ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 70

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
4 ta' Marzu 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 70/01

Rata tal-kambju tal-euro — It-3 ta' Marzu 2020

1

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2020/C 70/02

Avviż taż-żoni disponibbli għall-għoti ta’ liċenzji għall-esplorazzjoni u għall-isfruttament tal-idrokarburi

2


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 70/03

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

3

2020/C 70/04

Pubblikazzjoni ta’ Dokument Uniku kif imsemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

12

2020/C 70/05

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

20

2020/C 70/06

Il-pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri, fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

33


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-3 ta' Marzu 2020

(2020/C 70/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1117

JPY

Yen Ġappuniż

119,77

DKK

Krona Daniża

7,4730

GBP

Lira Sterlina

0,87010

SEK

Krona Żvediża

10,5590

CHF

Frank Żvizzeru

1,0646

ISK

Krona Iżlandiża

142,90

NOK

Krona Norveġiża

10,3328

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,475

HUF

Forint Ungeriż

336,68

PLN

Zloty Pollakk

4,3166

RON

Leu Rumen

4,8087

TRY

Lira Turka

6,8626

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6911

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4857

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6471

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7728

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5479

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 327,59

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,3245

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7572

HRK

Kuna Kroata

7,4853

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 877,00

MYR

Ringgit Malażjan

4,6758

PHP

Peso Filippin

56,467

RUB

Rouble Russu

74,0050

THB

Baht Tajlandiż

35,063

BRL

Real Brażiljan

5,0032

MXN

Peso Messikan

21,6599

INR

Rupi Indjan

81,4290


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

4.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/2


Avviż taż-żoni disponibbli għall-għoti ta’ liċenzji għall-esplorazzjoni u għall-isfruttament tal-idrokarburi

(2020/C 70/02)

Skont l-Artikolu 20 tal-Att dwar l-Esplorazzjoni u l-Isfruttament tal-Idrokarburi (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nri 52/2018 u 52/2019), il-Ministeru għall-Protezzjoni Ambjentali u l-Enerġija, f’isem ir-Repubblika tal-Kroazja, b’dan qed jippubblika dan li ġej

Il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja jistieden lill-persuni kollha interessati biex jippreżentaw l-offerti sabiex jiksbu liċenzja għall-esplorazzjoni u għall-isfruttament tal-idrokarburi fir-rigward tal-blokok ta’ esplorazzjoni disponibbli fl-Adrijatiku.

1.   INFORMAZZJONI DWAR IL-BLOKOK TA’ ESPLORAZZJONI

Iż-żoni għall-esplorazzjoni u għall-isfruttament tal-idrokarburi fl-Adrijatiku tat-Tramuntana li għalihom huma disponibbli liċenzji għall-esplorazzjoni u għall-isfruttament tal-idrokarburi huma:

1.

Il-blokka tal-esplorazzjoni SJ-02/SJ-03

2.

Il-blokka tal-esplorazzjoni SJ-06/SJ-07/SrJ-09

Il-mapep u l-koordinati tal-blokok tal-esplorazzjoni huma pprovduti fid-dokumentazzjoni tal-offerta.

Il-blokok tal-esplorazzjoni li għalihom huma disponibbli liċenzji ta’ esplorazzjoni u ta’ sfruttament kienu s-suġġett ta’ sejħa għal offerti preċedenti għall-esplorazzjoni u għall-isfruttament tal-idrokarburi. Ir-riżultat ta’ din il-proċedura fir-rigward ta’ dawn il-blokok kienet jew li ma ngħatat l-ebda liċenzja għall-esplorazzjoni u għall-isfruttament tal-idrokarburi, jew li ngħatat liċenzja għall-esplorazzjoni u għall-isfruttament tal-idrokarburi, iżda li wara ma ġie ffirmat l-ebda kuntratt għall-esplorazzjoni u għall-isfruttament tal-idrokarburi.

2.   KRITERJI GĦALL-GĦAŻLA TAL-OFFERENTI

Skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994) fir-rigward tas-sigurtà nazzjonali u f’konformità mal-Artikolu 19 tal-Att dwar l-Esplorazzjoni u l-Isfruttament tal-Idrokarburi, il-kriterji li għandhom jitqiesu sabiex jintgħażel l-aqwa offerent huma:

1.

il-kompetenza teknika, finanzjarja u professjonali tal-offerent;

2.

il-mod ta’ kif l-offerent għandu l-intenzjoni li jwettaq l-attivitajiet koperti mil-liċenzja għall-esplorazzjoni u għall-isfruttament tal-idrokarburi;

3.

il-kwalità ġenerali tal-offerta sottomessa;

4.

il-kundizzjonijiet finanzjarji offruti mill-offerent bħala skambju għal-liċenzja għall-esplorazzjoni u għall-isfruttament tal-idrokarburi; kif ukoll

5.

kwalunkwe forma ta’ nuqqas ta’ effiċjenza jew ta’ responsabbiltà murija mill-offerent f’pajjiż ieħor fit-twettiq ta’ attivitajiet koperti minn liċenzja għall-esplorazzjoni u għall-isfruttament tal-idrokarburi.

Kriterju ieħor għall-għażla tal-offerent hija t-tariffa mħallsa għad-dħul f’kuntratt għall-esplorazzjoni u għall-isfruttament tal-idrokarburi, li l-ammont minimu tagħha huwa stabbilit fid-digriet imsemmi fl-Artikolu 51 tal-Att dwar l-Esplorazzjoni u l-Isfruttament tal-Idrokarburi.

Jekk, wara evalwazzjoni abbażi tal-kriterji skont l-Att dwar l-Esplorazzjoni u l-Isfruttament tal-Idrokarburi, ikun hemm żewġ offerti jew aktar li jkunu tal-istess mertu, jitqiesu kriterji oħra rilevanti, oġġettivi u mhux diskriminatorji għad-deċiżjoni finali.

3.   PROĊEDURA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAL-OFFERTI

L-offerti għandhom jiġu ppreżentati skont id-dokumentazzjoni tal-offerta ppubblikata fuq is-sit web uffiċjali tal-Aġenzija għall-Idrokarburi Kroata - www.azu.hr - u ppreżentati lill-Aġenzija għall-Idrokarburi f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Esplorazzjoni u l-Isfruttament tal-Idrokarburi u d-dokumentazzjoni tal-offerta.

Kwalunkwe informazzjoni u avviżi rilevanti oħra jistgħu jinsabu fuq is-sit web tal-Aġenzija tal-Idrokarburi - www.azu.hr.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

4.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/3


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

(2020/C 70/03)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNUKIAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

CIGALES

Numru ta’ referenza: PDO-ES-A0622-AM02

Id-data tal-komunikazzjoni: 26 ta’ Novembru 2019

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA

1.   Emenda tal-karatteristiċi analitiċi: tnaqqis fl-aċidità totali u żieda fiz-zokkor totali

Deskrizzjoni u raġunijiet

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2(a) tal-Ispeċifikazzjoni u l-punt 1.4 tad-Dokument Uniku.

Ir-raġuni fundamentali hija t-tibdil fil-klima.

F’dawn l-aħħar snin, il-preċipitazzjoni baxxa wasslet għal tnaqqis ġenerali fl-aċidità fil-varjetajiet kollha tal-għeneb, li rriżultat f’żieda fiz-zokkor residwu.

Sabiex tinkiseb l-aħjar maturazzjoni fenolika, il-frott għandu jinħasad f’kundizzjonijiet li jqisu t-tnaqqis fl-aċidità u ż-żieda fiz-zokkor residwu.

Din hija kkunsidrata bħala emenda standard minħabba li ma timplikax bidla sostanzjali fil-karatteristiċi tal-prodott, li żżomm il-karatteristiċi u l-profil deskritti fil-link, li huma konsegwenza tal-interazzjoni bejn fatturi naturali u umani. Għalhekk huwa kkunsidrat li din l-emenda ma taqa’ taħt l-ebda waħda miż-żewġ kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 2019/33.

2.   Emenda tal-karatteristiċi organolettiċi: bidla fid-deskritturi sensorji

Deskrizzjoni u raġunijiet

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2(b) tal-Ispeċifikazzjoni u l-punt 1.4 tad-Dokument Uniku.

Il-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed koperti ġew riveduti u emendati sabiex dawn il-karatteristiċi jkunu jistgħu jintrabtu ma’ deskritturi li jistgħu jiġu vvalutati permezz ta’ bord dwar l-ikkontrollar tat-togħma li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-istandard UNE-EN-ISO 17025.

Din hija emenda standard minħabba li ma timplikax bidla sostanzjali fil-karatteristiċi tal-prodott. Pjuttost, tipprovdi deskrizzjoni aktar preċiża skont it-tekniki l-ġodda fl-analiżi sensorja. Il-karatteristiċi u l-profil deskritti fil-link, li huma konsegwenza tal-interazzjoni bejn fatturi naturali u umani huma miżmuma. Għalhekk huwa kkunsidrat li din l-emenda ma taqa’ taħt l-ebda waħda miż-żewġ kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 2019/33.

3.   Emenda tar-rendiment massimu espress f’litri ta’ nbid għal kull 100 kilogramma ta’ għeneb

Deskrizzjoni u raġunijiet

Din l-emenda tikkonċerna l-punti 3(b)(1) u 5 tal-Ispeċifikazzjoni u l-punti 1.5.1 u 1.5.2 tad-Dokument Uniku.

F’dawn l-aħħar snin, teknoloġiji ġodda fil-fabbriki tal-inbid, fir-refriġerazzjoni u fl-użu ta’ filtri taħt vakwu għall-klassifikazzjoni tal-most wasslu għal żieda fl-użu tal-meraq tal-għeneb mingħajr ma kkawżaw pressjoni sinifikanti li tħalli impatt negattiv fuq il-kwalità. Ir-riżultat huwa rendiment ogħla u l-istess livell ta’ kwalità li neħtieġu.

Din hija emenda standard minħabba li ma timplikax bidla sostanzjali fil-karatteristiċi tal-prodott. Huwa sempliċi biex tadatta għall-bidla teknoloġika. Għalhekk huwa kkunsidrat li din l-emenda ma taqa’ taħt l-ebda waħda miż-żewġ kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 2019/33.

4.   Emenda tad-densità minima ta’ tħawwil

Deskrizzjoni u raġunijiet

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 3(a)(1) tal-Ispeċifikazzjoni u l-punt 1.5.1 tad-Dokument Uniku.

Fid-dawl tal-medja għolja ta’ kemm għandhom żmien il-vinji u l-adattament tagħhom f’xi każijiet għal mekkanizzazzjoni ġdida, ma kienx ikkunsidrat loġiku li jiġu esklużi rqajja’ ta’ art qodma b’mudelli ta’ tħawwil 3x3, minħabba l-kwalità ħażina tal-ħamrija. Dan iwassal għal telf fil-potenzjal ta’ kwalità tal-produzzjoni tal-inbid f’dawn il-vinji li kienu ilhom jeżistu aktar.

Din hija emenda standard minħabba li ma timplikax bidla sostanzjali fil-karatteristiċi tal-prodott. Ma taqa’ taħt l-ebda waħda miż-żewġ kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 2019/33 dwar l-emendi.

5.   Emenda li tikkonċerna kontenituri “Bag in a box” għall-esportazzjoni

Deskrizzjoni u raġunijiet

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 8(b)(2) tal-Ispeċifikazzjoni. Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat.

Fid-dawl tar-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni f’għadd ta’ swieq barranin, ittieħdet id-deċiżjoni li jintuża dan it-tip ta’ kontenitur, filwaqt li jiġu ppreservati l-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott. B’dan il-mod, l-inbejjed tagħna jsiru magħrufa aħjar lil hinn mill-fruntieri tagħna u l-parti tal-produzzjoni tagħna maħsuba għal dawn is-swieq tiżdied. Dan għandu jagħti spinta lill-promozzjoni tal-kwalità tal-inbejjed tagħna lil hinn minn xtutna. Il-Kunsill Regolatorju għamel użu mill-Artikolu 16(4) tar-Regolamenti tiegħu stess, li jistipula dan li ġej: “Il-Kunsill Regolatorju jista’ jawtorizza kontenituri u sistemi ta’ għeluq speċjali oħrajn għal użi speċifiċi, meta dawn ma jikkawżawx deterjorament fil-kwalità jew fid-dehra tal-inbejjed protetti.” [traduzzjoni mhux uffiċjali]

Din l-emenda taffettwa biss il-preżentazzjoni tal-prodott. Il-karatteristiċi tiegħu mhumiex affettwati.

6.   Rettifika tal-varjetà tal-inbid/tal-vinji u tal-vendemmji/tal-inbejjed

Deskrizzjoni u raġunijiet

Din l-emenda taffettwa t-terminoloġija użata fil-punt 7 tal-Ispeċifikazzjoni. Din ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Ir-raġuni għal din il-bidla hija biex il-lingwa ssir aktar ġeneralizzata u tinftiehem aħjar f’dak li għandu x’jaqsam mas-settur.

Din il-korrezzjoni taffettwa biss il-forma.

7.   Rettifika tat-Taqsima 9(b)(2) dwar il-metodoloġija tal-kontroll

Deskrizzjoni u raġunijiet

Din il-korrezzjoni tikkonċerna r-raba’ intestatura tal-punt 9(b)(2) dwar il-kontroll tal-inbejjed. Din ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Ġie nnutat żball fir-raba’ intestatura tat-Taqsima 9(b)(2) dwar il-Kontroll tal-Inbejjed. Dan ġie kkoreġut. Fejn kienet tinqara:

“Kwalifikazzjoni tal-inbejjed

Proċess ta’ kwalifikazzjoni...”

Din għandha tinqara:

“Kontroll tal-inbejjed

Verifika tal-proċess ta’ kwalifikazzjoni...”

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem tal-prodott

Cigales

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

INBID — ABJAD U ROŻÈ

Inbejjed bojod:

Dan l-inbid għandu dehra kemxejn nadifa u tleqq. Dan ikanġi isfar fl-aħdar, isfar lewn it-tiben, isfar ċar jew isfar dehbi. Intensità medja.

Meta jinxtamm, għandu intensità bejn medja u baxxa, b’aromi medji sempliċi (m’hemmx aromi imperfetti) tal-familja tas-siġar tal-frott u tal-frott taċ-ċitru u/jew tal-aromi tal-pjanti. Dawn jistgħu jkunu b’aroma pikkanti u/jew ta’ xiwi meta l-inbejjed ikunu tħallew għal xi żmien f’bettija.

It-togħma hija ta’ intensità medja, bilanċjata b’aċidità u alkoħol tajba. L-aromi huma simili ħafna bħal meta jinxtammu (frott tas-siġar u frott taċ-ċitru u/jew pjanti). Dawn jistgħu jkunu b’aroma pikkanti u/jew ta’ xiwi (inbejjed esposti għall-injam). Togħma li ddum żmien medju.

Inbejjed rożè:

Dan l-inbid għandu dehra kemxejn nadifa u tleqq. Il-kulur tiegħu huwa roża fil-vjola, roża bħall-frawli jew roża bħas-salamun. Intensità medja

Meta jinxtamm, għandu intensità medja u l-inbid huwa sempliċi (m’hemmx aromi imperfetti jew inadegwati) bl-aromi tal-familja tal-frott (frott aħmar), tas-siġar tal-frott, tal-frott taċ-ċitru u/jew tal-pjanti friski. Aroma pikkanti u/jew ta’ xiwi meta l-inbejjed ikunu tħallew għal xi żmien f’bettija.

Togħma: intensità medja, bilanċjata, b’intensità medja ta’ aċidità u alkoħol u aromi bħal meta jinxtammu (frott aħmar, frott tas-siġar, frott taċ-ċitru u/jew pjanti friski, u aromi pikkanti u/jew ta’ xiwi meta l-inbejjed ikunu tħallew għal xi żmien f’bettija). Togħma li ddum żmien medju.

Il-parametri fiżikokimiċi stabbiliti f’din it-taqsima se jissodisfaw il-limiti massimi stabbiliti fir-regoli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10,83

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

INBID — INBEJJED ĦOMOR MHUX MATURI

Dan l-inbid għandu dehra kemxejn nadifa u tleqq, b’kulur ikanġi minn aħmar lewn il-granata għal aħmar lewn il-briks. Intensità medja sa baxxa.

Meta jinxtamm, għandu intensità medja, b’aromi sempliċi (m’hemmx aromi imperfetti jew inadegwati) tal-familja tas-siġar tal-frott (frott iswed frisk u/jew misjur iżżejjed) u/jew tal-pjanti, b’aroma pikkanti u/jew ta’ xiwi meta l-inbejjed ikunu tħallew f’kuntatt mal-injam.

It-togħma hija ta’ intensità medja, bilanċjata ħafna f’termini ta’ aċidità u alkoħol b’astrinġenza medja. Togħma kemm kemm morra. Tul medju, li jħalli togħma ta’ frott biex taqbel mal-aroma (frott iswed, frott niexef, pjanti), b’togħma pikkanti u/jew ta’ xiwi.

Fi kwalunkwe każ, il-parametri fiżikokimiċi stabbiliti f’din it-taqsima se jissodisfaw il-limiti massimi stabbiliti fir-regoli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10,83

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

140

INBEJJED ĦOMOR BL-INDIKAZZJONI “ROBLE”

Dan l-inbid għandu dehra kemxejn nadifa u tleqq, b’kulur ikanġi minn vjola għal aħmar lewn il-granata u aħmar lewn il-briks.

Meta jinxtamm, għandu aroma sempliċi (m’hemmx aromi imperfetti jew inadegwati) b’laqtiet tal-familja tal-frott u b’intensità medja tal-familji tal-aromi pikkanti u/jew ta’ xiwi, tipika tal-inbejjed li jkunu tħallew f’kuntatt mal-injam.

It-togħma hija ta’ intensità medja, xotta u b’laqtiet tal-familja tal-frott. Intensità medja tal-familji tal-aroma pikkanti u/jew ta’ xiwi, tipika tal-inbejjed li jkunu tħallew f’kuntatt mal-injam. Togħma li ddum żmien medju.

(*)

Għall-inbejjed li jitqiegħdu fis-suq fl-ewwel sena wara l-ħsad; l-inbejjed li jkollhom aktar minn sena ma għandhomx jaqbżu l-limitu kkalkulat kif ġej: gramma għal kull litru sa 10 % vol. u 0,06 gramma għal kull litru għal kull punt perċentwali li jaqbeż l-10 %.

Fi kwalunkwe każ, il-parametri fiżikokimiċi stabbiliti f’din it-taqsima se jissodisfaw il-limiti massimi stabbiliti fir-regoli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

3,5 f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10,83

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

140

INBEJJED ĦOMOR “CRIANZA”, “RESERVA” U “GRAN RESERVA”

“CRIANZA”:

dehra: kemxejn nadifa u tleqq, b’kulur aħmar lewn il-granata u aħmar lewn il-briks.

aroma: sempliċi (m’hemmx aromi imperfetti jew inadegwati), bl-intensità medja tal-familji b’aroma pikkanti u/jew ta’ xiwi, tipika tal-inbejjed li tħallew f’kuntatt mal-injam, u bl-intensità baxxa ħafna tal-familja tal-frott.

togħma: intensità medja, robusta ħafna, b’togħma li ddum żmien medju u persistenti ta’ xi ħaġa pikkanti u/jew mixwija.

“RESERVA”:

dehra: Id-dehra (ċarezza) tiegħu hija kemxejn nadifa u tleqq, b’kulur li jkanġi minn aħmar lewn il-granata għal aħmar lewn ir-rubin, aħmar lewn il-briks, aħmar lewn ir-ram u saħansitra lewn l-ambra.

aroma: sempliċi (m’hemmx aromi imperfetti jew inadegwati) u b’intensità medja tal-familji tal-aroma pikkanti u/jew balsamika.

togħma: intensità medja, xotta, b’tannini, robusta ħafna u b’togħma li ddum żmien medju.

“GRAN RESERVA”:

dehra: Id-dehra (ċarezza) tiegħu hija kemxejn nadifa u tleqq, b’kulur li jkanġi minn aħmar lewn ir-rubin għal aħmar lewn il-briks.

aroma: intensità medja, sempliċi (m’hemmx aromi imperfetti jew inadegwati) u bl-intensità medja tal-familji tal-aroma pikkanti u/jew balsamika.

togħma: preżenza ta’ tannini dgħajfa, b’konsistenza medja u b’togħma li ddum żmien medju.

(*)

Għall-inbejjed li jitqiegħdu fis-suq fl-ewwel sena wara l-ħsad; l-inbejjed li jkollhom aktar minn sena ma għandhomx jaqbżu l-limitu kkalkulat kif ġej: gramma għal kull litru sa 10 % vol. u 0,06 gramma għal kull litru għal kull punt perċentwali ogħla minn dan.

Fi kwalunkwe każ, il-parametri fiżikokimiċi stabbiliti f’din it-taqsima se jissodisfaw il-limiti massimi stabbiliti fir-regoli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10,83

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

140

INBEJJED — INBEJJED ĦELWIN (BOJOD, ROŻÈ U ĦOMOR)

Dawn l-inbejjed għandhom il-karatteristiċi organolettiċi tad-diversi tipi ta’ nbejjed deskritti fit-taqsimiet ta’ hawn fuq. Iz-zokkor residwu li fihom isaħħaħ wkoll l-aromi tagħhom u jagħtihom palat aktar konsistenti.

Fi kwalunkwe każ, il-parametri fiżikokimiċi stabbiliti f’din it-taqsima se jissodisfaw il-limiti massimi stabbiliti fir-regoli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

11

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10,83

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

INBID SPUMANTI TA’ KWALITÀ (ABJAD/ROŻÈ)

Dan l-inbid għandu dehra kemxejn nadifa u tleqq, b’kulur ikanġi fl-isfar (minn isfar lewn it-tiben għal isfar dehbi) meta jsir b’għeneb abjad jew aħmar. Il-kulur huwa aħmar (minn roża ċar għal roża lewn il-frawli) meta jkun magħmul minn varjetajiet ħomor, jew ħomor u bojod. Il-bżieżaq huma ta’ daqs medju, jipproduċu ragħwa, u b’togħma li ddum żmien bejn żmien qasir għal żmien medju jew medju.

Meta jinxtammu, dawn għandhom intensità medja u huma sempliċi (m’hemmx aromi imperfetti jew inadegwati), bl-intensità medja tal-familja tal-frott.

Meta jintiegħem, l-inbid huwa kkaratterizzat minn sensazzjonijiet ta’ frott u b’togħma li ddum żmien medju, b’aromi persistenti tal-familja tal-frott niexef.

Fi kwalunkwe każ, il-parametri fiżikokimiċi stabbiliti f’din it-taqsima se jissodisfaw il-limiti massimi stabbiliti fir-regoli tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10,83

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

160

5.   Prattiki enoloġiċi

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

PRATTIKI ENOLOĠIĊI

Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Għeneb b’saħħtu b’qawwa alkoħolika minima probabbli ta’: 10o Beaumé (varjetajiet bojod) u 10,5o Beaumé (varjetajiet ħomor).

Rendiment massimu tal-estrazzjoni: 72 l għal kull 100 kg ta’ għeneb.

L-inbejjed ħelwin jiġu prodotti billi tiġi ppreservata parti miz-zokkor naturali tal-għeneb, filwaqt li jiġi interrott il-proċess ta’ fermentazzjoni b’sistemi awtorizzati ħlief billi jiżdied l-alkoħol.

L-inbejjed spumanti għandhom jitħejjew bil-metodu tradizzjonali.

PRATTIKI ENOLOĠIĊI

Restrizzjoni rilevanti dwar il-produzzjoni tal-inbejjed

L-inbejjed bojod għandhom jiġu prodotti esklussivament mill-varjetajiet bojod ewlenin (Verdejo) u minn dawk awtorizzati (Alblo Mayor, Viura u Sauvignon Blanc), b’tal-inqas 50 % tal-varjetà bajda ewlenija.

L-inbejjed rożè għandhom jiġu prodotti bil-varjetajiet bojod u ħomor ewlenin u awtorizzati, b’tal-inqas 50 % tal-varjetajiet ewlenin.

L-inbejjed ħomor għandhom jiġu prodotti mill-varjetajiet ħomor ewlenin (Tempranillo u Red and Grey Grenache) u dawk awtorizzati (Cabernet Sauvignon, Merlot u Syrah), b’tal-inqas 50 % tal-varjetajiet ewlenin.

L-inbejjed ħelwin (bojod, rożè u aħmar) għandhom jiġu prodotti mill-varjetajiet bojod u ħomor awtorizzati ewlenin, filwaqt li tiġi ppreservata parti miz-zokkor naturali tal-għeneb, b’tal-inqas 50 % tal-varjetajiet ewlenin.

L-inbid spumanti għandu jiġi prodott bil-varjetajiet bojod u ħomor ewlenin u awtorizzati, b’tal-inqas 50 % tal-varjetajiet ewlenin li japplikaw għall-inbejjed xotti, nofshom misjura, “Brut” u “Brut Nature”.

PRATTIKI ENOLOĠIĊI

Prattiki ta’ tkabbir

Id-densità minima tat-tħawwil għandha tkun ta’ 1 000 dielja għal kull ettaru.

b.   Rendimenti massimi

VARJETAJIET ĦOMOR

7 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

VARJETAJIET ĦOMOR

50,40 ettolitru għal kull ettaru

VARJETAJIET BOJOD

9 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

VARJETAJIET BOJOD

64,80 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona ġeografika demarkata

Iż-żona ġeografika tad-DOP “Cigales” testendi għaż-żona tat-Tramuntana tal-Benniena tad-Duero fuq iż-żewġ naħat tax-Xmara Pisuerga. L-erja tas-superfiċje tagħha hija ta’ 574 km2.

Din tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin:

Provinċja ta’ Valladolid:

Cabezón de Pisuerga, Cigales, Corcos del Valle, Cubillas de Santa Marta, Fuensaldaña, Mucientes, Quintanilla de Trigueros, San Martín de Valvení, Santovenia de Pisuerga, Trigueros del Valle u Valoria la Buena; u ż-żona vinikola magħrufa bħala El Berrocal, li hija magħluqa bil-fruntiera mal-provinċja ta’ Valladolid, it-triq prinċipali ta’ Valladolid-Fuensaldaña-Mucientes u x-Xmara Pisuerga. Din iż-żona vinikola hija parti mill-muniċipalità ta’ Valladolid.

Provinċja ta’ Palencia:

Dueñas.

7.   Varjetà (varjetajiet) tad-dwieli ewlenin li minnhom jinkiseb l-inbid

VERDEJO

TEMPRANILLO - TINTA DEL PAIS

RED GRENACHE

RED GRENACHE - GREY GRENACHE

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

ABJAD

Iż-żona ġeografika koperta mid-DOP “Cigales” hija adatta ħafna għall-kultivazzjoni tal-vinji: Il-vinja hija maqsuma fi tnejn mix-Xmara Pisuerga u tinsab qrib nofsha bejn il-klima kiesħa “l fuq tax-xmara u l-klima moderata tal-estwarju tagħha. Ir-relazzjoni bejn il-klima u l-ħamrija tgħin biex tipproduċi għeneb b’livelli ta’ aċidità u zokkor bilanċjati ħafna. Il-varjetajiet huma adatti ħafna għaż-żona u l-prattiki ta’ vinifikazzjoni li ilhom jeżistu għal għexieren ta’ snin. Dan jagħmilha possibbli li jinkisbu nbejjed bilanċjati ħafna.

Karatteristika oħra hija li 30 % tal-vinja ilha hemm għal aktar minn 60 sena. Jekk jitqiesu wkoll il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, dan jippermetti maturazzjoni intensa u bilanċjata ħafna adattata għall-inbejjed ‘crianza’.

INBEJJED SPUMANTI TA” KWALITÀ

Matul dawn l-aħħar snin, diversi tentattivi wasslu għal inbejjed spumanti li jżommu l-karatteristiċi distintivi tal-inbejjed fiż-żona u huma wkoll ta’ kwalità għolja ħafna (bżieżaq żgħar li jdumu għal żmien twil, preżenza ta’ aromi sekondarji, eċċ.). Il-varjetajiet speċifiċi għaż-żona (adattament kbir) jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed spumanti li huma fini u friski ħafna, kemm fil-ħalq kif ukoll fuq wara tas-saqaf tal-ħalq.

Il-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona jippermettu li tinkiseb materja prima bilanċjata fl-aċidità, l-estratt u l-aromi. Dan jagħti lill-inbid sensazzjoni ta’ konsistenza sħiħa fil-ħalq li tikkumpensa għall-aċidità.

9.   Rekwiżiti oħra essenzjali (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti oħra)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-ibbottiljar tal-inbejjed koperti mid-DOP “Cigales” huwa wieħed mill-kriterji ewlenin biex jiġu żgurati l-karatteristiċi miksuba matul il-produzzjoni u, fejn xieraq, il-proċess ta’ maturazzjoni definit fl-Ispeċifikazzjoni. Minħabba dan, l-ibbottiljar għandu jsir fil-faċilitajiet tal-ibbottiljar tal-fabbriki tal-inbid li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni stabbilita f’din l-Ispeċifikazzjoni.

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

It-terminu tradizzjonali “DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI” jista’ jintuża minflok “DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA”.

Fuq it-tikketta għandha tiġi inkluża referenza għas-sena tal-ħsad anke jekk l-inbejjed ma jgħaddux mill-proċess ta’ maturazzjoni. L-unika eċċezzjoni ssir għall-inbejjed ħelwin u spumanti.

Jistgħu jintużaw l-indikazzjonijiet “CRIANZA”, “RESERVA”, “GRAN RESERVA” u “ROBLE”, sakemm dan ikun konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

www.itacyl.es/documents/20143/342640/PCC+DOP+CIGALES+en+vigor+%28Rev+1%29_mod+1+BOE+%284%29.pdf/2cc9c566-2d4c-d08b-261d-9c1334822c29?


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


4.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/12


Pubblikazzjoni ta’ Dokument Uniku kif imsemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

(2020/C 70/04)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“CSOPAK”/“CSOPAKI”

PDO-HU-02378

Data tal-applikazzjoni: 20 ta’ Novembru 2017

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Csopak

Csopaki

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Hegybor

Kulur: ivarja bejn isfar ċar li jagħti fl-aħdar u isfar lewn it-tiben.

Aroma: noti floreali, b’karatteristiċi ta’ ċitru u ta’ frott abjad.

Togħma: aċiduża rifreskanti. Inbid abjad armonjuż u xott, b’bilanċ ta’ aċidi u ta’ alkoħol.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

14

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11.5

Aċidità totali minima

4.8 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

Dűlős bor

Kulur: ivarja bejn isfar ċar li jagħti fl-aħdar u isfar lewn it-tiben.

Aroma: togħma ta’ aromi floreali u ta’ ġebel imxarrab li għalkemm kumplessa tista’ tiġi deskritta bħala newtrali.

Togħma: togħma ta’ aromi floreali u ta’ ġebel imxarrab li għalkemm kumplessa tista’ tiġi deskritta bħala newtrali, b’riħa persistenti f’diversi livelli. Inbid abjad armonjuż u xott, b’bilanċ ta’ aċidi u ta’ alkoħol.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

14

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

5.2 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Hegybor

Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Elementi essenzjali:

l-għeneb tal-varjetà “Furmint” ma għandux jaqbeż il-15 % tal-għeneb kollu

jista’ jintuża biss għeneb li ma jkunx imħassar

maturazzjoni għal mill-inqas erba’ xhur f’tank u/jew f’bittija

maturazzjoni għal mill-inqas xahar fil-flixkun

il-most jista’ jiġi ffermentat biss bl-użu ta’ ħmira li ma tbiddilx l-aroma naturali u t-togħma karatteristika tal-inbejjed “Olatz rizling” jew “Furmint”

rendiment massimu ta’ meraq: 70 %

Hegybor

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Dan li ġej huwa pprojbit:

taħlil

Dűlős bor

Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Elementi essenzjali:

l-għeneb tal-varjetà “Furmint” ma għandux jaqbeż il-15 % tal-għeneb kollu

jista’ jintuża biss għeneb li ma jkunx imħassar

maturazzjoni għal sitt xhur f’tank u/jew bittija

maturazzjoni għal mill-inqas tlett xhur fil-flixkun

il-most jista’ jiġi ffermentat biss bl-użu ta’ ħmira li ma tbiddilx l-aroma naturali u t-togħma karatteristika tal-inbejjed “Olatz rizling” jew “Furmint”

rendiment massimu ta’ meraq: 65 %

Dűlős bor

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Dan li ġej huwa pprojbit:

arrikkiment

aċidifikazzjoni

tnaqqis tal-aċidità

użu ta’ enzima tal-pektin

taħlil

Regoli dwar il-produzzjoni tal-għeneb

Prattika ta’ kultivazzjoni

1.

Regoli dwar it-tħarriġ tad-dwieli: Tħarriġ tat-tip “guyot”, b’zokk wieħed ta’ tul medju-għoli, b’zokk wieħed baxx, bis-sistema umbrella, bil-kuruna u bil-“gobelet”.

2.

Regoli dwar id-densità tad-dwieli fil-vinja.

a.

Għall-vinji li kienu diġà jeżistu qabel 1 ta’ Awwissu 2016:

i.

densità tad-dwieli: tal-anqas 3 300 dielja/ha;

ii.

telf ta’ dwieli: mhux iżjed minn 10 %.

b.

Għall-vinji mħawla wara l-1 ta’ Awwissu 2016:

i.

densità tad-dwieli: tal-anqas 4 000 dielja/ha;

ii.

telf ta’ dwieli: mhux iżjed minn 10 %.

iii.

distanza bejn id-dwieli: 0,6 m jew aktar

3.

Għall-inbejjed deskritti bħala dűlős borok, l-età medja tad-dwieli f’vinja għandha tkun ta’ 10 snin.

4.

Metodu ta’ ħsad: bl-idejn

5.

Kwalità tal-għeneb (kontenut minimu ta’ zokkor espress bħala qawwa alkoħolika naturali):

 

Hegybor: Kontenut minimu ta’ zokkor tal-għeneb fil-grad ta’ most Ungeriż ([MM°], fi 17,5°C): 17,0

 

Qawwa alkoħolika potenzjali tal-għeneb ([% vol.], f’20 °C): 10,6

 

Dűlős bor: Kontenut minimu ta’ zokkor tal-għeneb fil-grad ta’ most Ungeriż ([MM°], fi 17,5 °C): 18,9

 

Qawwa alkoħolika potenzjali tal-għeneb ([% vol.], f’20 °C): 12

b.   Rendimenti massimi

Hegybor

63 hl/ha

Hegybor

9 000 kg ta’ għeneb kull ettaru

Dűlős bor

39 hl/ha

Dűlős bor

6 000 kg ta’ għeneb kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Żoni kklassifikati skont il-katast tal-vinja bħala tal-klassi I u II fil-limiti amministrattivi tal-lokalitajiet ta’ Csopak, Paloznak, Lovas, Alsóörs u Felsőörs.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

olasz rizling – olaszrizling

 

furmint – szigeti

 

olasz rizling – grasevina

 

olasz rizling – nemes rizling

 

olasz rizling – riesling italien

 

olasz rizling – risling vlassky

 

olasz rizling – taljanska grasevina

 

olasz rizling – welschrieslig

 

furmint – zapfner

 

furmint – som

 

furmint – posipel

 

furmint – mosler

 

furmint – moslavac bijeli

 

furmint – furmint bianco

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

1.   Deskrizzjoni taż-żona demarkata

(a)   Fatturi naturali

Iż-żona tal-produzzjoni demarkata għal inbejjed “Csopak” / “Csopaki” tinkludi l-ewwel katina ta’ għoljiet fin-naħa tal-plajja li testendi minn Csopak sa Alasóörs fit-Tramuntana tal-baċir tal-Lvant tal-Lag Balaton. Iż-żoni vitikulturali ewlenin huma s-superfiċji inklinati tal-għoljiet taħt il-muntanji u l-qċaċet moderatament inklinati tal-għoljiet. Is-sottostrat tal-vinji huwa magħmul minn żewġ tipi ta’ blat. Is-sekwenza sedimentarja fil-quċċata tal-għoljiet hija magħmula minn blat tat-tip muntanjuż tal-perjodu Permjan Superjuri sat-Triassiku Inferjuri, b’għata ta’ żrar Kwaternarju. Is-sottoswoli rikki fil-ġir b’hekk kostitwiti huma koperti b’ramal tafli u ħamrija forestali tal-loess b’fond varjabbli. Is-sodda ta’ blat taħt is-superfiċji inklinati tal-għoljiet hija magħmula minn blat ramli Permjan, formazzjoni unika ta’ ħamrija tipika ta’ Csopak, koperta b’naqal ta’ blat ramli. Ir-reġjun tal-vitikultura huwa karatterizzat minn ħamrija rikka fil-kalċju, fil-manjeżju u fil-potassju.

Il-klima ta’ Csopak hija determinata mill-arja kiesħa li tinżel mill-widien tal-Għoljiet ta’ Bakony u mil-Lag Balaton, fin-Nofsinhar tar-reġjun. L-għoljiet tal-vitikultura ta’ Csopak huma mimlija siġar b’widien dojoq u fondi (bħall-widien ta’ Nosztori u ta’ Koloska) jaqsmu l-pajsaġġ. Huwa għalhekk li, fil-jiem tas-sajf, iż-żiffa ta’ filgħaxija li tgħaddi minn fuq il-lag u tberred is-sħana umda li titla’ mil-Lag Balaton tippermetti ċ-ċirkolazzjoni ta’ arja forestali friska bejn id-dwieli.

Csopak jesperjenza medja [annwali] ta’ bejn 1 950 u 2 000 siegħa ta’ xemx u temperatura medja annwali ta’ bejn 11-12 °C. Il-preċipitazzjoni annwali medja hija ta’ 650-700 mm, li minnhom medja ta’ 350 mm tinżel matul l-istaġun tal-kultivazzjoni. Aspett kruċjali tal-klima ta’ Csopak huwa li l-aħħar jum ta’ ġlata tar-rebbiegħa jista’ jkun il-5 ta’ April, li huwa meqjus bħala eċċezzjonalment kmieni.

(b)   Fatturi umani

Il-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid kellhom rwol kostanti importanti fi Csopak għal aktar minn 2 200 sena. L-iżvilupp tal-art għall-kultivazzjoni tal-għeneb huwa r-riżultat ta’ sforz uman deliberat; għal eluf ta’ snin il-vitikulturisti lokali ma kkultivaw xejn ħlief għeneb fuq il-ġnub tal-għoljiet protetti mill-ġlata li jisħnu rapidament, minflok f’żoni baxxi mistagħdra suxxettibbli għall-ġlata u għall-mard.

Barra minn hekk, il-kantini lokali tradizzjonali għandhom impatt sinifikanti fuq il-kwalità tal-inbejjed. Minħabba l-istruttura tal-ħamrija ta’ Csopak, il-kantini lokali mhumiex mibnija kompletament taħt l-art, u dan iwassal biex jesperjenzaw varjazzjonijiet notevoli fit-temperatura matul is-sena. B’riżultat ta’ dan, l-inbejjed jibirdu matul ix-xitwa u b’hekk tiġi ppreservata l-freskezza tagħhom. Fis-sajf, meta t-temperatura tal-kantini titla’ bejn 15 u 19-il grad, it-tartati instabbli u sensittivi għas-sħana jippreċipitaw b’mod naturali. Bħala riżultat ta’ dan il-proċess naturali, il-produtturi lokali tal-inbid jistgħu jistabbilizzaw l-inbejjed b’mod aktar faċli, u b’hekk tiġi ppreservata aħjar ir-rikkezza tal-aromi tagħhom.

2.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

L-inbejjed “Csopak” / “Csopaki” għandhom riħa distinta, filwaqt li huma kkaratterizzati wkoll minn fwieħa u togħma rikki li jiggarantixxu l-eleganza tagħhom. Karatteristika importanti komuni tar-riħa u tat-togħma tagħhom hija n-nota predominanti ta’ ġebel imxarrab mingħajr ebda element ta’ aroma ta’ moffa. F’termini ta’ togħma, tispikka l-istruttura aċiduża matura u kumplessa, li tiżgura l-freskezza u t-togħma xotta u aċiduża tal-inbejjed “Csopak” / “Csopaki”.

3.   Preżentazzjoni u turija tar-rabta kawżali

Minħabba l-preċipitazzjoni u l-kapaċità taż-żamma tal-ilma tas-saff ta’ fuq tal-ħamrija ta’ Csopak, il-provvista tal-ilma lid-dwieli waqt l-istaġun tat-tkabbir hija adegwata wkoll matul il-jiem sħan tas-sajf. Għal din ir-raġuni, l-iżvilupp tal-għeneb matul il-perjodu kritiku tas-sajf ma jiġix interrott u ma jiġix espost għal fatturi ta’ stress, bin-nuqqas konsegwenti ta’ riħa ta’ moffa jew ta’ qrusa qawwija ta’ aċidu. L-istruttura aċiduża matura u espressiva u l-preżenza qawwija ta’ noti ta’ ġebel imxarrab fit-togħma jistgħu jiġu traċċati lura għall-kontenut minerali għoli tal-ħamrija ta’ Csopak.

Fis-sajf, ir-raġġi tax-xemx li jiġu riflessi mill-wiċċ tal-lag baxx, isaħħnu l-ġnub tal-għoljiet b’mod uniformi u joħolqu l-kundizzjonijiet għar-raħs perenni tal-vinji. Minħabba li fi Csopak l-aħħar ġurnata ta’ ġlata tiġi kmieni, hemm inqas ċans ta’ ġlata tar-rebbiegħa; konsegwentement, it-tkabbir tan-nebbieta huwa uniformi u kull sena jiżviluppa weraq b’superfiċje ta’ daqs xieraq, li jwassal għall-maturazzjoni ottimali tal-għeneb.

Minbarra l-vinji, ir-reġjun forestali li evolva fuq millenji sħaħ, għandu rwol ewlieni fil-kultivazzjoni tal-għeneb, minħabba li l-predaturi li jilqa’ fih matul ix-xitwa (insetti bħad-dud predatorju) jgħin biex il-pesti jinżammu taħt kontroll. Għal din ir-raġuni, il-fażi kritika importanti tal-iżvilupp inizjali tal-għeneb ma tiġix imtawla, u dan jippermetti l-iżvilupp ta’ ħajt ta’ weraq aktar għoli u aktar b’saħħtu.

Is-sajf sħun u s-sistema Mediterranja ta’ pressjoni għolja jiżguraw li, wara l-jiem twal tal-ħarifa, it-temperatura kiesħa ta’ filgħaxija kkawżata miż-żiffa mill-Għoljiet ta’ Bakony, id-dielja tidħol malajr fil-fażi skura tal-fotosinteżi, li jwassal għal żieda rapida fil-konċentrazzjoni taz-zokkor tal-għeneb. Din ir-restrizzjoni naturali unika tagħti l-inbejjed “Csopak” / “Csopaki” ir-robustezza tagħhom.

L-istruttura aċiduża eleganti u l-aromi ta’ frott karatteristiċi tal-inbejjed minn Balatonfüred-Csopak huma dovuti wkoll għall-arja kiesħa li tinżel mill-foresti. Fuq il-ġnub tal-għoljiet, li ntgħażlu tul is-sekli, fejn jitkabbar l-għeneb, iċ-ċaqliq kontinwu tal-arja u t-tħarriġ baxx tad-dwieli jfisser li n-nida fuq l-għenieqed tal-għeneb tinxef malajr, u għalhekk il-mard fungali mhuwiex komuni u jista’ jinħasad għeneb b’saħħtu.

Dawn il-fatturi naturali, meħuda flimkien, flimkien mas-sekli sħaħ ta’ esperjenza, li tgħaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra, tal-produtturi tal-inbid li jgħixu fir-reġjun, flimkien jiggarantixxu l-ħolqien ta’ nbejjed ta’ kwalità għolja, b’togħma robusta u espressiva minn għenieqed maturi u b’saħħithom.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Regoli dwar l-indikazzjonijiet 1

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

a)

It-terminu tradizzjonali “ta’ oriġini protetta” jista’ jintuża wkoll minflok it-terminu “denominazzjoni ta’ oriġini protetta”.

b)

Terminu tradizzjonali awtorizzat għall-użu: válogatott szüretelésű bor [inbid minn ħsad magħżul].

Regoli dwar l-indikazzjonijiet 2

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

a)

Espressjonijiet oħra li l-użu tagħhom huwa ristrett, espressjonijiet li jindikaw il-metodu ta’ produzzjoni, u espressjonijiet oħra li l-użu tagħhom huwa regolat: “szűretlen” [mhux iffiltrat], “szemelt” [magħżul], “termőhelyen palackozva” [ibbottiljat fil-post tal-produzzjoni]

b)

Fil-każ ta’ nbid tat-tip hegybor, it-termini “Hegybor”, “Első Osztályú Hegybor” [tal-ewwel klassi] jew “Elsőrangú Hegybor” [primjum] jistgħu jidhru fuq it-tikketta.

c)

Fil-każ ta’ nbid tat-tip dűlős bor, it-termini “Első Osztályú Dűlőbor” [tal-ewwel klassi] u “Elsőrangú Dűlőbor” [primjum] jistgħu jidhru fuq it-tikketta.

d)

It-terminu “monopol dűlő” [monopolju] jista’ jidher biss fuq it-tikketti ta’ dűlős bor jekk l-għeneb jkun ġie mkabbar f’vinja demarkata minn membru wieħed biss tal-komunità tal-inbid.

e)

Id-denominazzjoni “Balaton borrégió” [ir-reġjun tal-inbid ta’ Balaton] tista’ tidher fuq it-tikketta.

f)

il-varjetà ma għandhiex għalfejn tiġi indikata

Jistgħu jiġu indikati unitajiet ġeografiċi iżgħar

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwżit:

a)

fuq dűlős bor biss

b)

identità tal-oriġini: 100 %

c)

l-ismijiet “dűlő” [vinja] u “aldűlő” [roqgħa tal-vinja] jistgħu jidhru: ara aktar ’l isfel.

d)

Għall-ismijiet tal-vinji Kis-hegy jew Öreg-hegy, għandu jkun hemm ukoll l-isem tar-raħal korrispondenti

Jistgħu jiġu indikati l-unitajiet ġeografiċi iżgħar li ġejjin:

Lokalità

Vinja

Roqgħa tal-vinja

Csopak

 

 

 

Hegyalja

 

 

Hegyalja

Szita-hegy

 

Nagy-kút

 

 

Bene

 

 

Falu-kertje

 

 

Berek-hát

 

 

Kocsikapu

 

 

Nádas-kút

 

 

Nádas-kút

Haraszt

 

Kis-hegy

 

 

Kis-hegy

Kertmög

 

Siralomvágó

 

 

Lőcze-domb

Sáfrán-kert

Paloznak

Kis-hegy

 

 

Kis-hegy

Hajnóczy

 

Slikker

 

 

Sáfrán-kert

 

 

Nagy-hegy

 

 

Malom-hát

 

 

Malom-hát

Szil

 

Vörös-part

 

Lovas

 

 

 

Öreg-hegy

 

 

Öreg-hegy

Balogh

 

Öreg-hegy

Soós

 

Téglaházi

 

 

Téglaházi

Szilfa

 

Suhatag

 

 

Kis-hegy

 

Felsőörs

 

 

 

Kis-hegy

 

 

Pocca

 

 

Pocca

Nemes-erdei

 

Hosszú

 

 

Főszőlők

 

 

Öreg-hegy

 

 

Káptalan-földek

 

Alsóörs

 

 

 

Kis-telek

 

 

Suhatag

 

 

Gőlye-mál

 

 

Máli

 

 

Telekfő

 

 

Telekfő

Kemencs

 

Telekfő

Lok

Produzzjoni barra miż-żona demarkata tal-produzzjoni

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Sabiex jiġi prodott l-inbid “Csopak” / “Csopaki”, l-ipproċessar tal-għeneb, il-fermentazzjoni tal-most u l-maturazzjoni tal-inbid jistgħu jsiru biss fil-villaġġi li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni demarkata, kif ukoll f’Balatonarács, Balatonfüred, Aszófő u Balatonszőlős. (Lokalitajiet fl-istess unità amministrattiva, bħal fil-każ imsemmi fl-Artikolu 6(4)(b) tar-Regolament (KE) 607/2009.).

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://boraszat.kormany.hu/csopak


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


4.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/20


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

(2020/C 70/05)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Coteaux du Layon”

PDO-FR-A0826-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 13 ta’ Novembru 2019

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Denominazzjonijiet ġeografiċi

Fil-Kapitolu 1(II)(1), wara l-kelma “muniċipalitajiet” ġew miżjuda “(jew muniċipalitajiet delegati jekk ikunu jeżistu”).

Xi muniċipalitajiet li isimhom jista’ jsegwi dak tad-DOK “Coteaux du Layon” reċentement ingħaqdu. Madankollu, huma baqgħu muniċipalitajiet delegati fil-muniċipalitajiet il-ġodda ffurmati minn dawn il-fużjonijiet. Sakemm dawn jeżistu bħala tali, huma jżommu kontroll territorjali magħruf u identifikat fuq livell amministrattiv.

Il-Kapitolu II biss ġie emendat. Fil-bqija tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ma ssir l-ebda distinzjoni bejn muniċipalitajiet u muniċipalitajiet delegati, għal dawk il-“muniċipalitajiet” li isimhom jista’ jsegwi dak tad-DOK.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.

2.   Żona ġeografika

Iż-żona ġeografika hija emendata kif ġej:

“ a) -

L-istadji kollha tal-proċess tal-produzzjoni jridu jsiru fiż-żona ġeografika li l-perimetru tagħha jinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Maine-et-Loire abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2018: Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Champ-sur-Layon, Faveraye-Mâchelles, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon u Thouarcé), Chalonnes-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chanzeaux u La Jumellière), Cléré-sur-Layon, Doué-en-Anjou (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Brigné, Concourson-sur-Layon, Saint-Georges-sur-Layon u Les Verchers-sur-Layon), Lys-Haut-Layon (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ La Fosse-de-Tigné, Nueil-sur-Layon, Tancoigné, Tigné u Trémont), Passavant-sur-Layon, Rochefort-sur-Loire, Terranjou (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chavagnes u Martigné-Briand), Val-du-Layon (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Saint-Aubin-de-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay)

Il-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika huma disponibbli fuq is-sit web tal-Institut national de l’origine et de la qualité.

b) -

Għall-inbejjed eliġibbli għat-terminu ‘premier cru’ (l-ewwel vendemmja) issupplimentat bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali ‘Chaume’, l-istadji kollha tal-proċess tal-produzzjoni jridu jsiru fiż-żona ġeografika li l-perimetru tagħha jinkludi t-territorju tal-muniċipalità li ġejja tad-département ta’ Maine-et-Loire, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tas-sena 2018: Rochefort-sur-Loire.

Il-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika huma disponibbli fuq is-sit web tal-Institut national de l’origine et de la qualité. ”

Emenda editorjali: il-lista l-ġdida tal-entitajiet amministrattivi tqis il-fużjonijiet jew bidliet oħra fiż-żona amministrattiva li seħħew minn meta ġiet approvata l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Għal aktar ċertezza legali, din ġiet stabbilita skont il-verżjoni attwali tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali, ippubblikat kull sena mill-INSEE. Il-perimetru taż-żona ġeografika baqa’ strettament l-istess.

Fl-aħħar nett, biex il-pubbliku jkun infurmat aħjar, qed issir referenza għat-tqegħid għad-dispożizzjoni, fuq is-sit web tal-INAO, tal-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika.

Għalhekk il-punt 6 tad-Dokument Uniku dwar iż-żona ġeografika ġie emendat kif xieraq.

3.   Iż-żona tal-irqajja’ demarkata

Fl-ewwel paragrafu tal-Kapitolu 1(IV)(2) tal-ispeċifikazzjoni tad-DOP “Coteaux du Layon”, wara l-kliem “tal-5 ta’ Settembru 2007”, ġie miżjud il-kliem “u tad-19 ta’ Jannar 2017”.

Din l-emenda għandha l-għan li żżid id-data ta’ approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ emenda taż-żona tal-irqajja’ demarkata fiż-żona ġeografika ta’ produzzjoni. Id-demarkazzjoni tal-irqajja’ ta’ art tikkonsisti fl-identifikazzjoni ta’ dawk l-irqajja’ ta’ art fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni li huma tajbin għall-produzzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta kkonċernata.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.

4.   Iż-żona fil-viċinanza immedjata

Fil-Kapitolu 1(IV)(3)(a), il-lista tal-muniċipalitajiet hija ssostitwita b’dan li ġej:

“—

id-Département ta’ Deux-Sèvres: Argenton-l’Église, Bouillé-Loretz, Brion-près-Thouet, Louzy, Mauzé-Thouarsais, Oiron, Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Radegonde, Sainte-Verge, Saint-Martin-de-Mâcon, Saint-Martin-de-Sanzay, Thouars, Tourtenay, Val en Vignes (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouillé-Saint-Paul u Cersay);

id-Département ta’ Indre-et-Loire: Saint-Nicolas-de-Bourgueil;

id-Département ta’ Loire-Atlantique: Ancenis, Le Loroux-Bottereau, Le Pallet, La Remaudière, Vair-sur-Loire (dak li qabel kien territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Anetz), Vallet;

id-Département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Antoigné, Artannes-sur-Thouet, Blaison-Saint-Sulpice (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Blaison-Gohier u Saint-Sulpice), Bouchemaine, Brain-sur-Allonnes, Brézé, Brissac Loire Aubance (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Alleuds, Brissac-Quincé, Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance, Chemellier, Coutures, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire, Saulgé-l’Hôpital u Vauchrétien), Brossay, Cernusson, Chacé, Champtocé-sur-Loire, Chemillé-en-Anjou (dak li qabel kien territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Valanjou), Cizay-la-Madeleine, Le Coudray-Macouard, Courchamps, Denée, Dénezé-sous-Doué, Distré, Doué-en-Anjou (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Forges, Meigné u Montfort), Épieds, Fontevraud-l’Abbaye, Les Garennes sur Loire (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Juigné-sur-Loire u Saint-Jean-des-Mauvrets), Gennes-Valde-Loire (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chênehutte-Trêves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies u Le Thoureil), Huillé, Ingrandes-Le-Fresne sur Loire (dak li qabel kien territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Ingrandes), Jarzé Villages (dak li qabel kien territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Lué-en-Baugeois), Louresse-Rochemenier, Lys-Haut-Layon (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Cerqueux-sous-Passavant u Vihiers), Mauges-sur-Loire (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Marillais, Le Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire, La Pommeraye, Saint-Florentle-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay), Mazé-Milon (dak li qabel kien territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Fontaine-Milon), Montilliers, Montreuil-Bellay, Montsoreau, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée-d’Anjou (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré, Saint-Laurent-des-Autels u La Varenne), Parnay, La Possonnière, Le Puy-Notre-Dame, Rou-Marson, Saint-Cyr-en-Bourg, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Just-sur-Dive, Saint-Macaire-du-Bois, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saint-Sigismond, Saumur, Savennières, Soucelles, Soulaines-sur-Aubance, Souzay-Champigny, Terranjou (dak li qabel kien territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Notre-Dame-d’Allençon), Tuffalun (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Ambillou-Château, Louerre u Noyant-la-Plaine), Turquant, Les Ulmes, Varennes-sur-Loire, Varrains, Vaudelnay, Verrie, Verrières-en-Anjou (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Pellouailles-les-Vignes u Saint-Sylvain-d’Anjou), Villevêque;

id-Département ta’ Vienne: Berrie, Curçay-sur-Dive, Glénouze, Pouançay, Ranton, Saint-Léger-de-Montbrillais, Saix, Ternay, Les Trois-Moutiers. ”

Fil-Kapitolu 1(IV)(3)(b), il-lista tal-muniċipalitajiet hija ssostitwita b’dan li ġej:

“Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Champ-sur-Layon, Faveraye-Mâchelles, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon u Thouarcé), Brissac Loire Aubance (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Brissac-Quincé u Vauchrétien), Chalonnes-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (dak li qabel kien territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Chanzeaux), Denée, Doué-en-Anjou (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Brigné u Les Verchers-sur-Layon), Mauges-sur-Loire (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Montjean-sur-Loire u La Pommeraye), Mozé-sur-Louet, Savennières, Soulaines-sur-Aubance, Terranjou (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chavagnes, Martigné-Briand u Notre-Dame-d’Allençon) u Val-du-Layon (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Saint-Aubin-de-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay).”

Dan jippermetti li jitqiesu l-fużjonijiet differenti tal-muniċipalitajiet li seħħew mill-aħħar verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-perimetru taż-żona fil-viċinanza immedjata baqa’ strettament l-istess.

Għalhekk il-punt 9 tad-Dokument Uniku dwar ir-rekwiżiti addizzjonali ġie emendat kif xieraq.

5.   Dispożizzjoni agroambjentali

Fil-Kapitolu 1(VI)(2), ġie miżjud li: “Hija obbligatorja kopertura ta’ ħaxix ikkontrollat, spontanju jew miżrugħ, bejn ir-ringieli; fl-assenza ta’ din il-kopertura ta’ ħaxix, l-operatur għandu jaħrat il-ħamrija sabiex jiżgura l-kontroll tal-ħaxix spontanju jew jiġġustifika l-użu ta’ prodotti bijoloġiċi ta’ kontroll approvati mill-awtoritajiet pubbliċi fil-vitikultura. F’każ li jintużaw erbiċidi bijoloġiċi ta’ kontroll fuq roqgħa art, l-użu ta’ erbiċidi oħra għandu jiġi pprojbit. ”

Din l-emenda takkumpanja l-iżvilupp attwali tal-prattiki tal-operaturi favur l-agroekoloġija fil-vinja kollha ta’ Anjou. Din tirrifletti l-kunsiderazzjoni dejjem tikber tat-tħassib ambjentali fl-itinerarji tekniċi. Peress li tippromwovi l-preżenza ta’ kopertura ta’ ħaxix jew l-użu ta’ tnaqqija mekkanika jew l-użu ta’ prodotti bijoloġiċi ta’ kontroll, din twassal għal tnaqqis fl-użu ta’ erbiċidi kimiċi. Dan it-tnaqqis fl-erbiċidi għandu jsaħħaħ il-protezzjoni tal-ħamrija tal-inbid u jippreżerva l-karatteristiċi naturali tagħha (il-fertilità, il-bijodiversità, il-bijotrattament), li jikkontribwixxi għall-kwalità u għall-awtentiċità tal-inbejjed u jsaħħaħ il-kunċett ta’ żona lokali.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.

6.   It-tħabbir tal-ħsad

Fil-Kapitolu 1(VII)(1) tneħħiet is-sentenza “Id-data tal-bidu tal-ħsad tiġi stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu D. 645-6 tal-Kodiċi rurali u tas-sajd marittimu. ”.

L-istabbiliment ta’ data tal-bidu tal-ħsad illum il-ġurnata ma għadux meħtieġ, peress li l-operaturi issa għandhom firxa wiesgħa ta’ għodod li jippermettulhom jevalwaw il-maturità tal-għeneb bl-aktar mod preċiż possibbli. Kull operatur għandu għadd ta’ apparat u tagħmir, kemm personali kif ukoll kollettivi, li jagħmilha possibbli li tiġi ddeterminata b’mod preċiż l-aħjar data għall-bidu tal-ħsad ta’ kull roqgħa art, skont l-għanijiet tal-produzzjoni.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.

7.   Il-kapaċità tal-fabbriki tal-inbid

Fil-Kapitolu 1(IX)(1)(d), is-sentenza: “Kull operatur għandu jkollu kapaċità tal-fabbriki tal-inbid għall-vinifikazzjoni ta’ mill-inqas 1,4 darbiet ir-rendiment medju tal-azjenda matul l-aħħar ħames snin. ” ġiet issostitwita bis-sentenza: “Kull operatur għandu jkollu kapaċità tal-fabbriki tal-inbid għall-vinifikazzjoni ta’ mill-inqas 1,4 darbiet il-volum medju ta’ nbid f’dawn l-aħħar ħames snin. ”

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ma kienx hemm referenza għall-kapaċità tal-volum (espressa f’hl jew f’m3) iżda għar-rendiment, jiġifieri volum tal-ħsad diviż bl-erja ta’ produzzjoni (espress pereżempju f’hl/ha). L-emenda proposta tagħmilha possibbli li tiġi rrimedjata din l-inkonsistenza f’termini ta’ kwantitajiet, mingħajr ebda bidla fis-sustanza (il-minimu għandu dejjem ikun stabbilit għal 1,4 darbiet il-volum medju tal-inbid prodott mill-azjenda fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti).

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.

8.   Ċirkolazzjoni tal-inbid

Il-punt IX(5)(b) tal-Kapitolu 1 dwar id-data taċ-ċirkolazzjoni tal-inbejjed bejn id-depożitanti awtorizzati ġie mħassar.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.

9.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta ġiet riveduta biex jiġi aġġornat l-għadd ta’ muniċipalitajiet ikkonċernati (13 minflok 27). Fir-rabta ġie speċifikat li t-temperaturi medji huma temperaturi annwali;

Għalhekk il-punt 8 tad-Dokument Uniku dwar ir-rabta ġie emendat kif xieraq.

10.   Miżura tranżitorja

Fil-Kapitolu 1(XI) ġie miżjud li “Id-dispożizzjonijiet relatati mal-obbligu ta’ kopertura ta’ ħaxix ikkontrollat, spontanju jew miżrugħ bejn ir-ringieli jew, fl-assenza ta’ dik il-kopertura ta’ ħaxix, l-obbligu li l-operatur jaħrat il-ħamrija jew li juża prodotti bijoloġiċi ta’ kontroll sabiex jiżgura l-kontroll tal-veġetazzjoni spontanja, ma għandhomx japplikaw għall-irqajja’ ta’ art tal-vinji stabbiliti fid-data tal-approvazzjoni ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u li d-distanza bejn ir-ringieli tad-dwieli tkun ta’ 1,70 metru jew inqas. ”

Il-miżura tranżitorja tagħmilha possibbli li ma jiġux penalizzati l-vinji stabbiliti li l-metodu ta’ taħriġ attwali tagħhom mhuwiex adattat għad-dispożizzjonijiet agroambjentali. Fil-vinji b’densità għolja, ikkaratterizzati minn distanza bejn ir-ringieli ta’ 1,70 metru jew inqas, il-manutenzjoni ta’ ħaxix permanenti jew il-ħrit tal-ħamrija jistgħu tabilħaqq jikkawżaw problemi tekniċi (il-mekkanizzazzjoni, it-tagħmir, l-għodod). Fil-vinji baxxi, il-ħaxix iżid ukoll ir-riskju ta’ ġlata tar-rebbiegħa. Barra minn hekk, il-preżenza ta’ kopertura ta’ ħaxix tkun teħtieġ saħansitra provvista tal-ilma akbar għad-dwieli aktar ma d-densità tat-tħawwil tkun għolja. B’kuntrast ma’ dan, il-vinji li se jitħawlu wara l-approvazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott se jkollhom jikkonformaw, b’għarfien sħiħ tal-fatti, mad-dispożizzjonijiet agroambjentali li ġew introdotti, irrispettivament mid-densità tagħhom u d-distanza bejn ir-ringieli.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.

11.   Żamma ta’ reġistru

Fil-punt (II)(3) tal-Kapitolu 2, il-kliem “f’qawwa” ġew issostitwiti b’“naturali” u l-kelma “grad” ġiet issostitwita b’“qawwa alkoħolika naturali skont il-volum”.

B’konsistenza mal-metodu ta’ formulazzjoni użat fl-ispeċifikazzjonijiet kollha taż-żona ta’ Anjou Saumur, il-kliem “qawwa alkoħolika naturali skont il-volum” jissostitwixxu t-termini “qawwa potenzjali” jew “grad”. Dawn l-emendi jtejbu l-leġġibbiltà ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti. L-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar iż-żamma ta’ reġistri hija maħsuba biex tiffaċilita t-tfassil tal-pjan ta’ spezzjoni u l-monitoraġġ ta’ dawn ir-reġistri.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.

12.   Punti ewlenin li jridu jiġu kkontrollati

Il-Kapitolu 3 ġie rivedut għall-konsistenza fil-kliem tal-punti ewlenin li għandhom jiġu kkontrollati fl-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott taż-żona ta’ Anjou Saumur.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem tal-prodott

Coteaux du Layon

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Coteaux du Layon

Inbejjed bojod mhux frizzanti b’zokkor residwu, magħmula minn għeneb tal-varjetà chenin B li jinqata’ meta jkun sar iżżejjed. Huma distinti, eleganti, b’aromi kumplessi u adatti għall-maturazzjoni. Fil-ħalq, jikkombinaw il-ħlewwa u l-freskezza, il-qawwa u l-finezza.

Huma għandhom:

 

Qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 14 %.

 

Il-qawwa alkoħolika proprja minima hija ta’ 10 % u ta’ 11 % għall-inbejjed b’qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ inqas minn 18 %

 

Kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju), wara l-fermentazzjoni, ta’ 34 g/l jew aktar.

Il-kontenut ta’ aċidità totali u ta’ diossidu tal-kubrit totali huwa dak stabbilit fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

25

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Sélection grains nobles (Għażla ta’ għeneb nobbli)

L-inbejjed li jibbenefikaw mit-terminu “sélection de grains nobles” jenfasizzaw l-attrazzjonijiet kollha ta’ konċentrazzjoni estrema tal-għeneb. Dawn l-inbejjed oriġinali għandhom qawwa aromatika u persistenza aromatika evidenti ħafna. L-aromi tal-frott u tal-fjuri jitħalltu mal-aromi ta’ maturazzjoni eċċessiva bħall-frott imnixxef, il-konfettura jew ma’ togħmiet ta’ għasel. Il-bilanċ bejn l-aċidità, l-alkoħol u l-kremożità joffri lill-inbejjed il-possibbiltà li jsiru aktar kumplessi matul is-snin.

Huma għandhom:

 

Qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 19 %.

 

Kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju), wara l-fermentazzjoni, ta’ 34 g/l jew aktar.

 

Il-qawwa alkoħolika proprja minima hija ta’ 10 % u ta’ 11 % għall-inbejjed b’qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ inqas minn 18 %

Il-kontenut ta’ aċidità totali u ta’ diossidu tal-kubrit totali huwa dak stabbilit fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

25

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Coteaux du Layon + isem il-muniċipalità

L-inbejjed li jgawdu mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Coteaux du Layon” segwita mill-isem tal-muniċipalità li fiha joriġina l-għeneb, ġeneralment ikun fihom kontenut ta’ zokkor fermentabbli kemxejn ogħla. Id-differenzi fin-natura tal-ħamrija u l-esponiment jiżvelaw ċerti sfumaturi fl-inbejjed. Għalhekk, dawk prodotti minn għeneb li ġej mill-għoljiet ta’ Rochefort-sur-Loire, kemm kemm esposti għat-Tramuntana, jenfasizzaw il-mineralità, filwaqt li dawk prodotti minn għeneb li ġej mill-għoljiet ta’ Beaulieu-sur-Layon, Fayed’Anjou u Saint-Aubin-de-Luigné esposti għan-Nofsinhar huma spiss immarkati b’noti karatteristiċi marbuta mal-iżvilupp ta’ “taħsir nobbli” taħt l-azzjoni tal-Botrytis cinerea. L-inbejjed prodotti minn għeneb li ġej mill-għoljiet ftit li xejn imżerżqa, fuq ix-xatt tax-xellug ta’ Layon, fit-territorju tal-muniċipalitajiet ta’ Rablay-sur-Layon u Saint-Lambert-du-Lattay, huma b’saħħithom u armonjużi.

Huma għandhom:

 

Qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 15 %.

 

Kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju), wara l-fermentazzjoni, ta’ 34 g/l jew aktar.

 

Il-qawwa alkoħolika proprja minima hija ta’ 11 u ta’ 12 għall-inbejjed b’qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ inqas minn 19 %

Il-kontenut ta’ aċidità totali u ta’ diossidu tal-kubrit totali huwa dak stabbilit fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

25

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Premier cru Chaume

L-inbejjed li jibbenefikaw mit-terminu “premier cru” (l-ewwel vendemmja) issupplimentat bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Chaume” huma kkaratterizzati b’mod partikolari mill-finezza u mill-eleganza tagħhom, minn kumplessità aromatika kbira u sabiħa, fejn ta’ spiss ikunu preżenti noti ta’ konfettura tal-frott u ta’ pejst tal-isfraġel.

Huma għandhom:

 

Qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 16.5 %.

 

Kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju), wara l-fermentazzjoni, ta’ 80 g/l jew aktar.

Il-kontenut ta’ aċidità totali u ta’ diossidu tal-kubrit totali huwa dak stabbilit fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

25

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Użu ta’ biċċiet tal-injam

Prattika enoloġika speċifika

L-użu ta’ biċċiet tal-injam huwa pprojbit

Arrikkiment

Prattika enoloġika speċifika

L-arrikkiment huwa awtorizzat skont ir-regoli stipulati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Għall-inbejjed eliġibbli għat-terminu “sélection de grains nobles”, kull operazzjoni ta’ arrikkiment hija pprojbita.

Għall-inbejjed eliġibbli għat-terminu “premier cru” (l-ewwel vendemmja) issupplimentat bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Chaume”, kull operazzjoni ta’ arrikkiment u kull trattament bis-sħana tal-ħsad b’temperatura ta’ inqas minn –5°C huma pprojbiti.

Prattika enoloġika speċifika

Għall-inbejjed eliġibbli għat-terminu “premier cru” (l-ewwel vendemmja) issupplimentat bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Chaume”, l-użu ta’ kontenitur li jilqa’ l-għeneb bl-iskrun, ta’ apparat li jgħaffeġ u jippompja l-għeneb jew ta’ pressa kontinwa huma pprojbiti.

L-inbejjed jitħallew jimmaturaw skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, l-inbejjed għandhom ikunu konformi mal-obbligi stabbiliti fil-livell tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu f’dak li għandu x’jaqsam mal-prattiki enoloġiċi użati.

Densità

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4000 pjanta għal kull ettaru. Id-distanza bejn ir-ringieli ta’ dawn id-dwieli ma tistax tkun akbar minn 2,50 metru u d-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela ma tistax tkun inqas minn metru. L-irqajja’ ta’ art tal-vinji b’densità ta’ tħawwil ta’ inqas minn 4000 pjanta għal kull ettaru iżda li jkollhom 3300 pjanta jew aktar għal kull ettaru jibbenefikaw, għall-ħsad tagħhom, mid-dritt għad-DOK diment li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet relatati mar-regoli dwar l-irbit u l-għoli tal-weraq stipulati f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dawn l-irqajja’ ta’ art tal-vinji ma jistax ikollhom distanza bejn ir-ringieli ta’ aktar minn 3 metri u distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela ta’ inqas minn metru.

Għall-inbejjed eliġibbli għat-terminu “premier cru” (l-ewwel vendemmja) issupplimentat bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Chaume”, id-densità minima ta’ tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4500 pjanta għal kull ettaru. Id-distanza bejn ir-ringieli ta’ dawn id-dwieli ma tistax tkun akbar minn 2,20 metru u d-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela ma tistax tkun inqas minn metru.

Iż-żbir u l-irbit tad-dwieli

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-dwieli għandhom jinżabru sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April b’żabra mħallta, b’massimu ta’ 12-il rimja għal kull pjanta u b’massimu ta’ 4 rimjiet fuq iz-zokk it-twil.

Għall-inbejjed eliġibbli għat-terminu “premier cru” (l-ewwel vendemmja) issupplimentat bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Chaume”, id-dwieli għandhom jinżabru sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April b’żabra mħallta, b’massimu ta’ 12-il rimja għal kull pjanta. Fl-istadju fenoloġiku li jikkorrispondi għal 11 jew 12-il werqa, in-numru ta’ zkuk li jagħtu l-frott tas-sena, għal kull pjanta, għandu jkun 10 jew inqas.

L-għoli tal-weraq marbut għandu jkun mill-inqas 0,6 darbiet id-distanza bejn ir-ringieli, bl-għoli tal-weraq marbut jitkejjel mit-tarf l-aktar baxx tal-weraq, li għandu jkun mill-inqas 0,40 ta’ metru ’l fuq mill-art, u l-ogħla tarf tal-friegħi miżbura, li għandu jkun mill-inqas 0,20 ta’ metru ’l fuq mill-ogħla kannizzata tal-irbit.

L-irqajja’ ta’ art tad-dwieli b’densità ta’ tħawwil ta’ inqas minn 4 000 pjanta għal kull ettaru iżda ta’ 3 300 pjanta jew aktar għal kull ettaru għandhom ikunu konformi wkoll mar-regoli ta’ rbit li ġejjin: l-għoli minimu tal-arbli tal-irbit ’il fuq minn wiċċ l-art għandu jkun ta’ 1,90 metru; l-irbit għandu jinkludi 4 livelli ta’ kannizzati; l-għoli minimu tal-ogħla kannizzata għandu jkun ta’ 1,85 metru ’l fuq mill-art. Dawn id-dispożizzjonijiet partikolari ma għandhomx japplikaw għall-inbejjed eliġibbli għat-terminu “premier cru” (l-ewwel vendemmja) issupplimentat bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Chaume”.

It-tisqija

Prattika tal-kultivazzjoni

It-tisqija hija pprojbita

Ħsad

Prattika tal-kultivazzjoni

L-inbejjed jinkisbu minn għeneb li jinqata’ meta jkun sar iżżejjed. L-inbejjed eliġibbli għat-terminu “sélection de grains nobles” huma wkoll ikkonċentrati fuq id-dielja permezz tat-taħsir nobbli.

L-għeneb jinqata’ bl-idejn b’għażliet suċċessivi.

Għall-inbejjed eliġibbli għat-terminu “premier cru” (l-ewwel vendemmja) issupplimentat bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Chaume”, l-użu ta’ trasportaturi tal-għeneb bl-iskrun li jiżvojtjaw waħidhom u ta’ trasportaturi tal-għeneb b’pompa bil-paletti huwa pprojbit, u l-għoli tal-għeneb fil-kontenituri użati għat-trasport tal-ħsad għandu jkun metru jew inqas.

b.   Rendimenti massimi

Coteaux du Layon

40 ettolitru għal kull ettaru

“Coteaux du Layon” segwit bl-isem tal-muniċipalità li fiha joriġina l-għeneb

35 ettolitru għal kull ettaru

“Coteaux du Layon” segwit bit-terminu “premier cru” (l-ewwel vendemmja) issupplimentat bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Chaume”

30 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

a)

L-istadji kollha tal-proċess tal-produzzjoni jridu jsiru fiż-żona ġeografika li l-perimetru tagħha jinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Maine-et-Loire abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2018: Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Champ-sur-Layon, Faveraye-Mâchelles, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon u Thouarcé), Chalonnes-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chanzeaux u La Jumellière), Cléré-sur-Layon, Doué-en-Anjou (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Brigné, Concourson-sur-Layon, Saint-Georges-sur-Layon u Les Verchers-sur-Layon), Lys-Haut-Layon (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ La Fosse-de-Tigné, Nueil-sur-Layon, Tancoigné, Tigné u Trémont), Passavant-sur-Layon, Rochefort-sur-Loire, Terranjou (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chavagnes u Martigné-Briand), Val-du-Layon (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Saint-Aubin-de-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay)

b)

Għall-inbejjed eliġibbli għat-terminu “premier cru” (l-ewwel vendemmja) issupplimentat bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Chaume”, l-istadji kollha tal-proċess tal-produzzjoni jridu jsiru fiż-żona ġeografika li l-perimetru tagħha jinkludi t-territorju tal-muniċipalità li ġejja tad-département ta’ Maine-et-Loire, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tas-sena 2018: Rochefort-sur-Loire.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Chenin B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

1 -   Informazzjoni dwar iż-żona ġeografika

a)   Deskrizzjoni tal-fatturi naturali rilevanti għar-rabta

Il-vinja ta’ “Coteaux du Layon” tokkupa l-ġnub ta’ pajsaġġ ta’ għoljiet tul ix-xmara Layon, li tgħaddi fil-qiegħ ta’ wied żgħir li jħares fid-direzzjoni tal-Lbiċ/Grigal upstream, imbagħad tal-Majjistral sal-konfluwenza tagħha mal-Loire, mill-muniċipalità ta’ Verchers-sur-Layon. Fl-2018, iż-żona ġeografika kienet tkopri t-territorju ta’ 13-il muniċipalità tad-département ta’ Maine-et-Loire, mifruxa fuq ix-xtut tal-lemin u tax-xellug tax-xmara Layon.

Il-muniċipalitajiet ta’ Beaulieu-sur-Layon, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon, Rochefort-sur-Loire, Saint-Aubin-de-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay, li huma muniċipalitajiet li fihom joriġina l-għeneb li isimhom jista’ jsegwi l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata, jikkostitwixxu l-qalba ta’ din il-vinja u huma miġbura flimkien fuq iż-żewġ naħat ta’ Layon downstream. Fit-territorju tal-muniċipalità ta’ Rochefort-sur-Loire, wieħed isib l-għolja ta’ “Chaume” li tħares fid-direzzjoni ta’ xmara mserrpa li tħares lejn in-Nofsinhar.

L-irqajja’ ta’ art demarkati speċifikament għall-ħsad tal-għeneb għandhom ħamrija ffurmata fuq substrat ta’ shales xi ftit jew wisq degradat, li tista’ tkun koperta minn formazzjonijiet ta’ detriti li jappartjenu għaċ-Ċenomanjan jew għall-Plijoċen, skont it-topografija. Kultant, xi rqajja’ ta’ art ikollhom ħamrija li toriġina minn formazzjonijiet ta’ eruzzjoni aċidika (rijoliti) jew alkalina (spiliti), ħamrija biż-żrar fuq ċagħaq ċatt u blat ramli Karboniferu, u ħamrija baxxa b’intervalli ta’ kwarz u ftaniti tas-Silurjan.

It-topografija għandha rwol importanti fit-tfassil tal-ambjent naturali u ż-żewġt ixtut ta’ Layon ma għandhomx l-istess tipoloġija. L-għoljiet tax-xatt tan-naħa tal-lemin huma weqfin ħafna, b’pendil li xi kultant jilħaq l-40 %, u li ta’ spiss jiddominaw ix-xmara b’għoli ta’ aktar minn 60 metru. Fuq ix-xatt tan-naħa tax-xellug, il-pendili normalment ikunu ħafna inqas weqfin u l-ogħla punt tagħhom rarament jogħla ’l fuq mix-xmara b’aktar minn 20 metru.

Madankollu, dawn l-irqajja’ ta’ art kollha għandhom karatteristiċi komuni. Il-pajsaġġ tagħhom huwa miftuħ sew u l-ħamrija tagħhom għandha mġiba termali tajba. Din il-ħamrija ma għandha l-ebda sinjal idromorfiku u r-riżerva tal-ilma tagħha hija moderata ħafna.

Iż-żona ġeografika hija żona li ftit li xejn tissaqqa, protetta mill-umdità oċeanika mill-għoljiet aktar għoljin ta’ Choletais u ta’ Mauges. Ix-xita annwali hija ta’ madwar 550 millimetru sa 600 millimetru filwaqt li f’Choletais hija ta’ aktar minn 800 millimetru. Matul iċ-ċiklu veġetattiv tad-dielja, ix-xita tkun 100 millimetru inqas minn dik tal-bqija tad-département. It-temperaturi medji annwali huma relattivament għolja (madwar 12 °C) u 1 °C ogħla meta mqabbla mad-département kollu ta’ Maine-et-Loire. Il-meżoklima moderata partikolari taż-żona ġeografika hija enfasizzata mill-flora tan-Nofsinhar li fiha jinsabu s-siġar tal-ballut u tal-prinjol domestiku.

b)   Deskrizzjoni tal-fatturi umani rilevanti għar-rabta

L-eżistenza ta’ vinja ilha rikonoxxuta f’Anjou sa mill-ewwel seklu WK u dan fuq bażi kontinwa. Fl-1529, Bourdigné tkellem dwar din il-vinja bħala l-“kapolavur ta’ Noé”. Il-vinja bdiet tiffjorixxi mis-seklu VI. Fl-1600, Olivier de Serres, fit-“Théâtre d’agriculture et mesnage des champs” tiegħu, għamel osservazzjoni partikolari: “Ġeneralment għall-provinċji kollha ta’ dan ir-renju (...) jeħtieġ li wieħed jistenna sakemm jaqgħu l-weraq tad-dielja qabel jaqta’ l-għeneb; u aktar ’il bogħod, lejn Anjou, Maine, u fl-inħawi tagħhom, sakemm dak l-istess għeneb misjur jibda jaqa’ mal-art, kemm minħabba l-klima tardiva kif ukoll minħabba l-proċess naturali tal-għeneb li jitħassar bil-ġlata...” Għalhekk, minn dan wieħed jikkonkludi li l-ġbir tardiv tal-għeneb ilu jsir għal żmien twil.

Madankollu, il-vinja ta’ Anjou kisbet ir-reputazzjoni tagħha mis-sekli XII u XIII, bis-saħħa tal-familja ta’ Plantagenêt. L-influwenza tar-renju ta’ Henri II u ta’ Aliénor ta’ Aquitaine wasslet għalhekk biex l-“inbid ta’ Anjou” jasal fuq l-imwejjed l-iktar raffinati. Il-vinja ta’ “Coteaux du Layon” żviluppat matul is-seklu XVI bil-wasla tal-uffiċjali tal-inbid Netherlandiżi, li meta raw li dawn l-inbejjed kienu adatti għat-trasport bil-baħar, ippromwovew il-kwalitajiet tal-varjetà chenin B lil hinn mill-konfini tar-reġjun. Il-vinja esperjenzat tkabbir sinifikanti b’mod partikolari fl-1780, meta twettqu xogħlijiet ta’ żvilupp ta’ Layon għall-bastimenti l-kbar tal-flotta Netherlandiża.

Il-varjetà chenin B, min-naħa tagħha, tidher li oriġinat minn dan ir-reġjun. Peress li hija varjetà rustika, il-potenzjal tagħha jvarja ħafna skont it-tip ta’ ħamrija li titħawwel fiha. Il-produtturi tal-inbid malajr fehmu wkoll il-valur tal-ħsad ta’ din il-varjetà fi stadju avvanzat ta’ maturità u skont tekniki partikolari. Fl-1845, fit-“Traité des cépages” (Trattat dwar il-varjetajiet) tiegħu, il-Konti Odart jgħid: “Jeħtieġ li nżidu wkoll il-kundizzjoni li l-ħsad m’għandux isir qabel l-għeneb ikun sar ħafna, bħal fiż-żmien tal-festa tal-Qaddisin Kollha, meta l-qoxra tibda tiswied. ”

Għalhekk il-maturazzjoni eċċessiva hija parti integrali tal-ħsad. Fl-1816, f’“Topographie de tous les vignobles connus” (Topografija tal-vinji kollha magħrufa), Jullien jgħid li: “Fir-rigward tal-inbejjed tajbin, il-ħsad isir f’diversi fażijiet; l-ewwel żewġ qatgħat, li huma magħmula biss mill-inbejjed l-aktar maturi, jipprovdu l-inbejjed li jintbagħtu barra mill-pajjiż; dawk tat-tielet qatgħa jintużaw għall-konsum fil-pajjiż...”

F’din il-vinja, xi muniċipalitajiet dejjem kienu magħrufa sew u fit-traduzzjoni ta’ “Nouvelle Géographie Universelle” (Ġeografija Universali Ġdida) tiegħu, ippubblikata fl-1802, William Guthrie (1708-1770), ġeografu Ingliż, kien diġà speċifika l-maġġoranza ta’ dawk li issa jibbenefikaw mill-possibbiltà li jkollhom isimhom miktub wara l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata. Id-digriet dwar ir-rikonoxximent tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Coteaux du Layon”, tat-18 ta’ Frar 1950, jiddikjara din il-possibbiltà għall-muniċipalitajiet ta’ Beaulieu-sur-Layon, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon, Rochefort-sur-Loire, Saint-Aubin-de-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay.

Id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Chaume”, li testendi fuq għolja esposta għan-Nofsinhar, b’topografija oriġinali, fil-qalba ta’ xmara mserrpa, li tinsab fil-muniċipalità ta’ Rochefort-sur-Loire, u mdawra mill-muniċipalitajiet ta’ Beaulieu-sur-Layon u Saint-Aubin-de-Luigné Proprjetà ta’ Foulques Nerra, imħollija lill-abbazija ta’ Ronceray d’Angers fil-bidu tas-seklu XI, din l-għolja malajr saret magħrufa sew. Aktar reċentement, u b’mod speċjali mis-snin 1980, il-produtturi adattaw bl-aħjar mod it-tekniki ta’ żbir u ta’ taħriġ tad-dwieli, tejbu b’mod aktar effettiv ir-regoli tal-ġbir u tal-ħsad, u tejbu t-tekniki tal-kontroll u tat-tul ta’ żmien tal-maturazzjoni. Dan l-impenn kollettiv wassal għar-rikonoxximent tat-terminu “premier cru” (l-ewwel vendemmja).

2 -   Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott

L-inbejjed huma distinti u eleganti. Fil-ħalq, jikkombinaw il-ħlewwa u l-freskezza, il-qawwa u l-finezza u l-aromi tagħhom huma kumplessi. Adatti għal maturazzjoni twila, l-inbejjed jissodisfaw lid-dewwieqa ta’ esperjenza.

L-inbejjed li jgawdu mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Coteaux du Layon” segwita mill-isem tal-muniċipalità li fiha joriġina l-għeneb, ġeneralment ikun fihom kontenut ta’ zokkor fermentabbli kemxejn ogħla. Id-differenzi fin-natura tal-ħamrija u l-esponiment jiżvelaw ċerti sfumaturi fl-inbejjed. Għalhekk, dawk prodotti minn għeneb li ġej mill-għoljiet ta’ Rochefort-sur-Loire, kemm kemm esposti għat-Tramuntana, jenfasizzaw il-mineralità, filwaqt li dawk prodotti minn għeneb li ġej mill-għoljiet ta’ Beaulieu-sur-Layon, Fayed’Anjou u Saint-Aubin-de-Luigné esposti għan-Nofsinhar huma spiss immarkati b’noti karatteristiċi marbuta mal-iżvilupp ta’ “taħsir nobbli” taħt l-azzjoni tal-Botrytis cinerea. L-inbejjed prodotti minn għeneb li ġej mill-għoljiet ftit le xejn imżerżqa, fuq ix-xatt tax-xellug ta’ Layon, fit-territorju tal-muniċipalitajiet ta’ Rablay-sur-Layon u Saint-Lambert-du-Lattay, huma b’saħħithom u armonjużi.

L-inbejjed li jibbenefikaw mit-terminu “sélection de grains nobles” jenfasizzaw l-attrazzjonijiet kollha ta’ konċentrazzjoni estrema ta’ għeneb. Dawn l-inbejjed oriġinali għandhom qawwa aromatika u persistenza aromatika evidenti ħafna. L-aromi tal-frott u tal-fjuri jitħalltu mal-aromi ta’ maturazzjoni eċċessiva bħall-frott imnixxef, il-konfettura jew mat-togħmiet ta’ għasel. Il-bilanċ bejn l-aċidità, l-alkoħol u l-kremożità joffri lill-inbejjed il-possibbiltà li jsiru aktar kumplessi matul is-snin.

L-inbejjed li jibbenefikaw mit-terminu “premier cru” (l-ewwel vendemmja) issupplimentat bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Chaume” huma kkaratterizzati b’mod partikolari mill-finezza u mill-eleganza tagħhom, minn kumplessità aromatika kbira u sabiħa, fejn ta’ spiss ikunu preżenti noti ta’ konfettura tal-frott u ta’ pejst tal-isfarġel.

3 -   Interazzjonijiet kawżali

Il-kombinazzjoni bejn il-ħamrija tal-wiċċ u topografija li tagħti lill-irqajja’ ta’ art tal-vinji esponiment tajjeb, tiżgura provvista tal-ilma regolari iżda limitata għall-varjetà chenin B, li tista’ tesprimi l-valur sħiħ tagħha. Skont l-użanzi, iż-żona tal-irqajja’ demarkata tikklassifika biss l-irqajja’ ta’ art li jinsabu fuq l-għoljiet u li għandhom ħamrija baxxa. Dawn il-pożizzjonijiet jeħtieġu ġestjoni ottimali tal-pjanta, kontroll tas-saħħa u tal-potenzjal tal-produzzjoni, enfasizzati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott permezz tal-prattika ta’ rendiment baxx assoċjat ma’ żabra qasira.

Il-meżoklima moderata tan-Nofsinhar, it-tħawwil tal-vinja fuq għoljiet li xi drabi jkunu weqfin ħafna, flimkien ma’ taħriġ xieraq tal-vinja, jiffavorixxu konċentrazzjoni tal-għenba, permezz ta’ tidbil jew tnixxif fuq il-pjanta (tnixxif tal-għeneb fuq id-dielja) li hija karatteristika tal-vinja.

Il-preżenza tax-xmara tippermetti wkoll li jinqabeż l-istadju sempliċi ta’ maturazzjoni sabiex jintlaħaq l-istadju ta’ maturazzjoni eċċessiva, grazzi għall-iffurmar taċ-ċpar ta’ filgħodu li huwa essenzjali għall-iżvilupp tal-botrytis cinerea u, għalhekk, għat-“taħsir nobbli”, b’mod partikolari għall-inbejjed li jibbenefikaw mit-terminu “sélection de grains nobles”.

Il-fatt li l-produtturi jistennew li l-għeneb jimmatura żżejjed, jistennew biex jaħsdu l-għeneb tard fil-ħarifa u jaqtgħu l-għeneb bl-idejn b’għażliet suċċessivi fl-istess roqgħa art sabiex jagħżlu l-għeneb li jkun ikkonċentrat b’mod naturali jew affettwat minn “taħsir nobbli” (mixwija) jiżvela kemm l-għarfien espert tagħhom kif ukoll kapaċità partikolari ħafna tal-varjetà chenin B. Billi jippreżervaw il-ħsad tradizzjonali tal-għeneb bl-idejn, il-produtturi tal-inbid jgħinu wkoll biex jippreżervaw l-oriġinalità u l-karatteristiċi ta’ din il-vinja fuq l-għoljiet.

Il-maturazzjoni tal-inbejjed, kif iddefinita fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u li tista’ tibqa’ għaddejja mill-inqas sal-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad għall-inbejjed li jibbenefikaw mit-terminu “premier cru”, jew sal-1 ta’ Ġunju tat-tieni sena wara dik tal-ħsad għall-inbejjed li jibbenefikaw mit-terminu “sélection de grains nobles”, filwaqt li tinkoraġġixxi kapaċità ta’ maturazzjoni tajba fil-fliexken, tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kumplessità aromatika perċepibbli mad-dewqan. Dan huwa espress f’qawl lokali popolari: “It-tapp tas-sufra jitmermer, imma l-inbejjed ta’ Coteaux du Layon ma jmutu qatt. ”

Godard Faultrier, storiku ta’ Anjou tas-seklu XIX, kiteb: “Li kieku xi ħadd minn Anjou kellu jirfes fuq il-Gżira ta’ Java qabel ir-Rivoluzzjoni, u kellu jiġi introdott fil-palazz tal-Gvernatur tal-Kumpanija Netherlandiża tal-Indja tal-Lvant, nimmaġina, li kien jifraħ tassew meta jara l-inbid ileqq ta’ Anjou fit-tazza ta’ dan il-kap li skont Voltaire kien jidher fil-pubbliku biss b’mantell vjola rjali, u kien jagħraf mil-lewn ambra tal-likur li kien ġej mill-inbejjed tagħna l-aktar imfittxija ta’ Coteaux du Layon.” ”

Konxji tal-fatt li għandhom territorju eċċezzjonali li jikkuraw bl-akbar attenzjoni, il-produtturi żviluppaw, minn ġenerazzjoni għal oħra, ir-reputazzjoni tal-inbejjed tagħhom li issa saru internazzjonali.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

a)

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-inbejjed hija magħmula minn

“ -

id-Département ta’ Deux-Sèvres: Argenton-l’Église, Bouillé-Loretz, Brion-près-Thouet, Louzy, Mauzé-Thouarsais, Oiron, Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Radegonde, SainteVerge, Saint-Martin-de-Mâcon, Saint-Martin-de-Sanzay, Thouars, Tourtenay, Val en Vignes (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouillé-Saint-Paul u Cersay);

id-département ta’ Indre-et-Loire: Saint-Nicolas-de-Bourgueil;

id-Département ta’ Loire-Atlantique: Ancenis, Le Loroux-Bottereau, Le Pallet, La Remaudière, Vair-sur-Loire (dak li qabel kien territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Anetz), Vallet;

id-Département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Antoigné, Artannessur-Thouet, Blaison-Saint-Sulpice (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Blaison-Gohier u Saint-Sulpice), Bouchemaine, Brain-sur-Allonnes, Brézé, Brissac Loire Aubance (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Alleuds, Brissac-Quincé, Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance, Chemellier, Coutures, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire, Saulgé-l’Hôpital u Vauchrétien), Brossay, Cernusson, Chacé, Champtocé-sur-Loire, Chemillé-en-Anjou (dak li qabel kien territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Valanjou), Cizay-la-Madeleine, Le Coudray-Macouard, Courchamps, Denée, Dénezé-sous-Doué, Distré, Doué-en-Anjou (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Forges, Meigné u Montfort), Épieds, Fontevraud-l’Abbaye, Les Garennes sur Loire (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Juigné-sur-Loire u Saint-Jean-des-Mauvrets), Gennes-Val-de-Loire (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chênehutte-Trêves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies u Le Thoureil), Huillé, Ingrandes-Le-Fresne sur Loire (dak li qabel kien territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Ingrandes), Jarzé Villages (dak li qabel kien territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Lué-en-Baugeois), Louresse-Rochemenier, Lys-Haut-Layon (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Cerqueux-sous-Passavant u Vihiers), Mauges-sur-Loire (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Marillais, Le Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire, La Pommeraye, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay), Mazé-Milon (dak li qabel kien territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Fontaine-Milon), Montilliers, Montreuil-Bellay, Montsoreau, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée-d’Anjou (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré, Saint-Laurent-des-Autels u La Varenne), Parnay, La Possonnière, Le Puy-Notre-Dame, Rou-Marson, Saint-Cyr-en-Bourg, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Just-sur-Dive, Saint-Macaire-du-Bois, Saint-Martin-du-Fouilloux, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saint-Sigismond, Saumur, Savennières, Soucelles, Soulaines-sur-Aubance, Souzay-Champigny, Terranjou (dak li qabel kien territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Notre-Dame-d’Allençon), Tuffalun (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Ambillou-Château, Louerre u Noyant-la-Plaine), Turquant, Les Ulmes, Varennes-sur-Loire, Varrains, Vaudelnay, Verrie, Verrières-en-Anjou (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Pellouailles-les-Vignes u Saint-Sylvain-d’Anjou), Villevêque;

id-Département ta’ Vienne: Berrie, Curçay-sur-Dive, Glénouze, Pouançay, Ranton, Saint-Léger-de-Montbrillais, Saix, Ternay, Les Trois-Moutiers. ”

b)

Għall-inbejjed eliġibbli għat-terminu “premier cru” (l-ewwel vendemmja) issupplimentat bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Chaume”, iż-żona fil-viċinanza immedjata ddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-inbejjed hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Maine-et-Loire, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tas-sena 2018: Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Champ-sur-Layon, Faveraye-Mâchelles, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon u Thouarcé), Brissac Loire Aubance (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Brissac-Quincé u Vauchrétien), Chalonnes-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (dak li qabel kien territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Chanzeaux), Denée, Doué-en-Anjou (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Brigné u Les Verchers-sur-Layon), Mauges-sur-Loire (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Montjean-sur-Loire u La Pommeraye), Mozé-sur-Louet, Savennières, Soulaines-sur-Aubance, Terranjou (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Chavagnes, Martigné-Briand u Notre-Dame-d’Allençon) u Val-du-Layon (dawk li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Saint-Aubinde-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay).

Tikkettar: ismijiet addizzjonali- muniċipalità li fiha joriġina l-għeneb

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jkun segwit bl-isem tal-muniċipalità li fiha joriġina l-għeneb skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

L-isem tal-muniċipalità li fiha joriġina l-għeneb għandu jinkiteb b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx akbar, kemm mill-għoli kif ukoll mill-wisa’, minn dak tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-DOK.

Tikkettar: il-kliem “sélection de grains nobles”

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata, kemm jekk segwit mill-isem tal-muniċipalità li fiha joriġina l-għeneb kif ukoll jekk le, jista’ jkun issupplimentat bil-kliem “sélection de grains nobles”, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

L-inbejjed li jibbenefikaw mir-referenza “sélection de grains nobles” għandhom jiġu ppreżentati bl-indikazzjoni tal-annata.

Tikkettar: il-kliem “premier cru”

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Il-kliem “premier cru” għandu jkun riżervat għall-inbejjed bid-DOK issupplimentata bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Chaume” skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

L-isem tad-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Chaume” ma għandux jinkiteb fl-istess linja tal-kliem “premier cru”.

L-isem tad-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Chaume” għandu jinkiteb b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx akbar, kemm mill-għoli kif ukoll mill-wisa’, minn dak tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-DOK.

Tikkettar: denominazzjoni ġeografika “Val de Loire”

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jkun issupplimentat bid-denominazzjoni ġeografika “Val de Loire” skont ir-regoli stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-użu ta’ din id-denominazzjoni ġeografika. Id-daqs tal-ittri tad-denominazzjoni ġeografika “Val de Loire” ma għandux ikun akbar, kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.

Tikkettar: speċifikazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika iżgħar u indikazzjoni fakultattiva

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

It-tikkettar tal-inbejjed li jibbenefikaw mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, bil-kundizzjoni li:

tkun post irreġistrat;

dak il-post ikun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad.

L-isem tal-post irreġistrat għandu jkun stampat b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx akbar, kemm mill-għoli kif ukoll mill-wisa’, min-nofs id-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.

Tikkettar: daqs tat-tipa

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

It-termini fakultattivi kollha li l-użu tagħhom jista’, skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji, jiġi rregolat mill-Istati Membri, għandhom jinkitbu fuq it-tikketti, b’ittri li d-daqs tagħhom ma għandux ikun akbar, kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’, mid-doppju tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-7ab93419-47c9-4eb0-94fd-ae83a8828145


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


4.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 70/33


Il-pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri, fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2020/C 70/06)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TAD-DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA/TAL-INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“RISO NANO VIALONE VERONESE”

Nru tal-UE: PGI-IT-01529-AM03 – 22 ta’ Ġunju 2018

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consorzio di tutela della IGP Riso Nano Vialone Veronese [l-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni tar-Riso Nano Vialone Veronese ta’ IĠP]

Via V. Veneto 4

Kaxxa Postali 69

37063 Isola Della Scala (VR)

ITALY

Posta elettronika: info@risovialonenanoveronese.it; risoveronese.igp@gmail.com

Posta elettronika ċċertifikata: risonano.vr@pec.it

L-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni tar-“Riso Nano Vialone Veronese” ta’ IĠP hija intitolata li tressaq applikazzjoni għal emenda f’konformità mal-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, tal-Ikel u tal-Forestrija tal-14 ta’ Ottubru 2013.

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [Imballaġġ, bidliet editorjali].

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-ispeċifikazzjoni ta’ prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emenda għall-ispeċifikazzjoni ta’ prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Is-sentenza li ġejja li tinsab fl-Artikolu 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:

“Ir-‘Riso Nano Vialone Veronese’ ta’ IĠP irid jinkiseb esklussivament mill-varjetà tar-ross Vialone Nano tal-ispeċi Japonica.”

ġiet emendata kif ġej:

“Ir-‘Riso Nano Vialone Veronese’ ta’ IĠP irid jinkiseb esklussivament mill-varjetà ta’ ross bil-ħliefa Vialone Nano.”

Ir-referenza għall-ispeċi Japonica tħassret; huwa impliċitu li l-ispeċi hija Japonica, minħabba li hija biss iż-żerriegħa Vialone Nano li tintuża biex tinkiseb l-IĠP.

It-test li ġej żdied mal-Artikolu 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:

“Meta jiġi rilaxxat għall-konsum, ir-‘Riso Nano Vialone Veronese’ jrid jiġi kklassifikat bħala wieħed mit-tipi ta’ prodotti li ġejjin:

parzjalment immaċinat jew semikannella: miksub permezz ta’ tħin li jinvolvi t-tneħħija parzjali tal-embriju (raħs) u tal-perikarpu;

abjad: miksub permezz ta’ tħin li jinvolvi t-tneħħija kompleta tal-perikarpu; preżenti.”

It-tip ta’ ross parzjalment immaċinat jew semikannella ġie inkluż flimkien mat-tip abjad. L-inklużjoni tat-tip parzjalment immaċinat jew semikannella tagħmilha possibbli li titwessa’ l-firxa tar-“Riso Nano Vialone Veronese” ċċertifikat bħala IĠP. Hemm oġġetti ta’ natura storika (eż. listi tal-prezzijiet, pakketti ta’ ross u materjal ta’ reklamar) li huma xhieda tal-produzzjoni ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti fiż-żona definita, anki qabel l-2009.

Barra minn hekk, ġiet ipprovduta spjegazzjoni qasira ta’ kif jinkiseb kull tip ta’ ross, sabiex tittejjeb iċ-ċarezza tal-ispeċifikazzjoni.

Is-sentenza li ġejja żdiedet mal-Artikolu 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott sabiex jiġu introdotti l-karatteristiċi tar-“Riso Nano Vialone Veronese”. L-emenda tapplika wkoll għall-punt 3.2 tad-Dokument Uniku.

“Ir-“Riso Nano Vialone Veronese” għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

L-Artikolu 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:

Il-parametri li ġejjin, li qabel kienu jinsabu fl-Artikolu 6, ġew imċaqilqa għall-Artikolu 2 wara t-tħaddim mill-ġdid tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fit-totalità tagħha.

“Tul

bejn 5,6 mm u 5,8 mm;

Wisa’

bejn 3,4 mm u 3,6 mm;

Ħxuna

bejn 2,0 mm u 2,2 mm;

Forma (tul/wisa’)

bejn 1,5 u 1,7;

Qalba ta’ ġewwa

estiża;

Strixxa

assenti.”

Barra minn hekk, il-parametri tal-proporzjon ta’ tul, wisa’, ħxuna u tul/wisa’ ġew emendati kif ġej:

“Tul

bejn 5,4 mm u 5,8 mm;

Wisa’

bejn 3,2 mm u 3,5 mm;

Ħxuna

bejn 2,0 mm u 2,2 mm;

Proporzjon ta’ tul/wisa’

bejn 1,6 u 1,8.”

Il-karatteristiċi jqisu l-effetti tat-tibdil fil-klima, li jinvolvu bidliet fit-temperatura matul il-perjodu tal-ħruġ tal-fjuri tar-“Riso Nano Vialone Veronese”, li jwasslu għal bidliet fit-tul u l-wisa’ tal-qalba.

Ma’ dan l-Artikolu żdiedet informazzjoni dwar il-perċentwal ta’ impuritajiet varjetali. Din kienet inkluża preċedentement fl-Artikolu 6 u mbagħad ġiet imċaqilqa għall-Artikolu 2; il-valur preċedenti ta’ 2 % żdied għal 3 %.

Il-frażi miżjuda taqra kif ġej: “Il-perċentwal ta’ impuritajiet varjetali tar-ross ma jridx jaqbeż it-3 %“.”

Iż-żieda tal-limitu tal-impuritajiet varjetali għal 3 % hija marbuta mal-mutazzjonijiet naturali tal-varjetà bħala riżultat tad-dehra mill-ġdid tal-karatteristiċi tal-varjetà prinċipali. Barra minn hekk, il-limitu ta’ 3 % huwa fi kwalunkwe każ taħt il-valur ta’ referenza stabbilit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Il-paragrafu li ġej ġie mċaqlaq mill-Artikolu 6 għall-Artikolu 2 tal-ispeċifikazzjoni, billi huwa aktar rilevanti għall-kontenut ta’ dak l-Artikolu.

“Minbarra l-karatteristiċi varjetali msemmija hawn fuq, ir-‘Riso Nano Vialone Veronese’ jrid ikun konformi mal-parametri fiżiċi u kimiċi li ġejjin:

Amilożju

:

mhux inqas minn 21 % ta’ materja niexfa;

Ħin għall-ġelatinizzazzjoni

:

bejn 15 u 20 minuta;

Indiċi ta’ konsistenza

:

mhux inqas minn 0,85 kg/cm2;

Indiċi ta’ viskożità

:

mhux aktar minn 2,5 g/cm.”

Is-sentenza li ġejja żdiedet mal-Artikolu 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Il-karatteristiċi ta’ hawn fuq ġew stabbiliti abbażi ta’ ross li jkun lest biex jitqiegħed fis-suq.

Din id-dispożizzjoni żdiedet biex tiċċara punt fl-ispeċifikazzjoni li ma kienx definit qabel u li wassal għal inċertezza fost l-operaturi fis-snin li matulhom kienet fis-seħħ l-ispeċifikazzjoni.

Artikolu 6 — Karatteristiċi dwar il-konsum — tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott attwali

It-test li ġej tħassar:

“Sabiex jiġi rilaxxat għall-konsum, ir-‘Riso Nano Vialone Veronese’ jrid ikollu l-karatteristiċi tal-ħbub li ġejjin:

Kulur tal-perikarpu

abjad

Tul

tul medju

Forma

tonda

Wisa’

medja

Sinna

notevoli ħafna

Ras

mbaċċa

Sezzjoni

għat-tond”

Il-karatteristiċi indikati fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott fir-rigward tal-kulur tal-perikarpu, it-tul, il-forma, is-sinna, il-wisa’, ir-ras u s-sezzjoni jikkoinċidu ma’ dak li huwa stipulat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-varjetà Vialone Nano; għalhekk, ir-ripetizzjoni tagħhom fl-ispeċifikazzjoni hija superfluwa minħabba li huma l-istess għar-“Riso Nano Vialone Veronese” ta’ IĠP.

Is-sentenza li ġejja:

“Il-limiti għad-difetti li ’l fuq minnhom ma jistax jinbiegħ ir-ross huma stipulati fil-listi ministerjali maħruġa b’digriet kull sena u ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana.”

tħassret.

Id-dispożizzjoni tħassret minħabba li l-limitu tad-difetti permess għar-ross huwa stipulat bil-liġi kull sena.

Is-sentenza li ġejja tħassret:

“Ma huwa permess l-ebda trattament ta’ insettiċida jew fumigant għall-konservazzjoni tar-ross mitħun.”

Id-dispożizzjoni tħassret minħabba li hija meqjusa bħala importanti għall-konsumatur finali biex jirċievi prodott li jkun ħieles minn insetti u parassiti. Għalhekk, it-twettiq ta’ trattamenti ta’ diżinfettar qabel l-imballaġġ tar-ross ma jistax jiġi eskluż, sakemm dawn ma jaffettwawx il-karatteristiċi tal-kwalità tar-ross.

Is-sentenza li ġejja tneħħiet:

“Il-Ministeru tal-Politika Agrikola, tal-Ikel u tal-Forestrija jista’, fuq talba tal-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni tar-‘Riso Nano Vialone Veronese’ ta’ IĠP, iżid jew jemenda l-parametri kimiċi u fiżiċi sabiex ikunu jikkaratterizzaw aħjar l-identità tad-denominazzjoni.”

Din id-dispożizzjoni ma tapplikax minħabba li l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott huma rregolati mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Il-punt 4.2. tas-sommarju:

L-informazzjoni li ġejja:

“Razza b’ċiklu ta’ tkabbir medju-bikri, b’għoli twil medju, b’ħabba żgħira, mutikata u perlata;

Ġenealoġija: Nano x Vialone;

Grupp varjetali: Japonica;

Sena tal-ewwel kultivazzjoni: 1937;

Ċiklu tat-tkabbir: 155 jum;

Tul taz-zokk: 95,2 cm;

Kulur tan-nodu: vjola;

Kulur tal-internodu: vjola bl-istrixxi;

Weraq: kulur vjola bl-istrixxi, imdendlin;

Kulur tal-għant: vjola;

Kulur l-awrikoli: vjola;

Kulur tal-għekiesi: vjola;

Ligula: tul: 17,0 mm, tip bifidu, kulur vjola; bil-weraq: minn fuq għal isfel;

Widna: tul: 17,8 cm, imdendla, tat-tip miftuħ, eżerċitata tajjeb, mutikata;

Kulur tal-istigma: pigmentat;

Kulur tal-gluma: vjola-kannella;

Kulur tal-glumella: karina vjola-kannella, kalotta vjola-kannella, apiċi vjola-kannella;

Spika żgħira: bla sifa, pilożità medja, tul: 8,1 mm, wisa’ ta’ 4,1 mm, piż ta’ 1 000 żerriegħa = 37,9 g;

Tolleranza għall-kesħa: nebbieta: għolja, Żmien għall-ħruġ tal-fjuri: medju; tolleranza għall-ilma għoli (40-50): għolja;

Veloċità tal-iżvilupp tan-nebbieta: għolja; livell ta’ fertilità meħtieġ: medju; rendiment tat-tħin: 55 %”

tħassret minħabba li mhijiex direttament relatata mad-denominazzjoni, iżda pjuttost mal-karatteristiċi tal-varjetà. Barra minn hekk, il-punt inġieb f’konformità mal-kontenut tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għad-denominazzjoni “Riso Nano Vialone Veronese”.

“Il-piż ta’ 1 000 żerriegħa ta’ 31,1 g” tħassar minħabba li ma jidhirx fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott u ma jaffettwax l-ispeċifiċità tad-denominazzjoni.

Żona ġeografika

L-Artikolu 3 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Is-sentenza:

“Ir-ross bil-ħliefa maħsub għall-produzzjoni tar-ross bl-indikazzjoni ġeografika protetta ‘Riso Nano Vialone Veronese’ jrid jiġi kkultivat fuq art addattata għall-irrigazzjoni fuq il-pjanura Veronese.”

ġiet ifformulata mill-ġdid kif ġej:

“Ir-‘Riso Nano Vialone Veronese’ jrid jiġi prodott fit-territorji amministrattivi tal-muniċipalitajiet li ġejjin [...].”

L-iskop tal-kliem il-ġdid, fejn it-terminu “ross bil-ħliefa” kien sostitwit bid-denominazzjoni tal-prodott, għandu jirreferi għaż-żona tal-produzzjoni tar-ross u mhux aktar għaż-żona tal-kultivazzjoni biss. L-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott attwali diġà jistabbilixxi li l-operazzjonijiet tat-tħin għandhom jitwettqu fl-istess żona fejn jiġi kkultivat ir-ross; għalhekk, l-emenda ma tinvolvix aktar restrizzjonijiet ġeografiċi fir-rigward tal-produzzjoni tar-“Riso Nano Vialone Veronese”.

Il-kliem “fuq art addattata għall-irrigazzjoni fuq il-pjanura Veronese” tmexxa ’l fuq għall-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 - Metodu ta’ produzzjoni, sabiex jiżdied mal-informazzjoni diġà pprovduta.

Prova tal-oriġini

L-Artikolu 4 ta’ hawn taħt żdied fir-rigward tal-proċeduri li jridu jsegwu l-operaturi sabiex jiggarantixxu l-oriġini tal-prodott:

Artikolu 4 — Prova tal-oriġini

“Kull stadju fil-proċess tal-produzzjoni jiġi mmonitorjat billi jiġu rreġistrati l-inputs u l-outpus kollha. It-traċċabbiltà tal-prodott tiġi żgurata b’dan il-mod, kif ukoll billi jiddaħħlu produtturi u partijiet responsabbli mill-imballaġġ fuq il-listi miżmuma għal dan l-iskop mill-korp ta’ spezzjoni, flimkien mad-dikjarazzjoni f’waqtha tal-kwantitajiet prodotti lill-korp ta’ spezzjoni.

Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha mdaħħla fil-listi rilevanti huma soġġetti għal kontrolli mill-korp ta’ spezzjoni f’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u mal-pjan ta’ spezzjoni assoċjat.

L-Artikolu 4 jissostitwixxi l-Artikolu 8 li fih dispożizzjonijiet li issa mhumiex applikabbli bħala riżultat ta’ bidliet regolatorji dwar il-kontrolli. L-għan tal-Artikolu 4 huwa li mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott jitħassru għadd ta’ attivitajiet, kif indikat fl-Artikolu 8 tal-ispeċifikazzjoni attwali, fdati lill-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni fir-rigward tal-kontrolli li ma għadhomx applikabbli, minħabba li jikkonċernaw biss lill-produtturi u lill-korp taċ-ċertifikazzjoni.”

Metodu ta’ produzzjoni

Artikolu 5 — Metodu ta’ produzzjoni — li qabel kien l-Artikolu 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott attwali

Is-sentenza:

“Ir-‘Riso Nano Vialone Veronese’ jrid jitkabbar fuq art b’newba tal-għelejjel.”

ġiet emendata kif ġej:

“Ir-‘Riso Nano Vialone Veronese’ jrid jitkabbar fuq art b’newba tal-għelejjel u addattata għall-irrigazzjoni fiż-żona tal-produzzjoni.”

L-ispeċifikazzjoni tat-tip ta’ art ġiet imċaqilqa mill-Artikolu 3 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ikkonsolidata għall-Artikolu 5 attwali minħabba li dan huwa meqjus bħala aktar rilevanti.

Is-sentenza:

“L-għalqa tar-ross ma tistax tibqa’ fuq l-istess roqgħa art għal aktar minn sitt snin konsekuttivi u terġa’ lura hemmhekk wara mill-inqas sentejn.”

ġiet emendata kif ġej:

“L-għażliet tekniċi u agronomiċi li għandhom isiru sabiex jiġi prodott b’mod korrett ir-‘Riso Nano Vialone Veronese’ huma dawn li ġejjin:

Newba tal-għelejjel: L-għalqa tar-ross ma tistax tibqa’ fuq l-istess roqgħa art għal aktar minn sitt snin konsekuttivi u tista’ terġa’ lura hemmhekk biss wara newba tal-għelejjel li ddum mill-inqas sentejn u li tinvolvi għalla oħra għajr ross;

In-newba tal-għelejjel ġiet deskritta fid-dettall sabiex jiġu speċifikati aħjar il-proċeduri operattivi, li jiżguraw it-tjubija tal-prodott u s-saħħa tat-territorju, biex b’hekk jiġi protett il-konsumatur.”

Id-dispożizzjoni li ġejja:

“Il-produzzjoni massima għal kull ettaru ma tistax taqbeż is-7 tunnellati.”

ġiet emendata kif ġej:

“Il-produzzjoni massima għal kull ettaru ma tistax, fi kwalunkwe każ, taqbeż it-8 tunnellati ta’ ross bil-ħliefa.”

Il-produzzjoni żdiedet minn 7 għal 8 tunnellati/ettaru. It-tekniki attwali tal-għelejjel għall-ħdim tal-art (bl-użu ta’ magni li jinvellaw bil-lejżer) jippermettu uniformità akbar taż-żona mħawla bil-possibbiltà ta’ żieda fir-rendimenti, filwaqt li jinżamm l-istess livell ta’ kwalità. Ġie ċċarat ukoll li r-rendimenti jirreferu għar-ross bil-ħliefa u mhux għar-ross mitħun.

Is-sentenza:

“Iż-żrieragħ li jintużaw iridu jkunu tal-varjetà Vialone Nano u jiġu ċċertifikati minn ENSE [Ente Nazionale Sementi Elette, Korp Nazzjonali għall-Għażla taż-Żrieragħ].”

ġiet emendata kif ġej:

“Iż-żrieragħ li jintużaw iridu jiġu ċċertifikati f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.”

L-ispeċifikazzjoni li ż-żrieragħ iridu jkunu tal-varjetà Vialone Nano tħassret minħabba li hija ripetizzjoni ta’ dak li ġie ddikjarat diġà fl-Artikolu 2. Bl-istess mod, ir-referenza għall-korp ENSE tħassret minħabba li dan il-korp ma għadux jeżisti.

Is-sentenza:

“Sabiex jintbagħat għat-tħin, il-kontenut ta’ ndewwa tar-ross bil-ħliefa mnixxef ma jistax ikun ta’ aktar minn 14,0 %”

ġiet emendata kif ġej:

“Il-kontenut ta’ ndewwa tar-ross bil-ħliefa mnixxef, matul il-ħażna u sakemm jintbagħat għat-tħin, ma jistax ikun ta’ aktar minn 14,0 %.”

Ġie speċifikat li l-kontenut ta’ ndewwa tar-ross bil-ħliefa ma jistax jaqbeż il-limitu ta’ 14 %, anki matul il-ħażna, sabiex tiġi evitata l-moffa.

Is-sentenza li ġejja tħassret:

“Jistgħu jintużaw biss magni tat-tifi tan-nar indiretti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jaħdmu bil-metan, bl-LPG jew bid-diżil agrikolu.”

L-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw il-metodi ta’ tnixxif tħassru minħabba li issa ma għadhomx jintużaw.

Is-sentenza li ġejja tħassret:

“L-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni tar-‘Riso Nano Vialone Veronese’ hija impenjata li tikkollabora man-nissiel responsabbli għall-varjetà Vialone Nano, l-Istituto Sperimentale per la Cerealicoltura, Stazione specializzata per la risicoltura di Vercelli [l-istazzjon speċjalizzat fit-tkabbir tar-ross Vercelli tal-Istitut Sperimentali għat-tkabbir taċ-ċereali], li huwa responsabbli mill-preservazzjoni tal-purità tal-varjetà Vialone Nano.”

Ir-referenza għall-istazzjon speċjalizzat fit-tkabbir tar-ross Vercelli tal-Istitut Sperimentali għat-tkabbir taċ-ċereali tħassret, minħabba li dan ma għadux responsabbli mill-preservazzjoni tal-purità tal-varjetà. Barra minn hekk, l-indikazzjoni ta’ kwalunkwe attività ta’ kooperazzjoni li tista’ titwettaq mill-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni mhijiex meqjusa bħala rilevanti għall-kontenut tal-ispeċifikazzjoni.

Artikolu 5 — Metodu ta’ produzzjoni — li qabel kien l-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott attwali

Is-sentenza li ġejja:

“L-operazzjonijiet tal-ibbliċjar u tal-imballaġġ tar-ross iridu jitwettqu fiż-żona definita stipulata fl-Artikolu 3.”

ġiet emendata kif ġej:

“L-operazzjonijiet tal-produzzjoni u tal-imballaġġ tar-ross iridu jitwettqu fiż-żona definita stipulata fl-Artikolu 3.”

Ir-referenza għall-ibbliċjar tneħħiet wara l-introduzzjoni tat-tip ta’ prodott ġdid ta’ ross semikannella, li jinvolvi t-tfesdiq u l-ibbliċjar parzjali.

Kif oriġinarjament stabbilit għat-tip ta’ ross “abjad”, dawn l-operazzjonijiet ta’ tħin iridu jseħħu fiż-żona ġeografika fejn jitkabbar ir-ross. L-iskop li tinżamm ir-restrizzjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ tħin huwa li tiġi żgurata l-konformità mal-proċess tal-produzzjoni, li jitwettaq abbażi ta’ kriterji li joħorġu minn tradizzjoni ta’ sekli sħaħ li, flimkien mal-adegwatezza partikolari taż-żona għat-tkabbir tar-ross, ippermettiet li r-“Riso Nano Vialone Veronese” ta’ IĠP isir stabbilit fis-suq.

Il-paragrafu li ġej:

“L-operazzjonijiet ta’ tħin li huma rrakkomandati u permessi huma elenkati hawn taħt:

tfesdiq: it-tħin biex jitneħħa l-ħlief tal-qamħ (qxur), li jista’ jitwettaq bl-użu ta’ tagħmir tat-teħlif bir-rombli jew tagħmir tat-teħlif bir-rombli tal-iżmerill;

ibbliċjar: it-tħin biex jitneħħew il-perikarpu u l-embrijun, li jrid jitwettaq bl-użu ta’ magni tal-ibbliċjar adegwati;

ipproċessar sekondarju: sabiex jiġi ssupplimentat il-proċess tal-ibbliċjar, ir-ross jista’ jintaħan bl-użu ta’ propeller tal-iżmerill biex jitneħħew ħbub bajdanija u bl-użu ta’ pinzell għall-illostrar jew magna li tillostra bl-ilma/arja għall-illostrar tal-qalba.”

ġie emendat kif ġej:

“L-operazzjonijiet ta’ tħin li huma rrakkomandati u permessi huma elenkati hawn taħt:

Ross abjad:

tfesdiq: it-tħin biex jitneħħa l-ħlief tal-qamħ (qxur), li jista’ jitwettaq bl-użu ta’ tagħmir tat-teħlif bir-rombli jew tagħmir tat-teħlif bir-rombli tal-iżmerill;

ibbliċjar: it-tħin biex jitneħħew il-perikarpu u l-embrijun, li jrid jitwettaq bl-użu ta’ magni tal-ibbliċjar adegwati;

ipproċessar sekondarju: sabiex jiġi ssupplimentat il-proċess tal-ibbliċjar, ir-ross abjad jista’ jintaħan bl-użu ta’ propeller tal-iżmerill biex jitneħħew ħbub bajdanija u bl-użu ta’ pinzell għall-illostrar jew magna li tillostra bl-ilma/arja għall-illostrar tal-qalba.”

Wara l-introduzzjoni tat-tip semikannella, il-paragrafu ġie fformulat mill-ġdid, mingħajr ma ġie mmodifikat il-kontenut tiegħu, sabiex jiġi speċifikat li dan jirrigwardja r-ross abjad.

Is-sentenza li ġejja żdiedet fit-tmiem tal-paragrafu ta’ hawn fuq:

“Ross parzjalment immaċinat jew semikannella: tfesdiq u bbliċjar parzjali.

Għall-finijiet tal-kompletezza u ċ-ċarezza tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, żdiedet deskrizzjoni tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar għar-ross parzjalment immaċinat jew semikannella.

Rabta

Minħabba li parti mill-kontenut tal-Artikolu 6 - Karatteristiċi dwar il-konsum - tal-ispeċifikazzjoni attwali ġiet imċaqilqa għall-Artikolu 2 u partijiet oħrajn tħassru, l-Artikolu 6 tal-verżjoni l-ġdida tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fih dettalji tar-rabta mat-territorju tal-oriġini. Speċifikament, dan l-artikolu jikkompleta l-ispeċifikazzjoni fir-rigward tal-kontenut meħtieġ mir-regoli attwali u jiġbor flimkien l-informazzjoni li tinstab fil-fajl, li wasslet għar-reġistrazzjoni tal-isem u l-informazzjoni li tinstab fis-sommarju ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 71/17. L-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni ġie riformulat kif ġej:

Artikolu 6 — Rabta mal-ambjent

Il-fatturi tal-klima u tal-ħamrija

Ir-“Riso Nano Vialone Veronese” jitkabbar fil-ħamrija ħafifa, alluvjali u b’konsistenza medja tal-għelieqi tar-ross fuq il-pjanuri madwar Verona, li huma kkaratterizzati minn pH ġeneralment alkalin minħabba l-preżenza tal-ġebla tal-ġir.

Karatteristika speċifika ta’ din iż-żona hija li tiġi fornuta bl-ilma tan-nixxiegħa, li huwa wkoll alkalin minħabba li joriġina minn blat kalkarju. Din l-alkalinità mmarkata tikkaratterizza u tiddistingwi l-ambjent tal-għelieqi tar-ross fiż-żona ta’ Verona minn dak misjub f’ħafna miż-żoni Taljani fejn jitkabbar ir-ross. Barra minn hekk, in-newba tal-għelejjel tradizzjonalment tintuża fit-tkabbir tar-ross f’dawn iż-żoni, li tnaqqas b’mod konsiderevoli l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u fertilizzanti kimiċi.

Il-ħamrija ġeneralment alkalina ta’ Verona fiż-żona definita, l-ilma tan-nixxiegħa, il-klima uniformi u s-sistema ta’ newba tal-għelejjel jipprovdu kombinazzjoni bbilanċjata ta’ fatturi għall-produzzjoni tar-ross Veronese, li jippermettu lill-għalla tlesti ċ-ċiklu ta’ tkabbir tagħha mingħajr diffikultà.

Fatturi storiċi u umani

Sorsi storiċi jikkonfermaw li t-tkabbir tar-ross beda jinfirex f’Verona u fiż-żona tal-madwar matul l-ewwel ftit għexieren ta’ snin tas-seklu 16 u kien introdott minn familji li oriġinaw mil-Lombardija. Grazzi għat-tkabbir tar-ross, ġew ikkultivati ħafna żoni bassasa li altrimenti kienu jibqgħu mhux produttivi.

Fl-1545, is-Senat Venezjan stabbilixxa l-maġistratura ta’ “Supretendenti għar-Riżorsi Mhux Ikkultivati” sabiex tiġi rregolata “l-ġirja għall-ilma” għall-għelieqi tar-ross ta’ Verona, filwaqt li awtorizza l-bini ta’ “naddafa tal-qxur tar-ross”, jiġifieri sistemi idrawliċi għat-trattament tar-ross bil-ħliefa. Ir-ross ta’ Verona, li diġà kien magħruf sewwa, inbiegħ kważi esklussivament fis-suq Rialto ta’ Venezja, u malajr sar is-sors ewlieni tal-ekonomija taż-żona.

Ammont kbir ħafna ta’ dokumentazzjoni grafika u kartografika juri l-firxa u l-importanza ekonomika u soċjali tat-tkabbir tar-ross f’Verona fis-sekli 17 u 18 ukoll.

Fiż-żona ta’ Verona, il-produtturi għandhom rwol ewlieni fit-tkabbir tar-ross; huma adottaw u jżommu tekniki agronomiċi ta’ newba tal-għelejjel, tnaqqija u fertilizzazzjoni, li jagħmluha possibbli li jinkiseb prodott sustanzjuż u ta’ kwalità anki qabel ma jiġi pproċessat.

It-tħin tar-ross bil-ħliefa huwa daqstant ieħor importanti. Dan iseħħ fl-imtieħen tar-ross lokali, id-dixxendenti tal-bosta “naddafa tal-qxur tar-ross” fir-reġjun matul is-seklu 16, li wħud minnhom baqgħu jeżistu u għadhom joperaw sal-lum.

F’dawn, il-qoxra tar-ross tneħħiet permezz ta’ lidi li jitħaddmu bl-ilma. Minkejja li issa l-proċess tat-tħin qed jitwettaq b’makkinarju modern, dan isir bl-użu ta’ kriterji u bi tfittxija għal riżultati li joħorġu minn tradizzjoni ta’ sekli sħaħ.

Wara t-tħin, il-ħabba tkun perfettament addattata biex tintuża fit-tħejjija ta’ risotti tipiċi ta’ Verona.

Sabiex it-taqsima 5 tad-Dokument Uniku tiġi allinjata mad-dispożizzjonijiet tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 668/2014, żdiedu l-paragrafi li ġejjin.

“L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tar-‘Riso Nano Vialone Veronese’ ta’ IĠP hija bbażata fuq il-karatteristiċi tal-prodott”.

“It-tħin iseħħ fl-imtieħen tar-ross lokali, id-dixxendenti diretti tal-bosta ‘naddafa tal-qxur tar-ross’ fir-reġjun matul is-seklu 16, li wħud minnhom baqgħu jeżistu u għadhom joperaw sal-lum. F’dawn, il-qoxra tar-ross tneħħiet permezz ta’ lidi li jitħaddmu bl-ilma. Minkejja li issa l-proċess tat-tħin ġeneralment jitwettaq b’makkinarju modern, dan isir bl-użu ta’ kriterji u bi tfittxija għal riżultati li joħorġu minn tradizzjoni ta’ sekli sħaħ. Il-ħbub tar-ross qatt ma jitqaxxru u jiġu bbliċjati kompletament; il-ħabba tibqa’ parzjalment mgħottija mill-perikarpu u, bħala tali, hija perfettament addattata biex tintuża fit-tħejjija ta’ risotti tipiċi ta’ Verona.”

Kontrolli

Artikolu 8 — Kontrolli — tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott attwali

Is-sentenzi li ġejjin tħassru:

Dawk kollha li jkabbru r-ross huma meħtieġa, meta jitlesta ż-żrigħ, jippreżentaw rapport tal-produzzjoni fuq il-formoli xierqa pprovduti mill-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni, li jindika ż-żona mħawla bir-ross għal kull varjetà u d-data katastali rilevanti.

Jenħtieġ li dan ir-rapport jasal għand l-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena flimkien ma’ kopja tar-rapport dwar iż-żona ppreżentat lill-Ente Nazionale Risi [il-Bord Nazzjonali għar-Ross].

Bl-istess mod, sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena u, fi kwalunkwe każ, qabel ma jibdew ibiegħu r-ross, il-produtturi jridu jirrapportaw, ukoll fuq il-formoli pprovduti mill-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni, il-kwantitajiet tal-prodott tad-diversi lottijiet tar-ross bil-ħliefa Vialone Nano u jitolbu li jittieħdu kampjuni.

Ir-raġunijiet għal dan it-tħassir huma dawn li ġejjin: Ir-rekwiżiti li jridu jissodisfaw l-operaturi fir-rigward tar-rapportar tal-produzzjoni huma definiti mill-korp ta’ spezzjoni u speċifikati fil-pjan ta’ spezzjoni rilevanti. Ir-rapporti dwar il-kwantitajiet prodotti jridu jintbagħtu fil-limiti ta’ żmien stabbiliti mill-korp ta’ spezzjoni, u mhux lill-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni, li ma għandha l-ebda rwol f’termini ta’ verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Barra minn hekk, il-forom kollha użati għall-verifika tal-attivitajiet huma disponibbli mill-korp ta’ spezzjoni u mhux mill-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni, li ma għandha l-ebda rwol f’dawn l-attivitajiet.

L-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni trid tieħu kampjuni tal-munzelli ta’ ross bil-ħliefa fi spazju qasir ta’ żmien, twettaq il-kontrolli meħtieġa u tagħti l-awtorizzazzjoni biex tintuża d-denominazzjoni.

L-attivitajiet tat-teħid ta’ kampjuni huma r-responsabbiltà tal-operaturi individwali u mhux tal-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni, li ma għandha l-ebda rwol fir-rigward tal-kontrolli biex tiġi vverifikata l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

L-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni trid tibgħat id-data kollha pproċessata fir-rigward tal-produzzjoni tar-ross bil-ħliefa “Riso Nano Vialone Veronese” lill-Kamra tal-Kummerċ ta’ Verona, għal finijiet ta’ informazzjoni.

Din id-dispożizzjoni ma taqax fi ħdan il-kompiti definiti mill-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni; għalhekk, l-inklużjoni tagħha fl-ispeċifikazzjoni mhijiex korretta.

L-imtieħen tar-ross iridu jkunu konformi mal-linji gwida kollha tal-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni tar-“Riso Nano Vialone Veronese”, jissottomettu għall-kontrolli tagħha u jagħmlu disponibbli għaliha r-reġistri tal-Ente Nazionale Risi [il-Bord Nazzjonali għar-Ross].

Id-dispożizzjonijiet rigward l-obbligi tal-operaturi li għandhom l-għan li jiżguraw il-konformità mal-linji gwida stipulati mill-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni mhumiex rilevanti għall-kontenut tal-ispeċifikazzjoni; għalhekk, huwa meqjus bħala xieraq li titħassar is-sentenza. L-obbligi lejn il-korp ta’ spezzjoni huma stabbiliti band’oħra, skont l-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni.

L-implimentazzjoni ta’ din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tiġi ssorveljata mill-Ministeru tar-Riżorsi Agrikoli, tal-Ikel u tal-Forestrija, li jista’ juża s-servizzi tal-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni għall-finijiet ta’ monitoraġġ tal-produzzjoni u l-kummerċ tar-“Riso Nano Vialone Veronese” f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

Dan il-paragrafu ġie sostitwit mil-leġiżlazzjoni attwali dwar il-kontrolli, li tafda lill-korpi ta’ spezzjoni bil-kompitu li jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Id-dettalji tal-korp ta’ spezzjoni responsabbli għall-kontroll tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġew inklużi fl-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.”

Tikkettar

Artikolu 8 — Tikkettar — li qabel kien l-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott attwali

Is-sentenza li ġejja tħassret:

“Huwa pprojbit li jintużaw referenzi ġeografiċi addizzjonali jew indikazzjonijiet ġeografiċi jew topografiċi li jirreferu għal muniċipalitajiet, partijiet minn muniċipalitajiet jew żoni ġeografiċi fiż-żona tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 3.”

Il-projbizzjoni fuq l-użu ta’ referenzi ġeografiċi jew topografiċi addizzjonali tneħħiet sabiex il-produtturi jkunu jistgħu jinkludu referenzi ġeografiċi għaż-żona tal-produzzjoni tar-“Riso Nano Vialone Veronese” ta’ IĠP.

Is-sentenza li ġejja:

“Madankollu, l-użu ta’ ismijiet, ismijiet ta’ kumpaniji u ditti privati huwa awtorizzat, sakemm dawn ma jkollhomx intenzjoni ta’ tifħir u ma jkunux tali li jqarrqu bl-akkwirent dwar l-ismijiet ġeografiċi.”

ġiet emendata kif ġej:

“L-użu ta’ ismijiet, ismijiet ta’ kumpaniji u ditti privati huwa awtorizzat, sakemm dawn ma jkollhomx intenzjoni ta’ tifħir espliċita u ma jkunux tali li jqarrqu bl-akkwirent, kif inhu l-użu ta’ kwalunkwe ditta istituzzjonali u reġjonali pubblika li tkun konformi mar-regoli tal-UE.”

Saret dispożizzjoni għall-inklużjoni ta’ ditti reġjonali u istituzzjonali pubbliċi li jikkonformaw mar-regoli tal-UE dwar it-tikkettar tar-“Riso Nano Vialone Veronese” sabiex tkun tista’ tingħata aktar informazzjoni lill-konsumaturi fir-rigward tal-postijiet fejn tiġi prodotta d-denominazzjoni.

Is-sentenza li ġejja:

“Il-pakketti tar-‘Riso Nano Vialone Veronese’ li għandhom jiġu rilaxxati għall-konsum iridu jkunu ta’ 0,5 kg, 1 kg, 2 kg jew 5 kg u magħmula minn materjal permess mil-leġiżlazzjoni attwali.”

ġiet emendata kif ġej:

“Ir-‘Riso Nano Vialone Veronese’ jiġi rilaxxat għall-konsum f’imballaġġ permess mil-leġiżlazzjoni attwali.”

Is-sentenza ġiet ifformulata mill-ġdid u r-referenza għall-piżijiet tal-pakketti tneħħiet sabiex dawk responsabbli mill-imballaġġ ikunu jistgħu jissodisfaw id-diversi domandi tas-suq.

Is-sentenza li ġejja:

“L-indikazzjoni ġeografika protetta ‘Riso Nano Vialone Veronese’ trid tidher fuq l-imballaġġ b’tipa ċara, li ma tistax titħassar u b’kulur li jikkuntrasta sewwa mal-kulur tal-isfond u b’tali mod li tkun tista’ tiġi distinta b’mod ċar mill-informazzjoni l-oħra kollha mogħtija fuq l-imballaġġ.”

ġiet sostitwita kif ġej:

“Kull pakkett irid ikollu l-logo tar-‘Riso Nano Vialone Veronese’ ta’ IĠP u l-logo tal-UE. Il-logo tal-IĠP irid ikun kif jidher hawn taħt, bit-tipa Times New Roman u b’kompressjoni vertikali ta’ 62 %.”

Il-logo huwa dan li ġej:

Image 1

Għall-finijiet ta’ ċarezza legali tal-ispeċifikazzjoni u biex il-prodott ikun jista’ jintgħaraf aktar mill-konsumaturi, din l-emenda tintroduċi l-logo “Riso Nano Vialone Veronese” u tirregolah billi tispeċifika t-tipa li għandha tintuża għall-isem tad-denominazzjoni.

Is-sentenza li ġejja tħassret:

“Il-pakketti tar-ross iridu jiġu nnumerati f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni tar-‘Riso Vialone Nano Veronese’.”

Ir-rekwiżit li l-pakketti jiġu nnumerati tneħħa, billi l-leġiżlazzjoni fis-seħħ illum tiżgura li l-prodotti kollha jkunu traċċabbli. In-numerazzjoni tal-pakketti kienet pass burokratiku addizzjonali li jrid jitwettaq mill-produtturi.

Imballaġġ

Il-punt 4.8 tas-sommarju:

Is-sentenza:

“Ir-ross jiġi mballat f’pakketti tal-karti bit-tikketta tal-mitħna tar-ross assoċjata u l-logo tal-protezzjoni.”

tħassret. L-għan ta’ din l-emenda huwa li tiġi kkoreġuta inkonsistenza mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, li ma tispeċifikax il-materjal tal-imballaġġ tar-ross. Il-punt inġieb f’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Is-sentenza:

“Il-logo jikkonsisti f’immaġni ta’ Cangrande della Scala fuq żiemel abjad u widna safra tar-ross fuq sfond iswed; il-qiegħ tal-logo għandu l-istemma araldika ta’ Verona, b’sellum aħmar fuq sfond isfar.”

tħassret minħabba li ma kinitx konformi mal-karatteristiċi tal-logo stabbiliti fl-emenda ta’ hawn fuq. Għalhekk, il-punt 3.6 tad-Dokument Uniku, li huwa mehmuż ma’ din l-applikazzjoni, inġieb f’konformità mal-kontenut tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Bidliet editorjali

Artikolu 2 — Varjetà ta’ ross”

ġie emendat kif ġej:

“Artikolu 2 - Karatteristiċi tal-prodott”

It-titolu tal-artikolu nbidel u l-artikolu kollu ġie riformulat, bl-informazzjoni mill-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott (Karatteristiċi fuq il-konsum) titressaq għall-Artikolu 2.

— L-“Artikolu 4 — Il-karatteristiċi tat-tkabbir u tat-tnixxif” u l-“Artikolu 5 — Metodi ta’ tħin tar-ross” tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġew amalgamati f’artikolu wieħed, jiġifieri l-“Artikolu 5 — Metodu ta’ produzzjoni”.

DOKUMENT UNIKU

“RISO NANO VIALONE VERONESE”

Nru tal-UE: PGI-IT-01529-AM03 – 22 ta’ Ġunju 2018

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/ismijiet

“Riso Nano Vialone Veronese”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi: 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Ir-“Riso Nano Vialone Veronese” ta’ IĠP irid jinkiseb esklussivament mill-varjetà ta’ ross bil-ħliefa Vialone Nano.

Meta jiġi rilaxxat għall-konsum, ir-“Riso Nano Vialone Veronese” jrid jiġi kklassifikat f’waħda mill-kategoriji tal-prodotti li ġejjin:

parzjalment immaċinat jew semikannella: miksub permezz ta’ tħin li jinvolvi t-tneħħija parzjali tal-embriju (raħs) u tal-perikarpu;

abjad: miksub permezz ta’ tħin li jinvolvi t-tneħħija kompleta tal-perikarpu;

Ir-“Riso Nano Vialone Veronese” għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

Tul ta’ bejn 5,4 u 5,8 mm;

Wisa’ ta’ bejn 3,2 u 3,5 mm;

Ħxuna: bejn 2,0 mm u 2,2 mm;

Proporzjon tat-tul/tal-wisa’ ta’ bejn 1,6 u 1,8;

Qalba ta’ ġewwa: estiża;

Strixxa: assenti.

Barra minn hekk, il-perċentwal ta’ impuritajiet tal-varjetà tar-ross ma għandux jaqbeż it-3 %.

Minbarra l-karatteristiċi varjetali msemmija hawn fuq, ir-“Riso Nano Vialone Veronese” jrid ikun konformi mal-parametri fiżiċi u kimiċi li ġejjin:

Amilożju

:

mhux inqas minn 21 % ta’ materja niexfa;

Ħin għall-ġelatinizzazzjoni

:

bejn 15 u 20 minuta;

Indiċi ta’ konsistenza

:

mhux inqas minn 0,85 kg/cm2;

Indiċi ta’ viskożità

:

mhux aktar minn 2,5 g/cm.

Il-karatteristiċi ta’ hawn fuq ġew stabbiliti abbażi tar-ross li lest biex jitqiegħed fis-suq.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji tat-tkabbir u tat-tħin tar-“Riso Nano Vialone Veronese” (it-tfesdiq, l-ibbliċjar sa ċertu limitu li jvarja u l-ipproċessar sekondarju) jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Ir-ross irid jiġi ppakkjat fiż-żona ġeografika ddefinita sabiex tiġi evitata l-formazzjoni ta’ mikroleżjonijiet fuq il-ħbub tar-ross mitħun minħabba varjazzjonijiet fl-umdità u minħabba l-istress mekkaniku li r-ross mitħun altrimenti kien ikun soġġett għalih. Jekk ir-ross jiġi ddanneġġjat, mela l-kwalità tiddeterjora meta jissajjar il-prodott u jitnaqqas il-ħin tat-tisjir.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Kull pakkett irid ikollu l-logo tar-“Riso Nano Vialone Veronese” ta’ IĠP u l-logo tal-UE.

Il-logo huwa dan li ġej:

Image 2

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Żona tan-Nofsinhar tal-provinċja ta’ Verona: il-muniċipalitajiet ta’: Mozzecane, Nogarole Rocca, Vigasio, Trevenzuolo, Erbè, Sorgà, Nogara, Gazza Veronese, Salizzole, Isola della Scala, Buttapietra, Sanguinetto, Concamarise, Casaleone, Cerea, San Pietro di Morubio, Bovolone, Roverchiara, Isola Rizza, Oppeano, Ronco All’Adige, Palù, Zevio u Povegliano Veronese.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tar-“Riso Nano Vialone Veronese” ta’ IĠP hija bbażata fuq il-karatteristiċi tal-prodott.

Iż-żona definita għandha klima uniformi, li hija addattata sewwa għall-produzzjoni tar-“Riso Vialone Nano Veronese”. Il-freskezza u l-purità tal-ilma tan-nixxiegħa, pjuttost tipiċi taż-żona, jagħmlu dan possibbli. F’dawn iż-żoni, tintuża n-newba tal-għelejjel fit-tkabbir tar-ross, li tnaqqas b’mod konsiderevoli l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u fertilizzanti kimiċi.

Il-karatteristiċi tal-ħamrija misjuba fiż-żona ta’ Verona huma differenti minn dawk ta’ żoni oħrajn għat-tkabbir tar-ross minħabba:

il-pH tal-ħamrija, li huwa dejjem alkalina;

l-ilma tan-nixxiegħa li ġej minn blat kalkarju, li għalhekk huwa alkalina wkoll;

it-tradizzjonijiet tal-kultivazzjoni mgħoddija matul iż-żmien.

It-tħin iseħħ fl-imtieħen tar-ross lokali, id-dixxendenti diretti tal-bosta “naddafa tal-qxur tar-ross” fir-reġjun matul is-seklu 16, li wħud minnhom baqgħu jeżistu u għadhom joperaw sal-lum. F’dawn, il-qoxra tar-ross tneħħiet permezz ta’ lidi li jitħaddmu bl-ilma. Minkejja li issa l-proċess tat-tħin ġeneralment jitwettaq b’makkinarju modern, dan isir bl-użu ta’ kriterji u bi tfittxija għal riżultati li joħorġu minn tradizzjoni ta’ sekli sħaħ. Il-ħbub tar-ross qatt ma jitqaxxru u jiġu bbliċjati kompletament; il-ħabba tibqa’ parzjalment mgħottija mill-perikarpu u, bħala tali, hija perfettament addattata biex tintuża fit-tħejjija ta’ risotti tipiċi ta’ Verona.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

Il-Ministeru nieda l-proċedura ta’ oġġezzjoni nazzjonali bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tar-“Riso Vialone Nano Veronese” ta’ IĠP bħala indikazzjoni ġeografika protetta fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 108 tal-11 ta’ Mejju 2018.

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa disponibbli fuq is-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335”

jew inkella:

billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, tal-Ikel u tal-Forestrija (www.politicheagricole.it) u tikklikkja fuq “Qualità” (fin-naħa ta’ fuq fil-lemin tal-iskrin), imbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fin-naħa tax-xellug tal-iskrin) u finalment fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.