ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 63

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
26 ta' Frar 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 63/01

Rata tal-kambju tal-euro — Il-25 ta' Frar 2020

1

2020/C 63/02

Adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-notifika mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ta’ pjan nazzjonali tranżizzjonali mmodifikat imsemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 63/03

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9724 — Generali/UIR/Zaragoza) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

3

2020/C 63/04

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9547 — Johnson & Johnson/Tachosil) ( 1 )

5

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 63/05

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

6

2020/C 63/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda fl-Ispeċifikazzjoni ta’ isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

17


 

Rettifika

 

Rettifika għas-Sejħa għall-proposti 2020 — EAC/A02/2019 — Il-Programm Erasmus+ ( ĠU C 373, 5.11.2019 )

29


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-25 ta' Frar 2020

(2020/C 63/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0840

JPY

Yen Ġappuniż

119,92

DKK

Krona Daniża

7,4701

GBP

Lira Sterlina

0,83630

SEK

Krona Żvediża

10,5688

CHF

Frank Żvizzeru

1,0605

ISK

Krona Iżlandiża

139,30

NOK

Krona Norveġiża

10,1600

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,226

HUF

Forint Ungeriż

337,41

PLN

Zloty Pollakk

4,3012

RON

Leu Rumen

4,8098

TRY

Lira Turka

6,6688

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6442

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4403

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4445

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7160

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5166

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 315,68

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,4649

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6045

HRK

Kuna Kroata

7,4567

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 094,70

MYR

Ringgit Malażjan

4,5886

PHP

Peso Filippin

55,360

RUB

Rouble Russu

70,7943

THB

Baht Tajlandiż

34,390

BRL

Real Brażiljan

4,7569

MXN

Peso Messikan

20,6185

INR

Rupi Indjan

77,7240


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


26.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/2


Adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-notifika mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ta’ pjan nazzjonali tranżizzjonali mmodifikat imsemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali

(2020/C 63/02)

Nhar il-21 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 43 dwar in-notifika mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq tal-pjan nazzjonali tranżizzjonali mmodifikat imsemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (1).

Dan id-dokument jinsab disponibbli f’dan is-sit tal-Internet: https://circabc.europa.eu/ui/group/06f33a94-9829-4eee-b187-21bb783a0fbf/library/9f54e7e7-c224-4ad1-9f92-6179ebe64f97?p=1&n=10&sort=modified_DESC


(1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/3


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9724 — Generali/UIR/Zaragoza)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 63/03)

1.   

Fit-18 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Generali Shopping Centre Fund S.C.S. SICAV-SIF (“GSCF”, il-Lussemburgu), li tappartjeni għall-grupp Assicurazioni Generali S.p.A. (“Generali”, l-Italja),

Union Investment Real Estate GmbH (“UIR”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp DZ Bank AG (“DZ Bank”, il-Ġermanja),

Zaragoza Properties SOCIMI, S.A. (“Zaragoza”, Spanja).

GSCF u UIR jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Zaragoza kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

GSCF: fond ta’ investiment stabbilit fl-2019, b’enfasi speċifika fuq l-investiment u l-ġestjoni ta’ ċentri kummerċjali fis-settur tal-ħwienet fl-Ewropa kontinentali. Huwa jappartjeni għal Generali, grupp internazzjonali ta’ kumpaniji attiv fis-settur tal-assikurazzjoni u dak finanzjarju,

UIR: ditta tal-investiment fil-proprjetà immobbli, speċjalizzata fil-fondi tal-proprjetà immobbli għal investituri privati u istituzzjonali fl-Ewropa, l-Amerki, l-Asja u l-Awstralja. UIR hija sussidjarja tal-Union Asset Management Holding AG (il-Ġermanja), li hija l-fergħa tal-investment u sussidjarja tad-DZ Bank,

Zaragoza: attivitajiet tal-proprjetà immobbli, b’mod partikolari, is-sjieda, il-ġestjoni u l-kiri taċ-ċentru kummerċjali u l-park tal-ħwienet ta’ Puerto Venecia li jinsabu f’Zaragoza, Aragona, Spanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9724 — Generali/UIR/Zaragoza

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


26.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9547 — Johnson & Johnson/Tachosil)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 63/04)

1.   

Fid-19 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 22) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Johnson & Johnson (“J&J”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Topaz Investment AS (“Topaz”, in-Norveġja), sussidjarja li hija kollha kemm hi proprjetà ta’ Takeda Pharmaceuticals International AG, li finalment hija proprjetà ta’ Takeda Pharmaceutical Company Limited (il-Ġappun).

J&J takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Topaz kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

Il-Konċentrazzjoni kienet referuta lill-Kummissjoni mill-Bundeskartellamt Ġermaniż skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Mar-referenza sussegwentament ingħaqdu Spanja, Franza, l-Awstrija, il-Finlandja u n-Norveġja.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

J&J: grupp dinji ta’ kumpaniji li l-attivitajiet tagħhom huma maqsuma fi tliet settur tan-negozju: konsumatur; prodotti mediċinali; u tagħmir mediku,

Topaz: entità li għandha l-maġġoranza tad-drittijiet, assi u obbligi marbuta mal-prodott tal-kumpressa emostatika, TachoSil (u l-prodotti predeċessuri tiegħu).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9547 – Johnson & Johnson/Tachosil

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

26.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/6


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2020/C 63/05)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

TALBA GĦAL EMENDA TAL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

“Terrazze Retiche di Sondrio”

PGI-IT-A1352-AM02

Data tal-applikazzjoni: 24 ta’ Lulju 2017

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

2.1.   Bidla fl-isem

Deskrizzjoni: L-emenda tinvolvi l-bidla tal-isem minn “Terrazze Retiche di Sondrio” għal “Alpi Retiche”.

Raġunijiet: L-għan tat-talba huwa li l-konsumaturi nazzjonali u, speċjalment, internazzjonali jkunu jistgħu jidentifikaw minnufih iż-żona ta’ produzzjoni ta’ dan it-tip ta’ nbid, u li jispeċifikaw ukoll in-natura muntanjuża taż-żona ta’ produzzjoni billi jidentifikawha ma’ reġjun Alpin preċiż. Għal sekli sħaħ, l-inbejjed bl-indikazzjoni ġeografika tipika (IĠT) “Alpi Retiche” kienu marbutin ħafna mal-parti tal-Alpi Retiċi msemmija hawn fuq. Il-karatteristiċi speċifiċi tal-għoljiet fir-rigward tal-ġeoloġija, tal-morfoloġija, tal-ħamrija u tal-klima joħolqu kundizzjonijiet ambjentali favorevoli għall-vitikultura fiż-żona. L-Alpi Retiċi jipproteġu lill-Valtellina mill-irjieħ kesħin tat-Tramuntana u ż-żona mtarrġa li tħares lejn in-Nofsinhar tiggarantixxi medja ta’ aktar minn 1 900 siegħa ta’ xemx fis-sena, valur li normalment jinstab f’latitudnijiet ferm aktar baxxi. L-għoljiet tal-Alpi Retiċi jgawdu xemx kważi bla interruzzjoni matul il-ġurnata, li tipprovdi klima ideali għad-dwieli, li jipproduċu għeneb eċċellenti. Il-ħamrija hija baxxa u fil-biċċa l-kbira ramlija (madwar 70 %) iżda t-teknika tal-bini ta’ ħitan tal-ġebel niexef, mibnija mill-produtturi tal-inbid, ippermettiet li jsir l-aħjar użu mill-ħamrija fuq in-naħa tal-Alpi Retiċi u għamlitha intensivament produttiva.

L-isem għandu jinbidel fl-artikoli kollha tal-Ispeċifikazzjoni kif ukoll fit-taqsimiet 1.1, 1.4, 1.5, 1.6 u 1.8 tad-Dokument Uniku.

2.2.   Introduzzjoni tal-kategorija Inbid frizzanti

Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi t-tip frizzanti li huwa prodott fil-verżjonijiet bojod u rożè. Huwa prodott permezz tal-metodu tradizzjonali.

Raġunijiet: Sa mis-snin 70, diversi azjendi lokali kienu qed jipproduċu tip frizzanti mill-varjetà tal-għeneb ewlenija mkabbra fil-Valtellina, jiġifieri Nebbiolo, bil-possibbiltà li jiżdiedu varjetajiet oħrajn. It-talba biex tiżdied il-kategorija mal-IĠT hija biex jissaħħaħ il-valur ta’ dan il-prodott, li huwa marbut ħafna maż-żona li fiha huwa prodott u ma’ varjetà li turi potenzjal kbir f’din iż-żona. Fil-fatt, il-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti tibbenefika mill-varjazzjonijiet kbar fit-temperatura bejn il-ġurnata u l-lejl li jseħħu prinċipalment matul il-perjodu tal-qtugħ. Minbarra li jiffavorixxi l-akkumulazzjoni tal-prekursuri tat-togħma li huma karatteristika distintiva ta’ din iż-żona, dan il-fattur jippermetti li jinżamm bilanċ fl-għeneb bejn il-kontenut taz-zokkor u l-komponent ta’ aċidu, li huwa aktar evidenti f’vinji f’altitudnijiet ogħla. Dawn l-aspetti wasslu biex għadd dejjem jikber ta’ azjendi jibdew jipproduċu dan it-tip ta’ nbid.

L-emendi jikkonċernaw l-Artikoli 1, 2, 4, 6, 7 u 9 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsimiet 1.3, 1.4 u 1.8 tad-Dokument Uniku.

2.3.   Introduzzjoni ta’ varjetajiet ġodda

Deskrizzjoni: L-emenda tikkonċerna l-introduzzjoni tal-varjetajiet Cabernet Carbon N., Cabernet Cortis N., Helios B., Johanniter B., Prior N., Solaris B. u Bronner B. fit-taħlita tal-varjetajiet ta’ għeneb użati fl-inbejjed.

Raġunijiet: Dawn il-varjetajiet tal-għeneb qed juru li huma kapaċi jadattaw għad-diffikultajiet u jirrikjedu inqas użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Fil-fatt, il-bidla li għaddejja lejn forom sostenibbli ta’ agrikoltura (li għalihom il-Valtellina turi predispożizzjoni naturali), flimkien mal-possibbiltà li jiġu introdotti l-varjetajiet imsemmija hawn fuq, tista’ tkun element ta’ valur addizzjonali fit-tnaqqis tat-trattamenti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-inkoraġġiment ta’ kultivazzjoni f’żoni li huma aktar diffiċli għall-biedja bl-użu ta’ makkinarju, li twassal għal ġestjoni tal-vinji li tkun anqas intensiva u li tkun aktar favur l-ambjent. Attivitajiet ta’ riċerka fil-Fondazione Edmund Mach u l-Fondazione Fojanini wrew li dan huwa l-każ. Din il-possibbiltà hija importanti ħafna wkoll għall-irkupru ta’ vinji abbandunati.

L-emendi jikkonċernaw l-Artikoli 1 u 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima 1.7 tad-Dokument Uniku.

2.4.   Tnaqqis tal-qawwa alkoħolika propja skont il-volum tat-tip Passito Bianco

Deskrizzjoni: L-emenda tinvolvi t-tnaqqis tal-qawwa alkoħolika propja skont il-volum tat-tip Passito Bianco minn 12 % għal 10 %.

Raġunijiet: It-tnixxif tal-għeneb użat għall-produzzjoni tal-inbid, li l-għan tiegħu huwa li jikkonċentra fil-most tal-għeneb il-metaboliti preżenti fil-laħma u l-qoxra tal-għeneb, jikseb l-aħjar riżultati fl-inbejjed ħelwin bħall-inbejjed Passito. B’hekk ikun possibbli li jinkiseb inbid li fih l-alkoħol u z-zokkor ikunu bilanċjati sew, mingħajr ma tinbidel l-ebda karatteristika organolettika tal-prodott. Dawn l-inbejjed iwessgħu l-firxa ta’ nbejjed u jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-settur tal-inbid fiż-żona.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima 1.4 tad-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem l-prodott

Alpi Retiche

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid frizzanti

8.

Inbid semifrizzanti

15.

Inbid minn għeneb imqadded

16.

Inbid minn għeneb misjur iżżejjed

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Alpi Retiche Bianco inkluż b’referenza għall-varjetà tal-għeneb

Kulur: isfar lewn it-tiben, kultant bi ħjiel ta’ aħdar;

Aroma: friska, delikata, riħa ta’ fjuri;

Togħma: xotta, qawwija, pjaċevoli;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 13,00 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

3,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Alpi Retiche Rosso, inkluż b’referenza tal-varjetà tal-għeneb u Alpi Retiche Novello

Kulur: aħmar lewn ir-rubin b’intensità li tvarja;

Aroma: friska, riħa ta’ frott;

Togħma: friska, qawwija, mhux aċiduża, kemxejn tannika;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,00 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

3,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Alpi Retiche Rosato inkluż b’referenza għall-varjetà tal-għeneb

Kulur: minn roża ċar għal roża intens;

Aroma: fina u delikata;

Togħma: niexfa, friska u togħma ta’ frott;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,00 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

3,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Alpi Retiche Passito Bianco

Kulur: isfar intens bi ħjiel dehbien;

Aroma: wiesgħa, kumplessa u intensa;

Togħma: ħelwa, sħiħa, armonjuża, eleganti, delikata ħafna;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 16,00 g/l;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 13,00 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,00

Aċidità totali minima

3,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Alpi Retiche Passito Rosso

Kulur: aħmar lewn ir-rubin intens;

Aroma: wiesgħa, riħa ta’ fjuri;

Togħma: ħelwa, togħma ta’ frott, armonjuża, pjaċevoli;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 16,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,00 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12,00

Aċidità totali minima

3,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Alpi Retiche Vendemmia Tardiva Rosso

Kulur: aħmar lewn ir-rubin;

Aroma: intensa, distintiva, kumplessa;

Togħma: punġenti, armonjuża, pjaċevolment tannika;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,00 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,00

Aċidità totali minima

3,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Alpi Retiche Vendemmia Tardiva Bianco

Kulur: isfar lewn it-tiben bi ħjiel dehbien;

Aroma: kumplessa, wiesgħa, bi ħjiel ta’ minerali;

Togħma: sħiħa, armonjuża, eleganti, pjaċevoli;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 13,00 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,00

Aċidità totali minima

3,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Alpi Retiche Spumante Metodo Classico

Kulur: isfar lewn it-tiben b’intensità li tvarja għal lewn id-deheb;

Aroma: fina, delikata, wiesgħa, kumplessa u b’laqtiet li joħorġu mill-fermentazzjoni sekondarja fil-flixkun;

Togħma: qawwija, friska, fina u armonjuża;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 14,00 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

5,0

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Alpi Retiche Spumante Metodo Classico Rosé

Kulur: roża b’intensità li tvarja;

Aroma: fina, delikata, wiesgħa, kumplessa u b’laqtiet li joħorġu mill-fermentazzjoni sekondarja fil-flixkun;

Togħma: friska, qawwija, fina u armonjuża;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,00 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

5,0

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Perjodu minimu ta’ maturazzjoni

Prattiki enoloġiċi speċifiċi

L-inbejjed IĠT “Alpi Retiche” Passito u “Alpi Retiche” Vendemmia Tardiva [ħsad tard] iridu jimmaturaw għal perjodu minimu ta’ maturazzjoni, jiġifieri l-aktar kmieni sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara l-qtugħ.

b.   Rendimenti massimi

Alpi Retiche

14 000-il kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Alpi Retiche

112-il ettolitru għal kull ettaru

Alpi Retiche Passito

56 ettolitru għal kull ettaru

Alpi Retiche Vendemmia Tardiva

84 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Iż-żona ta’ produzzjoni għall-għeneb użat fil-produzzjoni tal-most u tal-inbejjed li jista’ jkollhom l-indikazzjoni ġeografika tipika “Alpi Retiche” (IĠT) tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet ta’: Albosaggia, Ardenno, Berbenno in Valtellina, Bianzone, Buglio in Monte, Castione Andevenno, Cercino, Chiavenna, Chiuro, Cino, Civo, Dazio, Dubino, Faedo, Gordona, Mantello, Mello, Menarola, Mese, Montagna in Valtellina, Morbegno, Piateda, Piuro, Poggiridenti, Ponte in Valtellina, Postalesio, Prata Camportaccio, Sernio, Sondrio, Teglio, Tirano, Traona, Tresivio, Villa di Chiavenna u Villa di Tirano, fil-provinċja ta’ Sondrio.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli ewlenin li minnhom jinkiseb l-inbid

Ancellotta N.

Barbera N.

Bonarda N.

Bussanello B.

Cabernet Franc N. - Cabernet

Cabernet Sauvignon N. - Cabernet

Carmenère N.

Chardonnay B.

Cortese B.

Corbina N.

Croatina N.

Dolcetto N.

Erbaluce B.

Fortana N.

Franconia N.

Freisa N.

Garganega B.

Grappello Ruberti N.

Groppello di Mocasina N. - Groppello

Groppello di S. Stefano N. - Groppello

Groppello Gentile N. - Groppello

Manzoni Bianco B. - Incrocio Manzoni 6.0.13 B.

Incrocio Terzi no.1 N.

Invernenga B.

Kerner B.

Lagrein N.

Lambrusco di Sorbara N. - Lambrusco

Lambrusco Grasparossa N. - Lambrusco

Lambrusco Maestri N. - Lambrusco

Lambrusco Marani N. - Lambrusco

Lambrusco Salamino N. - Lambrusco

Lambrusco Viadanese N. - Lambrusco

Malvasia Bianca di Candia B. - Malvasia

Malvasia di Candia Aromatica B. - Malvasia

Marzemino N.

Merlot N.

Meunier N.

Molinara N.

Montepulciano N.

Moscato Bianco B. - Moscato

Moscato di Scanzo N. - Moscato

Moscato Giallo B. - Moscato

Moscato Rosa Rs.

Müller Thurgau B.

Nebbiolo N.

Negrara N.

Pignola N.

Petit Verdot N.

Pinot Bianco B.

Pinot Grigio

Pinot Nero N.

Raboso Veronese N. - Raboso

Rebo N.

Riesling Italico B. - Riesling

Rondinella N.

Rossola Nera N. - Rossola

Sangiovese N.

Sauvignon B.

Schiava Gentile N. - Schiava

Schiava Grigia N. - Schiava

Schiava Grossa N. - Schiava

Schiava N.

Syrah N.

Teroldego N.

Timorasso B.

Tocai Friulano B.

Traminer Aromatico Rs

Trebbiano di Soave B. - Trebbiano

Trebbiano Giallo B. - Trebbiano

Trebbiano Romagnolo B. - Trebbiano

Trebbiano Toscano B. - Trebbiano

Uva Rara N.

Veltliner B.

Verdea B.

Verdese B.

Vespolina N.

Cabernet Carbon N.

Cabernet Cortis N.

Helios B.

Johanniter B.

Prior N.

Solaris B.

Bronner B.

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Alpi Retiche. Il-kategoriji kollha (1, 4, 8, 15 u 16) — (A) Dettalji taż-żona ġeografika

Il-fatturi naturali li huma rilevanti għar-rabta

Il-Valtellina tirrappreżenta t-territorju tal-provinċja ta’ Sondrio u tinsab fil-Grigal tal-Lag ta’ Como, bejn 46 u 46,5 gradi fit-Tramuntana.

Għadd ta’ karatteristiċi ambjentali speċifiċi jgħinu biex jinħolqu kundizzjonijiet klimatiċi xierqa għall-vitikultura. Il-wied, li jestendi f’sens lonġitudinali għall-Alpi, huwa kompletament fin-Nofsinhar u huwa protett, kemm fit-Tramuntana kif ukoll fil-Lvant, mill-medda ta’ muntanji tal-Alpi Retiċi. Il-qrubija tal-magħqad tal-ilma tal-Lag ta’ Como lejn il-Lbiċ għandha effett mitiganti sinifikanti.

Din il-pożizzjoni tassigura li jkun hemm dejjem riħ jew żiffa u li l-preċipitazzjoni tkun baxxa u normalment mifruxa sew matul l-istaġun, kif ukoll ħafna dawl, minħabba l-għoljiet li jħarsu lejn in-Nofsinhar, gradjent termali għoli, bis-saħħa tal-massa sostanzjali ta’ ġebel u blat li jikkaratterizzaw l-artijiet imtarrġa, umdità relattiva baxxa u varjazzjonijiet sinifikanti fit-temperatura matul il-perjodu eżatt qabel il-maturazzjoni.

Il-ħamrija hija prinċipalment ramlija b’ħafna blat u ġebel iżda wkoll ħumus u materja organika. Fil-biċċa l-kbira tagħha hija subaċiduża. F’ħafna każijiet, il-fond tal-ħamrija jitnaqqas għal 40-120 cm.

Il-fatturi storiċi u umani rilevanti għar-rabta

L-oriġini tal-vitikultura fiż-żona tal-Valtellina tmur lura għall-ewwel insedjamenti tal-Ligures, segwiti mill-Etruski, għalkemm il-biedja u l-artijiet imtarrġa jistgħu jiġu intraċċati lura biss sa żmien ir-Rumani. Ir-razzjonalizzazzjoni u l-intensifikazzjoni tat-tkabbir tad-dwieli jistgħu jiġu intraċċati lura, fil-Medju Evu, għall-moviment tal-“maestri Comacini” u għall-patrijiet Benedittini u, fis-sekli ta’ wara, għal-Lega l-Griża (illum il-canton Żvizzeru ta’ Graubünden - magħruf ukoll bl-Ingliż bħala l-canton ta’ “Grisons”), li taw spinta qawwija lill-bejgħ tal-inbid tal-Valtellina fit-Tramuntana tal-Ewropa.

L-artijiet imtarrġa huma karatteristika partikolari tal-vitikultura f’din iż-żona. Dan il-mod ta’ kif jinħadmu l-artijiet imżerzqa weqfin tal-muntanji huwa l-espressjoni ta’ kultura partikolari ta’ insedjament, li ħafna forom simili tagħha jinsabu f’għadd kbir ta’ widien fl-Alpi kollha. Madankollu, l-aktar eżempju sinifikanti u importanti huwa fil-Valtellina.

Il-ħdim tal-artijiet imtarrġa għamilha possibbli li l-artijiet imżerżqa tal-muntanji jiġu reklamati għall-biedja u li jiġu stabbiliti hemmhekk l-għelejjel meħtieġa għas-sopravivenza tal-popolazzjoni lokali.

Il-fattur uman huwa kruċjali għall-vitikultura u għall-prattiki enoloġiċi, iżda huwa sinifikanti wkoll minħabba l-importanza tas-settur agrikolu fil-protezzjoni tal-idroġeoloġija tal-art. Fil-fatt, 5 % tal-uqigħ tal-art iseħħ fejn l-art tkun imtarrġa u użata bħala art agrikola, filwaqt li aktar minn 80 % tal-uqigħ tal-art iseħħ fejn ma jkun hemm l-ebda protezzjoni mill-biedja. Flimkien ma’ dan, illum hemm aktar għarfien fir-rigward tat-tekniki tal-kultivazzjoni li għandhom l-għan li jgħaqqdu l-produttività u s-sostenibbiltà ambjentali.

“Alpi Retiche”. Kategorija: Inbid (1) — (B) Informazzjoni dwar il-kwalità/il-karatteristiċi tal-prodott

Informazzjoni dwar il-kwalità speċjali tal-prodotti attribwibbli għall-oriġini ġeografika u r-rabta kawżali mal-karatteristiċi naturali u umani taż-żona ġeografika.

L-inbejjed ħomor għandhom kulur aħmar lewn ir-rubin, aroma friska u ta’ frott u togħma qawwija u kemxejn tannika, iżda strutturata sew.

L-inbejjed ħomor tat-tip “Novello” għandhom kulur aħmar lewn ir-rubin b’intensità li tvarja u b’aroma ta’ dwieli u kemxejn ta’ frott; it-togħma hija friska, mimlija u mhux aċiduża.

Il-kulur tat-tip rożè jvarja fl-intensità u t-tonalità skont it-tekniki differenti tal-produzzjoni tal-inbid użati u l-aroma tiegħu tintgħaraf mill-karatteristiċi fini u delikati tiegħu u t-togħma xotta, friska u ta’ frott.

L-inbejjed bojod jintgħarfu minn kulur isfar lewn it-tiben, possibbilment bi ħjiel ta’ aħdar skont it-taħlita ta’ varjetajiet użati. Fir-rigward tal-aroma, dawn huma kkaratterizzati mill-freskezza aromatika partikolari tagħhom u mid-delikatezza tan-noti ta’ fjuri, filwaqt li t-togħma hija fil-biċċa l-kbira xotta, qawwija u pjaċevoli, mhux l-inqas minħabba l-aċidità bilanċjata.

Id-deżinjazzjoni IĠT “Alpi Retiche” tkopri diversi tipi ta’ nbejjed minħabba d-differenzi fl-altitudni, fil-fond tal-ħamrija u fil-gradjenti tal-artijiet imżerżqa tal-muntanji. B’mod ġenerali, prinċipalment, f’żoni aktar sħan jitkabbru varjetajiet ta’ għeneb aħmar peress li dawn jistgħu jipproduċu nbejjed bi struttura tajba. B’kuntrast, varjetajiet ta’ għeneb abjad jew varjetajiet ta’ għeneb aħmar għall-inbejjed rożè huma prinċipalment imkabbra fiż-żoni aktar kesħin u f’żoni fl-ogħla altitudnijiet billi, minħabba l-firxiet tat-temperaturi f’dawk iż-żoni, fost fatturi oħrajn, huwa possibbli li jiġu prodotti nbejjed ikkaratterizzati minn kumplessità u aromi varjati ħafna, li huma apprezzati ħafna mis-suq.

Il-karatteristiċi u l-kwalitajiet tal-inbejjed IĠT “Alpi Retiche” huma influwenzati wkoll minn fatturi umani, b’mod partikolari l-ħila tal-produtturi tal-inbid. Minħabba l-art muntanjuża wieqfa taż-żona, id-daqs medju ta’ kull azjenda huwa pjuttost żgħir u frammentat (inqas minn 3 000 metru kwadru); dan għandu effett kbir ħafna fuq in-numru ta’ sigħat meħtieġa biex jiġu kkultivati d-dwieli. F’ħafna sitwazzjonijiet, minħabba l-preżenza ta’ artijiet imtarrġa u diffikultà biex wieħed ikollu aċċess għall-art, in-numru ta’ sigħat/ettaru jaqbeż il-limitu ta’ 1 200. L-operazzjonijiet l-aktar sinifikanti huma dawk relatati maż-żabra tal-aħdar, il-protezzjoni tal-pjanti, il-qtugħ (esklussivament bl-idejn) u x-xogħlijiet biex jerġgħu jinbnew il-ħitan tal-ġebla niexfa, li huma meħtieġa sabiex l-art terġa’ lura għal kundizzjoni tajba meta avvenimenti straordinarji jwasslu għal din il-ħtieġa.

“Alpi Retiche”. Kategoriji: Inbid frizzanti (4) u Inbid semifrizzanti (8) — (B) Informazzjoni dwar il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott

Informazzjoni dwar il-kwalità speċjali tal-prodotti attribwibbli għall-oriġini ġeografika u r-rabta kawżali mal-karatteristiċi naturali u umani taż-żona ġeografika.

It-tip frizzanti, li huwa prodott permezz tal-metodu tradizzjonali, għandu kulur isfar lewn it-tiben b’intensità li tvarja, possibbilment bi ħjiel dehbien. L-aroma hija fina, delikata, wiesgħa, kumplessa u b’laqtiet li joħorġu mill-fermentazzjoni sekondarja fil-flixkun. It-togħma hija friska, qawwija, fina u armonjuża.

Il-verżjoni rożè għandha kulur roża b’intensità li tvarja u bi ħjiel differenti skont it-tip ta’ għeneb użat. L-aroma hija fina, delikata, wiesgħa u kumplessa, b’laqtiet derivati mit-teknika tal-fermentazzjoni sekondarja fil-flixkun. It-togħma hija friska, qawwija, fina u armonjuża, ikkaratterizzata minn aċidità tajba; hija differenti mill-verżjoni preċedenti billi għandha aktar struttura.

Il-kategorija semifrizzanti tikkonċerna biss il-verżjoni rożè. Dan it-tip ta’ nbid jispikka għall-freskezza u għad-dinamiċità tiegħu marbuta mar-rilaxx moderat ta’ diossidu tal-karbonju, li jagħti lill-inbid togħma pjaċevoli. It-tekniki moderni tal-produzzjoni tal-inbid jgħinu biex tiżdied il-kwalità ta’ dan l-inbid.

Il-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed frizzanti u semifrizzanti tibbenefika mill-varjazzjonijiet kbar fit-temperatura bejn il-ġurnata u l-lejl li jseħħu madwar il-perjodu tal-qtugħ. Dan jiffavorixxi l-akkumulazzjoni tal-prekursuri tat-togħma li huma karatteristika distintiva ta’ din iż-żona, li jippermettu li jinżamm bilanċ fl-għeneb bejn il-kontenut taz-zokkor u l-komponent aċiduż, li huwa aktar enfasizzat f’vinji f’altitudnijiet ogħla.

Il-karatteristiċi u l-kwalitajiet tal-inbejjed huma influwenzati wkoll minn fatturi umani, b’mod partikolari l-ħila tal-produtturi tal-inbid. Fil-fatt, minħabba l-art muntanjuża wieqfa taż-żona, id-daqs medju ta’ kull azjenda huwa pjuttost żgħir u frammentat (inqas minn 3 000 metru kwadru); dan għandu effett kbir ħafna fuq in-numru ta’ sigħat meħtieġa biex jiġu kkultivati d-dwieli. F’ħafna sitwazzjonijiet, minħabba l-preżenza ta’ artijiet imtarrġa u diffikultà biex wieħed ikollu aċċess għall-art, in-numru ta’ sigħat/ettaru jaqbeż il-limitu ta’ 1 200. L-operazzjonijiet l-aktar sinifikanti huma dawk relatati maż-żabra tal-aħdar, il-protezzjoni tal-pjanti, il-qtugħ (esklussivament bl-idejn) u x-xogħlijiet biex jerġgħu jinbnew il-ħitan tal-ġebla niexfa, li huma meħtieġa sabiex l-art terġa’ lura għal kundizzjoni tajba meta avvenimenti straordinarji jwasslu għal din il-ħtieġa.

“Alpi Retiche”. Kategoriji: Inbid minn għeneb imqadded (15) u Inbid minn għeneb misjur iżżejjed (16) — (B) Informazzjoni dwar il-kwalità

Informazzjoni dwar il-kwalità speċjali tal-prodotti attribwibbli għall-oriġini ġeografika u r-rabta kawżali mal-karatteristiċi naturali u umani taż-żona ġeografika.

It-tip Passito Bianco għandu kulur isfar intens bi ħjiel dehbien. L-aroma tiegħu hija wiesgħa, kumplessa u intensa u għandu togħma sħiħa, armonjuża, eleganti u delikata ħafna.

It-tip Passito Rosso għandu kulur aħmar intens lewn ir-rubin. L-aroma tiegħu hija wiesgħa u ta’ fjuri u għandu togħma ħelwa, ta’ frott, armonjuża u pjaċevoli.

It-tip Vendemmia Tardiva Bianco għandu kulur isfar lewn it-tiben bi ħjiel dehbien. L-aroma tiegħu hija wiesgħa u kumplessa, bi ħjiel ta’ minerali, u għandu togħma sħiħa, armonjuża, eleganti u pjaċevoli.

It-tip Vendemmia Tardiva Rosso għandu kulur aħmar lewn ir-rubin. L-aroma tiegħu hija intensa, distintiva u kumplessa u għandu togħma punġenti, armonjuża u pjaċevolment tannika.

Maż-żmien ġiet adottata l-prattika li jsir kull sforz biex il-maturazzjoni tmur lil hinn mil-limiti teknoloġiċi, li saret xhieda tal-kontribut tal-bniedem. It-tul tal-proċess tal-isfurzar jiddependi fuq il-kundizzjonijiet staġjonali tat-temp, kif ukoll fuq il-karatteristiċi li l-produtturi tal-inbid ikunu jixtiequ jagħtu lill-inbid. L-għażla tat-tip ta’ għeneb hija l-prerogattiva tal-produttur tal-inbid, li jagħżel skont l-interazzjoni bejn il-vinja, il-karatteristiċi tal-għeneb u l-inbid mixtieq.

Il-produzzjoni tal-inbejjed imsemmija hawn fuq hija ġeneralment megħjuna mill-karatteristiċi klimatiċi tal-wied; minħabba li huwa lonġitudinali għall-Alpi, dejjem ikun hemm riħ jew żiffa u, b’mod partikolari fil-ħarifa, huwa kkaratterizzat minn iljieli kesħin, li huma adattati sew għall-ħżin tal-għeneb li jkun qed jitnixxef. L-għarfien miksub matul iż-żmien (il-fattur uman) jingħaqad flimkien mal-fatturi ambjentali biex jippermetti l-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed, li, għalkemm huma biss parti żgħira mill-produzzjoni totali, jikkumplimentaw l-inbejjed aktar rappreżentattivi.

“Alpi Retiche”. Il-kategoriji kollha (1, 4, 8, 15 u 16) — (C) Deskrizzjoni tal-interazzjoni kawżali

Kategorija Inbid (1): Id-diversità tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima, flimkien mal-ħila tal-produtturi tal-inbid, jippermettu li l-inbejjed f’din il-kategorija jiġu sfruttati bis-sħiħ. L-inbejjed il-ħomor ġeneralment jiġu miż-żoni l-aktar sħan li jagħtuhom struttura tajba, filwaqt li l-inbejjed il-bojod jitkabbru l-aktar fiż-żoni aktar għoljin.

Kategoriji Inbid frizzanti (4) u Inbid Semifrizzanti (8): Id-diversità tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima, flimkien mal-esperjenza miksuba mill-operaturi lokali u t-tekniki moderni tal-produzzjoni tal-inbid u tal-produzzjoni, jippermettu li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tal-varjetajiet adatti biex isiru l-inbejjed frizzanti u semifrizzanti.

Kategoriji Inbid minn għeneb imqadded (15) u Inbid minn għeneb misjur iżżejjed (16): Id-diversità tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima, flimkien mal-esperjenza miksuba mill-operaturi lokali u t-tekniki moderni tal-produzzjoni tal-inbid u tal-produzzjoni, jippermettu li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal ta’ dawk il-varjetajiet li l-għeneb tagħhom huwa aktar adattat għall-proċess tat-tnixxif. In-natura lonġitudinali tal-wied tfisser li jistgħu dejjem jgħaddu rjieħ u żiffa minnu u, fil-ħarifa, tiffavorixxi l-ħażna tal-għeneb.

L-interazzjoni bejn dawn il-fatturi kollha (kemm naturali kif ukoll umani) tgħin fil-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità b’identità b’saħħitha ħafna u b’karatteristiċi marbuta maż-żona ta’ produzzjoni.

Għalhekk, ir-rabta kawżali hija bbażata fuq il-kwalità speċifika tal-prodott li tista’ tiġi attribwita għall-oriġini ġeografika tiegħu.

9.   Kundizzjonijiet oħra essenzjali

XEJN

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/14209


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


26.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/17


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda fl-Ispeċifikazzjoni ta’ isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(2020/C 63/06)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

TALBA GĦAL EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

“delle Venezie”

PGI-IT-A0862-AM03

Data tal-applikazzjoni: 5 ta’ Mejju 2017

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

2.1.   Bidla fl-isem tad-denominazzjoni minn “delle Venezie” għal “Trevenezie”

Deskrizzjoni:

L-isem “delle Venezie” għandu jiġi sostitwit bis-sinonimu tiegħu “Trevenezie”.

Raġunijiet:

Il-bidla fl-isem saret meħtieġa wara t-talba parallela għall-protezzjoni tad-DOP “delle Venezie”, li tippromwovi l-Pinot Grigio u tipi ta’ nbid abjad li huma speċifiċi għaż-żona. Għalhekk, ir-referenza għall-inbejjed imsemmija, b’mod partikolari l-“Pinot Grigio”, titneħħa mill-Ispeċifikazzjoni tal-IĠP “Trevenezie”. Għalhekk, din l-emenda hija maħsuba biex tiddistingwi bejn prodotti taż-żewġ kategoriji ġerarkiċi ta’ ismijiet (“Trevenezie”/“Tri Benečije” IĠP u “delle Venezie” DOP), sabiex tiġi promossa u titqajjem il-kuxjenza fost il-konsumaturi dwar l-inbejjed tad-DOP li huma aktar speċifiċi għaż-żona.

L-istatus tradizzjonali tal-indikazzjoni ġeografika “Trevenezie” huwa ċar mill-użu passat tal-isem “Trevenezie” jew “Tre Venezie” għall-prodotti agroalimentari, b’mod partikolari l-inbid, miż-żona ġeografika/amministrattiva inkwistjoni, bħala sinonimu għal “delle Venezie”.

L-isem “Trevenezie” huwa storikament rikonoxxut bħala isem iż-żona tat-Triveneto attwali, inkluż il-Provinċja ta’ Trento, ir-Reġjun tal-Veneto u r-Reġjun tal-Friuli Venezia Giulia, li ġew identifikati fid-dokumenti storiċi bħala Tre Venezie [it-tliet Venezji], jiġifieri Venezia Tridentina, Venezia Euganea u Venezia Giulia.

Din hija r-raġuni għaliex l-isem “Trevenezie” huwa speċifikament imsemmi fid-deskrizzjoni tar-rabta maż-żona (fatturi umani u storiċi) tal-Ispeċifikazzjoni eżistenti tal-IĠP “delle Venezie”.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 1 ff. tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 1 tad-Dokument Uniku, speċifikament l-Isem.

2.2.   Iż-żieda tal-isem Sloven “Tri Benečije”

Deskrizzjoni:

It-traduzzjoni tal-isem bis-Sloven, “Tri Benečije”, ġiet miżjuda wkoll bħala alternattiva għal “Trevenezie”.

Raġunijiet:

L-emenda tqis il-ħtiġijiet tal-produtturi li jappartjenu għall-minoranza lingwistika Slovena fil-Friuli Venezia Giulia, li hija parti miż-żona ta’ produzzjoni tal-IĠP, kif stipulat fil-leġiżlazzjoni tal-UE, tal-Italja u tar-Reġjun tal-Friuli Venezia Giulia dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Istat u l-minoranzi lingwistiċi tiegħu.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 1 tad-Dokument Uniku, speċifikament l-Isem.

2.3.   Tħassir tat-tip tal-varjetà Pinot Grigio mill-indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb

Deskrizzjoni:

It-tip tal-varjetà Pinot Grigio tħassar mill-indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb jew tal-varjetajiet tal-għeneb.

Raġunijiet:

It-tneħħija tat-tip tal-varjetà Pinot Grigio, mill-indikazzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb hija relatata mat-talba parallela għar-reġistrazzjoni għall-protezzjoni tad-DOP “delle Venezie”, minħabba li t-tip tal-varjetà Pinot Grigio kien riżervat għal din id-denominazzjoni. Din id-deċiżjoni hija appoġġjata mill-katina tal-produzzjoni kollha u għandha l-għan li tagħti l-ogħla status ta’ denominazzjoni ta’ oriġini lill-inbid miksub mill-varjetà Pinot Grigio.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 ff. tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 5 tad-Dokument Uniku, speċifikament id-Deskrizzjoni tal-inbejjed.

2.4.   It-tħassir tat-tip tal-varjetà Ribolla Gialla mill-indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb

Deskrizzjoni:

It-tip tal-varjetà Ribolla Gialla tħassar mill-indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb.

Raġunijiet:

It-tneħħija tat-tip b’indikazzjoni tal-varjetà Ribolla Gialla hija deċiżjoni appoġġjata mill-katina kollha tal-produzzjoni fiż-żona kkonċernata, bil-għan li jiġu promossi l-inbejjed miksuba minn din il-varjetà tal-għeneb lokali taħt denominazzjonijiet oħra tal-Friuli Venezia Giulia.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 ff. tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 5 tad-Dokument Uniku, speċifikament id-Deskrizzjoni tal-inbejjed.

2.5.   Kundizzjonijiet għall-produzzjoni ta’ nbejjed b’żewġ varjetajiet ta’ għeneb indikati fuq it-tikketta

Deskrizzjoni:

Il-kundizzjonijiet tekniċi għall-produzzjoni tat-tipi bl-ismijiet ta’ żewġ varjetajiet ta’ għeneb indikati fuq it-tikketta ġew irregolati; b’mod partikolari billi jiġi previst li għall-inbejjed inkwistjoni, il-varjetà li minnha huwa magħmul l-iżgħar sehem tammonta għal mill-inqas 15 %.

Raġunijiet:

Dawn ir-regoli huma konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni, soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċjali tat-tikkettar li jippermettu li żewġ varjetajiet ta’ għeneb jiġu indikati fuq it-tikketti ta’ tali nbejjed.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma tikkonċerna l-ebda taqsima mid-Dokument Uniku.

2.6.   Rendiment ta’ għeneb għal kull ettaru għall-inbejjed bojod miksuba minn għeneb tal-varjetà Pinot Grigio

Deskrizzjoni u raġunijiet:

Il-produzzjoni tal-għeneb għal kull ettaru, li tammonta għal 19 000 kg/ettaru, ġiet miżjuda għat-tipi ta’ nbid abjad li jappartjenu għall-kategoriji tal-Inbid u tal-Inbid Semifrizzanti miksuba mill-varjetà Pinot Grigio, anki jekk din il-varjetà tal-għeneb mhijiex indikata fuq it-tikketta. Dan jaqbel mar-rendiment effettiv tal-produzzjoni miksub minn din il-varjetà.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4(3) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 6 tad-Dokument Uniku, speċifikament il-punt 6.b) Rendimenti massimi.

2.7.   Projbizzjoni għall-indikazzjoni tal-varjetajiet Pinot Grigio u Ribolla Gialla fit-tikkettar

Deskrizzjoni:

Din l-emenda tipprojbixxi referenzi għall-varjetajiet Pinot Grigio u Ribolla Gialla fl-isem u fil-preżentazzjoni tal-inbejjed skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Raġunijiet:

Tali projbizzjoni hija konformi mal-emendi deskritti aktar ’il fuq. Is-settur tal-vitikultura kollu qies li huwa utli li tiġi ddikjarata mill-ġdid il-projbizzjoni għall-inklużjoni ta’ referenzi għall-varjetajiet tal-għeneb Pinot Grigio u Ribolla Gialla fit-tikkettar, sabiex jiġi riżervat l-użu tagħhom għall-promozzjoni ta’ denominazzjonijiet protetti oħra taż-żona.

Din l-emenda tikkonċerna l-paragrafu finali tal-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 10 tad-Dokument Uniku, speċifikament il-kundizzjonijiet essenzjali oħrajn.

2.8.   Deskrizzjoni tar-Rabta/Rabtiet - Raġunijiet biex jintuża l-isem “Trevenezie”/“Tri Benečije”

Deskrizzjoni u raġunijiet:

Ir-raġunijiet għall-bdil tal-isem għal “Trevenezie”, bħala sinonimu tal-ismijiet storikament użati għaż-żona ġeografika inkwistjoni (“Tre Venezie”, “Le Venezie” u “delle Venezie”), ġew stabbiliti u huma konformi mal-emendi ta’ hawn fuq dwar il-bidla tal-isem għall-indikazzjoni ġeografika minn “delle Venezie” għal “Trevenezie”, u “Ti Benečije” bis-Sloven.

Din l-emenda tikkonċerna l-paragrafu finali tal-Artikolu 8(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 9 tad-Dokument Uniku, speċifikament id-Deskrizzjoni tar-Rabta/Rabtiet.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem il-prodott

Trevenezie

Tri Benečije

2.   Stat membru

L-Italja

3.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta

4.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

8.

Inbid semifrizzanti

5.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Abjad, fil-kategoriji tal-Inbid u l-Inbid semifrizzanti, inkluż b’indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-għeneb, minbarra l-Pinot Grigio u r-Ribolla Gialla

L-inbejjed bojod huma essenzjalment friski u nodfa, żgħar fl-età, b’aċidità tajba u bbilanċjati f’termini ta’ alkoħol. Il-kulur tagħhom ivarja minn isfar ċar għal isfar lewn it-tiben għal isfar dehbi, xi kultant bi sfumaturi ta’ lewn aħdar u roża.

L-aroma tagħhom tista’ tvarja minn delikata għal intensa, u ġeneralment hija ddeterminata mill-aromi tal-varjetajiet ta’ għeneb ewlenin użati fl-inbid. It-togħma hija essenzjalment ħafifa u friska, xi kultant appetituża u bi struttura tajba. Armonjużi u xotti għal ħelwin mezzana, l-inbejjed semifrizzanti bojod huma ta’ kulur isfar ċar għal isfar lewn it-tiben, huma ħfief u friski fuq il-palat b’aċidità tajba, ibbilanċjati u b’qawwa alkoħolika moderata. Huma joħolqu noti ta’ aroma li jvarjaw minn riħa ta’ fjuri għal waħda qawwija ta’ frott, ta’ frott frisk b’ġewwieni abjad għal frott tropikali.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Aħmar, fil-kategoriji tal-Inbid u l-inbid Semifrizzanti, inkluż b’indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-għeneb, minbarra l-Marzemino għall-Provinċja ta’ Trento

L-inbejjed ħomor jistgħu jvarjaw minn aħmar ċar għal aħmar lewn ir-rubin għal aħmar granata fil-kulur, skont il-varjetà tal-għeneb u l-perjodu ta’ maturazzjoni, b’aromi olfattivi intensi ta’ frott aħmar xi ftit jew wisq misjur, u ta’ noti tipiċi erbaċej fil-varjetajiet Bordeaux. B’mod ġenerali, l-inbejjed ħomor jistgħu jkunu friski b’aċidità mnaqqsa; meta jimmaturaw, dawn isiru kumplessi bi struttura tajba, bellusija u armonjuża b’togħma sħiħa, bl-ammont korrett ta’ tannini u bilanċ aċiduż tajjeb. B’mod ġenerali, huma ħfief u faċli biex jinxtorbu u jsiru aktar kumplessi mal-ipproċessar u mal-maturazzjoni. L-inbejjed ħomor semifrizzanti għandhom togħma friska u vivaċi b’aċidità bbilanċjata sew u b’noti aromatiċi mtejba ta’ frott misjur.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Rożè, fil-kategoriji tal-Inbid u l-Inbid semifrizzanti, inkluż b’indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-għeneb, minbarra l-Marzemino tal-Provinċja ta’ Trento

L-inbejjed rożè huma kkaratterizzati minn kulur roża b’intensità li tvarja, li xi kultant ixaqleb lejn ir-roża lewn iċ-ċirasa, u huma pjaċevoli, b’togħma ta’ frott u jfuħu b’aroma delikata li turi l-varjabbiltà kollha tal-fjuri u tal-frott frisk; kultant b’noti aromatiċi li jirriflettu l-varjetajiet tal-għeneb użati. It-togħma tagħhom tvarja minn xotta/astrinġenti għal ħelwa, huma appetitużi u friski, ibbilanċjati u normalment ikollhom qawwa alkoħolika moderata. L-inbejjed rożè semifrizzanti għandhom togħma friska u vivaċi b’aċidità bbilanċjata u b’noti aromatiċi msaħħa li jvarjaw miċ-ċirasa għall-frott artab (berries) għall-frott lokali ta’ ġewwieni abjad u xi kultant għall-frott tropikali.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Novello fil-kategorija tal-Inbid, inkluż b’indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-għeneb, minbarra l-Marzemino għall-Provinċja ta’ Trento

L-inbejjed fil-verżjoni Novello huma essenzjalment ħomor, b’kulur li jista’ jvarja minn aħmar ċar għal aħmar lewn ir-rubin għal aħmar lewn il-granata. Skont il-varjetà tagħhom, jista’ jkollhom aromi delikati għal intensi li xi ftit jew wisq ifakkru fil-frott misjur, inkluż, frott tropikali, flimkien ma’ preżenza notevoli ta’ noti pikkanti ta’ marċerazzjoni karbonika. It-togħma tagħhom tista’ tkun ħelwa mezzana sa niexfa, intensa u appetituża ħafna.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella t’hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

6.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Xejn.

b.   Rendimenti massimi

Inbejjed bojod, ħomor u rożè prodotti fil-Provinċja Awtonoma ta’ Trento

23 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Inbejjed, inkluż b’indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb, li huma prodotti fil-Provinċja Awtonoma ta’ Trento

19 500 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Inbejjed bojod, ħomor u rożè prodotti fir-reġjuni tal-Friuli Venezia Giulia u tal-Veneto, inkluż b’indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb

23 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Inbejjed prodotti fil-Friuli Venezia Giulia u fil-Veneto b’indikazzjoni tal-varjetajiet ta’ għeneb Cabernet Franc, Chardonnay, Incrocio Manzoni B, Moscato Giallo

19 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Inbejjed prodotti fil-Friuli Venezia Giulia u fil-Veneto b’indikazzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb Moscato Rosa, Pinot Bianco, Pinot Nero, Riesling Renano

19 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Inbejjed prodotti fil-Friuli Venezia Giulia u fil-Veneto b’indikazzjoni tal-varjetajiet ta’ għeneb Sauvignon u Traminer Aromatico

19 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Inbejjed bojod prodotti fil-Friuli Venezia Giulia u fil-Veneto li joriġinaw mill-għeneb tal-varjetà Pinot Grigio

19 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

7.   Żona ġeografika demarkata

Iż-żona demarkata għall-inbejjed bl-indikazzjoni ġeografika “Trevenezie”/“Tri Benečije” tinkludi:

għall-Provinċja Awtonoma ta’ Trento: it-territorju kollu tal-provinċja;

għar-Reġjun tal-Veneto: it-territorju amministrattiv kollu tal-provinċji ta’ Belluno, Padova, Trevigo, Treviso, Venezja, Verona u Vicenza;

għar-Reġjun tal-Friuli Venezia Giulia: it-territorju amministrattiv kollu tal-provinċji ta’ Pordenone, Udine, Gorizia u Trieste.

8.   Varjetà/varjetajiet ewlenin tal-għeneb tal-inbid

Cabernet Franc N. - Cabernet

Cabernet Sauvignon N. - Cabernet

Chardonnay B.

Lagrein N.

Mantonico Bianco B.

Manzoni Bianco B. - Incrocio Manzoni 6.0.13 B.

Marzemino N. - Berzamino

Merlot N.

Meunier N.

Moscato Giallo B. - Moscato

Moscato Giallo B. - Moscatello

Moscato Giallo B. - Moscatellone

Moscato Giallo B. - Goldmuskateller

Moscato Rosa Rs. - Moscato delle Rose

Moscato Rosa Rs. - Rosen Muskateller

Müller Thurgau B. - Riesling x Sylvaner

Nosiola B.

Pinot Bianco B. - Pinot Blanc

Pinot Grigio - Pinot Gris

Pinot Grigio - Ruländer

Pinot Nero N. - Blauburgunder

Pinot Nero N. - Blauer Spätburgunder

Rebo N.

Riesling Renano B. - Riesling

Sauvignon B. - Sauvignon Blanc

Schiava Gentile N. - Vernatsch

Schiava Gentile N. - Schiava

Schiava Gentile N. - Kleinvernatsch

Schiava Gentile N. - Mittervernatsch

Schiava Grossa N. - Schiava

Schiava Grossa N. - Vernatsch

Schiava Grossa N. - Großvernatsch

Schiava Grossa N. - Edelvernatsch Gr

Teroldego N.

Traminer Aromatico Rs. - Gewürztraminer

Casetta N.

Franconia N.

Goldtraminer B.

Gosen N.

Groppello di Revò N. - Groppello

Kerner B.

Lambrusco a Foglia Frastagliata N. - Lambrusco

Lambrusco a Foglia Frastagliata N. - Enantio N.

Negrara N.

Petit Verdot N

Riesling Italico B. - Riesling

Riesling Italico B. - Welschriesling

Rossara N.

Schiava Grigia N. - Schiava

Schiava Grigia N. - Grauvernatsch

Schiava Grigia N. - Vernatsch

Sennen N.

Sylvaner Verde B. - Sylvaner

Sylvaner Verde B. - Grüner Sylvaner

Syrah N. - Shiraz

Trebbiano Toscano B. - Trebbiano

Trebbiano Toscano B. - Biancame B.

Trebbiano Toscano B. - Procanico

Trebbiano Toscano B. - Ugni Blanc

Carmenère N. - Cabernet

Carmenère N. - Cabernet Nostrano

Lagarino B.

Verdealbara B.

Verdealbara B. - Erbamat B.

Paolina B.

Maor B.

Saint Laurent N.

Barbera N.

Bianchetta Trevigiana B. - Bianchetta

Malvasia Istriana B. - Malvasia

Marzemina Grossa N. - Marzemina Bastarda

Pinot Nero N. - Pinot Noir

Glera B. - Serprino

Glera Lunga B. - Glera

Glera Lunga B. - Serprino

Tocai Friulano B. - Tai

Tocai Friulano B. - Friulano

Trevisana Nera N.

Turca N.

Turca N. - Serbina N.

Moscato Bianco B. - Gelber Muskateller

Moscato Bianco B. - Moscatello

Moscato Bianco B. - Moscatello

Moscato Bianco B. - Moscato

Moscato Bianco B. - Moscatellone

Moscato Bianco B. - Muscat

Moscato Bianco B. - Muskateller

Cavrara N.

Corbina N. - Corbinella

Garganega B. - Garganego

Garganega B. - Grecanico Dorato B.

Grapariol B.

Malbech N.

Moscato Giallo B. - Muscat

Moscato Giallo B. - Muskateller

Pinella B. - Pinello

Pinella B. - Pinella Bianca

Raboso Piave N. - Raboso

Raboso Piave N. - Friularo

Raboso Veronese N. - Raboso

Refosco dal Peduncolo Rosso N. - Refosco

Refosco dal Peduncolo Rosso N. - Malvoise

Turchetta N.

Incrocio Bianco Fedit 51 C.S.G. B.

Marzemina Bianca B. - Marzemina

Manzoni Moscato N. - Incrocio Manzoni 13.0.25

Manzoni Rosa Rs. - Incrocio Manzoni 1-50

Sangiovese N. - Sangioveto

Malvasia Bianca di Candia B. - Malvasia

Malvasia Bianca di Candia B. - Malvoisie

Malvasia Bianca di Candia B. - Malvoisier

Lambrusco Maestri N. - Lambrusco

Lambrusco Maestri N. - Groppello Maestri

Boschera B.

Incrocio Manzoni 2.15 N. - Manzoni Rosso

Marzemino N. - Berzemino

Perera B.

Recantina N.

Verdiso B.

Verduzzo Friulano B. - Verduzzo

Verduzzo Trevigiano B. - Verduzzo

Wildbacher N.

Incrocio Manzoni 2-14 N.

Incrocio Manzoni 2-3 B.

Lambrusco di Sorbara N. - Lambrusco

Ancellotta N. - Lancellotta

Fertilia N.

Flavis B.

Italica B.

Nigra N.

Prodest N.

Tocai Rosso N. - Alicante N.

Tocai Rosso N. - Garnacha Tinta N.

Tocai Rosso N. - Granaccia N.

Tocai Rosso N. - Grenache N.

Tocai Rosso N. - Tai Rosso

Cortese B. - Bianca Fernanda

Corvina N. - Cruina

Corvinone N.

Durella B. - Durello

Molinara N.

Rondinella N.

Trebbiano di Soave B. - Trebbiano

Trebbiano di Soave B. - Turbiana

Trebbiano di Soave B. - Verdicchio Bianco B.

Croatina N. - Bonarda

Dindarella N.

Forsellina N.

Malvasia Bianca Lunga B. - Malvasia

Malvasia Bianca Lunga B. - Malvoisie

Malvasia Bianca Lunga B. - Malvoisier

Oseleta N.

Rossignola N. - Rossetta

Trebbiano Giallo B. - Rossetto

Trebbiano Giallo B. - Trebbiano

Trebbiano Romagnolo B. - Trebbiano

Veltliner B. - Grüner Veltliner

Pedevenda B.

Vespaiola B. - Vespaiolo

Freisa N.

Ciliegiolo N. - Morettone

Groppello Gentile N. - Groppello

Picolit B.

Ribolla Gialla B. - Ribolla

Vitouska B.

Gamay N.

Pignolo N.

Schioppettino N.

Terrano N. - Refošk

Refosco Nostrano N. - Malvoise

Refosco Nostrano N. - Refosco

Refosco Nostrano N. - Refosco Grosso

Refosco Nostrano N. - Refoscone

Cividin B.

Sciaglin B.

Ucelut B.

Cjanorie N.

Forgiarin N.

Piculit-Neri N.

Semillon B.

Piccola Nera N.

Tazzelenghe N.

Pinot Bianco B. - Weiß Burgunder

Pinot Bianco B. - Weißburgunder

Pinot Bianco B. - Weissburgunder

Pinot Nero N. - Spätburgunder

9.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

“Trevenezie”/“Tri Benečije” għall-kategoriji kollha tal-inbid (Inbid u Nbid semifrizzanti)

Dettalji taż-żona ġeografika

Il-fatturi naturali li huma rilevanti għar-rabta: Iż-żona tinkludi t-Trentino, il-Friuli Venezia Giulia u l-Veneto. L-art hija kkaratterizzata minn arkata muntanjuża fit-Tramuntana li ddawwar iż-żona tal-produzzjoni u tipproteġiha mill-irjieħ kesħin mit-Tramuntana u mill-Grigal u tgħaddi minn diversi xmajjar ta’ kapaċità konsiderevoli u fluss kostanti, il-benniena tal-vinikultura. Il-klima hija kkaratterizzata minn temperaturi annwali medji ta’ bejn 10 u 14 °C. Ix-xhur l-aktar kesħin huma Diċembru u Jannar, filwaqt li dawk l-aktar sħan huma Lulju u Awwissu. Il-medja annwali ta’ xita hija ta’ bejn 700 u 1 300mm. Minkejja l-ammont kbir ta’ xita, il-ħamrija għandha kapaċità adegwata ta’ skular. Bis-saħħa tal-preċipitazzjoni u l-provvista tajba ta’ ilma disponibbli, il-ħamrija żżomm ilma biżżejjed. L-effetti ta’ mitigazzjoni tal-arkata muntanjuża fit-Tramuntana u l-Baħar Adrijatiku fin-Nofsinhar għandhom influwenza sinifikanti fuq it-temperatura billi jnaqqsu l-estremitajiet termali fis-sajf u fix-xitwa. L-effett tal-moviment tal-mases tal-arja kkundizzjonat mill-baħar u mis-sistema tal-muntanji għandu l-effett li jirregola l-fluss tagħhom u għalhekk il-preċipitazzjoni assoċjata. Il-bidliet matul il-jum fid-direzzjoni tal-irjieħ matul Awwissu u Settembru jipproduċu l-aħjar bidliet fit-temperatura għall-għeneb li qed jimmatura. It-tliet komponenti: ir-reġjun tal-Alpi u l-għoljiet fil-bażi tal-muntanji tal-Alpi, il-Baħar Adrijatiku u n-netwerk tax-xmajjar li jaqsmu ż-żona sħiħa mit-Tramuntana san-Nofsinhar iservu biex jagħmlu ż-żona ta’ produzzjoni kollha omoġenja.

Mill-perspettiva tal-ħamrija, l-għoljiet fil-bażi tal-muntanji tal-Alpi u l-għoljiet huma prinċipalment magħmula minn formazzjonijiet kalkarji jew dolomitiċi kalkarji mill-perjodu Mesożojku, b’konsistenza tal-ħamrija xierqa għall-iskular tal-ilma.

Iż-żoni tal-pjanura jinkludu depożiti alluvjali li joriġinaw minn materjali ttrasportati mid-diversi xmajjar li jaqsmu ż-żona kollha u li għandhom ħamrija b’sawra li tvarja minn trab ġulġlieni ramli għal trab ġulġlieni, xi kultant b’naqal ta’ ħama taflija fonda li ġeneralment ikun ikkaratterizzat minn skular tajjeb.

Dawn il-karatteristiċi kollha tal-ħamrija u tal-klima jagħmlu ż-żona partikolarment adattata għall-produzzjoni ta’ għeneb u ta’ nbejjed tal-ogħla kwalità.

Il-fatturi naturali li huma rilevanti għar-rabta: “Trevenezie”/“Tri Benečije” huwa l-isem li għadu jintuża sal-lum biex tiġi identifikata ż-żona, li storikament hija marbuta l-ewwel mar-Repubblika ta’ Venezja u mbagħad mal-Imperu Awstro-Ungeriż. Ir-Repubblika ta’ Venezja ħalliet ukoll il-marka tagħha fuq il-ġestjoni tal-foresti u tal-agrikoltura. Waqt li bdew jitilgħu dejjem ’il fuq tul ix-xmajjar, l-aristokratiċi Venezjani progressivament ħadu pussess taż-żona, u żviluppaw il-ġestjoni tal-farms skont skemi innovattivi ta’ dak iż-żmien. Wara l-waqgħa tar-Repubblika ta’ Venezja, iż-żona kollha kienet parti mill-imperu Awstro-Ungeriż għal diversi sekli. Minħabba l-pożizzjoni Mediterranja tagħha, iż-żona hija importanti ħafna għall-produzzjoni tal-ikel, inkluż għall-inbid. Kien f’dan il-perjodu li l-isem “Trevenezie” sar magħruf sew kemm fl-imperu kif ukoll fir-renju ġar tal-Italja. Dan l-isem ġeografiku kien jintuża b’mod normali mill-awtoritajiet Awstro-Ungeriżi u Taljani. Il-produtturi tal-inbid kienu jużaw it-terminu “Trevenezie” sabiex jidentifikaw l-inbejjed tal-mejda sal-1977, meta l-isem ġeografiku aċċettat sar “delle Venezie”, bi “Trevenezie” bħala sinonimu. L-isem “Trevenezie” kien użat ukoll bis-Sloven, jiġifieri “Tri Benečije”, biex jitqiesu l-ħtiġijiet tal-produtturi mill-minoranza lingwistika Slovena.

L-attivitajiet ta’ taħriġ u t-tixrid ta’ tekniki vitikulturali u enoloġiċi ġodda mill-iskejjel ta’ San Michele all’Adige u Conegliano wittew it-triq għall-vitikultura moderna. Sar kontribut essenzjali mill-produtturi tal-inbid taż-żona li introduċew proċessi ta’ ġestjoni tal-vinji u metodi li jikkombinaw is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika u teknoloġiji innovattivi tal-vinifikazzjoni, li jiżguraw suċċess produttiv u l-fama tal-indikazzjoni ġeografika.

“Trevenezie”/“Tri Benečije”, Kategorija tal-inbid

Informazzjoni dwar il-kwalitajiet speċifiċi tal-prodotti marbuta mal-oriġini ġeografika u r-rabta kawżali maż-żona ġeografika

L-inbejjed bojod huma essenzjalment friski, żgħar fl-età u nodfa, b’aċidità tajba u bbilanċjati f’termini ta’ alkoħol. Il-kulur tagħhom ivarja minn isfar ċar għal isfar lewn it-tiben għal isfar dehbi, xi kultant bi sfumaturi ta’ lewn aħdar u roża.

L-aroma tagħhom tista’ tvarja minn delikata għal intensa, u ġeneralment hija ddeterminata mill-aromi tal-varjetajiet ta’ għeneb ewlenin użati fl-inbid. It-togħma hija essenzjalment ħafifa u friska fuq il-palat u xi kultant appetituża bi struttura tajba. Huma armonjużi u nixfin għal ħelwin mezzana.

L-inbejjed ħomor jistgħu jvarjaw minn aħmar ċar għal aħmar lewn ir-rubin għal aħmar granata fil-kulur, skont il-varjetà tal-għeneb u l-perjodu ta’ maturazzjoni, b’aromi olfattivi intensi ta’ frott aħmar xi ftit jew wisq misjur, u ta’ noti tipiċi erbaċej fil-varjetajiet Bordeaux. B’mod ġenerali, l-inbejjed ħomor jistgħu jkunu friski b’aċidità mnaqqsa; meta jimmaturaw, dawn isiru kumplessi bi struttura tajba, bellusija u armonjuża b’togħma sħiħa, bl-ammont korrett ta’ tannini u bilanċ aċiduż tajjeb. B’mod ġenerali, huma ħfief u faċli biex jinxtorbu u jsiru aktar kumplessi mal-ipproċessar u mal-maturazzjoni.

L-inbejjed rożè huma kkaratterizzati minn kulur roża b’intensità li tvarja, li xi kultant ixaqleb lejn roża skur, u huma pjaċevoli, b’togħma ta’ frott u jfuħu b’aroma delikata li turi l-varjabbiltà kollha tal-fjuri u tal-frott frisk, xi kultant b’noti aromatiċi li jirriflettu l-varjetajiet użati. It-togħma tagħhom tvarja minn xotta/astrinġenti għal ħelwa, huma appetitużi u friski, ibbilanċjati u normalment ikollhom qawwa alkoħolika moderata.

L-inbejjed fil-verżjoni Novello huma essenzjalment ħomor, b’kulur li jista’ jvarja minn aħmar ċar għal aħmar lewn ir-rubin għal aħmar lewn il-granata. Skont il-varjetà tagħhom, jista’ jkollhom aromi delikati għal intensi li xi ftit jew wisq ifakkru fil-frott misjur, inkluż, frott tropikali, flimkien ma’ preżenza notevoli ta’ noti pikkanti ta’ marċerazzjoni karbonika. It-togħma tagħhom tista’ tkun ħelwa mezzana sa niexfa, intensa u appetituża ħafna.

Il-karatteristiċi tal-kwalità tal-inbejjed huma ddeterminati mill-influwenza tal-ħamrija u tal-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona tal-produzzjoni. Il-klima moderata, friska u kemxejn mirjieħa, ħamrija li l-ilma tagħha jiskula sew, b’biżżejjed ilma tax-xita disponibbli li huwa ddistribwit wkoll fix-xhur tas-sajf u b’varjazzjonijiet kbar bejn it-temperaturi ta’ billejl u binhar hekk kif jimmatura, tiżgura l-aħjar maturazzjoni tal-għenieqed tal-għeneb, li jirriżultaw f’għeneb b’kontenut tajjeb ta’ zokkor u aċidu, flimkien ma’ karatteristiċi kwalitattivi u organolettiċi oħrajn li huma speċifiċi għal kull varjetà u li huma riflessi fl-inbejjed magħmula minnhom.

Għalhekk, ir-rabta kawżali hija bbażata fuq il-kwalità speċifika tal-prodott li tista’ tiġi attribwita għall-oriġini ġeografika tiegħu.

Il-kategorija tal-inbid semifrizzanti “Trevenezie”/“Tri Benečije”

Informazzjoni dwar il-kwalitajiet speċifiċi tal-prodotti marbuta mal-oriġini ġeografika u r-rabta kawżali maż-żona ġeografika

Bis-saħħa tar-ragħwa li toħroġ l-aromi tal-varjetajiet tal-għeneb, l-inbejjed tal-kategorija semifrizzanti, b’mod ġenerali, huma pjaċevoli u appetitużi, xi kultant kumplessi, u b’noti li jħallu togħma aċiduża.

L-inbejjed bojod semifrizzanti huma ta’ kulur isfar ċar għal isfar lewn it-tiben, huma ħfief u friski fuq il-palat b’aċidità tajba, ibbilanċjati u b’qawwa alkoħolika moderata. Huma kkaratterizzati minn noti aromatiċi li jista’ jkollhom riħa ta’ fjuri għal waħda qawwija ta’ frott, li jfakkru fi frott frisk b’ġewwieni abjad jew frott tropikali.

L-inbejjed ħomor u rożè, li huma prodotti rappreżentattivi ħafna taż-żona, joriġinaw prinċipalment mill-varjetajiet nattivi Rabosi, Schiave u Corvine. Il-kulur ivarja minn aħmar ċar għal aħmar lewn il-granata fl-inbejjed ħomor u roża b’intensità li tvarja, li xi kultant ixaqleb lejn aħmar lewn iċ-ċirasa, fl-inbejjed rożè. L-inbejjed ħomor għandhom togħma friska u vivaċi b’aċidità bbilanċjata tajjeb u b’noti aromatiċi mtejba ta’ frott misjur. L-inbejjed rożè, min-naħa l-oħra, huma nbejjed pjaċevoli għall-konsum staġonali bi fwieħa delikata ta’ frott li jvarjaw miċ-ċirasa għall-frott artab għall-frott lokali ta’ ġewwieni abjad u xi kultant għall-frott tropikali, b’togħma friska u vivaċi u aċidità bbilanċjata.

Il-karatteristiċi tal-kwalità tal-inbejjed huma ddeterminati mill-influwenza tal-ħamrija u tal-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona tal-produzzjoni. Il-klima moderata, friska u kemxejn mirjieħa, ħamrija li l-ilma tagħha jiskula sew, b’biżżejjed ilma tax-xita disponibbli li huwa ddistribwit wkoll fix-xhur tas-sajf, tiżgura provvista ta’ ilma limitata iżda kostanti, u b’hekk tippermetti li l-għenieqed tal-għeneb jimmaturaw b’rata regolari, u b’hekk ikun possibbli li jinkiseb għeneb li juri l-kwalità u l-karatteristiċi analitiċi xierqa għall-ipproċessar fi nbid semifrizzanti. B’mod partikolari, il-kisba ta’ materja prima bħal din tiddependi fuq il-varjazzjoni evidenti bejn it-temperaturi ta’ matul il-jum u l-lejl waqt il-maturazzjoni tal-għenieqed tal-għeneb li tiffavorixxi t-tkabbir tal-għeneb bi profil aċidiku-aromatiku bbilanċjat.

Għalhekk, ir-rabta kawżali hija bbażata fuq il-kwalità speċifika tal-prodott li tista’ tiġi attribwita għall-oriġini ġeografika tiegħu.

10.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Dispożizzjoni addizzjonali ta’ tikkettar

Qafas legali: Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ulterjuri: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE, l-isem tal-varjetajiet tal-għeneb Pinot Grigio u Ribolla Gialla ma jistgħux jintużaw għal tipi ta’ varjetajiet ta’ għeneb bojod, ħomor u rożè, miksuba minn dawk il-varjetajiet fil-kategoriji tal-Inbid u tal-Inbid Semifrizzanti.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/12852


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


Rettifika

26.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/29


Rettifika għas-Sejħa għall-proposti 2020 — EAC/A02/2019 — Il-Programm Erasmus+

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 373 tal-5 ta’ Novembru 2019 )

(2020/C 63/07)

Fil-paġna 13, fil-punt 3 — Eliġibbiltà,

minflok:

“Dawn il-Pajjiżi tal-Programm jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ ( (1):

l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja,

Il-pajjiżi kandidati tal-UE: It-Turkija, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja.”,

aqra:

“Dawn il-Pajjiżi tal-Programm jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet kollha tal-Programm Erasmus+ (1):

l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ( (2),

il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja,

Il-pajjiżi kandidati tal-UE: It-Turkija, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja.”;

minflok:

Għall-applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġbok kun af li jrid ikun hemm konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà tul id-durata sħiħa tal-għotja. Fil-każ li r-Renju Unit joħroġ mill-UE matul il-perjodu tal-għotja finanzjarja mingħajr ma jiġi konkluż ftehim mal-UE li jiżgura b’mod partikolari li l-applikanti Brittaniċi jkomplu jkunu eliġibbli, int ma tirċevix aktar finanzjament mill-UE (filwaqt li tkompli tipparteċipa, fejn hu possibbli) jew tkun mitlub tieqaf mill-proġett abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim tal-għotja finanzjarja dwar it-terminazzjoni.”,

aqra:

Għall-applikanti tar-Renju Unit: Jekk jogħġbok kun af li wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tal-UE-ir-Renju Unit (3) fl-1 ta’ Frar 2020 u b’mod partikolari l-Artikoli 127(6), 137 u 138, ir-referenzi għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrisjedu jew li huma stabbiliti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu mifhuma bħala li jinkludu persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrisjedu jew li huma stabbiliti fir-Renju Unit. Ir-residenti u l-entitajiet tar-Renju Unit huma għalhekk eliġibbli biex jipparteċipaw f’din is-sejħa.”.


(1)  L-attivitajiet Jean Monnet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja kollha.

(2)  Skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP 2014-2020), l-implimentazzjoni tal-Programm Erasmus+ li għaddej bħalissa fir-rigward tar-Renju Unit jew entitajiet jew persuni stabbiliti fir-Renju Unit trid isseħħ daqslikieku r-Renju Unit baqa’ Stat Membru, mingħajr interruzzjoni sal-għeluq tal-programm, skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit.

(3)  4 Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.