|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 94/01 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 94/02 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9737 — Ageas Portugal/JMRS/SPSI) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 94/03 |
||
|
2020/C 94/04 |
||
|
2020/C 94/05 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
23.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-20 ta' Marzu 2020
(2020/C 94/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0707 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
118,37 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4691 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,91028 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
11,0598 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0546 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
150,70 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
12,1215 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,191 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
350,91 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5315 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,8505 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,9806 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,8226 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5257 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,3056 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,8521 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5515 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 335,64 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
18,5127 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,5919 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,6098 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 050,90 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7052 |
|
PHP |
Peso Filippin |
54,895 |
|
RUB |
Rouble Russu |
85,1038 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
34,851 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,3937 |
|
MXN |
Peso Messikan |
25,6864 |
|
INR |
Rupi Indjan |
80,4650 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
23.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/2 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9737 — Ageas Portugal/JMRS/SPSI)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 94/02)
1.
Fis-16 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Ageas Portugal Holding, SGPS, S.A. (“Ageas Portugal”, il-Portugall), ikkontrollata minn Ageas SA/NV (“Ageas Group”, il-Belġju), |
|
— |
José de Mello Residências e Serviços, SGPS, S.A. (“JMRS”, il-Portugall), li hija proprjetà ta’ José de Mello Capital S.A. (“JM Capital”, il-Portugall), |
|
— |
Sociedade Portuguesa de Serviços e Apoio e Assistência a Idosos, S.A (“SPSI”, il-Portugall). |
Ageas Portugal, flimkien ma’ JMRS jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ SPSI.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Ageas Portugal: kumpanija tal-assikurazzjoni attiva fil-Portugall, li hija proprjetà ta’ Ageas Group, li jipprovdi servizzi tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja u mhux fuq il-ħajja lil klijenti perosnali, tan-negozji u istituzzjonali, attiva f’diversi pajjiżi tal-UE u fl-Asja, |
|
— |
JMRS: l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet residenzjali u programmi ortopediċi, ġerjatriċi u ta’ rijabilitazzjoni newroloġika u l-provvista ta’ servizzi personalizzati ta’ kura fid-dar provduti mill-isptarijiet, bħala parti mill-JM Group li jipprovdi servizzi ta’ kura tas-saħħa privati, infrastrutturi tat-toroq u industrija tal-kimiċi, attiva fi Spanja u l-Istati Uniti tal-Amerka. |
|
— |
SPSI: it-tħaddim ta’ żewġt idjar residenzjali ta’ kura għall-anzjani kif ukoll attività tal-proprjetà immobbli fiż-Żona Metropolitana ta’ Lisbona. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn gġaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9737 — Ageas Portugal/JMRS/SPSI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
23.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/4 |
Pubblikazzjoni tad-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid
(2020/C 94/03)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“Achterhoek – Winterswijk”
Numru ta’ referenza: PDO-NL-02402
Data tal-applikazzjoni: 21 ta’ Novembru 2017
1. Isem li se jiġi reġistrat
Achterhoek – Winterswijk
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
3. |
Inbid likur |
|
5. |
Inbid frizzanti ta’ kwalità |
|
9. |
Inbid semifrizzanti bil-gass |
|
15. |
Inbid minn għeneb imqadded |
|
16. |
Inbid minn għeneb misjur iżżejjed |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid aħmar, xott, b’togħma ta’ frott jew ħelwa
Varjetajiet ta’ għeneb: Regent (N), Pinotin (N), Acolon (N), Cabertin (N), Cabernet Cortis (N), Monarch (N) jew coupage tagħhom
Kulur: aħmar skur, skont it-taħlita tal-varjetajiet
Aroma: frott aħmar skur bħall-frott tal-foresti, it-tut u ċ-ċiras. L-aroma speċifika tiddependi fuq it-taħlita tal-varjetajiet.
Togħma: aromi ta’ frott fin għal inbid aċċessibbli, li jinkludi t-tannini.
Il-kontenut taz-zokkor tal-inbid xott u b’togħma ta’ frott huwa bejn 0,5 u 6 grammi/litru.
L-inbejjed ħomor ħelwin għandhom kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 15 u 30 gramma/litru.
Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom mhuwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10,5 |
|
Aċidità totali minima |
63,84 milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid aħmar, immaturat fil-btieti
Varjetajiet ta’ għeneb: Regent (N), Pinotin (N), Acolon (N), Cabertin (N), Cabernet Cortis (N), Monarch (N) jew coupage tagħhom
Kulur: aħmar intens, skont it-taħlita tal-varjetajiet
Aroma: frott aħmar skur bħall-frott tal-foresti, it-tut u ċ-ċiras. L-aroma speċifika tiddependi fuq it-taħlita tal-varjetajiet.
Togħma: inbejjed b’palat qawwi bi ħjiel ta’ vanilla, ibbażati fuq struttura ta’ tannini misjura
L-inbid għandu kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 0,5 u 6 grammi/litru.
Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom mhuwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11,5 |
|
Aċidità totali minima |
63,84 milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid abjad, xott, b’togħma ta’ frott jew ħelwa
Varjetajiet ta’ għeneb: Johanniter (B), Souvignier Gris (Rs), Solaris (B), Merzling (B) jew coupage ta’ dawk il-varjetajiet
Kulur: bejn isfar u isfar lewn id-deheb, skont it-taħlita
Aroma: għall-inbejjed Solaris u Merzling: frott tropikali; l-inbejjed Johanniter u Souvignier Gris għandhom aroma ta’ frott misjur, bħat-tuffieħ isfar.
Togħma: ta’ frott u friska, l-inbejjed Johanniter fihom ħjiel ta’ Riesling, parzjalment minħabba l-aċidità tagħhom, filwaqt li Souvignier Gris għandu palat aktar qawwi.
L-inbejjed Solaris għandhom aċidità rifreskanti u l-inbejjed Merzling jikkombinaw il-ħlewwa ma’ togħma ta’ frott aċiduż.
Il-kontenut taz-zokkor tal-inbejjed xotti: bejn 1 u 8 grammi/litru
Il-kontenut taz-zokkor tal-inbejjed ħelwin: bejn 15 u 30 gramma/litru
Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10,5 |
|
Aċidità totali minima |
77,14 milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid abjad, immaturat fil-btieti
Varjetà ta’ għeneb: Solaris (B)
Kulur: isfar lewn id-deheb
Aroma: togħma ta’ frott nattiv u frott tropikali bħall-mango jew ananas misjur
Togħma: freskezza aċidika. Il-btieti jagħtu lill-inbid il-ħjiel tal-injam u t-togħma kremuża tiegħu.
L-inbid għandu kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 15 u 30 grammi/litru.
Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10,5 |
|
Aċidità totali minima |
77,14 milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid rożè, b’togħma sħiħa ta’ frott
Varjetajiet ta’ għeneb: Regent (N), Pinotin (N), Acolon (N), Cabertin (N), Cabernet Cortis (N), Monarch (N) jew coupage tagħhom, possibbilment anke ma’ Solaris (B) / Johanniter (B)
Kulur: roża lewn is-salamun
Aroma: frott aħmar b’togħma ħelwa
Togħma: togħma ta’ frott, ta’ karattru kemxejn ħelu, b’togħma sħiħa
L-inbid għandu kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 3 u 10 grammi/litru.
Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10 |
|
Aċidità totali minima |
63,84 milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbid tal-kategorija 3: INBID LIKUR, aħmar
Varjetajiet ta’ għeneb: Regent (N), Pinotin (N), Acolon (N), Cabertin (N) jew coupage tagħhom
Kulur: aħmar
Aroma: ħelwa, ta’ ribes iswed, ftit pikkanti
Togħma: pikkanti, b’bilanċ tajjeb bejn il-ħlewwa u l-aċidità tal-frott
L-inbid għandu kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 50 u 100 grammi/litru.
Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
18 |
|
Aċidità totali minima |
63,84 milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbid tal-kategorija 5: INBID FRIZZANTI TA’ KWALITÀ, abjad
Varjetajiet ta’ għeneb: Johanniter (B), Souvignier Gris (Rs), Solaris (B) jew coupage ta’ dawk il-varjetajiet
Kulur: abjad
Aroma: tat-tuffieħ, taċ-ċitru
Togħma: ta’ frott, friska bi bżieżaq żgħar, b’palat kemxejn qawwi
L-inbid għandu kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 5 u 16 grammi/litru.
Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom mhuwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10,5 |
|
Aċidità totali minima |
79,8 milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbid tal-kategorija 9: INBID SEMIFRIZZANTI bil-gass, rożè
Varjetajiet ta’ għeneb: Regent (N), Pinotin (N), Acolon (N), Cabertin (N), Cabernet Cortis (N), Monarch (N) jew coupage tagħhom, possibbilment anke ma’ Solaris / Johanniter (B)
Kulur: roża lewn is-salamun
Aroma: ħafifa, frott aħmar
Togħma: ta’ frott, li toħloq sensazzjoni ta’ tagħrix
L-inbid għandu kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 5 u 16 grammi/litru.
Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom mhuwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10 |
|
Aċidità totali minima |
63,84 milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbid tal-kategorija 15: INBID minn għeneb imqadded, abjad
Varjetà ta’ għeneb: Solaris (B)
Kulur: isfar lewn id-deheb
Aroma: frott tropikali misjur, għasel
Togħma: b’palat qawwi, kremuża, ħelwa bi freskezza qawwija
L-inbid għandu kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 120 u 240 grammi/litru.
Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom mhuwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
9 |
|
Aċidità totali minima |
66,5 milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbid tal-kategorija 16: INBID minn għeneb misjur iżżejjed, abjad
Varjetà ta’ għeneb: Solaris (B)
Kulur: isfar lewn id-deheb
Aroma: frott tropikali misjur, għasel
Togħma: b’palat qawwi, kremuża, ħelwa bi freskezza qawwija
L-inbid għandu kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 50 u 120 grammi/litru.
Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom mhuwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
12 |
|
Aċidità totali minima |
73,15 milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Ir-regoli li ġejjin dwar il-produzzjoni tal-inbid japplikaw għall-kategoriji kollha tal-inbid elenkati hawn taħt.
|
— |
- L-arrikkiment massimu huwa soġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament tal-UE, b’arrikkiment addizzjonali possibbli ta’ 0,5 % jekk permess għas-sena inkwistjoni mill-awtoritajiet nazzjonali (f’dan il-każ il-Ministeru għall-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità tal-Ikel). |
|
— |
Id-deaċidifikazzjoni hija soġġetta għal-limiti ddefiniti fir-Regolament tal-UE. |
|
— |
Għall-aċidifikazzjoni, l-approvazzjoni għandha tinkiseb għal kull sena mill-awtoritajiet nazzjonali (f’dan il-każ il-Ministeru għall-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità tal-Ikel) wara applikazzjoni għas-sena inkwistjoni, u wara dan se japplikaw il-limiti stabbiliti fir-Regolament tal-UE. |
Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid aħmar, xott, b’togħma ta’ frott jew ħelwa
Fermentazzjoni tal-polpa għal mill-anqas erbat ijiem
Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid aħmar, immaturat fil-btieti
Fermentazzjoni tal-polpa għal mill-anqas erbat ijiem
Maturazzjoni fi btieti tal-injam għal mill-anqas tmien xhur
Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid abjad, xott, b’togħma ta’ frott jew ħelwa
Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura taħt it-18 °C (eċċezzjoni: it-temperatura tiżdied fil-bidu tal-fermentazzjoni għall-inbejjed li huma diffiċli li jiġu ffermentati)
Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid abjad, immaturat fil-btieti
Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura taħt it-18 °C (eċċezzjoni: it-temperatura tiżdied fil-bidu tal-fermentazzjoni għall-inbejjed li huma diffiċli li jiġu ffermentati)
Maturazzjoni fi btieti tal-injam ta’ mill-anqas 50 % tal-volum għal minimu ta’ tliet xhur
Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid rożè, milja tal-frott
Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura taħt it-18 °C (eċċezzjoni: it-temperatura tiżdied fil-bidu tal-fermentazzjoni għall-inbejjed li huma diffiċli li jiġu ffermentati)
Inbid tal-kategorija 3: INBID LIKUR, aħmar
Fermentazzjoni tal-polpa għal mill-anqas erbat ijiem
Maturazzjoni fi btieti tal-injam għal mill-anqas sena
Żieda ta’ alkoħol tal-inbid
Inbid tal-kategorija 5: INBID FRIZZANTI TA’ KWALITÀ, abjad
Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura taħt it-18 °C (eċċezzjoni: it-temperatura tiżdied fil-bidu tal-fermentazzjoni għall-inbejjed li huma diffiċli li jiġu ffermentati)
It-tieni fermentazzjoni fil-flixkun, permezz tal-metodu tradizzjonali
Inbid tal-kategorija 9: INBID SEMIFRIZZANTI bil-gass, rożè
Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura taħt it-18 °C (eċċezzjoni: it-temperatura tiżdied fil-bidu tal-fermentazzjoni għall-inbejjed li huma diffiċli li jiġu ffermentati)
Iż-żieda tad-diossidu tal-karbonju matul l-ibbottiljar (fi pressjoni massima ta’ 2,5 bar)
Inbid tal-kategorija 15: INBID minn għeneb imqadded, abjad
Ħsad tard, għeneb miġbur bl-idejn
Għeneb imnixxef b’mod naturali, imbagħad imnixxef fuq it-tiben, għal mill-anqas ġimagħtejn
Magħmul fl-inbid b’fermentazzjoni kiesħa f’temperatura taħt it-18 °C
Inbid tal-kategorija 16: INBID minn għeneb misjur iżżejjed, abjad
Ħsad tard ta’ għeneb b’kontenut ta’ zokkor ta’ mill-anqas 120 grad Oechsle
Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura taħt it-18 °C (eċċezzjoni: it-temperatura tiżdied fil-bidu tal-fermentazzjoni għall-inbejjed li huma diffiċli li jiġu ffermentati)
b. Rendimenti massimi
Aħmar, Regent (N)
50 ettolitru għal kull ettaru
Aħmar, Pinotin (N)
50 ettolitru għal kull ettaru
Aħmar, Monarch (N)
50 ettolitru għal kull ettaru
Aħmar, Acolon (N)
50 ettolitru għal kull ettaru
Aħmar, Cabertin (N)
50 ettolitru għal kull ettaru
Aħmar, Cabernet Cortis (N)
50 ettolitru għal kull ettaru
Abjad, Souvignier Gris (Rs)
60 ettolitru għal kull ettaru
Abjad, Souvignier Gris (Rs), għeneb imqadded
20 ettolitru għal kull ettaru
Abjad, Souvigris abjad (Rs), għeneb misjur iżżejjed
40 ettolitru għal kull ettaru
Abjad, Johanniter (B)
60 ettolitru għal kull ettaru
Abjad, Johanniter (b), għeneb imqadded
20 ettolitru għal kull ettaru
Abjad, Johanniter (B), għeneb misjur iżżejjed
40 ettolitru għal kull ettaru
Abjad, Solaris (B)
50 ettolitru għal kull ettaru
Abjad, Solaris (B), għeneb imqadded
20 ettolitru għal kull ettaru
Abjad, Solaris (B), għeneb misjur iżżejjed
40 ettolitru għal kull ettaru
Abjad, Merzling (B)
60 ettolitru għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
Iż-żona ġeografika ddefinita tinsab fil-parti tal-Lvant tar-reġjun ta’ Achterhoek, li testendi għall-fruntiera mal-Ġermanja, u hija magħluqa bil-fruntieri tal-muniċipalità ta’ Winterswijk.
Fiż-żona ta’ Achterhoek – Winterswijk, il-vinji koperti minn din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jinkludu ż-żoni li fihom ħamrija kklassifikata bħala HN21, KX u eZE23. Dawn jinkludu wkoll il-ħamrija HN23, ZG23 u ZG21 li fiha l-humus u t-trab ġulġlieni li huma importanti għall-kultivazzjoni tal-għeneb. Meta titqies flimkien, il-ħamrija ta’ dawn it-tipi tagħmel parti kbira miż-żona ddefinita.
Il-muniċipalità għandha għadd kbir ta’ żoni mbiegħda, magħmula minn disa’ rħula żgħar, li kollha jiffurmaw parti mill-muniċipalità ta’ Winterswijk. L-irħula żgħar, li jidhru fuq in-naħa tal-lemin tal-mappa, huma kif ġej: Meddo (1 448 abitant), Huppel (414-il abitant), Henxel (268 abitant), Ratum (354 abitant), Brinkheurne (272 abitant), Kotten (798 abitant), Woold (861 abitant), Miste (675 abitant) u Corle (281 abitant). Meddo huwa l-uniku wieħed mill-irħula żgħar li għandu ċentru ta’ villaġġ b’diversi faċilitajiet.
7. Varjetà/varjetajiet tal-għeneb tal-inbid
|
|
Cabertin (N) (VB-91-26-17) |
|
|
Cabernet Cortis |
|
|
Johanniter (B) |
|
|
Monarch |
|
|
Acolon |
|
|
Pinotin (N) |
|
|
Regent (N) |
|
|
Souvignier Gris |
|
|
Solaris |
|
|
Merzling (B) |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Iż-żona ddefinita
Il-parti l-kbira taż-żona ddefinita tinsab fil-Plateau tal-Lvant tan-Netherlands u għandha struttura differenti tal-ħamrija (fiha t-trab ġulġlieni u l-ġir) miż-żoni ta’ Achterhoek sal-Punent ta’ Winterswijk (fejn il-ħamrija hija magħmula minn tafal tax-xmajjar u depożiti ta’ ramel tal-wiċċ).
Iż-żona ta’ Winterswijk hija magħrufa għall-pajsaġġ tagħha ta’ sġajriet u barriera li fiha fdalijiet fossili. L-istrati ta’ Jurassic Lias jistgħu jinstabu fil-wiċċ ta’ għadd ta’ qigħan tan-nixxigħat f’Winterswijk. Fl-2005, il-Gvern Netherlandiż indika kif xieraq iż-żona ta’ Winterswijk bħala ż-Żona ta’ Pajsaġġ Nazzjonali ta’ Winterswijk, li tkopri kważi 22 000 ettaru b’kollox.
Ħamrija
Winterswijk hija mdawra bil-ħamrija tal-“Plateau tal-Lvant tan-Netherlands”, li fiha trab ġulġlieni kif ukoll ġir. Il-ħamrija fil-partijiet l-oħra tar-reġjun ta’ Achterhoek hija magħmula minn tafal tax-xmajjar u minn depożiti ta’ ramel tal-wiċċ.
Iż-żona ddefinita għandha diversi tipi ta’ ħamrija, li jalternaw u jingħaqdu ma’ xulxin.
It-tipi ta’ ħamrija għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:
|
— |
Saff tajjeb ta’ humus. |
|
— |
Il-ħamrija fiha trab ġulġlieni, li jgħin jagħti lill-inbid il-milja tat-togħma tiegħu u jipprevjeni lill-ħamrija milli tinxef. |
|
— |
Is-saff tat-trab ġulġlieni (lutum) se jnaqqas ir-rata li biha d-dwieli jinxfu. |
|
— |
Ħamrija b’wiċċ ramli tiżgura bilanċ tajjeb ta’ ilma. |
|
— |
L-ilma ta’ taħt l-art jassorbi l-minerali mis-sottoswol (bħall-ġir li fih), u jipprovdi nutrizzjoni tajba għad-dwieli. |
Il-klima u l-ambjent
Iż-żona ddefinita mhijiex ’il bogħod mill-istazzjon tal-Istitut Meteoroloġiku Rjali Netherlandiż f’Hupsel, fejn il-klima medja (2010-2015) għall-istaġun tal-vitikultura minn Mejju sa Settembru kienet:
|
— |
Temperatura medja: 15,58 °C |
|
— |
Temperatura minima medja: 9,93 °C |
|
— |
Temperatura massima medja: 20,83 °C |
|
— |
Umdità relattiva medja: 78,36 % |
|
— |
Preċipitazzjoni medja: 78,54 mm fix-xahar |
|
— |
Il-medja ta’ sigħat ta’ xemx: 192,93 siegħa kull xahar |
Il-fatt li t-temperaturi ta’ billejl huma ftit anqas mill-medja nazzjonali jgħin biex l-inbejjed isiru friski u b’togħma tal-frott, filwaqt li t-temperaturi massimi kemxejn ogħla u l-għadd akbar ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx ifissru li l-għeneb se jkun aktar misjur.
Aspetti tal-bniedem (kultivazzjoni u vinifikazzjoni)
Il-proċess tal-kultivazzjoni huwa kkaratterizzat mill-prattiki li ġejjin, speċifikament magħżula għall-produzzjoni ta’ nbid ta’ kwalità:
|
— |
Għażla tal-varjetajiet: Il-varjetajiet magħżula jistgħu jimmaturaw tajjeb fl-ambjent lokali u jipprovdu l-aromi meħtieġa. Dawn jintgħażlu wkoll għar-reżistenza tagħhom, sabiex isiru sforzi biex il-kultivazzjoni ssir aktar sostenibbli. |
|
— |
Id-densità tad-dwieli: Ir-ringieli jitqassmu 2-2,2 m ’il bogħod minn xulxin (biex jiġi żgurat li jkollhom biżżejjed dawl tax-xemx), bl-ispazju bejn id-dwieli jkun 1-1,25 m. Iż-żona għal kull dielja hija għalhekk ta’ madwar 2,2 m2, li tiżgura li kull dielja tikseb biżżejjed nutrijenti (għall-għeneb biex jimmatura u għall-aromi biex jiżviluppaw). |
|
— |
L-istrixxi bejn ir-ringieli tal-vinji jiġu kkultivati b’mod nadif sabiex is-sħana rilaxxata billejl tinqabad ħalli titħaffef il-maturazzjoni. Dan jgħin ukoll fil-ġlieda kontra l-ġlata ta’ billejl. Alternattivament, l-istrixxi jistgħu jinżammu ħodor, b’kopertura ta’ veġetazzjoni qasira. |
|
— |
Ir-rimjiet tad-dwieli jiġu miżjuda waqt it-temp tat-tkabbir sabiex jiġi żgurat li n-nutrijenti jidħlu fl-għenieqed. |
|
— |
Il-kultivazzjoni hija limitata (rendiment massimu kif speċifikat fid-deskrizzjoni tal-inbejjed). L-għenieqed jiġu mraqqa meta jkun meħtieġ. |
|
— |
It-tħarriġ tad-dwieli: Ġie deċiż li jintuża l-metodu ta’ Guyot (li fih id-dwieli jiġu marbuta mal-wajer tal-irbit kull sena), b’għata ta’ weraq wieqfa, li tikber sa għoli ta’ madwar 2,2 m (biex tassorbi d-dawl tax-xemx għall-fotosinteżi) u żona miftuħa tal-għeneb ladarba jitneħħew il-weraq (tnixxif aktar mgħaġġel, dawl tax-xemx). |
|
— |
Waħda mid-deċiżjonijiet ewlenin fil-proċess tal-kultivazzjoni hija meta jinqata’ l-għeneb. Id-deċiżjoni tittieħed abbażi ta’ monitoraġġ mill-qrib ħafna tal-maturazzjoni tal-għeneb – il-kontenut taz-zokkor, l-aċidità (pH) u l-aromi tagħhom – sabiex jiġi prodott inbid ta’ kwalità. |
Il-proċessi użati li ġejjin jaqdu rwol partikolarment importanti fit-tfassil tal-karattru tal-inbejjed prodotti:
|
— |
L-inbejjed isiru abbażi ta’ speċifikazzjonijiet immirati lejn il-kwalità tal-ħsad (il-kontenut residwu taz-zokkor, l-aċidità, il-kontenut minimu tal-alkoħol, il-maturazzjoni f’kuntatt mal-injam). Kull sena, bord ta’ assaġġaturi esperti jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni eżatta ta’ kull coupage u jekk għandux jimmatura fil-btieti. |
|
— |
Fermentazzjoni kiesħa tal-inbejjed bojod u rożè biex isiru friski u jkollhom togħma ta’ frott. |
|
— |
L-użu ta’ btieti tal-injam għall-maturazzjoni tal-inbejjed ħomor, biex jingħataw togħma sħiħa b’tannini rotob, bl-inbejjed bojod ikunu soġġetti għal maturazzjoni parzjali f’kuntatt mal-injam biex jiġi prodott inbid b’palat aktar qawwi. |
Rabta kawżali
Il-kwalità tal-inbid hija riżultat tal-kombinazzjoni tal-klima, tal-ħamrija, tal-kultivazzjoni u tal-prattiki enoloġiċi.
Il-kombinazzjoni tas-saffi tal-ħamrija tiżgura bilanċ tajjeb tal-ilma. Is-sottoswol jipprovdi n-nutrijenti tal-ġir u minerali mill-ilma ta’ taħt l-art, filwaqt li t-trab ġulġlieni u l-humus li jinsabu fil-ħamrija tal-wiċċ jipprovdu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex l-għeneb jiffjorixxi.
Il-ħamrija li fiha l-humus u t-trab ġulġlieni hija l-aktar adattata għall-vitikultura. L-umdità u n-nutrijenti żżommhom sew, u b’hekk tippermetti li l-aromi tal-għeneb jiżviluppaw bis-sħiħ u jipproduċu nbid b’palat qawwi u b’saħħtu, anke f’perjodi pjuttost niexfa.
Il-klima (li hija aktar kontinentali) tgħin biex tintlaħaq il-maturità meħtieġa, mingħajr ma jintilfu l-freskezza u t-togħma tal-frott tal-inbid (minħabba t-temperaturi kemxejn aktar baxxi ta’ billejl).
L-input mill-bniedem – bħall-għażla tal-varjetajiet, il-metodu ta’ tkabbir użat (l-użu massimu tad-dawl tax-xemx, it-tnaqqis ta’ għenieqed), il-ġestjoni tal-ħsad (il-kontroll tal-livelli taz-zokkor, l-aċidità u l-aromi) u l-prattiki enoloġiċi (il-fermentazzjoni kiesħa, il-maturazzjoni fi btieti tal-injam) – huwa aspett ieħor li, flimkien mal-ħamrija u l-klima, jippermetti li jiġu prodotti nbejjed ta’ kwalità. L-inbejjed li jirriżultaw huma nbejjed varjetali u coupage rikonoxxibbli (b’palat qawwi u b’togħma ta’ frott), bi nbejjed bojod (frott misjur / aroma taċ-ċitru) / rożè friski u nbejjed ħomor b’tannini rotob.
Fil-qosor, il-kombinazzjoni tal-klima (il-freskezza u l-maturazzjoni), il-ħamrija (it-trab ġulġlieni/humus bil-ġir għal bilanċ tajjeb tal-ilma u n-nutrijenti), il-kultivazzjoni (l-għażla tal-varjetajiet, id-densità tad-dwieli, il-ġestjoni tal-faxxina, id-deċiżjonijiet dwar il-ħsad) u l-prattiki enaloġiċi (bħall-fermentazzjoni kiesħa, l-użu ta’ maturazzjoni fil-btieti) tiżgura:
|
— |
il-freskezza u t-togħma qawwija, tal-frott tal-inbejjed bojod u rożè; |
|
— |
it-tannini rotob u t-togħma mimlija tal-inbejjed ħomor. |
Din il-kombinazzjoni tapplika għall-kategorija “inbid” iżda anke għall-kategoriji l-oħra tal-inbid (“inbid likur”, “inbid frizzanti ta’ kwalità”, “inbid semifrizzanti”) li jsiru bl-istess mod u mill-istess għeneb bħall-inbid tal-Kategorija 1 “Inbid” (“l-inbid ta’ bażi”) iżda li għandhom il-karatteristiċi speċifiċi tal-kategorija tagħhom miżjuda magħhom permezz ta’ operazzjonijiet addizzjonali matul il-proċess tal-vinifikazzjoni.
Għall-“Inbid minn għeneb imqadded” u għall-“Inbid minn għeneb misjur iżżejjed”, il-kombinazzjoni tal-klima, tal-ħamrija, tal-kultivazzjoni u tal-prattiki enoloġiċi hija importanti wkoll. Madankollu, dawn l-inbejjed ta’ kwalità għal mal-ħelu jiġu prodotti minn maturazzjoni itwal (kontenut ogħla ta’ zokkor) / tnixxif (kontenut ogħla ta’ zokkor / konċentrazzjoni ta’ aromi) tal-għeneb.
Dettalji tal-kategoriji l-oħra tal-inbid (mhux “Inbid”)
|
— |
Inbid likur L-inbid likuri huwa magħmul minn “inbid ta’ bażi” bl-istess karatteristiċi organolettiċi (li jirriżultaw mill-kombinazzjoni tal-ħamrija, tal-klima u tal-azzjoni tal-bniedem) bħall-kategorija “inbid”, iżda bil-kontenut mixtieq ta’ zokkor residwali tal-inbid likuri. Barra minn hekk, l-inbid likur jiġi mmaturat fil-btieti għal mill-anqas sena (biex jitħalla jiżviluppa tannini aktar rotob u l-ħjiel tal-injam) u jiżdied alkoħol tal-inbid biex l-inbid jinbidel f’likur. L-inbid likur għandu qawwa alkoħolika propja minima ta’ 18 %. |
|
— |
Inbid frizzanti ta’ kwalità L-“inbid ta’ bażi” għall-inbid frizzanti ta’ kwalità għandu l-istess karatteristiċi organolettiċi tal-kategorija “inbid” (l-istess freskezza u togħma ta’ frott li tirriżulta mill-kombinazzjoni tal-ħamrija, tal-klima u tal-azzjoni tal-bniedem). Dan għandu wkoll il-karatteristiċi li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tal-inbid ta’ bażi f’inbid frizzanti permezz tal-fermentazzjoni tal-flixkun (il-metodu tradizzjonali), li jagħti lill-inbid il-mousse eleganti tiegħu. L-inbid għandu pressjoni żejda ta’ mill-anqas 3,5 bar. Il-coupage użat għall-inbid frizzanti ta’ kwalità għandu qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum ta’ 10,5 %. |
|
— |
Inbid semifrizzanti bil-gass L-“inbid ta’ bażi” użat għall-inbid semifrizzanti għandu wkoll l-istess karatteristiċi organolettiċi bħall-kategorija tal-“inbid” (l-istess freskezza u togħma ta’ frott li jirriżultaw mill-kombinazzjoni tal-ħamrija, tal-klima u tal-azzjoni tal-bniedem). Dan għandu wkoll il-karatteristiċi li jirriżultaw mis-CO2 miżjud biex jinkisbu l-bżieżaq. L-inbid semifrizzanti bil-gass għandu qawwa alkoħolika propja minima ta’ 10 % u pressjoni żejda ta’ mhux aktar minn 2,5 bar. Inbid tas-sajf frisk u b’togħma qawwija ta’ frott. |
|
— |
Inbid minn għeneb imqadded (inbid għal mal-ħelu) Il-pass essenzjali tal-maturazzjoni tal-għeneb għal aktar żmien qabel ma jitnixxef għal mill-anqas ġimagħtejn huwa dak li jagħti lill-inbid minn għeneb imqadded il-konċentrazzjoni tiegħu ta’ zokkor u aromi. Il-proċess ta’ fermentazzjoni kiesħa jipproduċi nbid b’qawwa alkoħolika propja minima ta’ 9,4 %. Il-konċentrazzjoni ta’ aromi f’dan l-inbid b’togħma ta’ frott ġejja mill-kombinazzjoni tal-ħamrija, tal-klima u tal-azzjoni tal-bniedem. L-attenzjoni li jagħtuh in-nies li jipproduċuh hija, b’mod partikolari, dak li jagħti lill-inbid għal mal-ħelu t-togħma sħiħa tiegħu. |
|
— |
Inbid minn għeneb misjur iżżejjed (inbid għal mal-ħelu) Minħabba l-pass essenzjali tal-maturazzjoni tal-għeneb għal żmien itwal, l-inbid minn għeneb misjur iżżejjed għandu kontenut ta’ zokkor ta’ mill-anqas 110 grad Oechsle. Ir-riżultat ta’ dan il-proċess, li jinvolvi fermentazzjoni kiesħa mingħajr arrikkiment, huwa nbid b’qawwa alkoħolika propja minima ta’ 12 % li jikseb it-togħma ta’ frott tiegħu mill-kombinazzjoni tal-ħamrija, tal-klima u tal-azzjoni tal-bniedem. L-attenzjoni li jagħtuh in-nies li jipproduċuh hija, b’mod partikolari, dak li jagħti lill-inbid għal mal-ħelu t-togħma sħiħa tiegħu. B’riżultat ta’ dan l-approċċ, l-inbejjed ikomplu jirbħu medalji kull sena f’għadd ta’ kompetizzjonijiet li jsiru kemm fin-Netherlands kif ukoll barra mill-pajjiż (pereżempju fi Vjenna). |
9. Kundizzjonijiet oħra essenzjali
L-EBDA
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.rvo.nl/sites/default/files/2017/06/Productdossier-BOB-Achterhoek-Winterswijk.pdf
|
23.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/16 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2020/C 94/04)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Touraine”
Numru ta’ referenza: PDO-FR-A0501-AM01
Data tal-komunikazzjoni: 19 ta’ Diċembru 2019
DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA
1. Żona ġeografika
Sabiex jitqiesu l-fużjonijiet tal-komuni fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni, it-tneħħija u ż-żieda ta’ komun, iż-żona ġeografika ġiet riveduta.
Għalhekk, il-punt 6 tad-Dokument Uniku ġie emendat bix-xieraq.
2. Iż-żona tal-irqajja’ tar-raba’ demarkata
Fil-Kapitolu 1(IV)(2) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, wara l-kliem “9 ta’ Ġunju 2010” żdied il-kliem “u l-14 ta’ Ġunju 2018”.
Din l-emenda għandha l-għan li żżid id-data tal-approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ emenda taż-żona tal-irqajja’ tar-raba’ demarkata fi ħdan iż-żona ġeografika tal-produzzjoni. Id-demarkazzjoni tal-irqajja’ tar-raba’ tikkonsisti fl-identifikazzjoni ta’ dawk l-irqajja’ tar-raba’ fi ħdan iż-żona ġeografika tal-produzzjoni li huma tajbin għall-produzzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta kkonċernata.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
3. Żona fil-viċinanza immedjata
Sabiex jitqiesu l-fużjonijiet tal-komuni fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni, u t-tneħħija ta’ komun, iż-żona fil-viċinanza immedjata ġiet riveduta.
Għalhekk, il-punt 9 tad-Dokument Uniku ġie emendat bix-xieraq.
4. Varjetajiet tad-dwieli
Għall-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise” għall-inbejjed ħomor, tneħħew il-varjetajiet tad-dwieli Cabernet franc, Cabernet sauvignon u Gamay.
B’riżultat ta’ din l-emenda, il-varjetà tad-dielja Côt issa hija l-unika varjetà possibbli għall-inbejjed ħomor. Din l-emenda ntalbet minħabba li l-Côt hija varjetà storika tar-reġjun u twassal għal prodotti aktar kwalitattivi fiż-żona.
Għall-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise” għall-inbejjed rożè, tneħħew il-varjetajiet tad-dwieli Cabernet franc u Cabernet sauvignon.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
5. Proporzjon ta’ varjetajiet tad-dwieli
Għall-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise”, minħabba t-tneħħija ta’ ċerti varjetajiet tad-dwieli għall-inbejjed ħomor u rożè, ir-regoli dwar il-proporzjon għall-isfruttar ġew riveduti.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
6. Distanza bejn ir-ringieli
Għall-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise”, l-ispazju bejn ir-ringieli nbidel minn minimu ta’ 1 m għal minimu ta’ 0,90 m.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
7. Żbir
Għall-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise”, ir-regoli ta’ żbir, li kienu differenti skont il-varjetà tad-dielja, ġew ssimplifikati u issa huma dawn li ġejjin:
“B’massimu ta’ ħdax-il rimja għal kull zokk ewlieni:
|
— |
jew b’żabra tat-tip Guyot sempliċi, b’id waħda jew tnejn iġorru zokk wieħed twil; |
|
— |
jew b’żabra qasira (tħarriġ f’forma ta’ mrewħa jew skont il-metodu Cordon jew Cordon de Royat), b’massimu ta’ tliet rimjiet għal kull fergħa; |
Ikun xi jkun il-metodu ta’ żbir, in-numru ta’ fergħat li jagħtu l-frott fis-sena għal kull zokk ewlieni għandu jkun ta’ 11 jew anqas”.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
8. Irbit
Tneħħew id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irbit għall-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise”.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
9. Kontenut taz-zokkor tal-għeneb
Għall-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise”, il-kontenut għoli ta’ zokkor żdied sabiex jiġi garantit livell ogħla fil-kwalità tal-għeneb:
Kontenut minimu ta’ zokkor tal-għeneb (g għal kull litru ta’ most)
|
Inbejjed bojod xotti |
179 |
|
Inbejjed semixotti, semiħelwin u ħelwin |
212 |
|
Inbejjed rożè |
179 |
|
Inbejjed ħomor |
189 |
Il-qawwa alkoħolika proprja minima skont il-volum
|
Inbejjed bojod xotti |
11 % |
|
Inbejjed semixotti, semiħelwin u ħelwin |
13 % |
|
Inbejjed rożè |
11 % |
|
Inbejjed ħomor |
11 % |
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
10 Rendiment u rendiment immirat
Għall-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise”, ir-rendiment tnaqqas minn 55 għal 52 ettolitru għal kull ettaru għall-inbejjed bojod.
Għall-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise”, ir-rendiment immirat tnaqqas minn 63 għal 60 ettolitru għal kull ettaru għall-inbejjed ħomor u bojod, u minn 67 għal 60 għall-inbejjed rożè.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
11 Telf tal-benefiċċju tad-denominazzjoni
Għall-isem ġeografiku Addizzjonali “Amboise”, il-benefiċċju tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jintilef minn 65 ettolitru għal kull ettaru għall-inbejjed bojod u minn 70 ettolitru għal kull ettaru għall-inbejjed ħomor u rożè.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
12 Taħlit tal-varjetajiet
Għall-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise”, minħabba t-tneħħija ta’ ċerti varjetajiet tad-dwieli għall-inbejjed rożè, ir-regoli dwar il-proporzjon għat-taħlit tal-varjetajiet ġew riveduti.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
13. Zokkor fermentabbli
Għall-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise”, tnieħħiet il-kategorija tal-inbejjed rożè semixotti minħabba nuqqas ta’ użu.
Għall-inbejjed bojod xotti tal-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise”, il-kontenut ta’ zokkor fermentabbli tnaqqas minn massimu ta’ 9 g għal kull litru għal massimu ta’ 8 g għal kull litru.
Għall-inbejjed bojod semixotti tal-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise”, il-kontenut ta’ zokkor fermentabbli tnaqqas minn minimu ta’ 9 g għal kull litru għal minimu ta’ 8 g għal kull litru.
Għall-inbejjed rożè xotti tal-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise”, il-kontenut ta’ zokkor fermentabbli tnaqqas minn massimu ta’ 9 g għal kull litru għal massimu ta’ 6 g għal kull litru.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
14 Arrikkiment
Għall-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise”, l-inbejjed bojod b’kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ aktar minn 8 g għal kull litru jiġu prodotti mingħajr arrikkiment. L-għan ta’ din l-emenda huwa li jiġu limitati l-possibbiltajiet għall-arrikkiment.
Barra minn hekk, għall-inbejjed kollha tal-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise”, l-arrikkiment huwa limitat għal 1 %.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
15. Spazju għall-fermentazzjoni
Għall-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise”, tneħħiet id-dispożizzjoni speċifika dwar l-ammont ta’ spazju għall-fermentazzjoni tal-inbid.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
16. Maturazzjoni
Għall-inbejjed bojod u ħomor tal-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise”, il-perjodu ta’ maturazzjoni żdied minn tal-lanqas sal-31 ta’ Diċembru għat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara l-ħsad.
L-għan ta’ din l-emenda huwa li jitqiesu l-prattiki u l-fatt li l-inbejjed ħomor issa jiġu prodotti biss mill-varjetà tad-dielja Côt, li hija aktar tannika u teħtieġ aktar maturazzjoni sabiex it-tannini jkollhom żmien biex isiru aktar flessibbli. L-estensjoni tal-perjodu ta’ maturazzjoni tal-inbejjed bojod ittejjeb il-kwalità tat-togħma tagħhom.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
17. Tagħsir
Għall-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise”, l-inbejjed rożè issa jiġu prodotti b’mod obbligatorju permezz tat-tagħsir dirett qabel il-fermentazzjoni, li hija teknika aktar kwalitattiva.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
18. Tqegħid fis-suq għall-konsumatur
Għall-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise”, minħabba l-emenda fiż-żmien ta’ maturazzjoni, id-data tad-disponibbiltà għall-konsumatur tmexxiet sal-15 ta’ Mejju.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
19. Ċirkolazzjoni bejn depożitanti awtorizzati
Tneħħa l-punt IX(5)(b) tal-Kapitolu 1 dwar id-data tal-kummerċjalizzazzjoni tal-inbejjed bejn id-depożitanti awtorizzati.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
20 Rabta maż-żona ġeografika
Għall-isem ġeografiku addizzjonali “Amboise”, minħabba l-emenda fiż-żmien ta’ maturazzjoni, ir-rabta mal-oriġini ġiet supplimentata bis-sentenza “Il-maturazzjoni tal-inbejjed ħomor tippermetti li l-istruttura tannika tagħhom tkun aktar flessibbli. Fl-inbejjed bojod, din il-maturazzjoni ssaħħaħ il-kumplessità aromatika.”
Għalhekk, il-punt 8 tad-Dokument Uniku ġie emendat bix-xieraq.
21 Miżura tranżitorja
Tneħħew il-miżuri tranżitorji li waslu biex jiskadu.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
22 Punti ewlenin li għandhom jiġu vverifikati
Il-punti ewlenin li għandhom jiġu vverifikati ġew riveduti sabiex jiġi ssimplifikat it-tfassil tagħhom.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
23. Indirizz:
L-indirizz tal-INAO fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie aġġornat.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Touraine
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
5. |
Inbid frizzanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Standards analitiċi
L-inbejjed huma nbejjed bojod, ħomor u rożè mingħajr gass, u nbejjed bojod u rożè frizzanti. L-inbejjed bojod, ħomor u rożè mingħajr gass għandhom qawwa alkoħolika proprja minima skont il-volum ta’ 10 %.
Wara l-ippakkjar, kull lott ta’ nbejjed għandu l-istandards analitiċi li ġejjin:
|
— |
L-inbejjed bojod u rożè għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ 4 grammi jew anqas għal kull litru u aċidità totali ta’ aktar minn 3,5 grammi għal kull litru, espress bħala aċidu tartariku. |
|
— |
L-inbejjed ħomor għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ 2 grammi jew anqas għal kull litru. Il-fermentazzjoni malolattika titlesta fil-każ tal-inbejjed ħomor. Il-kontenut ta’ aċidu maliku huwa ta’ anqas 0,3 grammi jew anqas għal kull litru. |
|
— |
L-inbejjed bojod u rożè prodotti mingħajr arrikkiment, u b’qawwa alkoħolika minima miksuba skont il-volum ta’ 12,5 %, għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ 6 grammi jew anqas għal kull litru. F’dan il-każ, il-kontenut ta’ aċidità totali ma jkunx aktar minn gramma għal kull litru inqas, espress bħala aċidu tartariku, mill-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju). |
Wara l-arrikkiment, l-inbejjed m’għandhomx jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum li ġejja: 12,5 % għall-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u 13 % għall-inbejjed bojod u rożè frizzanti (fil-każ tal-arrikkiment tal-most).
Fil-każ tal-inbejjed bojod u rożè mingħajr gass, il-kontenut ta’ aċidità volatili u ta’ dijossidu tal-kubrit totali huwa dak stabbilit mil-leġiżlazzjoni Komunitarja. Fil-każ tal-inbejjed ħomor mingħajr gass, il-kontenut ta’ aċidità volatili, ta’ aċidità totali, u ta’ dijossidu tal-kubrit totali huwa dak stabbilit mil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
Fil-każ tal-inbejjed rożè u bojod frizzanti, il-kontenut ta’ aċidità volatili, ta’ aċidità totali, ta’ diossidu tal-kubrit totali, u ta’ dijossidu tal-karbonju, huwa dak stabbilit mil-leġiżlazzjoni Komunitarja.
Kull lott ta’ nbid mhux ippakkjat li jista’ jibbenefika mill-kelma “primeur” jew “nouveau” għandu aċidità volatili ta’ 10,2 milliekwivalenti jew anqas għal kull litru.
L-inbejjed li jibbenefikaw mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Touraine” għandhom togħma matura fil-palat u togħmiet aħħarija friski u bbilanċjati sew.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% ta’ volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Deskrizzjoni
L-inbejjed bojod, ħafna drabi ta’ kulur dehbi ċar, joffru firxa aromatika li tista’ tvarja minn noti ta’ frott li jfakkru fil-frott taċ-ċitru jew fil-frott eżotiku, għal noti ta’ fjuri, li jfakkru fil-fjuri bojod. Iżommu sensazzjoni ta’ freskezza fl-aħħar tal-palat.
L-inbejjed rożè jiftħu fuq aromi delikati li jistgħu jfakkru fir-ribes iswed, fil-frott eżotiku jew fil-frott taċ-ċitru.
L-inbejjed ħomor prodotti mill-varjetà tad-dielja Gamay N (inbejjed li jibbenefikaw mill-indikazzjoni “gamay” jew inbejjed li jibbenefikaw mill-kelma “primeur” jew “nouveau”) ta’ spiss juru kulur taċ-ċirasa u ġeneralment jiżvelaw aromi sħan ta’ frott aħmar żgħir fuq tannini rotob. Dawn huma nbejjed ibbilanċjati, li jikkombinaw il-ħeffa u l-freskezza. Dawk li ġejjin minn taħlitiet jew mill-varjetà tad-dielja Cabernet franc N biss, fil-Punent tal-meridjan ta’ Tours, huma nbejjed eleganti u qawwija, bi struttura tannika tajba, u l-espressjoni aromatika tagħhom tikkombina frott aħmar u iswed, b’kuluri li jvarjaw minn aħmar rubin skur għal granat skur.
L-inbejjed bojod u rożè frizzanti huma msawra fuq struttura b’aċidità dominanti li tagħti lill-inbejjed il-freskezza u l-finezza kollha tagħhom. Din l-aċidità hija akkumpanjata minn noti ta’ frott, u sfumatura ta’ brioche tista’ tistabbilixxi ruħha maż-żmien.
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
|
— |
Għall-produzzjoni ta’ nbejjed rożè, l-użu tal-faħam għall-użu enoloġiku, waħdu jew imħallat fi preparazzjonijiet, huwa pprojbit; |
|
— |
It-tekniki ta’ arrikkiment imnaqqas huma awtorizzati għall-inbejjed ħomor, u r-rata massima ta’ konċentrazzjoni parzjali meta mqabbla mal-volumi użati hija stabbilita għal 10 %; |
|
— |
L-inbejjed frizzanti huma prodotti esklużivament permezz ta’ fermentazzjoni oħra fil-flixkun; |
|
— |
L-inbejjed ma jaqbżux, wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum li ġejja: 12,5 % għall-inbejjed bojod, ħomor u rożè u 13 % għall-inbejjed bojod u rożè frizzanti (fil-każ tal-arrikkiment tal-most). |
Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, l-inbejjed għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-livell Komunitarju u fil-Code rural et de la pêche maritime f’dak li għandu x’qasam mal-prattiki enoloġiċi użati.
Prattika tal-kultivazzjoni
L-inbejjed għandhom densità minima tat-tħawwil tad-dwieli ta’ 4 500 zokk ewlieni għal kull ettaru, bi spazju massimu bejn ir-ringieli ta’ 2,1 metri. L-ispazju bejn iz-zkuk ewlenin fl-istess ringiela huwa ta’ metru jew aktar.
Id-dwieli jinżabru skont it-tekniki li ġejjin b’massimu ta’ ħdax-il rimja għal kull zokk ewlieni:
|
— |
jew b’żabra tat-tip Guyot sempliċi, b’massimu ta’ 9 rimjiet fuq iz-zokk twil għall-varjetà tad-dielja Sauvignon B u 8 rimjiet fuq iz-zokk twil għal varjetajiet tad-dwieli l-oħra, u mhux aktar minn żewġ fergħat; |
|
— |
jew b’żabra b’żewġt izkuk qosra b’massimu ta’ 5 rimjiet; |
|
— |
jew b’żabra qasira (tħarriġ f’forma ta’ mrewħa), b’massimu ta’ żewġ rimji għal kull fergħa; |
|
— |
jew b’żabra qasira (tħarriġ skont il-metodu Cordon de Royat). |
Ikun xi jkun il-metodu taż-żabra, id-dwieli jistgħu jinżabru b’2 rimjiet addizzjonali għal kull zokk ewlieni, bil-kundizzjoni li fl-istadju fenoloġiku li jikkorrispondi għal 11 jew 12-il werqa, in-numru taz-zkuk li jagħtu l-frott tas-sena għal kull zokk ewlieni jkun ta’ 11 jew anqas.
b. Rendimenti massimi għal kull ettaru
Inbejjed bojod
72 ettolitru għal kull ettaru
Inbejjed ħomor u rożè
66 ettolitru għal kull ettaru
Inbid frizzanti
78 ettolitru għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni tal-inbejjed, kif ukoll il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni, il-maturazzjoni u l-ippakkjar tal-inbejjed frizzanti huma żgurati fit-territorju tal-komuni li ġejjin (lista stabbilita fuq il-bażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2018):
|
— |
Id-département ta’ Indre-et-Loire: Amboise, Anché, Artannes-sur-Indre, Athée-sur-Cher, Avoine, Avon-les-Roches, Azay-le-Rideau, Azay-sur-Cher, Beaumont-en-Véron, Benais, Bléré, Bossay-sur-Claise, Bourgueil, Brizay, Candes-Saint-Martin, Cangey, Chambray-lès-Tours, Chançay, Chanceaux-sur-Choisille, La Chapelle-sur-Loire, Chargé, Cheillé, Chemillé-sur-Indrois, Chenonceaux, Chinon, Chisseaux, Chouzé-sur-Loire, Cinais, Cinq-Mars-la-Pile, Civray-de-Touraine, Coteaux-sur-Loire, Couziers, Cravant-les-Coteaux, La Croix-en-Touraine, Crouzilles, Dierre, Draché, Epeigné-les-Bois, Esvres, Fondettes, Francueil, Genillé, Huismes, L’Ile-Bouchard, Ingrandes-de Touraine, Joué-lès-Tours, Langeais (fuq l-ex-territorju muniċipali ta’ Langeais, li saret il-kapitali tal-komun), Larçay, Lémeré, Lerné, Lignières-de-Touraine, Ligré, Limeray, Lussault-sur-Loire, Luynes, Luzillé, Marçay, Montlouis-sur-Loire, Montreuil-en-Touraine, Mosnes, Nazelles-Négron, Neuillé-le-Lierre, Noizay, Panzoult, Parçay-Meslay, Pocé-sur-Cisse, Pont-de-Ruan, Razines, Restigné, Reugny, Rigny-Ussé, Rivarennes, Rivière, La Roche-Clermault, Rochecorbon, Saché, Saint-Avertin, Saint-Benoît-la-Forêt, Saint-Etienne-de-Chigny, Saint-Germain-sur-Vienne, Saint-Martin-le-Beau, Saint-Nicolas-de-Bourgueil, Saint-Ouen-les-Vignes, Saint-Règle, Sainte-Maure-de-Touraine, Savigny-en-Véron, Savonnières, Sazilly, Seuilly, Souvigny-de-Touraine, Tavant, Theneuil, Thilouze, Thizay, Tours, Vallères, Véretz, Vernou-sur-Brenne, Villaines-les-Rochers, u Vouvray; |
|
— |
Id-département tal-Loir-et-Cher: Angé, Blois, Chailles, Châteauvieux, Châtillon-sur-Cher, Chaumont-sur-Loire, Chémery, Chissay-en-Touraine, Choussy, Contres, Couddes, Couffi, Faverolles-sur-Cher, Mareuil-sur-Cher, Méhers, Mesland, Meusnes, Monteaux, Monthou-sur-Bièvre, Monthou-sur-Cher, Montrichard Val de Cher, Noyers-sur-Cher, Oisly, Pontlevoy, Pouillé, Rilly-sur-Loire, Saint-Aignan, Saint-Georges-sur-Cher, Saint-Julien-de-Cheédon, Saint-Romain-sur-Cher, Sassay, Seigy, Soings-en-Sologne, Thenay, Thésée, Valaire, Valencisse (għat-territorju tal-komuni delegati ta’ Chambon-sur-Cisse u Molineuf) Vallières-les-Grandes, Valloire-sur-Cisse (għat-territorju tal-komun delegat ta’ Chouzy-sur-Cisse), u Veuzain-sur-Loire (għat-territorju tal-komun delegat ta’ Onzain). |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Orbois B
Sauvignon gris G - Fié gris
Sauvignon B - Sauvignon blanc
Cabernet franc N
Cabernet-Sauvignon N
Cot N - Malbec
Gamay N
Pinot noir N
Grolleau N
Grolleau gris G
Meunier N
Pineau d’Aunis N
Pinot gris G
Chardonnay B
Chenin B
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
a) Deskrizzjoni tal-fatturi naturali li jikkontribwixxu għar-rabta
Iż-żona ġeografika hija bħal medda art twila mmewġa ħafif, fil-Lbiċ tal-Baċin ta’ Pariġi, u tikkorrispondi għal żona ta’ konfluwenza fuq it-territorju li minnha ix-xmajjar Cher, Indre u Vienne jiġu jingħaqdu mal-Loire. Il-vinja, imħawla f’aktar minn mitt kilometru, hija organizzata tul il-widien, għajr għall-vitikultura ta’ Sologne, fil-Lvant, li l-vinja tagħha tinsab fuq medda art twila bejn ix-Cher u l-Loire.
Iż-żoni ġeografiċi tal-ismijiet ġeografiċi addizzjonali “Amboise” u “Mesland” jinsabu fil-qalba tal-widien li jestendu, mill-Punent sal-Lvant, tul il-Val de Loire, filwaqt li ż-żona ġeografika tal-isem ġeografiku addizzjonali“Azay-le-Rideau” tifforma fruntiera mal-wied tal-Indre. Fid-direzzjoni tax-xmara, il-wied tax-Cher jospita l-isem ġeografiku addizzjonali “Chenonceaux”, filwaqt li dak ta’ “Oisly” jokkupa l-medda art twila tal-Lvant bejn il-Loire u x-Cher.
L-altitudni globali rarament taqbeż il-100 metru jew il-120 metru fit-territorju tal-143 komun li jiffurmaw iż-żona ġeografika.
L-inbejjed ġejjin minn irqajja’ tar-raba’ li kienu soġġetti għal delimitazzjoni stretta u preċiża, ispirata miċ-ċentri storiċi tal-produzzjoni. Wieħed jagħmel distinzjoni bejn dawn l-irqajja’ tar-raba’: - l-irqajja’ tar-raba’ għandhom ħamrija li ġejja mit-tafal taż-żnied, li magħha jitħallat ramel tal-qatran, ħamrija magħrufa lokalment bħala “bournais perrucheux”, - l-irqajja’ tar-raba’ b’ħamrija żviluppata fuq tafal taż-żnied jew “perruches”, jew ħamrija taflija bil-ġir u ġeblija, li ġejja mill-franka, magħrufa lokalment bħala “aubusis”; din hija ħamrija sħuna u permeabbli, tistrieħ fuq l-ewwel djul jew “côtes” tal-widien; - l-irqajja’ tar-raba’ b’ħamrija tal-widien jistrieħu fuq għelieqi mtarrġa ta’ depożiti alluvjali antiki, magħrufa lokalment bħala “graviers”.
Iż-żona ġeografika tibbenefika minn klima oċeanika, b’impatt ċar tal-influwenza tagħha hekk kif wieħed javvanza lejn il-parti tal-Lvant taż-żona ġeografika sal-meridjan ta’ Tours. It-temperaturi u x-xita huma indikattivi ta’ dan l-impatt, b’xita ta’ madwar 550 millimetru fil-Punent, li titla’ sa 650 millimetru fil-Lvant, u varjazzjoni akbar fit-temperatura fil-Lvant, sinjal ta’ influwenza oċeanika degradata aktar qawwija.
b) Deskrizzjoni tal-fatturi umani li jikkontribwixxu għar-rabta
Il-fdalijiet ta’ mitħna antika li ġiet skoperta f’Cheillé viċin ta’ Azay-le-Rideau juru l-kultivazzjoni tad-dielja f’“Touraine” sa mis-seklu 2. Bejn is-seklu 8 u s-seklu 12, il-vitikultura żviluppat sew taħt l-influwenza tal-Knisja.
Il-preżenza tal-Qorti Rjali fil-wied tal-Loire fis-seklu 16 (kastelli ta’ Chambord Chenonceau, eċċ...) ikkontribwixxiet għal żvilupp konsiderevoli fil-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità, kif ukoll għar-reputazzjoni ta’ ċerti “crus”. Il-produzzjoni żviluppat wara l-promulgazzjoni tal-Edit des vingt lieues, editt li pprojbixxa l-produzzjoni tal-inbid madwar il-kapitali, u tfaċċaw il-varjetajiet tad-dwieli “Gamay” mir-reġjun ta’ Lyon.
Bħala modi naturali ta’ ċirkolazzjoni, il-Loire u x-Cher ħeġġew b’mod spontanju l-kummerċ, l-iżvilupp u l-esportazzjoni tal-produzzjonijiet taż-żona ġeografika. Il-kummerċ tal-aħjar inbejjed sar l-aktar mal-Olanda u l-Ingilterra permezz tal-barriera doganali ta’ Ingrandes-sur-Loire, qrib Nantes. Dawn l-inbejjed ta’ kwalità mbagħad issemmew “vins de la mer” għal kemm huma tajbin għat-trasport.
Fis-seklu 18, żviluppat vinja fil-wied il-baxx tax-Cher madwar il-bliet ta’ Bléré, Thésée, Montrichard u Chenonceaux. Deskrizzjoni tal-varjetajiet tad-dwieli tas-settur saret fiż-żmien tal-istħarriġ agrikolu tas-sena 12 (1804). Fit-“Tabella tal-pjan tad-dielja l-aktar mifruxa max-xtut tax-Cher” tiegħu, il-“côt” hija ppreżentata bħala l-varjetà tad-dielja ewlenija, “l-ispeċi tal-pjan l-aktar mifruxa max-xatt tax-Cher li jagħti għan-Nofsinhar, u li jipproduċi l-ogħla kwalità tal-inbid”.
Fl-1845, il-Konti ODART semma wkoll, fl-“Ampélographie” tiegħu, il-varjetà tad-dielja Cot N bħala “l-varjetà tad-dielja l-aktar ikkultivata fix-xtut tax-Cher u tal-Lot”. Fl-1860, Jules GUYOT, dejjem preċiż ħafna fid-deskrizzjonijiet tiegħu, kiteb: “In-nies tal-Bretagne (Cabernet franc N) għandha ċ-ċentru prinċipali tagħha f’Bourgueil, bejn Chinon u Saumur, fejn toffri nbejjed eċċellenti; iżda dan sparixxa billi mar lura lejn il-Lvant tar-reġjun, fejn il-Côts, ix-Chardenets, il-Pinots noirs, il-Beurots u l-Meunier (…) jiddominaw fil-Loir-et-Cher … ”.
Wara l-kriżi tal-filossera, il-vinja ta’ “Touraine” ġiet rikostitwita b’varjetajiet tad-dwieli li ġejjin b’mod partikolari minn varjetajiet tad-dwieli ġodda mlaqqmin, bħall-varjetajiet Gamay N u Sauvignon B. Iż-żona ġeografika mbagħad bdiet tinbena bil-mod il-mod, bl-integrazzjoni ta’ setturi tal-inbid b’potenzjal kwalitattiv għoli u, ftit qabel il-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, fl-1939, l-appellation d’origine contrôlée“Coteaux de Touraine” ġiet rikonoxxuta.
Fl-1953, l-isem “Touraine” ġie adottat b’mod definittiv, bil-possibbiltà li dan l-isem jiġi ssupplimentat bl-isem ġeografiku addizzjonali “Azay-le-Rideau” għal settur żgħir fil-wied tal-Indre.
Fl-1955, l-ismijiet ġeografiċi addizzjonali “Amboise” u “Mesland” ġew rikonoxxuti. Dawn jiffukaw fuq żewġ setturi, li l-varjetajiet tad-dwieli tagħhom baqgħu tradizzjonali, b’mod partikolari l-varjetà tad-dielja Chenin B.
Għaldaqstant, il-vinja tkopri żona ta’ 8 000 ettaru, u l-produtturi, miġbura flimkien fi ħdan ħames fabbriki kooperattivi, żviluppaw il-produzzjoni ta’ nbejjed li ġejjin mill-varjetajiet tad-dwieli Sauvignon B u Gamay N, li kisbu reputazzjoni soda mal-catering taħt l-ismijiet komuni ta’ “sauvignon de Touraine” u “gamay de Touraine”.
Konxji mill-potenzjal tat-territorju tagħhom u tal-varjetajiet tad-dwieli tagħhom sa mill-1985, il-produtturi fil-wied tax-Cher ħawlu l-varjetajiet tad-dwieli Côt N u Sauvignon B fuq l-irqajja’ tar-raba’ tal-ewwel “xtut”, filwaqt li dawk tal-vitikultura ta’ Sologne rriżervaw il-varjetà tad-dielja Sauvignon B għall-irqajja’ tar-raba’ b’ħamrija ramlija.
Dan ix-xogħol ta’ riċerka għall-awtentiċità ssarraf fir-rikonoxximent tal-ismijiet ġeografiċi addizzjonali “Chenonceaux” għall-inbejjed bojod u ħomor mill-għoljiet tax-Cher, u “Oisly” għall-inbejjed bojod mill-vitikultura ta’ Sologne.
Fl-2009, il-vinja kopriet żona ta’ 4 500 ettaru kkultivati minn madwar 800 produttur. Madwar 260 000 ettolitru ta’ nbid jiġu prodotti, li minnhom aktar minn 60 % huma nbejjed bojod. Inbejjed mingħajr gass - L-inbejjed li jibbenefikaw mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Touraine” għandhom togħma matura fil-palat u togħmiet aħħarija friski u bbilanċjati sew.
L-inbejjed bojod, ħafna drabi ta’ kulur dehbi ċar, joffru firxa aromatika li tista’ tvarja minn noti ta’ frott li jfakkru fil-frott taċ-ċitru jew fil-frott eżotiku, għal noti ta’ fjuri, li jfakkru fil-fjuri bojod. Iżommu sensazzjoni ta’ freskezza fl-aħħar tal-palat.
L-inbejjed rożè jiftħu fuq aromi delikati li jistgħu jfakkru fir-ribes iswed, fil-frott eżotiku jew fil-frott taċ-ċitru. Dawn l-inbejjed rożè jistgħu jibbenefikaw mill-kelma “primeur” jew “nouveau”, u mbagħad jiġu vinifikati biex jiġu kkunsmati malajr fix-xhur ta’ wara l-produzzjoni tagħhom.
L-inbejjed ħomor prodotti mill-varjetà tad-dielja Gamay N (inbejjed li jibbenefikaw mill-indikazzjoni “gamay” jew inbejjed li jibbenefikaw mill-kelma “primeur” jew “nouveau”) ta’ spiss juru kulur taċ-ċirasa, u ġeneralment jiżvelaw aromi sħan ta’ frott aħmar żgħir fuq tannini rotob. Dawn huma nbejjed ibbilanċjati, li jikkombinaw il-ħeffa u l-freskezza. Dawk li ġejjin minn taħlitiet jew mill-varjetà tad-dielja Cabernet franc N biss, fil-Punent tal-meridjan ta’ Tours, huma nbejjed eleganti u qawwija, bi struttura tannika tajba, u l-espressjoni aromatika tagħhom tikkombina frott aħmar u iswed, b’kuluri li jvarjaw minn aħmar rubin skur għal granat skur.
Inbejjed frizzanti - L-inbejjed bojod u rożè frizzanti huma msawra fuq struttura b’aċidità dominanti li tagħti lill-inbejjed il-freskezza u l-finezza kollha tagħhom. Din l-aċidità hija akkumpanjata minn noti ta’ frott, u sfumatura ta’ brioche tista’ tistabbilixxi ruħha maż-żmien. Inbejjed mingħajr gass - In-netwerk idrografiku kbir tax-xmajjar Loire, Vienne, Cher u Indre, maż-żmien ifforma medda art twila mmewġa ta’ blat artab tat-Terzjarja u tas-Sekondarja. Taħt l-influwenza tal-Knisja, fil-Medju Evu, in-nies ħawlu l-vinja tul l-għoljiet hekk minquxin u fuq it-truf tal-medda art twila.
Fir-Rinaxximent, din il-prossimità għax-xmajjar kienet diġà assi importanti li ffavoriet l-esportazzjoni tal-inbejjed “Touraine”. B’hekk, il-permanenza tal-barriera doganali ta’ Ingrandes-sur-Loire, li minnha l-inbejjed ġew esportati lejn l-Olanda, u l-applikazzjoni tal-Edit des vingt lieues fl-1577, iffurmaw il-vinja tal-Loire u ffavorew produzzjoni ta’ kwalità. Taħt l-influwenza tal-klima, varjetajiet tad-dwieli bbażati fuq il-varjetajiet Chenin B u Cabernet franc N żviluppaw fil-parti tal-Punent taż-żona ġeografika, filwaqt li l-varjetajiet Sauvignon B, Côt N u Gamay N huma ffavoriti fil-parti tal-Lvant taż-żona ġeografika. Il-meridjan ta’ Tours jimmarka dan il-limitu klimatiku naturali. Il-varjetajiet ta’ għeneb li minnu jinkiseb l-inbid ġew imposti b’mod naturali f’din id-diversità tas-sitwazzjonijiet tal-vitikultura offruti lill-produtturi.
Billi tirrifletti l-prattiki, iż-żona tal-irqajja’ tar-raba’ demarkata għall-ħsad tal-għeneb tqis biss l-irqajja’ tar-raba’ b’ħamrija li tixxotta żviluppata l-aktar fuq turonjan u seronjan. It-tafal taż-żnied, rikk fil-ġebel siliċiku, ikopri l-biċċa l-kbira tal-ħamrija fil-widien intermedjarji. Dan iż-żnied, numeruż fil-wiċċ, għalhekk għandu rwol importanti waqt il-maturità biż-żieda fir-rata ta’ skambju tas-sħana fil-ħamrija. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom sehem importanti fil-kwalità tal-inbejjed bojod u tal-inbejjed ħomor. Il-varjetà tad-dielja Sauvignon B tiffjorixxi b’mod partikolari fuq l-irqajja’ tar-raba’ b’ħamrija ta’ “perruches” u “d’aubuis”. F’dawn is-sitwazzjonijiet, din issib il-bażijiet essenzjali għal maturità konsistenti matul is-snin. L-inbejjed prodotti minn din il-varjetà tad-dielja, jesprimu f’din il-ħamrija, u taħt din il-klima, karatteristiċi friski u oriġinali. Fl-2009, dawn irrappreżentaw 2/3 tal-produzzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta. Il-varjetà tad-dielja Gamay N, varjetà sewda mir-rikostruzzjoni tal-filossera, tinsab l-aktar fl-irqajja’ tar-raba’ b’ħamrija bit-“tafal taż-żnied”, u l-inbejjed li ġejjin minnha għandhom togħma ta’ frott u huma vivaċi.
L-inbejjed ħomor fil-Lvant tal-meridjan ta’ Tour huma msejsa fuq il-varjetà Côt N, filwaqt li l-Cabernet franc N hua dominanti lejn il-Punent. Dawn jagħtu struttura tannika tajba.
Fi ħdan iż-żona ġeografika tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Touraine” u bl-espressjoni tad-diversità tal-ambjenti naturali, 5 ismijiet ġeografiċi addizzjonali ġew rikonoxxuti b’regoli ta’ produzzjoni aktar restrittivi.
“Amboise”
Il-medda art twila ta’ ġibs artab għandha topografija mmarkata mhux ħażin, b’altitudni ta’ bejn 80 metru u 100 metru. Id-diversità tas-sitwazzjonijiet ġeopedoloġiċi tat lill-produtturi l-opportunità li jsibu, għal kull waħda mill-varjetajiet tad-dwieli li żviluppaw, l-aħjar kundizzjonijiet għall-espressjoni tagħhom. L-inbejjed rożè għandhom togħma ta’ frott u huma friski; l-inbejjed ħomor, li għandhom struttura tannika tajba, għandhom espressjoni aromatika pjuttost intensa, li prinċipalment tevoka noti ta’ frott aħmar; u l-inbejjed bojod huma ġeneralment xotti, iżda jistgħu xi drabi jkollhom zokkor fermentabbli u jiġu deskritti bħala “semixotti”, “semiħelwin” jew “ħelwin”. Il-maturazzjoni tal-inbejjed ħomor tippermetti l-flessibbiltà fl-istruttura tannika tagħhom. Fl-inbejjed bojod, din il-maturazzjoni ssaħħaħ il-kumplessità aromatika.
“Azay-le-Rideau”
Il-vinja, bis-saħħa tal-pożizzjoni tagħha bejn il-widien tal-Loire u tal-Indre, tibbenefika minn klima moderata. Il-varjetajiet tad-dwieli Grolleau N u Chenin B jitkabbru fl-għoljiet u fuq il-meded ta’ art imrammla biż-żrar, li huma ideali għall-produzzjoni ta’ nbejjed bojod eleganti u friski, u nbejjed rożè togħma ta’ frott. Tradizzjonalment, l-inbejjed rożè kellhom jiġu prodotti permezz tal-metodu tat-tagħsir dirett qabel il-fermentazzjoni biex jiżguraw it-togħma tal-frott tagħhom. L-inbejjed bojod li xi drabi jistgħu jkollhom zokkor fermentabbli huma eleganti u minerali.
“Chenonceaux”
Iż-żona ġeografika tinsab fuq l-għoljiet taż-żewġ xtut tax-Cher. Il-varjetajiet tad-dwieli jitħawlu fuq irqajja’ tar-raba’ b’ħamrija li għandha ħafna żnied. L-inbid abjad għandu espressjoni aromatika ġeneralment intensa, li tiżvela aromi ta’ fjuri (żagħrun, akaċja…) u noti aktar ta’ frott (ċitru, frott imnixxef…). Il-maturazzjoni, tal-anqas sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad, tippermetti togħma matura u finezza. L-inbejjed ħomor għandhom struttura tannika tajba. L-espressjoni aromatika tagħhom hija pjuttost intensa, u tevoka b’mod partikolari noti ta’ frott aħmar. Il-maturazzjoni, tal-anqas sal-31 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad, tippermetti nbid b’aromi kumplessi u tannini tondi u rotob.
“Mesland”
Iż-żona ġeografika, li tinsab fil-Grigal taż-żona ġeografika tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Touraine”, tikkorrispondi ma’ tarf ta’ medda art twila li tħares lejn il-Loire. Hawnhekk, il-ħamrija hija simili permezz tal-preżenza taż-żnied u dik tar-ramel tal-Mijoċenu. Il-varjazzjonijiet kbar fit-temperatura u l-pożizzjoni ġeografika huma ideali għall-varjetajiet bikrija tad-dwieli. L-inbejjed ħomor u rożè, prodotti l-aktar mill-varjetà tad-dielja Gamay N, jesprimu aromi kkonċentrati ta’ frott aħmar żgħir. L-inbejjed bojod, li jistgħu xi drabi jkollhom zokkor fermentabbli, għandhom espressjoni aromatika kumplessa li tiżvela aromi ta’ fjuri (żagħrun, ġir, bribena…), b’noti aktar ta’ frott (ċitru, lanġas…). L-inbid iħalli sens ta’ freskezza fil-ħalq.
“Oisly”.
Fil-qalba tal-vitikultura ta’ Sologne, din il-vinja tipproduċi nbejjed bojod xotti mill-varjetà tal-dielja Sauvignon B biss, li tesprimi l-potenzjal kollu tagħha fil-ħamrija mrammla u biż-żrar kontinentali u l-hekk imsejħa formazzjonijiet “de Sologne” magħmulin minn ramel, tafal u “faluns” (ġebel sedimentarju bil-konkilji). Il-klima taż-żona ġeografika tenfażizza l-aktar staġun subxott intens fir-reġjun ta’ Touraine. Dan l-ambjent naturali joffri nbejjed bi freskezza mmarkata b’aromi fini u delikati li jfakkru fil-frott taċ-ċitru u fil-fjuri bojod. Il-maturazzjoni, tal-anqas sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad, tippermetti li dawn isiru kumplessi.
It-“Touraine”, werrieta tal-vinji u tal-widien imfaħħra mir-Rejiet, għadha waħda mill-ġawhar tal-vinji tat-Tramuntana, u l-pajsaġġi kulturali vivaċi tagħha, ippreżervati mill-isfruttar sekulari tad-dielja, ffavorew ir-reġistrazzjoni tal-Wied tal-Loire fil-Wirt Storiku tal-UNESCO.
Inbid frizzanti
L-inbejjed frizzanti huma prodotti fil-kundizzjonijiet deskritti hawn fuq. Filwaqt li nnotaw li l-inbejjed ibbottiljati fil-kantini xi kultant kellhom it-tendenza li jiffermentaw mill-ġdid, il-produtturi minn Tours riedu jikkontrollaw dan il-fenomenu ta’ “nbejjed frizzanti naturali” u jieħdu vantaġġ minnu. B’hekk twieldu l-inbejjed offruti lill-konsumatur bħala “frizzanti”, mis-seklu 19 ’il quddiem. Il-preżenza ta’ kantini mħaffra fil-ġebel “tuffeau” kienet imbagħad fattur favorevoli għall-iżvilupp tal-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed, li teħtieġ spazji kbar u moderati għall-ħażna u l-immaniġġjar.
Bl-esperjenza miksuba fuq aktar minn seklu, dawk li jagħmlu l-inbejjed frizzanti għandhom għarfien espert immaniġġjat perfettament, u evidenti fil-kompożizzjoni tal-annati tagħhom. L-oriġinalità territorjali tal-inbejjed bojod hija riflessa mill-obbligu tal-preżenza ta’ 60 % tal-varjetà tad-dielja Chenin B jew Orbois B. Il-maturazzjoni twila “fuq il-paletti” tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-aromi ta’ brioche u għall-kumplessità tal-inbejjed.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, addizzjonali)
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, definita mid-deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni tal-inbejjed, kif ukoll għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u l-ippakkjar tal-inbejjed frizzanti, hija kostitwita mit-territorju tal-komuni li ġejjin (lista stabbilita fuq il-bażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2018):
|
— |
Id-département tal-Indre: Faverolles-en-Berry, Fontguenand, Lye, La Vernelle, Veuil, u Villentrois; |
|
— |
Id-département ta’ Indre-et-Loire: Bréhémont, La Chapelle-aux-Naux, Chaveignes, Chezelles, u Crissay-sur-Manse; |
|
— |
Id-département tal-Loir-et-Cher: Candé-sur-Beuvron, Cheverny, Cormeray, Feings, Fougères-sur-Bièvre, Fresnes, Les Montils, Mont-près-Chambord, Ouchamps, Sambin, u Selles-sur-Cher; |
|
— |
Id-département tal-Maine-et-Loire: Brain-sur-Allonnes u Montsoreau. |
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
|
— |
L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta għandu jkun segwit mill-indikazzjoni “gamay” skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. |
|
— |
L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jista’ jiġi ssupplimentat minn waħda mill-ismijiet ġeografiċi addizzjonali li ġejjin, skont ir-regoli stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: “Amboise”, “Azay-le-Rideau”, “Chenonceaux”, “Mesland”, u “Oisly”. |
|
— |
L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jista’ jiġi ssupplimentat mill-kelma “primeur” jew “nouveau”, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. |
|
— |
Id-dettalji fakultattivi kollha li l-użu tagħhom, skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji, jista’ jiġi rregolat mill-Istati Membri, għandhom jinkitbu fuq it-tikketti, b’karattri li d-daqs tagħhom, kemm tal-għoli kif ukoll tal-wisa’, m’għandux ikun akbar mid-doppju ta’ dak tal-karattri li jifformaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta. |
|
— |
Id-daqs tal-ittri tal-isem ġeografiku “Val de Loire” m’għandux ikun akbar, kemm fl-għoli u kemm fil-wisa’, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta. |
Denominazzjoni Ġeografika Addizzjonali
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
|
— |
L-ismijiet ġeografiċi addizzjonali “Amboise”, “Azay-le-Rideau” jew “Mesland” għandhom jinkitbu wara l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta b’karattri li d-daqs tagħhom, kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’, m’għandux ikun akbar minn dawk tal-karattri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta. |
|
— |
L-ismijiet ġeografiċi addizzjonali “Chenonceaux” jew “Oisly” għandhom jinkitbu taħt l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta b’karattri f’daqs li m’għandux ikun akbar, kemm fl-għoli u kemm fil-wisa’, minn dak tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta. |
|
— |
L-inbejjed bojod li jibbenefikaw mill-ismijiet ġeografiċi addizzjonali “Amboise”, “Mesland” jew “Azay-le-Rideau” għandhom jiġu ttikkettati bil-kelma “demi-sec” skont l-istandards analitiċi stabbiliti għal din il-kelma f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u bil-kelma “moelleux” jew “doux” li tikkorrispondi għall-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) li jinsab fl-inbid, kif definit mil-leġiżlazzjoni Komunitarja. |
Tikkettar
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
|
— |
L-inbejjed rożè li jibbenefikaw mill-isem ġeografiku addizzjonali “Mesland” għandhom jiġu ttikkettati bil-kelma “demi-sec” skont l-istandards analitiċi stabbiliti għal din il-kelma f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u bil-kelma “moelleux” jew “doux” li tikkorrispondi għall-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) li jinsab fl-inbid, kif definit mil-leġiżlazzjoni Komunitarja. |
|
— |
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-kelma “primeur” jew “nouveau” għandhom jiġu ppreżentati bl-indikazzjoni tas-sena. |
|
— |
It-tikkettar tal-inbejjed li jibbenefikaw mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, bil-kundizzjoni li:
|
|
— |
L-indikazzjoni “gamay” għandha titqiegħed immedjatament taħt l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta b’ittri li d-daqs tagħhom huwa akbar jew ugwali, kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’, għal żewġ terzi ta’ dak tal-karattri tal-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta. |
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-5f8c6cbf-bad9-4bba-9f9e-c780f349dfaf
|
23.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/27 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33
(2020/C 94/05)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Vinsobres”
Numru ta’ referenza: PDO-FR-A0690-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 8 ta’ Jannar 2020
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Iż-żona tal-irqajja’ tar-raba’ demarkata
Fil-punt IV(2) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar iż-żoni fejn jitwettqu operazzjonijiet differenti, żdiedet id-data tad-19 ta’ Ġunju 2019. Din l-emenda għandha l-għan li żżid id-data tal-approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ emenda taż-żona tal-irqajja’ tar-raba’ demarkata fi ħdan iż-żona ġeografika tal-produzzjoni. Id-demarkazzjoni tal-irqajja’ tar-raba’ tikkonsisti fl-identifikazzjoni ta’ dawk l-irqajja’ tar-raba’ fi ħdan iż-żona ġeografika tal-produzzjoni li huma tajbin għall-produzzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata kkonċernata.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
2. Varjetajiet tad-dwieli
Ir-regoli dwar il-proporzjon għall-isfruttar għall-varjetajiet tad-dwieli ħomor ma japplikawx għall-produtturi tal-għeneb li ma jaħdmux f’inbid il-produzzjoni tagħhom, u li jisfruttaw erja totali fi ħdan iż-żona tal-irqajja’ tar-raba’ demarkata ta’ inqas minn 1,5 ettari bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Vinsobres”.
Din l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma taffettwax id-Dokument Uniku.
3. Tisqija
It-tisqija hija awtorizzata skont ir-regola nazzjonali stabbilita mill-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu fl-Artikolu D. 645-5. Dan il-punt huwa previst fil-punt VI tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar it-tħarriġ tal-vinja.
Tneħħiet il-projbizzjoni fuq l-użu ta’ installazzjonijiet fissi ta’ tisqija ġewwa l-irqajja’ tar-raba’.
Fejn tkun permessa t-tisqija, it-tagħbija massima medja fuq ir-roqgħa tar-raba’ msoqqija hija stabbilita għal 5 000 kilogrammi għal kull ettaru minflok 7000 kg/ha sabiex ma tikkawżax żieda fir-rendiment tal-inbid.
Dawn l-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.
4. Bidu tal-produzzjoni tad-dwieli żgħar
Id-data tal-bidu tal-produzzjoni tad-dwieli żgħar tressqet ’il quddiem għat-tielet sena wara dik li fiha sar it-tħawwil minflok is-seba’ sena (it-tieni sena minflok is-sitt sena għad-dwieli mlaqqma), sabiex jitħalla jsir tħawwil ġdid u tiġdid aktar rapidu tal-vinja.
Din l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma taffettwax id-Dokument Uniku.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta maż-żona ġeografika ġiet supplimentata b’referenza għall-perjodu obbligatorju tal-maturazzjoni tal-inbejjed. Is-sentenza li ġejja ġiet miżjuda mal-paragrafu dwar l-interazzjonijiet każwali: “Il-karatteristiċi ta’ dawn l-inbejjed konċentrati ġew imsaħħa u stabbilizzati b’maturazzjoni li ssir tal-anqas sal-15 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad. ”
Id-Dokument Uniku tlesta biex jiġi ċċarat dan il-punt fil-punt “Rabta maż-żona ġeografika”.
6. Data taċ-ċirkolazzjoni tal-inbejjed
Tnieħħiet id-data tal-1 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħsad, li minnha l-inbejjed jistgħu jiġu mċaqalqa minn depożitanti awtorizzati jew minn negozjanti, stabbilita fil-punt IX tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar l-operazzjonijiet ta’ proċessar, produzzjoni, maturazzjoni, ippakkjar u ħżin tal-inbejjed.
It-tneħħija ta’ din ir-restrizzjoni tippermetti li l-inbejjed jiċċaqalqu bejn id-diversi kategoriji ta’ operaturi fiż-żona ġeografika u ż-żona fil-viċinanza immedjata qabel ma jitqiegħdu fis-suq.
Din l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ma taffettwax id-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Vinsobres
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Vinsbores” hija riżervata għall-inbejjed ħomor mingħajr gass. L-inbejjed huma prodotti prinċipalment mill-varjetajiet tad-dwieli grenache N, mourvèdre N u syrah N.
Huma kkonċentrati b’riħa intensa sew. Ir-riħa hija kkaratterizzata minn noti ta’ frott (frott frisk) waqt li jkun għadu frisk, li tevolvi fi sfumaturi b’riħa ta’ frott magħqud, ta’ spirtu, ta’ ħwawar (bżar) u ta’ ħxejjex aromatiċi.
Fil-palat, l-inbejjed huma b’mod partikolari bbilanċjati tajjeb. Huma strutturati u inkorporati b’tannini rotob u eleganti. L-aromi ta’ frott joffru persistenza aromatika intensa u twila. Il-karatteristiċi ta’ dawn l-inbejjed konċentrati ġew imsaħħa u stabbilizzati b’maturazzjoni li ssir tal-anqas sal-15 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad. Il-maturazzjoni ġġib noti tal-vanilla, inkaljati u affumikati.
Dawn l-inbejjed għandhom kulur aħmar qawwi, riħa rikka u kumplessa; Huma bbilanċjati, armonjużi u tajbin għall-immaturar.
L-inbejjed għandu jkollhom il-karatteristiċi analitiċi li ġejjin:
|
— |
Kontenut ta’ aċidu maliku <jew=0,4 g/l; Intensità tal-kulur modifikata>jew = 8; Indiċi ta’ polifenoli totali >jew=għal 52; |
|
— |
Kontenut ta’ zokkor fermentabbli<jew= 3 g/l għall-inbejjed b’qawwa alkoħolika naturali skont il-volum < jew = għal 14 %. |
|
— |
Kontenut ta’ zokkor fermentabbli<jew= 4 g/l għall-inbejjed b’qawwa alkoħolika naturali skont il-volum > għal 14 %. |
Il-kriterji analitiċi l-oħra huma konformi mar-regolamenti Komunitarji.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal- volum) |
14,5 |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
12,5 |
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
14,28 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit totali (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Prattika enoloġika speċifika
|
— |
Huwa pprojbit kwalunkwe trattament termiku tal-ħsad fejn it-temperatura taqbeż l-40°C; |
|
— |
Huwa pprojbit l-użu ta’ laqx tal-injam; |
Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, l-inbejjed għandhom ikunu konformi mal-obbligi kollha stabbiliti fil-livell Komunitarju u fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu f’dak li għandu x’jaqsam mal-prattiki enoloġiċi.
Prattika tal-kultivazzjoni
Distanza bejn il-pjanti
|
— |
Id-distanza bejn ir-ringieli ma tistax tkun aktar minn 2,50 metru; |
|
— |
Kull pjanta għandha erja massima ta’ 2,50 metru kwadru. Din l-erja tinkiseb billi jiġu mmultiplikati d-distanzi bejn ir-ringieli u l-ispazju bejn il-pjanti; |
|
— |
Id-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela hija ta’ bejn 0,80 metru u 1,20 metru. |
Żbir tad-dwieli
|
— |
Id-dwieli jinżabru f’daqs żgħir (f’forma ta’ sġajriet jew skont il-metodu cordon de Royat), b’massimu ta’ 6 friegħi; |
|
— |
Kull fergħa għandha massimu ta’ żewġ rimjiet; |
|
— |
Il-perjodu ta’ stabbiliment tal-cordon de Royat għall-varjetajiet kollha tad-dwieli skont dan il-metodu huwa limitat għal sentejn. Matul dan il-perjodu, iż-żbir tat-tip Guyot huwa awtorizzat, jew bħala żbir tat-tip Guyot sempliċi b’massimu ta’ 8 rimjiet fuq iz-zokk twil u fergħa jew żewġ friegħi b’massimu ta’ żewġ rimjiet, jew bħala żbir tat-tip Guyot doppju b’massimu ta’ 6 rimjiet fuq kull zokk twil u fergħa jew żewġ friegħi b’massimu ta’ żewġ rimjiet. |
It-tisqija tista’ tiġi awtorizzata.
b. Rendimenti massimi għal kull ettaru
42 ettolitru għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni, u l-maturazzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalità ta’ Vinsobres fid-département tad-Drôme.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
Grenache N
Syrah N - Shiraz
Mourvèdre N - Monastrell
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Iż-żona ġeografika tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Vinsobres” tinsab fid-département tad-Drôme fil-qalba tal-baċir sedimentarju tal-Miocène de Valréas u tal-baċir kolluvjoalluvjali tal-Aygues, turrent muntanjuż b’reġim Mediterranju li ilu jġib miegħu materjal detritali aħrax estratt mir-riżalti tal-Alpi għal diversi miljuni ta’ snin.
Dan irriżulta f’riżalt ta’ għoljiet b’altitudni li tilħaq aktar minn 500 metru, li l-qiegħ, li minnu jixxenglu meded ta’ art jew għoljiet b’inklinazzjonijiet moderati fin-Nofsinhar, iħares lejn il-Grigal/il-Lbiċ.
Il-klima lokali u Mediterranja hija kkaratterizzata minn żewġ staġuni ta’ xita, l-ewwel fil-ħarifa u t-tieni minn Marzu sa Mejju, u minn żewġ perjodi ta’ nixfa, minn Jannar sa Frar u l-aktar f’Lulju. It-temperatura medja annwali hija ta’ 12,7 °C. Il-Mistral (riħ mit-Tramuntana) għandu parti importanti fl-ambjent ta’ dan ir-reġjun. Dan ir-riħ, ċertament, inixxef, iżda naturalment jillimita l-iżvilupp ta’ mard kriptogamiku. Fis-sajf, il-klima xotta hija wkoll favur maturità tajba tal-għeneb. L-effett ta’ tnixxif tal-Mistral jikkontribwixxi wkoll għall-konċentrazzjoni tal-komponenti differenti tal-bajjiet.
Il-ħamrija ġeneralment ikollha ġebel għoli ta’ kulur li jvarja minn aħmar għal kannella li, assoċjat mat-topografija, jagħtihom valur kalorifiku determinanti, li x’aktarx jagħti lok għal prekoċità interessanti fuq il-pjanta.
Ir-reġim tal-ilma pprovdut min-natura tal-ħamrija assoċjata mal-klima, jiffavorixxi l-produzzjoni regolari ta’ nbejjed ħomor ta’ kwalità. Għalhekk, il-bilanċ tajjeb ta’ dawn il-fatturi jiġġenera produzzjoni baxxa tal-pjanta, b’konċentrazzjoni tal-materja prima fil-partijiet kostitwenti kollha tagħha (kwalità tal-għeneb).
L-omoġeneità tal-inbejjed prodotti u l-identità komuni juru karatteristika tipika marbuta maż-żona rikonoxxuta mir-rikonoxximent ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “muniċipali”. Dan huwa r-riżultat tal-interazzjoni partikolari bejn il-fatturi naturali u l-għarfien espert żviluppat, matul iż-żmien, mill-komunità tal-produtturi ta’ din il-muniċipalità.
L-għarfien espert tal-vitikulturist, rifless mill-għażla rigoruża tal-irqajja’ tar-raba’ maħsuba għall-ħsad tal-għeneb, billi jiġi ottimizzat l-esponiment tal-vinji tiegħu, jippermetti li jiġu limitati l-effetti tal-altitudni.
Għalhekk, minkejja l-varjazzjonijiet annwali fil-klima, il-fatturi msemmija hawn fuq flimkien jippermettu li tinkiseb maturità tajba tal-vinja u l-produzzjoni ta’ nbejjed qawwija u konċentrati li għandhom karattru ta’ maturità medja u twila. Il-karatteristiċi ta’ dawn l-inbejjed konċentrati ġew imsaħħa u stabbilizzati b’maturazzjoni li ssir tal-anqas sal-15 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
Il-bilanċ tajjeb ta’ dawn il-fatturi kollha jwassal għall-kisba ta’ nbejjed ħomor b’kulur qawwi, b’riħa rikka u kumplessa, ibbilanċjati, armonjużi u adattati għall-maturazzjoni.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)
Tikkettar ta’ unità ġeografika iżgħar
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
It-tikkettar tal-inbejjed b’Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, sakemm:
|
— |
tkun post irreġistrat; |
|
— |
dan il-post ikun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad. |
Tikkettar ta’ unità ġeografika akbar
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
It-tikkettar tal-inbejjed li jibbenefikaw mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jista’ jispeċifika l-unità ġeografika akbar “Cru des Côtes du Rhône” jew “Vignobles de la Vallée du Rhône”.
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, definita b’deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-inbejjed, tikkonsisti mit-territorju ta’ 36 muniċipalità fid-département tad-Drôme u 48 muniċipalità fid-département ta’ Vaucluse:
|
— |
Id-département tad-Drôme: Aubres, La Baume-de-Transit, Bouchet, Chamaret, Chantemerle-lès-Grignan, Châteauneuf-de-Bordette, Clansayes, Colonzelle, Condorcet, Donzère, La Garde-Adhémar, Les GrangesGontardes, Grignan, Mérindol-les-Oliviers, Mirabel-aux-Baronnies, Mollans-sur-Ouvèze, Montaulieu, Montbrison-sur-Lez, Montségur-surLauzon, Nyons, Le Pègue, Piégon, Les Pilles, Rochegude, Roche-SaintSecret-Béconne, Rousset-les-Vignes, Saint-Maurice-sur-Eygues, SaintPantaléon-les-Vignes, Saint-Paul-Trois-Châteaux, Saint-Restitut, Solérieux, Suze-la-Rousse, Taulignan, Tulette, Valaurie, Venterol ; |
|
— |
Id-département ta’ Vaucluse: Avignon, Beaumes-de-Venise, Bédarrides, Bollène, Buisson, Cairanne, Camaret-sur-Aigues, Caumont-sur-Durance, Châteauneuf-de-Gadagne, Châteauneuf-du-Pape, Courthézon, Faucon, Gigondas, Grillon, Jonquerettes, Jonquières, Lafare, Lagarde-Paréol, Mondragon, Morières-lès-Avignon, Mornas, Orange, Piolenc, Puyméras, Rasteau, Richerenches, Roaix, La Roque-Alric, Sablet, Sainte-Cécile-lesVignes, Saint-Marcellin-lès-Vaison, Saint-Romain-en-Viennois, SaintRoman-de-Malegarde, Saint-Saturnin-lès-Avignon, Sarrians, Séguret, Sérignan-du-Comtat, Sorgues, Suzette, Travaillan, Uchaux, Vacqueyras, Vaison-la-Romaine, Valréas, Vedène, Villedieu, Violès, Visan. |
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-dddce4c8-b45c-443d-9853-598c16610d06