ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 68

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
2 ta' Marzu 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 68/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 68/02

Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 68/03

Kawża C-236/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation - Franza) – GRDF SA vs Eni Gas & Power France SA, Direct énergie, Commission de régulation de l’énergie, Procureur général près la cour d’appel de Paris (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali – Direttiva 2009/73/KE – Artikolu 41(11) – Riżoluzzjoni tat-tilwim relatat mal-obbligi imposti fuq l-operatur ta’ sistema – Effetti ratione temporis tad-deċiżjonijiet tal-awtorità tar-riżoluzzjoni tat-tilwima – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi)

7

2020/C 68/04

Kawżi magħquda C-355/18 sa C-357/18 u C-479/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Salzburg, Bezirksgericht für Handelssachen Wien - l-Awstrija) – Barbara Rust-Hackner (C-355/18), Christian Gmoser (C-356/18), Bettina Plackner (C-357/18) vs Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreichet u KL vs UNIQA Österreich Versicherungen AG, LK vs DONAU Versicherung AG Vienna Insurance Group, MJ vs Allianz Elementar Lebensversicherungs-Aktiengesellschaft, NI vs Allianz Elementar Lebensversicherungs-Aktiengesellschaft (C-479/18) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Assigurazzjoni diretta għall-ħajja – Direttivi 90/619/KEE, 92/96/KEE, 2002/83/KE u 2009/138/KE – Dritt ta’ rinunzja – Informazzjoni żbaljata dwar il-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja – Kundizzjonijiet formali tad-dikjarazzjoni ta’ rinunzja – Effetti fuq l-obbligi tal-impriża ta’ assigurazzjoni – Terminu – Skadenza tad-dritt ta’ rinunzja – Possibbiltà ta’ rinunzja wara x-xoljiment tal-kuntratt – Rimbors tal-valur tax-xiri mill-ġdid tal-kuntratt – Ħlas lura tal-primjums imħallsa – Dritt għall-interessi remunerattivi – Preskrizzjoni)

8

2020/C 68/05

Kawża C-385/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato - l-Italja) – Arriva Italia Srl, Ferrotramviairia SpA, Consorzio Trasporti Aziende Pugliesi (CO.TRA.P) vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mill-Istat – Kunċett – Impriża pubblika ferrovjarja f’diffikultà – Miżuri ta’ għajnuna – Għoti ta’ għajnuna finanzjarja – Għan – Tkomplija tal-attivitajiet tal-impriża pubblika ferrovjarja – Għoti u parteċipazzjoni fil-kapital ta’ din l-impriża pubblika – Trasferiment fil-kapital ta’ impriża pubblika oħra – Kriterju ta’ investitur privat – Obbligu ta’ notifika preliminari tal-għajnuna ġdida)

9

2020/C 68/06

Kawża C-418/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Patrick Grégor Puppinck et vs Ir-Repubblika tal-Polonja, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, European Citizens’ Initiative One of Us (Appell – Dritt istituzzjonali – Inizjattiva taċ-ċittadini Wieħed Minna – Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha u r-raġunijiet għalfejn mhux ser jittieħdu l-azzjonijiet mitluba fl-inizjattiva taċ-ċittadini)

10

2020/C 68/07

Kawża magħquda C-453/18 u C-494/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 11 de Vigo, Juzgado de Primera Instancia no 20 de Barcelona - Spanja) – Bondora AS vs Carlos V. C. (C-453/18), XY (C-494/18) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas – Regolament (KE) Nru 1896/2006 – Provvista ta’ dokumenti addizzjonali insostenn tad-dejn – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Stħarriġ mill-qorti adita fil-kuntest ta’ applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea)

11

2020/C 68/08

Kawża C-460/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – HK vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell – Servizz pubbliku – Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 1d – L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tal-Anness VIII – Pensjoni tas-superstiti – Kundizzjonijiet għall-għoti – Kunċett ta’ konjuġi superstiti ta’ uffiċjal tal-Unjoni – Żwieġ u sħubija mhux matrimonjali – Konkubinaġġ – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Sitwazzjoni paragunabbli – Assenza – Kundizzjoni ta’ anzjanità taż-żwieġ – Ġlieda kontra l-frodi – Ġustifikazzjoni)

11

2020/C 68/09

Kawża C-465/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tad-19 ta' Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato, l-Italja) – AV, BU vs Comune di Bernareggio (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà ta’ stabbiliment – Trasferiment ta’ spiżerija wara proċedura ta’ sejħa għal offerti – Leġiżlazzjoni nazzjonali – Dritt ta’ prelazzjoni favur l-impjegati ta’ spiżerija trasferita)

12

2020/C 68/10

Kawża C-592/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Darie BV vs Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 528/2012 – Artikolu 3(1)(a) u (ċ) – Kunċett ta’ prodott bijoċidali – Kunċett ta’ sustanza attiva – Prodott batterjali li fih l-ispeċi Bacillus ferment – Mod ta’ azzjoni li ma huwiex sempliċement azzjoni fiżika jew mekkanika – Mod ta’ azzjoni indirett – Perijodu li fih jaġixxi l-prodott)

13

2020/C 68/11

Kawża C-677/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) - ir-Renju Unit) – Amoena Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tariffa doganali komuni – Klassifikazzjoni tariffarja – Nomenklatura Magħquda – Intestaturi 6212 u 9021 – Riċipettijiet għal wara mastektomija – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1167 – Validità – Kunċett ta’ aċċessorji – Kooperazzjoni leali)

14

2020/C 68/12

Kawża C-707/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Timiș - ir-Rumanija) – Amărăști Land Investment SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Timișoara, Administrația Județeană a Finanțelor Publice Timiș (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Tranżazzjonijiet taxxabbli – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Akkwist ta’ proprjetajiet immobbli mhux iskritti fir-reġistru tal-artijiet nazzjonali – Spejjeż marbuta mal-ewwel iskrizzjoni fl-imsemmi reġistru sostnuti mill-akkwirent – Użu ta’ kumpanniji terzi speċjalizzati – Parteċipazzjoni fi provvista ta’ servizzi jew spejjeż ta’ investiment imwettqa għall-ħtiġijiet ta’ kumpannija)

14

2020/C 68/13

Kawża C-290/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Trnave, is-Slovakkja) – RN vs Home Credit Slovakia a.s.. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2008/48/KE – Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur – Artikolu 10(2) – Informazzjoni li għandha tissemma’ fil-kuntratti ta’ kreditu – Rata ta’ imposta perċentwali fis-sena – Assenza ta’ indikazzjoni ta’ perċentwali preċiża ta’ din ir-rata – Rata espressa permezz ta’ firxa ta’ bejn 21.5 % u 22.4 %)

15

2020/C 68/14

Kawża C-502/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo - Spanja) – proċeduri kriminali kontra Oriol Junqueras Vies (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura mħaffa – Dritt istituzzjonali – Ċittadin tal-Unjoni Ewropea elett fil-Parlament Ewropew minkejja li qiegħed taħt detenzjoni provviżorja fil-kuntest ta’ proċedura kriminali – Artikolu 14 TUE – Kunċett ta’ membru tal-Parlament Ewropew – Artikolu 343 TFUE – Immunitajiet neċessarji għat-twettiq tal-missjoni tal-Unjoni – Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 9 – Immunitajiet lill-membri tal-Parlament Ewropew – Immunità ta’ traġitt – Immunitajiet ta’ sessjonijiet – Kampijiet ta’ applikazzjoni personali, ratione temporis u ratione materiae ta’ dawn id-diversi immunitajiet – Tneħħija ta’ immunità mill-Parlament Ewropew – Talba għat-tneħħija ta’ immunità minn qorti nazzjonali – Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b’vot dirett universali – Artikolu 5 – Mandat – Artikolu 8 – Proċedura elettorali – Artikolu 12 – Verifika tas-setgħat tal-membri tal-Parlament Ewropew wara l-proklamazzjoni uffiċjali tar-riżultati elettorali – Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 39(2) – Elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali, liberu u sigriet – Dritt ta’ eliġibbiltà)

16

2020/C 68/15

Kawża C-181/18 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2019 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs PGNiG Supply & Trading GmbH, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rikors għal annullament – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Ammissibbiltà – Deċiżjoni li ma tikkonċernax lir-rikorrenti la direttament u lanqas individwalment – Att regolatorju – Assenza – Artikolu 130 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Evalwazzjoni tal-motivi fuq il-mertu – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u għal smigħ xieraq – Prinċipju ta’ kontradittorju – Appell manifestament inammissibbli)

17

2020/C 68/16

Kawża C-362/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Székesfehérvári Törvényszék – L-Ungerija) - Hochtief AG vs Fővárosi Törvényszék (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Proċeduri ta’ reviżjoni – Direttiva 89/665/KEE – Direttiva 92/13/KEE – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza – Rikors għal reviżjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni – Responsabbiltà tal-Istati Membri fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-qrati nazzjonali – Evalwazzjoni tad-dannu li huwa suġġett għal kumpens)

18

2020/C 68/17

Kawża C-431/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial Sección no 4 de Zaragoza – Spanja) – María Pilar Bueno Ruiz, Zurich Insurance PL, Sucursal de España vs Irene Conte Sánchez (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur – Direttiva 2009/103/KE – L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 – Kunċett ta’ użu ta’ vetturi bil-mutur – Ħruġ ta’ żejt u ta’ likwidi oħrajn minn vettura bil-mutur – Danni)

19

2020/C 68/18

Kawża C-568/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2019 – Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) – Eċċezzjonijiet għad-dritt għal aċċess – Protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika speċifika – Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Artikolu 6(1) – Applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet marbuta mat-talbiet għal aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent – Dokumenti stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Rifjut ta’ aċċess – Trażmissjoni sussegwenti tad-dokumenti mitluba – Artikolu 149 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Tmiem tal-interess ġuridiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

19

2020/C 68/19

Kawża C-618/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di L’Aquila - l-Italja) – Gabriele Di Girolamo vs Ministero della Giustizia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Xogħol għal żmien determinat – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP – Kunċett ta’ ħaddiem għal żmien determinat – Qrati konċiljatorji – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Inammissibbiltà manifesta)

20

2020/C 68/20

Kawża C-645/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – NE vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Kollokament ta’ ħaddiema – Artikolu 56 TFUE – Direttiva 2014/67/UE – Artikoli 9 u 20 – Dikjarazzjoni tal-ħaddiema – Żamma ta’ dokumentazzjoni dwar is-salarji – Sanzjonijiet – Proporzjonalità – Multi ta’ ammont minimu stabbilit minn qabel – Kumulu – Assenza ta’ limitu – Spejjeż legali)

21

2020/C 68/21

Kawża C-741/18 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – OPS Újpesti Csökkentmunkaképességűek Ipari és Kereskedelmi Kft. (OPS Újpest Kft.) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-Ungerija lil impriżi li impjegaw ħaddiema b’diżabbiltà – Rikors għal annullament – Allegati deċiżjonijiet li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Bidu tad-dekorrenza – Għarfien tal-eżistenza tal-att ikkontestat – Talba għat-traduzzjoni tal-att ikkontestat – Terminu raġonevoli – Tardività – Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza – Evalwazzjoni tal-fatti – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

22

2020/C 68/22

Kawża C-747/18 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Lux-Rehab Foglalkoztató Non-Profit Kft. (Lux-Rehab Non-Profit Kft.) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-Ungerija lil impriżi li impjegaw ħaddiema b’diżabbiltà – Rikors għal annullament – Allegati deċiżjonijiet li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Assenza ta’ locus standi – Persuna mhux ikkonċernata individwalment – Rikors li ma ġiex ippreżentat bil-għan li jiġu ssalvagwardati d-drittijiet proċedurali – Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza – Appell manifestament infondat)

22

2020/C 68/23

Kawża C-748/18 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Motex Ipari és Szolgáltató Rehabilitációs Kft. (Motex Kft.) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-Ungerija lil impriżi li impjegaw ħaddiema b’diżabbiltà – Rikors għal annullament – Allegati deċiżjonijiet li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Assenza ta’ locus standi – Persuna mhux ikkonċernata individwalment – Rikors li ma ġiex ippreżentat bil-għan li jiġu ssalvagwardati d-drittijiet proċedurali – Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza – Appell manifestament infondat)

23

2020/C 68/24

Kawża C-757/18 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – M-Sansz Kereskedelmi, Termelő és Szolgáltató Kft. (M-Sansz Kft.) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-Ungerija lil impriżi li impjegaw ħaddiema b’diżabbiltà – Rikors għal annullament – Allegati deċiżjonijiet li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Assenza ta’ locus standi – Persuna mhux ikkonċernata individwalment – Rikors li ma ġiex ippreżentat bil-għan li jiġu ssalvagwardati d-drittijiet proċedurali – Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza – Appell manifestament infondat)

24

2020/C 68/25

Kawżi magħquda C-123/19 P u C-125/19 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2019 – Vans, Inc. vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Deichmann SE (Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Appelli li ma għadx għandhom skop – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Spejjeż)

24

2020/C 68/26

Kawżi magħquda C-140/19, C-141/19 u C-492/19 sa C-494/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – EX EX (C-140/19 u C-141/19), OK (C-492/19), PL (C-493/19), QM (C-494/19) vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Kollokament ta’ ħaddiema – Artikolu 56 TFUE – Direttiva 2014/67/UE – Artikoli 9 u 20 – Dikjarazzjoni tal-ħaddiema – Żamma ta’ dokumentazzjoni dwar is-salarji – Sanzjonijiet – Proporzjonalità – Multi ta’ ammont minimu stabbilit minn qabel – Kumulu – Assenza ta’ limitu – Spejjeż legali – Inammissibbiltà manifesta)

25

2020/C 68/27

Kawża C-200/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Trgovački sud u Zagrebu - il-Kroazja) – INA-INDUSTRIJA NAFTE d.d. et vs LJUBLJANSKA BANKA d.d. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Il-punt 1(a) tal-Artikolu 9 – Ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam kuntrattwali – Kunċett ta’ qasam kuntrattwali – Obbligi finanzjarji imposti mil-liġi nazzjonali fuq il-koproprjetarji ta’ bini – Azzjoni ġudizzjarja intiża għall-kisba tal-eżekuzzjoni ta’ dawn l-obbligi)

26

2020/C 68/28

Kawża C-465/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Straubing – il-Ġermanja) – B & L Elektrogeräte GmbH vs GC (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2011/83/UE – Il-punti 8(c) u 9 tal-Artikolu 2 – Kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju – Kunċett ta’ post tan-negozju – Kuntratt konkluż fl-istand ta’ fiera kummerċjali immedjatament wara li l-konsumatur li kien jinsab fi spazju komuni tal-fiera ġie avviċinat mill-kummerċjant)

27

2020/C 68/29

Kawża C-483/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Liège - il-Belġju) – Ville de Verviers vs J (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP – Klawżola 2 – Kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim qafas – Possibbiltà għall-Istati Membri li jeskludu r-relazzjonijiet ta’ taħriġ professjonali u skemi ta’ apprentistat tal-bidu kif ukoll kuntratti u relazzjonijiet ta’ impjieg li kienu konklużi fil-qafas ta’ programm speċifiku pubbliku jew bl-appoġġ tal-pubbliku ta’ taħriġ, integrazzjoni u taħriġ professjonali mill-ġdid – Konsegwenzi)

27

2020/C 68/30

Kawża C-845/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad – Varna (il-Bulgarija) fid-19 ta’ Novembru 2019 – Proċeduri kriminali kontra DR

28

2020/C 68/31

Kawża C-850/19 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2019 minn FVE Holýšov I s. r. o. et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-20 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-217/17, FVE Holýšov I s. r. o. et vs Il-Kummissjoni

29

2020/C 68/32

Kawża C-851/19 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2019 minn DK mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-10 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-217/18, DK vs SEAE

30

2020/C 68/33

Kawża C-852/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Novembru 2019 – Proċeduri kriminali kontra Ivan Gavazonov

31

2020/C 68/34

Kawża C-863/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad – Varna (il-Bulgarija) fis-26 ta’ Novembru 2019 – Proċeduri kriminali kontra TS

32

2020/C 68/35

Kawża C-864/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Novembru 2019 – NH vs Deutsche Lufthansa AG

32

2020/C 68/36

Kawża C-881/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Brně (ir-Repubblika Ċeka) fl-4 ta’ Diċembru 2019 – Tesco Stores ČR a.s. vs Ministerstvo zemědělství

33

2020/C 68/37

Kawża C-928/18 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2019 mill-European Federation of Public Service Unions (EPSU) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-24 ta’ Ottubru 2019 fil-Kawża T-310/18, EPSU u Goudriaan vs Il-Kummissjoni

34

2020/C 68/38

Kawża C-941/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Ostravě (Ir-Repubblika Ċeka) fis-27 ta’ Diċembru 2019 – Samohýl group a.s. vs Generální ředitelství cel

36

2020/C 68/39

Kawża C-946/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fis-27 ta’ Diċembru 2019 – MG vs HH

36

2020/C 68/40

Kawża C-2/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Queen’s Bench Division) (ir-Renju Unit) fis-6 ta’ Jannar 2020 – Daimler AG vs Walleniusrederierna Aktiebolag, Wallenius Wilhelmsen ASA, Wallenius Logistics AB, Wilhelmsen Ships Holding Malta Limited, Wallenius Wilhelmsen Ocean AS, K Line Holding (Europe) Limited, K Line Europe Limited, Nyk Group Europe Limited, Compañia Sudamericana de Vapores SA

37

2020/C 68/41

Kawża C-11/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

38

2020/C 68/42

Kawża C-369/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Justice de paix du troisième canton de Charleroi - il-Belġju) – Giovanni Martina vs Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd.

38

2020/C 68/43

Kawża C-495/18: Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – proċeduri kriminali kontra YX

39

2020/C 68/44

Kawża C-517/18: Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Fédération des fabricants de cigares vs Premier ministre, Ministre des Solidarités et de la Santé

39

2020/C 68/45

Kawża C-738/18 P: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Settembru 2019 – Duferco Long Products SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

39

2020/C 68/46

Kawża C-60/19 P: Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Settembru 2019 – Mouvement pour une Europe des nations et des libertés vs Il-Parlament Ewropew

40

2020/C 68/47

Kawża C-240/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no2 de Ourense - Spanja) – FA vs Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

40

2020/C 68/48

Kawża C-277/19: Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski sud u Zadru - il-Kroazja) – R. D., A. D. vs Raiffeisenbank St. Stefan-Jagerberg-Wolfsberg eGen

40

2020/C 68/49

Kawża C-414/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ta-13 ta Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Erding - il-Ġermanja) – E. M., M. S. vs Eurowings GmbH

41

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 68/50

Kawża T-257/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2020 – Iberpotash vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Settur tal-minjieri – Miżura li tikkonsisti, minn naħa, fit-tnaqqis tal-garanziji finanzjarji għar-restawr ta’ art li fiha kien hemm il-minjieri, u minn naħa l-oħra, l-investiment tal-Istat għar-restawr ta’ art li fiha kien hemm il-minjieri li jiżgura livell ogħla ta’ protezzjoni ambjentali – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Kunċett ta’ għajnuna – Vantaġġ – Trasferiment tar-riżorsi tal-Istat – Natura selettiva – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Kalkolu tal-ammont tal-għajnuna)

42

2020/C 68/51

Kawża T-753/19: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2019 – Ungureanu vs Il-Kummissjoni

42

2020/C 68/52

Kawża T-850/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2019 – Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea

43

2020/C 68/53

Kawża T-852/19: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2019 – Albéa Services vs EUIPO – dm-drogerie markt (ALBÉA)

44

2020/C 68/54

Kawża T-866/19: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2019 – Ryanair u Laudamotion vs Il-Kummissjoni

45

2020/C 68/55

Kawża T-867/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2019 – RA vs Il-Qorti tal-Awdituri

46

2020/C 68/56

Kawża T-868/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2019 – Nouryon Industrial Chemicals et vs Il-Kummissjoni

47

2020/C 68/57

Kawża T-872/19: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2019 – IM vs BEI

48

2020/C 68/58

Kawża T-880/19: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2019 – UW vs Il-Kummissjoni

49

2020/C 68/59

Kawża T-882/19: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2019 – Kerangus vs EUIPO (ΑΠΛΑ!)

50

2020/C 68/60

Kawża T-883/19: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2019 – Gustopharma Consumer Health vs EUIPO – Helixor Heilmittel (HELIX ELIXIR)

51

2020/C 68/61

Kawża T-885/19: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Diċembru 2019 – Aquind et vs Il-Kummissjoni

52

2020/C 68/62

Kawża T-1/20: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2020 – M. I. Industries vs EUIPO – Natural Instinct (INSTINCT)

54

2020/C 68/63

Kawża T-2/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2020– Laboratorios Ern vs EUIPO – Bio-tec Biologische Naturverpackungen (BIOPLAST BIOPLASTICS FOR A BETTER LIFE)

55

2020/C 68/64

Kawża T-5/20: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2020 – CP vs Il-Parlament

56

2020/C 68/65

Kawża T-6/20: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2020 – Dr. Spiller vs EUIPO – Rausch (Alpenrausch Dr. Spiller)

57

2020/C 68/66

Kawża T-10/20: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2020 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

58

2020/C 68/67

Kawża T-11/20: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2020 – Paravan vs EUIPO – paragon (Paragon)

59

2020/C 68/68

Kawża T-12/20: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2020 – Schneider vs EUIPO – Frutaria Comercial de Frutas y Hortalizas (Frutaria.)

60

2020/C 68/69

Kawża T-17/20: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2020 – adp Gauselmann vs EUIPO – Gameloft (GAMELAND)

61

2020/C 68/70

Kawża T-19/20: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2020 – sprd.net vs EUIPO – Shirtlabor (I love)

62

2020/C 68/71

Kawża T-21/20: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2020 – LG Electronics vs EUIPO - Staszewski (K7)

63

2020/C 68/72

Kawża T-22/20: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2020 – IB vs EUIPO

64

2020/C 68/73

Kawża T-23/20: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2020 – FF IP vs EUIPO – Seven (the DoubleF)

65

2020/C 68/74

Kawża T-24/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2020 – Junqueras i Vies vs Il-Parlament

66

2020/C 68/75

Kawża T-25/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2020 – Deutsche Post vs EUIPO – Pošta Slovenije (Rappreżentazzjoni ta’ apparat ta’ ħorn)

67

2020/C 68/76

Kawża T-26/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2020 – Forex Bank vs EUIPO – Coino UK (FOREX)

68

2020/C 68/77

Kawża T-30/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2020 –Promed vs EUIPO – Centrumelektroniki (Promed)

69

2020/C 68/78

Kawża T-35/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2020 – Monster Energy vs EUIPO - Nanjing aisiyou Clothing (Rappreżentazzjoni ta’ girfa ta’ annimal)

70

2020/C 68/79

Kawża T-734/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2019 – Sumitomo Chemical u Tenka Best vs Il-Kummissjoni

71

2020/C 68/80

Kawża T-163/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Diċembru 2019 – Mersinis vs AEMF

71


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 68/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 61, 24.2.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 54, 17.2.2020

ĠU C 45, 10.2.2020

ĠU C 36, 3.2.2020

ĠU C 27, 27.1.2020

ĠU C 19, 20.1.2020

ĠU C 10, 13.1.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/2


Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

(2020/C 68/02)

Fit-3 ta’ Frar 2020, il-Qorti Ġenerali, komposta minn 51 Imħallef, iddeċidiet, wara tmiem il-kariga ta’ I. S. Forrester bħala Mħallef, fuq proposta tal-President ippreżentata b’mod konformi mal-Artikolu 13(2) tar-Regoli tal-Proċedura, li temenda d-deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Awli tat-30 ta’ Settembru 2019 (1) u d-deċiżjoni dwar l-assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli tal-4 ta’ Ottubru 2019 (2), għall-perijodu mit-3 ta’ Frar 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2022, u li tassenja l-Imħallfin lill-Awli kif ġej:

L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

H. Kanninen, President tal-Awla, M. Jaeger, N. Półtorak, O. Porchia u M. Stancu, Imħallfin.

L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

H. Kanninen, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: M. Jaeger u N. Półtorak, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: M. Jaeger u O. Porchia, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: M. Jaeger u M. Stancu, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: N. Półtorak u O. Porchia, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: N. Półtorak u M. Stancu, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: O. Porchia u M. Stancu, Imħallfin.

It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

V. Tomljenović, President tal-Awla, I. Labucka, F. Schalin, P. Škvařilová-Pelzl u I. Nõmm, Imħallfin.

It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

V. Tomljenović, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: I. Labucka u F. Schalin, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: I. Labucka u P. Škvařilová-Pelzl, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: I. Labucka u I. Nõmm, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: F. Schalin u P. Škvařilová-Pelzl, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: F. Schalin u I. Nõmm, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: P. Škvařilová-Pelzl u I. Nõmm, Imħallfin.

It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

A. M. Collins, President tal-Awla, V. Kreuschitz, Z. Csehi, G. De Baerei u G. Steinfatt, Imħallfin.

It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

A. M. Collins, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: V. Kreuschitz u Z. Csehi, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: V. Kreuschitz u G. De Baerei, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: V. Kreuschitz u G. Steinfatt, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: Z. Csehi u G. De Baerei, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: Z. Csehi u G. Steinfatt, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: G. De Baerei u G. Steinfatt, Imħallfin.

Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

S. Gervasoni, President tal-Awla, L. Madise, P. Nihoul, R. Frendo u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin.

I r-Raba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

S. Gervasoni, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: L. Madise u P. Nihoul, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: L. Madise u R. Frendo, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: L. Madise u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: P. Nihoul u R. Frendo, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: P. Nihoul u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: R. Frendo u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin.

Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

D. Spielmann, President tal-Awla, U. Öberg, O. Spineanu-Matei, R. Mastroianni u R. Norkus, Imħallfin.

Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

D. Spielmann, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: U. Öberg u O. Spineanu-Matei, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: U. Öberg u R. Mastroianni, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: O. Spineanu-Matei u R. Mastroianni, Imħallfin.

It-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

A. Marcoulli, President tal-Awla, S. Frimodt Nielsen, J. Schwarcz, C. Iliopoulos u R. Norkus, Imħallfin.

It-Sitt Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

A. Marcoulli, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: S. Frimodt Nielsen u J. Schwarcz, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: S. Frimodt Nielsen u C. Iliopoulos, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: S. Frimodt Nielsen u R. Norkus, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: J. Schwarcz u C. Iliopoulos, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: J. Schwarcz u R. Norkus, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: C. Iliopoulos u R. Norkus, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

R. da Silva Passos, President tal-Awla, V. Valančius, I. Reine, L. Truchot u M. Sampol Pucurull, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

R. da Silva Passos, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: V. Valančius u I. Reine, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: V. Valančius u L. Truchot, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: V. Valančius u M. Sampol Pucurull, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: I. Reine u L. Truchot, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: I. Reine u M. Sampol Pucurull, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: L. Truchot u M. Sampol Pucurull, Imħallfin.

It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

J. Svenningsen, President tal-Awla, R. Barents, C. Mac Eochaidh, T. R. Pynnä u J. C. Laitenberger, Imħallfin.

It-Tmien Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

J. Svenningsen, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: R. Barents u C. Mac Eochaidh, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: R. Barents u T. R. Pynnä, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: R. Barents u J. C. Laitenberger, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: C. Mac Eochaidh u T. R. Pynnä, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: C. Mac Eochaidh u J. C. Laitenberger, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: T. R. Pynnä u J. C. Laitenberger, Imħallfin.

Id-Disa’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

M. J. Costeira, President tal-Awla, D. Gratsias, M. Kancheva, B. Berke u T. Perišin, Imħallfin.

Id-Disa’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

M. J. Costeira, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: D. Gratsias u M. Kancheva, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: D. Gratsias u B. Berke, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: D. Gratsias u T. Perišin, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: M. Kancheva u B. Berke, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: M. Kancheva u T. Perišin, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: B. Berke u T. Perišin, Imħallfin.

L-Għaxar Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

A. Kornezov, President tal-Awla, E. Buttigieg, J. M. Passer, K. Kowalik-Bańczyk u G. Hesse, Imħallfin.

L-Għaxar Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

A. Kornezov, President tal-Awla;

Kulleġġ ġudikanti A: E. Buttigieg u J. M. Passer, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti B: E. Buttigieg u K. Kowalik-Bańczyk, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti C: E. Buttigieg u G. Hesse, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti D: J. M. Passer u K. Kowalik-Bańczyk, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti E: J. M. Passer u G. Hesse, Imħallfin;

Kulleġġ ġudikanti F: K. Kowalik-Bańczyk u G. Hesse, Imħallfin.

Il-Ħames Awla komposta minn erba’ Mħallfin hija estiża biż-żieda tal-ħames Imħallef mis-Sitt Awla. Il-ħames Imħallef jinħatar skont l-ordni invers stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura għall-perijodu tal-31 ta’ Awwissu 2022.

Il-Qorti Ġenerali tikkonferma d-deċiżjoni tagħha tal-4 ta’ Ottubru 2019 li tgħid li l-Ewwel, ir-Raba’, is-Seba’ u t-Tmien Awli huma inkarigati mill-kawżi mressqa abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u, jekk ikun il-każ, tal-Artikolu 50a tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u t-Tieni, it-Tielet, il-Ħames, is-Sitt, id-Disa’ u l-Għaxar Awli huma inkarigati mill-kawżi relatati mad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali koperti mit-Titolu IV tar-Regoli tal-Proċedura.

Hija tikkonferma wkoll li:

Il-President u l-Viċi President ma humiex assenjati b’mod permanenti lil Awla;

Matul kull sena ġudizzjarja, il-Viċi President għandu jippresjedi f’kull waħda mill-għaxar awli komposti minn ħames Imħallfin, u dan f’kawża għal kull awla skont l-ordni li ġej:

L-ewwel kawża li tintbgħat, b’deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, quddiem kulleġġ ġudikanti estiż kompost minn ħames Imħallfin tal-Ewwel Awla, tat-Tieni Awla, tat-Tielet Awla, tar-Raba’ Awla u tal-Ħames Awla;

It-tielet kawża li tintbgħat, b’deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, quddiem kulleġġ ġudikanti estiż kompost minn ħames Imħallfin tas-Sitt Awla, tas-Seba’ Awla, tat-Tmien Awla, tad-Disa’ Awla u tal-Għaxar Awla.

Meta l-Viċi President, f’din il-kwalità, jippresjedi kulleġġ ġudikanti kompost minn ħames Imħallfin, dan għandu jkun kompost mill-Viċi President, mill-Imħallfin tal-Kulleġġ ġudikanti kompost minn tliet Imħallfin li quddiemu tkun tressqet inizjalment il-kawża kif ukoll minn wieħed mill-Imħallfin l-oħra tal-Awla kkonċernata, iddeterminat abbażi tal-ordni invers stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura.


(1)  ĠU C 372, 4.11.2019, p. 3.

(2)  ĠU C 372, 4.11.2019, p. 3.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation - Franza) – GRDF SA vs Eni Gas & Power France SA, Direct énergie, Commission de régulation de l’énergie, Procureur général près la cour d’appel de Paris

(Kawża C-236/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2009/73/KE - Artikolu 41(11) - Riżoluzzjoni tat-tilwim relatat mal-obbligi imposti fuq l-operatur ta’ sistema - Effetti ratione temporis tad-deċiżjonijiet tal-awtorità tar-riżoluzzjoni tat-tilwima - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi)

(2020/C 68/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GRDF SA

Konvenuti: Eni Gas & Power France SA, Direct énergie, Commission de régulation de l’énergie, Procureur général près la cour d’appel de Paris

Dispożittiv

Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix li l-effetti ta’ deċiżjoni ta’ awtorità regolatorja, li taġixxi bħala awtorità tar-riżoluzzjoni tat-tilwima, prevista fl-Artikolu 41(11) ta’ din id-direttiva, jestendu għas-sitwazzjoni tal-partijiet fit-tilwima li hija adita biha li kienet tipprevali bejn dawn tal-aħħar qabel il-bidu ta’ din it-tilwima, b’mod partikolari, fir-rigward ta’ kuntratt għat-trażmissjoni ta’ gass naturali, billi parti fl-imsemmija tilwima tiġi ordnata tirrendi dan il-kuntratt konformi mad-dritt tal-Unjoni għall-perijodu kuntrattwali kollu.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Salzburg, Bezirksgericht für Handelssachen Wien - l-Awstrija) – Barbara Rust-Hackner (C-355/18), Christian Gmoser (C-356/18), Bettina Plackner (C-357/18) vs Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreichet u KL vs UNIQA Österreich Versicherungen AG, LK vs DONAU Versicherung AG Vienna Insurance Group, MJ vs Allianz Elementar Lebensversicherungs-Aktiengesellschaft, NI vs Allianz Elementar Lebensversicherungs-Aktiengesellschaft (C-479/18)

(Kawżi magħquda C-355/18 sa C-357/18 u C-479/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Assigurazzjoni diretta għall-ħajja - Direttivi 90/619/KEE, 92/96/KEE, 2002/83/KE u 2009/138/KE - Dritt ta’ rinunzja - Informazzjoni żbaljata dwar il-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja - Kundizzjonijiet formali tad-dikjarazzjoni ta’ rinunzja - Effetti fuq l-obbligi tal-impriża ta’ assigurazzjoni - Terminu - Skadenza tad-dritt ta’ rinunzja - Possibbiltà ta’ rinunzja wara x-xoljiment tal-kuntratt - Rimbors tal-valur tax-xiri mill-ġdid tal-kuntratt - Ħlas lura tal-primjums imħallsa - Dritt għall-interessi remunerattivi - Preskrizzjoni)

(2020/C 68/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg, Bezirksgericht für Handelssachen Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Barbara Rust-Hackner (C-355/18), Christian Gmoser (C-356/18), Bettina Plackner (C-357/18), KL, LK, MJ, NI (C-479/18)

Konvenuti: Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich (C-355/18 sa C-357/18), UNIQA Österreich Versicherungen AG, DONAU Versicherung AG Vienna Insurance Group, Allianz Elementar Lebensversicherungs-Aktiengesellschaft, Allianz Elementar Lebensversicherungs-Aktiengesellschaft (C-479/18)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 15(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE tat-8 ta’ Novembru 1990 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazjoni diretta għall-ħajja, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE tal-10 ta’ Novembru 1992, moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE tal-10 ta’ Novembru 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazzjoni diretta għall-ħajja, u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja), l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, moqri flimkien mal-Artikolu 36(1) ta’ din id-direttiva, kif ukoll l-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), moqri flimkien mal-Artikolu 186(1) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-terminu għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja għal kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja jibda jiddekorri mill-mument li fih id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jiġi informat li l-kuntratt huwa konkluż, anki jekk l-informazzjoni mogħtija mill-impriża ta’ assigurazzjoni lil dan id-detentur

tonqos milli tispeċifika li d-dritt nazzjonali applikabbli għall-kuntratt ma jipprevedi ebda rekwiżit formali għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-imsemmi dritt ta’ rinunzja, jew

tindika rekwiżiti formali li fil-verità ma humiex rikjesti mid-dritt nazzjonali applikabbli għal dan il-kuntratt jew mill-klawżoli kuntrattwali tal-imsemmi kuntratt, kemm-il darba tali indikazzjoni ma ċċaħħadx lid-detenturi tal-polza ta’ assigurazzjoni mill-possibbiltà li jeżerċitaw id-dritt ta’ rinunzja tagħhom essenzjalment fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li kienu japplikaw li kieku l-informazzjoni kienet preċiża. Huma l-qrati tar-rinviju li għandhom jevalwaw, fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni globali li tieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-kuntest leġiżlattiv nazzjonali u l-fatti fil-kawżi prinċipali, jekk l-iżball li jinsab fl-informazzjoni mogħtija lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jċaħħdux minn tali possibbiltà.

2)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, kif emendata bid-Direttiva 92/96, moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 92/96, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-assenza ta’ informazzjoni mogħtija mill-impriża ta’ assigurazzjoni lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni, dwar id-dritt ta’ rinunzja ta’ dan tal-aħħar, jew fil-preżenza ta’ informazzjoni mogħtija mill-impriża ta’ assigurazzjoni li tkun tant żbaljata li ċċaħħad lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni mill-possibbiltà li jeżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, essenzjalment, fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li kienu jkunu applikabbli li kieku l-informazzjoni kienet preċiża, it-terminu għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja ma jiddekorrix, anki jekk id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni sar jaf bl-eżistenza tad-dritt ta’ rinunzja b’mezzi oħra.

3)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, kif emendata bid-Direttiva 92/96, moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 92/96, u l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83, moqri flimkien mal-Artikolu 36(1) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, ladarba jiġi xolt il-kuntratt u ladarba jiġu ssodisfatti l-obbligi kollha li joħorġu minnu, fosthom b’mod partikolari l-ħlas, mill-impriża ta’ assigurazzjoni, tal-valur tax-xiri mill-ġdid, id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jkun għadu jista’ jeżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, kemm il-darba d-dritt applikabbli għall-kuntratt ma jirregolax l-effetti legali tal-assenza ta’ informazzjoni dwar id-dritt ta’ rinunzja jew l-għoti ta’ informazzjoni żbaljata.

4)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, kif emendata bid-Direttiva 92/96, l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83 u l-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2009/138 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-impriża ta’ assigurazzjoni hija obbligata tirrimborsa, lil detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni li jkun eżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, il-valur tax-xiri mill-ġdid biss.

5)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, kif emendata bid-Direttiva 92/96, l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83 u l-Artikolu 186(1) tad-Direttiva 2009/138 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin għall-eżerċizzju tad-dritt għall-interessi remunerattivi marbut mal-ħlas lura ta’ somom imħallsa indebitament mitlub minn detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni li jkun eżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, kemm-il darba l-iffissar ta’ tali terminu ma jdaħħalx inkwistjoni l-effettività tad-dritt ta’ rinunzja ta’ dan id-detentur, punt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju fil-Kawża C-479/18.


(1)  ĠU C 294, 20.8.2018.

ĠU C 427, 26.11.2018.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato - l-Italja) – Arriva Italia Srl, Ferrotramviairia SpA, Consorzio Trasporti Aziende Pugliesi (CO.TRA.P) vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

(Kawża C-385/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Kunċett - Impriża pubblika ferrovjarja f’diffikultà - Miżuri ta’ għajnuna - Għoti ta’ għajnuna finanzjarja - Għan - Tkomplija tal-attivitajiet tal-impriża pubblika ferrovjarja - Għoti u parteċipazzjoni fil-kapital ta’ din l-impriża pubblika - Trasferiment fil-kapital ta’ impriża pubblika oħra - Kriterju ta’ investitur privat - Obbligu ta’ notifika preliminari tal-għajnuna ġdida)

(2020/C 68/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Arriva Italia Srl, Ferrotramviairia SpA, Consorzio Trasporti Aziende Pugliesi (CO.TRA.P)

Konvenut: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

fil-preżenza ta’: Ferrovie dello Stato Italiane SpA, Gestione Commissariale per Le Ferrovie del Sud Est e Servizi Automobilistici Srl a socio unico, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 107 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, taħt riżerva tal-verifiki li għandha twettaq il-qorti tar-rinviju, kemm l-għoti ta’ somma ta’ flus lil impriża pubblika li tkun tinsab f’kundizzjonijiet finanzjarji serji kif ukoll it-trasferiment tal-holding kollu miżmum minn Stat Membru fil-kapital ta’ din l-impriża lil impriża pubblika oħra, mingħajr korrispettiv, iżda bl-obbligu ta’ din tal-aħħar li tirrimedja għall-iżbilanċ patrimonjali tal-ewwel impriża, jistgħu jiġu kkwalifikati bħala “għajnuna mill-Istat” fis-sens ta’ dan l-Artikolu 107 TFUE.

2)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, peress li tali miżuri, bħall-għoti ta’ somma ta’ flus lil impriża pubblika li tkun tinsab f’diffikultajiet finanzjarji serji jew it-trasferiment tal-holding kollu miżmum minn Stat Membru fil-kapital ta’ din l-impriża lil impriża pubblika oħra, mingħajr kontroparti, iżda bl-obbligu għal din tal-aħħar li tirrimedja għall-iżbilanċ patrimonjali tal-ewwel waħda, huma kkwalifikati bħala “għajnuna mill-Istat”, fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiġbed il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw mill-fatt li din l-għajnuna ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni Ewropea, bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 108(3) TFUE u għandhom għalhekk jiġu kkunsidrati bħala illegali.


(1)  ĠU C 294, 20.8.2018


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Patrick Grégor Puppinck et vs Ir-Repubblika tal-Polonja, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, European Citizens’ Initiative One of Us

(Kawża C-418/18 P) (1)

(Appell - Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini “Wieħed Minna” - Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha u r-raġunijiet għalfejn mhux ser jittieħdu l-azzjonijiet mitluba fl-inizjattiva taċ-ċittadini)

(2020/C 68/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Patrick Grégor Puppinck, Filippo Vari, Josephine Quintavalle, Edith Frivaldszky, Jakub Baltroszewicz, Alicia Latorre Canizares, Manfred Liebner (rappreżentanti: R. Kiska, Solicitor, P. Diamond, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: European Citizens’ Initiative One of Us, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: H. Krämer, aġent), Ir-Repubblika tal-Polonja, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Patrick Grégor Puppinck, Filippo Vari, Jakub Baltroszewicz u Manfred Liebner kif ukoll Josephine Quintavalle, Edith Frivaldszky u Alicia Latorre Canizares huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 341, 24.9.2018.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 11 de Vigo, Juzgado de Primera Instancia no 20 de Barcelona - Spanja) – Bondora AS vs Carlos V. C. (C-453/18), XY (C-494/18)

(Kawża magħquda C-453/18 u C-494/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas - Regolament (KE) Nru 1896/2006 - Provvista ta’ dokumenti addizzjonali insostenn tad-dejn - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Stħarriġ mill-qorti adita fil-kuntest ta’ applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea)

(2020/C 68/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qrati tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 11 de Vigo, Juzgado de Primera Instancia no 20 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bondora AS

Konvenuti: Carlos V. C. (C-453/18), XY (C-494/18)

Dispożittiv

L-Artikolu 7(2)(d) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja u moqrija fid-dawl tal-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu li “qorti”, fis-sens tal-imsemmi regolament, adita fil-kuntest ta’ proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas, titlob mingħand il-kreditur informazzjoni addizzjonali fir-rigward tal-klawżoli tal-kuntratt invokati insostenn tad-dejn inkwistjoni, sabiex twettaq l-istħarriġ ex officio tan-natura eventwalment inġusta ta’ dawn il-klawżoli u, b’konsegwenza ta’ dan, li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, li tiddikjara inammissibbli dokumenti addizzjonali prodotti għal dan il-għan.


(1)  ĠU C 381, 22.10.2018


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – HK vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-460/18 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 1d - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tal-Anness VIII - Pensjoni tas-superstiti - Kundizzjonijiet għall-għoti - Kunċett ta’ “konjuġi superstiti” ta’ uffiċjal tal-Unjoni - Żwieġ u sħubija mhux matrimonjali - Konkubinaġġ - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Sitwazzjoni paragunabbli - Assenza - Kundizzjoni ta’ anzjanità taż-żwieġ - Ġlieda kontra l-frodi - Ġustifikazzjoni)

(2020/C 68/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: HK (rappreżentanti: A. Champetier u S. Rodrigues, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u B. Mongin, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Mejju 2018, HK vs Il-Kummissjoni (T-574/16, mhux ippubblikata, EU:T:2018:252), hija annullata.

2)

Ir-rikors ippreżentat minn HK intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tirrifjutalu l-benefiċċju tal-pensjoni tas-superstiti u sabiex jikseb kumpens għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba huwa miċħud.

3)

HK, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mal-proċedura tal-ewwel istanza u mal-appell.


(1)  ĠU C 381, 22.10.2018.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tad-19 ta' Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato, l-Italja) – AV, BU vs Comune di Bernareggio

(Kawża C-465/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Trasferiment ta’ spiżerija wara proċedura ta’ sejħa għal offerti - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Dritt ta’ prelazzjoni favur l-impjegati ta’ spiżerija trasferita)

(2020/C 68/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AV, BU

Konvenuta: Comune di Bernareggio

fil-preżenza ta’: CT

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi miżura nazzjonali li tagħti dritt ta’ prelazzjoni inkundizzjonata favur spiżjara impjegati ta’ spiżerija komunali fil-każ ta’ trasferiment ta’ din tal-aħħar permezz ta’ sejħa għal offerti.


(1)  ĠU C 399, 5.11.2018.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Darie BV vs Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu

(Kawża C-592/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 528/2012 - Artikolu 3(1)(a) u (ċ) - Kunċett ta’ “prodott bijoċidali” - Kunċett ta’ “sustanza attiva” - Prodott batterjali li fih l-ispeċi Bacillus ferment - Mod ta’ azzjoni li ma huwiex sempliċement azzjoni fiżika jew mekkanika - Mod ta’ azzjoni indirett - Perijodu li fih jaġixxi l-prodott)

(2020/C 68/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Darie BV

Konvenut: Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ “prodott bijoċidali”, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri prodotti li fihom waħda jew iktar speċi ta’ batterji, enzimi jew komponenti oħra li, minħabba l-mod ta’ azzjoni speċifika tagħhom, ma jaġixxux, bħala prinċipju, b’mod dirett fuq l-organiżmi ta’ ħsara li għalihom huma maħsuba iżda fuq il-ħolqien jew iż-żamma ta’ habitat li jiffavorixxi dawn l-organiżmi ta’ ħsara, bil-kundizzjoni li dawn il-prodotti jinvolvu azzjoni li ma hijiex azzjoni sempliċement fiżika jew mekkanika u li tagħmel parti integrali minn katina ta’ kawżalità li l-għan tagħha jkun li tipproduċi effett inibitorju għall-imsemmija organiżmi.

2)

L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 528/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li prodott ma għandux jiġi applikat fuq il-wiċċ li għandu jiġi ttrattat qabel ma jiġu eliminati l-organiżmi ta’ ħsara li għalihom ikun maħsub u li jkunu jinsabu fuq dan il-wiċċ ma għandux impatt fuq il-klassifikazzjoni ta’ dan il-prodott bħala “prodott bijoċidali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

3)

L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 528/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodu li fih prodott jaġixxi ma għandux impatt fuq il-klassifikazzjoni ta’ dan il-prodott bħala “prodott bijoċidali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 436, 3.12.2018.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) - ir-Renju Unit) – Amoena Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-677/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 6212 u 9021 - Riċipettijiet għal wara mastektomija - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1167 - Validità - Kunċett ta’ “aċċessorji” - Kooperazzjoni leali)

(2020/C 68/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Amoena Ltd

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Dispożittiv

L-eżami tad-domandi preliminari ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1167 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda.


(1)  ĠU C 25, 21.01.2019.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Timiș - ir-Rumanija) – Amărăști Land Investment SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Timișoara, Administrația Județeană a Finanțelor Publice Timiș

(Kawża C-707/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Akkwist ta’ proprjetajiet immobbli mhux iskritti fir-reġistru tal-artijiet nazzjonali - Spejjeż marbuta mal-ewwel iskrizzjoni fl-imsemmi reġistru sostnuti mill-akkwirent - Użu ta’ kumpanniji terzi speċjalizzati - Parteċipazzjoni fi provvista ta’ servizzi jew spejjeż ta’ investiment imwettqa għall-ħtiġijiet ta’ kumpannija)

(2020/C 68/12)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Timiș

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Amărăști Land Investment SRL

Konvenuti: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Timișoara, Administrația Județeană a Finanțelor Publice Timiș

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix li l-partijiet fi tranżazzjoni intiża għat-trasferiment tal-proprjetà ta’ proprjetajiet immobbli jaqblu dwar klawżola li tipprovdi li l-akkwirent futur għandu jbati totalment jew parzjalment l-ispejjeż relatati mal-formalitajiet amministrattivi marbuta ma’ din it-tranżazzjoni, b’mod partikolari dawk relatati mal-ewwel iskrizzjoni ta’ dawn il-proprjetajiet immobbli fir-reġistru tal-artijiet nazzjonali. Madankollu, is-sempliċi preżenza ta’ tali klawżola f’wegħda sinallagmatika ta’ bejgħ ta’ proprjetajiet immobbli ma hijiex determinanti għall-finijiet li jsir magħruf jekk l-akkwirent futur għandux dritt inaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud marbuta mal-ħlas tal-ispejjeż li jirriżultaw mill-ewwel iskrizzjoni tal-proprjetajiet immobbli kkonċernati fir-reġistru tal-artijiet nazzjonali.

2)

Id-Direttiva 2006/112, b’mod partikolari l-Artikolu 28 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-kuntest ta’ wegħda sinallagmatika ta’ bejgħ ta’ proprjetajiet immobbli mhux iskritti fir-reġistru tal-artijiet nazzjonali, l-akkwirent futur taxxabbli li, hekk kif huwa impenja ruħu b’mod kuntrattwali fir-rigward tal-bejjiegħ futur, iwettaq l-atti neċessarji għall-ewwel iskrizzjoni tal-proprjetajiet immobbli kkonċernati fl-imsemmi reġistru billi jirrikorri għal servizzi pprovduti minn terzi taxxabbli, huwa meqjus li pprovda personalment, lill-bejjiegħ futur, is-servizzi inkwistjoni, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 28, anki jekk il-partijiet fil-kuntratt qablu li l-prezz tal-bejgħ tal-imsemmija proprjetajiet immobbli ma jinkludix il-korrispettiv tat-tranżazzjonijiet ta’ reġistrazzjoni tal-artijiet.


(1)  ĠU C 54, 11.2.2019.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Trnave, is-Slovakkja) – RN vs Home Credit Slovakia a.s..

(Kawża C-290/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2008/48/KE - Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur - Artikolu 10(2) - Informazzjoni li għandha tissemma’ fil-kuntratti ta’ kreditu - Rata ta’ imposta perċentwali fis-sena - Assenza ta’ indikazzjoni ta’ perċentwali preċiża ta’ din ir-rata - Rata espressa permezz ta’ firxa ta’ bejn 21.5 % u 22.4 %)

(2020/C 68/13)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Trnave

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RN

Konvenuta: Home Credit Slovakia a.s.

Dispożittiv

L-Artikolu 10(2)(g) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/90/UE tal-14 ta’ Novembru 2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, fi ftehim ta’ kreditu għall-konsum, ir-rata ta’ imposta perċentwali fis-sena tkun espressa mhux b’rata unika, iżda b’medda li tirreferi għal rata minima u għal rata massima.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo - Spanja) – proċeduri kriminali kontra Oriol Junqueras Vies

(Kawża C-502/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura mħaffa - Dritt istituzzjonali - Ċittadin tal-Unjoni Ewropea elett fil-Parlament Ewropew minkejja li qiegħed taħt detenzjoni provviżorja fil-kuntest ta’ proċedura kriminali - Artikolu 14 TUE - Kunċett ta’ “membru tal-Parlament Ewropew” - Artikolu 343 TFUE - Immunitajiet neċessarji għat-twettiq tal-missjoni tal-Unjoni - Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 9 - Immunitajiet lill-membri tal-Parlament Ewropew - Immunità ta’ traġitt - Immunitajiet ta’ sessjonijiet - Kampijiet ta’ applikazzjoni personali, ratione temporis u ratione materiae ta’ dawn id-diversi immunitajiet - Tneħħija ta’ immunità mill-Parlament Ewropew - Talba għat-tneħħija ta’ immunità minn qorti nazzjonali - Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b’vot dirett universali - Artikolu 5 - Mandat - Artikolu 8 - Proċedura elettorali - Artikolu 12 - Verifika tas-setgħat tal-membri tal-Parlament Ewropew wara l-proklamazzjoni uffiċjali tar-riżultati elettorali - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 39(2) - Elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali, liberu u sigriet - Dritt ta’ eliġibbiltà)

(2020/C 68/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Oriol Junqueras Vies

fil-preżenza ta’: Ministerio Fiscal, Abogacía del Estado, Partido político VOX

Dispożittiv

L-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li:

persuna li ġiet uffiċjalment ipproklamata eletta fil-Parlament Ewropew meta hija kienet is-suġġett ta’ miżura ta’ tpoġġija taħt detenzjoni provviżorja fil-kuntest ta’ proċedura għal reati kriminali serji, iżda li ma ġietx awtorizzata tikkonforma ruħha ma’ ċerti rekwiżiti previsti mid-dritt intern wara tali proklamazzjoni kif ukoll li tmur il-Parlament Ewropew, sabiex tieħu sehem fl-ewwel sessjoni tiegħu, għandha titqies li tgawdi minn immunità bis-saħħa tat-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu;

din l-immunità timplika t-tneħħija ta’ miżura ta’ tpoġġija taħt detenzjoni provviżorja imposta fuq il-persuna kkonċernata, sabiex tkun tista’ tmur il-Parlament Ewropew u hemmhekk tissodisfa l-formalitajiet meħtieġa. Madankollu, jekk il-qorti nazzjonali kompetenti tqis li din il-miżura għandha tinżamm wara l-kisba, mill-persuna msemmija, tal-kwalità ta’ membru tal-Parlament Ewropew, hija għandha titlob malajr kemm jista’ jkun lill-Parlament Ewropew li jneħħi l-imsemmija immunità, abbażi tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 9 tal-istess protokoll.


(1)  ĠU C 328, 30.9.2019.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2019 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs PGNiG Supply & Trading GmbH, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-181/18 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rikors għal annullament - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Ammissibbiltà - Deċiżjoni li ma tikkonċernax lir-rikorrenti la direttament u lanqas individwalment - Att regolatorju - Assenza - Artikolu 130 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Evalwazzjoni tal-motivi fuq il-mertu - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u għal smigħ xieraq - Prinċipju ta’ kontradittorju - Appell manifestament inammissibbli)

(2020/C 68/15)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: PGNiG Supply & Trading GmbH (rappreżentant: M. Jeżewski, adwokat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u K. Herrmann, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Székesfehérvári Törvényszék – L-Ungerija) - Hochtief AG vs Fővárosi Törvényszék

(Kawża C-362/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Proċeduri ta’ reviżjoni - Direttiva 89/665/KEE - Direttiva 92/13/KEE - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza - Rikors għal reviżjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni - Responsabbiltà tal-Istati Membri fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-qrati nazzjonali - Evalwazzjoni tad-dannu li huwa suġġett għal kumpens)

(2020/C 68/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Székesfehérvári Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hochtief AG

Konvenuta: Fővárosi Törvényszék

Dispożittiv

1)

Ir-responsabbiltà ta’ Stat Membru għad-danni kkawżati minn deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza li tikser regola tad-dritt tal-Unjoni hija rregolata mill-kundizzjonijiet iddikjarati mill-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari fil-punt 51 tas-sentenza tat-30 ta’ Settembru 2003, Köbler (C-224/01, EU:C:2003:513), b’danakollu mingħajr ma jiġi eskluż li r-responsabbiltà ta’ dan l-Istat tista’ tirriżulta taħt kundizzjonijiet inqas restrittivi fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali. Din ir-responsabbiltà ma hijiex eskluża bil-fatt li din id-deċiżjoni tkun saret res judicata. Fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ din ir-responsabbiltà hija l-qorti nazzjonali adita bit-talba għad-danni li għandha tevalwa, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni inkwistjoni, jekk il-qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza wettqitx ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni billi b’mod manifest tkun marret kontra d-dritt tal-Unjoni applikabbli, inkluża l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja. Min-naħa l-oħra, id-dritt tal-Unjoni jipprekludi regola tad-dritt nazzjonali li, f’tali każ, teskludi b’mod ġenerali mid-danni li jistgħu jkunu suġġetti għal kumpens l-ispejjeż li parti tkun ġarrbet mid-deċiżjoni tal-qorti nazzjonali li tkun ikkawżat preġudizzju.

2)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007, u d-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, kif emendata bid-Direttiva 2007/66, kif ukoll il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma tawtorizzax ir-reviżjoni ta’ deċiżjoni li tkun saret res judicata, ta’ qorti tal-imsemmi Stat Membru, li tkun tat deċiżjoni dwar rikors għal annullament kontra att ta’ awtorità kontraenti mingħajr ma tkun ittrattat il-kwistjoni li l-eżami tagħha kienet prevista f’sentenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija b’riżultat għal talba għal deċiżjoni preliminari mressqa fil-kuntest tal-proċedura relatata ma’ dan ir-rikors għal annullament jew f’sentenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija b’riżultat għal talba għal deċiżjoni preliminari f’kawża oħra. Madankollu, filwaqt li r-regoli ta’ proċedura interni applikabbli jinkludu l-possibbiltà, għall-qorti nazzjonali, li tirrevedi deċiżjoni li tkun saret res judicata sabiex is-sitwazzjoni li tirriżulta minn din id-deċiżjoni ssir kompatibbli ma’ deċiżjoni ġudizzjarja definittiva nazzjonali preċedenti, li dwarha l-qorti li tat l-imsemmija sentenza kif ukoll il-partijiet fil-kawża li tat lok għaliha diġà kellhom għarfien, din il-possibbiltà għandha, konformement mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, taħt l-istess ċirkustanzi, tieħu preċedenza, sabiex is-sitwazzjoni ssir kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, hekk kif interpretat minn sentenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU C 311, 3.9.2018


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial Sección no 4 de Zaragoza – Spanja) – María Pilar Bueno Ruiz, Zurich Insurance PL, Sucursal de España vs Irene Conte Sánchez

(Kawża C-431/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 2009/103/KE - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 - Kunċett ta’ “użu ta’ vetturi bil-mutur” - Ħruġ ta’ żejt u ta’ likwidi oħrajn minn vettura bil-mutur - Danni)

(2020/C 68/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial Sección no 4 de Zaragoza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María Pilar Bueno Ruiz, Zurich Insurance PL, Sucursal de España

Konvenuta: Irene Conte Sánchez

Dispożittiv

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li tidħol fil-kunċett ta’ “użu ta’ vetturi”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, sitwazzjoni fejn vettura li tkun iċċaqalqet u/jew tkun ġiet ipparkjata f’parkeġġ privat, konformement mal-funzjoni tagħha bħala mezz ta’ trasport, tkun involuta f’inċident li seħħ f’dan il-parkeġġ.


(1)  ĠU C 373, 15.10.2018.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2019 – Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-568/18) (1)

(Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) - Eċċezzjonijiet għad-dritt għal aċċess - Protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika speċifika - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Artikolu 6(1) - Applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet marbuta mat-talbiet għal aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent - Dokumenti stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Rifjut ta’ aċċess - Trażmissjoni sussegwenti tad-dokumenti mitluba - Artikolu 149 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(2020/C 68/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH (rappreżentanti: S. Altenschmidt u D. Jacob, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar l-appell.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti f’din il-proċedura ta’ appell.


(1)  ĠU C 16, 14.01.2019.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/20


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di L’Aquila - l-Italja) – Gabriele Di Girolamo vs Ministero della Giustizia

(Kawża C-618/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Xogħol għal żmien determinat - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP - Kunċett ta’ “ħaddiem għal żmien determinat” - Qrati konċiljatorji - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Inammissibbiltà manifesta)

(2020/C 68/19)

Lingwa tal-kawża:it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di pace di L’Aquila

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gabriele Di Girolamo

Konvenut: Ministero della Giustizia

fil-preżenza ta’: Unione Nazionale Giudici di Pace (Unagipa)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di L’Aquila (il-Qorti Konċiljatorja ta’ L’Aquila, l-Italja), permezz tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Settembru 2018, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 25, 21.01.2019.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/21


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – NE vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

(Kawża C-645/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Kollokament ta’ ħaddiema - Artikolu 56 TFUE - Direttiva 2014/67/UE - Artikoli 9 u 20 - Dikjarazzjoni tal-ħaddiema - Żamma ta’ dokumentazzjoni dwar is-salarji - Sanzjonijiet - Proporzjonalità - Multi ta’ ammont minimu stabbilit minn qabel - Kumulu - Assenza ta’ limitu - Spejjeż legali)

(2020/C 68/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: NE

Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

fil-preżenza ta’: Finanzpolizei

Dispożittiv

L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi fil-qasam tad-dritt industrijali dwar id-dikjarazzjoni tal-ħaddiema u ż-żamma ta’ dokumenti dwar is-salarji, l-impożizzjoni ta’ multi ta’ ammont għoli:

li ma jistgħux ikunu inqas minn ammont stabbilit minn qabel;

li jiġu imposti b’mod kumulattiv għal kull ħaddiem ikkonċernat u mingħajr limitu massimu, u

flimkien ma’ kontribuzzjoni għall-ispejjeż proċedurali sa 20 % tal-ammont tagħhom fil-każ ta’ ċaħda tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li timponihom.


(1)  ĠU C 122, 1.4.2019.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/22


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – OPS Újpesti Csökkentmunkaképességűek Ipari és Kereskedelmi Kft. (OPS Újpest Kft.) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-741/18 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-Ungerija lil impriżi li impjegaw ħaddiema b’diżabbiltà - Rikors għal annullament - Allegati deċiżjonijiet li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Għarfien tal-eżistenza tal-att ikkontestat - Talba għat-traduzzjoni tal-att ikkontestat - Terminu raġonevoli - Tardività - Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza - Evalwazzjoni tal-fatti - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

(2020/C 68/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellanti: OPS Újpesti Csökkentmunkaképességűek Ipari és Kereskedelmi Kft. (OPS Újpest Kft.) (rappreżentant: L. Szabó, ügyvéd)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u C. Georgieva-Kecsmar, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2)

OPS Újpesti Csökkentmunkaképességűek Ipari és Kereskedelmi Kft. (OPS Újpest Kft.) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 112, 25.3.2019.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/22


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Lux-Rehab Foglalkoztató Non-Profit Kft. (Lux-Rehab Non-Profit Kft.) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-747/18 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-Ungerija lil impriżi li impjegaw ħaddiema b’diżabbiltà - Rikors għal annullament - Allegati deċiżjonijiet li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Assenza ta’ locus standi - Persuna mhux ikkonċernata individwalment - Rikors li ma ġiex ippreżentat bil-għan li jiġu ssalvagwardati d-drittijiet proċedurali - Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza - Appell manifestament infondat)

(2020/C 68/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellanti: Lux-Rehab Foglalkoztató Non-Profit Kft. (Lux-Rehab Non-Profit Kft.) (rappreżentant: L. Szabó, ügyvéd)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u C. Georgieva-Kecsmar, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

Lux-Rehab Foglalkoztató Non-Profit Kft. (Lux-Rehab Non-Profit Kft.) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 112, 25.3.2019.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/23


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Motex Ipari és Szolgáltató Rehabilitációs Kft. (Motex Kft.) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-748/18 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-Ungerija lil impriżi li impjegaw ħaddiema b’diżabbiltà - Rikors għal annullament - Allegati deċiżjonijiet li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Assenza ta’ locus standi - Persuna mhux ikkonċernata individwalment - Rikors li ma ġiex ippreżentat bil-għan li jiġu ssalvagwardati d-drittijiet proċedurali - Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza - Appell manifestament infondat)

(2020/C 68/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellanti: Motex Ipari és Szolgáltató Rehabilitációs Kft. (Motex Kft.) (rappreżentant: L. Szabó, ügyvéd)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u C. Georgieva-Kecsmar, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

Motex Ipari és Szolgáltató Rehabilitációs Kft. (Motex Kft.) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 112, 25.3.2019.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/24


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – M-Sansz Kereskedelmi, Termelő és Szolgáltató Kft. (M-Sansz Kft.) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-757/18 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-Ungerija lil impriżi li impjegaw ħaddiema b’diżabbiltà - Rikors għal annullament - Allegati deċiżjonijiet li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Assenza ta’ locus standi - Persuna mhux ikkonċernata individwalment - Rikors li ma ġiex ippreżentat bil-għan li jiġu ssalvagwardati d-drittijiet proċedurali - Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza - Appell manifestament infondat)

(2020/C 68/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellanti: M-Sansz Kereskedelmi, Termelő és Szolgáltató Kft. (M-Sansz Kft.) (rappreżentant: L. Ravasz, ügyvéd)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u C. Georgieva-Kecsmar, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

M-Sansz Kereskedelmi, Termelő és Szolgáltató Kft. (M Sansz Kft.) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 148, 29.4.2019.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/24


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2019 – Vans, Inc. vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Deichmann SE

(Kawżi magħquda C-123/19 P u C-125/19 P) (1)

(Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Appelli li ma għadx għandhom skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Spejjeż)

(2020/C 68/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vans, Inc. (rappreżentanti: M. Hirsch u M. Metzner, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent), Deichmann SE (rappreżentant: C. Onken, Rechtsanwältin)

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dawn l-appelli.

2)

Vans Inc., Deichmann SE u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 220, 1.7.2019.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/25


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – EX EX (C-140/19 u C-141/19), OK (C-492/19), PL (C-493/19), QM (C-494/19) vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

(Kawżi magħquda C-140/19, C-141/19 u C-492/19 sa C-494/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Kollokament ta’ ħaddiema - Artikolu 56 TFUE - Direttiva 2014/67/UE - Artikoli 9 u 20 - Dikjarazzjoni tal-ħaddiema - Żamma ta’ dokumentazzjoni dwar is-salarji - Sanzjonijiet - Proporzjonalità - Multi ta’ ammont minimu stabbilit minn qabel - Kumulu - Assenza ta’ limitu - Spejjeż legali - Inammissibbiltà manifesta)

(2020/C 68/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EX EX (C-140/19 u C-141/19), OK (C-492/19), PL (C-493/19), QM (C-494/19)

Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

fil-preżenza ta’: Finanzpolizei

Dispożittiv

L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi fil-qasam tad-dritt industrijali dwar id-dikjarazzjoni tal-ħaddiema u ż-żamma ta’ dokumenti dwar is-salarji, l-impożizzjoni ta’ multi ta’ ammont għoli:

li ma jistgħux ikunu inqas minn ammont stabbilit minn qabel;

li jiġu imposti b’mod kumulattiv għal kull ħaddiem ikkonċernat u mingħajr limitu massimu, u

flimkien ma’ kontribuzzjoni għall-ispejjeż proċedurali sa 20 % tal-ammont tagħhom fil-każ ta’ ċaħda tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li timponihom.


(1)  ĠU C 187, 3.6.2019

ĠU C 328, 30.9.2019.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/26


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Trgovački sud u Zagrebu - il-Kroazja) – INA-INDUSTRIJA NAFTE d.d. et vs LJUBLJANSKA BANKA d.d.

(Kawża C-200/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Il-punt 1(a) tal-Artikolu 9 - Ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam kuntrattwali - Kunċett ta’ “qasam kuntrattwali” - Obbligi finanzjarji imposti mil-liġi nazzjonali fuq il-koproprjetarji ta’ bini - Azzjoni ġudizzjarja intiża għall-kisba tal-eżekuzzjoni ta’ dawn l-obbligi)

(2020/C 68/27)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Trgovački sud u Zagrebu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: INA-INDUSTRIJA NAFTE d.d., CROATIA osiguranje d.d., REPUBLIKA HRVATSKA, Croatia Airlines d.d., GRAD ZAGREB, HRVATSKA ELEKTROPRIVREDA d.d., HRVATSKE ŠUME d.o.o., KAPITAL d.o.o. u stečaju, en faillite, PETROKEMIJA d.d., Đuro Đaković Holding d.d., ENERGOINVEST d.d., TELENERG d.o.o., ENERGOCONTROL d.o.o., UDRUGA POSLODAVACA U ZDRAVSTVU, HRVATSKI ZAVOD ZA MIROVINSKO OSIGURANJE, ZAGREPČANKA-POSLOVNI OBJEKTI d.d., BRODOGRADILIŠTE VIKTOR LENAC d.d., INOVINE d.d., MARAT INŽENJERING d.o.o., GOYA - COMPANY d.o.o., METROPOLIS PLAN d.o.o., Dalekovod d.d., INFRATERRA d.o.o., Citat d.o.o., STAROSTA d.o.o., METALKA METALCOM d.o.o., I.Š., B.C., Z.N., D.G., M.R., A.T.

Konvenuta: LJUBLJANSKA BANKA d.d.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li kawża dwar in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligi finanzjarji imposti mil-liġi nazzjonali fuq il-koproprjetarji ta’ bini għandha tiġi kkunsidrata li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “qasam kuntrattwali”, fis-sens tal-punt 1(a) ta’ dan ir-regolament.

2)

Il-punt 5 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li kawża, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar obbligu li jirriżulta mill-pussess, minn kumpannija, ta’ bini professjonali fejn hija stabbilita u teżerċita l-attivitajiet tagħha, ma tikkostitwixxix “tilwima li tirriżulta mill-attività ta’ fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 164, 13.5.2019


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/27


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Straubing – il-Ġermanja) – B & L Elektrogeräte GmbH vs GC

(Kawża C-465/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2011/83/UE - Il-punti 8(c) u 9 tal-Artikolu 2 - Kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju - Kunċett ta’ “post tan-negozju” - Kuntratt konkluż fl-istand ta’ fiera kummerċjali immedjatament wara li l-konsumatur li kien jinsab fi spazju komuni tal-fiera ġie avviċinat mill-kummerċjant)

(2020/C 68/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Straubing

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: B & L Elektrogeräte GmbH

Konvenut: GC

Dispożittiv

Il-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-punt 9 tal-Artikolu 2 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt konkluż bejn kummerċjant u konsumatur fi stand imtella’ minn kummerċjant waqt fiera kummerċjali, immedjatament wara li dan il-konsumatur, li kien jinsab fil-passaġġ komuni għad-diversi stands preżenti f’sala ta’ espożizzjoni tal-fiera, ikun ġie avviċinat minn dan il-kummerċjant, huwa “kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 348, 14.10.2019.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/27


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Liège - il-Belġju) – Ville de Verviers vs J

(Kawża C-483/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP - Klawżola 2 - Kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim qafas - Possibbiltà għall-Istati Membri li jeskludu r-relazzjonijiet ta’ taħriġ professjonali u skemi ta’ apprentistat tal-bidu kif ukoll kuntratti u relazzjonijiet ta’ impjieg li kienu konklużi fil-qafas ta’ programm speċifiku pubbliku jew bl-appoġġ tal-pubbliku ta’ taħriġ, integrazzjoni u taħriġ professjonali mill-ġdid - Konsegwenzi)

(2020/C 68/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ville de Verviers

Konvenut: J

Dispożittiv

Il-punt 2(b) tal-Klawżola 2 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li leġiżlatur nazzjonali, li, konformement mal-possibbiltà mogħtija lilu minn din id-dispożizzjoni, eskluda mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 1999/70 u l-ftehim qafas ċerta kategorija ta’ kuntratti, jew naqas milli jadotta miżuri nazzjonali ta’ natura li jiżguraw lill-ħaddiema li jaqgħu taħt din il-kategorija ta’ kuntratti l-osservanza tal-għanijiet imfittxija mill-ftehim qafas.


(1)  ĠU C 288, 26.8.2019.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad – Varna (il-Bulgarija) fid-19 ta’ Novembru 2019 – Proċeduri kriminali kontra DR

(Kawża C-845/19)

(2020/C 68/30)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Apelativen sad – Varna

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

DR

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU 2014, L 127, p. 39, rettifika fil-ĠU 2014, L 138, p. 114) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea japplikaw fir-rigward ta’ reat kriminali, li jikkonsisti fil-pussess ta’ sustanzi narkotiċi bil-għan li jiġu ttraffikati, imwettaq minn ċittadin Bulgaru fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija, meta l-eventwali rikavat ekonomiku wkoll ikun iġġenerat u jkun jinsab fir-Repubblika tal-Bulgarija?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ “vantaġġ ekonomiku li jirriżulta indirettament minn reat kriminali”, li jinsab fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/42? Somma flus, li tkun instabet fi u li tkun ġiet ikkonfiskata mir-residenza tal-persuna kkundannata u tal-familja tagħha, kif ukoll minn vettura bil-mutur użata minnu, tista’ tikkostitwixxi tali vantaġġ ekonomiku?

3)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni legali, bħall-Artikolu 53(2) tan-Nakazatelen Kodeks (il-Kodiċi Kriminali) tar-Repubblika tal-Bulgarija, li ma tipprevedix is-sekwestru ta’ “vantaġġ ekonomiku li jirriżulta indirettament minn reat kriminali”?

4)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni legali nazzjonali, bħall-punt 1 tal-Artikolu 306(1) tan-Nakazatelno-protsesualen Kodeks (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali) tar-Repubblika tal-Bulgarija, li tippermetti s-sekwestru favur l-Istat ta’ somma flus li fir-rigward tagħha jiġi allegat li tappartjeni lil terz, li ma jkunx il-persuna li wettqet ir-reat kriminali, mingħajr il-possibbiltà għal dan it-terz li jitqies bħala parti fil-proċedura u mingħajr il-possibbiltà li jiġi żgurat aċċess dirett għall-ġustizzja għal dan it-terz?


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/29


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2019 minn FVE Holýšov I s. r. o. et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-20 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-217/17, FVE Holýšov I s. r. o. et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-850/19 P)

(2020/C 68/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: FVE Holýšov I s. r. o., FVE Stříbro s. r. o., FVE Úsilné s. r. o., FVE Mozolov s. r. o., FVE Osečná s. r. o., Solarpark Rybníček s. r. o., FVE Kněžmost s. r. o., Hutira FVE - Omice a.s., Exit 90 SPV s.r.o., Onyx Energy s.r.o., Onyx Energy projekt II s.r.o., Photon SPV 1 s.r.o., Photon SPV 3 s.r.o., Photon SPV 4 s.r.o., Photon SPV 6 s.r.o., Photon SPV 8 s.r.o., Photon SPV 10 s.r.o., Photon SPV 11 s.r.o., Antaris GmbH, Michael Göde, NGL Business Europe Ltd, NIG NV, GIHG Ltd, Radiance Energy Holding Sàrl, ICW Europe Investments Ltd, Photovoltaik Knopf Betriebs-GmbH, Voltaic Network GmbH, WA Investments-Europa Nova Ltd (rappreżentanti: A. Reuter, H. Wendt, C. Bürger, T. Christner, W. Schumacher, A. Compes, T. Herbold, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tas-Slovakkja

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza taħt l-appell;

tilqa’ r-rikors tagħhom kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 7827 finali tat-28 ta’ Novembru 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.40171 (2015/NN), dwar il-promozzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, li s-sommarju tagħha ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, (1) jew alternattivament

tibgħat lura l-kwistjoni lill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż tal-proċedura

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell jirrigwarda (i) it-terminu “għajnuna mill-Istat” fi skemi ta’ enerġija rinnovabbli ffinanzjati mis-settur privat, (ii) l-affidabbiltà tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, (iii) il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tagħhom kontra l-konvenuta dwar bidla fl-attitudni u (iv) il-limiti tal-abbuż minn konvenuta mill-poteri tagħha. L-appellanti jinvokaw tmien aggravji tal-appell.

L-ewwel aggravju: Il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li l-ittra tal-konvenuta ta’ Lulju 2004 lill-assoċjazzjonijiet tal-industrija rilevanti ma tikkostitwixxix deċiżjoni vinkolanti (a) tinterpreta ħażin u tikser il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kwistjoni ta’ x'jikkostitwixxi deċiżjoni u (b) ittieħdet bi ksur tal-proċedura li taffettwa ħażin lill-appellanti.

It-tieni aggravju: L-appellanti talbu li l-konvenuta kienet marbuta b'deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ għajnuna, li għamlet fl-2006 (id-“Deċiżjoni tal-2006”). Il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tali motiv kien inammissibbli minħabba li (i) l-appellanti “naqsu milli jidentifikaw dik id-deċiżjoni b'mod preċiż” u (ii) il-motiv li kien sar biss fir-risposta, jikser (a) ir-rekwiżiti tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni li tkun imminenti u (b) li tikser ir-regoli proċedurali.

It-tielet aggravju: Iċ-ċaħda tal-Qorti Ġenerali tal-aspettattivi leġittimi tal-appellanti li l-konvenuta ser iżżomm id-Deċiżjoni tal-2004 tagħha, id-Deċiżjoni tal-2006 tagħha, u l-aġir tagħha muri mill-2004 sad-deċiżjoni kkontestata tal-2016 huwa illegali. L-ewwelnett, ma jikkunsidrax iċ-ċirkostanzi tal-każ għalkemm ma humiex ikkontestati u jikser il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-rekwiżiti għal aspettattivi leġittimi. Fit-tieni lok, huwa bbażat fuq ksur tal-proċedura.

Ir-raba’ aggravju: Il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali (fis-86 sa 127) li l-Original Promotion Scheme (l-Iskema ta’ Promozzjoni Oriġinali) tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat tinterpreta ħażin it-terminu “għajnuna mill-Istat”. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Original Promotion Scheme ma kinitx tinvolvi riżorsi tal-Istat, li huwa veru irrispettivament minn jekk iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija għall-ispiża tal-enerġija rinnovabbli tikkostitwixxix “imposta” jew le. Barra minn hekk, anki jekk wieħed jikkunsidra li l-eżistenza ta’ “imposta” bħala waħda determinanti (quod non), il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali ta’ “imposta” li teżisti tikser id-dritt tal-UE u hija bbażata fuq ksur tal-proċedura.

Il-ħames aggravju: Permezz tar-raba’ motiv tagħhom, l-appellanti sostnew quddiem il-Qorti Ġenerali li l-konvenuta imponiet rekwiżiti żejda fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tagħha tal-miżuri inkwistjoni mas-suq intern. Il-Qorti Ġenerali (130 sa 136) ċaħdet dan il-motiv peress li qieset li r-rekwiżit relevanti ta’ “mekkaniżmu ta’ eżami mill-ġdid” ma kienx ġie “impost” mill-konvenuta u li kien konformi mal-Linji Gwida tal-Komunità tal-2008 dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent. (2) Dan jikser id-dritt tal-UE.

Is-sitt aggravju: Permezz tal-ewwel parti tal-ħames motiv tagħhom, l-appellanti sostnew li d-deċiżjoni kkontestata kienet ibbażata fuq żbalji fil-fatt. Bis-seba’ motiv tagħhom, l-appellanti sostnew li d-deċiżjoni kkontestata kienet ibbażata fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Il-Qorti Ġenerali (fil-139 u l-166) ċaħdet dawn iż-żewġ motivi. Din it-tkeċċija kienet ibbażata fuq ksur ta’ proċedura li taffettwa ħażin lill-appellanti. L-ewwel nett, iċ-ċaħda tal-Qorti Ġenerali tal-ewwel parti tal-ħames motiv ma kellhiex x’taqsam mas-sustanza tagħha minħabba interpretazzjoni ħażina mill-Qorti Ġenerali tal-imsemmi motiv. Hija ma rriflettietx ukoll il-kontenut tal-imsemmi motiv kif stabbilit fir-risposta. Fit-tieni lok, it-tkeċċija tal-Qorti Ġenerali tas-seba’ motiv ma tirriflettix il-kontenut ta’ dak l-aggravju kif stabbilit fir-risposta.

Is-seba’ aggravju: L-appellanti jsostnu li ċ-ċaħda tal-Qorti Ġenerali tat-tieni parti tal-ħames motiv tagħhom, dwar ksur tar-regoli proċedurali mill-konvenuta, tikser id-dritt tal-Unjoni.

It-tmien aggravju: L-appellanti jsostnu li ċ-ċaħda tal-Qorti Ġenerali tas-sitt motiv tagħhom dwar l-aġġudikazzjoni illegali mill-konvenuta ta’ kwistjonijiet barra l-intenzjoni tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat u l-ksur mill-konvenuta tal-Artikolu 5(1) TUE, jikser id-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU 2017 C 69, p. 2.

(2)  ĠU 2008 C 82, p. 1.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/30


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2019 minn DK mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-10 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-217/18, DK vs SEAE

(Kawża C-851/19 P)

(2020/C 68/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: DK (rappreżentanti: S. Orlandi, T. Martin, avocats)

Parti oħra fil-proċedura: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla is-sentenza tal-10 ta’ Settembru 2019 fil-kawża DK vs SEAE (T-217/18);

tannulla d-deċiżjoni tat-23 ta’ Mejju 2017 li timponi sanzjoni dixxiplinari kontra r-rikorrent;

tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jitlob l-annullament tas-sentenza tal-10 ta’ Settembru 2019 (T-217/18), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tiegħu għal annullament u kkundannatu għall-ispejjeż.

F’dan ir-rigward ir-rikorrent jinvoka motiv uniku bbażat fuq żball ta’ liġi (punti 28 sa 53 tas-sentenza appellata), sa fejn il-Qorti Ġenerali interpretat l-Artikolu 10(b) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal fis-sens li jippermetti t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dannu li diġà ġie kkumpensat bħala ġustifikazzjoni għall-impożizzjoni ta’ sanzjoni iktar ħarxa fil-konfront tal-uffiċjal meta mqabbla mas-sanzjoni rrakkomandata mill-Bord Dixxiplinari.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Novembru 2019 – Proċeduri kriminali kontra Ivan Gavazonov

(Kawża C-852/19)

(2020/C 68/33)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

Ivan Gavazonov

Domandi preliminari

Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix rimedji legali kontra l-ħruġ ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea f’materji kriminali intiż sabiex titwettaq tfittxija fi proprjetà immobbli residenzjali u fi proprjetà immobbli kummerċjali, sabiex jitwettaq sekwestru ta’ oġġetti partikolari kif ukoll sabiex jinżamm smigħ ta’ xhieda, hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(1) sa (4), tal-Artikolu 1(4) kif ukoll mal-premessi 18 u 22 tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (1), kif ukoll mad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 47 u 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 13 u 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem?

Huwa possibbli li jinħareġ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea f’materji kriminali f’dawn iċ-ċirkustanzi?


(1)  ĠU 2014, L 130, p. 1, rettifika fil-ĠU2015, L 143, p. 16.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad – Varna (il-Bulgarija) fis-26 ta’ Novembru 2019 – Proċeduri kriminali kontra TS

(Kawża C-863/19)

(2020/C 68/34)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Apelativen sad – Varna

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

TS

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU 2014, L 127, p. 39, rettifika fil-ĠU 2014, L 138, p. 114) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea japplikaw fir-rigward ta’ reat kriminali, li jikkonsisti fil-pussess ta’ sustanzi narkotiċi bil-għan li jiġu ttraffikati, imwettaq minn ċittadin Bulgaru fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija, meta l-eventwali rikavat ekonomiku wkoll ikun iġġenerat u jkun jinsab fir-Repubblika tal-Bulgarija?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ “vantaġġ ekonomiku li jirriżulta indirettament minn reat kriminali”, li jinsab fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/42? Somma flus, li tkun instabet fi u li tkun ġiet ikkonfiskata mir-residenza tal-persuna kkundannata u tal-familja tagħha, kif ukoll minn vettura bil-mutur użata minnu, tista’ tikkostitwixxi tali vantaġġ ekonomiku?

3)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni legali, bħall-Artikolu 53(2) tan-Nakazatelen Kodeks (il-Kodiċi Kriminali) tar-Repubblika tal-Bulgarija, li ma tipprevedix is-sekwestru ta’ “vantaġġ ekonomiku li jirriżulta indirettament minn reat kriminali”?

4)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni legali nazzjonali, bħall-punt 1 tal-Artikolu 306(1) tan-Nakazatelno-protsesualen Kodeks (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali) tar-Repubblika tal-Bulgarija, li tippermetti s-sekwestru favur l-Istat ta’ somma flus li fir-rigward tagħha jiġi allegat li tappartjeni lil terz, li ma jkunx il-persuna li wettqet ir-reat kriminali, mingħajr il-possibbiltà għal dan it-terz li jitqies bħala parti fil-proċedura u mingħajr il-possibbiltà li jiġi żgurat aċċess dirett għall-ġustizzja għal dan it-terz?


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Novembru 2019 – NH vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-864/19)

(2020/C 68/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NH

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Jannar 2020.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Brně (ir-Repubblika Ċeka) fl-4 ta’ Diċembru 2019 – Tesco Stores ČR a.s. vs Ministerstvo zemědělství

(Kawża C-881/19)

(2020/C 68/36)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Brně

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tesco Stores ČR a.s.

Konvenut: Ministerstvo zemědělství

Domanda preliminari

Ir-regola li tinsab fil-punt 2(a) tal-Parti E tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li, fir-rigward ta’ prodott tal-ikel, iddestinat għall-konsumatur finali fir-Repubblika Ċeka, ingredjent kompost inkluż fil-punt 2(ċ) tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2000 rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem (2), kif emendata sussegwentement, jista’ jiġi inkluż biss fil-lista ta’ ingredjenti tal-prodott mingħajr indikazzjoni ddettaljata tal-kompożizzjoni tiegħu meta dan l-ingredjent kompost jitniżżel fl-ittikkettjar eżattament kif previst fil-verżjoni lingwistika Ċeka tal-Anness I tad-Direttiva 2000/36/KE?


(1)  ĠU 2011, L 304, p. 18, rettifiki fil-ĠU 2016, L 266, p. 7, fil-ĠU 2014, L 331, p. 40

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 431


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/34


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2019 mill-European Federation of Public Service Unions (EPSU) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-24 ta’ Ottubru 2019 fil-Kawża T-310/18, EPSU u Goudriaan vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-928/18 P)

(2020/C 68/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: European Federation of Public Service Unions (EPSU) (rappreżentanti: R. Arthur, Solicitor, K. Apps, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Jan Willem Goudriaan

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara l-appell ammissibbli;

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Marzu 2018;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li dan l-appell għandu jiġi ddikjarat ammissibbli għaliex il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi.

L-EWWEL AGGRAVJU: id-direttivi adottati bis-saħħa ta’ deċiżjoni tal-Kunsill abbażi tal-Artikolu 155(2) TFUE għandhom natura leġiżlattiva

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kklassifikat il-proċedura segwita skont l-Artikoli 154 u 155 TFUE bħala li ma tistax twassal għal atti ġuridiċi ta’ natura leġiżlattiva.

a.

Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tistabbilixxi li miżuri adottati permezz tat-tieni proċedura għandhom l-istess konsegwenzi bħal direttivi oħra.

b.

It-Trattat ta’ Lisbona ma naqqasx ir-rwol tal-imsieħba soċjali jew biddel in-natura tal-miżuri adottati skont it-tieni proċedura.

c.

Il-miżuri adottati permezz ta’ direttiva bis-saħħa ta’ deċiżjoni tal-Kunsill iżommu n-natura leġiżlattiva tagħhom.

d.

Il-miżuri adottati permezz ta’ direttiva bis-saħħa ta’ deċiżjoni tal-Kunsill huma atti leġiżlattivi.

e.

Sussidjarjament, jekk jiġi preżunt (liema fatt qed jiġi kkontestat) li d-direttivi adottati bis-saħħa ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ma humiex atti leġiżlattivi:

i.

Huma jikkostitwixxu forma ta’ lex specialis ta’ natura essenzjalment leġiżlattiva iktar milli eżekuttiva.

ii.

Huma jistgħu jipproduċu l-istess effetti legali li kellhom qabel l-2007.

Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet l-ewwel motiv tal-appellanti.

IT-TIENI AGGRAVJU: interpretazzjoni tal-Artikoli 154 u 155 TFEU

Il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji fl-interpretazzjonijiet letterali, kuntestwali u teleoloġika tagħha tal-Artikoli 154 u 155(2) TFUE.

a.

L-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 155(2) TFUE ma ssegwix il-formulazzjoni espliċita tiegħu.

b.

Il-Qorti Ġenerali kellha tiddeċiedi li, meta l-imsieħba soċjali rappreżentattivi jaslu għal ftehim bejn l-imsieħba soċjali u l-ftehim ma jkunx illegali, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tipproponi t-test lill-Kunsill sabiex tiġi adottata deċiżjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 155(2) TFUE.

c.

Il-Qorti Ġenerali kellha tiddeċiedi li l-għażla tal-metodu ta’ implimentazzjoni tal-ftehimiet bejn imsieħba soċjali taqa’ fuq l-imsieħba soċjali u mhux fuq il-Kummissjoni.

d.

Il-Qorti Ġenerali kellha tiddeċiedi li l-Kunsill għandu s-setgħa jiddeċiedi li ma jadottax deċiżjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 155(2) TFUE, iżda li l-Kummissjoni ma għandhiex setgħa simili.

e.

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod inkorrett il-bilanċ istituzzjonali tal-Artikoli 154 u 155 TFUE billi estendiet is-setgħat tal-Kummissjoni lil hinn mill-formulazzjoni espliċita tad-dispożizzjonijiet u billi interpretat b’mod inkorrett l-impatt tal-Artikoli 13 u 17 TUE.

f.

L-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tmur kontra l-kuntest tat-Titolu X TFUE dwar il-politika soċjali u l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

g.

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod inkorrett is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża UEAPME vs Il-Kunsill, billi tat lill-Kummissjoni setgħa diskrezzjonali iktar wiesgħa minn dik li għandha skont l-interpretazzjoni korretta.

h.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-evalwazzjoni tar-rwol tal-Parlament fil-proċedura prevista fl-Artikoli 154 u 155 TFUE.

Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ċaħdet l-ewwel motiv tal-appellanti.

IT-TIELET AGGRAVJU: l-approċċ preferenzjali għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta qieset li l-Kummissjoni kellha setgħa diskrezzjonali politika wiesgħa meta adottat id-deċiżjoni. B’hekk, il-Qorti Ġenerali:

a.

interpretat b’mod inkorrett l-Artikoli 154 u 155 TFUE u n-natura tal-proċess tal-imsieħba soċjali, u

b.

wettqet żball meta indikat l-istanzi ta’ xebh mal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet it-tieni motiv tal-appellanti.

IR-RABA’ AGGRAVJU: l-approċċ fir-rigward tar-raġunament tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonfermat il-legalità tar-raġunament fil-qosor tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

a.

Ir-raġunijiet mogħtija mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tas-6 ta’ Marzu 2018 kienu legalment u fattwalment żbaljati.

b.

Il-Kummissjoni ma setgħetx tispjega għalfejn tbiegħdet mill-aċċertamenti mogħtija fil-korrispondenza preċedenti tagħha u fil-komunikazzjonijiet ippubblikati tagħha.

c.

Ir-raġunijiet mogħtija fl-ittra ma kinux dawk invokati mill-Kummissjoni fir-risposta tagħha jew waqt is-seduta. Dawn ir-raġunijiet kienu wkoll legalment u fattwalment żbaljati.

Il-Kummissjoni ma aġixxietx konformement mal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Ostravě (Ir-Repubblika Ċeka) fis-27 ta’ Diċembru 2019 – Samohýl group a.s. vs Generální ředitelství cel

(Kawża C-941/19)

(2020/C 68/38)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Ostravě

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Samohýl group a.s.

Konvenut: Generální ředitelství cel

Domanda preliminari

Il-prodott bl-isem “Bob Martin Clear 50 mg roztok pro nakapání na kůži – spot-on pro kočky” li jiġi fil-forma ta’ pipetti (0.5 ml), li fih l-ingredjent attiv Fipronil (50 mg f’kull pipetta) u l-eċċipjenti butilidrossianisol E 320, butilidrossitoluen E 321, alkoħol benżiliku u dietileniku monoetiletere, għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 3004 jew taħt l-intestatura 3808 tan-Nomenklatura Magħquda tat-Tariffa Doganali?


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fis-27 ta’ Diċembru 2019 – MG vs HH

(Kawża C-946/19)

(2020/C 68/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MG

Konvenut: HH

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Brussel I Riformulazzjoni”) jagħti dritt direttament eżegwibbli lil persuna li għandha d-domiċilju fi Stat Membru?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv:

a)

Meta tali dritt jinkiser bit-tressiq ta’ proċeduri ġudizzjarji fil-konfront ta’ din il-persuna fi Stat terz, jeżisti obbligu fuq l-Istat Membru sabiex jipprovdi rimedju, anki permezz ta’ ordni intiża li tipprojbixxi lil parti milli tibda jew tkompli proċeduri f’ġurisdizzjoni oħra?

b)

Tali obbligu jestendi għal każ fejn kawża tista’ tiġi ppreżentata fil-qrati ta’ Stat terz filwaqt li ma tistax tiġi ppreżentata taħt il-liġi applikabbli fil-qrati tal-Istat Membru?


(1)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 (ĠU 2012, L 351, p. 1).


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/37


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Queen’s Bench Division) (ir-Renju Unit) fis-6 ta’ Jannar 2020 – Daimler AG vs Walleniusrederierna Aktiebolag, Wallenius Wilhelmsen ASA, Wallenius Logistics AB, Wilhelmsen Ships Holding Malta Limited, Wallenius Wilhelmsen Ocean AS, “K” Line Holding (Europe) Limited, “K” Line Europe Limited, Nyk Group Europe Limited, Compañia Sudamericana de Vapores SA

(Kawża C-2/20)

(2020/C 68/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Queen’s Bench Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Daimler AG

Konvenuti: Walleniusrederierna Aktiebolag, Wallenius Wilhelmsen ASA, Wallenius Logistics AB, Wilhelmsen Ships Holding Malta Limited, Wallenius Wilhelmsen Ocean AS, “K” Line Holding (Europe) Limited, “K” Line Europe Limited, Nyk Group Europe Limited, Compañia Sudamericana de Vapores SA

Domandi preliminari

1)

Qorti nazzjonali għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddetermina talba għad-danni taħt l-Artikolu 85 KEE/l-Artikolu 81 KE fejn l-aġir ikkritikat kien jinvolvi l-provvista ta’ servizzi marittimi internazzjonali esklużivament bejn portijiet li ma humiex tal-KEE jew tal-KE fil-perijodu qabel l-1 ta’ Mejju 2004 u l-qorti nazzjonali ma kinitx awtorità rilevanti fi Stat Membru għall-finijiet tal-Artikolu 88 KEE jew l-Artikolu 84 KE?

2)

Jekk tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, qorti nazzjonali għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddetermina tali talba fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi marittimi internazzjonali esklużivament bejn portijiet li ma humiex tal-KEE jew tal-KE fil-perijodu bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u t-18 ta’ Ottubru 2006?


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/38


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-11/20)

(2020/C 68/41)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: Α. Bouchagiar u Th. Ramopoulos)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li r-Repubblika Ellenika, billi ma adottatx fit-termini previsti l-miżuri kollha neċessarji għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2011 fil-Każ SA.28864, dwar il-ħlasijiet ta’ kumpens magħmula mill-Organu Grieg tal-Assigurazzjoni Agrikola (ELGA) fl-2008 u fl-2009 jew, fi kwalunkwe każ, billi ma informatx suffiċjentement skont il-liġi lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati skont l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 3 u 4 tad-deċiżjoni inkwistjoni kif ukoll taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2011 fil-Każ SA.28864, ir-Repubblika Ellenika kellha tirkupra fi żmien erba’ xhur l-għajnuna inkompatibbli mogħtija permezz tal-Organu Grieg tal-Assigurazzjoni Agrikola (ELGA) fis-snin 2008 u 2009, kif ukoll tinforma suffiċjentement skont il-liġi lill-Kummissjoni Ewropea rigward il-miżuri neċessarji għal dan il-għan.

Madankollu, ir-Repubblika Ellenika ma rkupratx l-għajnuna inkwistjoni, kif kienet obbligata tagħmel. Bl-istess mod, ir-Repubblika Ellenika għadha ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex timplimenta d-deċiżjoni. Fi kwalunkwe każ, ir-Repubblika Ellenika ma informatx suffiċjentement skont il-liġi lill-Kummissjoni Ewropea rigward il-miżuri relatati mal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/38


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Justice de paix du troisième canton de Charleroi - il-Belġju) – Giovanni Martina vs Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd.

(Kawża C-369/18) (1)

(2020/C 68/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 285, 13.08.2018.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/39


Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – proċeduri kriminali kontra YX

(Kawża C-495/18) (1)

(2020/C 68/43)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 352, 1.10.2018.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/39


Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Fédération des fabricants de cigares vs Premier ministre, Ministre des Solidarités et de la Santé

(Kawża C-517/18) (1)

(2020/C 68/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 364, 8.10.2018.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/39


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Settembru 2019 – Duferco Long Products SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-738/18 P) (1)

(2020/C 68/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 35, 28.01.2019.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/40


Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Settembru 2019 – Mouvement pour une Europe des nations et des libertés vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-60/19 P) (1)

(2020/C 68/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 93, 11.3.2019


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/40


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no2 de Ourense - Spanja) – FA vs Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

(Kawża C-240/19) (1)

(2020/C 68/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 238, 15.7.2019.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/40


Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski sud u Zadru - il-Kroazja) – R. D., A. D. vs Raiffeisenbank St. Stefan-Jagerberg-Wolfsberg eGen

(Kawża C-277/19) (1)

(2020/C 68/48)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 187, 3.6.2019.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/41


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ta-13 ta Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Erding - il-Ġermanja) – E. M., M. S. vs Eurowings GmbH

(Kawża C-414/19) (1)

(2020/C 68/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 295, 02.09.2019.


Il-Qorti Ġenerali

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2020 – Iberpotash vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-257/18) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-minjieri - Miżura li tikkonsisti, minn naħa, fit-tnaqqis tal-garanziji finanzjarji għar-restawr ta’ art li fiha kien hemm il-minjieri, u minn naħa l-oħra, l-investiment tal-Istat għar-restawr ta’ art li fiha kien hemm il-minjieri li jiżgura livell ogħla ta’ protezzjoni ambjentali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna - Vantaġġ - Trasferiment tar-riżorsi tal-Istat - Natura selettiva - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Kalkolu tal-ammont tal-għajnuna”)

(2020/C 68/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iberpotash, SA (Súria, Spanja) (rappreżentanti: N. Niejahr u B. Hoorelbeke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/118 tal-31 ta’ Awwissu 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat (Il-każ SA.35818 (2016/C) (ex 2015/NN) (ex 2012/CP) li Spanja implimentat favur Iberpotash (ĠU 2018, L 28, p. 25).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Iberpotash, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 221, 25.6.2018.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/42


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2019 – Ungureanu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-753/19)

(2020/C 68/51)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Simeda Ungureanu (Cluj-Napoca, ir-Rumanija) (rappreżentant: R. Chiriță, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata l-ksur tal-obbligu tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-garanzija tal-osservanza, min-naħa tal-Istati Membri, tat-Trattati tal-Unjoni Ewropea u tad-drittijiet tal-bniedem, kif stabbiliti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu morali kkawżat, ikkwantifikat f’ammont ta’ EUR 40 000;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas kumpens għan-nuqqasijiet eżistenti fil-futur.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-konstatazzjoni tar-responsabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea talli naqset milli taġixxi biex tobbliga lill-Istat Rumen josserva l-obbligi tiegħu derivanti mit-Trattati tal-Unjoni Ewropea u mid-dritt għall-ħajja taċ-ċittadini tiegħu, sa fejn dan ma adottax dispożizzjonijiet li jippermettu l-aċċess għall-kura medika tal-persuni li jinsabu f’sitwazzjonijiet partikolari u li għalihom huwa ta’ importanza vitali li jingħataw mediċini għal kura terapewtika mhux imniżżla fis-sunt tal-karatteristiċi tal-prodott (mediċini off-label).


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/43


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2019 – Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-850/19)

(2020/C 68/52)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E. Τsaousi, E. Leftheriotou u A. Vasilopoulo)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2019) 7094 final, tas-7 ta’ Ottubru 2019, dwar il-miżuri SA.39119 (2016/C) (ex 2015/NN) (ex 2014/CP) li r-Repubblika Ellenika implimentat fil-forma ta’ tnaqqis tal-interessi u ta’ garanziji, konnessi man-nirien tal-2017, li tirrigwarda unikament is-settur agrikolu; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-ineżistenza ta’ għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE: applikazzjoni u interpretazzjoni żbaljata tal-kundizzjonijiet li taħthom l-għajnuna mill-Istat hija inkompatibbli mas-suq intern, żball ta’ fatt, nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern, peress li tikkostitwixxi għajnuna intiża sabiex ittaffi d-danni kkawżati minn katastrofi naturali. Applikazzjoni u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(2)(b) TFUE, żball ta’ fatt u nuqqas ta’ motivazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata barra mill-kompetenza ratione temporis tal-Kummissjoni, skont id-delimitazzjoni fl-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 2015/1589 (1), u preċedentement fl-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 659/1999 (2), u, fi kwalunkwe każ, bi ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, tat-terminu raġonevoli tal-proċedimenti, tad-drittijiet tad-difiża u tal-amministrazzjoni tajba. It-talba għall-ħlas lura tmur kontra l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza tad-dritt.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/44


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2019 – Albéa Services vs EUIPO – dm-drogerie markt (ALBÉA)

(Kawża T-852/19)

(2020/C 68/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Albéa Services (Gennevilliers, Franza) (rappreżentant: J.-H. de Mitry, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva ALBÉA – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 210 553 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 1480/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata li annullat l-ewwel deċiżjoni tal-Bord tal-Appell sa fejn l-oppożizzjoni Nru B002522988 kontra l-applikazzjoni għal trade mark tar-rikorrenti f’isem Albéa Services ġiet miċħuda għall-oġġetti kollha fil-klassijiet 3, 8 u 21 u għal parti mill-oġġetti fil-klassijiet 16 u 20;

sussidjarjament, tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata li annullat l-ewwel deċiżjoni tal-Bord tal-Appell sa fejn l-oppożizzjoni Nru B002522988 kontra l-applikazzjoni għal trade mark tar-rikorrenti f’isem Albéa Services ġiet miċħuda għall-oġġetti kollha fil-klassijiet 3, 8 u 21 u għal parti mill-oġġetti fil-klassijiet 16 u 20 u tibgħat lura l-każ quddiem il-Bord;

tordna l-ispejjeż favur ir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/45


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2019 – Ryanair u Laudamotion vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-866/19)

(2020/C 68/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda), Laudamotion GmbH (Schwechat, l-Awstrija) (rappreżentanti: E. Vahida u I. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fir-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali tannulla id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1585 (1)

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1585 tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni u l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi għaliex il-Kummissjoni ma stħarrġitx l-eżistenza ta’ għan ta’ interess ġenerali superjuri li jkun jiġġustifika r-restrizzjoni tal-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbilita mir-regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku għall-ajruporti ta’ Schiphol u Lelystad.

It-tieni motiv, b’mod sussidjarju, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1585 tikser il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għaliex is-saturazzjoni tal-ajruport ta’ Schiphol u l-benefiċċju superjuri ta’ titjiriet ta’ trasferiment li r-regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku huma intiżi li jtebju, ma humiex stabbiliti.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1585 tikser il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 minħabba diskriminazzjoni introdotta bir-regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku fl-assenza ta’ ġustifikazzjonijiet oġġettivi.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1585 tikser il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 minħabba n-nuqqas ta’ proporzjonalità tar-regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku u n-nuqqas tal-Kummissjoni li tistħarreġ jekk kienx hemm mezzi inqas onerużi.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 (3) għaliex il-Kummissjoni naqset milli tistħarreġ il-konformità mal-proċedura għall-indikazzjoni tal-ajruport ta’ Lelystad bħala ajruport ikkoordinat u minħabba l-istabbiliment ta’ rabta bejn slots u destinazzjonijiet u kontradizzjoni mal-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-Regolament (KEE) Nru 95/93.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 għaliex il-Kummissjoni ma stħarrġitx jekk il-kundizzjoni li l-ajruporti joffru servizzi neċessarji lil trasportaturi bl-ajru u ma jippreġudikawx bla bżonn l-opportunitajiet kummerċjali tagħhom, ġietx issodisfatta.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1585 tal-24 ta’ Settembru 2019 dwar l-istabbiliment ta’ regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ajruporti ta' Amsterdam Schiphol u Amsterdam Lelystad (ĠU 2019, L 246, p. 24).

(2)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta l-ajru fil-Komunità (ĠU 2008, L 293, p. 3).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 2, p. 3)


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/46


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2019 – RA vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-867/19)

(2020/C 68/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: RA (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-27 ta’ Frar 2019, meħudha b’eżekuzzjoni tas-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2018, RA vs Il-Qorti tal-Awdituri (T-874/16, mhux ippubblikata, EU:T:2018:757), li ma jiġix promoss għall-grad AD 11 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2016;

tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri tħallsu somma ta’ EUR 8 000 għad-dannu morali mġarrab;

tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-insuffiċjenza tal-motivazzjoni pprovduta fir-risposta ta’ ċaħda tal-ilment, peress li l-motiv rilevanti u individwali li jiġġustifika n-nuqqas ta’ promozzjoni tar-rikorrent ma huwiex identifikat.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea peress li ma twettaqx eżami komparattiv tal-merti tal-uffiċjali kollha intitolati għal promozzjoni. Fil-fatt, minn naħa, peress li wettqet eżami “globali” tal-merti tal-uffiċjali intitolati għal promozzjoni, l-Awtorità tal-Ħatra ma wettqitx l-eżerċizzju komparattiv fuq bażi ugwali. Min-naħa l-oħra, hija applikat b’mod irregolari l-kriterju tal-użu tal-lingwi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li bihom hija vvizzjata d-deċiżjoni kkontestata.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ adozzjoni tal-miżuri għall-eżekuzzjoni tas-sentenza fi żmien raġjonevoli, li kkawża lir-rikorrent dannu morali sinjifikattiv, li għandu għaldaqstant jiġi kkumpensat.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/47


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2019 – Nouryon Industrial Chemicals et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-868/19)

(2020/C 68/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nouryon Industrial Chemicals BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), Knoell NL BV (Maarssen, il-Pajjiżi l-Baxxi), Grillo-Werke AG (Duisburg, il-Ġermanja), PCC Trade & Services GmbH (Duisburg) (rappreżentanti: R. Cana, G. David, avukati, u Z. Romata, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż;

tordna kull miżura oħra meħtieġa fl-interess tal-ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Fir-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2019 dwar il-kontroll tal-konformità ta’ reġistrazzjoni tal-etere tad-dimetil sottomessa lill-Kummissjoni mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont l-Artikolu 51(7) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (1).

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta aġixxiet ultra vires u kisret l-Artikolu 51(7) tar-Regolament REACH (2) billi adottat id-deċiżjoni kkontestata sabiex tkopri aspetti li dwarhom il-Kumitat tal-Istati Membri tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (iktar ’il quddiem l-“Aġenzija”) kien wasal għal ftehim unanimu, filwaqt li din id-dispożizzjoni tippermetti lill-Kummissjoni tadotta deċiżjoni biss meta l-Kumitat tal-Aġenzija “jonqos milli jilħaq ftehim unanimu”.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u kisret l-Artikolu 13(3) tar-Regolament REACH, għaliex it-twettiq ta’ testijiet fuq l-etere tad-dimetil (iktar ’il quddiem is-“sustanza”) fil-konċentrazzjonijiet imposti mid-deċiżjoni kkontestata ma huwiex teknikament possibbli u jmur kontra l-metodi ta’ ttestjar preskritti fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament REACH.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi talbet testijiet li ser jipproduċu l-ebda informazzjoni rilevanti dwar is-sustanza.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u ma osservatx il-kolonna 2 tal-punt 8.7.3 tal-Anness X tar-Regolament REACH billi talbet iż-żieda tal-koorti 2A/2B mal-istudju estiż tat-tossiċità riproduttiva fuq ġenerazzjoni waħda.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta aġixxiet ultra vires u ma osservatx il-kolonna 1 tal-punt 8.7.3 tal-Anness X tar-Regolament REACH kif ukoll l-Artikolu 25 tal-imsemmi regolament billi talbet studju preliminari għall-individwazzjoni tad-doża.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta aġixxiet ultra vires u kisret l-Artikolu 41 tar-Regolament REACH kif ukoll l-Anness XI tar-Regolament REACH billi ma ppermettietx lir-rikorrenti, fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti REACH, jippreżentaw aġġustament tar-rekwiżiti fil-qasam tat-testijiet, minflok it-tesijiet mitluba.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta aġixxiet ultra vires u kisret l-Artikolu 41 tar-Regolament REACH billi waslet, permezz tad-deċiżjoni kkontestata, għal konklużjoni dwar aġġustament eventwali bbażat fuq l-approċċ ta’ read-across.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni, ma ħaditx inkunsiderazzjoni informazzjoni rilevanti u ma osservatx il-kolonna 2 tal-punt 8.7.2 tal-Anness IX tar-Regolament REACH billi talbet studju tat-tossiċità fl-iżvilupp ta’ qabel it-twelid (metodu ta’ ttestjar: B.31 tal-UE/OECD TG 414) li għandu jitwettaq fuq il-fniek permezz ta’ inalazzjoni.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità tad-dritt tal-Unjoni u tal-Artikolu 25 tar-Regolament REACH (a) billi talbet testijiet li huma inutli u mhux adatti, minħabba li huwa teknikament impossibbli li dawn jitwettqu kif titlob il-konvenuta u għaliex, ladarba jkunu twettqu, ma jipproduċu l-ebda informazzjoni rilevanti dwar is-sustanza, (b) billi talbet studju preliminari għall-individwazzjoni tad-doża li hija inutli wkoll fid-dawl tat-telf konsiderevoli u kbir ta’ ħajja tal-annimali li jmur kontra r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 25 tar-Regolament REACH, u (c) billi warrbet l-għażla inqas oneruża.


(1)  C(2019) 7336 final.

(2)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 136, p. 3, fil-ĠU 2008, L 141, p. 22 u fil-ĠU 2009, L 36, p. 84).


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/48


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2019 – IM vs BEI

(Kawża T-872/19)

(2020/C 68/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: IM (rappreżentant: D. Giabbani, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors bħala fondat;

tiġġustifika r-rikors fuq il-mertu;

tiddikjara li d-deċiżjoni tat-3 ta’ Ottubru 2019, konsegwentement tad-9 ta’ Ottubru 2019, illegali u inġusta;

għaldaqstant tikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment tħallas lir-rikorrent għall-motivi msemmija iktar ’il quddiem l-ammont ta’ EUR 143 915,70 għad-danni morali u l-ammont ta’ EUR 1 726 988,40 għad-danni materjali jew kull ammont ieħor, anki jekk ogħla, li għandu jiġi evalwat ex aequo et bono mill-Qorti Ġenerali jew permezz ta’ esperti, flimkien mal-interessi li jibdew jiddekorru mill-preżentata ta’ dan ir-rikors sal-ħlas komplet tagħhom;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 20 tal-Istatuti tal-Fond Ewropew tal-Investiment li skontu “l-Kap Eżekuttiv għandu jinħatar għal 5 snin u għandu jkun eliġibbli biex jerġa’ jinħatar”.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-ittra ta’ ħatra tal-5 ta’ Marzu 2014 tar-rikorrent u tal-addendum tagħha, minħabba li minn dawn id-dokumenti u mill-estensjoni tal-mandat tar-rikorrent lil hinn mill-15 ta’ Marzu 2018 jirriżulta ftehim li jippermettilu jaħdem sa 67 sena u anki lil hinn minn dik l-età.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq id-diskriminazzjoni diretta ibbażata fuq l-età tar-rikorrent. Ir-rikorrent iqis li billi ċaħdet il-kandidatura tiegħu fuq is-sempliċi bażi tal-età tiegħu il-bord ta’ reklutaġġ kiser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-data kunfidenzjali u personali tar-rikorrent. Ir-rikorrent isostni li billi invoka l-kontenut tal-ittra ta’ ħatra sabiex iġġustifika d-deċiżjoni tiegħu, il-bord ta’ reklutaġġ jirrikonoxxi li kellu għarfien ta’ dokument li tiegħu ma kellux ikun fil-pussess u li kien jinkludi data personali relatata mar-rikorrent.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/49


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2019 – UW vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-880/19)

(2020/C 68/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: UW (rappreżentant: F. Quraishi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

issejjaħ lill-partijiet jekk dan ikun neċessarju;

tilqa’ dan ir-rikors bħala ammissibbli proċeduralment;

tilqgħu fuq il-mertu;

tirriforma, jew jekk le tannulla, id-deċiżjoni ta’ ċaħda kkontestata tat-2 ta’ Ottubru 2019 adottata minn [kunfidenzjali] (1) fil-kapaċità tagħha ta’ Awtorità tal-Ħatra u tiddikjara l-ilment Nru R/352/19 tas-27 ta’ Mejju 2019 fondat u konsegwentement tirriforma, jew jekk le tannulla, id-deċiżjoni inizjali adottata fis-27 ta’ Frar 2019 minħabba invalidità tal-proċedura ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni, tressiq irregolari ta’ każ quddiem il-Kumitat tal-Invalidità, irregolarità formali, nuqqas ta’ bażi legali, nuqqas ta’ motivazzjoni, jew jekk le, motivazzjoni żbaljata, eċess ta’ poter, użu ħażin jew abbuż, jew jekk le, kull bażi oħra li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni;

tordna konsegwentement l-integrazzjoni mill-ġdid tar-rikorrenti fl-aħħar pożizzjoni ta’ xogħol okkupata minn din tal-aħħar ma’ [kunfidenzjali], jew jekk le, f’pożizzjoni ekwivalenti u terġa’ tagħtiha retroattivament id-drittijiet kollha tagħha;

tordna d-dmirijiet u l-miżuri ta’ investigazzjoni kollha, b’mod partikolari, perizja medika minn espert mediku indipendenti intiża sabiex tiġi evalwata l-korrispondenza bejn l-istat ta’ saħħa tar-rikorrenti u l-eżerċizzju tal-aħħar pożizzjoni ta’ xogħol tagħha okkupata ma’ [kunfidenzjali], jew jekk le, ta’ kull pożizzjoni oħra relatata mal-grad u mal-kwalifiki tagħha, jew jekk le, ta’ kull impjieg ieħor relatat mal-possibbiltajiet u mal-kapaċitajiet tagħha mal-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Awtorità tal-Ħatra għall-ispejjeż kollha tal-istanza u b’mod partikolari għall-ispejjeż tal-perizja;

tirriżerva lir-rikorrenti d-drittijiet, il-motivi, il-ħlasijiet u l-azzjonijiet l-oħra kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-irregolarità tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-27 ta’ Frar 2019 li ssemmi b’mod żbaljat deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-31 ta’ Marzu 2016 li l-każ jitressaq quddiem il-Kumitat tal-Invalidità, filwaqt li l-każ kien tressaq quddiemu fis-26 ta’ Ġunju 2018, fatt li jivvizzja d-deċiżjoni kkontestata tas-27 ta’ Frar 2019 b’irregolarità li għandha twassal għar-riforma tagħha jew għall-annullament tagħha.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-irregolarità tat-tressiq tal-każ quddiem il-Kumitat tal-Invalidità wara l-irtirar tad-deċiżjoni tad-9 ta’ Novembru 2017 permezz ta’ deċiżjoni tat-20 ta’ April 2018 tal-Awtorità tal-Ħatra. Fil-fatt, sussegwentement għall-irtirar tad-deċiżjoni tad-9 ta’ Novembru 2017 li rtirat lir-rikorrenti minħabba invalidità permanenti totali, din tal-aħħar kien imissha għamlet eżami mediku mwettaq mis-Servizz mediku. Issa, dan ma kienx il-każ u din l-irregolarità għandha twassal għar-riforma jew għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-irregolarità tat-tressiq tal-każ quddiem il-Kumitat tal-Invalidità fis-26 ta’ Ġunju 2018 filwaqt li l-kundizzjonijiet għat-tressiq tal-każ ma kinux issodisfatti b’mod partikolari dik relatata mat-tul tal-perijodu ta’ mard preċedenti għat-tressiq.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-kompożizzjoni irregolari tal-Kumitat tal-Invalidità u fuq l-assenza ta’ fondatezza tal-konklużjonijiet meħuda. Ir-rikorrenti ssostni li t-tabib [kunfidenzjali] kien iffastidjaha u tqis li għaldaqstant huwa inkonċepibbli li l-eżami tal-istat ta’ saħħa tagħha jiġi sottomess lilu. Għaldaqstant, in-nuqqas ta’ imparzjalità ta’ membru tal-Kumitat tal-Invalidità jikkostitwixxi irregolarità li tivvizzja d-deċiżjoni ta’ rtirar tar-rikorrenti minħabba invalidità.


(1)  Data kunfidenzjali moħbija.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/50


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2019 – Kerangus vs EUIPO (ΑΠΛΑ!)

(Kawża T-882/19)

(2020/C 68/59)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Kerangus Holdings Ltd (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: A. –E Malami, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva ΑΠΛΑ! – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 554 918

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 1035/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 015554918/17.06.2016“ΑΠΛΑ! u rappreżentazzjoni” għall-prodotti u s-servizzi kollha fil-klassijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 8, 9, 14, 16, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 39, 43;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż skont l-Artikolu 190(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 67(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 207/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-konfront tal-applikanti kollha tal-UE.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/51


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2019 – Gustopharma Consumer Health vs EUIPO – Helixor Heilmittel (HELIX ELIXIR)

(Kawża T-883/19)

(2020/C 68/60)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Gustopharma Consumer Health, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Gómez López, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Helixor Heilmittel GmbH (Rosenfeld, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni i tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea HELIX ELIXIR – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 035 991

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 100/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ l-appell;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u/jew

tannulla d-deċiżjoni kkontestata minħabba l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) u tiddeċiedi li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn iż-żewġ trademarks inkwistjoni;

tagħti deċiżjoni ġdida li tilqa’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 035 991 HELIX ELIXIR għall-oġġetti kollha li saret applikazzjoni għalihom; u

tikkundanna lill-EUIPO (u lill-intervenjent, jekk jiddeċiedi li jintervjeni fil-proċeduri) għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/52


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Diċembru 2019 – Aquind et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-885/19)

(2020/C 68/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aquind Ltd (Wallsend, ir-Renju Unit), Aquind Energy Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Aquind SAS (Rouen, Franza) (rappreżentanti: S. Goldberg, C. Davis, J. Bille, Solicitors, u E. White, lawyer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-miżura kkontestata, jiġifieri r-Regolament Delegat sa fejn ineħħi lil AQUIND Interconnector mil-lista tal-Unjoni;

sussidjarjament, tannulla r-Regolament Delegat fl-intier tiegħu; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Fir-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet għat-tneħħija ta’ AQUIND Interconnector mil-lista tal-Unjoni.

Bi ksur tal-obbligu li jingħataw raġunijiet, ir-Regolament Delegat ma jinkludix jew ma jirreferix għal xi dikjarazzjoni ta’ raġunijiet għat-tneħħija ta’ AQUIND Interconnector mil-lista tal-Unjoni u r-rikorrenti ma ngħataw ebda raġuni għat-tneħħija.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti proċedurali u sostanzjali taħt ir-Regolament (EU) Nru 347/2013 (1) (ir-“Regolament TEN-E”) u b’mod partikolari l-Artikolu 5(8) tiegħu.

L-istabbiliment tal-lista ta’ proġetti ta’ interess komuni għall-iskop tar-Regolament Delegat ma kienx bi qbil mar-rekwiżiti tar-Regolament TEN-E.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 10(1) tat-Trattat tal-Karta dwar l-Enerġija.

It-tneħħija ta’ AQUIND Interconnector mil-lista tal-Unjoni u n-nuqqas ta’ kwalunkwe raġuni għal din it-tneħħija jiksru l-obbligi taħt l-Artikolu 10(1) tat-Trattat tal-Karta dwar l-Enerġija għall-provvista ta’ kundizzjonijiet stabbli, ekwi u trasparenti u għall-għoti ta’ trattament ġust u ekwu għall-investimenti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Bi ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, it-tneħħija ta’ AQUIND Interconnector mil-lista tal-Unjoni ma saritx b’mod imparzjali u r-rikorrenti ma kellhomx id-dritt li jinstemgħu qabel l-adozzjoni tar-Regolament Delegat.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni ta’ trattament ugwali.

Bi ksur tal-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni ta’ trattament ugwali, AQUIND Interconnector kienet ittrattata b’mod differenti u inġust meta mqabbla ma proġetti ta’ interess komuni (PIK) paragunabbli proposti mingħajr ebda ġustifikazzjoni oġġettiva għal tali trattament mhux ugwali.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni ta’ proporzjonalità.

Bħala PIK eżistenti fi stadju ta’ żvilupp, is-sempliċi tneħħija ta’ AQUIND Interconnector mil-lista tal-Unjoni mingħajr ma sar paragun dettaljat ta’ proġetti paragunabbli u mingħajr ma r-rikorrenti ngħataw opportunità li jirrimedjaw xi problemi hija sproporzjonata.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi.

Il-miżura kkontestata tikser l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti li hija intitolata sserraħ fuq l-inklużjoni tagħha fil-lista tal-Unjoni u li l-proċess tal-preparazzjoni tal-lista tal-PIK tal-Unjoni ssir skont l-għanijiet u l-obbligi tar-Regolament TEN-E u rekwiżiti legali oħra applikabbli.


(1)  Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/54


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2020 – M. I. Industries vs EUIPO – Natural Instinct (INSTINCT)

(Kawża T-1/20)

(2020/C 68/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: M. I. Industries, Inc. (Lincoln, Nebraska, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Montañá Mora u S. Sebe Marin, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Natural Instinct Ltd (Camberley, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea“INSTINCT” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 208 418

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ annullament

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 178/2019-5.

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-applikant għall-annullament sabiex flimkien u in solidum iħallsu l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 58(1)(a) u 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-prova tal-użu.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/55


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2020– Laboratorios Ern vs EUIPO – Bio-tec Biologische Naturverpackungen (BIOPLAST BIOPLASTICS FOR A BETTER LIFE)

(Kawża T-2/20)

(2020/C 68/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Correa Rodríguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bio-tec Biologische Naturverpackungen GmbH & Co. KG (Emmerich, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea “BIOPLAST BIOPLASTICS FOR A BETTER LIFE” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 202 538 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 418/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut u, fil-każ li Bio-tec Biologische Naturverpackungen GmbH & Co. KG tiddeċiedi li tintervjeni fil-kawża, lil Bio-tec Biologische Naturverpackungen GmbH & Co. KG għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/56


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2020 – CP vs Il-Parlament

(Kawża T-5/20)

(2020/C 68/64)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CP (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement:

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2016 tar-rikorrent, iffirmat mis-Segretarju Ġenerali fis-16 ta’ Novembru 2018;

sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-25 ta’ Settembru 2019 li tiċħad l-ilment;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-Artikolu 25(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, peress li, l-ewwel nett, l-evalwazzjoni tar-rikorrent ma hijiex kompluta peress li l-ebda evalwazzjoni ma tinsab taħt it-titolu “Sens ta’ responsabbiltà u integrità professjonali”, taħt “Kondotta”, fl-aħħar verżjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni. It-tieni nett, hemm differenza suffiċjentement sostanzjali bejn ir-rapporti ta’ evalwazzjoni tal-2016 u r-rapporti ta’ evalwazzjoni preċedenti, b’mod partikolari dak tal-2015, u din id-differenza ma ġietx immotivata b’mod regolari.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjonijiet tas-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ persunal tad-diviżjoni tar-rikorrent u tal-attivitajiet anċillari tar-rikorrent. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent iqis li, fl-2016, il-prestazzjoni tiegħu ġiet influwenzata minn diversi fatturi li ma ġewx meħuda inkunsiderazzjoni b’mod regolari mill-konvenut waqt it-tfassil tar-rapport ta’ evalwazzjoni, jiġifieri s-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ persunal tad-diviżjoni tiegħu, il-parteċipazzjoni tiegħu fil-kumitat tal-persunal u l-parteċipazzjoni tiegħu fl-implimentazzjoni ta’ kunċett ġdid ta’ evakwazzjoni li sar prijorità tad-Direttorat B tad-DĠ SAFE, il-“PPP”.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li l-evalwazzjonijiet li jinsabu fir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2016, ikkaratterizzati minn deterjorament ċar tal-prestazzjonijiet meta mqabbla mal-2015, huma manifestament żbaljati u ma jiħdux inkunsiderazzjoni l-involviment kbir tar-rikorrent fil-kompiti tiegħu u r-riżultati miksuba, minkejja ċ-ċirkustanzi partikolarment diffiċli.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ ambjent seren matul l-intervisti ta’ evalwazzjoni u fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ u tal-Artikolu 6.2 tar-regoli interni dwar l-evalwazzjoni, peress li l-intervista mal-ewwel evalwatur u b’mod partikolari l-intervista mal-aħħar evalwatur ma seħħewx fl-ambjent seren meħtieġ fl-Artikolu 6.2 tar-regoli interni u ma ħallewx lir-rikorrent jippreżenta, b’mod utli, l-osservazzjonijiet tiegħu dwar ir-rimarki negattivi fir-rapport ta’ evalwazzjoni. Barra minn hekk, ir-rapport fil-biċċa l-kbira baqa’ l-istess wara dawn l-intervisti.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ oġġettività u ta’ imparzjalità, fuq fastidju u fuq il-ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-prinċipju ta’ premura, kif ukoll fuq l-użu ħażin ta’ poter. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent iqis li l-assenza ta’ ġustifikazzjoni suffiċjenti, rilevanti u fondata tal-kummenti negattivi jew dawk b’konnotazzjoni negattiva, li jinsabu fir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2016 wasslet lir-rikorrent iqis li dan ir-rapport huwa abbużiv u mmarkat b’nuqqas evidenti ta’ oġġettività u ta’ imparzjalità u pjuttost jammonta għal ftehim bil-miktub mill-aħħar evalwatur bl-assistenza tal-ewwel evalwatur. Kull element tal-evalwazzjoni huwa skredtu meta mqabbel mas-snin ta’ qabel, b’mod partikolari mal-2015, għall-ebda raġuni. Huwa ma fih l-ebda element pożittiv. Il-biċċa l-kbira tar-riżultati miksuba mir-rikorrent fl-2016 huma injorati, u kwalunkwe xogħol li għamel huwa miċħud. Dan ir-rapport huwa kkaratterizzat minn użu ħażin ta’ poter peress li l-uniku għan li għandu huwa li jagħmel ħsara lir-rikorrent billi jippreżenta verżjoni mgħawġa tar-realtà tal-prestazzjonijiet tiegħu, li hija protetta fid-dehra mis-setgħa diskrezzjonali wiesgħa rriżervata għall-evalwaturi. Dan l-approċċ abbużiv, li jikkonsisti mill-użu abbużiv tas-sistema ta’ evalwazzjoni taħt il-pretensjoni qarrieqa ta’ setgħa diskrezzjonali wiesgħa, għandu l-effett li jirrendi d-difiża tar-rikorrent diffiċli peress li dan isib ruħu fid-dehra wiċċ imb wiċċ ma’ ġudizzji ta’ valur li l-istħarriġ tagħhom huwa limitat. Fl-aħħar nett, il-konvenut lanqas ma osserva d-dmir tiegħu ta’ premura peress li l-interessi tar-rikorrent manifestament ma ġewx meħuda inkunsiderazzjoni.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/57


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2020 – Dr. Spiller vs EUIPO – Rausch (Alpenrausch Dr. Spiller)

(Kawża T-6/20)

(2020/C 68/65)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. Spiller GmbH (Siegsdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: J Stock u M. Geitz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rausch AG Kreuzlingen (Kreuzlingen, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Alpenrausch Dr. Spiller” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 091 204

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 2206/2015-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/58


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2020 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-10/20)

(2020/C 68/66)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent u G. Rocchitta, C. Gerardis, E. Feola, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Impimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019)7815 tat-30 ta’ Ottubru 2019, sa fejn tapplika, fir-rigward tal-Italja, il-korrezzjonijiet finanzjarji relatati mal-ispezzjonijiet ta’ awditjar AA/2016/012, AA/2016/003, AA/2016/015/IT, FV/2016/002/IT u RD1/2016/803/IT;

sussidjarjament, tannulla l-imsemmija deċiżjoni sa fejn tapplika r-rettifika b’rata fissa ta’ EUR 143 924 279,14, relatata mas-snin finanzjarji 2015, 2016 (spezzjonijiet AA/2016/012, AA/2016/003, AA/2016/015/IT), minflok ir-rettifika preċiża kkwantifikata ta’ AGEA ta’ EUR 64.860.193.65;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ġudizzjarji.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Italja tikkontesta d-deċiżjoni li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors sa fejn din ipprovdiet, fir-rigward tagħha, korrezzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

a)

Motivi relatati mal-korrezzjoni li tirriżulta mill-ispezzjonijiet AA/2016/012, AA/2016/003 u AA/2016/015 IT, dwar għajnuna għal żoni;

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “bwar permanenti” adottata fuq livell nazzjonali, abbażi ta’ D.M. 18/11/2014.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u tal-Artikolu 12(2) u (6) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (3), fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ rata fissa, minkejja li r-riskju effettiv għall-baġit tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkolat.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 292(2) TFUE u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’kunsiderazzjoni għall-applikazzjoni tal-klawżola ġenerali ta’ “sforz sproporzjonat” li abbażi tiegħu hija ġġustifikata r-rettifika b’rata fissa.

b)

Motivi relatati mal-korrezzjoni li tirriżulta mill-ispezzjoni FV/2016/002/IT, dwar l-organizzazzjoni tal-produtturi u programmi operazzjonali:

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 26, 27 u 106 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (4), kif ukoll tal-Artikolu 155 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (5), fir-rigward tan-nuqqas sistematiku ta’ informazzjoni ddettaljata dwar l-eżami tal-validità tal-istimi mogħtija mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif ukoll tal-allegat nuqqas ta’ kontroll fir-rigward tar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 31 u 106 tar-Regolament (UE) Nru 543/2011, kif ukoll tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 499/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 dwar is-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (6), fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ kontroll tal-kriterju ta’ “demokratiċità”.

c)

Motiv relatat mal-korrezzjoni li tirriżulta mill-ispezzjoni RD1/2016/803/IT, dwar miżuri ta’ żvilupp rurali:

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq nuqqas tal-irregolarità fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi, b’kunsiderazzjoni għall-allegat nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi f’żewġ każijiet meħuda inkunsiderazzjoni.


(1)  ĠU 2013, L 347, P. 608

(2)  ĠU 2013, L 347, p. 549

(3)  ĠU 2014, L 255, p. 18

(4)  ĠU 2011, L 157, p. 1

(5)  ĠU 2013, L 347. P. 671

(6)  ĠU 2014, L 145, p. 5


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/59


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2020 – Paravan vs EUIPO – paragon (Paragon)

(Kawża T-11/20)

(2020/C 68/67)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Paravan GmbH (Pfronstetten-Aichelau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Jung u L. Delpy, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: paragon GmbH & Co. KGaA (Delbrück, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Paragon – trade mark tal-Unjoni Nru 3 705 051

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 28/2019–4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Kanċellazzjoni tal-EUIPO tal-10 ta’ Diċembru 2018 fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 14 618 C li jirrigwardaw it-trade mark tal-Unjoni Paragon Nru 3 705 051;

sussidjarjament,

temenda d-deċiżjoni kkontestata billi tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Kanċellazzjoni tal-EUIPO tal-10 ta’ Diċembru 2018 fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 14 618 C sa fejn it-trade mark tal-Unjoni Paragon Nru 3 705 051 għall-prodotti “partijiet tal-karozzerija għall-intunar ta’ vetturi bil-mutur għat-trasport fuq l-art; mikrofoni għall-użu hands-free ta’ telefons ċellulari għall-vetturi bil-mutur għat-trasport fuq l-art; arloġġi għall-vetturi bil-mutur għat-trasport fuq l-art”, ġiet irrevokata b’effett mill-14 ta’ Marzu 2017;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/60


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2020 – Schneider vs EUIPO – Frutaria Comercial de Frutas y Hortalizas (Frutaria.)

(Kawża T-12/20)

(2020/C 68/68)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Markus Schneider (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Bergermann u D. Graetsch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Frutaria Comercial de Frutas y Hortalizas, SL (Zaragoza, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Frutaria. bil-kulur aħdar (Pantone 363) – Trade mark tal-Unjoni Nru 5 922 885

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 284/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tikkonferma r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 5 922 885 għall-prodotti li ġejjin:

Klassi 29: Frott imnixxef

Klassi 31: Frott u ħxejjex friski

Klassi 35: Esportazzjoni ta’ frott frisk;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/61


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2020 – adp Gauselmann vs EUIPO – Gameloft (GAMELAND)

(Kawża T-17/20)

(2020/C 68/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Mandel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gameloft SE (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GAMELAND – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 722 648

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 2502/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ t-talba

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna li l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru. 15 722 648 tiġi aċċettata;

tikkundanna lill-EUIPO u l-parti l-oħra għad-drittijiet u għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/62


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2020 – sprd.net vs EUIPO – Shirtlabor (I love)

(Kawża T-19/20)

(2020/C 68/70)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: sprd.net AG (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Hellenbrand, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Shirtlabor GmbH (Münster, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea I love fil-kulur iswed u aħmar – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 023 067

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 5/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 16(1)(a) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-projbizzjoni ta’ arbitrarjetà.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/63


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2020 – LG Electronics vs EUIPO - Staszewski (K7)

(Kawża T-21/20)

(2020/C 68/71)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentant: R. Schiffer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miłosz Staszewski (Wrocław, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “K7” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 641 849

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 401/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat)

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/64


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2020 – IB vs EUIPO

(Kawża T-22/20)

(2020/C 68/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: IB (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni ta’ revoka tal-Awtorità tal-Ħatra tal-14 ta’ Marzu 2019;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-motivi segwenti.

Motivi għall-annullament dwar l-għeluq definittiv tal-proċedura ta’ invalidità. Ir-rikorrent jinvoka f’dan ir-rigward l-użu ħażin ta’ poter, in-nuqqas tad-dipartiment u l-ksur tad-dmirijiet ta’ imparzjalità, ta’ oġġettività u ta’ newtralità;

Motivi għall-annullament dwar is-sanzjoni dixxiplinari imposta. Ir-rikorrent isostni f’dan ir-rigward irregolarità proċedurali, ksur tal-Artikolu 22 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, użu ħażin ta’ poter, non-osservanza tal-kunfidenzjalità tar-rapport tal-OLAF għall-punti ta’ investigazzjoni magħluqa mingħajr segwitu, żamma ta’ allegazzjonijiet sadanittant magħluqa mingħajr segwitu u ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza. Ir-rikorrent ukoll isostni ksur tal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, ksur tad-drittijiet tad-difiża, żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal u assenza ta’ motivazzjoni.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/65


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2020 – FF IP vs EUIPO – Seven (the DoubleF)

(Kawża T-23/20)

(2020/C 68/73)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: FF IP Srl (Mantova, l-Italja) (rappreżentant: M. Locatelli, avvocato)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seven SpA (Leinì, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva “the DoubleF” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 780 001

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 2588/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara li t-trade mark the DoubleF tista’ tiġi rreġistrata bħala trade mark tal-Unjoni għall-prodotti kollha fil-klassijiet 18 u 35 kif indikati fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 15 780 001;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/66


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2020 – Junqueras i Vies vs Il-Parlament

(Kawża T-24/20)

(2020/C 68/74)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Oriol Junqueras i Vies (Sant Joan de Vilatorrada, Spanja) (rappreżentant: A. Van den Eynde Adroer, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra t-talba mressqa permezz ta’ rikors kontra l-atti kkontestati bid-dokumenti mehmuża tagħha, tammettiha u, fil-mertu tagħhom, tiddikjara l-atti kkontestati li huma s-suġġett ta’ din il-proċedura nulli u bla effett, bl-ispejjeż għall-konvenut.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew imħabbra mill-President Sassoli fil-Plenarja tat-13 ta’ Jannar 2020, li, meta ttieħdet inkunsiderazzjoni d-deċiżjoni tal-Junta Electoral Central (il-Kummissjoni Elettorali Ċentrali) tat-3 ta’ Jannar 2020 segwita mid-deċiżjoni tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) tad-9 ta’ Jannar 2020, tikkonstata li s-siġġu ta’ Oriol Junqueras i Vies huwa vakanti b’effett mit-3 ta’ Jannar 2020 skont ir-Regolament tal-Parlament, kif ukoll kontra ċ-ċaħda, permezz tad-deċiżjoni preċedenti, tat-talba urġenti għall-protezzjoni tal-immunità ta’ O. Junqueras i Vies, imressqa f’isem O. Junqueras i Vies, fl-20 ta’ Diċembru 2019 (20/12/2019) minn Riba i Giner (MPE).

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 41(1) u 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, peress li l-Artikoli 13(3) tal-Att Elettorali Ewropew (1976) u 4(7) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament għandhom jiġu interpretati fis-sens li jirrikjedu proċedura li tirrispetta l-imsemmija drittijiet li tippermetti li tiġi ssostanzjata u pprovata l-eżistenza tal-eċċezzjonijiet għad-dikjarazzjoni li s-siġġu ta’ Oriol Junqueras i Vies huwa vakanti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 39(1) u 39(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 4(3) TUE, tal-Artikolu 1(3) tal-Att Elettorali Ewropew (1976), tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 TUE (f’dan il-każ mill-Qorti Suprema), tal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, tal-Artikolu 9 (it-tieni paragrafu) tal-Protokoll 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet u 6 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament Ewropew, wara li ma ta ebda effett prattiku għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Diċembru 2019, mogħtija fil-Kawża C-502/19 preċiżament fir-rigward ta’ Oriol Junqueras i Vies, li kienet tirrikjedi titressaq talba (tneħħija tal-immunità) lill-Parlament Ewropew. Sussidjarjament huwa sostnut li l-interpretazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 13(3) tal-Att Elettorali Ewropew u 4(7) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament Ewropew hija fis-sens li l-Parlament Ewropew jista’ jivverifika l-eċċezzjonijiet previsti fl-imsemmija artikoli għas-siġġu vakanti meta l-motiv huwa evalwat mingħajr ma jkun hemm ksur tad-dritt intern tal-Istat.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 39(1) u 39(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu4(7) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament Ewropew, peress li d-deċiżjonijiet tal-Istat li fuqhom hija bbażata d-dikjarazzjoni ta’ siġġu vakanti ma humiex finali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 39(1) u 39(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 3 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u tal-Artikolu 9 (l-ewwel paragrafu (a) u (b) tal-Protokoll 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet u l-Artikolu 6 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament, billi ostakola illegalment l-effettività għal Oriol Junqueras i Vies tal-immunitajiet li r-rikorrenti huwa intitolat għalihom.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 9 (l-ewwel paragrafu (a)) tal-Protokoll 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, tal-Artikoli 39(1) u 39(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 3 tal-Protokoll 1 tal-KEDB u l-Artikoli 6 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament u 13(3) tal-Att Elettorali Uniku (1976), billi tirrikjedi leġiżlazzjoni supplimentari Spanjola minn qabel sabiex jittieħdu proċeduri kontra d-deputati eletti, peress li l-ġurisprudenza kuntrarja tal-Qorti Suprema hija contra legem u maħluqa ad hoc u ad homine, mingħajr ma hemm ebda preċedent kif irikonoxxiet l-istess Qorti Suprema.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/67


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2020 – Deutsche Post vs EUIPO – Pošta Slovenije (Rappreżentazzjoni ta’ apparat ta’ ħorn)

(Kawża T-25/20)

(2020/C 68/75)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Viefhues, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pošta Slovenije d.o.o. (Maribor, is-Slovenja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ apparat ta’ ħorn) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 088 361

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 994//2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokat)

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/68


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2020 – Forex Bank vs EUIPO – Coino UK (FOREX)

(Kawża T-26/20)

(2020/C 68/76)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Forex Bank AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentant: A. Jute, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Coino UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “FOREX” –Trade mark tal-Unjoni Nru 4 871 836

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 2460/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni;

tordna li t-trade mark tal-Unjoni Nru 4 871 836 tibqa’ fis-seħħ;

tikkundanna lill-EUIPO jbati l-ispejjeż tar-rikorrenti relatati mal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bordijiet tal-Appell kif ukoll dawk relatati mal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali fir-rigward ta’ ammont li għandu jiġi speċifikat iktar tard.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/69


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2020 –Promed vs EUIPO – Centrumelektroniki (Promed)

(Kawża T-30/20)

(2020/C 68/77)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Promed GmbH kosmetische Erzeugnisse (Farchant, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Reinisch u B. Sorg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Centrumelektroniki sp.j. (Tarnowskie Góry, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Promed”

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 614/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

fir-rigward tat-talba tar-rikorrenti għal rimbors tal-ispejjeż tal-appell, tibdel id-deċiżjoni kkontestata sabiex l-ispejjeż tal-appell jiġu rrimborsati;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO tat-22 ta’ Frar 2019 (Proċedimenti ta’ Kanċellazzjoni 2017 Nru 15 428 C) sa fejn l-imsemmija deċiżjoni tiddikjara invalida t-trade mark Ewropea Nru No 6 206 718 għall-prodotti:

Klassi 5: Strippi ta’ test għal skopijiet mediċi;

Klassi 9: Tagħmir għall-qies tat-temperatura tal-ġisem u tal-funzjonijiet tiegħu;

Klassi 10: Tagħmir u apparat kirurġiku, mediku, dentali u veterinarju, b’mod partikolari apparat għat-terapija tal-uġigħ, elettrodi għall-apparat ta’ terapija elettrika, artikli ortopediċi, b’mod partikolari żraben ortopediċi u suletti taż-żraben; faxex għall-għaksa; faxex għall-ġisem; kalzetti ortopediċi; pinen tal-insulina; massaġġaturi għas-saqajn; apparat għall-massaġġi; apparat għar-radjoterapija, b’mod partikolari terapija tas-sħana u tad-dawl;

sa fejn ordnat lill-proprjetarju tat-trade mark (ir-rikorrenti) tbati l-ispejjeż;

tiċħad it-talba għar-revoka tat-trade mark Ewropea Nru No 6 206 718 Promed kollha kemm hi;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż (inklużi dawk tar-rikorrenti, l-ispejjeż tal- EUIPO u, kif il-parti l-oħra tintervjeni, dawk tal-intervenjent).

Motivi invokati

Ksur tat-tielet sentenza tal-Artikolu 95(1) flimkien mal-Artikolu 59(1)(a), u l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) u l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/70


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2020 – Monster Energy vs EUIPO - Nanjing aisiyou Clothing (Rappreżentazzjoni ta’ girfa ta’ annimal)

(Kawża T-35/20)

(2020/C 68/78)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, California, L-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nanjing aisiyou Clothing Co. Ltd (Nanjing, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta girfa ta’ annimal – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 634 478

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 1104/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-21 ta’ Marzu 2019 fl-oppożizzjoni B 3050458;

tiċħad it-trade mark ikkontestata fir-rigward tal-prodotti u servizzi kkontestati, li huma kollha prodotti u servizzi koperti mill-applikazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/71


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2019 – Sumitomo Chemical u Tenka Best vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-734/18) (1)

(2020/C 68/79)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 72, 25.2.2019.


2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/71


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Diċembru 2019 – Mersinis vs AEMF

(Kawża T-163/19) (1)

(2020/C 68/80)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 164, 13.5.2019.