|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2020/C 114/01 |
||
|
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
|
2020/C 114/02 |
Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2020/C 114/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
Il-Qorti Ġenerali
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/2 |
Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli
(2020/C 114/02)
Fil-11 ta’ Marzu 2020, il-Qorti Ġenerali, komposta minn 50 Imħallef, iddeċidiet, wara li l-Qorti tal-Ġustizzja tat lill-Imħallef I. Labucka dispensa milli tippresjedi b’effett mill-25 ta’ Frar 2020, fuq proposta tal-President ippreżentata konformement mal-Artikolu 13(2) tar-Regoli tal-Prċedura, li temenda d-deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Awli tat-30 ta’ Settembru 2019 (1), kif emendata (2), u d-deċiżjoni dwar l-assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli tal-4 ta’ Ottubru 2019 (3), kif emendata (4), għall-perijodu mill-11 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2022, u li tassenja l-Imħallfin lill-awli kif ġej:
L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
H. Kanninen, President tal-Awla, M. Jaeger, N. Półtorak, O. Porchia u M. Stancu, Imħallfin.
L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin
H. Kanninen, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: M. Jaeger u N. Półtorak, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: M. Jaeger u O. Porchia, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: M. Jaeger u M. Stancu, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti D: N. Półtorak u O. Porchia, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti E: N. Półtorak u M. Stancu, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti F: O. Porchia u M. Stancu, Imħallfin.
It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
V. Tomljenović, President tal-Awla, F. Schalin, P. Škvařilová-Pelzl, I. Nõmm u G. Steinfatt Imħallfin.
It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin
V. Tomljenović, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: F. Schalin u P. Škvařilová-Pelzl, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: F. Schalin u I. Nõmm, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: P. Škvařilová-Pelzl u I. Nõmm, Imħallfin.
It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
A. M. Collins, President tal-Awla, V. Kreuschitz, Z. Csehi, G. De Baere u G. Steinfatt, Imħallfin.
It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin
A. M. Collins, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: V. Kreuschitz u Z. Csehi, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: V. Kreuschitz u G. De Baere, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: V. Kreuschitz u G. Steinfatt, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti D: Z. Csehi u G. De Baere, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti E: Z. Csehi u G. Steinfatt, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti F: G. De Baere u G. Steinfatt, Imħallfin.
Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
S. Gervasoni, President tal-Awla, L. Madise, P. Nihoul, R Frendo u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin.
Ir-Raba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin
S. Gervasoni, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: L. Madise u P. Nihoul, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: L. Madise u R Frendo, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: L. Madise u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti D: P. Nihoul u R Frendo, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti E: P. Nihoul u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti F: R Frendo u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin.
Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
D. Spielmann, President tal-Awla, U. Öberg, O. Spineanu-Matei, R. Mastroianni u R. Norkus, Imħallfin.
Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin
D. Spielmann, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: U. Öberg u O. Spineanu-Matei, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: Öberg u R. Mastroianni, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: O. Spineanu-Matei u R. Mastroianni, Imħallfin.
Is-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
A. Marcoulli, President tal-Awla, S. Frimodt Nielsen, J. Schwarcz, C. Iliopoulos u R. Norkus, Imħallfin.
Is-Sitt Awla, komposta minn tliet Imħallfin
A. Marcoulli, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: S. Frimodt Nielsen u J. Schwarcz, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: S. Frimodt Nielsen u C. Iliopoulos, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: S. Frimodt Nielsen u R. Norkus, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti D: J. Schwarcz u C. Iliopoulos, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti E: J. Schwarcz u R. Norkus, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti F: C. Iliopoulos u R. Norkus, Imħallfin.
Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
R. da Silva Passos, President tal-Awla, V. Valančius, I. Reine, L. Truchot u M. Sampol Pucurull, Imħallfin.
Is-Seba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin
R. da Silva Passos, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: V. Valančius u I. Reine, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: V. Valančius u L. Truchot, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: V. Valančius u M. Sampol Pucurull, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti D: I. Reine u L. Truchot, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti E: I. Reine u M. Sampol Pucurull, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti F: L. Truchot u M. Sampol Pucurull, Imħallfin.
It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
J. Svenningsen, President tal-Awla, R. Barents, C. Mac Eochaidh, T. R. Pynnä u C. J. Laitenberger, Imħallfin.
It-Tmien Awla, komposta minn tliet Imħallfin
J. Svenningsen, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: R. Barents u C. Mac Eochaidh, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: R. Barents u T. R. Pynnä, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: R. Barents u C. J. Laitenberger, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti D: C. Mac Eochaidh u T. R. Pynnä, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti E: C. Mac Eochaidh u C. J. Laitenberger, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti F: T. R. Pynnä u C. J. Laitenberger, Imħallfin.
Id-Disa’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
M. J. Costeira, President tal-Awla, D. Gratsias, M. Kancheva, B. Berke u T. Perišin, Imħallfin.
Id-Disa’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin
M. J. Costeira, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: D. Gratsias u M. Kancheva, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: D. Gratsias u B. Berke, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: D. Gratsias u T. Perišin, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti D: M. Kancheva u B. Berke, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti E: M. Kancheva u T. Perišin, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti F: B. Berke u T. Perišin, Imħallfin.
L-Għaxar Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
A. Kornezov, President tal-Awla, E. Buttigieg, M. Passer, K. Kowalik-Bańczyk u G. Hesse, Imħallfin.
L-Għaxar Awla, komposta minn tliet Imħallfin
A. Kornezov, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: E. Buttigieg u M. Passer, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: E. Buttigieg u K. Kowalik-Bańczyk, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: E. Buttigieg u G. Hesse, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti D: M. Passer u K. Kowalik-Bańczyk, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti E: M. Passer u G. Hesse, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti F: K. Kowalik-Bańczyk u G. Hesse, Imħallfin.
It-Tieni Awla komposta minn erba’ Mħallfin hija estiża biż-żieda tal-ħames Imħallef mit-Tielet Awla. Il-Ħames Awla komposta minn erba’ Mħallfin hija estiża biż-żieda tal-ħames Imħallef mis-Sitt Awla. Il-ħames Imħallef jinħatar skont l-ordni invers stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura għall-perijodu sal-31 ta’ Awwissu 2022.
Il-Qorti Ġenerali tikkonferma d-deċiżjoni tagħha tal-4 ta’ Ottubru 2019 li tgħid li l-Ewwel, ir-Raba’, is-Seba’ u t-Tmien Awla huma inkarigati mill-kawżi mressqa abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u, jekk ikun il-każ, tal-Artikolu 50a tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u t-Tieni, it-Tielet, il-Ħames, is-Sitt, id-Disa’ u l-Għaxar Awla huma inkarigati mill-kawżi relatati mad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali koperti mit-Titolu IV tar-Regoli tal-Proċedura.
Hija tikkonferma wkoll li Il-President u l-Viċi President ma humiex assenjati b’mod permanenti lil awla.
Hija tiddeċiedi wkoll li:
|
— |
Matul kull sena ġudizzjarja, il-Viċi President għandu jippresjedi f’kull waħda mill-għaxar awli komposti minn ħames Imħallfin, u dan f’kawża għal kull awla skont l-ordni li ġej:
|
Meta l-awla li fiha l-Viċi President għandu jippresedi tkun komposta:
|
— |
minn ħames Imħallfin, il-kulleġġ ġudikanti estiż għandu jkun kompost mill-Viċi President, mill-Imħallfin tal-Kulleġġ ġudikanti kompost minn tliet Imħallfin li quddiemu tkun tressqet inizjalment il-kawża kif ukoll minn wieħed mill-Imħallfin l-oħra tal-Awla kkonċernata, iddeterminat abbażi tal-ordni invers stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura; |
|
— |
minn erba’ Mħallfin, il-kulleġġ ġudikanti estiż għandu jkun kompost mill-Viċi President, mill-Imħallfin tal-Kulleġġ ġudikanti kompost minn tliet Imħallfin li quddiemu tkun tressqet inizjalment il-kawża u mir-raba’ Mħallef tal-awla kkonċernata. |
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti Ġenerali
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/6 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2020 – ZF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-605/18) (1)
(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Pensjoni - Deċiżjoni li tistabbilixxi d-drittijiet għall-pensjoni - Rendikonti tal-pensjoni - Rikors għal annullament - Terminu għat-tressiq ta’ lment - Tardività - Att purament konfermattiv - Inammissibbiltà parzjali - Irkupru tal-pagament mhux dovut - Klassifikazzjoni fil-grad u fl-iskala - Fattur ta’ multiplikazzjoni - Irtirar ta’ att ivvizzjat b’illegalità - Aspettattivi leġittimi - Terminu raġonevoli”)
(2020/C 114/03)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZF (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tan-nota tat-30 ta’ Novembru 2017 li permezz tagħha l-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni mmodifika, b’effett mill-1 ta’ April 2015, id-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tar-rikorrent, kif ukoll tan-nota tal-31 ta’ Jannar 2018 li fiha huwa informa lir-rikorrent bl-ammont tal-bilanċ tas-somom dovuti minnu lill-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, nofs l-ispejjeż ta’ ZF. |
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/7 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2020 – Bog-Fran vs EUIPO – Fabryki Mebli “Forte” (Għamara)
(Kawża T-159/19) (1)
(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta biċċa għamara - Raġuni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Żvelar tad-disinn preċedent - Prova tal-iżvelar - Artikolu 7 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)
(2020/C 114/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bog-Fran sp. z o.o. sp.k. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Mikosza, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fabryki Mebli “Forte” S.A. (Ostrów Mazowiecka, il-Polonja) (rappreżentant: H. Basiński, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Awla tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Jannar 2019 (Każ R 291/2018-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Bog-Fran u Fabryki Mebli “Forte”.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tielet Awla tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Jannar 2019 (Każ R 291/2018-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Bog-Fran u Fabryki Mebli “Forte”, hija annllata. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Bog-Fran. |
|
4) |
Fabryki Mebli “Forte” għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/7 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2020 – Knaus Tabbert vs EUIPO – Carado (CaraTour)
(Kawża T-202/19) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CaraTour - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti Carado - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)
(2020/C 114/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Knaus Tabbert GmbH (Jandelsbrunn, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Maenz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Carado GmbH (Leutkirch im Allgäu, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Otto, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Jannar 2019 (Każ R 506/2018-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Carado u Knaus Tabbert.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Knaus Tabbert GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/8 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2020 – Knaus Tabbert vs EUIPO – Carado (CaraTwo)
(Kawża T-203/19) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CaraTwo - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti Carado - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)
(2020/C 114/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Knaus Tabbert GmbH (Jandelsbrunn, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Maenz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Carado GmbH (Leutkirch im Allgäu, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Otto, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Jannar 2019 (Każ R 851/2018-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Carado u Knaus Tabbert.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Knaus Tabbert GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/9 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2020 – Apple vs EUIPO (Lapsijiet diġitali)
(Kawża T-212/19) (1)
(“Disinn Komunitarju - Diviżjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni li tirrimedja l-irregolarità li wasslet għar-rifjut tar-reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2020/C 114/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H. Hartwig u A. von Mühlendahl, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Hanne u D. Botis, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Jannar 2019 (Każ R 2533/2017-3), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju li jirrappreżenta lapes diġitali.
Dispożittiv
|
1) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
|
2) |
Apple Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/9 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2020 – Fleximed vs EUIPO – docPrice (Fleximed)
(Kawża T-214/19) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Fleximed - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea mediFLEX - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)
(2020/C 114/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Fleximed AG (Triesen, il-Liechtenstein) (rappreżentant: M. Gail, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek u A. Söder, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: docPrice GmbH (Coblence, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2019 (Każ R 1121/2018-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn docPrice u Fleximed.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt. |
|
2) |
Fleximed AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/10 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2020 – IF vs Il-Parlament
(Kawża T-36/20)
(2020/C 114/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: IF (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, lawyer)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ April 2019 li teħles lir-rikorrenti mid-dmirijiet tagħha bħala viċi segretarju ġenerali tal-Alleanza tad-Demokratiċi u l-Liberali għall-Ewropa; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta tħallas ammont ta’ EUR 50 000 bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab, flimkien mal-interessi bir-rata legali annwali sal-ħlas sħiħ; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ammont ta’ EUR 1 000 bħala kumpens għall-impossibilità li terġa’ tpoġġi lir-rikorrenti fil-pożizzjoni legali preċedenti tagħha, flimkien mal-interessi bir-rata legali annwali sal-ħlas sħiħ; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq inkompetenza tal-awtur tal-att u tal-ksur tal-“prinċipju ta’ paralleliżmu tar-rekwiżiti formali”.
|
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura individwali li tolqotha negattivament.
|
|
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur d-dritt ta’ kull persuna li l-affarijiet tagħha jiġi ttrattat b’mod imparzjali, ġust u b’reqqa u motivazzjoni insuffiċjenti.
|
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/11 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2020 – PNB Banka vs BĊE
(Kawża T-50/20)
(2020/C 114/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: PNB Banka AS (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: O. Behrends, lawyer)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tad-19 ta’ Novembru 2019 li abbażi tagħha l-BĊE rrifjuta li jilqa’ t-talba sabiex l-amministratur ta’ PNB Banka jiġi ordnat jagħti aċċess għall-bank, għall-informazzjoni, għall-persunal u għar-riżorsi tiegħu; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE assuma b’mod żbaljat li t-talba ma kinitx taqa’ fil-kompetenzi tiegħu. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE kiser id-dritt tal-bank għal rimedju effettiv. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata kisret id-dritt tal-bank għal smigħ. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata kisret id-dritt tal-bank għal deċiżjoni motivata b’mod xieraq. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ nemo auditur minħabba li l-ħatra tal-amministratur u l-interferenza fir-rappreżentanza tal-Bank mill-Bord tiegħu, bħala rappreżentant legali, huma dovuti għal aġir żbaljat tal-BĊE. |
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/12 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2020 – IMI 2 Joint Undertaking vs CHS
(Kawża T-53/20)
(2020/C 114/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: IMI 2 Joint Undertaking (rappreżentanti: D. Waelbroeck, A. Duron u F. Federici, avukati)
Konvenuta: Choice Healthcare Solutions Ltd (Cardiff, ir-Renju Unit)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tordna lill-konvenuta tirriborsa lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 128 996,04, flimkien mal-interessi, b’rabta mal-ftehim ta’ sussidju 115011 dwar il-proġett “PROactive – Physical Activity as a Crucial Patient Reported Outcome in COPD”, suġġetta għall-interessi bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ewlenin tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid miżjuda bi 3,5 % mit-23 ta’ Lulju 2019, sad-data tar-riċezzjoni tal-fondi li għandhom jiġu rrimborsati lir-rikorrenti; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti kkonkludiet ftehim ta’ sussidju mal-konvenuta dwar il-proġett “PROactive – Physical Activity as a Crucial Patient Reported Outcome in COPD”.
Insostenn tar-rikors tagħha ppreżentat abbażi tal-Artikolu 272 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-kundizzjoniiet tal-imsemmi ftehim mill-konvenuta fir-rigward tal-ispejjeż mitluba minnha.
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/12 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2020 – Puma vs EUIPO – CAMäleon (PUMA-System)
(Kawża T-71/20)
(2020/C 114/12)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. GonzálezBueno Catalán de Ocón, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CAMäleon Produktionsautomatisierung GmbH (Dettenhausen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “PUMA-System” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 786 907
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 404/2019-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba |
|
— |
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 94 u 95(1) tar-Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/13 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2020 – Klose vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ rettangolu b’segmenti bi tliet kuluri)
(Kawża T-81/20)
(2020/C 114/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Anne-Marie Klose (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Seher, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva tal-Unjoni (Rappreżentazzjoni ta’ rettangolu b’segmenti bi tliet kuluri) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 019 599
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 1955/2019-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/14 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2020 – bonnanwalt vs EUIPO – Bayerischer Rundfunk et (tagesschau)
(Kawża T-83/20)
(2020/C 114/14)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: bonnanwalt Vermögens- und Beteiligungsgesellschaft mbH (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Wendt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bayerischer Rundfunk (München, il-Ġermanja), Hessischer Rundfunk (Frankfurt am Main, il-Ġermanja), Mitteldeutscher Rundfunk (Leipzig, il-Ġermanja), Norddeutscher Rundfunk (Hamburg, il-Ġermanja), Rundfunk Berlin-Brandenburg (Berlin, il-Ġermanja), Saarländischer Rundfunk (Saarbrücken, il-Ġermanja), Südwestrundfunk (Mainz, il-Ġermanja), Westdeutscher Rundfunk Köln (Köln, il-Ġermanja), Radio Bremen (Bremen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarji tat-trade mark kontenzjuża: il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea tagesschau – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 237 543
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 1487/2019-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tiddikjara r-revoka tat-trade mark tal-Unjoni Nru 10 237 543 b’effett mill-15 ta’ Novembru 2017, inkluż għas-servizzi “provvista ta’ aħbarijiet u artikli”; |
|
— |
tikkundanna lill-proprjetarji tat-trade mark tal-Unjoni għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ appell kif ukoll għal dawk ta’ din il-proċedura. |
Motivi invokati
|
— |
ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali (rekwiżit ta’ motivazzjoni); |
|
— |
ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/15 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2020 – Qx World vs EUIPO – Mandelay (EDUCTOR)
(Kawża T-84/20)
(2020/C 114/15)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Qx World Kft. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: Á. László u A. Cserny, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mandelay Kft. (Szigetszentmiklós, l-Ungerija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “EDUCTOR” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 043 296
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 1310/2019-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata b’tali mod li tannulla d-deċiżjoni tal-ewwel istanza u tibgħat il-kawża lura lid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni għat-tkomplija tal-proċeduri; |
|
— |
alternattivament, tannulla kemm id-deċiżjoni kkontestata kif ukoll id-deċiżjoni tal-ewwel istanza u tibgħat il-każ lura lid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO għat-tkomplija tal-proċeduri. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali. |
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/15 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2020 – Qx World vs EUIPO – Mandelay (EDUCTOR)
(Kawża T-85/20)
(2020/C 114/16)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Qx World Kft. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: Á. László u A. Cserny, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mandelay Kft. (Szigetszentmiklós, l-Ungerija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni EDUCTOR –Trade mark tal-Unjoni Nru 12 250 593
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 1311/2019-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
temenda d-deċiżjoni kkontestata b’mod li tannulla d-deċiżjoni tal-ewwel istanza u tibgħat il-każ quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO sabiex jitkomplu l-proċedimenti; |
|
— |
alternattivament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata flimkien mad-deċiżjoni tal-ewwel istanza u tibgħat il-każ quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO sabiex jitkomplu l-proċedimenti. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali. |
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/16 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2020 – Qx World v EUIPO – Mandelay (SCIO)
(Kawża T-86/20)
(2020/C 114/17)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Qx World Kft. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: Á. László u A. Cserny, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mandelay Kft. (Szigetszentmiklós, l-Ungerija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SCIO” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 191 194
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 1312/2019-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tbiddel id-deċiżjoni kkontestata b’mod li tannulla d-deċiżjoni fl-ewwel istanza u tibgħat lura l-każ quddiem id-Diviżjoni ta’ Kanċellazzjoni tal-EUIPO sabiex jitkomplew il-proċedimenti; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla kemm id-deċiżjoni kkontestata kif ukoll id-deċiżjoni fl-ewwel istanza u tibgħat lura l-każ quddiem id-Diviżjoni ta’ Kanċellazzjoni tal-EUIPO sabiex jitkomplew il-proċedimenti. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali. |
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/17 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2020 – Rivière et vs Il-Parlament
(Kawża T-88/20)
(2020/C 114/18)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Jérôme Rivière (Nice, Franza) u għaxar rikorrenti oħra (rappreżentant: F. Wagner, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni verbali tal-President tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Jannar 2020 li tkun ipprojbita l-preżenza ta’ bandiera nazzjonali fuq id-desk ta’ deputat; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur u l-iżnaturament fid-dritt u fil-fatt tal-Artikolu 10 tar-Regolament Intern tal-Parlament Ewropew kif ukoll fuq il-ksur tal-Artikolu 4 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari sa fejn il-bandiera żgħira mqiegħda minn deputat parlamentari fuq id-desk tiegħu la hija streamer u lanqas banner. Barra minn hekk, il-preżenza ta’ tali bandiera ma tikkomprometti la l-iżvoġiment tajjeb tax-xogħol parlamentari, la l-funzjonament tajjeb tat-tagħmir tal-Parlament, la l-buon ordni fis-sala tas-seduti u lanqas ma tikkostitwixxi aġir mhux f’loku. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prattika preċedenti tal-Parlament Ewropew u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali li hija rrikonoxxuta mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala “rekwiżit fundamentali” skont il-ġurisprudenza. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq abbuż ta’ poter, sa fejn il-president, ma għandux, waħdu, skont it-termini tal-Artikolu 22 tar-Regolament Intern tal-Parlament Ewropew, is-setgħa li jirrifjuta li jagħti l-kelma lil deputat minħabba l-motiv li invoka. Ir-rikorrenti jsostnu li huwa l-Bureau tal-Parlament Ewropew li jirregola l-kwistjonijiet dwar it-tmexxija tas-seduti. |
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/18 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2020 – Albert Darboven Holding vs EUIPO (WINDSOR-CASTLE)
(Kawża T-93/20)
(2020/C 114/19)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Albert Darboven Holding GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “WINDSOR-CASTLE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 881 910
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 2448/2018-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata sabiex l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 881 910 WINDSOR-CASTLE tiġi ppubblikata wkoll għall-prodotti: “kafè, tè u prodotti li jissostitwixxu l-kafè u t-tè; prodotti tal-forn; prodotti tal-ħelu”; sussidjarjament |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/18 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2020 – Biochange Group vs EUIPO – Laubender (medical beauty research)
(Kawża T-98/20)
(2020/C 114/20)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Biochange Group GmbH (Bad Schlema, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. König, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laubender GmbH (Vjenna, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “medical beauty research” – Trade mark tal-Unjoni Nru 4 215 935
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 114/2019-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO, kif ukoll lill-kumpannija Laubender GmbH, fil-każ li din tal-aħħar tintervjeni f’din il-proċedura, għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tat-tielet sentenza tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/19 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2020 – Junqueras i Vies vs Il-Parlament
(Kawża T-100/20)
(2020/C 114/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Oriol Junqueras i Vies (Sant Joan de Vilatorrada, Spanja) (rappreżentant: A. Van den Eynde Adroer, abogado)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali tikkunsidra li ġie ppreżentat fit-terminu stabbilit ir-rikors kontra l-att ikkuntestat, flimkien mal-annessi tiegħu, tiddikjarah ammissibbli u, fil-mertu tat-talba, tiddikjara null u ineffettiv l-att tal-President tal-Parlament Ewropew ikkuntestat, u tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2019, li tiċħad (b’rinviju għad-deċiżjoni tiegħu tat-22 ta’ Awwissu 2019, ikkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-734/19, Junqueras i Vies vs Il-Parlament) l-ipproċessar tat-talba ta’ żamma tal-immunità mressqa minn Diana Riba i Giner, membru tal-Parlament Ewropew, in rappreżentanza tal-membru parlamentari tal-Unjoni Ewropea Oriol Junqueras i Vies.
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 39 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (KDFUE), tal-Artikolu 3(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, tal-Artikoli 20, 21(1) u (2) u 41(1) u (2) KDFUE, u fuq l-interpretazzjoni neċessarja konformi mal-Artikoli 7 u 9 tar-regolament intern tal-Parlament Ewropew.
|
|
2. |
It-tieni motiv jirrigwarda n-nuqqas ta’ osservanza tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019 (C-502/19, Junqueras i Vies) u l-ksur tad-dritt għaż-żamma tal-immunità fis-sens tal-Artikolu 39 KDFUE u tal-Artikolu 9 tal-Protokoll fuq il-privileġġi u fuq l-immunità tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-Artikoli 7 u 9 tar-regolament intern.
|
|
3. |
It-tielet motiv jirrigwarda l-ksur tal-Artikoli 7 u 9 tar-regolament intern tal-Parlament Ewropew minħabba n-nuqqas ta’ kompetenza tal-President tal-Parlament sabiex jiddeċiedi fuq l-ammissibbiltà jew le tat-talba għaż-żamma tal-immunità u minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prevista minnhom.
|
|
4. |
Ir-raba’ motiv jirrigwarda l-ksur tal-Artikolu 39 KDFUE, tal-Artikolu 9 in totum tal-Protokoll fuq il-privileġġi u fuq l-immunità tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikoli 7 u 9 tar-regolament intern tal-Parlament Ewropew.
|