|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 131/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9737 — Ageas Portugal/JMRS/SPSI) ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 131/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9780 — BNP Paribas/Banko of Baroda/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2020/C 131/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9794 — Renault/Ferrovial/Car Sharing Mobility Services) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2020/C 131/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9809 — Eni Rewind/CDP Equity/CircularIT JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2020/C 131/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9772 — Helvetia/CASER) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2020/C 131/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9489 — Air Canada/Transat) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
22.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9737 — Ageas Portugal/JMRS/SPSI)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 131/01)
Fit-8 ta’ April 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9737. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
22.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-21 ta' April 2020
(2020/C 131/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0837 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
116,39 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4582 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88120 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,9543 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0517 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
157,80 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
11,4843 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,447 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
355,02 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5291 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,8373 |
|
TRY |
Lira Turka |
7,5658 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,7266 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5393 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,3987 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,8181 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5510 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 335,34 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
20,5853 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,6888 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5700 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 001,63 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7634 |
|
PHP |
Peso Filippin |
55,096 |
|
RUB |
Rouble Russu |
83,2936 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
35,269 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,7619 |
|
MXN |
Peso Messikan |
26,3957 |
|
INR |
Rupi Indjan |
83,3760 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
22.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Frar 2020
dwar il-linji gwida tal-immaniġġjar tal-assi tal-fond ta’ proviżjonament komuni
(2020/C 131/03)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 213(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
L-użu ta’ strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja jippermetti użu effettiv u effiċjenti tar-riżorsi baġitarji tal-Unjoni. Għalhekk, il-proviżjonament ta’ fondi ta’ garanzija huwa meħtieġ sabiex tiġi ssodisfata l-mobilizzazzjoni possibbli ta’ ammont sinifikanti ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament meta jkun meħtieġ. |
|
(2) |
Skont ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u r-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-Kummissjoni timmaniġġja l-assi mill-fond ta’ garanzija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u mill-fond ta’ garanzija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli. Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jimmaniġġja l-assi mill-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (4). |
|
(3) |
Mid-data tal-applikazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020, il-Kummissjoni tipproponi li jiġu stabbiliti żewġ garanziji baġitarji komprensivi ġodda. Il-Garanzija InvestEU fil-fehim parzjali komuni tal-koleġiżlaturi dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm InvestEU (5) u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna fi proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) (6). F’konformità mal-Artikolu 9(1) tal-fehim komuni parzjali tal-koleġiżlaturi dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm InvestEU, il-proviżjonament għall-Garanzija InvestEU jistgħu, fost affarijiet oħrajn, jiġu pprovduti permezz ta’ kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri. Jenħtieġ li tiġi stabbilita l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna li tappoġġa l-operazzjonijiet koperti mill-garanziji baġitarji, l-assistenza makrofinanzjarja u s-self lil pajjiżi terzi abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom (7), li tibni fuq il-Garanzija tal-EFSD eżistenti u fuq il-Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni. Il-bilanċ tal-assi netti sal-31 ta’ Diċembru 2020 fil-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD u fil-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni jenħtieġ li jiġi ttrasferit fil-fond ta’ proviżjonament komuni. |
|
(4) |
Il-proviżjonamenti magħmula biex ikopru l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji jew assistenza finanzjarja jenħtieġ li jinżammu f’fond ta’ proviżjonament komuni. F’konformità mal-Artikoli 211(4) u 212(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (“ir-Regolament Finanzjarju”), il-fond ta’ proviżjonament komuni jenħtieġ li jkun magħmul mir-riżorsi li ġejjin: kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, f’konformità mar-regolamenti applikabbli u b’mod partikolari r-regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali, u wara l-eżami tal-possibbiltajiet għal riallokazzjonijiet; redditi fuq investimenti tar-riżorsi miżmuma fil-fond ta’ proviżjonament komuni; ammonti rkuprati minn debituri f’kontumaċja f’konformità mal-proċedura ta’ rkupru stabbilita fil-garanzija jew fil-ftehim tas-self; dħul u kwalunkwe pagament ieħor irċevut mill-Unjoni f’konformità mal-garanzija jew mal-ftehim tas-self; fejn applikabbli, kontribuzzjonijiet fi flus mill-Istati Membri u partijiet terzi għall-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji jew l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni |
|
(5) |
Ir-riżorsi tal-fond ta’ proviżjonament komuni jenħtieġ li jiġu allokati f’kompartimenti li jikkorrispondu għal kull wieħed mill-istrumenti ta’ kontribuzzjoni. L-immaniġġjar tal-fondi tal-kompartimenti sottostanti bħala grupp wieħed kbir ta’ assi għandu diversi vantaġġi. Dan jipprovdi ekonomiji ta’ skala operazzjonali fl-immaniġġjar tal-assi. Dan jippermetti benefiċċji usa’ tad-diversifikazzjoni tal-assi u inqas flus u ekwivalenti ta’ flus li jeħtieġ li jinżammu skont ir-rata ta’ proviżjonament effettiva msemmija fl-Artikolu 213 tar-Regolament Finanzjarju. |
|
(6) |
Ir-regoli applikabbli għall-proviżjonament u għall-fond ta’ proviżjonament komuni jenħtieġ li jipprovdu qafas solidu ta’ kontroll intern sabiex jinkiseb l-użu effiċjenti u effettiv tar-riżorsi baġitarji tal-UE u biex tiġi żgurata ġestjoni u distribuzzjoni effiċjenti tal-fondi. |
|
(7) |
Il-linji gwida tal-immaniġġjar tal-assi tal-fond ta’ proviżjonament komuni jenħtieġ li jiżguraw il-likwidità meħtieġa biex jiġi ssodisfat il-ħruġ kollu meħtieġ bħal talbiet għal ħlas ta’ garanzija b’mod sħiħ u minnufih, u l-preservazzjoni tal-kapital tul il-perjodu ta’ investiment tal-fond, b’livell għoli ta’ fiduċja. L-assi jenħtieġ li jiġu ġestiti mill-maniġer finanzjarju fuq il-bażi ta’ strateġija ta’ investiment li tiġi espressa fil-forma ta’ Allokazzjoni Strateġika tal-Assi, li tirrifletti l-objettivi ta’ investiment u t-tolleranza tar-riskju. L-istrateġija ta’ investiment jenħtieġ li tkun riflessa f’parametru referenzjarju strateġiku (il-“parametru referenzjarju”). Il-parametru referenzjarju jenħtieġ li jiġi stabbilit f’konformità mal-prattiki tajba tal-industrija. |
|
(8) |
Jenħtieġ li tkun permessa devjazzjoni mill-parametru referenzjarju f’termini ta’ allokazzjoni ta’ assi u/jew karatteristiċi ta’ riskju tal-portafoll, f’ċerti limiti, bil-għan li jittejbu r-redditi mistennija. Madankollu, huwa mifhum li bidliet sinifikanti fil-kundizzjonijiet tas-suq jew fatturi oħra li jinfluwenzaw l-ambjent tal-investiment jistgħu jagħtu lok għal devjazzjonijiet mill-valuri tal-portafoll mistennija. |
|
(9) |
L-immaniġġjar tal-assi jenħtieġ li jitwettaq permezz ta’ univers ta’ investiment li jiżgura l-bilanċ xieraq tar-riskji u l-gwadanji u l-likwidità meħtieġa tal-portafoll. Id-derivati jenħtieġ li ma jintużawx għal finijiet spekulattivi. Il-kriterji tal-għażla tal-assi jenħtieġ li jqisu b’mod sħiħ l-objettivi tal-Kummissjoni relatati mat-tisħiħ ta’ qafas ta’ finanzi sostenibbli u l-ġustizzja soċjali. Il-prattiki ta’ investiment Ambjentali, Soċjali, u ta’ Governanza (Environmental, Social, and Governance, ESG), b’referenza partikolari għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, (8) qed isiru dejjem aktar importanti u l-Kummissjoni jenħtieġ li tmexxi bl-eżempju f’dan il-qasam. |
|
(10) |
Il-maniġer finanzjarju jenħtieġ li jżomm ammont minimu ta’ riżorsi tal-fond fi flus jew ekwivalenti ta’ flus (“riżerva ta’ likwidità”) f’konformità mar-regoli prudenzjali, filwaqt li jqis il-previżjonijiet għal pagamenti pprovduti mis-servizzi awtorizzanti tal-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji jew l-assistenza finanzjarja f’konformità mal-Artikolu 212 tar-Regolament Finanzjarju u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 213(2) tar-Regolament Finanzjarju. |
|
(11) |
L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ investiment jenħtieġ li jkunu soġġetti għal struttura ta’ governanza li tiżgura l-indipendenza tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji. Jeħtieġ li jiġu delimitati b’mod ċar ir-rwoli tal-maniġer finanzjarju u tal-uffiċjal tal-kontabilità, kif ukoll dawk tas-servizzi tal-Kummissjoni li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji jew l-assistenza finanzjarja relatati ma’ diversi kompartimenti tal-fond ta’ proviżjonament komuni, li għalih ġie delegat persunal li jwettaq id-dmirijiet korrispondenti delegati lill-uffiċjal awtorizzanti (minn hawn ’il quddiem is-“servizzi awtorizzanti”). |
|
(12) |
Il-maniġer finanzjarju jenħtieġ li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ investiment f’konformità mar-regoli u l-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-uffiċjal tal-kontabilità, ir-regoli prudenzjali u ġestjoni finanzjarja tajba. Skont l-Artikolu 213(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-maniġer finanzjarju għandu jikkalkula wkoll ir-rata ta’ proviżjonament effettiva u jirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-fond ta’ proviżjonament komuni f’konformità mal-Artikolu 214 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni ħarġet komunikazzjoni (9) lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-evalwazzjoni indipendenti deskritta fl-Artikolu 212 tar-Regolament Finanzjarju. Il-komunikazzjoni tikkonferma li l-ġestjoni finanzjarja tal-assi tal-fond ta’ proviżjonament komuni għandha titwettaq mill-Kummissjoni. |
|
(14) |
Il-maniġer finanzjarju jenħtieġ li ma jkollux responsabbiltajiet inkompatibbli skont ir-Regolament Finanzjarju, jiġifieri dawn jenħtieġ li jkunu separati minn dawk tas-servizzi awtorizzanti għall-istrumenti ta’ kontribuzzjoni jew għall-uffiċjal tal-kontabilità. |
|
(15) |
Id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit stabbilixxa esperjenza fil-ġestjoni ta’ diversi portafolli ta’ investiment u għandu qafas ta’ governanza xieraq u regoli interni fis-seħħ biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja effiċjenti tal-assi tal-fond ta’ proviżjonament komuni. L-istess kompiti ġew eżerċitati mid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (“DĠ ECFIN”) sal-31 ta’ Diċembru 2019. F’konformità mad-deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Diċembru 2019 dwar l-organizzazzjoni tar-responsabbiltajiet tal-Membri tal-Kummissjoni (P(2019)1), id-Direttorat L “L-operazzjonijiet tat-teżor u dawk finanzjarji” tad-DĠ ECFIN huwa ttrasferit mid-DĠ ECFIN għad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit, bl-eċċezzjoni tat-tim li jaħdem fuq l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, li jibqa’ fid-DĠ ECFIN. Għalhekk jeħtieġ li tiġi pprovduta delineazzjoni ċara tar-rwol tal-maniġer finanzjarju fl-Kummissjoni u li jiġu ddelegati r-responsabbiltajiet u l-kompiti tal-maniġer finanzjarju lid-Direttur Ġenerali għall-Baġit. |
|
(16) |
Skont l-Artikolu 212(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jistabbilixxi l-proċeduri li għandhom jiġu applikati għall-operazzjonijiet ta’ dħul u ta’ nfiq u, bi qbil mal-maniġer finanzjarju, għall-assi u l-obbligazzjonijiet relatati mal-fond ta’ proviżjonament komuni. |
|
(17) |
Is-servizzi awtorizzanti tal-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji jew l-assistenza finanzjarja jenħtieġ li jimmonitorjaw b’mod attiv l-obbligazzjonijiet finanzjarji taħt ir-responsabbiltà tagħhom u jinfurmaw lill-maniġer finanzjarju dwar l-iżviluppi fuq bażi annwali u mingħajr dewmien f’każ ta’ bidliet materjali. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tispeċifika kif il-maniġer finanzjarju, l-uffiċjal tal-kontabilità u s-servizzi awtorizzanti għandhom jissodisfaw ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom kif stabbilit f’din id-deċiżjoni u jenħtieġ li jistabbilixxu l-funzjonament tal-istruttura regolatorja għall-ġestjoni tal-fond ta’ proviżjonament komuni. Jenħtieġ li att amministrattiv intern u Ftehim dwar il-Livell ta’ Servizz bejn il-maniġer finanzjarju u s-servizzi awtorizzanti jistabbilixxu aktar regoli li huma meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(19) |
Ir-riżorsi tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli eżistenti, li għalihom eżistew fondi ta’ garanzija rispettivi, jenħtieġ li jkunu koperti minn żewġ kompartimenti tal-fond ta’ proviżjonament komuni. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu revokati l-linji gwida tal-immaniġġjar tal-assi korrispondenti għal dawk il-fondi ta’ garanzija. |
|
(20) |
F’konformità mal-Artikolu 282(3)(g) tar-Regolament Finanzjarju, id-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-fond ta’ proviżjonament komuni japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020. Għalhekk, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mill-istess data, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Assi u strumenti ta’ kontribuzzjoni tal-fond ta’ proviżjonament komuni
1. Wara li kkunsidrat l-Artikolu 211(4) u 212(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-fond ta’ proviżjonament komuni għandu jżomm b’mod partikolari l-provvedimenti tal-istrumenti ta’ kontribuzzjoni li ġejjin previsti fl-atti leġiżlattivi li jistabbilixxu l-garanziji baġitarji u l-assistenza finanzjarja li ġejjin:
|
(a) |
il-Garanzija tal-Fond Ewropew għall-Investiment Strateġiku; |
|
(b) |
il-Garanzija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni. |
2. Il-fond ta’ proviżjonament komuni għandu jżomm ukoll il-provvedimenti ta’ strumenti ulterjuri ta’ kontribuzzjoni, soġġett għad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti legali proposti li jistabbilixxu l-garanziji baġitarji, l-istrumenti finanzjarji u l-assistenza finanzjarja relatati.
3. Barra minn hekk, u wara li kkunsidrat l-Artikolu 279(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-provvedimenti ta’ strumenti addizzjonali ta’ kontribuzzjoni jistgħu jiġu ttrasferiti, fi flus jew bħala titolu għal assi finanzjarji eliġibbli, fil-fond ta’ proviżjonament komuni, b’mod partikolari:
|
(a) |
strumenti finanzjarji eżistenti b’portafoll kbir pendenti ta’ assi li għandhom l-istess univers ta’ investiment bħall-fond ta’ proviżjonament komuni, kif previst fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament, fejn dan huwa konsistenti mal-Artikolu 279(3) tar-Regolament Finanzjarju; |
|
(b) |
strumenti ta’ politika oħra tal-Kummissjoni li kisbu portafolli pendenti kbar ta’ assi li għandhom l-istess univers ta’ investiment bħall-fond ta’ proviżjonament komuni, kif iddefinit fl-Artikolu 8; |
|
(c) |
L-Istati Membri li jitolbu l-ġestjoni ta’ kontribuzzjoni possibbli mill-Fondi taħt riżorsi ta’ ġestjoni kondiviża kif previst għall-finijiet tal-kompartiment tal-Istat Membru taħt il-Programm InvestEU. |
4. It-trasferiment ta’ provvedimenti addizzjonali fil-fond ta’ proviżjonament komuni msemmi fil-paragrafu 3 għandu jiġi nnotifikat lill-maniġer finanzjarju u bi qbil miegħu, bil-quddiem, minn servizz awtorizzanti.
5. Għal kull impenn eżistenti miżmum barra l-fond ta’ proviżjonament komuni, bis-saħħa tal-Artikolu 279(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-linji gwida tal-immaniġġjar tal-assi u l-istruzzjonijiet diġà maqbula jibqgħu fis-seħħ.
Artikolu 2
Objettiv ġenerali għall-ġestjoni tal-fond ta’ proviżjonament komuni
1. Il-Fond ta’ Proviżjonament Komuni għandu jiġi ġestit sabiex tiġi żgurata l-likwidità meħtieġa biex jiġu ssodisfati b’mod sħiħ u minnufih il-ħruġ kollu u t-talbiet kollha għal ħlas ta’ garanzija meħtieġa, u biex tingħata preservazzjoni tal-kapital fuq il-perjodu tal-investiment tal-fond, b’livell għoli ta’ fiduċja.
2. Sabiex jintlaħaq l-objettiv ġenerali stabbilit fil-paragrafu 1, il-maniġer finanzjarju tal-fond ta’ proviżjonament komuni għandu jimmaniġġja l-assi f’konformità mar-regoli prudenzjali u l-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u f’konformità mar-regoli u l-proċeduri stabbiliti mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.
3. Il-portafoll tal-fondi ta’ proviżjonament komuni għandu jiġi kostitwit sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ diversifikazzjoni bejn il-klassijiet tal-assi eliġibbli, iż-żoni ġeografiċi, l-emittenti u l-maturitajiet sabiex jiġu ġestiti l-fluttwazzjonijiet fil-valur tal-portafoll.
Artikolu 3
Struttura u operazzjoni tal-fond ta’ proviżjonament komuni
1. Ir-riżorsi tal-fond ta’ proviżjonament komuni għandhom jiġu allokati f’kompartimenti li jikkorrispondu għal kull wieħed mill-istrumenti ta’ kontribuzzjoni kif deskritt fl-Artikolu 1.
2. Is-sehem tal-kompartimenti għandu jiġi ddeterminat fuq bażi pro rata, li jirrifletti l-kontribuzzjonijiet għal u l-irtirar mill-assi tal-fond ta’ proviżjonament komuni minn kull strument ta’ kontribuzzjoni.
3. Kwalunkwe obbligazzjoni mġarrba mill-istrumenti sottostanti ta’ kontribuzzjoni għandha tiġi ssodisfata billi jintużaw l-assi tal-fond ta’ proviżjonament komuni, sas-sehem li jikkorrispondi għall-kompartiment rilevanti. Kwalunkwe prelevament żejjed għandu jkun eċċezzjonali, temporanju, u mħallas mill-ġdid mill-istrument li jikkontribwixxi fl-ammont nominali.
4. Jekk l-assi fil-fond ta’ proviżjonament komuni li jikkorrispondu għas-sehem tal-kompartiment rilevanti jiġu eżawriti, il-Kummissjoni għandha titlob lill-awtorità baġitarja l-approprjazzjonijiet meħtieġa biex tissodisfa l-impenji li tkun għamlet.
5. Skont l-Artikolu 30(1)(g) tar-Regolament Finanzjarju, fit-taqsima tagħha stess tal-baġit, il-Kummissjoni tista’, f’każijiet eċċezzjonali, tittrasferixxi approprjazzjonijiet mill-partita baġitarja ta’ garanzija baġitarja għall-partita baġitarja ta’ garanzija baġitarja oħra, f’każijiet eċċezzjonali meta r-riżorsi fornuti fil-fond ta’ proviżjonament komuni ta’ dawn tal-aħħar ma jkunux biżżejjed biex titħallas talba għal ħlas ta’ garanzija u soġġett għar-restituzzjoni sussegwenti tal-ammont ittrasferit f’konformità mal-proċedura stabbilita f’konformità mal-Artikolu 30(1)(g) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 212(4) tar-Regolament Finanzjarju.
6. F’konformità mal-Artikolu 211(7) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha, kemm jista’ jkun malajr, tirrapporta lill-Awtorità Baġitarja meta l-valur tal-ishma ta’ kwalunkwe kompartiment jaqa’ taħt il-50 % tal-ammonti previsti wara l-applikazzjoni tar-rata ta’ proviżjonament effettiva, u għal darb’oħra jekk dan il-valur jaqa’ taħt it-30 % ta’ dawk l-ammonti previsti.
Artikolu 4
L-issodisfar tat-talbiet għal ħlas ta’ garanzija
1. L-issodisfar tat-talbiet għal ħlas ta’ garanzija li jikkorrispondu għall-istrumenti finanzjarji, għall-garanziji baġitarji u għall-assistenza finanzjarja koperti mill-fond ta’ proviżjonament komuni (“talbiet għal ħlas ta’ garanzija”) għandu jiżgura t-traċċabbiltà u r-reġistrazzjoni ta’ dawk it-trasferimenti fi ħdan is-sistema kontabilistika tal-Kummissjoni.
2. Talbiet għal ħlas ta’ garanzija u talbiet għal pagamenti oħra rilevanti jistgħu jiġu ssodisfati bil-flus u/jew billi jinbiegħu assi mill-Fond ta’ Proviżjonament Komuni u/jew permezz ta’ ftehimiet ta’ riakkwist, fi ħdan il-limitazzjonijiet tar-riskju applikabbli.
3. Mal-wasla ta’ talba għal ħlas ta’ garanzija jew talba għall-pagament rilevanti minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jew sabiex jinżamm ammont minimu ta’ riżorsi fi flus jew ekwivalenti ta’ flus fir-riżerva ta’ likwidità, skont l-Artikolu 212 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 213(2) tar-Regolament Finanzjarju, fit-teżor ċentrali tal-Kummissjoni, is-servizz awtorizzanti responsabbli għall-istrument ta’ kontribuzzjoni għandu joħroġ ordni ta’ rikostituzzjoni biex jitreġġa’ lura l-valur tal-linja korrispondenti tar-riżerva ta’ likwidità. Abbażi ta’ dawk l-ordnijiet ta’ rikostituzzjoni, it-Teżor tal-Kummissjoni għandu jitlob it-trasferiment ta’ ammonti f’kont maħluq apposta biex jiġu indirizzati dawn it-talbiet għal ħlas ta’ garanzija jew talbiet għall-pagament, minn fejn dawn għandhom isiru disponibbli għas-servizzi awtorizzanti, li jistgħu jużawhom biex jagħmlu pagamenti lis-Sħab inkarigati mill-Implimentazzjoni.
4. Is-servizzi awtorizzanti għandhom jikkomunikaw bil-quddiem informazzjoni dwar it-talbiet kollha għal ħlas ta’ garanzija jew it-talbiet għall-pagament rilevanti hekk kif isiru disponibbli sabiex il-maniġer finanzjarju jkun jista’ jħejji b’mod adegwat biex iwieġeb għal dawn it-talbiet għal ħlas ta’ garanzija u t-talbiet għall-pagament. Is-servizzi awtorizzanti għall-istrumenti ta’ kontribuzzjoni għandhom jimmonitorjaw b’mod attiv l-obbligazzjonijiet finanzjarji taħt ir-responsabbiltà tagħhom biex jipprovdu previżjonijiet dwar id-dħul u informazzjoni bikrija sa fejn ikun disponibbli dwar it-talbiet għal ħlas ta’ garanzija mistennija.
5. Ir-rapport annwali dwar il-funzjonament ta’ fond ta’ proviżjonament komuni għandu jinkludi informazzjoni dwar it-talbiet għal ħlas ta’ garanzija u t-talbiet għall-pagament rilevanti ssodisfati mill-fond ta’ proviżjonament komuni.
Artikolu 5
Strateġija ta’ investiment
1. Il-maniġer finanzjarju għandu jħejji strateġija ta’ investiment biex tiggwida l-immaniġġjar tal-assi tal-fond ta’ proviżjonament komuni sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 2. Din l-istrateġija ta’ investiment għandha tiġi espressa fil-forma ta’ Allokazzjoni Strateġika tal-Assi, li tistabbilixxi l-allokazzjonijiet indikattivi fil-mira għal kategoriji differenti ta’ assi finanzjarji eliġibbli fil-portafoll.
2. Il-maniġer finanzjarju għandu jirrifletti l-Allokazzjoni Strateġika tal-Assi f’parametru referenzjarju strateġiku (“parametru referenzjarju”) li miegħu għandha titqabbel il-prestazzjoni tal-fond ta’ proviżjonament komuni.
3. L-istrateġija ta’ investiment u l-parametru referenzjarju għandhom jiġu proposti mill-maniġer finanzjarju u maqbula mill-uffiċjal tal-kontabilità, wara konsultazzjoni, u flimkien mas-servizzi awtorizzanti.
4. L-istrateġija ta’ investiment u l-parametru referenzjarju jistgħu jiġu mmodifikati f’każ ta’ bidla debitament ddokumentata u motivata fil-kundizzjonijiet ekonomiċi, bidla sostanzjali fil-ħtiġijiet u fis-sitwazzjoni tal-istrumenti ta’ kontribuzzjoni jew ta’ bidla sinifikanti fl-istimi tad-dħul u tal-ħruġ. Il-proċedura għal modifika tal-istrateġija ta’ investiment għandha tkun l-istess bħal dik għall-adozzjoni inizjali tagħha. L-istrateġija ta’ investiment għandha tiġi stabbilita billi jitqiesu l-perjodu tal-investiment u t-tolleranza tar-riskju tal-fond ta’ proviżjonament komuni.
5. Il-perjodu ta’ investiment tal-fond ta’ proviżjonament komuni għandu jirrifletti l-perjodi ta’ investimenti kkombinati tal-istrumenti ta’ kontribuzzjoni differenti, filwaqt li jitqiesu l-profil ta’ żmien tal-kontribuzzjonijiet baġitarji u l-istimi tal-flussi ta’ dħul u ta’ ħruġ ipprovduti mis-servizzi awtorizzanti responsabbli għall-istrumenti ta’ kontribuzzjoni qabel l-istabbiliment tal-istrateġija ta’ investiment inizjali u fuq bażi annwali għall-ħajja tal-istrument ta’ kontribuzzjoni jew f’każ li jkunu mistennija bidliet sinifikanti.
6. Il-maniġer finanzjarju għandu jiddefinixxi t-tolleranza tar-riskju tal-fond ta’ proviżjonament komuni bħala l-ammont massimu ta’ telf mill-attivitajiet tal-immaniġġjar tal-assi tiegħu li l-fond ta’ proviżjonament komuni jista’ jaċċetta. It-tolleranza tar-riskju għandha tkun espressa permezz ta’ parametri tar-riskju bħall-Valur fir-Riskju, stabbilit bi grad għoli ħafna ta’ fiduċja sabiex il-probabbiltà li t-telf reali jaqbeż it-telf massimu mistenni tkun baxxa ħafna.
Artikolu 6
Implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ investiment mill-maniġer finanzjarju
1. Il-maniġer finanzjarju għandu jimplimenta l-istrateġija ta’ investiment filwaqt li jqis il-linji gwida tal-immaniġġjar tal-assi u r-regolamenti u l-proċeduri rilevanti.
2. Il-maniġer finanzjarju għandu jissorvelja l-funzjonament tal-proċessi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.
3. Il-maniġer finanzjarju għandu jirrapporta f’konformità mal-Artikolu 11.
4. Is-servizz tal-immaniġġjar tar-riskju tal-maniġer finanzjarju għandu jirrapporta kwalunkwe tħassib sinifikanti relatat mal-ġestjoni finanzjarja tajba u prudenti tal-assi lill-uffiċjal tal-kontabilità.
5. Il-maniġer finanzjarju għandu jissorvelja l-akkwist tas-servizzi ta’ appoġġ rilevanti kollha (il-kontabbiltà, l-analitika, is-soluzzjonijiet ta’ negozjar) li huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-istrateġija ta’ investiment.
6. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-istrateġija ta’ investiment, il-maniġer finanzjarju għandu s-setgħa li jiddelega funzjonijiet jew proċessi speċifiċi lil fornituri ta’ servizzi akkreditati, li jkollhom l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa kollha biex iwettqu s-servizzi assenjati. L-attivitajiet li jistgħu jiġu ddelegati huma:
|
(a) |
valwazzjoni u kontabbiltà għall-assi u għall-ishma tal-kompartimenti tal-fond ta’ proviżjonament komuni; |
|
(b) |
is-salvagwardja, il-kustodja u l-amministrazzjoni tal-assi tal-fond ta’ proviżjonament komuni; |
|
(c) |
il-kostruzzjoni, il-valwazzjoni u t-titjib ta’ indiċijiet ta’ parametri referenzjarji, data tas-suq. |
Artikolu 7
Il-kejl u l-valwazzjoni tal-prestazzjoni
1. Il-maniġer finanzjarju għandu jipproduċi mill-inqas Valur Nett tal-Assi (Net Asset Value, NAV) ta’ kull xahar għall-fond ta’ proviżjonament komuni. Kwalunkwe tranżazzjoni (flussi ta’ dħul/ħruġ) għandha tiġi vvalutata fl-NAV fi tmiem ix-xahar.
2. Il-profitti jew it-telf globali mill-investiment tal-assi, kif rifless mill-NAV tal-fond ta’ proviżjonament komuni għandhom jiġu allokati b’mod proporzjonat mas-sehem tal-kompartimenti tal-istrumenti finanzjarji, tal-garanziji baġitarji u tal-assistenza finanzjarja rispettivi.
3. Il-valwazzjoni tal-portafoll għandha tkun iddeterminata permezz tal-metodi u tal-proċeduri ta’ valwazzjoni proposti mill-maniġer finanzjarju u approvati mill-uffiċjal tal-kontabilità. Dawk il-metodi u proċeduri jistgħu jinkludu prezzijiet fl-għeluq tas-suq, prezzijiet evalwati esternament, prezzijiet ikkwotati fis-suq attiv u, fejn dawn ma jkunux disponibbli, mudelli interni jew esterni ta’ valwazzjoni. Jekk l-assi jkunu nxtraw jew inbiegħu, għandhom jintużaw il-prezzijiet tat-tranżazzjoni.
4. Il-prestazzjoni tal-portafoll għandha tiġi evalwata fuq bażi ta’ valur ġust, filwaqt li jitqiesu l-prezzijiet tas-suq tal-istrumenti. Il-prestazzjoni tal-portafoll għandha tiġi kkalkulata kemm fuq bażi assoluta kif ukoll relattiva għall-parametru referenzjarju kif deskritt fl-Artikolu 5.
5. Il-kostijiet diretti għall-immaniġġjar tal-assi tal-fond ta’ proviżjonament komuni għandhom jiġu assorbiti mill-assi tal-fond ta’ proviżjonament komuni. Dawk il-kostijiet tal-immaniġġjar tal-assi għandhom jinkludu tariffi tal-kustodja, kostijiet tal-awditjar estern, kostijiet ta’ negozjar u ħħeġġjar, imposti tal-banek u kostijiet relatati ma’ tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli u operazzjonijiet oħra eliġibbli skont l-Artikolu 8.
6. Il-kostijiet tal-infrastruttura tan-negozjar, inklużi l-kostijiet tas-servizz tad-data relatati direttament mal-immaniġġjar tal-assi tal-fond ta’ proviżjonament komuni jistgħu jitnaqqsu mill-assi tal-Fond.
Artikolu 8
Univers ta’ investiment eliġibbli
1. Il-fond ta’ proviżjonament komuni għandu jinvesti biss:
|
(a) |
f’assi tas-suq monetarju ddenominati f’euro; |
|
(b) |
f’titoli ta’ introjtu fiss; |
|
(c) |
f’investimenti kollettivi regolati f’dejn u ekwità. |
2. Il-fond ta’ proviżjonament komuni għandu jikseb skopertura għal dawk il-klassijiet ta’ assi permezz ta’ investiment fl-istrumenti li ġejjin jew b’involviment fl-operazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
depożiti; |
|
(b) |
strumenti tas-suq monetarju u fondi tas-suq monetarju li joffru likwidità ta’ kuljum, koperti bir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10); |
|
(c) |
strumenti ta’ dejn, bħal bonds, kontijiet u noti, u strumenti titolizzati skont il-kriterji Sempliċi, Trasparenti, u Standardizzata (STS) stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11); |
|
(d) |
impriżi ta’ investiment kollettiv koperti mid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) li jinkludu fondi negozjati fil-borża li jinvestu f’ekwità jew fi strumenti ta’ dejn fejn it-telf massimu ma jistax jaqbeż l-ammonti investiti; |
|
(e) |
ftehimiet ta’ riakkwist, f’konformità mal-Artikolu 212(2) tar-Regolament Finanzjarju; |
|
(f) |
ftehimiet ta’ retroriakkwist; |
|
(g) |
operazzjonijiet ta’ self ta’ titoli b’sistemi ta’ kklirjar rikonoxxuti bħal Clearstream u Euroclear, jew ma’ istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin li jispeċjalizzaw f’dawn it-tip ta’ operazzjonijiet. |
3. Derivattivi, fil-forma ta’ kuntratti forward u tal-futuri u swaps, għandhom jintużaw biss għall-finijiet ta’ mmaniġġjar effiċjenti tal-portafoll u mhux għal skopijiet ta’ spekulazzjoni jew ingranaġġ ta’ pożizzjonijiet. Id-derivattivi jistgħu jintużaw għal aġġustament tad-durata, tal-mitigazzjoni tal-kreditu jew ta’ riskju rilevanti ieħor jew ta’ bidliet fl-allokazzjoni tal-assi b’mod konsistenti mal-politika ta’ investiment.
4. L-assi tal-fond ta’ proviżjonament komuni jistgħu jiġu investiti f’bonds likwidi ħafna ħħeġġjati denominati f’dollari Amerikani maħruġa minn entitajiet sovrani u supranazzjonali unikament għall-finijiet ta’ diversifikazzjoni u skopertura għal kurva ta’ rata tal-imgħax oħra. Kwalunkwe riskju tal-valuta għandu jiġi ħħeġġjat billi jintużaw kif xieraq swaps jew strumenti oħra għal iħħeġġjar tal-kambju, kif speċifikat fil-paragrafu 3.
5. Il-maniġer finanzjarju jista’, soġġett għall-qbil tal-uffiċjal tal-kontabilità, ikabbar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-investimenti eliġibbli biex jinkludi klassijiet ta’ assi u operazzjonijiet ta’ investiment oħra konsistenti mal-istrateġija u mal-objettivi tal-investiment, kif ukoll muniti ta’ ekonomiji avvanzati oħra, kif elenkati minn żmien għal żmien mill-Fond Monetarju Internazzjonali u fejn soġġett għall-iħħeġġjar tar-riskju tal-valuta. Kwalunkwe deċiżjoni biex jiġu inklużi klassijiet ġodda ta’ assi, operazzjonijiet ta’ investiment jew muniti ta’ ekonomiji avvanzati għandha tkun appoġġata b’ġustifikazzjoni sostanzjata għal kull klassi, operazzjoni jew munita tal-assi, ta’ kif il-possibbiltajiet estiżi ta’ investiment se jtejbu l-prestazzjoni tar-riskji u r-redditi tal-fond ta’ proviżjonament komuni. Dan għandu jinkludi valutazzjoni tal-kapaċitajiet operazzjonali meħtieġa biex jiġu appoġġati dawn il-possibbiltajiet ġodda ta’ investiment.
Artikolu 9
Lista ta’ attivitajiet esklużi għal finijiet ta’ investiment minħabba raġunijiet etiċi jew morali
1. Il-maniġer finanzjarju ma għandux konxjament jinvesti assi tal-fond ta’ proviżjonament komuni fit-titoli maħruġa minn impriżi li jkunu nstabu, b’sentenza finali jew b’deċiżjoni amministrattiva finali, li jkunu involuti f’attivitajiet:
|
(a) |
meqjusa bħala illegali jew ipprojbita minħabba raġunijiet etiċi jew morali taħt il-qafas regolatorju tal-Unjoni u konvenzjonijiet u ftehimiet internazzjonali; |
|
(b) |
relatati mal-iżvilupp, mal-produzzjoni u mal-kummerċ ta’ munizzjon jew armi li huma pprojbiti mil-liġi internazzjonali applikabbli. |
2. L-assi tal-fond ta’ proviżjonament komuni ma għandhomx jiġu investiti f’titoli maħruġa minn impriżi li jiġġeneraw aktar minn 25 % tad-dħul annwali kumplessiv tagħhom magħruf mill-maniġer finanzjarju, mill-attivitajiet elenkati hawn taħt:
|
(a) |
attivitajiet ta’ logħob tal-azzard (produzzjoni, kostruzzjoni, distribuzzjoni, ipproċessar, kummerċ jew attivitajiet relatati mas-softwer); |
|
(b) |
prodotti u attivitajiet relatati mat-tabakk (produzzjoni, distribuzzjoni, ipproċessar u kummerċ); |
|
(c) |
kummerċ tas-sess u infrastrutturi, servizzi u mezzi ta’ komunikazzjoni relatati. |
Artikolu 10
Kunsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza
1. L-istrateġija ta’ investiment tal-fond ta’ proviżjonament komuni għandha tiġi implimentata f’konformità mal-objettiv ta’ politika tal-Unjoni li trawwem finanzi sostenibbli u ġustizzja soċjali kemm jista’ jkun konsistenti mal-preservazzjoni tal-kapital tal-fond ta’ proviżjonament komuni.
2. L-implimentazzjoni tal-politika ta’ investiment tal-fond ta’ proviżjonament komuni għandha tikkonforma mal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha li tippromwovi l-istrumenti finanzjarji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) u għandha tirrispetta l-istandards, is-sistemi, il-kriterji u l-proċessi rilevanti stabbiliti fil-qafas regolatorju tal-Unjoni.
3. Il-maniġer finanzjarju għandu jikkonsulta lill-Grupp ta’ Esperti Tekniċi tal-UE dwar il-Finanzjament Sostenibbli, jew is-suċċessur tiegħu, dwar l-implimentazzjoni ta’ fatturi ESG fl-istrateġija ta’ investiment għall-fond ta’ proviżjonament komuni.
4. Il-maniġer finanzjarju għandu jimmonitorja l-profil ESG tal-fond ta’ proviżjonament komuni u jirrapporta dwaru fuq bażi regolari, inkluż permezz tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 11.
Artikolu 11
Rapporti u kontijiet tal-fond ta’ proviżjonament komuni
1. Ir-rapport annwali skont l-Artikolu 214(2) tar-Regolament Finanzjarju għandu jinkludi informazzjoni ewlenija dwar il-kompożizzjoni ġenerali tal-portafoll, l-għadd ta’ talbiet, l-għadd ta’ tranżazzjonijiet u l-prestazzjoni meta mqabbla mal-parametru referenzjarju.
2. Ir-rapport annwali għandu jikkummenta dwar il-prestazzjoni kumplessiva tal-fond ta’ proviżjonament komuni u kwalunkwe żvilupp importanti relatat mar-riżultati u l-operazzjonijiet tal-fond ta’ proviżjonament komuni matul is-sena.
3. L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jiżgura t-tħejjija f’waqtha tal-kontijiet annwali għall-assi miżmuma mill-fond ta’ proviżjonament komuni u l-konsolidazzjoni tagħhom fil-kontijiet Annwali tal-Unjoni.
4. Il-maniġer finanzjarju għandu jipprovdi l-informazzjoni u l-assistenza kollha lill-uffiċjal tal-kontabilità fuq talba biex jiġi ssodisfat dan ir-rekwiżit.
5. Il-maniġer finanzjarju għandu jħejji rapporti ta’ kull xahar dwar ir-riskju u l-prestazzjoni.
6. Il-maniġer finanzjarju għandu jipprovdi informazzjoni dwar is-sitwazzjoni u l-prestazzjoni tal-fond ta’ proviżjonament komuni fuq talba tal-uffiċjal tal-kontabilità, tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Artikolu 12
Tħassir
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016)165 (13) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017)7693 (14) huma mħassra.
Artikolu 13
Delega tar-responsabbiltajiet tal-maniġer finanzjarju
Il-Kummissjoni tiddelega r-responsabbiltajiet u l-kompiti ta’ maniġer finanzjarju lid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit, bl-eċċezzjoni tal-obbligi ta’ rappurtar imsemmija fl-Artikolu 214(2) tar-Regolament Finanzjarju.
Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit għandu jwettaq dawk ir-responsabbiltajiet u l-kompiti fuq bażi kontinwa u jissottometti r-rakkomandazzjonijiet u r-rapporti kollha dwar il-funzjonament tal-fond ta’ proviżjonament komuni lill-Kulleġġ tal-Kummissarji.
Artikolu 14
Data ta’ applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-applikazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
Johannes HAHN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD (ĠU L 249 27.9.2017, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10).
(5) Fehim komuni parzjali tal-koleġiżlaturi dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm InvestEU (COM(2018) 439 final tat-6 ta’ Ġunju 2018).
(6) COM(2018) 460 final tal-14 ta’ Ġunju 2018.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom tad-29 ta’ Marzu 1977 li tagħti l-jedd lill-Kummissjoni li toħroġ self tal-Euratom sabiex tikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ power stations nuklejari (ĠU L 88, 6.4.1977, p. 9).
(8) COM(2019) 640 final tal-11 ta’ Diċembru 2019.
(9) COM(2020) 130.
(10) Ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).
(11) Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).
(12) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi tal-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (riformulazzjoni) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016)165 tal-21 ta’ Jannar 2016 li tapprova l-linji gwida tal-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta’ Garanzija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi [titolu mhux uffiċjali].
(14) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017)7693 tat-22 ta’ Novembru 2017 li tapprova l-linji gwida tal-immaniġġjar tal-assi tal-fond ta’ garanzija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli u li temenda d-Deċiżjoni C(2005) 2992 dwar il-ġestjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji mhux baġitarji tal-Komunità Ewropea (KE), tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom), tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) f’likwidazzjoni u sussegwentement l-Assi tal-Fond ta’ Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar [titolu mhux uffiċjali].
|
22.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/12 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 131/04)
Deċiżjonijiet li jagħtu awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-Deċiżjoni |
|
C(2020) 2089 |
15 ta’ April 2020 |
Idrossiottaoksodiżingatdikromat tal-potassju Nru KE 234-329-8, Nru CAS 11103-86-9 |
PPG Industries (UK) Ltd., Needham Road, IP14 2AD Stowmarket, Suffolk, ir-Renju Unit |
REACH/20/6/0 |
Formulazzjoni ta’ taħlitiet maħsuba esklużivament għall-użi REACH/20/6/5 sa REACH/20/6/9 |
It-22 ta’ Jannar 2026 |
F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata. |
|
Finalin GmbH, Georg-Wilhelm-Straße 189, 21107 Hamburg, il-Ġermanja |
REACH/20/6/1 |
||||||
|
PPG Europe B.V., Amsterdamseweg 14, 1422 AD Uithoorn, in-Netherlands |
REACH/20/6/2 |
||||||
|
PPG Coatings SA, 7 allée de la Plaine 76700, Gonfreville l’Orcher, Franza |
REACH/20/6/3 |
||||||
|
Aviall Services Inc., Schillingweg 40, 2153 PL Nieuw-Vennep, in-Netherlands |
REACH/20/6/4 |
||||||
|
PPG Industries (UK) Ltd., Needham Road, IP14 2AD Stowmarket, Suffolk, ir-Renju Unit |
REACH/20/6/5 |
Fil-primers u fil-kisjiet (inkluż il-wash primers) għas-settur ajruspazjali li fihom tkun meħtieġa kwalunkwe waħda mill-funzjonalitajiet ewlenin li ġejjin: ir-reżistenza għall-korrużjoni, l-aderenza taż-żebgħa / il-kompatibbiltà ma’ sistema ta’ legaturi, il-ħxuna tas-saffi, ir-reżistenza kimika, ir-reżistenza għat-temperaturi (reżistenza għal xokk termali), il-kompatibbiltà mat-temperaturi tas-sottostrat u tal-ipproċessar |
|||||
|
Finalin GmbH, Georg-Wilhelm-Straße 189, 21107 Hamburg, il-Ġermanja |
REACH/20/6/6 |
||||||
|
PPG Europe B.V., Amsterdamseweg 14, 1422 AD Uithoorn, in-Netherlands |
REACH/20/6/7 |
||||||
|
PPG Coatings SA, 7 allée de la Plaine 76700, Gonfreville l’Orcher, Franza |
REACH/20/6/8 |
||||||
|
Aviall Services Inc., Schillingweg 40, 2153 PL Nieuw-Vennep, in-Netherlands |
REACH/20/6/9 |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_en.htm
|
22.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/14 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 131/05)
Deċiżjonijiet li jagħtu awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-Deċiżjoni |
|
C(2020) 2090 |
Il-15 ta’ April 2020 |
Tris(kromat) tad-dikromju Nru KE 246-356-2, Nru CAS 24613-89-6 |
Henkel AG & Co. KGaA, Henkelstrasse 67, 40191 Düsseldorf, North-Rhine Westfalia, il-Ġermanja |
REACH/20/1/0 |
Formulazzjoni ta’ taħlitiet maħsuba esklużivament għall-użi REACH/20/1/2 u REACH/20/1/3 |
It-22 ta’ Jannar 2026 |
F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata. |
|
Henkel Global Supply Chain B.V., Gustav Mahlerlaan 2970, 1081 LA Amsterdam, in-Netherlands |
REACH/20/1/1 |
|
|
|
|||
|
Henkel AG & Co. KGaA, Henkelstrasse 67, 40191 Düsseldorf, North-Rhine Westfalia, il-Ġermanja |
REACH/20/1/2 |
Trattament tas-superfiċe tal-metalli (bħall-aluminju, l-azzar, iż-żingu, il-manjeżju, it-titanju, il-liegi), tal-kompożiti u tal-issiġillar tal-folji anodiċi għas-settur ajruspazjali fil-proċessi tat-trattament tas-superfiċe li fihom kwalunkwe waħda mill-funzjonalitajiet ewlenin elenkati fl-Anness tkun meħtieġa |
|
|
|||
|
Henkel Global Supply Chain B.V., Gustav Mahlerlaan 2970, 1081 LA Amsterdam, in-Netherlands |
REACH/20/1/3 |
|
|
|
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_en.htm
|
22.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/16 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (1)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (2))
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 131/06)
Deċiżjoni li parzjalment tagħti awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-Deċiżjoni (3) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numri tal-awtorizzazzjoni |
Użi awtorizzati |
Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-Deċiżjoni |
|
C(2020) 1655 |
Id-19 ta’ Marzu 2020 |
trijossidu tal-kromu Nru KE 215-607-8; Nru CAS 1333-82-0 |
HAPOC GmbH & Co KG, S.A, In der Neuen Welt 8, 87700, Memmingen, il-Ġermanja |
REACH/20/8/0 |
Użu fil-forma solida u f’soluzzjoni milwiema ta’ kwalunkwe kompożizzjoni biex jiġu mmodifikati l-proprjetajiet tas-superfiċi magħmula mir-ram isfar jew mill-bronż għall-prodotti tal-inġinerija medika, esklużivament għall-preparazzjoni finali ta’ tali superfiċi u għall-pjastrament trasparenti ta’ parti interjuri tal-qafas ta’ evaporatur tal-anesteżija għal inkorporazzjoni ulterjuri fil-magni anestetiċi għall-isptarijiet u għall-kliniki |
Il-21 ta’ Settembru 2029 |
F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata. |
(1) Din il-verżjoni taġġorna s-Sommarju ppubblikat fil-ĠU C 99 tas-26 ta’ Marzu 2020.
(2) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(3) Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_en.htm
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
22.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/17 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9780 — BNP Paribas/Banko of Baroda/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 131/07)
1.
Fl-14 ta’ April 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
BNP Paribas Asset Management Asia ("BNPP AM Asia”, Hong-Kong), li tappartjeni għall-grupp BNP Paribas ("BNPP”, Franza), |
|
— |
BNP Paribas Asset Management India Private Limited ("BNPP AMC”, l-Indja), |
|
— |
BNP Paribas Trustee India Private Limited ("BNPP TC”, l-Indja), |
|
— |
Bank of Baroda ("BOB”, l-Indja), |
|
— |
Baroda Asset Management India Limited ("BOB AMC”, l-Indja), |
|
— |
Baroda Trustee India Private Limited ("BOB TC”, l-Indja, flimkien ma’ BNPP AMC, BOB AMC u BNPP TC, il-“JV”, l-Indja). |
BNPP AM Asia u BOB jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ joint venture (JV) kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew kwalunkwe mezzi oħrajn.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
BNPP: grupp bankarju kkwotat fil-Euronext Paris u bil-kwartieri ġenerali f’Pariġi, attiv f’għadd kbir ta’ pajjiżi. Huwa għandu tliet negozji bankarji ċentrali: servizzi bankarji għall-konsumaturi, servizzi bankarji għall-korporati u l-investiment kif ukoll servizzi ta’ ġestjoni tal-assi; BNPP huwa attiv fl-Indja permezz tas-sussidjarja tiegħu BNPP AM Asia, |
|
— |
BNPP AMC: kumpanija ta’ ġestjoni tal-assi, sussidjarja ta’ BNPP AM Asia, twaqqif u ġestjoni ta’ fondi reċiproċi, kif ukoll provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-portafolji fl-Indja, |
|
— |
BNPP TC: kumpanija fiduċjarja ddedidata għall-fondi reċiproċi ġestiti minn BNPP AMC, |
|
— |
BOB: bank proprjetà tal-istat, prinċipalment attiv fl-Indja fejn joffri varjetà ta’ servizzi bankarji għall-individwi, intrapriżi medji, zgħar u mikro u korporati, |
|
— |
BOB AMC: sussidjarja li hija kollha kemm hi proprjetà tal-Bank of Baroda, impenjata f’attivitajiet ta’ ġestjoni tal-assi fl-Indja (twaqqif u ġestjoni ta’ fondi reċiproċi), |
|
— |
BOB TC: kumpanija fiduċjarja ddedikata għall-fondi reċiproċi ġestiti minn BOB AMC. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9780 – BNP PARIBAS/BANK OF BARODA/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
22.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/19 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9794 — Renault/Ferrovial/Car Sharing Mobility Services)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 131/08)
1.
Fl-14 ta’ April 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Renault Mobility bħala Industrija, ikkontrollata minn Renault, S.A.S. (“Renault”, Franza); |
|
— |
Ferrovial Mobility, S.L.U., ikkontrollata minn Ferrovial, S.A. (“Ferrovial”, Spanja); |
|
— |
Car Sharing Mobility Services, S.L. (“Zity Hub”, Spanja), bħalissa kkontrollata minn Ferriovial. |
Renault u Ferrovial jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Zity Hub.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Renault: kumpanija multinazzjonali attiva fis-settur tal-karozzi, bl-attività prinċipali tagħha tkun il-manifattura u l-provvista ta’ karozzi tal-passiġġieri. Filwaqt li l-attività prinċipali tagħha hija l-manifattura u l-provvista ta’ karozzi tal-passiġġieri tad-ditti Renault, Dacia, Renault Samsung Motors, Alpine u LADA, hija tbigħ ukoll karozzi użati, spare parts għar-Renault, Dacia u Renault Samsung Motors u vetturi lil manifatturi oħra li jbigħuhom bl-isem tad-ditta tagħhom stess (pereżempju, Fiat, Daimler u GM); |
|
— |
Ferrovial: kostruttur u operatur internazzjonali tal-infrastruttura u fonitur ta’ servizzi f’erba’ servizzi kummerċjali prinċipali (bħalissa soġġetti għal żvestiment), toroq bil-ħlas, kostruzzjoni u ajruporti. Barra minn hekk, hija għandha wkoll attivitajiet fil-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ impjanti għat-trattament, il-purifikazzjoni u d-desalinazzazzjoni tal-ilma, ġestjoni ta’ aktar minn 400 kilometru ta’ wires tad-dawl u ta’ unità ġdida ta’ mobilità li taħseb biex tmexxi ’l quddiem u tiżviluppa opportunitajiet għal forom ġodda ta’ mobilità; |
|
— |
Zity Hub: kumpanija organizzata skont il-liġijiet ta’ Spanja għall-provvista ta’ servizzi ta’ car-sharing fiż-żona urbana ta’ Madrid (u ta’ wara t-Tranżazzjoni wkoll fi bliet/pajjiżi oħra) bil-marka tad-ditta Zity. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9794 — Renault/Ferrovial/Car Sharing Mobility Services
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
22.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/21 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9809 — Eni Rewind/CDP Equity/CircularIT JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 131/09)
1.
Fil-15 ta’ April 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Eni Rewind S.p.A. (“Eni Rewind”), ikkontrollata minn Eni S.p.A. (l-Italja) (“ENI”), |
|
— |
CDP Equity S.p.A. (“CDP Equity”), ikkontrollata minn Cassa Depositi e Prestiti S.p.A. (l-Italja) (“CDP”). |
Eni Rewind u CDP Equity jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża bi sħab (joint venture, JV) maħluqa ġdida, CircularIT S.p.A. (“CircularIT”).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’JV.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Eni Rewind hija kkontrollata kollha kemm hi minn ENI, li hija kumpanija taż-żejt attiva fis-settur taż-żejt u tal-gass naturali, |
|
— |
CDP Equity hija kumpanija azzjonarja ta’ CDP, li tinvesti f’kumpaniji Taljani ta’ interess nazzjonali maġġuri b’perspettiva fuq medda twila ta’ żmien, |
|
— |
CircularIT hija JV maħluqa ġdida, li hija intenzjonata li tkun attiva fis-suq għat-trattament ta’ skart diffrenzjat mhux perikoluż u, b’mod partikulari, fis-segment tas-suq marbut mat-tratament ta’ skart solidu organiku muniċipali, kif ukoll fis-suq għall-provvista ta’ bażijiet rinnovabbli biex jintużaw għall-produzzjoni ta’ fuels tal-karozzi u ta’ karburant tal-bastimenti. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9809 — ENI Rewind/CDP Equity/CircularIT JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
22.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/22 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9772 — Helvetia/CASER)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 131/10)
1.
Fl-14 ta’ April 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Helvetia Schweizerische Versicherungsgesellschaft AG (“Helvetia”, l-Isvizzera), finalment ikkontrollata minn Helvetia Holding AG, |
|
— |
Caja de Seguros Reunidos, Compañía de Seguros y Reaseguros, S.A (“CASER”, Spanja). |
Helvetia takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ CASER kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CASER: Grupp Spanjol iffukat fuq il-kummerċ tal-assigurazzjoni, kif ukoll il-provvista ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa, kliniċi tad-dentisti, jew servizzi ta’ djar għall-kura. |
|
— |
Helvetia: Assikuratur Swizzeru tal-linji kollha, preżenti wkoll f’ċerti Stati membri tal-Unjoni Ewropea (bħall-Ġermanja, l-Awstrija, Franza,l-Italja Spanja). Hija finalment ikkontrollata minn Helvetia Holding AG, kumpanija Svizzera kkwotata fil-Borża Swizzera. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9772 – Helvetia/CASER
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
22.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/23 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9489 — Air Canada/Transat)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 131/11)
1.
Fil-15 ta’ April 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Air Canada (il-Kanada), |
|
— |
Transat A.T. Inc. (“Transat”, il-Kanada). |
Air Canada takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Transat kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Air Canada: linja tal-ajru dinjija li tipprovdi servizzi bl-ajru skedati għall-passiġġieri fil-Kanada, u internazzjonalment, fosthom bejn il-Kanada u l-Ewropa. Air Canada tħaddem titjiriet lejn l-Ewropa permezz tal-flotta prinċipali tagħha kif ukoll permezz tas-sussidjarja tagħha Air Canada Rouge. |
|
— |
Transat: kumpanija prinċipali ta’ Air Transat li tipprovdi servizzi bl-ajru skedati għall-passiġġieri fil-Kanada u internazzjonalment, fosthom bejn il-Kanada u l-Ewropa. Transat hija wkoll attiva bħala kumpanija internazzjonali tal-ivvjaġġar għall-vaganzi li tiżviluppa u tikkummerċjalizza servizzi ta’ vvjaġġar għall-vaganzi fil-Kanada, fl-Amerki u l-Ewropa. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9489 — Air Canada/Transat
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).