Lokali fix-Xlokk tal-Ewropa (NALAS), li jista’ jappoġġja lil gvernijiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tar-riformi tal-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll fil-bini tal-kapaċitajiet tagħhom lejn titjib fit-twettiq tal-kompetenzi u l-forniment ta’ servizzi pubbliċi lokali. |
Ir-rwol tal-gvernijiet lokali u reġjonali fil-proċess tat-tkabbir
|
30. |
jenfasizza li l-prinċipji Ewropej ta’ sussidjarjetà, proporzjonalità, u governanza f’diversi livelli għandhom japplikaw b’mod ugwali għall-proċess ta’ tkabbir tal-Unjoni Ewropea; |
|
31. |
jirrimarka li biex il-proċess ta’ tkabbir ikun inklużiv u sostenibbli, il-parteċipazzjoni tal-gvernijiet sottonazzjonali hija essenzjali. Is-suċċess tat-tkabbir tal-UE għall-Balkani tal-Punent se jiddependi mill-appoġġ kontinwu taċ-ċittadini u mill-impenn tal-gvernijiet lokali u reġjonali sabiex jiġġeneraw l-impatt sostenibbli mixtieq fil-livell lokali, fi sħubija konġunta bejn il-gvernijiet lokali, reġjonali u ċentrali, kif ukoll mal-Unjoni Ewropea; |
|
32. |
ifakkar li aktar minn 60 % tal-acquis tal-UE jiġi implimentat fil-livell lokali, filwaqt li — skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali — kważi terz tal-baġit totali tal-UE huwa allokat għall-politika ta’ koeżjoni, immirata lejn ir-reġjuni u l-bliet kollha fl-Unjoni Ewropea; |
|
33. |
jenfasizza li l-gvernijiet lokali u reġjonali għandhom rwol importanti fil-proċess tat-tkabbir, mhux biss fir-rigward tal-kriterji politiċi, iżda wkoll bħala muturi ta’ tkabbir ekonomiku u żvilupp sostenibbli fit-territorju tagħhom, u bħala fornituri ta’ servizzi pubbliċi ta’ kwalità għaċ-ċittadini tagħhom; |
|
34. |
isostni, f’dan il-kuntest, li r-responsabbilizzazzjoni tal-gvernijiet sottonazzjonali biex iwettqu dan ir-rwol hija element kruċjali tal-implimentazzjoni sostenibbli tal-Istrateġija ta’ Tkabbir tal-UE għall-Balkani tal-Punent, u għall-integrazzjoni Ewropea b’suċċess fil-futur; |
|
35. |
jilqa’ r-rikonoxximent mill-Kummissjoni Ewropea li r-rwol tal-gvern lokali u reġjonali jeħtieġ li jitqies, u li jeħtieġ li jinstab bilanċ xieraq bejn il-gvern ċentrali, reġjonali u dak lokali li jappoġġja l-aħjar l-implimentazzjoni tar-riformi u l-għoti tas-servizzi liċ-ċittadini; |
|
36. |
ifakkar id-dispjaċir tiegħu dwar in-nuqqas ta’ proposti ta’ politika speċifiċi rigward il-gvernijiet lokali u reġjonali, kif indikat fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Pakkett tat-Tkabbir 2018; |
|
37. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi politiki, għodod u strumenti konkreti biex il-gvernijiet lokali u reġjonali fil-Balkani tal-Punent jinvolvu ruħhom sabiex isaħħu r-rwol tagħhom bħala l-isfera ta’ governanza l-eqreb għaċ-ċittadini; |
|
38. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa għodda prattika biex tappoġġja l-bini ta’ kapaċità effettiva għall-gvernijiet lokali u reġjonali fil-Balkani tal-Punent fid-dawl tal-armonizzazzjoni tal-politiki pubbliċi lokali u reġjonali tagħhom mal-acquis permezz ta’ taħriġ dedikat, tagħlim bejn il-pari u skambju tal-aħjar prattiki madwar ir-reġjun, u mal-pari tagħhom fl-UE, skont il-Faċilità tal-Amministrazzjoni Lokali, il-Programm Reġjonali ta’ Taħriġ, jew l-Erasmus għal rappreżentanti lokali u reġjonali; |
|
39. |
għal darb’oħra jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex testendi l-inizjattiva tal-Appoġġ għal Titjib fil-Governanza u l-Ġestjoni (SIGMA) għal-livelli sottonazzjonali ta’ amministrazzjoni f’pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali, sabiex jiġu definiti mudelli deċentralizzati għar-riformi tal-amministrazzjoni pubblika, u biex jiġi appoġġjat it-titjib tal-governanza lokali u l-ġestjoni pubblika lokali, bil-ħsieb li jiġi applikat l-acquis; |
|
40. |
jistieden għal darb’oħra lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tistabbilixxi metodi operattivi ad hoc li jippermettu l-użu tal-istrumenti tat-TAIEX u tal-Ġemellaġġ għall-kooperazzjoni bejn il-gvernijiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali; |
|
41. |
jesprimi li huwa lest li jaħdem mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida, u b’mod partikolari mal-Kummissarju għall-Viċinat u t-Tkabbir, dwar l-implimentazzjoni prattika u l-użu ta’ dawn l-istrumenti fil-livelli lokali u reġjonali. |
L-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali
|
42. |
itenni li l-konformità mal-kriterji ta’ Copenhagen għandha tkompli tkun il-fattur ewlieni għall-evalwazzjoni tat-tħejjija tal-pajjiżi kandidati biex isiru Stati Membri tal-UE, u jappoġġja bis-sħiħ il-prinċipji ta’ kundizzjonalità ġusta u rigoruża, u ta’ “elementi fundamentali l-ewwel”; |
|
43. |
jinnota bi tħassib kbir li l-funzjonament tajjeb tal-istituzzjonijiet demokratiċi, kif ukoll progress kredibbli fil-qasam tal-istat tad-dritt, għadhom sfida ewlenija fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali; |
|
44. |
huwa mħasseb bl-istess mod, f’dan il-kuntest, dwar l-ambjent dejjem aktar ostili għas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi, kif ukoll dwar l-iżviluppi negattivi fil-qasam tal-libertà tal-espressjoni u l-indipendenza tal-midja; |
|
45. |
jenfasizza li l-gvernijiet lokali u reġjonali, minħabba l-prossimità tagħhom maċ-ċittadini, għandhom rwol kruċjali fil-promozzjoni u r-rispett tal-valuri Ewropej, u li huma fuq quddiem nett biex jindirizzaw ir-razziżmu u d-diskors ta’ mibegħda, jipproteġu lil gruppi vulnerabbli u minoranzi, kif ukoll irawmu l-koeżjoni soċjali; |
|
46. |
huwa konvint li l-gvernijiet lokali u reġjonali nnifishom jista’ jkollhom rwol aktar b’saħħtu biex jistabbilixxu x-xena politika lokali u l-ispazju politiku pubbliku, u jistgħu jassumu s-sehem tagħhom tar-responsabbiltà fl-indirizzar ta’ wħud min-nuqqasijiet fil-qasam tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, kif enfasizzat mill-Kummissjoni Ewropea; |
|
47. |
jistieden lill-gvernijiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali biex iżidu l-isforzi tagħhom biex jagħtu riżultati tanġibbli rigward: |
|
47.1. |
il-ħolqien ta’ ambjent pożittiv u li jippermetti l-funzjonament tas-soċjetà ċivili fil-livell lokali, u rigward l-inklużjoni ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tfassil ta’ politika parteċipattiva lokali, |
|
47.2. |
il-ġlieda kontra kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta’ kwalunkwe raġuni, fl-ispirtu tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari kontra persuni b’diżabilità, gruppi vulnerabbli, u minoranzi etniċi, b’mod partikolari r-Rom, |
|
47.3. |
il-ġlieda kontra l-esklużjoni, il-marġinalizzazzjoni u d-diskriminazzjoni ta’ persuni lesbjani, omosesswali, bisesswali, transġeneru u intersesswali, kif ukoll rigward il-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda u l-vjolenza kontra dawn il-gruppi, |
|
47.4. |
it-titjib tar-rappreżentanza tan-nisa fl-isferi kollha tal-governanza pubblika lokali u reġjonali, u b’mod ġenerali l-iżgurar tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll rigward il-prevenzjoni u l-indirizzar tad-diskriminazzjoni u ta’ kull forma ta’ vjolenza fuq in-nisa; |
|
48. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tirrikonoxxi r-rwol tal-gvernijiet lokali u reġjonali fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet fundamentali fil-livell lokali, biex tiffaċilita l-bini tal-kapaċitajiet u l-ħiliet tagħhom fil-qasam tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u biex tappoġġjahom billi tipprovdi għodod u strumenti konkreti biex iwettqu dan ir-rwol; |
Ir-rwol tal-gvernijiet lokali u reġjonali fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli
|
49. |
ifakkar fl-Opinjoni reċenti tiegħu dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) bħala bażi għal strateġija fit-tul tal-UE għal Ewropa sostenibbli sal-2030, li tissottolinja li 65 % tal-169 mira tas-17-il SDG jirrikjedu l-impenn sod tar-reġjuni u l-bliet fl-implimentazzjoni tal-SDGs, sabiex jinkisbu dawn tal-aħħar; |
|
50. |
ifakkar li l-objettiv li “ħadd ma jitħalla jaqa’ lura” jitlob li l-livelli kollha tal-gvern jiżguraw integrazzjoni fuq skala trasversali, u t-tfassil ta’ politiki ta’ appoġġ u koeżjoni reċiproċi bbażati fuq il-post; |
|
51. |
ifakkar ukoll li l-gvernijiet lokali u reġjonali għandhom rwol ewlieni biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti mill-Ftehim ta’ Pariġi tan-NU dwar it-tibdil fil-klima, u li l-azzjoni klimatika fil-livell lokali hija ta’ importanza kruċjali għall-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, kif ukoll għall-ħolqien ta’ opportunitajiet lokali għal investiment u tkabbir sostenibbli; |
|
52. |
huwa konvint, għalhekk, li l-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija, bħala moviment minn isfel għal fuq, jista’ jkun il-mutur li jippermetti li l-bliet u l-muniċipalitajiet tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-Ftehim ta’ Pariġi, l-Aġenda 2030 u l-SDGs billi jiġu lokalizzati; |
|
53. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkludi aħjar lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, u speċjalment lill-gvernijiet lokali u reġjonali tagħhom, fl-iżvilupp futur tal-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija, jew inizjattivi nazzjonali u reġjonali ekwivalenti li jinvolvu l-livell lokali u reġjonali, u biex tuża l-potenzjal ta’ assoċjazzjonijiet nazzjonali ta’ gvernijiet lokali u reġjonali u n-Netwerk tal-Assoċjazzjonijiet tal-Awtoritajiet Lokali fix-Xlokk tal-Ewropa (NALAS) biex tiffaċilita d-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ pjani lokali dwar l-azzjoni klimatika u l-effiċjenza fl-enerġija, pjani dwar il-mobbiltà urbana sostenibbli, u strumenti oħra ta’ politika lokali u reġjonali favur il-kisba tal-Aġenda 2030. |
Brussell, it-12 ta’ Frar 2020.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Apostolos TZITZIKOSTAS
(*1) Din l-indikazzjoni hija mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istatus, u konformi mal-UNSCR 1244/1999, u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(1) Riżoluzzjoni tal-PE 2019/2883(RSP).
|
29.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/25 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-kontribut tar-reġjuni u l-bliet għall-iżvilupp tal-Afrika
(2020/C 141/06)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
Sfond
|
1. |
ifakkar li l-iżvilupp sostenibbli u politika ta’ żvilupp ta’ suċċess jiddependu minn, u jaffettwaw, ħafna kwistjonijiet u politiki oħra, bħall-appoġġ ġenerali għall-ħolqien tar-relazzjonijiet personali u oqfsa għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-politiki soċjali u tas-saħħa, il-ġestjoni tal-migrazzjoni, is-sigurtà u s-sikurezza, l-appoġġ għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, b’mod partikolari għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, il-promozzjoni tal-iskambju tal-għarfien u l-amministrazzjoni tajba eċċ.; l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma atturi ewlenin f’ħafna minn dawn il-kwistjonijiet, kemm fl-UE kif ukoll barra minnha, u għalhekk huwa ta’ importanza kruċjali li jiġu żviluppati ideat ġodda dwar kif jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli b’mod partikolari fl-Afrika; |
|
2. |
jitlob li l-UE tadotta approċċ komprensiv u jenfasizza li, sabiex il-miżuri proposti jkollhom suċċess, huwa assolutament neċessarju li tiġi stabbilita kooperazzjoni mill-qrib mal-imsieħba rilevanti fil-pajjiżi Afrikani u l-istituzzjonijiet internazzjonali, pereżempju l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) (1) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) (2); |
|
3. |
jinnota li l-kooperazzjoni fuq skala kbira fil-qasam tal-ekonomija u l-iżvilupp hija waħda mill-modi kif jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni lejn l-Unjoni; jenfasizza li l-indirizzar tal-kwistjoni kumplessa tal-migrazzjoni bl-implikazzjonijiet multipli tagħha teħtieġ u ser tkompli teħtieġ ammont konsiderevoli ta’ riżorsi pubbliċi fl-UE. Approċċ bħal dan jista’ jgħin ukoll biex jitnaqqsu l-perċezzjonijiet negattivi soċjali u relatati mas-sigurtà assoċjati mal-migrazzjoni lejn l-UE, u biex jittaffew ċerti tensjonijiet fis-soċjetajiet Ewropej li qed jalimentaw l-estremiżmu politiku u soċjali; |
Il-ħidma u l-Opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni sa issa
|
4. |
għalhekk huwa jfakkar fil-ħidma importanti ħafna li diġà twettqet mill-Kumitat tar-Reġjuni u b’mod partikolari l-Oinjonijiet abbozzati minn Hans Janssen, Peter Bossman u Jesús Gamallo Aller (3), u jipproponi dawn l-ideat li ġejjin għal riflessjoni kif ukoll xi miżuri prattiċi oħrajn biex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u biex jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli fl-Afrika, sabiex jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-pressjonijiet fuq l-individwi biex jemigraw (4); |
|
5. |
itenni l-appoġġ tiegħu għall-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) bħala sors ewlieni ta’ finanzjament għall-appoġġ immirat għall-iżvilupp sostenibbli; itenni t-talba tiegħu biex jinħolqu programmi speċjali li jkollhom il-baġits tagħhom stess – mhux biss fil-qafas tal-NDICI (5) – immirati li jappoġġjaw il-ħidma tal-bliet u r-reġjuni tal-UE fil-qasam tal-iżvilupp, inklużi diversi proġetti fl-Afrika. Dawn il-programmi idealment jistgħu jiġu ġestiti direttament minn reġjuni madwar l-UE u li huma kapaċi jinvolvu lill-bliet, il-muniċipalitajiet, il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ minn dawk ir-reġjuni sabiex ikunu involuti fi proġetti li, f’konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (6), għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja f’żoni ġeografiċi partikolari; |
|
6. |
jissottolinja li tali programmi għandhom jitqiesu bħala fit-tul sabiex il-parteċipanti jkunu jistgħu jimpenjaw ruħhom għal involviment fit-tul; |
|
7. |
sabiex ir-reġjuni jitħeġġu jipparteċipaw fi programmi bħal dawn, b’mod partikolari dawk li m’għandhomx diġà esperjenza partikolari fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-programmi għandhom jipprevedu sistema ta’ inċentivi u appoġġ tekniku; |
|
8. |
huwa konvint li l-introduzzjoni ta’ tali programmi speċjali tista’ tippermetti lir-reġjuni, il-bliet, in-negozji, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u ċ-ċittadini Ewropej li jgħixu f’dawn ir-reġjuni jżidu l-potenzjal tagħhom li jkunu attivi fil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli barra mill-UE, li japprofondixxu l-għarfien tagħhom dwar il-ħajja f’postijiet oħra fid-dinja, notevolment fl-Afrika u jiżviluppaw opportunitajiet ta’ negozju fil-proċess; |
|
9. |
jipproponi li dawn il-programmi jkunu msejsa fuq talbiet għal parteċipazzjoni lir-reġjuni b’enfasi speċjali fuq il-kooperazzjoni transfruntiera, sabiex jinġabru flimkien l-esperjenzi, ir-riżorsi umani kif ukoll l-għarfien espert; |
|
10. |
jitlob li tali programmi jkunu sempliċi kemm jista’ jkun mil-lat amministrattiv; |
Il-ħolqien ta’ relazzjonijiet personali u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet bħala għodda fundamentali biex tiġi appoġġjata kooperazzjoni effettiva għall-iżvilupp
|
11. |
ifakkar li xi reġjuni ultraperiferiċi tal-UE għandhom rabtiet storiċi mill-qrib mal-Afrika kif ukoll esperjenza f’oqsma ta’ interess għall-ġirien tagħhom; jitlob li jiġu massimizzati l-opportunitajiet għall-kooperazzjoni fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera, billi jintużaw b’mod l-aktar flessibbli l-opportunitajiet ipprovduti għall-perjodu li jmiss, fil-qafas tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI). |
|
12. |
iqis kruċjali li jiġu kapitalizzati l-kooperazzjoni u l-alleanzi li l-muniċipalitajiet u r-reġjuni tal-Unjoni Ewropea għandhom mal-kontropartijiet Afrikani tagħhom, sabiex jiġu introdotti l-approċċ ta’ konsistenza bejn il-politiki, kif ukoll l-għarfien fir-rigward tal-iżvilupp u tal-kooperazzjoni u l-innovazzjoni reġjonali (f’konformità mal-Istrateġija ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti); |
|
13. |
jenfasizza li huwa essenzjali, għas-sostenibilità fit-tul tal-proġetti, li kemm jista’ jkun tissaħħaħ il-kapaċità f’termini ta’ relazzjonijiet sabiex tiġi żgurata s-sjieda tal-proġetti miż-żewġ partijiet u b’hekk jiżdied l-impatt tagħhom fuq iċ-ċittadini kkonċernati; |
|
14. |
huwa konvint li l-mobilità, it-tisħiħ u l-espansjoni ta’ relazzjonijiet ta’ sħubija ġenwini, l-ewwel permezz tar-rappreżentanti, u sussegwentement direttament bejn ir-residenti tar-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalitajiet tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u tal-Unjoni Afrikana, huma essenzjali sabiex jiġi żgurat appoġġ wiesa’ għall-implimentazzjoni ta’ tali proġetti mill-pubbliku ġenerali. L-awtoritajiet u l-korpi lokali huma fost l-entitajiet politiċi bl-ogħla rispett u leġittimità f’dak li jirrigwarda l-implimentazzjoni effettiva ta’ proġetti li għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja fl-Afrika; |
|
15. |
jinnota, fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-membri tiegħu, li relazzjonijiet personali kwalitattivi, attivi u diversifikati biżżejjed bejn dawk li jfasslu l-politika, is-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini huma essenzjali bħala l-bażi ta’ proġetti speċifiċi u li huma kapaċi jiżguraw il-vijabbiltà u l-funzjonament tajjeb fit-tul; |
|
16. |
huwa konvint li sensibilizzazzjoni ta’ kwalità tal-kundizzjonijiet reali tal-għajxien taċ-ċittadini, kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fl-Afrika, hija fost l-għodod importanti biex jitnaqqas l-interess fil-migrazzjoni irregolari lejn l-Ewropa. Din is-sensibilizzazzjoni ma tistax issir biss mill-midja; għandha sseħħ, kemm jista’ jkun, fil-kuntest tar-relazzjonijiet bejn il-pari, pereżempju skambji diretti bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali li jistgħu jippromovu fehim reċiproku aħjar tar-realtajiet kulturali u soċjoekonomiċi differenti u jistgħu jtejbu l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ żvilupp, li għandhom jinħolqu u jiġu appoġġjati b’mod finanzjarju; |
|
17. |
iħeġġeġ kontributi mill-iktar wesgħin tal-bliet u tar-reġjuni u l-muniċipalitajiet tagħhom anke f’dawk l-Istati Membri tal-Unjoni li attwalment m’għandhomx rabtiet ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp intensivi ma’ pajjiżi Afrikani; tali kontributi jistgħu jwasslu għal implimentazzjoni usa’, aktar varjata u aktar effettiva ta’ proġetti u attivitajiet li jappoġġjaw l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi Afrikani, filwaqt li tissaħħaħ il-leġittimità ta’ din il-kooperazzjoni f’għajnejn iċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati Membri; Sabiex jingħelbu n-nuqqasijiet kulturali u lingwistiċi, huma rakkomandati wkoll sħubijiet reġjonali u muniċipali trilaterali. |
Approċċ komprensiv għall-kooperazzjoni mar-reġjuni u l-muniċipalitajiet tal-Afrika bħala bażi għas-suċċess fit-tul
|
18. |
jenfasizza li t-trasferiment tal-esperjenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej biex jitwettqu l-kompiti ta’ kuljum tal-amministrazzjoni diretta tat-territorju u għall-kooperazzjoni ma’ xulxin, partikolari bejn il-fruntieri, jagħmel parti, flimkien mal-approċċ olistiku li ma jiffokax biss fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, mill-aktar għodod effettivi għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-pajjiżi tal-Unjoni Afrikana; |
|
19. |
jissuġġerixxi, għalhekk, li proġetti li jaqsmu l-aħjar prattika, bħall-Inizjattiva ta’ Nikosija tal-KtR huma għodda utli biex tinbena kooperazzjoni diretta u konkreta bejn l-UE u l-imsieħba mhux fl-UE fil-livell lokali u reġjonali (7); |
|
20. |
jipproponi li l-proġetti amministrati mir-reġjuni tal-Unjoni għandhom ifittxu sħubijiet mill-qrib man-negozji, l-NGOs jew l-esperti tagħhom, fil-forma ta’ kooperazzjoni mal-muniċipalitajiet u l-intrapriżi tagħhom, il-kumpaniji, l-organizzazzjonijiet u l-ħaddiema Afrikani attivi fil-post. Dawn il-proġetti jridu jkunu msejsa fuq l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) (8) (l-ippjanar urban, il-provvista u t-trattament tal-ilma, il-ġestjoni tal-iskart u l-ġbir tiegħu fil-kuntest tal-ekonomija ċirkolari, eċċ.), u jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-komunitajiet b’mod flessibbli u fit-tul; |
|
21. |
huwa konxju li l-implimentazzjoni ta’ proġetti mmirati biex jippromovu l-iżvilupp sostenibbli fl-Afrika hija attività estremament kumplessa, eżiġenti u ta’ spiss riskjuża, u għalhekk jemmen li għandhom jinħolqu strumenti addizzjonali li jappoġġjaw il-bliet u r-reġjuni tal-UE fil-proġetti ta’ kooperazzjoni tagħhom, iffokati fuq is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-proġetti, kif ukoll il-promozzjoni ta’ attivitajiet konġunti li jinċentivaw u jistabbilizzaw l-implimentazzjoni tagħhom fit-tul; |
|
22. |
jipproponi li l-proġetti, il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-attivitajiet l-oħra għandu jkollhom b’mod partikolari l-għan li jistabbilizzaw is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ u jsaħħu il-pożizzjoni tan-nisa fis-soċjetà (9), kemm bħala grupp kif ukoll bħala individwi, inkluż permezz tal-implimentazzjoni bejn il-pari, biex b’hekk jippermettu l-iżvilupp personali u t-tisħiħ tal-fiduċja tagħhom f’futur aħjar u, għalhekk, il-kapaċità tagħhom li jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà tal-ambjent lokali tagħhom; |
|
23. |
iqis li l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju huma l-pedament ta’ soċjetà ċivili funzjonali, moderna u stabbli, u għalhekk jipproponi, apparti l-proġetti li jippromovu l-ħolqien ta’ intrapriżi bħal dawn fl-Afrika, li jiġu implimentati attivitajiet bħalma huma t-traineeships fl-UE, l-iskambju tal-ħaddiema, il-ħolqien possibbli ta’ intrapriżi konġunti Ewropej u Afrikani, u t-tipi l-oħrajn kollha tal-attivitajiet li jistgħu jżidu l-impjieg fin-negozji ż-żgħar; |
|
24. |
huwa konxju li, min-naħa, hemm bżonn li jiġu appoġġjati s-soluzzjonijiet lokali fl-oqsma tal-impjiegi, l-intraprenditorija, is-saħħa, il-protezzjoni ambjentali u attivitajiet oħra, iżda wkoll, fl-istess ħin, li jingħata kontribut għat-tisħiħ tal-kummerċ reċiproku, l-intraprenditorija u l-kooperazzjoni fil-livell internazzjonali; |
|
25. |
jinnota li l-attivitajiet kollha għandhom l-għan li jikkontribwixxu biex itejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ individwi, familji u komunitajiet lokali speċifiċi, sabiex jiġi promoss it-tkabbir tal-klassi medja bħala vettur ta’ soċjetà stabbli u b’saħħitha. |
|
26. |
jirrikonoxxi li s-suċċess ta’ proġetti li jappoġġjaw l-iżvilupp sostenibbli għandu jkun assistit minn attivitajiet ta’ informazzjoni dwar l-esperjenzi tal-UE, tal-Istati Membri tagħha u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom li jistgħu jkunu utli għall-imsieħba lokali. Huwa importanti wkoll li jiġu identifikati persuni ta’ kuntattli jistgħu jikkooperaw fuq proġetti mwettqa jew li jistgħu jgħinu liż-żgħażagħ, lill-iskejjel u lill-korpi rappreżentattivi interessati biex isibu msieħba adatti għall-kondiviżjoni tal-esperjenzi, l-apprendistati, eċċ.; |
|
27. |
jipproponi li jsir użu mit-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni disponibbli u min-netwerks soċjali sabiex tiġi mifruxa l-informazzjoni l-aktar affiddabbli possibbli bl-aktar mod wiesa’ possibbli u fl-istess ħin b’mod l-aktar personalizzat possibbli, sabiex jitnaqqas l-impatt tal-miżinformazzjoni u tad-diżinformazzjoni, kemm fl-UE kif ukoll fuq il-pajjiżi fl-Afrika; |
|
28. |
iqis li relazzjonijiet u kooperazzjoni msaħħa bejn ir-reġjuni tal-Unjoni Ewropea u tal-Unjoni Afrikana jistgħu jwasslu fil-futur għal titjib sostanzjali fil-kwalità ta’ dawn ir-relazzjonijiet anke fil-livell tal-Unjoni Ewropea u tal-Unjoni Afrikana. Relazzjonijiet ġodda ta’ sħubija bejn pari li jkunu aktar mill-qrib jistgħu jippermettu forom oħra importanti ta’ kooperazzjoni u żvilupp ekonomiku u soċjali gradwali, li jwassal ukoll biex titnaqqas il-pressjoni migratorja; |
Il-proġetti pilota bħala element indispensabbli biex jiġu vverifikati fil-prattika is-suppożizzjonijiet teoretiċi ta’ din l-Opinjoni
|
29. |
jafferma l-konvinzjoni tiegħu li l-Unjoni Ewropea għandha taħseb globalment u taġixxi fil-livell lokali, u jemmen li l-approċċ bażiku ta’ dan il-pjan għandu dejjem ikun minn isfel għal fuq. Għalhekk, din l-Opinjoni tenfasizza l-ħtieġa li tintuża l-esperjenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej, kif ukoll tan-negozji u l-esperti biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni kif imiss ta’ attivitajiet u proġetti, u dan f’kooperazzjoni mal-kontropartijiet Afrikani tagħhom; |
|
30. |
L-għan ta’ din l-Opinjoni huwa li jiġi promoss, sa fejn hu possibbli, l-iżvilupp sostenibbli tas-soċjetà fil-bliet u l-muniċipalitajiet tal-pajjiżi Afrikani u, għalhekk, jitlob li kemm jista’ jkun malajr jitnedew proġetti pilota u attivitajiet rilevanti oħra, li huma essenzjali biex tinbeda b’suċċess għajnuna fit-tul għall-pajjiżi Afrika fejn, għal raġunijiet politiċi u ta’ sigurtà, huwa possibbli li jitnaqqas l-interess fir-rigward tal-migrazzjoni irregolari mhux biss lejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea iżda wkoll fi ħdan l-Afrika. |
Brussell, it-12 ta’ Frar 2020.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Apostolos TZITZIKOSTAS
(1) https://www.unhcr.org/.
(2) https://www.iom.int/.
(3) Il-Viċinat u d-Dinja, Hans Janssen, 2018; Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil, Peter Bossman, 2018; Il-Migrazzjoni fuq ir-Rotta tal-Mediterran Ċentrali, Hans Janssen, 2017; Qafas ta’ sħubija ma’ pajjiżi terzi dwar il-migrazzjoni, Peter Bossman, 2017; Proposta għal Kunsens Ewropew ġdid dwar l-Iżvilupp – Id-dinja tagħna, id-dinjità tagħna, il-futur tagħna, Jesús Gamallo Aller, 2017; Il-ħarsien tar-refuġjati fiż-żoni tal-oriġini tagħhom: perspettiva ġdida, Hans Janssen, 2016; Ħajja deċenti għal kulħadd: minn viżjoni għal azzjoni kollettiva, Hans Janssen, 2015.
(4) Il-Fondazzjoni Mo Ibrahim: https://mo.ibrahim.foundation/sites/default/files/2020-01/2019_Forum_Report_2.pdf.
(5) Il-Viċinat u d-Dinja, Hans Janssen, 2018.
(6) L-SDGs tan-NU: https://www.undp.org/content/undp/en/home/sustainable-development-goals.html.
(7) L-Inizjattiva ta’ Nikosija: https://cor.europa.eu/en/our-work/Pages/Libya.aspx.
(8) L-SDGs tan-NU: https://www.undp.org/content/undp/en/home/sustainable-development-goals.html.
(9) Il-Fondazzjoni Mo Ibrahim: https://mo.ibrahim.foundation/sites/default/files/2020-01/2019_Forum_Report_2.pdf.
|
29.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/29 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Lejn viċinanzi u komunitajiet żgħar sostenibbli — Politika ambjentali taħt il-livell muniċipali
(2020/C 141/07)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
A. Nifhmu lill-viċinanzi u lill-komunitajiet żgħar sostenibbli
|
1. |
japprezza n-natura ta’ integrazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti, u b’mod partikolari l-Għan 11 “Bliet u Komunitajiet Sostenibbli” li jitlob insedjamenti umani “inklużivi, sikuri, reżiljenti u sostenibbli”; |
|
2. |
jixtieq jenfasizza r-rwol ewlieni ta’ governanza f’diversi livelli demokratika u inklużiva fi sħubija bejn il-livelli kollha, inkluż fejn xieraq ukoll il-livelli taħt dawk muniċipali fejn jeżistu mudelli u entitajiet differenti bi strutturi, kompetenzi u riżorsi li huma ftit jew wisq formalizzati; l-involviment tagħhom fil-governanza f’diversi livelli jista’ jkun utli ħafna għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni effettiva tal-politiki u għal-leġittimità tas-sistema demokratika nnifisha; jinnota li dan huwa partikolarment minnu fir-rigward ta’ politiki f’oqsma li jwieġbu għat-tħassib serju taċ-ċittadini u fejn kemm l-isfidi kif ukoll ir-risponsi ta’ politika jaffettwaw bil-kbir il-ħajja taċ-ċittadini, bħal kwistjonijiet ambjentali u t-tibdil fil-klima; |
|
3. |
ifakkar fl-għadd kbir ta’ sforzi eżistenti mmirati lejn il-promozzjoni ta’ komunitajiet sostenibbli, li jitolbu trasformazzjoni soċjetali biex jiġu indirizzati forom ġodda ta’ inugwaljanzi soċjali, ekonomiċi u ambjentali. Dawn jinkludu l-Aġenda Urbana tal-UE u s-sħubijiet tagħha, il-Karta ta’ Leipzig dwar il-Bliet Ewropej Sostenibbli, il-Karta u l-Impenji Aalborg, id-Dikjarazzjoni Baska, l-Aġenda Urbana l-Ġdida, u ħafna aktar; |
|
4. |
f’konformità mal-Prijorità 1 tal-KtR għall-2015-2020 “Ħolqien ta’ impjiegi u tkabbir sostenibbli fil-bliet u fir-reġjuni biex titjieb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini”, jappella biex jiġi promoss l-kunċett ta’ komunitajiet sostenibbli li jinvolvi ż-żoni kollha f’dawk il-komunitajiet u li jiżgura wkoll li żoni inqas għonja jkunu jistgħu jiksbu l-opportunitajiet meħtieġa biex jiżviluppaw soluzzjonijiet sostenibbli; |
|
5. |
isostni li l-kunċett ta’ komunitajiet sostenibbli għandu jkun immirat lejn ir-restawr ta’ żoni fqar jew vulnerabbli billi jikkombina għanijiet soċjali u ambjentali, f’konformità mal-Opinjoni tal-KtR dwar is-“Is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali u l-belt sostenibbli”; |
|
6. |
jirreferi għall-Opinjoni tal-KtR “Lejn it-Tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali”, li għandha l-għan li tiżgura li fil-politiki ambjentali tal-UE jitqiesu l-ħtiġijiet tat-tipoloġiji kollha ta’ komunitajiet; |
|
7. |
iqis li l-implimentazzjoni b’suċċess ta’ ħafna politiki ambjentali nazzjonali u tal-UE tiddependi fuq is-sjieda tagħhom minn komunitajiet sottomuniċipali u l-kontributi tagħhom; |
|
8. |
isostni li speċifiċitajiet ambjentali importanti jistgħu jinstabu kemm fil-livell muniċipali kif ukoll taħtu. L-isfidi ambjentali jista’ jkollhom effetti speċifiċi f’unitajiet sottomuniċipali differenti; jissottolinja li huwa għalhekk importanti li jiġu żviluppati approċċi olistiċi f’kull livell li jqisu s-sitwazzjonijiet aktar lokalizzati/divrenzjati li jistgħu jirrikjedu risponsi u input speċifiċi; |
|
9. |
jirrikonoxxi li r-responsabbiltà għall-komunitajiet sottomuniċipali, u għall-involviment tagħhom, huma f’idejn il-livelli ta’ governanza fl-Istati Membri li huma responsabbli għal-livell sottomuniċipali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti għandhom responsabbiltà importanti għat-territorju kollu tagħhom, li jeħtieġ li tittieħed bis-serjetà; jistedinhom jinvolvu ruħhom b’mod attiv u jappoġġjaw livelli sottomuniċipali fl-implimentazzjoni tal-politika ambjentali u jagħtu s-setgħa lill-abitanti lokali biex jagħmlu l-komunitajiet tagħhom aktar sostenibbli; |
|
10. |
jirrikonoxxi d-diversità tat-terminoloġija użata fir-rigward ta’ dawn it-tipi ta’ komunitajiet, fost l-oħrajn irħula, viċinanzi, distretti, diviżjonijiet, setturi, villaġġi, parroċċi, boroughs. Dawn it-termini jistgħu jirreferu għal unitajiet amministrattivi, jew għal komunitajiet mingħajr rwol amministrattiv. Din l-Opinjoni għalhekk tuża b’mod ekwivalenti l-espressjonijiet “taħt il-livell muniċipali” u “sottomuniċipali”; |
|
11. |
jirrikonoxxi l-kuntesti varjati li fihom isibu ruħhom il-komunitajiet żgħar, li jvarjaw minn żoni urbani għal rurali, minn żoni b’densità ta’ popolazzjoni għolja għal dawk skarsament popolati, u minn żoni sinjuri għal dawk żvantaġġati; |
|
12. |
jenfasizza, b’mod partikolari, il-ħtieġa li jitqiesu sitwazzjonijiet territorjali speċifiċi, li jiffaċċjaw sfidi ambjentali partikolari. Minħabba l-periferiċità tagħhom, dawn iż-żoni xi kultant ikollhom karatteristiċi naturali uniċi li jagħtuhom importanza ekoloġika sporporzjonata:
|
|
13. |
jirrikonoxxi l-importanza tal-muniċipalitajiet żgħar iżda jissottolinja li din l-Opinjoni tiffoka fuq il-komunitajiet żgħar taħt il-livell muniċipali li jiffaċċjaw sfidi differenti. Il-komunitajiet sottomuniċipali jista’ ma jkollhomx (i) rappreżentanti eletti biex jimmonitorjaw l-impatt ambjentali tal-proġetti sabiex jiżguraw konformità mal-leġislazzjoni ambjentali tal-UE; (ii) spazji pubbliċi biex jiddiskutu l-involviment fi proġetti jew attivitajiet tal-UE, jew kif jimplimentaw politika tal-UE fil-livell lokali; u (iii) baġits li jkopru anke kostijiet minimi jew għarfien espert tekniku biex jingħata tagħrif dwar kif jiġi aċċessat il-finanzjament tal-UE; |
|
14. |
jenfasizza d-diversità ta’ forom istituzzjonali li jeżistu fil-livell sottomuniċipali, inkluż iżda mhux limitat għal korpi pubbliċi uffiċjali, forom oħra ta’ parteċipazzjoni organizzati minn jew f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi, u mal-komunitajiet lokali u mal-gruppi attivisti; |
|
15. |
jenfasizza li l-livell sottomuniċipali, preċiżament minħabba l-ħafna varjetajiet ta’ forom organizzattivi fit-territorji tal-Istati Membri u l-organizzazzjoni ħafna drabi inqas formalizzata, joffri potenzjal kbir f’termini ta’ sperimentazzjoni parteċipattiva u demokratika għall-iżvilupp ta’ forom ġodda ta’ involviment u komunikazzjoni (bħalma huma l-komunitajiet tal-viċinat, il-kumitati tal-irħula, il-laboratorji u l-forums parteċipattivi); ifakkar li, b’mod partikolari, l-attivitajiet ambjentali u tat-tibdil fil-klima għandhom potenzjal enormi ta’ mobilizzazzjoni taċ-ċittadini f’dan is-sens; |
|
16. |
jirrikonoxxi r-rwol tal-organizzazzjonijiet b’bażi volontarja ta’ ċittadini f’komunitajiet żgħar f’assoċjazzjonijiet lokali u komunitajiet immirati lejn il-ħidma fuq kwistjoni ambjentali waħda jew b’mod aktar ġenerali lejn il-promozzjoni ta’ azzjonijiet sostenibbli. Filwaqt li dawn il-gruppi jistgħu jlaqqgħu flimkien riżorsi, ħiliet, enerġija u motivazzjoni, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jista’ jkollhom rwol ewlieni fl-għoti tas-setgħa lil dawn il-gruppi permezz ta’ appoġġ tekniku u finanzjarju, kif ukoll konsultazzjonijiet regolari; |
B. Perkorsi biex tissaħħaħ il-politika ambjentali taħt il-livell muniċipali
Bejn oqsma ta’ applikazzjoni
Żvilupp ta’ emissjonijiet baxxi
|
17. |
jirrimarka li l-komunitajiet sottomuniċipali huma tipikament dawk l-aktar affettwati direttament minn kwistjonijiet ambjentali bħall-kwalità tal-arja jew l-istorbju, li għandhom ftit kontroll fuq id-deċiżjonijiet marbuta mat-trasport u l-mobilità, u jinnota li dawn il-kwistjonijiet huma distribwiti b’mod mhux uniformi fit-territorji kollha. Huwa kruċjali li l-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ ambjentali jiddiżaggregaw id-data taħt il-livell muniċipali, sabiex ikunu permessi miżuri u soluzzjonijiet immirati; |
|
18. |
jappoġġja l-iżvilupp ta’ qafas ta’ gwida koerenti taħt il-livell muniċipali u b’mod speċifiku l-gżejjer, fir-rigward tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, filwaqt li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tagħhom lejn enerġija nadifa rinnovabbli. Tista’ tinkiseb ispirazzjoni mis-semplifikazzjoni tal-Patt tal-Gżejjer fil-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija, u jistgħu jiġu involuti inizjattivi eżistenti, bħall-inizjattiva tal-enerġija nadifa għall-gżejjer tal-UE u l-proġett tal-Interreg dwar Il-Viċinanzi Attivi fir-rigward tal-Klima; |
Żvilupp ibbażat fuq in-natura
|
19. |
jinkoraġġixxi l-involviment tal-komunitajiet żgħar (b’mod partikolari dawk insulari, muntanjużi jew rurali) fil-ġestjoni taż-żoni naturali, li ta’ spiss ma jsegwux il-konfini muniċipali. Dan l-involviment jista’ jżid is-sjieda lokali ta’ għażliet ta’ politika ambjentali u jnaqqas il-kunflitti rigward kwistjonijiet bħall-użu tal-art. Il-parteċipazzjoni tista’ tkompli żżid is-sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji soċjoekonomiċi ta’ żoni naturali protetti, kemm żoni tan-Natura 2000 kif ukoll oħrajn; |
|
20. |
jippromovi r-rwol tal-komunitajiet taħt il-livell muniċipali fl-implimentazzjoni ta’ Soluzzjonijiet Ibbażati fuq in-Natura, inklużi kurituri jew żoni ħodor, siġar urbani, kif ukoll żoni tan-natura periurbani. Dawn l-isforzi għandhom jipprovdu aċċess ekwu għan-natura, u l-benefiċċji tagħha f’termini ta’ saħħa umana, il-mitigazzjoni u l-adattament tal-klima, u reżiljenza usa’ għal perikli umani jew naturali; |
Żvilupp ċirkolari
|
21. |
jitlob appoġġ tekniku mfassal apposta mil-livelli kompetenti ta’ governanza għal komunitajiet żgħar biex jiġu implimentati prattiki tal-ġestjoni tal-ilma mormi u tal-ġestjoni tal-iskart sostenibbli, sabiex jindirizzaw ukoll it-tniġġis marin u kostali permezz ta’ strateġiji għal skart żero, u jappella biex jiġu promossi l-inizjattivi eżistenti bħal pereżempju l-proġett tal-OECD li jappoġġjaw lill-bliet u r-reġjuni dwar l-ekonomija ċirkolari; |
|
22. |
jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ miżuri biex jiġu appoġġjati prattiki soċjalment innovattivi fil-livell sottomuniċipali, li jvarjaw minn gruppi ta’ self li jikkondividu oġġetti u għodod b’mod lokali, għal gruppi ta’ tiswija li jippermettu lill-membri jsewwu oġġetti li kieku jiġu mormija; |
Żvilupp reżiljenti
|
23. |
jippromovi l-firxa ta’ interventi mikroklimatiċi għall-adattament għat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari viċinanzi urbani b’densità għolja ħafna ta’ bini. Dawn jistgħu jinkludu soluzzjonijiet bi spiża baxxa, kif ukoll oħrajn fil-livell tal-viċinanzi aktar kumplessi, bħall-iskonnettjar ta’ bini mis-sistemi tad-drenaġġ għal titjib fil-ġestjoni tal-ilma tal-maltemp. Interventi ta’ dan it-tip għandhom il-potenzjal li jżidu r-reżiljenza f’żoni sottomuniċipali sensittivi għal perikli naturali billi jtaffu l-istress fuq l-infrastruttura kritika; |
|
24. |
jinkoraġġixxi lill-membri tal-KtR jrawmu sistemi tal-ikel riġenerattivi, li jiġġeneraw benefiċċji ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali fil-livell sottomuniċipali u taħtu (eż. skejjel lokali jew ġonna komunitarji, agrikoltura appoġġjata mill-komunità jew metodi ta’ biedja innovattivi); |
|
25. |
jenfasizza t-turiżmu sostenibbli bħala opportunità għat-tkabbir fil-komunitajiet żgħar, kif deskritt fit-tgħarrif “Sparsely populated and under-populated areas” (Żoni skarsament popolati u b’popolazzjoni baxxa ħafna) tas-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew u l-Opinjonijiet preċedenti tal-KtR dwar it-turiżmu (1) u l-patrimonju kulturali (2); |
Żvilupp ekwitabbli u ċċentrat fuq il-persuni
|
26. |
iħeġġeġ lill-UE tirrikonoxxi r-rwol tal-forom multipli u innovattivi ta’ demokrazija parteċipatorja fil-promozzjoni ta’ komunitajiet sostenibbli, b’mod partikolari fil-livell sottomuniċipali. Dan il-potenzjal jista’ jissaħħaħ aktar billi jitqies b’mod espliċitu l-element ta’ innovazzjoni demokratika f’partijiet rilevanti tal-politiki ambjentali tal-UE jew bħala element tas-sostenn għall-proġetti tal-UE; |
|
27. |
jindika l-isforzi li rnexxew u fit-tul tal-Aġenda Lokali 21 (LA21), bħala punt tat-tluq sabiex il-livell sottomuniċipali jiġi inkluż fil-politika ambjentali. Tul dawn l-aħħar deċennji, l-inizjattivi LA21 appoġġjaw lill-awtoritajiet lokali fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji u azzjonijiet għas-sostenibbiltà lokali, permezz tal-kondiviżjoni ta’ metodi, għodod u l-aħjar prattiki; |
Bejn il-proċessi ta’ politika
Rikonoxximent
|
28. |
jemmen b’mod qawwi li l-UE għandha tqis il-ħtiġijiet speċifiċi u l-kontributi tal-komunitajiet żgħar u sottomuniċipali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki ambjentali tagħha; |
|
29. |
jipproponi li jiġu identifikati mekkaniżmi biex jitqiesu l-kwistjonijiet sottomuniċipali fit-tfassil ta’ opinjonijiet tal-KtR u fit-tressiq tagħhom għall-attenzjoni tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, kif ukoll li tiġi żviluppata kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-organizzazzjonijiet u netwerks xierqa li jaħdmu mal-istrutturi sottomuniċipali, jew li jirrappreżentawhom, fil-livell tal-UE; |
|
30. |
jinkoraġġixxi lill-membri tal-KtR biex jinteraġixxu individwalment ma’ komunitajiet sottomuniċipali fit-territorji tagħhom stess u biex iressqu l-esperjenzi tagħhom għal diskussjoni fil-KtR u jintegrahom fix-xogħol tagħhom, b’mod partikolari fl-opinjonijiet tal-KtR, fi skambji bejn il-pari, u potenzjalment fil-Pjattaforma Teknika għall-Kooperazzjoni dwar l-Ambjent (DĠ Ambjent u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni); |
|
31. |
jimmira li jagħmel referenza espliċita għall-komunitajiet taħt il-livell muniċipali fil-prijoritajiet tal-KtR għall-perjodu ta’ wara l-2020; |
|
32. |
ifakkar fl-impenn globali tal-Unjoni għall-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u ambjentali, b’mod partikolari l-għan li jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp tad-diversi reġjuni (kemm gżejjer kif ukoll kontinentali), b’mod konformi mal-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u jenfasizza r-rwol importanti tal-livelli sottonazzjonali ta’ governanza f’dan ir-rigward; |
|
33. |
jipproponi li jivvaluta l-possibbiltà tal-estensjoni tal-portal tad-Diviżjoni tas-Setgħat, billi jżid, fejn rilevanti, taqsima addizjonali għal kull Stat Membru kkonċernat, li tkun tkopri entitajiet taħt il-livell lokali, li tibda minn analiżi tar-rwol tagħhom fil-politiki dwar l-ambjent u t-tibdil fil-klima; |
|
34. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tivvaluta l-possibbiltà li jiġi stabbilit Premju tal-Viċinanzi Sostenibbli, sabiex jinkoraġġixxi l-involviment tal-komunitajiet lokali fil-ġestjoni taż-żoni tagħhom stess u li jiġi organizzat avveniment wieħed jew rikorrenti biex tiġi promossa l-interazzjoni ma’ komunitajiet żgħar, bħall-“Jum Ewropew ta’ Villaġġi u Viċinanzi Sostenibbli”; |
Sensibilizzazzjoni
|
35. |
joffri li jippromovi rikonoxximent usa’ tal-importanza tal-livell sottomuniċipali fil-politika ambjentali lokali fost l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-UE. Dan jista’ jinkludi l-appoġġ għall-inklużjoni tal-livell sottomuniċipali f’dokumenti politiċi futuri u f’reviżjonijiet ta’ strateġiji eżistenti minn istituzzjonijiet u korpi tal-UE; |
|
36. |
jappoġġja s-sensibilizzazzjoni tal-livell sottomuniċipali permezz ta’ proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE (Orizzont 2020 u Orizzont Ewropa) kif ukoll permezz tal-kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u mas-servizzi ta’ riċerka tal-UE; |
|
37. |
jimpenja ruħu għal djalogu mal-Kummissjoni Ewropea, inkluż fil-qafas tal-Pjattaforma Teknika għal Kooperazzjoni dwar l-Ambjent, biex ikun żgurat li l-komunitajiet żgħar taħt il-livell muniċipali jiġu kkunsidrati b’mod adegwat fl-implimentazzjoni ta’ politiki ambjentali speċifiċi tal-UE. Dan jista’ jibni fuq l-isforzi eżistenti mid-DĠ ENV u DĠs oħra biex jiġu pprovduti dokumenti ta’ gwida u għodod iffukati fuq il-komunitajiet żgħar u l-viċinanzi; |
Komunikazzjoni u disseminazzjoni
|
38. |
jaqbel li jivvaluta l-possibbiltà li l-materjal li jirrigwardja n-netwerks u l-attivitajiet tal-UE ta’ interess partikolari għall-komunitajiet żgħar isir disponibbli fuq is-sit web tal-KtR, billi tingħata informazzjoni dwar in-netwerks, il-programmi u l-avvenimenti, kif ukoll jiġbor kontributi rilevanti; |
|
39. |
jimpenja ruħu biex jivvaluta modi kif jista’ jippromovi r-rikonoxximent tal-kisbiet ambjentali fil-livell tal-komunitajiet żgħar, filwaqt li jenfasizza l-aħjar prattiki u jħeġġeġ ir-riproduzzjoni ta’ soluzzjonijiet sostenibbli. Dan jinkludi l-esplorazzjoni tal-integrazzjoni ma’ sistemi ta’ rikonoxximent eżistenti u premjijiet fil-livell tal-UE, f’konformità ma’ prattiki mill-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa u l-Premju Ewropew Green Leaf, il-Premjijiet tan-Natura 2000, il-Premju tal-Azzjoni Trasformattiva, u l-Premjijiet tal-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart; |
|
40. |
jissottolinja l-importanza li jiġi inkluż is-suġġett ta’ implimentazzjoni ambjentali f’komunitajiet taħt il-livell muniċipali fit-tema annwali jew fil-programm ta’ avveniment rikorrenti fil-livell tal-UE dwar l-ambjent bħall-Ġimgħa Ekoloġika, il-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart, jew il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet; |
|
41. |
jappoġġja l-użu adattat tal-ICT biex il-komunitajiet sottomuniċipali jiġu konnessi aħjar bejniethom u mal-gvernijiet lokali rispettivi tagħhom sabiex jitrawmu l-parteċipazzjoni demokratika u t-teħid ta’ deċiżjonijiet; |
Finanzjament
|
42. |
jenfasizza l-importanza li l-atturi sottomuniċipali jkunu jistgħu jaċċessaw il-programmi ta’ finanzjament tal-UE. Xi wħud diġà huma mmirati lejn il-livell tal-viċinanzi, bħall-programm URBACT, li jrawwem l-iskambju u t-tagħlim Ewropej għall-iżvilupp urban sostenibbli. F’dan ir-rigward, jappella għal taħriġ xieraq għall-persunal tal-komunitajiet fil-livell sottomuniċipali sabiex jinkiseb użu effettiv tal-finanzjament tal-UE; |
|
43. |
iqis l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) u l-Gruppi ta’ Azzjoni LEADER bħala għodod speċifiċi biex jiġi mobilizzat u involut aħjar il-livell sottomuniċipali fl-insegwiment u l-kisba fit-tul tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020; |
|
44. |
jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni Ewropea tivvaluta l-aħjar mod kif ikun żgurat li l-komunitajiet żgħar jistgħu jikkontribwixxu għal, u jibbenifikaw minn, proġetti ffinanzjati mill-UE li jippromovu s-sostenibbiltà taħt il-livell muniċipali. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’: (i) l-inklużjoni ta’ referenzi speċifiċi għall-komunitajiet żgħar f’dokumenti ta’ gwida u manwali; (ii) it-tħejjija u l-pubblikazzjoni ta’ sejħiet ta’ interess u/jew programmi ta’ ħidma mmirati speċifikament lejn komunitajiet taħt il-livell muniċipali; u (iii) is-semplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tar-regoli finanzjarji u ta’ eliġibbiltà biex tiġi inkoraġġita u ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom (eż. l-għoti mill-ġdid) sabiex jiġi promoss l-iżvilupp armonjuż globali tal-UE (Artikolu 174 tat-TFUE). |
Brussell, it-12 ta’ Frar 2020.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Apostolos TZITZIKOSTAS
(1) NAT-VI/009 (ĠU C 185, 9.6.2017, p. 15).
(2) SEDEC/VI-035 (ĠU C 361, 5.10.2018, p. 31).
|
29.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/34 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-eżodu tal-imħuħ fl-UE: nindirizzaw l-isfida fil-livelli kollha
(2020/C 141/08)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
|
1. |
jenfasizza li l-libertà ta’ moviment taċ-ċittadini u tal-ħaddiema hija l-pedament tas-suq intern u waħda mil-libertajiet ewlenin rikonoxxuti fit-Trattati tal-Unjoni Ewropea. Iċ-ċittadini u l-ħaddiema jeħtiġilhom ikunu jistgħu jiċċaqalqu b’mod liberu fi ħdan l-UE; madankollu, huma għandhom jiċċaqalqu għax iridu u mhux għax imġiegħla jitilqu mir-reġjuni tagħhom minħabba, fost oħrajn, in-nuqqas ta’ opportunitajiet ekonomiċi; |
|
2. |
jinnota li l-isfida hija li jintlaħaq bilanċ, f’termini legali u ta’ politika, bejn żewġ prinċipji essenzjali tal-Unjoni Ewropea: il-moviment liberu tal-ħaddiema u l-konverġenza ekonomika u soċjali bejn ir-reġjuni; |
|
3. |
josserva li l-kwistjoni tal-eżodu ta’ mħuħ fl-Unjoni Ewropea hija kumplessa, u jappella għal rispons ta’ politika prammatiku kemm min-naħa tal-Unjoni kif ukoll mill-Istati Membri. Tali rispons għandu jindirizza l-aspetti kollha tal-eżodu ta’ mħuħ (eż. il-kisba ta’ mħuħ, il-ħela ta’ mħuħ, iċ-ċirkolazzjoni tal-imħuħ, ir-rimigrazzjoni), kif ukoll il-livelli differenti, iżda ta’ spiss interkonnessi, fejn hemm bżonn ta’ azzjoni u soluzzjonijiet — lokali, reġjonali, nazzjonali, u sovranazzjonali (UE); |
|
4. |
iqis li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livelli kollha jeħtieġ li jirrikonoxxu u jqisu fis-soluzzjonijiet proposti, il-fatt li l-eżodu ta’ mħuħ mhuwiex biss kwistjoni teknika li teħtieġ rispons amministrattiv jew ta’ politika, iżda huwa wkoll kwistjoni politika. Jekk ma jiġix indirizzat, dan il-fenomenu se jkollu effetti fit-tul u permanenti fuq il-futur tal-Unjoni Ewropea u x’aktarx ixekkel il-koeżjoni territorjali; |
|
5. |
jinnota li l-eżodu ta’ mħuħ huwa kkawżat direttament minn żbilanċi soċjali u ekonomiċi eżistenti bejn ir-reġjuni tal-UE. Studji empiriċi (1) (2) (3) jidentifikaw serje ta’ fatturi ta’ spinta u ta’ attrazzjoni, fejn ir-reġjuni ospitanti għandhom suq tax-xogħol aktar attraenti, opportunitajiet ta’ xogħol aktar varjati u kwalità ta’ ħajja ġeneralment aħjar, filwaqt li s-sitwazzjoni fir-reġuni li jibagħtu hija l-oppost. Din hija raġuni oħra għaliex il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) futur għandu jikkonċentra r-riżorsi biex jirrettifika l-iżbilanċ bejn ir-reġjuni li jibgħatu u r-reġjuni ospitanti fi ħdan il-qafas tal-politika ta’ koeżjoni; |
|
6. |
jenfasizza li għandu jkun hemm rabta b’saħħitha bejn il-politika ta’ koeżjoni, li għandha l-għan li tindirizza dawn l-iżbilanċi u tippromovi żvilupp aktar uniformi fl-UE, u l-miżuri maħsuba sabiex jindirizzaw l-eżodu ta’ mħuħ. Żewġ objettivi ewlenin tal-Ewropa 2020, iż-żieda fil-perċentwal ta’ persuni impjegati u t-titjib tal-inklużjoni soċjali, huma direttament rilevanti għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet favorevoli li jnaqqsu l-eżodu ta’ mħuħ. Objettivi oħra tal-Ewropa 2020, bħall-innovazzjoni u ż-żieda fl-għadd ta’ persuni fl-edukazzjoni terzjarja, jistgħu potenzjalment iwasslu għall-kisba u l-kisba mill-ġdid ta’ mħuħ billi jiġu attirati u stimulati individwi b’talent; |
|
7. |
jinnota li l-eżodu ta’ mħuħ u fenomeni relatati jeħtieġ li jiġu mifhuma u vvalutati fl-UE fil-kuntest tal-governanza f’diversi livelli. Kemm il-karatteristiċi tal-governanza f’diversi livelli se jirrappreżentaw ostakolu jew opportunità f’dan il-qasam ta’ politika se jiddependi ħafna fuq kemm l-UE u l-istituzzjonijiet tagħha jaġixxu bħala faċilitaturi u koordinaturi tat-tfassil ta’ politika u tat-tixrid ta’ politika; |
|
8. |
jirrimarka li għalkemm ħafna drabi l-eżodu ta’ mħuħ jitqies bħala problema ta’ politika nazzjonali jew sovranazzjonali, minħabba l-effetti wiesgħa u severi tiegħu, dan jista’ jiġi indirizzat b’suċċess fil-livell sottonazzjonali. L-awtoritajiet pubbliċi lokali u reġjonali għandhom rwol kruċjali hawnhekk, peress li l-komunitajiet lokali huma affettwati direttament mill-konsegwenzi tal-eżodu ta’ mħuħ: it-telf ta’ forza tax-xogħol żagħżugħa u edukata hija sfida enormi għall-komunitajiet lokali madwar l-Unjoni; |
|
9. |
josserva li l-awtoritajiet lokali fl-Istati Membri jirrappreżentaw l-aħjar livell li fih jistgħu jitfasslu u jiġu implimentati politiki dwar l-eżodu ta’ mħuħ. Il-komunitajiet lokali huma sistemi b’konfini relattivament ċari, li jippermettu analiżi aktar faċli tal-problema u soluzzjonijiet imfassla apposta. Barra minn hekk, l-awtoritajiet lokali jistgħu jimmonitorjaw u jevalwaw b’mod aktar faċli s-suċċess tal-politiki fil-livell lokali; |
|
10. |
jinnota li hemm ħafna x’jista’ jinkiseb mill-esperjenza u l-kapaċità tal-amministrazzjonijiet sottonazzjonali meta jitfasslu l-politiki fil-livell tal-Unjoni; |
|
11. |
jemmen li l-esperjenza diretta tal-awtoritajiet lokali fl-indirizzar tal-eżodu ta’ mħuħ tista’ tipprovdi stejjer ta’ suċċess u l-aħjar prattiki li jistgħu jkunu ta’ għajnuna fl-iżvilupp ta’ politika koerenti fil-livell tal-UE. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jmorru lil hinn minn definizzjoni ġenerali u astratta ta’ kwistjonijiet ta’ politika u jipprovdu soluzzjonijiet konkreti u effettivi. Jeħtieġ li huma jifhmu aħjar l-isforzi u l-inizjattivi mfassla biex jindirizzaw l-eżodu ta’ mħuħ lil hinn mill-fruntieri amministrattivi tal-komunitajiet li jirrappreżentaw u jinvolvu ruħhom f’kooperazzjoni reġjonali u interreġjonali; |
|
12. |
jirrimarka li l-problemi li jiffaċċjaw ir-reġjuni li jibagħtu u dawk ospitanti huma differenti u għalhekk jeħtieġ li jiġu indirizzati kif meħtieġ. Din id-distinzjoni hija importanti minħabba li l-politiki fil-livell sovranazzjonali għandhom jimmiraw li jiffaċilitaw soluzzjonijiet ta’ benefiċċju għal kulħadd, jew tal-anqas sabiex jillimitaw sitwazzjonijiet li fihom kemm ir-reġjuni li jibagħtu kif ukoll dawk ospitanti jitilfu (ħela ta’ mħuħ); |
|
13. |
jiġbed l-attenzjoni għar-riskju li l-eżodu ta’ mħuħ għandu fuq is-sostenibbiltà fit-tul tal-proġett Ewropew. Ir-reġjuni li jibagħtu għandhom diffikultà doppja: huma jeħtieġu konverġenza (sabiex jingħalaq id-distakk fir-rigward tar-reġjuni ospitanti), iżda qed jitilfu l-forza tax-xogħol b’ħiliet. Fuq medda twila ta’ żmien, kwalunkwe bidla jew tranżizzjoni lejn mudell ekonomiku sostenibbli u kompetittiv ibbażat fuq l-ekonomija tal-għarfien u prodotti b’valur miżjud għoli tkun tidher diffiċli wisq biex tinkiseb f’xenarju fejn id-disparitajiet bejn ir-reġjuni li jibagħtu u dawk ospitanti qegħdin jikbru. Jekk ma jiġux indirizzati, id-disparitajiet se jkomplu jiżdiedu bir-riżultat li jinħoloq ċirku vizzjuż ta’ “diżintegrazzjoni”. Skont l-Indiċi ta’ Kompetittività Globali, l-Istati Membri tal-UE tal-Lvant u tan-Nofsinhar bħalissa huma fost il-pajjiżi tad-dinja li huma l-inqas kapaċi li jżommu t-talent tagħhom; |
|
14. |
jirrimarka li għalkemm l-istituzzjonijiet Ewropej ippreżentaw mekkaniżmi sabiex jitnaqqsu d-disparitajiet, dawn l-approċċi kienu biss parzjalment effettivi. Peress li l-eżodu ta’ mħuħ qiegħed jiżdied, u fid-dawl tad-dimensjonijiet ġeografiċi u ekonomiċi tiegħu, huwa meħtieġ tip differenti ta’ inizjattivi jew sforzi, li jindirizza direttament il-fatturi ta’ spinta li jirriżultaw mit-trajettorji ta’ tkabbir speċifiċi tar-reġjuni li jibagħtu, li jrendu lil dawn ir-reġjuni inqas attraenti għall-parti tal-forza tax-xogħol b’livell għoli ta’ edukazzjoni. |
|
15. |
jinnota li diskrepanza bejn l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol hija waħda mill-problemi assoċjati mal-eżodu ta’ mħuħ. Huwa ċar li l-edukazzjoni hija qasam fejn it-titjib jista’ jgħin biex jittaffew l-effetti negattivi tal-eżodu ta’ mħuħ. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jagħtu aktar attenzjoni lil dan, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej. Barra minn hekk, is-sistemi edukattivi jeħtieġ li jqisu d-dinamika varjabbli tas-suq tax-xogħol u d-diversità li qed tiżdied tiegħu sabiex ikun jista’ jkun hemm ritorn mill-investimenti fil-kapital uman ta’ pajjiż jew reġjun, li jintilef bl-eżodu ta’ mħuħ; |
|
16. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fenomenu li jeħtieġ li jiġi mmonitorjat mill-qrib, jiġifieri l-kwistjoni tat-tfal li jitħallew id-dar minn ġenituri li jfittxu xogħol aħjar barra minn pajjiżhom. Dan huwa effett dirett tal-eżodu ta’ mħuħ u għandu implikazzjonijiet fit-tul; |
|
17. |
jenfasizza l-importanza tal-Erasmus+, tal-FSE+ u programmi simili fil-ħolqien ta’ opportunitajiet akkademiċi u professjonali għal individwi b’talent u opportunitajiet għal netwerking u sħubijiet internazzjonali madwar l-Ewropa u mhux biss f’ċerti ċentri reġjonali, kif ukoll li jingħata appoġġ għall-implimentazzjoni fil-prattika tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. L-appoġġ tal-Kummissjoni l-ġdida għal żieda fil-baġit tal-programm Erasmus+ hija pass fid-direzzjoni t-tajba; |
|
18. |
jemmen li l-indirizzar tal-kwistjoni tal-eżodu ta’ mħuħ jirrikjedi tmexxija b’saħħitha u koordinazzjoni tal-isforzi differenti bejn il-ġurisdizzjonijiet nazzjonali. Il-punt ewlieni huwa li jinstabu modi speċifiċi ta’ kif jinbnew in-netwerks ta’ kooperazzjoni, biex jiġi miġġieled id-diskors politiku populista, u tissaħħaħ l-integrazzjoni Ewropea. Azzjoni ulterjuri fil-livell tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea għandha tiffoka fuq il-koordinazzjoni u l-faċilitazzjoni/l-appoġġ għal sforzi fil-livelli sottonazzjonali, filwaqt li tibni kunsens dwar kif għandu jiġi analizzat u indirizzat l-eżodu ta’ mħuħ, sabiex tinħoloq sitwazzjoni ta’ benefiċċju għall-partijiet interessati kollha; |
|
19. |
jenfasizza li jeħtieġ li jiġu identifikati għadd ta’ kwistjonijiet strateġiċi ewlenin fir-rigward tal-eżodu ta’ mħuħ, sabiex dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ikunu jistgħu jevitaw duplikazzjoni bla bżonn fl-isforzi tal-politika pubblika. Dawn il-kwistjonijiet strateġiċi jridu jitfasslu b’tali mod li jiżgura li l-miżuri ta’ politika jkollhom impatt viżibbli u li jappoġġja politiki li jissarrfu f’azzjoni konkreta; |
|
20. |
jirrakkomanda li jiġu identifikati u implimentati tipi differenti ta’ rispons għal kull qasam tal-fenomenu tal-eżodu ta’ mħuħ — il-kisba ta’ mħuħ, il-ħela ta’ mħuħ, iċ-ċirkolazzjoni tal-imħuħ, ir-rimigrazzjoni. Kull wieħed minn dawn l-oqsma jirrikjedi soluzzjonijiet speċifiċi u differenti. Huwa importanti ħafna li ma jiġix adottat approċċ ġenerali għal dawn is-sottokomponenti. In-nuqqas ta’ soluzzjonijiet imfasslin apposta jista’ jwassal għal dikjarazzjonijiet/objettivi wesgħin u astratti li huma diffiċli li jiġu implimentati fil-ħajja reali; |
|
21. |
japprezza li ċerti reġjuni u bliet diġà qed jimplimentaw soluzzjonijiet kreattivi sabiex jattiraw u jżommu t-talent. Il-politiki jvarjaw minn appoġġ għar-rilokazzjoni ta’ individwi b’talent lejn dawk ir-reġjuni/bliet għal miżuri aktar sofistikati li jinvolvu l-iżvilupp ta’ netwerks transnazzjonali ta’ imprendituri. Jeħtieġ li l-UE tappoġġja programmi jew inizjattivi li għandhom l-għan li jtejbu t-tagħlim bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali differenti Ewropej; |
|
22. |
iqis li l-atturi lokali u reġjonali huma kruċjali biex jiġi indirizzat l-eżodu ta’ mħuħ; l-attirar u ż-żamma ta’ forza tax-xogħol b’ħiliet għolja jistgħu jiġu żgurati billi jsir użu tajjeb mill-istrumenti ta’ Żvilupp Territorjali Integrat tal-politika ta’ koeżjoni; |
|
23. |
jissuġġerixxi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u tal-UE, għandhom jippromovu politiki u strumenti għall-iżvilupp tal-intraprenditorija lokali, l-impjieg indipendenti u mudelli alternattivi ta’ żvilupp tan-negozju li jżidu l-attraenza tar-reġjuni li jibagħtu; |
|
24. |
jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħmlu l-konnessjoni, abbażi ta’ valutazzjoni realistika tal-ħtiġijiet, bejn l-assi partikolari tar-reġjun tagħhom u t-talenti u l-politiki li huma meħtieġa; |
|
25. |
jissuġġerixxi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistabbilixxu alleanzi lokali, inklużi l-partijiet interessati kollha (awtoritajiet pubbliċi, negozji, universitajiet, NGOs, eċċ.), li jkunu kapaċi jabbozzaw u jimplimentaw politiki lokali li jgħinu biex jitnaqqas l-eżodu ta’ mħuħ. Għandhom jiġu appoġġjati u organizzati laqgħat regolari tal-partijiet interessati rilevanti. Il-laqgħat għandhom jintużaw bħala fora sabiex jiġu diskussi u kkunsidrati soluzzjonijiet lokali u speċifiċi għall-kuntest, ibbażati fuq stejjer ta’ suċċess minn postijiet/ġurisdizzjonijiet oħra; |
|
26. |
jinnota li proċessi rigorużi ta’ ppjanar strateġiku fil-livelli lokali u reġjonali jistgħu jkunu importanti fil-korelazzjoni tal-mobbiltà tar-riżorsi umani mal-pjani ta’ żvilupp fuq perjodu medju u twil, kif ukoll jipprovdu pedament sod għall-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet reġjonali, nazzjonali u Ewropej oħra; |
|
27. |
jixtieq li jkun hemm fehim aħjar tar-raġunijiet u l-ostakli li jipprevjenu lil dawk li emigraw fil-passat milli jirritornaw fil-post tal-oriġini tagħhom, u fehim aħjar ta’ kif l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jgħinu biex inaqqsu dawn l-ostakli. Dan jista’ jkollu effett trasformattiv, li jibdel l-eżodu ta’ mħuħ f’ċirkolazzjoni tal-imħuħ jew f’rimigrazzjoni; |
|
28. |
jirrakkomanda li l-azzjoni fil-livelli sottonazzjonali tkun integrata u kkoordinata ma’ dik tal-Istati Membri u tal-Unjoni filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-integrazzjoni tal-isforzi meħuda f’diversi livelli hija kruċjali għal politika tal-UE ta’ suċċess. Għandhom jiġu żviluppati politiki u programmi biex tiġi integrata u ffaċilitata l-koordinazzjoni bejn l-azzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, minn naħa, u dik tal-Istati Membri u tal-Unjoni, min-naħa l-oħra. Dan japplika fl-oqsma kollha implikati fl-eżodu ta’ mħuħ (l-edukazzjoni, il-koeżjoni, l-iżvilupp reġjonali, id-diġitalizzazzjoni, eċċ.). Jeħtieġ li jitnieda mekkaniżmu fil-livell tal-UE li jkun imfassal speċifikament biex irawwem l-integrazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ miżuri ta’ politika dwar l-eżodu ta’ mħuħ; |
|
29. |
jissuġġerixxi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu konxji tal-iskala tal-fenomenu, u li jwettqu valutazzjonijiet realistiċi u serji tal-karatteristiċi ta’ kull qasam affettwat mill-eżodu ta’ mħuħ. It-tfassil ta’ deċiżjonijiet u ta’ politika bbażat fuq l-evidenza huwa l-uniku mod kif jitfasslu soluzzjonijiet effettivi. Valutazzjoni realistika tal-fenomenu tal-eżodu ta’ mħuħ fil-livell ta’ kull reġjun tista’ tgħin lill-awtoritajiet pubbliċi li jiffaċċjaw kwistjonijiet simili jew relatati biex jissostitwixxu l-kompetizzjoni b’kooperazzjoni, u tista’ ttejjeb il-koordinazzjoni bejn il-partijiet interessati kollha ta’ sforzi kontinwi u riżorsi eżistenti; |
|
30. |
jemmen li l-proċeduri rapidi għar-rikonoxximent tad-diplomi u l-ħiliet/kompetenzi jistgħu jgħinu ħafna biex jitnaqqas il-ħela ta’ mħuħ. Id-diġitalizzazzjoni u l-interkonnessjoni tar-rekords huma fattibbli u meħtieġa hawnhekk, abbażi ta’ diversi inizjattivi tal-UE, inklużi l-kredenzjali ffirmati b’mod diġitali tal-Europass li jmiss. Barra minn hekk, jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida għal Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025, li fiha t-tagħlim, l-istudju u r-riċerka ma jkunux ostakolati mill-fruntieri. Jirrimarka, fl-istess ħin, il-ħtieġa li jiġu stabbiliti mekkaniżmi biex irawmu ċ-ċirkolazzjoni tal-imħuħ u r-rimigrazzjoni; |
|
31. |
jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tintensifika l-isforzi tagħha biex tnaqqas id-disparitajiet reġjonali, li huma waħda mill-kawżi ewlenin tal-eżodu ta’ mħuħ. Il-fondi ta’ koeżjoni għandhom rwol kruċjali biex jiġu appoġġjati r-reġjuni u ż-żoni tagħna li jbatu minn tali disparitajiet. Politiki u strumenti mfassla apposta li jindirizzaw direttament dawn id-disparitajiet bejn il-Lvant/in-Nofsinhar tal-Ewropa u l-pajjiżi tal-Punent, kif ukoll bejn ir-reġjuni fi ħdan l-Istati Membri, huma essenzjali biex tiġi eliminata waħda mill-kawżi ewlenin tal-eżodu ta’ mħuħ. L-impenn politiku tal-Kummissjoni (4) għal paga minima ġusta huwa rilevanti ferm, speċjalment f’reġjuni li jibagħtu, peress li dan jindirizza l-kwistjoni tal-istandards tal-għajxien u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, u għandu impatt dirett fuq il-kwalità tal-ħajja. Il-politika ta’ koeżjoni tal-UE għall-perjodu 2021–2027 għandha tkun politika ta’ investiment fit-tul għar-reġjuni kollha, iffokata fuq li jingħelbu d-differenzi ekonomiċi, soċjali u reġjonali u konformi mal-prinċipju tas-sħubija u approċċ ibbażat fuq il-post. Il-politika ta’ koeżjoni għandha tkun ikkoordinata aħjar ma’ politiki oħra tal-UE sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi. Il-koordinazzjoni vertikali ta’ sorsi differenti ta’ finanzjament għandha tittejjeb fil-livell tal-UE fil-governanza tal-politika u l-programmi ta’ koeżjoni wara l-2020, sabiex tiġi garantita aktar koerenza tal-aġendi f’livelli differenti ta’ governanza u ppjanar fuq perjodu qasir sa medju (5); |
|
32. |
jirrakkomanda li politiki realistiċi li jattiraw, iżommu u jattiraw mill-ġdid forza tax-xogħol edukata jkunu mfassla u implimentati fil-livell lokali u reġjonali. Kunċett strateġiku ewlieni huwa l-kwalità tal-ħajja: kif indikat, it-titjib tal-kwalità tal-ħajja huwa għodda b’saħħitha biex tiġi attirata u tinżamm forza tax-xogħol edukata. Huwa rakkomandabbli u mixtieq li l-kejl tal-kwalità tal-ħajja jitwettaq b’mod regolari u strutturat, sabiex dan jipprovdi informazzjoni siewja lill-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar oqsma li jista’ jkollhom bżonn ta’ intervent; |
|
33. |
jissuġġerixxi li l-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE għandhom jiffokaw fuq approċċi funzjonali sabiex titreġġa’ l-emigrazzjoni u jiġu attirati l-ħaddiema (6): dawn jinkludu l-bini ta’ ekonomija tal-għarfien, it-titjib tal-attraenza tar-reġjuni, l-iżvilupp ta’ strateġiji tad-dijaspora, u l-implimentazzjoni ta’ approċċ funzjonali fil-governanza urbana; |
|
34. |
jissuġġerixxi li l-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE għandhom jagħtu attenzjoni speċjali għat-tneħħija ta’ fatturi strutturali li jżidu sew l-eżodu ta’ mħuħ (infrastruttura/awtostradi, kwalità tas-servizzi, aċċess għat-teknoloġija, eċċ.); |
|
35. |
jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat approċċ Ewropew integrat għall-eżodu ta’ mħuħ ibbażat fuq valutazzjonijiet realistiċi, kooperazzjoni u koordinazzjoni fil-livelli lokali/reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni. Bl-istess mod, il-ħtieġa għal politiki koordinati fuq diversi skali hija meħtieġa f’oqsma rilevanti għall-eżodu ta’ mħuħ, li jinkludu l-edukazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, il-koeżjoni, u l-politiki ekonomiċi; |
|
36. |
iqis li huwa kruċjali li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jifhmu l-importanza tar-rwol tal-universitajiet u tal-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fl-iżvilupp lokali fl-ekonomija bbażata fuq l-għarfien. L-awtoritajiet pubbliċi jeħtieġ li jiżviluppaw sħubijiet ma’ universitajiet, kif ukoll ikunu konxji tal-ħtieġa li jappoġġjaw lill-universitajiet, inkluż permezz ta’ investiment fl-infrastruttura lokali. Irid ikun hemm kemm jista’ jkun affinità bejn l-objettivi strateġiċi tal-universitajiet u dawk tal-awtoritajiet pubbliċi; |
|
37. |
jinnota li s-sħubijiet bejn il-kumpaniji privati (interessati fir-riċerka u l-iżvilupp), l-awtoritajiet lokali u l-universitajiet huma muturi importanti għat-tkabbir u l-iżvilupp lokali li għandhom jiġu inklużi fl-objettiv attwali tal-Kummissjoni li tagħmilha aktar faċli għan-negozji ż-żgħar biex isiru innovaturi kbar permezz ta’ strateġija tal-SMEs; |
|
38. |
jinsab imħasseb dwar ir-riskju li jiżdiedu l-inugwaljanzi bejn il-bliet u r-reġjuni li jibbenefikaw bil-kbir mill-programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni, u jwissi dwar l-insuffiċjenza tal-azzjonijiet li ttieħdu biex jonqsu d-differenzi bejn ir-reġjuni sabiex jiġu indirizzati l-isfidi, li jinkludu l-isfida demografika, u jiġi promoss l-aċċess għal kulħadd għall-programm Orizzont Ewropa (7); |
|
39. |
isostni li l-konnettività diġitali u l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti jista’ jkollhom effetti pożittivi fir-rigward tal-eżodu ta’ mħuħ. Strateġiji reġjonali fl-iżvilupp u l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti jistgħu jiffokaw fuq il-vantaġġ kompetittiv eżistenti jew maħluq f’reġjun wieħed. Il-konnettività diġitali u l-iżvilupp tal-litteriżmu diġitali għandhom ikunu elementi essenzjali fl-isforzi tal-Kummissjoni l-ġdida biex taġġorna l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali; |
|
40. |
jirrimarka li l-awtoritajiet lokali jistgħu jfasslu u jimplimentaw għadd kbir ta’ miżuri biex tiżdied u tiġi żviluppata r-reżiljenza individwali tal-komunitajiet, speċjalment meta ffaċċjati b’diffikultajiet ekonomiċi bħall-qgħad. Ir-reżiljenza individwali u l-kapaċità li jiġu adattati u megħluba perjodi ta’ tbatija jistgħu jiġu appoġġjati permezz ta’ titjib tal-ħiliet u programmi ta’ taħriġ mill-ġdid bħal pereżempju programmi appoġġjati permezz tal-Aġenda tal-UE dwar il-Ħiliet, miżuri li jippromovu l-intraprenditorija u negozji żgħar, programmi edukattivi u komunitarji għall-istudenti u ż-żgħażagħ li l-ġenituri tagħhom qed jaħdmu barra minn pajjiżhom, eċċ.; |
|
41. |
jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tappoġġja b’mod attiv — f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri tal-UE — l-isforzi tal-korpi pubbliċi lokali u reġjonali fl-indirizzar tal-eżodu ta’ mħuħ. L-Unjoni hija entità politika u amministrattiva kumplessa, u hija meħtieġa analiżi bir-reqqa tar-responsabbiltajiet u l-kapaċitajiet tagħha fir-rigward tal-eżodu ta’ mħuħ. Id-diskussjoni dwar ir-rwol tal-Unjoni se tinvolvi kemm id-determinazzjoni tar-responsabbiltajiet tagħha kif ukoll l-identifikazzjoni tal-aħjar għodod disponibbli fil-livell tal-UE. |
|
42. |
iqis li l-fatt li “impjegati jirritornaw lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom wara li jkunu għexu għal xi żmien barra minn pajjiżhom” irid jitqies bħala benefiċċju għall-profil professjonali tagħhom, u għalhekk, dan il-fatt irid ikun viżibbli għall-fornituri ta’ impjiegi waqt il-proċess tal-għażla rilevanti. |
Brussell, it-12 ta’ Frar 2020.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Apostolos TZITZIKOSTAS
(1) Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, 2018, Addressing brain drain: The local and regional dimension (Nindirizzaw l-eżodu ta’ mħuħ: id-dimensjoni lokali u reġjonali — mhux disponibbli bil-Malti)
(2) Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, Direttorat D – Mobbiltà tal-Forza tax-Xogħol, 2018 Annual Report on Intra-EU Labour Mobility (Rapport Annwali tal-2018 dwar il-Mobbiltà tal-Forza tax-Xogħol Intra-UE – mhux disponibbli bil-Malti)
(3) Atoyan, R., Christiansen, L., Dizioli, A., Ebeke, C., Ilahi, N., Ilyina, A., Mehrez, G., Qu, H., Raei, F., Rhee, A. u Zakharova, D., Emigration and Its Economic Impact on Eastern Europe (L-emigrazzjoni u l-impatt ekonomiku tagħha fuq l-Ewropa tal-Lvant) mhux disponibbli bil-Malti, Nota ta’ diskussjoni tal-persunal tal-Fond Monetarju Internazzjonali, Lulju 2016.
(4) Ursula von der Leyen, Unjoni li tirsisti għal aktar. L-aġenda tiegħi għall-Ewropa, p. 9.
(5) ESPON, 2019, Addressing Labour Migration Challenges in Europe (Nindirizzaw l-Isfidi tal-Migrazzjoni tal-Forza tax-Xogħol fl-Ewropa) p. 18.
(6) Idem, pp. 17-18.
(7) COR-2018-03891.
|
29.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/39 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-kultura f’Unjoni aktar ambizzjuża: ir-rwol tar-reġjuni u l-bliet
(2020/C 141/09)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
|
1. |
iqis li jeħtieġ li jitrawmu fehim estensiv tal-kultura u tad-diversità kulturali tal-Ewropa li jmur lil hinn mill-konservazzjoni u l-protezzjoni tal-wirt tanġibbli biss, u li jgħin biex jiġu identifikati l-bidliet soċjali u kulturali li jinfluwenzaw lis-soċjetà Ewropea; |
|
2. |
huwa konxju tar-rwol li l-bliet u r-reġjuni jista’ jkollhom, b’viżjoni pluralista u innovattiva tal-kultura, billi jinvolvu aktar liċ-ċittadini fil-proċessi tat-tkabbir kulturali, u billi jagħtuhom l-għodod biex ikunu atturi li jipparteċipaw; Jenfasizza f’dan ir-rigward il-ħtieġa għas-salvagwardja tal-libertà tal-espressjoni artistika, li hija prerekwiżit għad-demokrazija, u d-dritt taċ-ċittadini kollha li jkollhom aċċess għal espressjonijiet kulturali diversi, li huwa essenzjali għall-benesseri tas-soċjetajiet (1). Konxju ta’ dan, huwa tal-fehma li l-azzjonijiet fil-qasam tal-kultura għandhom jippromovu l-kapaċità tal-arti u tal-kultura li jkunu forza ħielsa u indipendenti tas-soċjetà; jistieden lil-livelli kollha tal-gvern u lill-istituzzjonijiet Ewropej jappoġġjaw l-isforzi li għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċità tal-artisti biex jindirizzaw it-theddid u l-mibegħda li jistgħu jħabbtu wiċċhom magħhom fl-isfera pubblika; |
|
3. |
jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi l-kultura bħala waħda mill-prijoritajiet politiċi li għandhom jiġu segwiti fil-mandat il-ġdid, u lill-Kunsill biex, fil-qafas tal-QFP li jmiss, jappoġġja l-allokazzjoni ta’ riżorsi adegwati bil-mira li fil-livell lokali u reġjonali jiġu mħeġġa l-promozzjoni, il-ġestjoni, l-użu u l-iżvilupp tal-wirt kulturali; |
|
4. |
jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta bis-sħiħ u tippromovi l-użu tar-riżorsi kulturali, speċjalment miż-żgħażagħ, bil-għan li jiġi żgurat l-iżvilupp soċjoekonomiku u tal-impjieg. |
Il-kuntest: l-impenn tal-UE għall-promozzjoni tal-kultura fil-livell lokali u reġjonali
|
5. |
jenfasizza li t-Trattati jistabbilixxu l-impenn tal-UE li tirrispetta “r-rikkezza tad-diversità kulturali (…) tagħha” u li l-UE timpenja ruħha li tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, filwaqt li tintegra l-azzjoni tagħhom fl-oqsma li ġejjin: “it-titjib fit-tagħrif u fit-tixrid tal-kultura u l-istorja tal-popli Ewropej”; “il-konservazzjoni (…) il-kreazzjoni artistika u letterarja, inklużi dawk fis-settur awdjoviżiv”, u jikkonferixxu lill-UE l-kompetenza li tappoġġja l-azzjoni tal-Istati Membri fl-oqsma tal-kultura, it-turiżmu, l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport, filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà; |
|
6. |
japprezza d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissokta bil-programm Ewropa Kreattiva attwali bħala programm awtonomu, filwaqt li fil-qasam tal-kultura tiżgura qafas finanzjarju awtonomu li jiżgura l-kontinwità tar-riżultati mill-perjodu 2014-2020; |
|
7. |
jenfasizza li l-Aġenda l-ġdida Ewropea għall-Kultura tikkompleta u ssaħħaħ l-identità Ewropea permezz tar-rikonoxximent tad-diversità tal-kulturi Ewropej, it-tisħiħ tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej u r-relazzjonijiet tagħhom ma’ msieħba barra mill-Ewropa; |
|
8. |
jenfasizza li s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 kellha parteċipazzjoni importanti fil-qasam, u kien hemm eluf ta’ attivitajiet fl-Ewropa kollha, li jħeġġu l-kondiviżjoni u l-apprezzament tal-wirt kulturali tal-Ewropa bħala riżorsa kondiviża, u li jissensibilizzaw lill-pubbliku dwar l-istorja u l-valuri komuni Ewropej, isaħħu l-identità Ewropea u s-sens ta’ appartenenza għal spazju komuni Ewropew, u jippromovu l-inklużjoni; |
|
9. |
iqis li, f’konformità mal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Pajsaġġ u mal-Aġenda Ewropea għall-Kultura, l-objettivi ġenerali għas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 jistgħu jiġu arrikkiti bl-inklużjoni ta’ komponent b’saħħtu għall-iżvilupp territorjali, fil-forma ta’ strateġiji kulturali reġjonali u lokali li jinvolvu l-promozzjoni tat-turiżmu kulturali sostenibbli; |
|
10. |
jilqa’ bi pjaċir il-Qafas Ewropew għal Azzjoni dwar il-Beni Kulturali ppreżentat f’Diċembru 2018, li jinkludi ħames pilastri li jwasslu għal bidla reali fil-mod kif aħna napprezzaw, nippreservaw u nippromovu l-wirt kulturali tal-Ewropa; |
|
11. |
ifakkar li l-Kummissjoni appoġġjat is-settur kulturali, kemm permezz tal-programmi preċedenti tal-Kultura u l-MEDIA, kif ukoll permezz tal-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni, tal-programm COSME, tal-programm Orizzont 2020, u jfakkar li hemm strumenti ta’ appoġġ oħrajn inklużi fl-“Erasmus+”, il-Fond Soċjali Ewropew, u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali; |
|
12. |
jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-investimenti kulturali fid-diversi politiki tal-Unjoni jiġi applikat ukoll fil-programmazzjoni tal-fondi Ewropej, sabiex jiġi evitat li l-kultura titqies sempliċement bħala politika settorjali u jiġi rikonoxxut ir-rwol tagħha fir-rigward tad-dimensjonijiet kollha tal-koeżjoni (ekonomika, soċjali u territorjali). Jenfasizza, għal dan il-għan, l-importanza li jissaħħu s-sinerġiji bejn il-kultura u politiki oħrajn bħal dawk dwar it-turiżmu, il-politika reġjonali, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u r-R&Ż; |
|
13. |
jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u ‘l-awtoritajiet ta’ ġestjoni tagħhom biex, fil-programmazzjoni l-ġdida tal-fondi Ewropej għal żoni inqas żviluppati, iżidu l-investiment fil-kultura, u jipprevedu appoġġ għal miżuri biex “il-pubbliku jingħata lura” l-wirt mifrux permezz ta’ sħubija pubblika-privata mingħajr skop ta’ qligħ u t-tisħiħ tal-beni kulturali ewlenin (b’mod partikolari l-libreriji pubbliċi); |
|
14. |
iqis li huwa importanti li jiżdied l-investiment fil-qasam kulturali kif diġà previst għall-programmi Ewropa Kreattiva u Erasmus+. Għandha tingħata importanza kif imiss lir-rwol ċentrali tar-reġjuni u l-bliet fil-proċessi ta integrazzjoni, bis-saħħa ta’ appoġġ lis-sħubijiet pubbliċi-privati mingħajr skop ta’ qligħ, anke sabiex jitħeġġu prattiki ta’ ġestjoni tajba; |
|
15. |
jinnota li n-negozjar dwar il-politika ta’ koeżjoni għal wara l-2020 jirrappreżenta punt ta’ tluq ċar u mingħajr ambigwità biex titfassal strateġija utli biex jinkisbu għanijiet ambizzjużi, u għandu jiġi previst l-irduppjar ta’ programmi Ewropej ewlenin li għandhom impatt dirett fuq il-politiki kulturali bħal “Ewropa Kreattiva” u “Erasmus”. |
Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali
|
16. |
jenfasizza li kull Stat Membru tal-UE għandu fit-territorju tiegħu ż-żoni li ġew rikonoxxuti bħala “siti ta’ patrimonju dinji” mill-Unesco — siti li jirrappreżentaw kwalitajiet partikolari ta’ importanza eċċezzjonali mill-perspettiva kulturali u naturali — u li, b’mod ġenerali, minn total ta’ 1 121 sit madwar id-dinja hemm 381 “sit ta’ patrimonju dinji” fis-27 Stat Membru tal-UE; |
|
17. |
jenfasizza li l-wirt kulturali fit-territorji tal-Istati Membri huwa mifrux u f’ħafna każijiet l-aċċess għalih huwa diffiċli u hemm problemi sinifikanti ta’ konservazzjoni u ta’ użu; |
|
18. |
jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u ‘l-awtoritajiet ta’ ġestjoni tagħhom jappoġġjaw il-protezzjoni u s-salvagwardja fiżika tal-beni kulturali, b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-konservazzjoni attiva tal-wirt mifrux, li jinsab fit-territorji interni jew marġinali, li l-aċċess għalih huwa diffiċli; |
|
19. |
jenfasizza l-importanza tat-turiżmu kulturali, li jippromovi l-valur intrinsiku tal-kultura filwaqt li jikkontribwixxi b’mod ġenerali għall-iżvilupp territorjali. F’dan ir-rigward jirreferi għall-ħtieġa ta’ approċċ integrat għat-turiżmu kulturali, anke bħala parti mill-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, sabiex jiġi razzjonalizzat l-impatt tiegħu fuq iż-żoni lokali u jiġi żgurat li jibqa’ sostenibbli. Għal dan l-għan, il-KtR jirreferi għas-Sistema Ewropea ta’ Indikaturi tat-Turiżmu tal-Kummissjoni Ewropea (ETIS), li tista’ tgħin biex titkejjel il-prestazzjoni ta’ destinazzjonijiet turistiċi kulturali fir-rigward tas-sostenibbiltà, u jitlob li tiġi aġġornata b’mod regolari; |
|
20. |
jilqa’ bi pjaċir l-interess dejjem jikber u l-impenn tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Ewropa biex jippromovu viżjonijiet u azzjonijiet kondiviżi fl-Istati Membri. Jittama li f’pajjiżi oħrajn jistgħu jsiru inizjattivi bħal dawk tal-Karta ta’ Agrigento, iffirmata minn mijiet ta’ sindki, mill-presidenti tar-reġjuni Taljani u kondiviża minn assoċjazzjonijiet partikolarment rappreżentattivi; |
|
21. |
huwa konxju li ċ-ċittadini Ewropej għandhom jiġu involuti ħafna aktar fit-tkabbir kulturali, billi jingħataw l-istrumenti biex jipparteċipaw b’mod attiv. Il-Kumitat huwa konxju wkoll tal-kontribut li l-kultura u d-diversità kulturali jistgħu jagħtu lill-iżvilupp sostenibbli, kif rikonoxxut fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (2), u jimpenja ruħu li jaħdem biex dawn isiru faċilitaturi ewlenin ta’ tali żvilupp fil-livell lokali u reġjonali; |
Objettivi ta’ prijorità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali
|
22. |
jistieden lir-reġjuni u lill-bliet Ewropej, kif ukoll lill-organizzazzjonijiet u lin-netwerks tal-wirt kulturali reġjonali, biex jitnebbħu mill-qafas għal azzjoni meta jiżviluppaw azzjonijiet u pjani strateġiċi mifruxa u effettivi għall-promozzjoni u t-tisħiħ tal-wirt kulturali; |
|
23. |
jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jirrappreżentaw il-livelli ta’ governanza li jistgħu jniedu inizjattivi ta’ għarfien dwar il-wirt kulturali Ewropew, kemm għaċ-ċittadini li għadhom l-iskola kif ukoll għall-adulti, inklużi dawk li beħsiebhom jiksbu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru partikolari; |
|
24. |
huwa tal-fehma li l-għarfien u l-użu tal-wirt kulturali Ewropew, li jitqies bħala ġabra ta’ espressjonijiet kulturali, soċjali u kreattivi, patrimonju u legat li ħallewlna l-ġenerazzjonijiet li ġew qabilna, u tat-tradizzjonijiet u d-drawwiet tal-popli tal-Ewropa, bħala mezz biex tiġi kkonsolidata ċ-ċittadinanza Ewropea, bħala opportunità ta’ integrazzjoni u inklużjoni soċjali; |
|
25. |
iqis li huwa neċessarju li fil-livell Ewropew jissaħħu l-inizjattivi ta’ għarfien u aċċess għall-wirt kulturali Ewropew, bħala komponent essenzjali għall-konsolidazzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea u għall-promozzjoni tas-sens ta’ appartenenza tan-nies għall-Ewropa; |
|
26. |
jenfasizza l-kontribut li jistgħu joffru n-netwerks tal-bliet, it-tagħlim bejn il-pari u l-ġemellaġġi bejn il-muniċipalitajiet fir-rigward tal-promozzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar temi taċ-ċittadinanza, bħala mezzi ta’ parteċipazzjoni fil-ħajja ċivika u ta’ integrazzjoni, l-aktar fejn għandhom x’jaqsmu l-Istati Membri l-ġodda; |
|
27. |
jitlob żieda tal-investiment fil-kultura u fi pjani biex il-wirt kulturali, inkluż dak mitluq jew abbandunat, jintuża u jiġi ġestit b’mod konġunt u sostenibbli fi ħdan l-Aġenda Urbana Ġdida 2030. Dan ifisser li jiġu sfruttati bis-sħiħ l-inizjattivi innovattivi promossi mill-muniċipalitajiet u l-proċessi ta’ kooperazzjoni promossi mill-atturi reġjonali; |
|
28. |
jipproponi wkoll li tissaħħaħ iżjed ir-referenza għar-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-promozzjoni u t-tisħiħ tal-ħajja artistika u kulturali tal-komunità tagħhom, u jitlob tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan il-programm. F’dan il-kuntest, jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat il-bilanċ ġust bejn id-destinatarji tar-riżorsi għal proġetti fuq skala kbira u l-miżuri u l-attivitajiet iffinanzjati u ffukati fuq livell lokali u reġjonali, inkluż min-naħa tal-SMEs; |
|
29. |
jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-aċċess taċ-ċittadini għall-kultura u l-postijiet li jikkommemoraw l-istorja, billi tinċentiva l-użu kulturali, b’referenza partikolari għall-ġenerazzjoni żagħżugħa, u billi tiżviluppa politiki integrati dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ tul il-ħajja u tħeġġeġ l-involviment tal-komunitajiet lokali fl-inizjattivi kulturali; |
|
30. |
iqis li għandu jingħata appoġġ lill-industriji kulturali u kreattivi, b’referenza partikolari għall-azzjonijiet marbutin mal-għarfien u l-użu tal-wirt li jistgħu jagħtu riżultati f’termini ta’ kwalità, impjieg, innovazzjoni diġitali u inklużjoni soċjali, u b’referenza għall-azzjonijiet relatati mal-iżvilupp, b’dimensjoni Ewropea, tal-arti viżiva u tal-ispettaklu; |
|
31. |
huwa konxju tal-importanza li jiġu sfruttati l-opportunitajiet diġitali biex il-kultura tiġi promossa b’mod interattiv u biex jiġu attirati l-gruppi kollha tas-soċjetà, speċjalment iż-żgħażagħ, bħala l-kustodji u l-promoturi futuri tal-wirt kulturali; |
|
32. |
jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-iżvilupp tar-relazzjonijiet kulturali bejn il-pajjiżi Mediterranji, inkluż fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ diplomazija kulturali; |
|
33. |
jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza tal-kooperazzjoni transfruntiera u interreġjonali fil-qasam tal-kultura peress li l-wirt kulturali jmur lil hinn mill-fruntieri (3). Il-KtR jenfasizza f’dan ir-rigward ir-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, anke fl-implimentazzjoni tal-komponent kulturali tal-istrateġiji makroreġjonali; |
|
34. |
jenfasizza, bil-għan li jiġu ffaċilitati l-għarfien u l-użu tal-wirt kulturali Ewropew, il-ħtieġa li jitjieb l-iskambju tad-data u l-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Unjoni, kif ukoll il-komunikazzjoni bejniethom u ċ-ċittadini; |
|
35. |
jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjonijiet speċifiċi biex tippromovi l-parteċipazzjoni effettiva u l-użu miċ-ċittadini Ewropej tal-wirt kulturali mifrux fit-territorju tal-Istati Membri, b’mod partikolari billi tiffaċilita l-aċċess sħiħ għall-informazzjoni bħala prekundizzjoni għall-parteċipazzjoni attiva tagħhom u billi tappoġġja t-twaqqif ta’ pjattaforma speċifika ta’ informazzjoni; |
|
36. |
iħeġġeġ lill-bliet u lir-reġjuni Ewropej, fil-funzjoni amministrattiva tagħhom, biex ikunu minn ta’ quddiem biex jesploraw, bħal atturi ewlenin, mudelli xprunati mill-kultura għall-innovazzjoni soċjoekonomika, u biex jippromovu inizjattivi miftuħin għas-soċjetà ċivili u l-assoċjazzjonijiet, li jinvolvu liċ-ċittadini fl-iżvilupp tal-kultura u fil-ħarsien u t-tisħiħ tal-beni kulturali tanġibbli u mhux tanġibbli. |
Brussell, it-12 ta’ Frar 2020.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Apostolos TZITZIKOSTAS
(1) https://en.unesco.org/creativity/sites/creativity/files/artistic_freedom_pdf_web.pdf
(2) https://sustainabledevelopment.un.org/post2015/transformingourworld
(3) Pereżempju r-Rotot Kulturali tal-Kunsill tal-Ewropa, (https://www.coe.int/en/web/cultural-routes/about) jew il-Vjaġġi lejn Siti ta’ Wirt Dinji tal-Unesco — L-Ewropa (https://visitworldheritage.com/en/eu).