|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2020/C 87/01 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2020/C 87/02 |
||
|
2020/C 87/03 |
||
|
2020/C 87/04 |
||
|
2020/C 87/05 |
||
|
2020/C 87/06 |
||
|
2020/C 87/07 |
||
|
2020/C 87/08 |
||
|
2020/C 87/09 |
||
|
2020/C 87/10 |
||
|
2020/C 87/11 |
||
|
2020/C 87/12 |
||
|
2020/C 87/13 |
||
|
2020/C 87/14 |
||
|
2020/C 87/15 |
||
|
2020/C 87/16 |
||
|
2020/C 87/17 |
||
|
2020/C 87/18 |
||
|
2020/C 87/19 |
||
|
2020/C 87/20 |
||
|
2020/C 87/21 |
||
|
2020/C 87/22 |
||
|
2020/C 87/23 |
||
|
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
|
2020/C 87/24 |
||
|
2020/C 87/25 |
Kawża T-873/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2019 – Multi-Service vs Il-Kummissjoni |
|
|
2020/C 87/26 |
Kawża T-881/19: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2019 – GABO:mi vs Il-Kummissjoni |
|
|
2020/C 87/27 |
||
|
2020/C 87/28 |
||
|
2020/C 87/29 |
||
|
2020/C 87/30 |
Kawża T-43/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2020 – AV u AW vs Il-Parlament |
|
|
2020/C 87/31 |
||
|
2020/C 87/32 |
||
|
2020/C 87/33 |
Kawża T-51/20: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2020 – Mélin vs Il-Parlament |
|
|
2020/C 87/34 |
||
|
2020/C 87/35 |
||
|
2020/C 87/36 |
Kawża T-61/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2020 – Sonova vs EUIPO – Digitmarket (B-Direct) |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2020/C 87/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Potenza (l-Italja) fis-26 ta’ Lulju 2019 – OM vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca et
(Kawża C-569/19)
(2020/C 87/02)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Potenza
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: OM
Konvenuti: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei Ministri
B’digriet tas-7 ta’ Novembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) ddikjarat it-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Potenza bħala manifestament inammissibbli.
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Novembru 2019 – XY vs KLM Cityhopper BV
(Kawża C-829/19)
(2020/C 87/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: XY
Konvenuta: KLM Cityhopper BV
Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Jannar 2020.
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Gera (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Novembru 2019 – Toropet Ltd. vs Landkreis Greiz
(Kawża C-836/19)
(2020/C 87/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Gera
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Toropet Ltd.
Konvenut: Landkreis Greiz
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 10(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kategorizzazzjoni inizjali bħala materjal tal-kategorija 3 tintilef meta dan il-materjal ma jibqax xieraq għall-konsum mill-bniedem minħabba dekompożizzjoni jew ta’ deterjorament? |
|
2) |
L-Artikolu 10(f) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kategorizzazzjoni inizjali bħala materjal tal-kategorija 3 għal prodotti li joriġinaw mill-annimali jew għal ikel li jinkludi tali prodotti tintilef meta l-proċessi ta’ dekompożizzjoni jew ta’ deterjorament sussegwenti ta’ dan il-materjal ikunu ta’ riskju għas-saħħa pubblika jew tal-annimali? |
|
3) |
Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 9(d) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv fis-sens li l-materjal li tħallat ma’ korpi estranji bħal serratura għandu jiġi kkategorizzat bħala materjal tal-kategorija 2 biss jekk ikun materjal li għandu jiġi pproċessat u li huwa intiż għall-għalf tal-annimali? |
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Köln (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Novembru 2019 – Vodafone GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-854/19)
(2020/C 87/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vodafone GmbH
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Domandi preliminari
|
1. |
|
|
2. |
|
|
3. |
|
|
4) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-punti (a) jew (c) tat-tieni domanda u ta’ risposta fin-negattiv għall-punti (a) jew (b) tat-tielet domanda: F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6a(1) tar-Regolament Nru 531/2012, flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 2016/2286 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prezz bl-imnut domestiku ġenerali tat-tariffa ta’ komunikazzjoni mobbli għandu jintuża wkoll għall-kalkolu tal-volum li għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-klijent tar-roaming fil-kuntest ta’ politika ta’ użu ġust (“Fair Use Policy”) li tirrigwarda unikament l-għażla ta’ tariffa? |
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-28 ta’ Novembru 2019 – L vs Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A.U.
(Kawża C-869/19)
(2020/C 87/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: L
Konvenut: Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A.U.
Domanda preliminari
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13/KEE (1), jipprekludi l-applikazzjoni tal-prinċipji proċedurali li huma l-prinċipju dispożittiv, il-prinċipju ta’ kongruwenza u l-projbizzjoni tar-reformatio in peius, li jipprekludu lill-qorti adita bl-appell ippreżentat mill-bank kontra sentenza li tillimita ratione temporis il-ħlas lura tas-somom imħallsa indebitament mill-konsumatur abbażi ta’ “klawżola ta’ limitu minimu” ddikjarata nulla, tordna l-ħlas lura totali tas-somom imsemmija u b’dan il-mod tpoġġi fi żvantaġġ lill-appellant minħabba li din il-limitazzjoni ma ġietx ikkontestata mill-konsumatur?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Schleswig-Holsteinischen Verwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Novembru 2019 – Deutsche Umwelthilfe eV vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-873/19)
(2020/C 87/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Schleswig-Holsteinisches Verwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deutsche Umwelthilfe eV
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Parti oħra fil-proċedura: Volkswagen AG
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, konkluża f’Aarhus (id-Danimarka) fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (1), moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li assoċjazzjonijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent għandhom, bħala prinċipju, ikunu jistgħu jikkontestaw quddiem il-qrati deċiżjoni amministrattiva li tawtorizza – eventwalment bi ksur tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (2) – il-manifattura ta’ vetturi għal passiġġieri b’mutur tad-diesel li għandhom tagħmir ta’ manipulazzjoni? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:
|
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2019 – VZ et vs Eurowings GmbH
(Kawża C-880/19)
(2020/C 87/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VZ et
Konvenuta: Eurowings GmbH
Domandi preliminari
|
1) |
Il-punt (iii) tal-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rotta differenti msemmija f’din id-dispożizzjoni, li tippermetti lill-passiġġier jitlaq mhux iktar minn siegħa qabel it-tluq skedat, għandha ssir mill-istess ajruport tat-titjira bbukkjata jew inkella tista’ ssir minn ajruport ieħor? |
|
2) |
Fil-każ li jkun possibbli wkoll tluq minn ajruport ieħor, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni biss il-fatt li t-tluq seħħ mhux iktar minn siegħa qabel it-tluq skedat, irrispettivament mid-distanza li jivvjaġġa l-passiġġier sal-ajruport, jew id-differenza fil-ħin għandha tiġi kkalkolata b’teħid inkunsiderazzjoni tal-vjaġġ tal-passiġġier lejn l-ajruport? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fit-3 ta’ Diċembru 2019 – Sumal, S.L. vs Mercedes Benz Trucks España, S.L.
(Kawża C-882/19)
(2020/C 87/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sumal, S.L.
Konvenuta: Mercedes Benz Trucks España, S.L.
Domandi preliminari
|
1) |
It-teorija tal-unità ekonomika li tirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea stess, tiġġustifika l-estensjoni tar-responsabbiltà tal-kumpannija omm lis-sussidjarja jew tali teorija tapplika biss sabiex testendi r-responsabbiltà tas-sussidjarji lill-kumpannija omm? |
|
2) |
Għall-estensjoni tal-kunċett ta’ unità ekonomika fil-qasam tar-relazzjonijiet intragrupp għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni esklużivament fatturi ta’ kontroll jew huwa wkoll possibbli li din l-estensjoni tkun ibbażata fuq kriterji oħra, b’mod partikolari l-fatt li s-sussidjarja setgħet tibbenefika mill-atti li jikkostitwixxu l-ksur? |
|
3) |
Fl-ipoteżi fejn ikun possibbli li tiġi estiża r-responsabbiltà tal-kumpannija omm lis-sussidjarja, għal liema kundizzjonijiet hija suġġetta din il-possibbiltà? |
|
4) |
Fl-ipoteżi fejn ir-risposta għad-domandi preċedenti tkun favorevoli għar-rikonoxximent tal-estensjoni tar-responsabbiltà lis-sussidjarji għal atti mwettqa mill-kumpanniji omm, leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 61(2) tal-Ley de Defensa de la Competencia (Il-Liġi ta’ Protezzjoni tal-Kompetizzjoni) li tipprevedi biss il-possibbiltà ta’ estensjoni tar-responsabbiltà tas-sussidjarja lill-kumpannija omm u dan dejjem sakemm tkun teżisti sitwazzjoni ta’ kontroll tal-kumpannija omm fuq is-sussidjarja, hija kompatibbli ma’ din il-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni Ewropea? |
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Diċembru 2019 – CF, DN vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-901/19)
(2020/C 87/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CF, DN
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 15(c) u l-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (1) jipprekludu l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprovdi li ma jistax ikun hemm theddid serju u individwali għall-ħajja jew għall-persuna ta’ persuna ċivili minħabba vjolenza nondiskriminatorja f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat (fis-sens li persuna ċivili taffaċċja, unikament minħabba l-preżenza tagħha fit-territorju kkonċernat, minn riskju veru li ġġarrab tali theddid), fil-każijiet fejn din il-persuna ċivili ma tkunx ikkonċernata speċifikament minħabba ċirkustanzi inerenti għas-sitwazzjoni personali tagħha, ħlief jekk ikun ġie kkonstatat li numru minimu ta’ vittmi ċivili (mejta jew midrubin) kien diġà ġie stabbilit? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: l-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk theddid f’dan is-sens iseħħx għandha tkun ibbażata fuq teħid inkunsiderazzjoni globali taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ? Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv, liema rekwiżiti oħra tad-dritt tal-Unjoni japplikaw għal din l-evalwazzjoni? |
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Diċembru 2019 – Q-GmbH vs Finanzamt Z
(Kawża C-907/19)
(2020/C 87/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Q-GmbH
Konvenut: Finanzamt Z
Domanda preliminari
Jeżisti servizz li jagħmel parti mill-operazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni, ipprovdut b’eżenzjoni mit-taxxa mis-sensara tal-assigurazzjoni u mill-aġenti tal-assigurazzjoni fis-sens tal-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), fil-każ fejn persuna taxxabbli li teżerċita attività ta’ intermedjarju għal kumpannija ta’ assigurazzjoni tipprovdi wkoll lil din tal-aħħar il-prodott ta’ assigurazzjoni medjat?
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Ministero della Giustizia, irrappreżentat mill-Ministru attwalment responsabbli vs GN
(Kawża C-914/19)
(2020/C 87/12)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ministero della Giustizia, irrappreżentat mill-Ministru attwalment responsabbli
Konvenut: GN
Partijiet intervenjenti: HM, JL, JJ
Domanda preliminari
L-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 10 TFEU u l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), sa fejn jipprojbixxu diskriminazzjoni bbażata fuq l-età għall-aċċess għall-impjieg, jipprekludu lil Stat Membru milli jkun jista’ jimponi limitu ta’ età għall-aċċess tal-professjoni ta’ nutar?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fis-16 ta’ Diċembru 2019 – Proċeduri kriminali kontra X.Y.
(Kawża C-919/19)
(2020/C 87/13)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Najvyšší súd Slovenskej republiky
Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali
Generálna prokuratúra Slovenskej republiky, X.Y.
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kriterji li huwa jistabbilixxi ma jkunux issodisfatti ħlief jekk il-persuna kkundannata jkollha, fl-Istat Membru li tiegħu tkun ċittadina, rabtiet familjari, soċjali, professjonali jew oħrajn li jippermettu li jiġi preżunt b’mod raġonevoli li l-infurzar tal-kundanna f’dan l-Istat Membru jista’ jiffaċilita r-riabilitazzjoni soċjali tagħha u li jipprekludi, għaldaqstant, leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 4(1)(a) tal-Liġi Nru 549/2011 (kif kienet fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2019) li f’tali każijiet tippermetti r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenza biss abbażi ta’ residenza abitwali formali, irreġistrata fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni l-kwistjoni dwar jekk il-persuna kkundannata għandhiex rabtiet konkreti f’dan l-Istat tal-aħħar li jippermettulha żżid il-possibbiltà tagħha ta’ riabilitazzjoni soċjali? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 4(2) tad-deċiżjoni qafas għandu jiġi interpretat fis-sens li, anki fis-sitwazzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandha, qabel ma tibgħat is-sentenza u ċ-ċertifikat, tkun ċerta li l-infurzar tal-kundanna mill-Istat ta’ eżekuzzjoni jkun ser jikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi ffaċilitata r-riabilitazzjoni soċjali tal-persuna kkundannata u li hija għandha tindika wkoll, fil-punt 4 tat-taqsima (d) taċ-ċertifikat, l-informazzjoni miġbura f’dan ir-rigward, b’mod partikolari meta l-persuna kkundannata tallega, fl-osservazzjonijiet tagħha previsti fl-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni Qafas, li għandha rabtiet familjari, soċjali jew professjonali konkreti f’dan l-Istat Membru? |
|
3) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 9(1)(b) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm raġuni għal nuqqas ta’ rikonoxximent u nuqqas ta’ infurzar ta’ sentenza anki meta, fis-sitwazzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni Qafas, l-eżistenza ta’ rabtiet familjari, soċjali, professjonali jew oħrajn, li jippermettu li jiġi preżunt b’mod raġonevoli li l-infurzar tal-kundanna fl-Istat tal-eżekuzzjoni jista’ jiffaċilita r-riabilitazzjoni soċjali tal-persuna kkundannata, ma tiġix ipprovata minkejja l-konsultazzjoni mwettqa b’applikazzjoni tal-paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu u t-trażmissjoni potenzjali ta’ informazzjoni oħra neċessarja? |
(1) ĠU 2008, L 327, p. 27, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 (ĠU 2009, L 81, p. 24).
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fl-20 ta’ Diċembru 2019 – Titanium Ltd
(Kawża C-931/19)
(2020/C 87/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Titanium Ltd
Awtorità konvenuta: Finanzamt Wien 1/23
Domanda preliminari (1)
Il-kunċett ta’ “stabbiliment permanenti” għandu jiġi interpretat fis-sens li tali stabbiliment għandu dejjem ikollu riżorsi umani u tekniċi u li, għaldaqstant, il-fornitur ta’ servizz għandu neċessarjament ikollu, f’dan l-istabbiliment, persunal proprju tiegħu, jew inkella, fil-każ speċifiku tal-kiri taxxabbli ta’ proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju nazzjonali, li jikkostitwixxi biss provvista passiva li permezz tagħha l-fornitur jawtorizza lil terz jagħmel xi ħaġa li huwa ma jkunx jista’ jagħmel mingħajr din l-awtorizzazzjoni (Duldungsleistung), din il-proprjetà immobbli tista’ titqies bħala “stabbiliment permanenti” anki fl-assenza ta’ riżorsi umani?
(1) dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60), kif emendata bid-Direttiva 2008/8/KE (ĠU 2008, L 44, p. 11) kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE (ĠU 2011, L 77, p. 1).
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/11 |
Appell ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2019 minn Autostrada Wielkopolska S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-24 ta’ Ottubru 2019 fil-Kawża T-778/17, Autostrada Wielkopolska S.A. vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-933/19 P)
(2020/C 87/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Autostrada Wielkopolska S.A. (rappreżentanti: O. Geiss, Rechtsanwalt, T. Siakka, dikigoros)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza kkontestata; |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/556 tal-25 ta’ Awwissu 2017 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.35356 (2013/C) (l-ex 2013/NN, l-ex 2012/N) implimentata mill-Polonja għal Autostrada Wielkopolska S.A. jew, sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali; |
|
— |
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura tal-appell u tal-proċedura fil-kawża T-778/17 quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-erba’ aggravji li ġejjin:
L-ewwel aggravju : il-Qorti Ġenerali manifestement wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet l-ewwel motiv imqajjem mir-rikorrenti f’dik il-kawża, għaliex wara li kkonstatat ġustament li l-Kummissjoni kien imissha tat lir-rikorrenti l-possibbiltà li terġa’ tippreżenta osservazzjonijiet matul il-fażi amministrattiva tal-proċedura (konstatazzjoni li ma hijiex ikkontestata fil-kuntest ta’ dan l-appell), hija applikat kriterju legali żbaljat (li jeżiġi li jkun stabbilit effett potenzjali fuq id-deċiżjoni), żnaturat il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata u ma mmotivatx b’mod suffiċjenti l-konstatazzjoni li l-kriterju (legalment żbaljat) ma kienx issodisfatt.
It-tieni aggravju : l-iżbalji ta’ liġi manifesti tal-Qorti Ġenerali jinkludu n-nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjoni mill-Kummissjoni tal-kriterju tal-investitur privat fid-dawl tal-kriterju legali rilevanti, bi ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, li eċċediet is-setgħat ta’ stħarriġ tagħha billi ssostitwixxiet il-motivazzjoni tagħha għal dik tad-deċiżjoni kkontestata, li qalbet l-oneru tal-prova, nuqqas ta’ motivazzjoni adegwata, żnaturament tal-provi, nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar il-prova (dwar il-konstatazzjonijiet rispettivi tagħha u l-obbligu tagħha li teżamina l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fid-dawl tal-kriterji legali applikabbli) u ksur tal-prinċipju fundamentali ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni. Speċifikament, l-iżbalji jirrigwardaw il-konstatazzjoni li l-Kummissjoni ma kinitx obbligata tieħu inkunsiderazzjoni u tevalwa l-bidliet fir-riskji tal-inflazzjoni u r-rata tal-kambju, il-fatt li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq il-liġi tat-28 ta’ Lulju 2005 bħala limitazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat, il-konstatazzjoni li l-Kummissjoni ma kellhiex l-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni u tevalwa r-riskji ta’ terminazzjoni u ta’ kontenzjuż kif ukoll żbalji dwar l-evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali tat-tielet element tal-premessa 152.
It-tielet aggravju : billi ċaħdet it-tieni parti tat-tieni motiv, il-Qorti Ġenerali manifestement wettqet żball ta’ liġi b’applikazzjoni ħażina tal-kriterji applikabbli, billi ssostitwixxiet illegalment il-motivazzjoni tagħha għal dik tal-Kummissjoni, qalbet l-oneru tal-prova, naqset milli tipprovdi motivazzjoni u naqset milli tosserva r-regoli dwar il-provi.
Ir-raba’ aggravju : billi ċaħdet l-ewwel parti tal-ħames motiv, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi bl-iżnaturament tas-sens evidenti tal-provi u n-nuqqas ta’ motivazzjoni.
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/12 |
Appell ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2019 minn Algebris (UK) Ltd, Anchorage Capital Group LLC mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (it-Tmien Awla) fl-10 ta’ Ottubru 2019 fil-Kawża T-2/19, Algebris (UK) and Anchorage Capital Group vs SRB
(Kawża C-934/19 P)
(2020/C 87/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Algebris (UK) Ltd, Anchorage Capital Group LLC (rappreżentanti: T. Soames, avocat, N. Chesaites, advocaat, R. East, Solicitor, D. Mackersie, Barrister)
Parti oħra fil-proċedura: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (“SRB”)
Talbiet
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla l-punt 1) tad-dispożittiv tad-digriet appellat; |
|
— |
tannulla l-punt 2) tad-dispożittiv tad-digriet appellat u tikkundanna lis-SRB jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti mill-appellanti fil-proċeduri fl-ewwel istanza u f’dan l-appell; u |
|
— |
tagħti lill-appellanti locus standi sabiex jiksbu l-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jissottomettu li meta ddeċidiet li l-appellanti ma kinux direttament ikkonċernati, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat b’mod żbaljat l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(11) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (1), kif ukoll kisret id-dritt ta’ proprjetà tal-appellanti.
L-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali wasslitha sabiex tikkonkludi b’mod żbaljat li, f’ċirklustanzi bħal dak inkwistjoni f’din il-kawża: (1) il-persuni esproprjati bħalll-appellanti jkollhom locus standi biss sabiex jikkontestaw id-deċiżjoni li ma titwettaqx valutazzjoni ex post definittiva jekk jistgħu jiksbu kumpens skont it-tieni subparagrafu (b) tal-Artikolu 20(11), it-tieni subparagrafu (b) tar-Regolament Nru 806/2014; (2) kumpens huwa dovut biss skont it-tieni subparagrafu (b) tal-Artikolu 20(11) tar-Regolament Nru 806/2014 meta d-dispożittiv ta’ riżoluzzjoni applikat jagħmel użu jew l-għodda ta’ rikapitalizzazzjoni interna taħt l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 806/2014, jew l-għodda ta’ istituzzjoni tranżitorja tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 806/2014, jew l-għodda ta’ separazzjoni tal-assi taħt l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 806/2014; (3) għaldaqstant il-kredituri (u l-azzjonisti) ma għandhomx locus standi. Konsegwentement, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża preżenti, fejn jidher diffiċli li wieħed jipprevedi li xi ħadd għajr l-azzjonisti jew il-kredituri esproprjati seta’ jkollu locus standi sabiex jikkontesta d-deċiżjoni tal-Bord sabiex ma titwettaqx valutazzjoni ex post definittiva, is-SRB jista’ jkun awtorizzat li jibbaża ruħu fuq valutazzjonijiet li fihom żbalji serji u li ma huma xejn affidabbli. Id-deċiżjoni li ma titwettaqx valutazzjoni ex post definittiva tikkonċerna direttament lill-appellanti, peress li huwa probabbli ħafna li valutazzjoni 1 u 2 ex post definittiva tkun tikkonferma li l-bank ġie vvalutat b’mod żbaljat, li jirrikjedi li s-SRB tikkunsidra l-kwistjoni dwar jekk għandux jikkumpensa lill-appellanti permezz ta’ rkupru tal-pretensjonijiet tal-kredituri u/jew permezz ta’ żieda fil-korrispettiv imħallas minn Santander skont l-Artikolu 20(12) tar-Regolament Nru 806/2014. Jekk, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu, is-SRB iddeċieda li ma jikkumpensax lill-appellanti, dik id-deċiżjoni tkun suġġetta wkoll li tiġi kkontestata u li tkun is-suġġett ta’ azzjoni għad-danni.
L-interpretazzjoni tal-Artikolu 20(11), magħmula mill-Qorti Ġenerali tikser ukoll id-dritt tal-propjetà, sanċit fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għaliex valutazzjoni ex post definittiva hija neċessarja sabiex tiżgura li: 1) l-esproprjazzjoni tal-obbligazzjonijiet AT1 u T2 tal-appellanti twettqet taħt il-kundizzjonijiet previsti mil-liġi, u 2) jitħallas kumpens ekwu, jiġifieri permezz ta’ determinazzjoni tal-valur tal-Bank ibbażata fuq valutazzjoni ex post definittva.
2. Bit-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li, fi kwalunkwe każ, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-appellanti ma kellhomx id-dritt li jiksbu kumpens taħt l-Artikolu 20(12)(a) tar-Regolament Nru 806/2014, u b’hekk interpretat b’mod żbaljat din id-dispożizzjoni u kisret il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.
L-applikanti jissottomettu li, fil-kuntest ta’ riżoluzzjoni bankarja, l-Artikolu 20 (12)(a) għandu jinkludi ċirkustanzi fejn l-istrumenti kapitali rilevanti (jiġifieri l-obbligazzjonijiet AT 1 u T2), kemm jekk ikunu ġew iddeprezzati b’100 % (bħal f’dan il-każ) kemm jekk ġew iddeprezzati taħt l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 806/2014 jew taħt l-għodda ta’ rikapitalizazzjoni interna, għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, dan l-approċċ huwa konsistenti mal-fatt li 100 % “rikapitalizazzjoni interna” u 100 % “deprezzament”/“konverżjoni” ta’ obbligazzjonijiet AT1 u T2 huma effettivament u essenzjalment l-istess ħaġa (bl-istess effetti ekonomiċi), billi t-tnejn li huma jnaqqsu d-dejn li l-bank għandu lill-kredituri tiegħu, jew jikkonertuhom f’ishma. It-tieni nett, ikun diskriminatorju u paradossali għall-kredituri jew l-azzjonisti li l-istrumenti tagħhom ta’ dejn kienu kkonvertiti skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 806/2014 ma jistgħux jiksbu kumpens, waqt li dawk suġġetti għal rikapitalizzazzjonmi interna taħt l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 806/2014 jistgħu jiksbu kumpens, billi: 1) il-mekkaniżmu legali u l-effett prattiku ta’ deprezzament u konverżjoni taħt l-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 806/2014 u dak ta’ rikapitalizzazzjonmi interna taħt l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 806/2014 huma l-istess, u 2) iż-żewġ miżuri kienu bbażati fuq l-istess valutazzjoni proviżorja.
(1) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/13 |
Appell ippreżentat fit-23 ta Diċembru 2019 minn Carmen Liaño Reig mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-24 ta’ Ottubru 2019 fil-Kawża T-557/17, Liaño Reig vs SRB
(Kawża C-947/19 P)
(2020/C 87/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Carmen Liaño Reig (rappreżentant: F. López Antón, abogado)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tilqa’ dan l-appell u tannulla d-digriet tal-24 ta’ Ottubru 2019, Liaño Reig vs SRB (T-557/17, mhux ippubblikat, EU:T:2019:771) fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta’ inammissibbiltà tar-rikors ippreżentat mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali u tal-impożizzjoni fuq ir-rikorrenti tal-ispejjeż tas-SRB fil-punti (1) u (3), rispettivament, tad-dispożittiv tad-digriet; |
|
— |
skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tiddeċiedi b’mod definittiv it-tilwima suġġett tar-rikors ippreżentat mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kawża msemmija iktar ’il fuq, u tilqa’ t-talbiet kollha tagħha esposti fir-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali, jekk tqis li din it-tilwima qiegħda fi stat li tiġi deċiża jew, jekk le, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni, u tirriżerva d-deċiżjoni fuq l-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
A) Dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tar-rikors ibbażata fuq il-kunsiderazzjoni tal-Qorti Ġenerali li l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni mitlub mir-rikorrenti ma jistax jiġi sseparat mill-kumplament tal-elementi tad-dispożittiv tar-riżoluzzjoni mingħajr ma tiġi affettwata s-sustanza tad-Deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni.
|
1. |
L-argument invokat fil-punt 40 tad-digriet ikkontestat huwa vvizzjat b’nuqqas ta’ motivazzjoni. |
|
2. |
Il-konstatazzjoni invokata fil-punt 40 tad-digriet ikkontestat hija żbaljata u infondata għaliex ma tiħux inkunsiderazzjoni tad-data dwar l-ammonti tal-istrumenti finanzjarji tal-kategorija 2 li għalihom jirreferi l-Artikolu 6(1)(d) tad-Deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni u mibdula f’azzjonijiet ta’ Banco Popular. |
|
3. |
Id-digriet ikkontestat ma jiħux inkunsiderazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-fatt li l-modifika tas-sustanza tal-att għandha tiġi evalwata abbażi ta’ kriterju oġġettiv. |
|
4. |
Il-punti 30 u 35 tad-digriet ikkontestat huma vvizzjati b’nuqqas ta’ motivazzjoni dwar l-allegata neċessità ta’ konverżjoni tal-istrumenti finanzjarji kollha tal-kategorija 2 bħala prerekwiżit meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-għodda ta’ riżoluzzjoni li tikkonsisti fil-bejgħ tan-negozju. |
|
5. |
Id-digriet ikkontestat jagħmel żball ta’ liġi meta jibbaża fuq l-offerta ta’ xiri ppreżentata minn Banco de Santander, li ma tagħmilx parti mid-dokumenti fil-proċess. |
|
6. |
Id-digriet ikkontestat għandu żball ta’ liġi għaliex ma jiħux inkunsiderazzjoni, fil-punti 31 u 32 tiegħu, l-allegazzjonijiet tar-rikorrenti dwar l-effiċjenza tal-valutazzjoni 2 u ma jivvalutax id-dokumenti fil-proċess li jakkreditaw dawn l-allegazzjonijiet. |
|
7. |
Il-punt 42 tad-digriet ikkontestat għandu żball ta’ liġi għal nuqqas ta’ motivazzjoni. |
|
8. |
Id-digriet ikkontestat jinjora l-allegazzjoni tar-rikorrenti dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 21(1)(c) tar-Regolament Nru 806/2014 dwar l-osservanza tar-rekwiżit ta’ separabbiltà, u għalhekk il-motivazzjoni fil-punt 42 tad-digriet ikkontestat hija żbaljata. |
B) Dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tar-rikors ibbażata fuq il-fatt li d-digriet ikkontestat iqis li l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni mitlub mir-rikorrenti huwa kuntrarju għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn kredituri tal-istess kategorija.
|
9. |
Id-digriet ikkontestat fil-punti 48 u 51 għandu żball ta’ evalwazzjoni tal-allegazzjonijiet magħmula mir-rikorrenti. |
|
10. |
Il-punti 45 u 46 tad-digriet ikkontestat għandhom żball ta’ liġi għaliex japplikaw indebitament fir-rigward tal-Bonds BPEF il-prinċipju ġenerali ta’ riżoluzzjoni stabbilit fl-Artikolu 15(1)(f) tar-Regolament. |
|
11. |
Id-digriet fil-punti 44 sa 46 u 51 għandu żball ta’ liġi għaliex japplika b’mod żbaljat fir-rigward tal-Bonds BPEF il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u għandu barra minn hekk motivazzjoni żbaljata. |
C) Dwar l-inammissibbiltà tat-talba għall-annullament tal-valutazzjonijiet 1 u 2
|
12. |
Id-digriet ikkontestat (fil-punt 55) jimmotiva l-inammissibbiltà tat-talba għall-annullament tal-valutazzjonijiet 1 u 2 biss fuq l-inammissibbiltà tat-talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni magħmula mir-rikorrenti. |
D) Dwar l-inammissibbiltà tat-talba għal kumpens
|
13. |
Id-digriet ikkontestat (fil-punt 66) jimmotiva l-inammissibbiltà tat-talba għal kumpens magħmula mir-rikorrenti biss fuq l-inammissibbiltà tat-talba għall-annullament tal-konverżjoni tal-Bonds BPEF f’azzjonijiet ta’ Banco Popular. |
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Ringkonnakohus (l-Estonja) fis-7 ta’ Jannar 2020 – Sotsiaalministeerium vs Innove SA
(Kawża C-6/20)
(2020/C 87/18)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Tallinna Ringkonnakohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Sotsiaalministeerium
Konvenuta: Innove SA
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikoli 2 u 46 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 41(3) tar-Riigihangete seadus (RHS) (il-Liġi dwar il-Kuntratti Pubbliċi), li permezz tagħha, meta l-liġi tistabbilixxi rekwiżiti legali speċifiċi għall-attivitajiet li għandhom jitwettqu fuq il-bażi ta’ kuntratt pubbliku, l-awtorità kontraenti għandha tindika fl-avviż ta’ sejħa għal offerti liema reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni għall-operat huma meħtieġa sabiex l-offerent jitqies ikkwalifikat u għandha tirrikjedi, sabiex tiġi vverifikata il-konformità mar-rekwiżiti legali speċifiċi fl-avviż ta’ sejħa għal offerta, il-produzzjoni ta’ prova tal-awtorizzazzjoni għall-operat jew tar-reġistrazzjoni u, jekk l-offerent ma jkollux l-awtorizzazzjoni għall-operat jew ir-reġistrazzjoni rilevanti, trid tiċħad l-offerent peress li ma huwiex ikkwalifikat? |
|
2) |
L-Artikoli 2 u 46 tad-Direttiva 2004/18 meta kkunsidrati flimkien, għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu l-awtorità kontraenti, fil-każ ta’ kuntratt pubbliku għall-provvista ta’ għajnuna ta’ ikel li taqbeż il-limitu internazzjonali, milli tistabbilixxi kriterju ta’ għażla għall-offerenti li jeħtieġ li l-offerenti kollha, irrispettivament mill-post tal-attività preċedenti tagħhom, li jkollhom, fil-mument li tiġi ppreżentata l-offerta, awtorizzazzjoni għall-operat jew reġistrazzjoni fil-pajjiż li fih tingħata l-għajnuna ta’ ikel alimentari, anki jekk l-offerent ma kienx attiv preċedentement f’dak l-Istat Membru? |
|
3) |
Fil-każ li d-domanda preċedenti tingħata risposta fl-affermattiv:
|
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Schleswig-Holsteinischen Verwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Jannar 2020 – L.R. vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-8/20)
(2020/C 87/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Schleswig-Holsteinisches Verwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: L.R.
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Domanda preliminari
Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tista’ tiġi miċħuda bħala applikazzjoni sussegwenti li hija inammissibbli, hija kompatibbli mal-Artikolu 33(2)(d) u mal-Artikolu 2(q) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (1), jekk l-ewwel proċedura għal ażil li tkun ġiet miċħuda tkun saret mhux fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, iżda fin-Norveġja?
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Bruxelles (il-Bejġju) fl-14 ta’ Jannar 2020 – Top System SA vs L-Istat Belġjan
(Kawża C-13/20)
(2020/C 87/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellanti: Top System SA
Appellat: L-Istat Belġjan
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE tal-14 ta’ Mejju 1991 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lix-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter jiddekumpila l-programm kompletament jew parzjalment meta din id-dekumpilazzjoni tkun neċessarja sabiex huwa jkun jista’ jikkoreġi żbalji li jaffettwaw il-funzjonament tal-imsemmi programm, inkluż meta l-korrezzjoni tikkonsisti fid-diżattivazzjoni ta’ funzjoni li taffettwa l-funzjonament tajjeb tal-applikazzjoni li minnha jagħmel parti dan il-programm? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, għandhom barra minn hekk jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva jew kundizzjonijiet oħra? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 114.
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/16 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja
(Kawża C-22/20)
(2020/C 87/21)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve, C. Hermes, E. Ljung Rasmussen u K. Simonsson, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tikkonstata li, billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja sabiex tevalwa l-eżattezza tal-allegazzjonijiet li l-agglomerazzjonijiet ta’ Habo u ta’ Töreboda jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi (1), ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
— |
tikkonstata li, billi ma żgurax li, qabel ma jiġi skarikat, l-ilma urban mormi provenjenti mill-agglomerazzjonijiet ta’ Lycksele, ta’ Malå, ta’ Mockfjärd, ta’ Pajala, ta’ Robertsfors u ta’ Tänndalen jkun suġġett għal trattament sekondarju jew għal trattament ekwivalenti, konformement mar-rekwiżiti tad-Direttiva 91/271/KEE, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, moqri mal-Artikoli 10 u 15 tagħha; |
|
— |
tikkonstata li, billi ma żgurax li, qabel ma jiġi skarikat, l-ilma urban mormi provenjenti minn agglomerazzjonijiet ta’ Borås, ta’ Skoghall, ta’ Habo u ta’ Töreboda jkun suġġett għal trattament iktar strett minn dak deskritt fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271/KEE u dan konformement mar-rekwiżiti tiegħu, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikou 5 ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Artikoli 10 u 15 tiegħu; |
|
— |
tikkundanna lir-Renju tal-Isvezja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
|
— |
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/271/KEE jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ilma urban mormi provenjenti minn agglomerazzjoniijet ta’ ċertu daqs ikun suġġett għal trattament sekondarju jew għal trattament ekwivalenti qabel ma jiġi skarikat. |
|
— |
Skont l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-ilma urban mormi provenjenti minn agglomerazzjoniijet ta’ ċertu daqs ikun suġġett għal trattament iktar strett minn dak li huwa deskritt fl-Artikolu 4 qabel ma jiġi skarikat f’żoni sensittivi. |
|
— |
L-Artikolu 4(3) tad-Direttiva, moqri flimkien mal-punt B.2 u t-Tabella 1 tal-Anness 1 – kif ukoll l-Artikolu 5(3) tiegħu, moqri flimkien mal-punt B.3 u t-Tabella 2 tal-Anness I, meta l-ilma urban mormi li jkun ġie skarikat provenjenti minn agglomerazzjonijiet li għandhom ekwivalenti ta’ popolazzjoni ta’ iktar minn 10 000 – jistabbilixxi l-kriterji dwar l-iskariki ta’ ilma mormi ttrattat (iktar ’il quddiem il-“kriterji dwar l-iskariki”). Għal dak li huwa rilevanti f’dan il-każ, dawn il-kriterji jiffissaw valuri-limitu tal-konċentrazzjoni tat-talba bijokimika f’ossiġenu (TBO), tat-talba kimika f’ossiġenu (TKO) kif ukoll skarikar ta’ nitroġenu. |
|
— |
L-Artikolu 15 tad-Direttiva, moqri flimkien mal-punt D tal-Anness I jistabbilixxi r-rekwiżiti fil-qasam ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni tal-osservanza ta’ kriterji relatati mal-iskariki. Dawn ir-rekwiżiti jippreċiżaw in-numru u frekwenzi annwali ta’ ġbir ta’ kampjuni (iktar ’il quddiem ir-“rekwiżiti fil-qasam ta’ kontroll”). |
|
— |
L-Artikolu 10 tad-Direttiva jindika r-rekwiżiti fil-qasam ta’ ppjanar, ta’ bini, ta’ tħaddim u ta’ żamma ta’ impjanti tat-trattament mibnija sabiex jissodisfaw il-kriterji dwar l-iskariki. |
|
— |
Wara evalwazzjoni ta’ informazzjoni kkomunikata mill-Isvezja, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, f’dak li jikkonċerna sitt agglomerazzjonijiet, l-Isvezja ma tikkonformax mal-kriterji tal-Artikolu 4 tad-Direttiva, moqri mal-Artikoli 10 u 15 tagħha, peress li ma tissodisfax il-kriterji dwar l-iskariki u/jew ir-rekwiżiti fil-qasam ta’ kontroll. |
|
— |
Wara evalwazzjoni tal-informazzjoni kkomunikata mill-Isvezja, il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li, f’dak li jikkonċerna erba’ agglomerazzjoniiet oħra, l-Isvezja ma tikkonformax ruħha mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva, moqri flimkien mal-Artikoli 10 u 15 tagħha, peress li ma tissodisfax ir-rekwiżiti relatati mal-iskariki. |
|
— |
L-Isvezja tafferma li, f’dak li jikkonċerna tnejn minn dawn l-agglomerazzjoniijet, huma ssodisfatti r-rekwiżiti relatati mal-iskariki ta’ nitroġenu permezz ta’ ritenzjoni naturali. Iżda l-Isvezja ma kkomunikatx lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja sabiex tevalwa l-eżattezza tal-allegazzjonijiet tal-Isvezja dwar l-importanza tar-ritenzjoni naturali u dwar l-osservanza tar-rekwiżiti tad-Direttiva fil-qasam ta’ eliminazzjoni tan-nitroġenu fuq dan il-bażi. Il-Kummissjoni għalhekk hija tal-fehma li l-Isvezja kisret il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE. |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26.
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/18 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-51/20)
(2020/C 87/22)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u B. Stromsky)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tiddikjara li, billi naqset milli tieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex teżegwixxi s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża C-481/16 Il-Kummissjoni vs Il-Greċja EU:C:2017:845, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha riżultanti minn dik is-sentenza u l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFEU, |
|
— |
tordna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 26 697,89 għal kull jum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża C-481/16, għall-perijodu mid-data li fiha tingħata s-sentenza fil-kawża preżenti sad-data li fiha s-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2017 tkun ġiet totalment eżegwita, |
|
— |
tordna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni somma f’daqqa, li l-ammont tagħha jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-ammont ta’ EUR 3 709,23 kull jum bin-numru ta’ ġranet li jkunu għaddew mill-għoti tas-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2017 sad-data tal-għoti tas-sentenza fil-kawża preżenti. |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Marzu 2014 fil-Każ SA.34572, ir-Repubblika Ellenika kellha tirkupra, fi żmien erba’ xhur, l-għajnuna inkompatibbli mogħtija lil Larco u tinforma lill-Kummissjoni, b’mod suffiċjenti fil-liġi, li ħadet il-miżuri neċessarji għal dak il-għan. L-għajnuna kienet tikkonsisti f’garanziji mill-Istat lil Larco għall-2008, l-2010 u l-2011 u f’parteċipazzjoni pubblika fiż-żieda kapitali tal-kumpanija fl-2009.
Fit-2 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni ppreżentat rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja intiż għall-ksur tal-Artikolu 108(2) TFEU (Kawża C-481/16). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fid-9 ta’ Novembru 2017, li billi naqset milli tadotta, fit-terminu stabbilit, il-miżuri kollha neċessarji sabiex timplimenta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni u billi naqset milli tinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati wara din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 sa 5 ta’ dik id-deċizjoni u taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Billi naqset milli tieħu l-miżuri sabiex teżegwixxi s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Novembru 2017, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-deċiżjoni u l-Article 260(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/18 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-57/20)
(2020/C 87/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Pethke u J. Jokubauskaitė, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tiddikjara li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, billi applikat l-iskema b’rata fissa għall-bdiewa kollha indipendentement minn jekk l-applikazzjoni tal-iskema normali dwar il-VAT jew tal-iskema speċjali għal impriżi żgħar tkunx tagħti lok għal diffikultajiet għalihom, u billi applikat ir-rata ta’ taxxa ta’ kumpens b’rata fissa, li twassal għal eċċess strutturali fil-kumpens tat-taxxa tal-input imħallsa, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 296(1) u 299 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1); |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296(1) tad-Direttiva 2006/112/KE
Bl-ewwel motiv tagħha, il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, billi applikat l-iskema b’rata fissa għall-bdiewa kollha, indipendentement minn eventwali diffikultajiet ikkawżati lill-bdiewa meta tiġi applikata l-iskema normali dwar il-VAT jew l-iskema speċjali għal impriżi żgħar, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 296 tad-Direttiva 2006/112.
L-Artikolu 296 tad-Direttiva 2006/112 jeżiġi distinzjoni xierqa tal-bdiewa li jistgħu jibbenefikaw mill-iskema b’rata fissa. Għaldaqstant, sabiex jibbenefikaw minn din l-iskema, il-bdiewa għandhom jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fl-applikazzjoni tal-iskema normali dwar il-VAT jew tal-iskema speċjali taħt il-Kapitolu 1. Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq tali selezzjoni kkwalifikata tal-bdiewa li jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema.
Bit-tieni motiv tagħha, il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja kisret l-Artikolu 299 tad-Direttiva 2006/112 sa fejn ir-rata tat-taxxa ta’ kumpens b’rata fissa stabbilita minnha twassal għal eċċess strutturali fil-kumpens tat-taxxa tal-input effettivament imħallsa mill-bdiewa b’rata fissa.
Fil-kalkolu, is-servizzi tal-agrikoltura pprovduti minn kuntratturi kummerċjali jitnaqqsu mid-dħul mill-bejgħ tas-settur agrikolu kollu, minn naħa, filwaqt li biss it-taxxa tal-input dovuta mill-bdiewa li huma suġġetti għall-iskema normali dwar il-VAT, u mhux it-taxxa tal-input dovuta mill-kuntratturi kummerċjali, titnaqqas mit-taxxa tal-input tas-settur agrikolu kollu, min-naħa l-oħra. Dan iwassal għal eċċess strutturali fil-kumpens dovut għar-rimbors tat-taxxa tal-input b’rata fissa tal-bdiewa b’rata fissa.
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
Il-Qorti Ġenerali
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/20 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2019 – KF vs SATCEN
(Kawża T-619/19 R)
(“Deċiżjoni li titnieda investigazzjoni amministrattiva - Talba għas-sospensjoni ta’ deċiżjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ urġenza”)
(2020/C 87/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: KF (rappreżentanti: A. Kunst, avukat u N. Macaulay, barrister)
Konvenut: Iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Guillerme, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tad-direttur taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Lulju 2019 li jerġa’ jiftaħ investigazzjoni amministrattiva kontra KF.
Dispożittiv
|
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/20 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2019 – Multi-Service vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-873/19)
(2020/C 87/25)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Multi-Service S.A. (Kwidzyn, il-Polonja) (rappreżentant: P. Jankowski, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ARES (2019) 6103796 tat-3 ta’ Ottubru 2019 fir-rigward tal-istadju li tinsab fih l-inklużjoni fir-Reġistru konformement mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/661, Registry ID 9920, u l-inklużjoni mill-ġdid tal-impriża fir-Reġistru; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, |
|
— |
tilqa’ bħala prova l-ittra tat-23 ta’ Ottubru 2019. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed.
Hija tinvoka l-ksur, min-naħa tal-konvenuta, tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 517/2014 flimkien mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/661, billi annullat b’mod infondat l-inklużjoni fir-Reġistru tal-impriża rikorrenti tal-idrofluworokarburi (HFCs).
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/21 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2019 – GABO:mi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-881/19)
(2020/C 87/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: GABO:mi Gesellschaft für Ablauforganisation:milliarium mbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Mayer, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tordna lill-konvenuta tħallas EUR 1 680 681,82 flimkien mal-interessi fl-ammont ta’ EUR 76 552,60 lir-rikorrenti; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-obbligu tal-konvenuta li tirrimborsa l-ispejjeż eliġibbli.
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq fuq il-fatt li l-kumpensi għall-perijodu minn Awwissu 2015 sa April 2016 huma ineffettivi.
|
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-kumpensi huma ineffettivi matul il-proċedura preliminari ta’ insolvenza (minn Mejju sa Ġunju 2016).
|
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/22 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2020 – Sieć Badawcza Łukasiewicz – Port Polski Ośrodek Rozwoju Technologii vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-4/20)
(2020/C 87/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sieć Badawcza Łukasiewicz – Port Polski Ośrodek Rozwoju Technologii (Wrocław, il-Polonja) (rappreżentant: Ł. Stępkowski, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara ineżistenti t-talba kuntrattwali tal-konvenuta kif stipulata fl-ittra tat-13 ta’ Novembru 2019 (ref. Ares (2019)6993009), iddatata t-12 ta’ Novembru 2019, u f’sitt noti ta’ debitu maħruġa mill-konvenuta flimkien ma’ ittra ta’ trażmissjoni, għall-ammont totali ta’ EUR 180 893,90 li jinkludi l-ammont prinċipali li jammonta għal EUR 164 449, u EUR 16 444,90 bħala kumpens għad-danni; u, konsegwentement: |
|
— |
tiddikjara li l-ispejjeż tal-persunal li huma s-suġġett tar-rikors jikkostitwixxu spejjeż eliġibbli pagabbli mill-konvenuta; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti l-ammont ta’ EUR 180 893,90, miżjuda b’interessi moratorji legali taħt id-dritt Belġjan ta’ 8 % fis-sena, mill-24 ta’ Diċembru 2019 sal-ħlas tal-ammont prinċipali; u |
|
— |
sussidjarjament, sa fejn l-ittra tal-konvenuta tat-13 ta’ Novembru 2019 (ref. Ares (2019)6993009) tikkostitwixxi att li jista’ jiġi kkontestat, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab f’din l-ittra; |
|
— |
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:
|
1. |
L-ewwel motiv prinċipali, ibbażat fuq il-ksur tal-kuntratt: ksur tal-Artikolu II.14(1)(a) u (b), moqrija flimkien mal-Artikoli II.6(6), II.22(6) u II.24(1) tal-Annessi II għall-Ftehimiet ta’ Għotja Nri 248577-C2POWER, 257626-ACROPOLIS u 215669-EUWB. |
|
2. |
It-tieni motiv prinċipali, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt applikabbli, jiġifieri d-dritt Belġjan: ksur tal-Artikoli 1134, 1135 u 1315 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan. |
|
3. |
It-tielet motiv prinċipali, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt applikabbli, jiġifieri d-dritt Pollakk: ksur tal-Artikoli 113, 18(2) u 140 tal-Kodiċi tax-Xogħol Pollakk. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv prinċipali, li jallega li l-konvenuta għandha tħallas interessi moratorji abbażi ta’ prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni dwar l-interessi moratorji u taħt id-dritt Belġjan. |
|
5. |
Il-ħames motiv prinċipali, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi sa fejn il-konvenuta tat garanziji preċiżi u inkundizzjonali li ġew miksura. |
|
6. |
Is-sitt motiv prinċipali, dwar l-ispejjeż, li jitlob li l-konvenuta tiġi kkundannata għall-ispejjeż, bħala parti li titlef. |
|
7. |
L-ewwel motiv imqajjem sussidjarjament, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża sa fejn il-konvenuta ma pproduċietx provi u ma semgħetx lir-rikorrenti. |
|
8. |
It-tieni motiv imqajjem sussidjarjament, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn il-konvenuta wettqet żbalji ta’ fatt u ma pproduċietx grupp ta’ provi konkordanti. |
|
9. |
It-tielet motiv imqajjem sussidjarjament, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni sa fejn il-konvenuta ma esponietx il-motivi tagħha u rrifjutat li tispjega l-pożizzjoni tagħha. |
|
10. |
Ir-raba’ motiv imqajjem sussidjarjament, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi sa fejn il-konvenuta tat garanziji preċiżi u inkundizzjonali li ma ġewx osservati. |
|
11. |
Il-ħames motiv imqajjem sussidjarjament, dwar l-ispejjeż, li jitlob li l-konvenuta tiġi kkundannata għall-ispejjeż, bħala parti li titlef. |
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/23 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2020 – Global Translations Solutions vs Il-Parlament
(Kawża T-7/20)
(2020/C 87/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Global Translation Solutions ltd. (Valletta, Malta) (rappreżentanti: C. Mifsud-Bonnici, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-28 ta’ Ottubru 2019 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti mressqa għal-Lott 15 b’rabta mal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt TRA/EU19/2019 (1); |
|
— |
alternattivament, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-5 ta’ Diċembru 2019 li tagħti Lot 15 b’konnessjoni mal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt TRA/EU19/2019 lil operatur ekonomiku wieħed biss; u, |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-konvenut tat-28 ta’ Ottubru 2019 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti mressqa għal-Lott 15 b’rabta mal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt TRA/UE19/2019 kienet allegatament illegali peress li hija bbażata fuq determinazzjoni żbaljata tal-fatti, jiġifieri, li l-format tal-fajl “.doc” ma ssodisfax l-ispeċifikazzjonijiet tad-dokumenti tal-għoti ta’ kuntratt fuq il-bażi li:
|
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-konvenut tat-28 ta’ Ottubru 2019 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti mressqa għal-Lott 15 b’rabta mal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt TRA/UE19/2019 allegatament kienet illegali fuq il-bażi li:
|
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-konvenut tal-5 ta’ Diċembru 2019 li tagħti l-Lott 15 relatata mal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt TRA/EU19/2019 lil operatur ekonomiku wieħed allegatament kienet tikser il-liġi fuq il-bażi li din tmur kontra l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, inkluż l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u tmur kontra l-ispeċifikazzjonijiet tal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt. |
(1) ĠU 2019/S 54-123613
(2) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU 2012, L 362, p. 1).
(3) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002)ĠU 2012, L 298, p. 1).
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/24 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2020 – West End Drinks vs EUIPO – Pernod Ricard (The King of SOHO)
(Kawża T-31/20)
(2020/C 87/29)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: West End Drinks Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Hawkes, Solicitor u C. Hall, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pernod Ricard SA (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “The King of SOHO” bil-kuluri dehbien, isfar skur, isfar ċar u krema – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 539 103
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 1543/2018-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 42(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/25 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2020 – AV u AW vs Il-Parlament
(Kawża T-43/20)
(2020/C 87/30)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: AV u AW (rappreżentanti: L. Levi u S. Rodrigues, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat; |
|
— |
tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati u tfakkar lill-konvenut, hekk kif meħtieġ, dwar l-obbligu tiegħu li jislet il-konsegwenzi kollha ta’ dan fir-rigward tar-rikorrenti, skont l-Artikolu 266 TFUE, partikolarment f’termini ta’ remunerazzjoni u ta’ promozzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, kontra d-deċiżjonijiet tal-21 ta’ Ġunju 2019 li bihom il-Parlament rispettivament imponilhom sanzjoni dixxiplinarja għad-demozzjoni ta’ erba gradi u ta’ żewġ gradi, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ minħabba li r-rikorrenti ma nstemgħux mill-awtorità kompetenti. |
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. |
|
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq irregolaritajiet fl-atti preparatorji għad-deċiżjonijiet ikkontestati. Ir-rikorrenti jallegaw f'dan ir-rigward l-irregolarità tar-rapport ta’ investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi (OLAF) u tal-opinjoni tal-Bord tad-Dixxiplina. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 4 u 16 tal-Anness IX tar-Regolament tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u tal-prinċipji tal-allokazzjoni ta’ poteri u ta’ awtonomija proċedurali Stati Membri. Ir-rikorrenti jsostnu li l-Bord tad-Dixxiplina u l-Awtorità tal-Ħatra (iktar ’il quddiem l-“Awtorità tal-Ħatra”) kienu meħtieġa jivverifikaw il-validità, skont id-dritt Portugiż, tal-mandat tal-avukat matul is-seduta tal-20 ta’ Frar 2018. Huma jżidu li, fi kwalunkwe każ, ladarba jiġu mwissija dwar in-nullità tal-mandat, il-Bord tad-Dixxiplina u l-Awtorità tal-Ħatra għandhom id-dmir li jisiltu l-konsegwenzi neċessarji għall-proċedura dixxiplinarja, b’mod partikolari fir-rigward tal-assenza ta’ aċċettazzjoni tar-rikorrenti għall-fatti li qed jiġu allegati fil-konfront tagħhom u l-konklużjonijiet tal-OLAF u tal-investigaturi. |
|
5. |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 10 tal-Anness tar-Regolamenti tal-Persunal, safejn is-sanzjonijiet ma humiex proporzjonati mal-gravità tan-nuqqasijiet imwettqa. |
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/26 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2020 – Sahaj Marg Spirituality Foundation vs EUIPO (Heartfulness)
(Kawża T-48/20)
(2020/C 87/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Sahaj Marg Spirituality Foundation (Manapakkam, l-Indja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva “Heartfulness” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 433 232
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 1266/2019-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv(i) invokat(i)
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/26 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2020 – Rothenberger vs EUIPO – Paper Point (ROBOX)
(Kawża T-49/20)
(2020/C 87/32)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rothenberger AG (Kelkheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Paper Point Snc di Daria Fabbroni u Simone Borghini (Arezzo, l-Italia)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 462 971
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 210/2019-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna għall-ispejjeż lill-EUIPO u, fil-każ li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tingħaqad fir-rikors, lill-intervenjent. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/27 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2020 – Mélin vs Il-Parlament
(Kawża T-51/20)
(2020/C 87/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Joëlle Mélin (Aubagne, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara li l-eċċezzjoni ta’ illegalità hija ammissibli u li l-Artikoli 33(1) u (2) u 68(1) u (2) tal-MIIM (Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri) huma illegali; |
|
— |
għaldaqstant tikkonstata n-nuqqas ta’ bażi legali tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2019 u tannullaha; |
|
— |
sussidjarjament, tikkonstata l-ksur tal-Artikolu 68(2) tal-MIIM mis-Segretarju Ġenerali u tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 2019; fil-kawża prinċipali: |
|
— |
tikkonstata li Joëlle Mélin ġabet il-prova ta’ xogħol tal-assistenta tagħha konformi mal-Artikolu 33(1) u (2) tal-MIIM u mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; konsegwentement, |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew iddatata s-17 ta’ Diċembru 2019, innotifikata bl-ittra Nru D202484 fit-18 ta’ Diċembru 2019, meħuda skont l-Artikolu 68 tad-Deċiżjoni 2009/C 159/01 tal-bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008“dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew” emendata li tikkonstata kreditu fil-konfront tar-rikorrenti ta’ ammont ta’ EUR 130 339,35 bħala ammonti mħallsa indebitament fil-kuntest tal-assistenza parlamentari u li timmotiva l-irkupru tiegħu; |
|
— |
tannulla n-nota ta’ debitu Nru 2019-2081 li tinforma lir-rikorrenti li ġie kkonstatat kreditu fil-konfront tagħha wara d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2019, irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari, skont l-Artikolu 68 tal-MIIM u tal-Artikoli 98 sa 101 tar-Regolament Finanzjarju; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità għal ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi mill-Artikoli 33 u 68 tal-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri (iktar ’il quddiem il-“miżuri ta’ implimentazzjoni”) adottati permezz tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 tal-bureau tal-Parlament Ewropew, minħabba l-fatt b’mod partikolari tal-assenza ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni tagħhom. Ir-rikorrenti targumenta li l-assenza ta’ preċiżjoni tad-dispożizzjonijiet ikkontestati twassal għal qafas pretorjan tar-regola legali tal-miżuri ta’ implimentazzjoni. Issa, id-dettall tal-prova tax-xogħol ta’ assistent parlamentari ġie identifikat mill-ġurisprudenza Montel biss fl-2017, peress li l-ġurisprudenza Gorostiaga tal-2005 tirrigwarda biss il-prova tal-ħlas tas-salarji mit-terz li qiegħed iħallas. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet ikkontestati kellhom mill-2008 elementi ta’ inċertezza u ta’ nuqqas ta’ ċarezza. Ir-rikorrenti żżid li, minkejja r-riskji ta’ inċertezza legali, il-Parlament Ewropew ma rregolax bi preċiżjoni u ċarezza l-proċedura ta’ stħarriġ tal-assistenza parlamentari, u ma fformalizzax l-obbligu ta’ kostituzzjoni u ta’ żamma fuq il-membru tal-Parlament, jew l-iskema tal-provi aċċettabbli, identifikabbli u ddatati. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur ta’ rekwiżit formali essenzjali u tad-drittijiet tad-difiża. Ir-rikorrenti targumenta li s-Segretarju Ġenerali ma żamm ebda smigħ u ma għamel ebda proċedura preliminari qabel id-deċiżjoni l-ġdida tiegħu, li ma talabha ebda spjega u li l-fajl li huwa analizza ma jiħux inkunsiderazzjoni tad-dokumenti addizzjonali pprovduti minnha insostenn tar-rikors tagħha tas-7 ta’ Diċembru 2018. Hija tqis, barra minn hekk, li billi ma osservax il-proċedura prevista mill-Artikolu 68(2) tal-miżuri ta’ applikazzjoni, is-Segretarju Ġenerali ċaħħadha mill-possibbiltà li tissottomettilu dawn id-dokumenti addizzjonali u b’dan il-mod tefgħalha r-riskju li dawn id-dokumenti jiġu miċħuda mill-Qorti Ġenerali għaliex ma jkunux ġew sottomessi għall-evalwazzjoni tas-Segretarju Ġenerali mill-bidu tal-proċedura ta’ rkupru. |
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/28 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2020 – Bezos Family Foundation vs EUIPO – SNCF Mobilités (VROOM)
(Kawża T-56/20)
(2020/C 87/34)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bezos Family Foundation (Seattle, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Klett u M. Schaffner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SNCF Mobilités, stabbiliment pubbliku ta’ natura industrijali u kummerċjali (Saint-Denis, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VROOM – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 569 997
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 1288/2019-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 3 051 050; |
|
— |
tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea “VROOM” Nru 17 569 997; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO (Bord tal-Appell u Diviżjoni tal-Oppożizzjoni) inklużi l-ispejjeż neċessarji tar-rikorrenti f’dawk il-proċeduri u proċedimenti. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/29 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2020 – Group vs EUIPO – Iliev (GROUP Company TOURISM & TRAVEL)
(Kawża T-57/20)
(2020/C 87/35)
Lingwa tar-rikors: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrenti: Group EOOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentanti: D. Dragiev u A. Andreev, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kosta Iliev (Sofija, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni “GROUP Company TOURISM & Travel” bil-kuluri lila, griż, iswed, vjola, oranġjo, aħmar u isfar – Applikazzjoni Nru 10 640 449
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 2059/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO kif ukoll lill-eventwali intervenjenti għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/30 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2020 – Sonova vs EUIPO – Digitmarket (B-Direct)
(Kawża T-61/20)
(2020/C 87/36)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sonova AG (Stäfa, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Sabellek, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Digitmarket – Sistemas de lnformação SA (Maia, il-Portugall)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali B-Direct li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 342 390 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 88/2019-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |