ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 129

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
20 ta' April 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 129/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 129/02

Kawża T-874/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2019 – Impera vs EUIPO – Euro Games Technology (Flaming Forties)

2

2020/C 129/03

Kawża T-875/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2019 – Impera vs EUIPO – Euro Games Technology (Flaming Forties)

3

2020/C 129/04

Kawża T-72/20: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2020 – Satabank vs BĊE

3

2020/C 129/05

Kawża T-77/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2020 – Ascenza Agro u Afrasa vs Il-Kummissjoni Ewropea

4

2020/C 129/06

Kawża T-79/20: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2020 – AI vs ECDC

6

2020/C 129/07

Kawża T-95/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Kazembe Mosunda vs Il-Kunsill

7

2020/C 129/08

Kawża T-97/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Kande Mupompa vs Il-Kunsill

8

2020/C 129/09

Kawża T-99/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Golvabia Innovation vs EUIPO (MaxWear)

8

2020/C 129/10

Kawża T-101/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Ilunga Luyoyo vs Il-Kunsill

9

2020/C 129/11

Kawża T-102/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Kampete vs Il-Kunsill

10

2020/C 129/12

Kawża T-103/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Mutondo vs Il-Kunsill

10

2020/C 129/13

Kawża T-104/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Ramazani Shadary vs Il-Kunsill

11

2020/C 129/14

Kawża T-105/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Ruhorimbere vs Il-Kunsill

11

2020/C 129/15

Kawża T-106/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Amisi Kumba vs Il-Kunsill

12

2020/C 129/16

Kawża T-107/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Boshab vs Il-Kunsill

13

2020/C 129/17

Kawża T-108/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Kahimbi Kasagwe vs Il-Kunsill

13

2020/C 129/18

Kawża T-109/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Numbi vs Il-Kunsill

14

2020/C 129/19

Kawża T-110/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Kanyama vs Il-Kunsill

14

2020/C 129/20

Kawża T-111/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 PT Wilmar Bioenergi Indonesia and Others vs Il-Kummissjoni

15

2020/C 129/21

Kawża T-113/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2020 – BSEF vs Il-Kummissjoni

16

2020/C 129/22

Kawża T-114/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Alvargonzález Ramos vs EUIPO – Ursus-3 Capital, A.V. (URSUS Kapital)

17

2020/C 129/23

Kawża T-115/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2020 – Puigdemont i Casamajó u Comín i Oliveres vs Il-Parlament

18

2020/C 129/24

Kawża T-116/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2020 – Società agricola Vivai Maiorana et vs Il-Kummissjoni

19

2020/C 129/25

Kawża T-117/20: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2020 – El Corte Inglés vs EUIPO – MKR Design (Panthé)

20

2020/C 129/26

Kawża T-118/20: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2020 – Voco vs EUIPO (Forma ta’ imballaġġ)

21

2020/C 129/27

Kawża T-121/20: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2020 – IP vs Il-Kummissjoni

21

2020/C 129/28

Kawża T-122/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2020 – Sciessent vs Il-Kummissjoni

22

2020/C 129/29

Kawża T-126/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2020 – Autoridad Portuaria de Bilbao vs Il-Kummissjoni

23

2020/C 129/30

Kawża T-128/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2020 – Collibra vs EUIPO – Dietrich (COLLIBRA)

24

2020/C 129/31

Kawża T-129/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2020 – Collibra vs EUIPO – Dietrich (collibra)

25

2020/C 129/32

Kawża T-138/20: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2020 – PT Ciliandra Perkasa vs Il-Kummissjoni

26

2020/C 129/33

Kawża T-143/20: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2020 – PT Pelita Agung Agrindustri u PT Permata Hijau Palm Oleo vs Il-Kummissjoni

27


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 129/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 114, 6.4.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 103, 30.3.2020

ĠU C 95, 23.3.2020

ĠU C 87, 16.3.2020

ĠU C 77, 9.3.2020

ĠU C 68, 2.3.2020

ĠU C 61, 24.2.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti Ġenerali

20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/2


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2019 – Impera vs EUIPO – Euro Games Technology (Flaming Forties)

(Kawża T-874/19)

(2020/C 129/02)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Impera GmbH (Steinhaus, l-Awstrija) (rappreżentant: C. Straberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Euro Games Technology Ltd (Vranya-Lozen-Triugulnika, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Flaming Forties” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 729 154

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 2304/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-applikazzjoni tar-rikorrenti għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Nru 16 729 154 fl-intier tagħha jew, sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO, jekk tkun qiegħda taġixxi bħala intervenjenti, għall-ispejjeż tar-rikorrenti;

fil-każ li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO ma tiġix ikkundannata għall-ispejjeż, tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/3


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2019 – Impera vs EUIPO – Euro Games Technology (Flaming Forties)

(Kawża T-875/19)

(2020/C 129/03)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Impera GmbH (Steinhaus, l-Awstrija) (rappreżentant: C. Straberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Euro Games Technology Ltd (Vranya-Lozen-Triugulnika, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 761 769

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 2321/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 16 761 769 tar-rikorrenti fl-intier tagħha jew alternattivament, tibgħat il-proċeduri lura lill-Bord tal-Appell;

tordna lill-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell, jekk taġixxi bħala intervenjenti, tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti;

tordna lill-EUIPO, jekk il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell ma tkunx ġiet ikkundannata għall-ispejjeż, li tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/3


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2020 – Satabank vs BĊE

(Kawża T-72/20)

(2020/C 129/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Satabank plc (St. Julians, Malta) (rappreżentant: O. Behrends, lawyer)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tas-26 ta’ Novembru 2019 li permezz tagħha l-BĊE jirrifjuta li jagħti aċċess għall-fajl tiegħu;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-BĊE naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni d-dritt sostantiv primarju tar-rikorrent ta’ aċċess għall-fajl tiegħu.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-BĊE hija bbażata fuq interpretazzjoni indebitament stretta tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (EU) Nru 468/2014 (1).

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-BĊE kisret id-dritt tar-rikorrent għal deċiżjoni motivata.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ smiegħ tar-rikorrent.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ nemo auditur.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq id-dritt għal rimedju effettiv skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (ĠU 2014 L 141, p. 1).


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/4


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2020 – Ascenza Agro u Afrasa vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-77/20)

(2020/C 129/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ascenza Agro, SA (Setúbal, il-Portugall) u Afrasa, SA (Paterna-Valencia, Spanja) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u P. Sellar, lawyers u V. McElwee, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla l-att ikkontestat; (1) u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur ta’ rekwiżit formali essenzjali peress li l-konvenuta naqset milli tissodisfa r-rekwiżiti imperattivi kollha stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 844/2012 (2) (Artikoli 12 u 13) u adottat l-att ikkontestat abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mhux kompleta. Dan ifisser li l-att ikkontestat ma huwiex sostnut bil-bażi xjentifika sħiħa meħtieġa legalment.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza fil-konfront tal-ewwel rikorrenti peress li, fl-ebda ħin matul il-proċess ta’ tiġdid, l-ewwel rikorrenti ma rċeviet indikazzjoni li kien hemm xi tħassib minbarra dawk imsemmija matul il-perijodu ta’ konsultazzjoni pubblika jew imqajma fit-talba għal informazzjoni addizzjonali tal-EFSA taħt l-Artikolu 13(3).

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur ta’ rekwiżit formali essenzjali peress li l-att ikkontestat huwa bbażat fuq żewġ Dikjarazzjonjiet tal-EFSA, kuntrarju għal Rapport ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari tal-EFSA u li l-ewwel rikorrenti ma pproduċietx kummenti xjentifiċi li setgħu jindirizzaw it-tħassib tal-konvenuta.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni: l-att ikkontesat huwa bbażat fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni, li, għas-sustanza chlorpyrifos-methyl, kien applikat illegalment għaliex l-ewwel rikorrenti kienet issottomettiet sett ta’ data li, wara li kien evalwat, wera riżultati negattivi, u b’dan il-mod ġew eżawriti r-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ prekawzjoni. Barra minn hekk, il-prinċipju ta’ prekawzjoni jista’ jiġi applikat biss meta ssir u titlesta valutazzjoni tar-riskju. F’dan il-każ, madankollu, il-valutazzjoni tar-riskju ma tlestietx u l-prinċipju ta’ prekawzjoni nnifsu fforma l-bażi tal-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskju.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żball manifes ta’ evalwazzjoni peress li l-konvenuta ħadet inkunsiderazzjoni ta’ fattur irrilevanti sabiex adottat l-att ikkontestat. Dan tal-aħħar kien adottat wara proċedura ta’ kumitat regolatorju, li teħtieġ vot b’maġġoranza kwalifikata fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. Minħabba l-ħruġ imminenti tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem “Brexit”), ir-rappreżentant tar-Renju Unit ma pparteċipax fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf tas-6 ta’ Diċembru 2019 u, minflok, ta vot bi prokura lill-Finlandja. Ir-rappreżentant tar-Renju Unit ma pparteċipax għaliex il-Gvern tar-Renju Unit stipula, fl-aħħar ta’ Awwissu 2019, politika ġdida dwar l-attendenza tal-pajjiż fil-laqgħat tal-Kumitati Xjentifiċi tal-Unjoni. Li l-Finlandja – u, konsegwentement, il-konvenuta – ħadu inkunsiderazzjoni l-politika motivata bi Brexit ifisser li ittieħed inkunsiderazzjoni fattur irrilevanti fl-adozzjoni tal-att ikkontestat.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba: il-konvenuta u l-EFSA qiesu li l-chlorpyrifos-methyl seta’ jippreżenta tħassib dwar is-saħħa u, għal din ir-raġuni, organizzaw laqgħa tal-esperti, wara liema l-Istat Membru relatur intalab iwettaq tfittxija oħra fir-riċerka sabiex dan it-tħassib jiġi kkonfermat. Din it-tfittxija wasslet sabiex ittieħdet deċiżjoni abbażi ta’ studji ta’ nuqqas ta’ konformità u mingħajr ma ngħatat l-opportunità lill-ewwel rikorrenti sabiex tagħti l-perspettiva tagħha.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konklużjoni dwar il-ġenotossiċità hija insostenibbli legalment: il-konvenuta waslet għall-konklużjoni li l-chlorpyrifos-methyl kien juri potenzjal għal ġenotossiċità bbażat fuq applikazzjoni żbaljata illegali tal-approċċi ta’ read-across u tal-piż tal-evidenza.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konklużjoni dwar in-newrotossiċità tal-iżvilupp hija insostenibbli legalment:il-konvenuta identifikat tħassib dwar in-newrotossiċità tal-iżvilupp tal-chlorpyrifos-methyl ibbażat fuq read-across minn chlorpyrifos-ethyl u sustanzi ta’ organophosphates għal chlopyrifos-methyl mingħajr ma pprovdiet ebda indikazzjoni dwar kif u għaliex dan ir-read-across kien xjentifikament u legalment xieraq.

9.

Id-disa’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tar-regoli dwar il-klassifikazzjoni bħala tossiku għal tossiċità riproduttiva, Kategorija 1B: il-konvenuta kisret ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) 1271/2008 (3) meta indikat li l-klassifikazzjoni ta’ chlorpyrifos-methyl bħala tossiku għar-riproduzzjoni Kategorija 1B tista’ tkun xierqa. Din l-opinjoni kienet fil-fatt ibbażata fuq applikazzjoni illegali u mhux sostanzjata ta’ read-across.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/17 tal-10 ta’ Jannar 2020 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva chlorpyrifos-methyl, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2020, L 7, p. 11).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU 2012, L 252, p. 26).

(3)  Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU 2008, L 353, p. 1, u rettifiki fil-ĠU 2011, L 16, p. 1, ĠU 2016, L 349, p. 1, GU 2019, L 117, p. 8).


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/6


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2020 – AI vs ECDC

(Kawża T-79/20)

(2020/C 129/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AI (rappreżentanti:: L. Levi u A. Champetier, lawyers)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-5 ta’ April 2019 li tiċħad it-talba għal assistenza tal-10 ta’ April 2018;

-tannulla, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni tal-4 ta’ Novembru 2019 li tiċħad l-ilment tagħha tal-5 Lulju 2019;

tordna kumpens pekunjarju li għandu jiġi evalwat, ex æquo et bono, fl-ammont ta’ EUR 75 000;

tordna r-rimbors l-ispejjeż ġudizzjarji sostnuti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-dritt għal smigħ.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal.

3.

It-tielet motiv, huwa bbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/7


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Kazembe Mosunda vs Il-Kunsill

(Kawża T-95/20)

(2020/C 129/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Claude Kazembe Musonda (Lubumbashi, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2109 tad-9 ta’ Diċembru 2019, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 9 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2101 tad-9 ta’ Diċembru 2019, sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 9 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, inkluż il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jippermetti li jiġu ġġustifikati l-miżuri u li tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kif ukoll il-ksur tad-dritt għal smigħ.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-implikazzjoni tar-rikorrent f’atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubbika Demokratika tal-Kongo.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-dritt għall-ħajja privata, tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-inapplikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (ĠU 2010, L 336, p. 30) u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo ta’ l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2005, L 193, p. 1). F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-kriterju legali kif iddefinit f’dawn l-artikoli, li fuqhom hija bbażata l-inklużjoni ta’ ismu fil-listi inkwistjoni, jikser il-prinċipju ta’ prevedibbiltà tal-atti tal-Unjoni u l-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn dan jikkonferixxi lill-Kunsill setgħa ta’ evalwazzjoni arbitrarja u diskrezzjonali.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/8


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Kande Mupompa vs Il-Kunsill

(Kawża T-97/20)

(2020/C 129/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alex Kande Mupompa (Kinshasha, il-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2109 tad-9 ta’ Diċembru 2019, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 8 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2101 tad-9 ta’ Diċembru 2019 sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 8 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-95/20, Kazembe Musonda vs Il-Kunsill.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/8


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Golvabia Innovation vs EUIPO (MaxWear)

(Kawża T-99/20)

(2020/C 129/09)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Golvabia Innovation AB (Anderstorp, l-Isvezja) (rappreżentant: Me D. Thorbjörnsson, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MaxWear” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 953 494

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 888/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark “MaxWear” għall-prodotti li għalihom saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/9


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Ilunga Luyoyo vs Il-Kunsill

(Kawża T-101/20)

(2020/C 129/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ferdinand Ilunga Luyoyo (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2109 tad-9 ta’ Diċembru 2019, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2101 tad-9 ta’ Diċembru 2019 sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 3 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-95/20, Kazembe Musonda vs Il-Kunsill.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/10


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Kampete vs Il-Kunsill

(Kawża T-102/20)

(2020/C 129/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ilunga Kampete (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2109 tad-9 ta’ Diċembru 2019, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2101 tad-9 ta’ Diċembru 2019 sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 1 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-95/20, Kazembe Musonda vs Il-Kunsill.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/10


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Mutondo vs Il-Kunsill

(Kawża T-103/20)

(2020/C 129/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kalev Mutondo (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2109 tad-9 ta’ Diċembru 2019, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 12 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2101 tad-9 ta’ Diċembru 2019 sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 12 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-95/20, Kazembe Musonda vs Il-Kunsill.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/11


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Ramazani Shadary vs Il-Kunsill

(Kawża T-104/20)

(2020/C 129/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Emmanuel Ramazani Shadary (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2109 tad-9 ta’ Diċembru 2019, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 11 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2101 tad-9 ta’ Diċembru 2019 sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 11 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-95/20, Kazembe Musonda vs Il-Kunsill.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/11


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Ruhorimbere vs Il-Kunsill

(Kawża T-105/20)

(2020/C 129/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Éric Ruhorimbere (Mbuji-Mayi, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2109 tad-9 ta’ Diċembru 2019, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 10 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2101 tad-9 ta’ Diċembru 2019 sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 10 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-95/20, Kazembe Musonda vs Il-Kunsill.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/12


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Amisi Kumba vs Il-Kunsill

(Kawża T-106/20)

(2020/C 129/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gabriel Amisi Kumba (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2109 tad-9 ta’ Diċembru 2019, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2101 tad-9 ta’ Diċembru 2019 sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 2 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-95/20, Kazembe Musonda vs Il-Kunsill.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/13


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Boshab vs Il-Kunsill

(Kawża T-107/20)

(2020/C 129/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Évariste Boshab (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2109 tad-9 ta’ Diċembru 2019, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 7 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2101 tad-9 ta’ Diċembru 2019 sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 7 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-95/20, Kazembe Musonda vs Il-Kunsill.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/13


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Kahimbi Kasagwe vs Il-Kunsill

(Kawża T-108/20)

(2020/C 129/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Delphin Kahimbi Kasagwe (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2109 tad-9 ta’ Diċembru 2019, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 6 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2101 tad-9 ta’ Diċembru 2019 sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 6 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-95/20, Kazembe Musonda vs Il-Kunsill.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/14


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Numbi vs Il-Kunsill

(Kawża T-109/20)

(2020/C 129/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: John Numbi (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2109 tad-9 ta’ Diċembru 2019, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 5 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2101 tad-9 ta’ Diċembru 2019 sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 5 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-95/20, Kazembe Musonda vs Il-Kunsill.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/14


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Kanyama vs Il-Kunsill

(Kawża T-110/20)

(2020/C 129/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Célestin Kanyama (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2109 tad-9 ta’ Diċembru 2019, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2101 tad-9 ta’ Diċembru 2019 sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 4 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament (KE) 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-95/20, Kazembe Musonda vs Il-Kunsill.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/15


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 PT Wilmar Bioenergi Indonesia and Others vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-111/20)

(2020/C 129/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PT Wilmar Bioenergi Indonesia (Medan, l-Indoneżja), PT Wilmar Nabati Indonesia (Medan), PT Multi Nabati Sulawesi (Sulawesi Utara, l-Indoneżja) (rappreżentanti: P. Vander Schueren u E. Gergondet, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2092 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja (1) sa fejn japplika għar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għad-danni subiti mir-rikorrenti matul din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 3(1)(a), l-Artikolu 3(1)(a)(i), l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 7(2)(a) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem “ir-Regolament bażiku”) wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kkunsidrat li il-ħlasijiet miksuba mill-Fond għall-Pjantaġġuni tal-Palm għaż-Żejt kienu jikkostitwixxu sussidju kumpensatorju u ma adattawx il-vantaġġ li allegatament irċevew ir-rikorrenti sabiex iqisu t-tnaqqis mogħti kif ukoll l-ispejjeż tat-trasport u tal-kreditu magħmula sabiex jinksbu l-allegati sussidji.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret l-Artikolu 3(1)(a)(iv), l-Artikolu 3(1)(b), l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 6(d) u l-Artikolu 28(5) tar-Regolament bażiku u wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li kien hemm sostenn governattiv għall-provvista taż-żejt tal-palm mhux irraffinat għal rimunerazzjoni inqas minn adegwata.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u kisret l-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku billi kkonkludiet li kien hemm theddida ta’ dannu materjali fuq l-industrija tal-Unjoni.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku u li wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-importazzjonijiet mill-Indoneżja kienu qegħdin jheddu li jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni u billi injorat l-impatt tal-importazzjonijiet mill-Arġentina.


(1)  ĠU 2019, L 317, p. 42.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/16


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2020 – BSEF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-113/20)

(2020/C 129/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bromine Science Environnemental Forum (BSEF) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Cana, E. Mullier u H. Widemann, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2021 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 sa fejn dan jipprojbixxi ritardanti tal-fjammi tan-nar aloġenati

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv jallega li bl-adozzjoni tar-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 1(4) u l-Artikolu 15(2)(c)(i) tad-direttiva tal-ekodisinn (1), aġixxiet ultra vires u eċċediet il-limiti tal-kompetenza tagħha, kif ukoll ipprekludiet l-effet utile ta’ miżuri oħra tal-liġi tal-UE.

2.

It-tieni motiv jallega li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti permezz tal-projbizzjoni tar-ritardanti tal-fjammi tan-nar aloġenati li twaqqaf l-użu tagħhom fi screens elettroniċi permezz tar-regolament ikkontestat.

3.

It-tielet motiv jallega li l-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni tagħha u naqset milli tieħu l-informazzjoni kollha inkunsiderazzjoni, kisret l-Artikolu 15(1) tad-direttiva tal-ekodisinn u naqset mill-obbligu tagħha li twettaq valutazzjoni adegwata tal-impatt meta pprojbixxiet ir-ritardanti tal-fjammi tan-nar aloġenati taħt ir-regolament ikkontestat.

4.

Ir-raba’ motiv jallega li r-regolament ikkontestat jikser il-prinċipju taċ-ċertezza legali sa fejn ir-rikorrenti tpoġġiet f’pożizzjoni ta’ inċertezza legali inaċċettabbli.

5.

Il-ħames motiv jallega li r-regolament ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn il-projbizzjoni tar-ritardanti tal-fjammi tan-nar aloġenati teċċedi l-limiti ta’ dak li huwa xieraq, ma hijiex neċessarja sabiex jinksibu l-għanijiet segwiti ma ma hijiex il-miżura l-inqas oneruża li l-Kummissjoni setgħet tuża.

6.

Is-sitt motiv jallega li r-regolament ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ trattament ugwali sa fejn il-projbizzjoni tar-ritardanti tal-fjammi tan-nar aloġenati hija diskriminatorja fir-rigward ta’ kategoriji oħra ta’ prodotti u fir-rigward ta’ sustanzi oħra.

7.

Is-seba’ motiv jallega li bl-adozzjoni tar-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 15(1) tad-direttiva tal-ekodisinn u l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 u 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/EC (2) u aġixxiet ultra vires.


(1)  Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU 2009, L 285, p. 10).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124).


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/17


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2020 – Alvargonzález Ramos vs EUIPO – Ursus-3 Capital, A.V. (URSUS Kapital)

(Kawża T-114/20)

(2020/C 129/22)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Pablo Erik Alvargonzález Ramos (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ursus-3 Capital, A.V., SA (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva URSUS Kapital – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 641 303

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 711/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

taqta’ u tiddeċiedi s-sentenza billi tbiddel id-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità minħabba nuqqas ta’ użu mressqa kontra t-trade mark tal-Unjoni Ewropea rreġistrata Nru 5 641 303 URSUS Kapital (figurattiva), fir-rigward tas-servizzi ta’ “negozji finanzjarji” fil-klassi 36; u tiddikjara li t-trade mark Nru 5 641 303 ġiet effettivament użata għan-“negozji finanzjarji”;

sussidjarjament, taqta’ u tiddeċiedi s-sentenza billi tbiddel id-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità minħabba nuqqas ta’ użu mressqa kontra t-trade mark tal-Unjoni Ewropea rreġistrata Nru 5 641 303 URSUS Kapital (figurattiva), fir-rigward tas-servizzi ta’ “negozji finanzjarji” fil-klassi 36, tiddikjara li t-trade mark Nru 5 641 303 ġiet effettivament użata għal, tal-inqas, “negozji finanzjarji, jiġifieri, servizzi ta’ investiment, fondi ta’ investiment, analiżi ta’ investimenti, ġestjoni u amministrazzjoni ta’ investimenti, pariri dwar investiment u servizzi ta’ investiment fi proprjetajiet immobbli.

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 18 u 58 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/18


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2020 – Puigdemont i Casamajó u Comín i Oliveres vs Il-Parlament

(Kawża T-115/20)

(2020/C 129/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Carles Puigdemont i Casamajó (Waterloo, il-Belġju), Antoni Comín i Oliveres (Waterloo) (rappreżentanti: P. Bekaert, G. Boye u S. Bekaert, lawyers u B. Emmerson, QC)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew, kif rifless fl-ittra tal-10 ta’ Diċembru 2019, li ma titħabbarx fil-Parlament u li tiġi rreferuta lill-kumitat responsabbli t-talba għad-difiża tal-immunità tar-rikorrenti ppreżentata minn Diana Riba i Giner għan-nom tagħhom fl-10 ta’ Ottubru 2019 skont ir-Regola 7(1) u (2) u r-Regola 9(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament Ewropew;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed, dwar l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew li ma titħabbarx fil-Parlament u li tiġi rreferuta lill-kumitat responsabbli t-talba għad-difiża tal-immunità tar-rikorrenti, tikser ir-Regola 9(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament Ewropew flimkien mal-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, mal-Artikoli 9 u 18 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea (1), mal-Artikoli 6, 39(2), 41 u 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, mal-Artkolu 2(1) tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (2) u mar-Regola 5(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU 2012 C 326, p. 266.

(2)  Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2005 li tadotta l-istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew (2005/684/KE, Euratom), ĠU 2005 L 262, p. 1.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/19


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2020 – Società agricola Vivai Maiorana et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-116/20)

(2020/C 129/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società agricola Vivai Maiorana Ss (Curinga, l-Italja), Confederazione Italiana Agricoltori – CIA (Ruma, l-Italja), MIVA – Moltiplicatori Italiani Viticoli Associati (Faenza, l-Italja) (rappreżentanti: E. Scoccini u G. Scoccini, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 għall-parti segwenti: Anness IV – Partijiet A (żrieragħ tal-pjanti tal-għalf), B (żrieragħ taċ-ċereali), C (dwieli), F (żrieragħ tal-ħxejjex), I (ħxejjex) u J (pjanti tal-frott).

tiddikjara l-invalidità tar-Regolament (UE) 2016/2031 għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 36, l-Anness I, Taqsima 4, Punt 3 u l-Artikolu 37(2).

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 għall-parti segwenti: Anness IV – Partijiet A (żrieragħ tal-pjanti tal-għalf), B (żrieragħ taċ-ċereali), C (dwieli), F (żrieragħ tal-ħxejjex), I (ħxejjex) u J (pjanti tal-frott).

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 36(e) u (f) tar-Regolament (UE) 2016/2031, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-eżistenza f’dan il-każ ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-limitu ta’ preżenza ta’ pesti tal-pjanti rregolati mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni (PRMK) fuq il-pjanti għat-tħawwil indiġeni ugwali għal 0 %, stabbilit mill-Kummissjoni fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/2072, ġie ffissat mingħajr ma ġie vverifikat, kif jitlob l-Artikolu 36(e) u (f) tar-Regolament (UE) 2016/2031, jekk il-preżenza ta’ PRMK fuq il-pjanti għat-tħawwil għandhiex effett ekonomiku mhux aċċettabbli u jekk jeżistux miżuri fattibbli u effikaċji sabiex tiġi evitata l-preżenza tagħhom.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tat-Trattat Internazzjonali FAO dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura.

Ir-rikorrenti jsostnu f’dan ir-rigward li l-introduzzjoni ta’ limitu żero għall-PRMK preżenti fuq ir-riżorsi tal-pjanti indiġeni tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 9 tat- Trattat Internazzjonali FAO dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura ffirmat mill-Unjoni Ewropea u mill-varji Stati tal-Unjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU 2018, L 150, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2018, L 260, p. 25, fil-ĠU 2018, L 262, p. 90, fil-ĠU 2018, L 270, p. 37, u fil-ĠU 2019, L 305, p. 59).

Ir-rikorrenti jsostnu f’dan ir-rigward li l-proċess ta’ selezzjoni u ta’ standardizzazzjoni tal-varjetajiet tal-pjanti li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ limiti għall-PRMK jikser espressament id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/848.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-inkompatibbiltà mal-politika agrikola tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rikorrenti jsostnu f’dan ir-rigward li l-introduzzjoni ta’ limiti għall-PRMK imur kontra l-politika agrikola tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari:

id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102);

ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU 2012, L 343, p. 1, rettifika fil-ĠU 2013, L 55, p. 27, fil-ĠU 2015, L 191, p. 10, u fil-ĠU 2019, L 216, p. 40);

ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU 2013, L 347, p. 487, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 1);

l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (ĠU 2014, L 227, p. 1).


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/20


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2020 – El Corte Inglés vs EUIPO – MKR Design (Panthé)

(Kawża T-117/20)

(2020/C 129/25)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Rivas Zurdo, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MKR Design Srl (Milan, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni figurattiva Panthé – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 366 461

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 378/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-parti jew partijiet li jopponu dan ir-rikors għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/21


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2020 – Voco vs EUIPO (Forma ta’ imballaġġ)

(Kawża T-118/20)

(2020/C 129/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Voco GmbH (Cuxhaven, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Spintig u S. Pietzcker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni (Forma ta’ imballaġġ) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 959 421

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 978/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/21


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2020 – IP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-121/20)

(2020/C 129/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: IP (rappreżentanti: L. Levi u S. Rodrigues, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Awwissu 2019 li timponi fuqu s-sanzjoni dixxiplinari ta’ xoljiment mingħajr preavviż tal-kuntratt ta’ impjieg tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Ir-rikorrent isostni b’mod partikolari f’dan ir-rigward li ma ġiex ittrattat b’mod ġust mill-Kummissjoni li ma osservatx l-obbligu ta’ diliġenza u d-dmir ta’ premura li hija obbligata bihom. Skont ir-rikorrent, il-Kummissjoni kellha tinforma ruħha bir-riżultati tal-proċeduri kriminali li temmew bid-deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni u tgħaddiha lill-Bord Dixxiplinari sabiex din tittieħed inkunsiderazzjoni minnu fid-deċiżjoni tiegħu.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-irregolarità tal-atti preparatorji tad-deċiżjoni kkontestata u fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni. Ir-rikorrent iqis b’mod partikolari li l-irregolarità taż-żewġ atti preparatorji tad-deċiżjoni kkontestata twassal għall-irregolarità ta’ din tal-aħħar.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, minħabba li, minn naħa, il-fatti relatati mal-fajl tar-rikorrent ma ġewx eżaminati fl-intier tagħhom u, min-naħa l-oħra, il-kriterji adottati għad-determinazzjoni tas-sanzjoni kienu s-suġġett ta’ evalwazzjoni żbaljata jew ta’ kunsiderazzjoni mhux proporzjonata.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/22


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2020 – Sciessent vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-122/20)

(2020/C 129/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sciessent LLC (Beverly, Massachusetts, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u P. Sellar, avukati, u V. McElwee, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1960 tas-26 ta’ Novembru 2019 li ma tapprovax iż-żeolit tal-fidda bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 7 (1);

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur ta’ dispożizzjoni legali dwar l-applikazzjoni tat-Trattati u tal-Artikoli 4 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 (2).

Il-konvenuta, billi bbażat ruħha fuq l-opinjonijiet tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPC) dwar l-approvazzjoni tas-sustanza attiva żeolit tal-fidda għat-tipi ta’ prodotti 2 u 7, waslet għall-konklużjonijiet li s-sustanza ma setgħetx tiġi approvata fuq il-bażi li ma ntwerietx effikaċja suffiċjenti. Madankollu, fil-fehma tar-rikorrenti, l-evalwazzjoni tal-effikaċja saret b’mod żbaljat ħażin b’riferiment għall-artikolu li fih iż-żeolit tal-fidda jintuża. L-effikaċja tas-sustanza, żeolit tal-fidda, intweriet mir-rikorrenti skont il-liġi applikabbli. Il-konvenuta, fl-evalwazzjoni tagħha ta’, u l-konklużjoni dwar, l-effikaċja tas-sustanza, interpretat ħażin u applika ħażin il-liġi rilevanti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza bi ksur tal-Artikolu 290 TFUE u tal-Artikoli 4 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

Ir-raġuni għan-nuqqas ta’ approvazzjoni taż-zeolit tal-fidda taħt l-att ikkontestat hija l-allegata effikaċja insuffiċjenti tal-oġġett ittrattat li fih huwa użat. Madankollu, ir-rikorrenti ssostni li l-uniċi kriterji li l-konvenuta tista’ tqis legalment huma limitati għal dawk elenkati fl-Artikoli 4 u 19 tar-Regolament (UE) Nru528/2012. Dawk il-kriterji ma jinkludux l-effikaċja tal-oġġett trattat li l-evalwazzjoni tiegħu hija inkella mħollija għall-istadju sekondarju u sussegwenti tal-awtorizzazzjoni tal-prodott bijoċidali fil-livell tal-Istat Membru. Fid-dawl tal-fatt li preċiżament din l-evalwazzjoni saret mill-konvenuta sabiex tiġġustifika n-nuqqas ta’ approvazzjoni taż-żeolit tal-fidda, jiġifieri li l-konvenuta marret lil hinn minn dak li hija ddelegata li tagħmel skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-konvenuta kisret l-Artikolu 290 tat-Trattati u l-Artikoli 4 u 19 ta’ dak ir-regolament.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur ta’ dispożizzjoni legali dwar l-applikazzjoni tat-Trattati, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

Is-sustanza tar-rikorrenti ġiet ittrattata b’mod differenti minn sustanzi oħra użati għall-istess tipi ta’ prodotti 2 u 7, mingħajr ma l-konvenuta tiġġustifika oġġettivament għaliex iż-żeolit tal-fidda għandu jiġi ttrattat b’mod differenti mis-sustanzi l-oħra, li kienu kollha suġġetti għall-istess regoli ta’ evalwazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 (u d-Direttiva 98/8/KE (3)) għall-istess tipi ta’ prodotti.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur ta’ dispożizzjoni legali dwar l-applikazzjoni tat-Trattati, il-prinċipju ta’ ċertezza legali.

Il-konvenuta kitbet ittra miftuħa lill-President tal-BPC, li kienet maħsuba sabiex tistabbilixxi kif il-liġi dwar l-evalwazzjoni tal-effikaċja u l-artikoli ttrattati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 kellha tiġi interpretata u applikata. Filwaqt li l-liġi kienet ċara, dik l-ittra ikkonfermat mill-ġdid li l-ħtieġa li jintweraw il-benefiċċji tal-oġġetti trattati ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Ir-rikorrenti invokat il-kontenut ta’ dik l-ittra, li kkonfermat iċ-ċarezza tal-liġi, u kellha aspettattivi leġittimi fir-rigward tal-approvazzjoni tas-sustanza. B’hekk, l-att ikkontestat jidher li kiser il-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.


(1)  ĠU 2019, L 306, p. 42.

(2)  Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU 2012, L 167, p. 1, rettifika fil-ĠU 2017, L 280, p. 57).

(3)  Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 23, p. 3).


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/23


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2020 – Autoridad Portuaria de Bilbao vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-126/20)

(2020/C 129/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Autoridad Portuaria de Bilbao (Spanja) (rappreżentanti: D. Sarmiento Ramírez-Escudero u X. Codina García-Andrade, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewopea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

prinċipalment, tiddikjara nulla d-deċiżjoni kkontestata;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-8 ta’ Jannar 2019 (C (2018) 8676 final), dwar it-tassazzjoni tal-portijiet fi Spanja, kif ukoll kontra d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea C (2019) 1765 final, tas-7 ta’ Marzu 2019, u C (2019) 8068 final, tal-15 ta’ Novembru 2019 (id-“Deċiżjonijiet Ikkontestati”).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn l-eżenzjoni fiskali ma tikkostitwixxix vantaġġ.

Insostenn tal-ewwel motiv, huwa allegat li l-miżuri ta’ eżenzjoni fiskali li huma s-suġġett tad-Deċiżjonijiet Ikkontestati ma jikkostitwixxux vantaġġ ekonomiku, filwaqt li t-tneħħija ta’ din l-eżenzjoni timponi piż ekonomiku fuq l-Awtorità tal-Port peress li tibqa’ marbuta li tiffinanzja investimenti ta’ interess ġenerali bir-riżorsi tagħha.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 296 TFUE u l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn il-Kummissjoni, meta analizzat l-eżistenza ta’ vantaġġ, ma wettqitx analiżi sħiħa tad-data disponibbli.

Insostenn tat-tieni motiv, huwa allegat li l-Kummissjoni Ewropea, meta evalwat jekk il-miżuri ta’ eżenzjoni li huma suġġett tad-Deċiżjonijiet Ikkontestati kinux joħolqu vantaġġ, ma wettqitx analiżi sħiħa tad-data pprovduta matul il-proċedura mill-Awtorità tal-Port.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu107(1) TFUE, sa fejn l-eżenzjoni fiskali ma toħloqx distorsjoni jew theddida għall-kompetizzjoni u lanqas ma taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Insostenn tat-tielet motiv, huwa allegat li l-miżuri ta’ eżenzjoni li huma s-suġġett tad-Deċiżjonijiet Ikkontestati ma jtejbux il-pożizzjoni kompetittiva tal-Awtoritajiet tal-Port u, għalhekk, il-kompetizzjoni ma tistax taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Għaldaqstant, din ma hijiex għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn l-eżenzjoni fiskali ma hijiex selettiva.

Insostenn tar-raba’ motiv, huwa allegat li l-miżuri ta’ eżenzjoni suġġetti għad-Deċiżjonijiet Ikkontestati ma humiex selettivi, peress li ma jikkostitwixxux eċċezzjoni għas-sistema ta’ riferiment, u għalhekk ma humiex għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE.

5.

Il-ħames motiv, magħmul sussidjarjament, ibbażat fuq il-fatt li l-eżenzjonijiet fiskali inkwistjoni, anki fil-każ li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, huma kompatibbli mas-suq intern.

Insostenn tal-ħames motiv, u sussidjarjament, huwa sostnut li, anki jekk il-miżuri ta’ eżenzjoni li huma s-suġġett tad-Deċiżjonijiet Ikkontestati kellhom jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat, dawn huma għajnuna kompatibbli mas-suq intern.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/24


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2020 – Collibra vs EUIPO – Dietrich (COLLIBRA)

(Kawża T-128/20)

(2020/C 129/30)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Collibra (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Renck, A. Bothe, avukati u I. Junkar, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hans Dietrich (Starnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea COLLIBRA– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 787 772

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 737/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell jekk tintervjeni għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/25


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2020 – Collibra vs EUIPO – Dietrich (collibra)

(Kawża T-129/20)

(2020/C 129/31)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Collibra (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Renck, A. Bothe, avukati u I. Junkar, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hans Dietrich (Starnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea collibra – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 787 889

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 738/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, jekk din dal-aħħar tintervjeni fil-kawża.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/26


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2020 – PT Ciliandra Perkasa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-138/20)

(2020/C 129/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PT Ciliandra Perkasa (Ġakarta tal-Punent, l-Indoneżja) (rappreżentanti: F. Graafsma, J. Cornelis u E. Rogiest, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2092 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikoli 8(1) u 8(2) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”) meta ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz sa fejn hija naqset milli teżamina l-provi rilevanti kollha u naqset milli tistabbilixxi t-twaqqigħ tal-prezz għall-prodott fl-intier tiegħu;

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret ukoll l-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku sa fejn hija bbażat l-analiżi tagħha tal-kawżalità fuq il-konklużjoni żbaljata ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet;

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u kisret l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku meta kkonkludiet, minn naħa, li l-ħlasijiet mill-Fond għall-Pjantaġġuni tal-Palm taż-Żejt (iktar ’il quddiem l-“OPPF”) għandhom jiġu kklassifikati bħala għotjiet u mhux ħlasijiet għax-xiri tal-bijodiżil u, min-naħa l-oħra, li l-ħlasijiet mill-OPPF jagħtu vantaġġ lill-produtturi tal-bijodiżil, sa fejn il-Kummissjoni (i) ibbażat ruħha fuq xenarju kontrofattwali manifestament żbaljat u (ii) naqset milli tqis li l-vantaġġ, jekk kien hemm, ingħadda lill-blenders tal-bijodiżil.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u kisret l-Artikolu 7 tar-Regolament bażiku billi kkalkolat l-ammont tal-vantaġġ fl-ambitu tas-sistema tal-OPPF.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku sa fejn naqset milli tibbaża l-konklużjoni tagħha dwar it-theddida ta’ dannu fuq provi pożittivi u fuq eżami oġġettiv tal-fatturi rilevanti kollha.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża sa fejn inkludiet ċerti kunsiderazzjonijiet essenzjali dwar l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz biss fir-regolament ikkontestat, b’mod li r-rikorrenti ġiet imċaħħda milli tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha fuq din il-kwistjoni.


20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/27


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2020 – PT Pelita Agung Agrindustri u PT Permata Hijau Palm Oleo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-143/20)

(2020/C 129/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PT Pelita Agung Agrindustri (Medan, l-Indoneżja) u PT Permata Hijau Palm Oleo (Medan) (rappreżentanti: F. Graafsma, J. Cornelis u E. Rogiest, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2092 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw mill-Indoneżja sa fejn dan japplika għar-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikoli 8(1) u 8(2) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”) meta ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz sa fejn hija 1) naqset milli teżamina l-provi rilevanti kollha u 2) naqset milli tistabbilixxi t-twaqqigħ tal-prezz għall-prodott fl-intier tiegħu;

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret ukoll l-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku sa fejn hija bbażat l-analiżi tagħha tar-rabta ta’ kawżalità fuq il-konklużjoni żbaljata ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet;

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u kisret l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku meta qieset li l-Gvern tal-Indoneżja inkariga jew idderiġa lil fornituri ta’ CPO sabiex jipprovdu l-prodott tagħhom għal remunerazzjoni li hija inqas minn adegwata, ipprovda dħul jew sostenn tal-prezz lil fornituri ta’ CPO u li b’hekk ingħata benefiċċju.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u kisret l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku meta kkonkludiet, minn naħa, li l-ħlasijiet mill-Fond għall-Pjantaġġuni tal-Palm taż-Żejt (iktar ’il quddiem l-“OPPF”) jikkostitwixxu sussidju u mhux ħlas għax-xiri tal-bijodiżil u, min-naħa l-oħra, li l-ħlasijiet mill-OPPF jagħtu vantaġġ lill-produtturi tal-bijodiżil, sa fejn hija bbażat ruħha fuq xenarju kontrofattwali manifestament żbaljat, u naqset milli tqis li l-vantaġġ, jekk kien hemm, ingħadda lill-blenders tal-bijodiżil.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u kisret l-Artikolu 7 tar-Regolament bażiku bil-mod kif ikkalkolat l-ammont tal-vantaġġ fl-ambitu tas-sistema tal-OPPF.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku sa fejn naqset milli tibbaża l-konklużjoni tagħha dwar it-theddida ta’ dannu fuq provi pożittivi u fuq eżami oġġettiv tal-fatturi rilevanti kollha.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża sa fejn inkludiet ċerti kunsiderazzjonijiet essenzjali dwar l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz biss fir-regolament ikkontestat, b’mod li r-rikorrenti ġew imċaħħda milli jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom fuq din il-kwistjoni.