ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 61

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
24 ta' Frar 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 61/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 61/02

Kawża C-16/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Michael Dobersberger vs Magistrat der Stadt Wien (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 56 u 57 TFUE – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Direttiva 96/71/KE – Applikabbiltà – Artikolu 1(3)(a) – Kollokament ta’ ħaddiema mwettaq fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi – Provvista ta’ servizzi abbord ferroviji internazzjonali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi obbligi amministrattivi fir-rigward tal-kollokament ta’ ħaddiema)

2

2020/C 61/03

Kawża C-168/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht - il-Ġermanja) – Pensions-Sicherungs-Verein VVaG vs Günther Bauer (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega – Direttiva 2008/94/KE – Artikolu 8 – Skemi komplementari ta’ previdenza – Protezzjoni tad-drittijiet għal benefiċċji tax-xjuħija – Livell minimu ta’ protezzjoni ggarantita – Obbligu ta’ tpaċija mill-ex persuna li timpjega ta’ tnaqqis tal-pensjoni tal-irtirar professjonali – Organu estern ta’ previdenza – Effett dirett)

3

2020/C 61/04

Kawża C-176/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo, Spanja) – Club de Variedades Vegetales Protegidas vs Adolfo Juan Martínez Sanchís (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti – Regolament (KE) Nru 2100/94 – Artikolu 13(2) u (3) – Effetti tal-protezzjoni – Sistema ta’ protezzjoni mifruxa fuq numru ta’ stadji – Żergħa ta’ kostitwenti tal-varjetajiet u ħsad tal-frott tagħhom – Distinzjoni bejn l-atti magħmula fuq il-kostitwenti tal-varjetajiet u dawk magħmula fuq il-materjal maħsud – Kunċett ta’ użu mhux awtorizzat ta’ kostitwenti tal-varjetajiet – Artikolu 95 – Drittijiet provviżorji)

4

2020/C 61/05

Kawża C-263/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag - il-Pajjiżi l-Baxxi) – Nederlands Uitgeversverbond, Groep Algemene Uitgevers vs Tom Kabinet Internet BV, Tom Kabinet Holding BV, Tom Kabinet Uitgeverij BV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni – Direttiva 2001/29/KE – Artikolu 3(1) – Dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku – Tqegħid għad-dispożizzjoni – Artikolu 4 – Dritt ta’ distribuzzjoni – Eżawriment – Kotba elettroniċi – Suq virtwali ta’ kotba elettroniċi użati)

5

2020/C 61/06

Kawża C-360/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Cargill Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Krefeld (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 1360/2013 – Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Settur taz-zokkor – Imposta fuq il-produzzjoni – Effett utli – Dritt għar-rimbors tas-somom imħallsa indebitament – Applikabbiltà tar-regoli nazzjonali dwar it-termini ta’ preskrizzjoni – Prinċipju ta’ effettività)

5

2020/C 61/07

Kawża C-386/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi Baxxi) – Coöperatieve Producentenorganisatie en Beheersgroep Texel UA vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika komuni tas-sajd – Regolamenti (UE) Nri 1303/2013, 1379/2013 u 508/2014 – Organizzazzjonijiet ta’ produtturi ta’ prodotti tas-sajd u tal-akwakultura – Pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni – Appoġġ finanzjarju għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet – Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tal-infiq – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri – Assenza ta’ possibbiltà fid-dritt nazzjonali li titressaq applikazzjoni għal appoġġ)

6

2020/C 61/08

Kawża C-389/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles – il-Belġju) – Brussels Securities SA vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema fiskali komuni applikabbli għall-kumpanniji omm u kumpanniji sussidjarji ta’ Stati Membri differenti – Direttiva 90/435/KEE – Prevenzjoni tat-taxxa doppja – L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) – Projbizzjoni li jiġu ntaxxati l-profitti rċevuti – Inklużjoni tad-dividend imqassam mis-sussidjarja mill-bażi taxxabbli tal-kumpannija omm – Tnaqqis tad-dividend imqassam mill-bażi taxxabbli tal-kumpannija omm u t-trasferiment tal-eċċess għas-snin taxxabbli sussegwenti ta’ tassazzjoni li ġejjin mingħajr limitazzjoni ratione temporis – Ordni ta’ imputazzjoni tat-tnaqqis fiskali fuq il-profitti – Telf ta’ vantaġġ fiskali)

7

2020/C 61/09

Kawża C-390/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris - France) – proċeduri kriminali kontra X (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2000/31/KE – Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Direttiva 2006/123/KE – Servizzi – Tqegħid f’kuntatt bejn ospitanti, professjonisti jew individwi privati, li jkollhom akkomodazzjoni għall-kiri ma’ persuni li jfittxu dan it-tip ta’ akkomodazzjoni – Klassifikazzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta għal ċerti restrizzjonijiet l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ aġent immobiljari – Direttiva 2000/31/KE – It-tieni inċiż tal-Artikolu 3(4)(b) – Obbligu li jiġu kkomunikati miżuri li jirrestrinġu l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Nuqqas ta’ komunikazzjoni – Infurzabbiltà – Proċeduri kriminali b’kostituzzjoni ta’ parti ċivili)

8

2020/C 61/10

Kawża C-442/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Il-Bank Ċentrali Ewropew vs Espírito Santo Financial (Portugal), SGPS, SA (Appell – Rifjut li jingħata l-aċċess għad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) – Protokoll dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-BĊE – Artikolu 10(4) – Kunfidenzjalità tal-laqgħat – Riżultat tad-deliberazzjonijiet – Possibbiltà ta’ żvelar – Deċiżjoni 2004/258/KE – Aċċess għad-dokumenti tal-BĊE – Artikolu 4(1)(a) – Kunfidenzjalità tad-deliberazzjonijiet – Preġudizzju għall-protezzjoni tal-interess pubbliku)

9

2020/C 61/11

Kawża C-447/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky - is-Slovakkja) – UB vs Generálny riaditeľ Sociálnej poisťovne Bratislava (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà soċjali – Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikolu 3 – Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae – Benefiċċju tax-xjuħija – Moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni Ewropea – Regolament (UE) Nru 492/2011 – Artikolu 7 – Ugwaljanza fit-trattament tal-ħaddiema nazzjonali u tal-ħaddiema migranti – Vantaġġi soċjali – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirriżerva l-għoti ta’ allowance għar-rappreżentanti sportivi biss għaċ-ċittadini ta’ dan l-Istat)

10

2020/C 61/12

Kawża C-477/18 u C-478/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Exportslachterij J. Gosschalk en Zn. BV (C-477/18), Compaxo Vlees Zevenaar BV, Ekro BV, Vion Apeldoorn BV, Vitelco BV (C-478/18) vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 882/2004 – Artikolu 27(1) u (4) – Punti 1 u 2 tal-Anness VI – Kontrolli uffiċjali tal-għalf u tal-prodotti tal-ikel – Finanzjament – Tariffi dovuti fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali – Kalkolu – Kunċett ta’ persunal responsabbli għall-kontrolli uffiċjali – Inklużjoni tal-persunal amministrattiv u ta’ appoġġ – Possibbiltà li jiġu ffatturati perijodi ta’ ħmistax-il minuta mitluba mill-biċċerija għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali iżda mhux maħduma – Kundizzjonijiet)

11

2020/C 61/13

Kawża C-523/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Nacional - Spanja) – Engie Cartagena S.L. vs Ministerio para la Transición Ecológica, anciennement Ministerio de Industria, Energía y Turismo (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Suq intern tal-elettriku – Regoli komuni – Direttiva 2003/54/KE – Artikolu 3(2) – Direttiva 2009/72 – Artikolu 3(2) – Obbligi ta’ servizz pubbliku – Kunċett – Leġiżlazzjoni nazzjonali – Finanzjament tal-programmi ta’ effiċjenza tal-enerġija – Indikazzjoni ta’ produtturi tal-enerġija elettrika – Kontribuzzjoni obbligatorja)

12

2020/C 61/14

Kawża C-532/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – GN, irrappreżentata legalment minn HM vs ZU, bħala stralċjarju ta’ Niki Luftfahrt GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Konvenzjoni ta’ Montréal – Artikolu 17(1) – Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru f’każ ta’ inċident – Kunċett ta’ inċident – Inġenju tal-ajru matul it-titjira – Qlib ta’ tazza tal-kafè mqiegħda fuq il-mejda li tingħalaq ta’ sît – Feriti fiżiċi kkawżati lill-passiġġier)

13

2020/C 61/15

Kawża C-582/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Vicas Corp vs Il-Kummissjoni Ewropea, Furukawa Electric Co. Ltd (Appell – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku taħt l-art u taħt il-baħar – Tqassim tas-suq fil-kuntest ta’ proġetti – Multi – Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tas-sena 2006 – Determinazzjoni tal-piż relattiv tal-parteċipanti Ewropej u ta’ dawk mhux Ewropej fl-akkordju – Parteċipazzjoni ta’ impriżi Ewropej f’diversi livelli tal-akkordju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)

13

2020/C 61/16

Kawża C-589/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Furukawa Electric Co. Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Viscas Corp. (Appell – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku taħt l-art u taħt il-baħar – Tqassim tas-suq fil-kuntest ta’ proġetti – Multi – Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tas-sena 2006 – Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)

14

2020/C 61/17

Kawża C-590/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Fujikura Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Viscas Corp. (Appell – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku taħt l-art u taħt il-baħar – Tqassim tas-suq fil-kuntest ta’ proġetti – Multi – Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tas-sena 2006 – Determinazzjoni tal-piż relattiv tal-parteċipanti Ewropej u ta’ dawk mhux Ewropej fl-akkordju – Parteċipazzjoni ta’ impriżi Ewropej f’diversi livelli tal-akkordju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)

15

2020/C 61/18

Kawża C-666/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Paris - Franza) – IT Development SAS vs Free Mobile SAS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali – Direttiva 2004/48/KE – Protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter – Direttiva 2009/24/KE – Kuntratt ta’ liċenzja ta’ softwer – Tibdil mhux awtorizzat tal-kodiċi sors ta’ programm tal-kompjuter minn persuna liċenzjata bi ksur tal-kuntratt ta’ liċenzja – Azzjoni għal ksur eżerċitata mill-awtur tas-softwer kontra l-persuna liċenzjata – Natura tas-sistema ta’ responsabbiltà applikabbli)

15

2020/C 61/19

Kawża C-715/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof - il-Ġermanja) – Segler-Vereinigung Cuxhaven e.V. vs Finanzamt Cuxhaven (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 98 – Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata mnaqqsa ta’ VAT għal ċerti kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi – Punt 12 tal-Anness III – Rata mnaqqsa ta’ VAT applikabbli għall-kiri ta’ spazji f’siti ta’ kkampjar u ta’ spazji f’parks għall-karavani – Kwistjoni tal-applikabbiltà ta’ din ir-rata mnaqqsa għall-kiri ta’ postijiet għall-irmiġġ tad-dgħajjes f’marina – Paragun mal-kiri ta’ spazji għall-ipparkjar ta’ vetturi – Ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ newtralità fiskali)

16

2020/C 61/20

Kawża C-752/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja) – Deutsche Umwelthilfe eV vs Freistaat Bayern (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Artikolu 6, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 u l-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Direttiva 2008/50/KE – Tniġġis atmosferiku – Kwalità tal-arja ċirkostanti – Pjan dwar il-kwalità tal-arja – Valuri ta’ limitu għad-diossidu tan-nitroġenu – Obbligu li jiġu adottati miżuri xierqa għal perijodu ta’ qbiż minimu – Obbligu għall-qrati nazzjonali li jieħdu kull miżura neċessarja – Rifjut minn gvern reġjonali li jikkonforma ruħu ma’ ordni ġudizzjarja – Detenzjoni intiża kontra rappreżentanti politiċi għoljin jew uffiċjali għoljin tar-reġjun ikkonċernat – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Dritt għal-libertà personali – Bażi legali – Proporzjonalità)

17

2020/C 61/21

Kawża C-696/19: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 minn Andreas Hauzenberger mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-11 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-349/18 – Andreas Hauzenberger vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

17

2020/C 61/22

Kawża C-855/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-22 ta’ Novembru 2019 – G. Sp. z o.o. vs Dyrektorowi Izby Administracji Skarbowej w Bydgoszczy

18

2020/C 61/23

Kawża C-866/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-27 ta’ Novembru 2019 – SC vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych I Oddziałowi w Warszawie Wydziałowi Realizacji Umów Międzynarodowych

19

2020/C 61/24

Kawża C-903/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-10 ta’ Diċembru 2019 – DQ vs Ministre de la Transition écologique et solidaire, Ministre de l’Action et des Comptes publics

20

2020/C 61/25

Kawża C-906/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-11 ta’ Diċembru 2019 – FO vs Ministère public

21

2020/C 61/26

Kawża C-911/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-13 ta’ Diċembru 2019 – Fédération bancaire française (FBF) vs Autorité de contrôle prudentiel et de résolution (ACPR)

21

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 61/27

Kawża T-812/14 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – BPC Lux 2 et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mill-awtoritajiet Portugiżi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni finanzjarja Banco Espírito Santo – Ħolqien u kapitalizzazzjoni ta’ bank tranżitorju – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà)

23

2020/C 61/28

Kawża T-14/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (FEAGA u Feader – Spejjeż esklużi mill-finanzjament – Għajnuna diretta diżakkoppjata – korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa – Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 – Artikolu 12 tar- Regolament Delegat (UE) Nruo907/2014 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Evalwazzjoni tad-dannu – Proporzjonalità)

24

2020/C 61/29

Kawża T-67/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Probelte vs Il-Kummissjoni (Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva 8-idrossikwinolina – Applikazzjoni għall-modifika tal-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni – Proċedura ta’ klassifikazzjoni u ta’ ttikkettjar armonizzati – Dritt għal smigħ – Aspettattivi leġittimi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

24

2020/C 61/30

Kawża T-211/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Vanda Pharmaceuticals vs Il-Kummissjoni (Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Talba għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Fanaptum – iloperidone – Deċiżjoni ta’ rifjut tal-Kummissjoni – Regolament (KE) Nru 726/2004 – Evalwazzjoni xjentifika tar-riskji u tal-benefiċċji ta’ prodott mediċinali – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament)

25

2020/C 61/31

Kawża T-457/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Zotkov vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Remunerazzjoni – Allowance tal-familja – Talba għall-assimilazzjoni ta’ persuna għal wild dipendenti – Kundizzjonijiet għall-għoti – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – fil-kalkolu tal-manteniment – Żball ta’ liġi)

26

2020/C 61/32

Kawża T-501/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 19 ta’ Diċembru 2019 – Currency One vs EUIPO – Cinkciarz.pl (CINKCIARZ) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CINKCIARZ – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru distintiv – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Kelma peġġorattiva li hija marbuta mal-prodotti jew mas-servizzi inkwistjoni)

27

2020/C 61/33

Kawża T-509/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni (FEAGA u Feader – Spejjeż esklużi mill-finanzjament – Termini applikabbli bejn diversi żjarat tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni – Tħabbir ta’ verifiki fuq il-post – Avviż impliċitu – Artikoli 25 u 26 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 – Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa)

27

2020/C 61/34

Kawża T-589/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Vins el Cep vs EUIPO Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien (MIM NATURA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MIM NATURA – Reġistrazzjonijiet internazzjonali verbali u figurattivi u trade mark nazzjonali verbali preċedenti MM, MM u MUMM – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

28

2020/C 61/35

Kawża T-624/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2019 – Gres de Aragón vs EUIPO (GRES ARAGÓN) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GRES ARAGÓN – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ liġi)

29

2020/C 61/36

Kawża T-647/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – ZQ vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal – Talba għal assistenza — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal – Ċaħda ta’ talba – Terminu raġonevoli – Assenza ta’ prova prima facie – Obbligu ta’ motivazzjoni – Responsabbiltà)

30

2020/C 61/37

Kawża T-690/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Vieta Audio (Vita) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Vita – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti – Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Awtorità ta’ res judicata)

30

2020/C 61/38

Kawża T-729/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – El Corte Inglés vs EUIPO – Lloyd Shoes (LLOYD) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LLOYD – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti LLOYD’S – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebh tal-prodotti u tas-servizzi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

31

2020/C 61/39

Kawża T-743/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Japan Tobacco vs EUIPO – I.J. Tobacco Industry (I.J. TOBACCO INDUSTRY) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva I.J. TOBACCO INDUSTRY – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti JTi – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

32

2020/C 61/40

Kawża T-28/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Karlovarské minerální vody vs EUIPO – Aguas de San Martín de Veri (VERITEA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VERITEA – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea VERI – AGUA PURA DEL PIRINEO – Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Obbligu ta’ motivazzjoni)

33

2020/C 61/41

Kawża T-40/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Amigüitos pets & life vs EUIPO – Société des produits Nestlé (THE ONLY ONE by alphaspirit wild and perfect) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea THE ONLY ONE by alphaspirit wild and perfect – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ONE – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001)

33

2020/C 61/42

Kawża T-54/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 19 ta’ Diċembru 2019 – Nosio vs EUIPO (BIANCOFINO) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BIANCOFINO – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)

34

2020/C 61/43

Kawża T-69/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Südwestdeutsche Salzwerke vs EUIPO (Bad Reichenhaller Alpensaline) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Bad Reichenhaller Alpensaline – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

35

2020/C 61/44

Kawża T-175/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Vereinigung der Bayerischen Wirtschaft vs EUIPO (eVoter) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea eVoter – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

36

2020/C 61/45

Kawża T-270/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Amazon Technologies vs EUIPO (ring) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva ring – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

36

2020/C 61/46

Kawża T-188/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2019 – repowermap.org vs EUIPO – Repower (REPOWER) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali REPOWER – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

37

2020/C 61/47

Kawża T-394/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2019 – Kipper vs Il-Kummissjoni (Prestatarju ta’ servizzi indipendenti tal-Kummissjoni (free-lance) – Talba intiża għall-benefiċċju minn diversi allowances soċjali mogħtija lill-uffiċjali fil-Kategorija B – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni)

38

2020/C 61/48

Kawża T-756/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2019 – AG vs Europol (Rikors għal annullament – Servizz pubbliku – Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1889 dwar ix-xoljiment tal-fond tal-pensjoni tal-Europol – Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża – Inammissibbiltà)

38

2020/C 61/49

Kawża T-763/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2019 – Lazarus Szolgáltató és Kereskedelmi vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna allegatament illegali implimentata mill-Ungerija favur impriżi li jimpjegaw ħaddiema b’diżabbiltà – Allegati deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiddikjaraw il-miżura ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Bidu tad-dekorrenza – Konoxxenza miksuba – Prova – Obbligu ta’ diliġenza – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà)

39

2020/C 61/50

Kawża T-12/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2019 – Nowhere vs EUIPO – Junguo Ye (APE TEES) (Trademark tal-Unjoni Ewropea – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem tal-iskop tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

40

2020/C 61/51

Kawża T-66/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2019 – Vlaamse Gemeenschap u Vlaams Gewest vs Il-Parlament u l-Kunsill (Rikors għal annullament – Suq intern – Libertajiet Fundamentali – Regolament (UE) 2018/1724 – Stabbiliment ta’ gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi – Awtorità infrastatali – Locus standi – Inċidenza individwali – Inammissibbiltà)

40

2020/C 61/52

Kawża T-74/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – DK Company vs EUIPO – Hunter Boot (DENIM HUNTER) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva DENIM HUNTER – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

41

2020/C 61/53

Kawża T-154/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2019 – ZU vs SEAE (Rikors għal annullament – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Spejjeż ta’ missjoni – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att li ma jikkawżax preġudizzju – Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża – Rikors prematur – Inammissibbiltà)

42

2020/C 61/54

Kawża T-192/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2019 – Ceramica Flaminia vs EUIPO – Ceramica Cielo (goclean) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva goclean – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

43

2020/C 61/55

Kawża T-210/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2019 – Società Agricola Tenuta di Rimale et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament - Politika agrikola komuni – Regoli vinkolanti dwar ir-regolamentazzjoni tal-provvista tal-ġobon b'denominazzjoni ta’ oriġini protetta – Ċaħda tat-talba ta’ atti ta’ implimentazzjoni – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà)

43

2020/C 61/56

Kawża T-297/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2019 – Dragomir vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali – L-Istat tad-dritt – Indipendenza tal-ġustizzja – Dritt għal smigħ xieraq – Protezzjoni tad-data personali – Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri intiżi sabiex jiġi żgurat li r-Rumanija tosserva l-obbligi tagħha – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

44

2020/C 61/57

Kawża T-319/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2019 – Gollnisch vs Il-Parlament (Rikors għal annullament – Dritt istituzzjonali – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Modifika tal-iskema ta’ pensjoni komplimentari volontarja – Att regolatorju – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Dewmien – Att mhux suġġett għal rikors – Nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti formali – Inammissibbiltà)

45

2020/C 61/58

Kawża T-360/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Jalkh vs Il-Parlament (Rikors għal annullament – Dritt istituzzjonali – Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew – Att li ma jistax jiġi kkonstestat – Att preparatorju – Inammissibbiltà)

46

2020/C 61/59

Kawża T-654/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2019 – FF vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Dritt istituzzjonali – Responsabbiltà tal-Unjoni – Ritratt ta’ raġel użat bħala avviż relatat mas-saħħa – Rikors għad-danni – Talba għal miżuri provviżorji – Neċessità – Inammissibbiltà)

46

2020/C 61/60

Kawża T-411/18: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2019 – WM vs Il-Kummissjoni

47

2020/C 61/61

Kawża T-827/19: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2019 – Gaspar vs Il-Kummissjoni

48

2020/C 61/62

Kawża T-846/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Golden Omega vs Il-Kummissjoni

48

2020/C 61/63

Kawża T-851/19: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2019 – Body Attack Sports Nutrition vs EUIPO – Sakkari (SAKKATTACK)

49

2020/C 61/64

Kawża T-857/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2019 – Dehousse vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

50

2020/C 61/65

Kawża T-862/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2019 – Brasserie St Avold vs EUIPO (Forma ta’ flixkun)

51

2020/C 61/66

Kawża T-863/19: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2019 – Production Christian Gallimard vs EUIPO – Éditions Gallimard (PCG CALLIGRAM CHRISTIAN GALLIMARD)

52

2020/C 61/67

Kawża T-864/19: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2019 – AI et vs ECDC

53

2020/C 61/68

Kawża T-865/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2019 – Nevinnomysskiy Azot u NAK Azot vs Il-Kummissjoni

53

2020/C 61/69

Kawża T-869/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2019 – Tetra vs EUIPO – Neusta next (Wave)

54

2020/C 61/70

Kawża T-876/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2019 – Broadcom vs Il-Kummissjoni

55

2020/C 61/71

Kawża T-877/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2019 – Einkaufsbüro Deutscher Eisenhändler vs EUIPO – Tigges (TOOLINEO)

56

2020/C 61/72

Kawża T-878/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2019 – Bende vs EUIPO — Julius-K9 (K-9)

57

2020/C 61/73

Kawża T-879/19: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2019 – Sumol + Compal Marcas vs EUIPO – Jacob (Dr. Jacob’s essentials)

57

2020/C 61/74

Kawża T-884/19: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2019 – Folschette et vs Il-Kummissjoni

58

2020/C 61/75

Kawża T-886/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2019 – Design Light & Led Made in Europe e Design Luce & Led Made in Italy vs Il-Kummissjoni

59

2020/C 61/76

Kawża T-15/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2020 – Skyliners vs EUIPO – Sky (SKYLINERS)

60

2020/C 61/77

Kawża T-16/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2020 – Hub Culture vs EUIPO – PayPal (VEN)

61

2020/C 61/78

Kawża T-270/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2019 – O’Flynn et vs Il-Kummissjoni

62


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 61/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 54, 17.2.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 45, 10.2.2020

ĠU C 36, 3.2.2020

ĠU C 27, 27.1.2020

ĠU C 19, 20.1.2020

ĠU C 10, 13.1.2020

ĠU C 432, 23.12.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Michael Dobersberger vs Magistrat der Stadt Wien

(Kawża C-16/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 56 u 57 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 96/71/KE - Applikabbiltà - Artikolu 1(3)(a) - Kollokament ta’ ħaddiema mwettaq fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi - Provvista ta’ servizzi abbord ferroviji internazzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi obbligi amministrattivi fir-rigward tal-kollokament ta’ ħaddiema)

(2020/C 61/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Michael Dobersberger

Konvenut: Magistrat der Stadt Wien

Dispożittiv

L-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix il-provvista, fil-kuntest ta’ kuntratt konkluż bejn impriża stabbilita fi Stat Membru u impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor li hija kuntrattwalment marbuta ma’ operatur ferrovjarju stabbilit f’dan l-istess Stat Membru, ta’ servizzi ta’ alloġġ, ta’ tindif jew ta’ ristorazzjoni għall-passiġġieri mwettqa minn ħaddiema impjegati mill-ewwel impriża, jew minn ħaddiema pprovduti lil din tal-aħħar minn impriża stabbilita wkoll fl-ewwel Stat Membru, f’ferroviji internazzjonali li jaqsmu t-tieni Stat Membru, meta dawn il-ħaddiema jwettqu parti kbira mix-xogħol inerenti għal dawn is-servizzi fit-territorju tal-ewwel Stat Membru u meta jibdew jew itemmu s-servizz tagħhom fih.


(1)  ĠU C 123, 9.4.2018.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht - il-Ġermanja) – Pensions-Sicherungs-Verein VVaG vs Günther Bauer

(Kawża C-168/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega - Direttiva 2008/94/KE - Artikolu 8 - Skemi komplementari ta’ previdenza - Protezzjoni tad-drittijiet għal benefiċċji tax-xjuħija - Livell minimu ta’ protezzjoni ggarantita - Obbligu ta’ tpaċija mill-ex persuna li timpjega ta’ tnaqqis tal-pensjoni tal-irtirar professjonali - Organu estern ta’ previdenza - Effett dirett)

(2020/C 61/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pensions-Sicherungs-Verein VVaG

Konvenut: Günther Bauer

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli għal sitwazzjoni li fiha persuna li timpjega, li tiżgura benefiċċji tal-irtirar professjonali permezz tal-intervent ta’ organu interprofessjonali, ma tistax tiggarantixxi, minħabba l-insolvenza tagħha, it-tpaċija għat-telf li jirriżulta mit-tnaqqis tal-ammont tal-imsemmija benefiċċji pprovduti minn dan l-organu interprofessjonali, liema tnaqqis kien ġie awtorizzat mill-awtorità pubblika ta’ sorveljanza tas-servizzi finanzjarji li teżerċita sorveljanza prudenzjali ta’ dan l-organu.

2)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94 għandu jiġi interpretat fis-sens li tnaqqis tal-ammont tal-benefiċċji tal-irtirar professjonali pprovduti lil ex ħaddiem impjegat, minħabba l-insolvenza tal-ex persuna li timpjega tiegħu, huwa kkunsidrat bħala manifestament sproporzjonat, anki jekk il-persuna kkonċernata tirċievi tal-inqas in-nofs tal-ammont tal-benefiċċji li jirriżultaw mid-drittijiet miksuba tagħha, meta dan l-ex ħaddiem impjegat diġà jgħix jew ikollu jgħix minħabba dan it-tnaqqis taħt il-livell ta’ riskju ta’ faqar stabbilit għall-Istat Membru kkonċernat mill-Eurostat.

3)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94, li jipprevedi obbligu ta’ protezzjoni minima, jista’ jkollu effett dirett, b’tali mod li jista’ jiġi invokat fil-konfront ta’ organu, irregolat mid-dritt privat, li kien ġie maħtur mill-Istat bħala l-organu ta’ garanzija kontra r-riskju ta’ insolvenza tal-persuni li jimpjegaw fil-qasam tal-irtirar professjonali, meta, fid-dawl tal-missjoni li dan l-organu jingħata u tal-kundizzjonijiet li fihom huwa jwettaqha, dan l-organu jista’ jiġi assimilat mal-Istat, sa fejn il-missjoni ta’ garanzija li dan l-organu jingħata hija effettivament estiża għat-tipi ta’ benefiċċji tax-xjuħija li għalihom hija mitluba l-protezzjoni minima prevista f’dan l-Artikolu 8.


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo, Spanja) – Club de Variedades Vegetales Protegidas vs Adolfo Juan Martínez Sanchís

(Kawża C-176/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti - Regolament (KE) Nru 2100/94 - Artikolu 13(2) u (3) - Effetti tal-protezzjoni - Sistema ta’ protezzjoni mifruxa fuq numru ta’ stadji - Żergħa ta’ kostitwenti tal-varjetajiet u ħsad tal-frott tagħhom - Distinzjoni bejn l-atti magħmula fuq il-kostitwenti tal-varjetajiet u dawk magħmula fuq il-materjal maħsud - Kunċett ta’ “użu mhux awtorizzat ta’ kostitwenti tal-varjetajiet” - Artikolu 95 - Drittijiet provviżorji)

(2020/C 61/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Club de Variedades Vegetales Protegidas

Konvenut: Adolfo Juan Martínez Sanchís

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 13(2)(a) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attività li ta’ żergħa ta’ varjetà protetta u ta’ ħsad tal-frott tagħha, li ma jkunx tali li jintuża bħala materjal ta’ moltiplikazzjoni, tirrikjedi l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti relatat mal-imsemmija varjetà ta’ pjanti sa fejn jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 13(3) ta’ dan ir-regolament.

2)

L-Artikolu 13(3) tar-Regolament Nru 2100/94 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-frott ta’ varjetà ta’ pjanti li ma jkunx tali li jintuża bħala materjal ta’ moltiplikazzjoni ma jistax jitqies li inkiseb permezz ta’ “l-użu [mhux] awtorizzat ta’ kostitwenti tal-varjetajiet” ta’ din il-varjetà ta’ pjanti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta dawn il-kostitwenti tal-varjetajiet ikunu ġew immoltiplikati u mibjugħa lil operatur agrikolu minn mixtla matul il-perijodu inkluż bejn il-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta’ pjanti għall-imsemmija varjetà ta’ pjanti u l-għoti ta’ dan id-dritt. Meta, wara l-għoti ta’ din il-protezzjoni, l-imsemmija kostitwenti tal-varjetajiet ikunu ġew immoltiplikati u mibjugħa mingħajr il-kunsens tad-detentur ta’ dan id-dritt, dan tal-aħħar jista’ jinvoka d-dritt mogħti lilu mill-Artikolu 13(2)(a) u (3) ta’ dan ir-regolament fir-rigward tal-imsemmi frott, bil-kundizzjoni li d-detentur ta’ din il-varjetà ma setax raġonevolment jeżerċita d-dritt tiegħu b’rabta ma’ dawn l-istess kostitwenti tal-varjetajiet.


(1)  ĠU C 211, 18.6.2018


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag - il-Pajjiżi l-Baxxi) – Nederlands Uitgeversverbond, Groep Algemene Uitgevers vs Tom Kabinet Internet BV, Tom Kabinet Holding BV, Tom Kabinet Uitgeverij BV

(Kawża C-263/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 3(1) - Dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku - Tqegħid għad-dispożizzjoni - Artikolu 4 - Dritt ta’ distribuzzjoni - Eżawriment - Kotba elettroniċi - Suq virtwali ta’ kotba elettroniċi “użati”)

(2020/C 61/05)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nederlands Uitgeversverbond, Groep Algemene Uitgevers

Konvenuti: Tom Kabinet Internet BV, Tom Kabinet Holding BV, Tom Kabinet Uitgeverij BV

Dispożittiv

Il-provvista lill-pubbliku permezz ta’ tniżżil ta’ ktieb elettroniku għal użu permanenti taqa’ taħt il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” u, b’mod partikolari, taħt dak ta’ “tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku [ta’] xogħlijiet [ta’ awturi] b’mod li kull wieħed ikun jista’ jkollu aċċess għalihom mill-post u fil-mument li huwa jagħżel individwalment”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni.


(1)  ĠU C 276, 06.08.2018.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Cargill Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Krefeld

(Kawża C-360/18) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 1360/2013 - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Settur taz-zokkor - Imposta fuq il-produzzjoni - Effett utli - Dritt għar-rimbors tas-somom imħallsa indebitament - Applikabbiltà tar-regoli nazzjonali dwar it-termini ta’ preskrizzjoni - Prinċipju ta’ effettività”)

(2020/C 61/06)

Lingwa tal-kawża:il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cargill Deutschland GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Krefeld

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1360/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2001/2002, 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005 u 2005/2006, il-koeffiċjent meħtieġ għall-kalkolu tal-imposta addizzjonali għas-snin tas-suq 2001/2002 u 2004/2005 u l-ammont li għandu jitħallas mill-manifatturi taz-zokkor lill-bejjiegħa tal-pitravi fir-rigward tad-differenza bejn l-imposta massima u l-imposta li għandha titħallas għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004 u 2005/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ir-rimbors tas-somom imħallsa indebitament minn operaturi ekonomiċi, abbażi ta’ dawn l-imposti, għandu jsir b’applikazzjoni tad-dritt nazzjonali, b’mod partikolari fit-termini ta’ preskrizzjoni previsti minn dan tal-aħħar, b’osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività;

dan jipprekludi regoli nazzjonali li, kif interpretati mill-qrati nazzjonali kompetenti, jipprevedu li t-terminu ta’ preskrizzjoni applikabbli sabiex jintalab ir-rimbors tal-imposti fuq il-produzzjoni taz-zokkor imħallsa indebitament jiskadi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, fatt dan li jirrendi prattikament impossibbli l-eżerċizzju tad-dritt, mogħti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni lil dawn l-operaturi ekonomiċi, li jiksbu r-rimbors ta’ dawn l-imposti għas-snin tas-suq imsemmija mill-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 328, 17.9.2018.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi Baxxi) – Coöperatieve Producentenorganisatie en Beheersgroep Texel UA vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

(Kawża C-386/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika komuni tas-sajd - Regolamenti (UE) Nri 1303/2013, 1379/2013 u 508/2014 - Organizzazzjonijiet ta’ produtturi ta’ prodotti tas-sajd u tal-akwakultura - Pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni - Appoġġ finanzjarju għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet - Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tal-infiq - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri - Assenza ta’ possibbiltà fid-dritt nazzjonali li titressaq applikazzjoni għal appoġġ)

(2020/C 61/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Coöperatieve Producentenorganisatie en Beheersgroep Texel UA

Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jirrifjuta li jagħti segwitu għal applikazzjoni għal sussidju minn organizzazzjoni ta’ produtturi relatata mal-infiq li tkun inkorriet għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni, minħabba li, fid-data tat-tressiq ta’ din l-applikazzjoni, dan l-Istat Membru kien għadu ma pprevediex, fl-ordinament ġuridiku intern tiegħu, il-possibbiltà li tali applikazzjoni tiġi pproċessata.

2)

L-Artikolu 66(1) tar-Regolament Nru 508/2014 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma joħloqx direttament għall-organizzazzjonijiet ta’ produtturi dritt għal appoġġ finanzjarju taħt il-FEMS għall-infiq inkors minnhom għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni.

3)

L-Artikolu 65(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-għoti ta’ sussidju taħt il-FEMS għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni fil-każ fejn l-applikazzjoni għal sussidju tkun tressqet wara t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ tali pjan.


(1)  ĠU C 294, 20.8.2018


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles – il-Belġju) – Brussels Securities SA vs État belge

(Kawża C-389/18) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema fiskali komuni applikabbli għall-kumpanniji omm u kumpanniji sussidjarji ta’ Stati Membri differenti - Direttiva 90/435/KEE - Prevenzjoni tat-taxxa doppja - L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1) - Projbizzjoni li jiġu ntaxxati l-profitti rċevuti - Inklużjoni tad-dividend imqassam mis-sussidjarja mill-bażi taxxabbli tal-kumpannija omm - Tnaqqis tad-dividend imqassam mill-bażi taxxabbli tal-kumpannija omm u t-trasferiment tal-eċċess għas-snin taxxabbli sussegwenti ta’ tassazzjoni li ġejjin mingħajr limitazzjoni ratione temporis - Ordni ta’ imputazzjoni tat-tnaqqis fiskali fuq il-profitti - Telf ta’ vantaġġ fiskali”)

(2020/C 61/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Brussels Securities SA

Konvenut: État belge

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/123/KE tat-22 ta’ Diċembru 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li d-dividendi rċevuti minn kumpannija omm mis-sussidjarja tagħha għandhom, għall-ewwel, jiġu inklużi fil-bażi taxxabbli tal-ewwel waħda, qabel ma jkunu jistgħu, sussegwentement, ikunu s-suġġett ta’ tnaqqis, sa 95 % tal-ammont tagħhom, li l-eċċess tagħhom jista’ jiġi ttrasferit għas-snin finanzjarji segwenti mingħajr limitazzjoni ratione temporis, fejn dan it-tnaqqis għandu prijorità fuq tnaqqis fiskali ieħor li t-trasferiment tiegħu jkun limitat ratione temporis.


(1)  ĠU C 294, 20.8.2018.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris - France) – proċeduri kriminali kontra X

(Kawża C-390/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2000/31/KE - Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni - Direttiva 2006/123/KE - Servizzi - Tqegħid f’kuntatt bejn ospitanti, professjonisti jew individwi privati, li jkollhom akkomodazzjoni għall-kiri ma’ persuni li jfittxu dan it-tip ta’ akkomodazzjoni - Klassifikazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta għal ċerti restrizzjonijiet l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ aġent immobiljari - Direttiva 2000/31/KE - It-tieni inċiż tal-Artikolu 3(4)(b) - Obbligu li jiġu kkomunikati miżuri li jirrestrinġu l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni - Nuqqas ta’ komunikazzjoni - Infurzabbiltà - Proċeduri kriminali b’kostituzzjoni ta’ parti ċivili)

(2020/C 61/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

X

fil-preżenza ta’: YA, Airbnb Ireland UC, Hôtelière Turenne SAS, Association pour un hébergement et un tourisme professionnels (AHTOP), Valhotel

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), li tirreferi għall-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz ta’ intermedjazzjoni li għandu l-għan li jqiegħed f’kuntatt, permezz ta’ pjattaforma elettronika u bi ħlas, kerrejja potenzjali ma’ sidien il-kera professjonisti jew mhux professjonisti li jipproponu servizzi ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, filwaqt li jipprovdu wkoll ċertu numru ta’ provvisti anċillari għal dan is-servizz ta’ intermedjazzjoni, għandu jiġi kklassifikat bħala “servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni” li jaqa’ taħt id-Direttiva 2000/31.

2)

It-tieni inċiż tal-Artikolu 3(4)(b) tad-Direttiva 2000/31 għandu jiġi interpretat fis-sens li individwu jista’ jopponi li, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali b’kostituzzjoni ta’ parti ċivili, jiġu applikati fil-konfront tiegħu miżuri ta’ Stat Membru li jirrestrinġu l-libertà li jiġi pprovdut servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni li huwa jipprovdi minn Stat Membru ieħor, meta l-imsemmija miżuri ma jkunux ġew ikkomunikati konformement ma’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 301, 27.8.2018.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Il-Bank Ċentrali Ewropew vs Espírito Santo Financial (Portugal), SGPS, SA

(Kawża C-442/18 P) (1)

(Appell - Rifjut li jingħata l-aċċess għad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) - Protokoll dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-BĊE - Artikolu 10(4) - Kunfidenzjalità tal-laqgħat - Riżultat tad-deliberazzjonijiet - Possibbiltà ta’ żvelar - Deċiżjoni 2004/258/KE - Aċċess għad-dokumenti tal-BĊE - Artikolu 4(1)(a) - Kunfidenzjalità tad-deliberazzjonijiet - Preġudizzju għall-protezzjoni tal-interess pubbliku)

(2020/C 61/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. Malfrère, M. Ioannidis aġenti u H.-G. Kamann, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Espírito Santo Financial (Portugal), SGPS, SA (rappreżentanti: L. Soares Romão, J. Shearman de Macedo u D. Castanheira Pereira, advogados)

Dispożittiv

1)

Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ April 2018, Espírito Santo Financial (Portugal) vs BĊE (T-251/15, EU:T:2018:234), huwa annullat sa fejn, permezz ta’ dan il-punt, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-1 ta’ April 2015 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess għal ċerti dokumenti relatati mad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Awwissu 2014 dwar Banco Espírito Santo SA peress li, permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-BĊE rrifjuta l-aċċess għall-ammont tal-kreditu li jinsab fl-estratti tal-proċess verbali li jivvalida d-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BĊE tat-28 ta’ Lulju 2014.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

Ir-rikors ta’ Espírito Santo Financial (Portugal), SGPS, SA huwa miċħud sa fejn dan huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-1 ta’ April 2015 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess għal ċerti dokumenti relatati mad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Awwissu 2014 dwar Banco Espírito Santo SA sa fejn, permezz tal-imsemmija deċiżjoni, il-BĊE rrifjuta l-aċċess għall-ammont ta’ kreditu inkluż fl-estratti tal-proċess verbali li jivvalida d-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BĊE tat-28 ta’ Lulju 2014.

4)

Espírito Santo Financial (Portugal), SGPS, SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll terz minn dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fil-kuntest tal-appell odjern u tal-proċedura fl-ewwel istanza.

5)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati mal-appell odjern u mal-proċedura fl-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 445, 10.12.2018.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky - is-Slovakkja) – UB vs Generálny riaditeľ Sociálnej poisťovne Bratislava

(Kawża C-447/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 3 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Benefiċċju tax-xjuħija - Moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni Ewropea - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 7 - Ugwaljanza fit-trattament tal-ħaddiema nazzjonali u tal-ħaddiema migranti - Vantaġġi soċjali - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirriżerva l-għoti ta’ “allowance għar-rappreżentanti sportivi” biss għaċ-ċittadini ta’ dan l-Istat)

(2020/C 61/11)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UB

Konvenut: Generálny riaditeľ Sociálnej poisťovne Bratislava

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li allowance mħallsa lil ċerti sportivi ta’ livell għoli li jkunu rrappreżentaw lil Stat Membru, jew lill-predeċessuri legali ta’ dan, fil-kuntest ta’ kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali ma taqax taħt il-kunċett ta’ “benefiċċju tax-xjuħija”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u hija, għalhekk, eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.

2)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-benefiċċju ta’ allowance stabbilita favur ċerti sportivi ta’ livell għoli li jkunu rrappreżentaw lil dan l-Istat Membru, jew lill-predeċessuri legali ta’ dan, fil-kuntest ta’ kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali, b’mod partikolari għall-kundizzjoni li l-applikant ikollu n-nazzjonalità tal-imsemmi Stat Membru.


(1)  ĠU C 328, 17.9.2018.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Exportslachterij J. Gosschalk en Zn. BV (C-477/18), Compaxo Vlees Zevenaar BV, Ekro BV, Vion Apeldoorn BV, Vitelco BV (C-478/18) vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

(Kawża C-477/18 u C-478/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 882/2004 - Artikolu 27(1) u (4) - Punti 1 u 2 tal-Anness VI - Kontrolli uffiċjali tal-għalf u tal-prodotti tal-ikel - Finanzjament - Tariffi dovuti fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali - Kalkolu - Kunċett ta’ “persunal responsabbli għall-kontrolli uffiċjali” - Inklużjoni tal-persunal amministrattiv u ta’ appoġġ - Possibbiltà li jiġu ffatturati perijodi ta’ ħmistax-il minuta mitluba mill-biċċerija għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali iżda mhux maħduma - Kundizzjonijiet)

(2020/C 61/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Exportslachterij J. Gosschalk en Zn. BV (C-477/18), Compaxo Vlees Zevenaar BV, Ekro BV, Vion Apeldoorn BV, Vitelco BV (C-478/18)

Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 27(1) u (4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar s-saħħa ta’ l-annimali u l-welfare ta’ l-annimali, moqri flimkien mal-punti 1 u 2 tal-Anness VI ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jqisu bħala li jaqgħu taħt l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, u bħala li ma jeċċedux l-ispejjeż sostnuti mill-awtoritajiet kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament, is-salarji u l-ispejjeż tal-persunal amministrattiv u ta’ appoġġ, fi proporzjon mal-ħin li attivitajiet li jkunu marbuta b’mod indissoċjabbli mal-eżekuzzjoni tal-kontrolli uffiċjali jirrikjedu oġġettivament minn dan il-persunal.

2)

L-Artikolu 27(4)(a) tar-Regolament Nru 882/2004, moqri flimkien mal-Anness VI ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix il-fatturazzjoni ta’ tariffi lil biċċeriji għal perijodi ta’ ħmistax-il minuta ta’ kontrolli uffiċjali li dawn il-biċċeriji jkunu talbu lill-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 882/2004, iżda li ma ġewx effettivament maħduma, meta l-biċċerija suġġetta għall-imsemmi kontroll ma tkunx informat suffiċjentement minn qabel lil din l-awtorità bl-intenzjoni tagħha li tqassar it-tul tal-kontroll meta mqabbel mat-tul inizjalment previst.

3)

Il-punt 2 tad-dispożittiv ta’ din is-sentenza jista’ japplika fil-każ fejn, minn naħa, il-kontrolli uffiċjali jkunu twettqu minn veterinarji uffiċjali provviżorji li ma jitħallsux għall-perijodi ta’ ħmistax-il minuta mitluba mill-biċċeriji iżda mhux maħduma u, min-naħa l-oħra, il-parti tat-tariffa li tikkorrispondi għal dawn il-perijodi ta’ ħmistax-il minuta mitluba iżda mhux maħduma tiġi allokata sabiex jiġu koperti l-ispejjeż ġenerali tal-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 882/2004, jekk jiġi stabbilit li l-parti tat-tariffa relatata ma’ dawn il-perijodi ta’ ħmistax-il minuta ma tkunx tinkludi l-ispejjeż tas-salarji tal-veterinarji uffiċjali provviżorji mhux imħallsa u tkun tikkorrispondi verament għal spejjeż ġenerali li jaqgħu taħt kategorija waħda jew iktar ta’ spejjeż imsemmija fl-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004.

4)

L-Artikolu 27(4)(a) u (b) tar-Regolament Nru 882/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li rata medja tiġi applikata għall-biċċeriji mhux biss meta l-kontrolli uffiċjali jitwettqu minn veterinarji impjegati mill-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament, iżda wkoll meta jitwettqu minn veterinarji provviżorji, li r-remunerazzjoni tagħhom tkun iktar baxxa, bil-kundizzjoni li t-tariffi miġbura għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali, ikkunsidrati flimkien, ma jeċċedux, b’mod ġenerali, l-ispejjeż sostnuti mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli b’relazzjoni mal-elementi elenkati fl-Anness VI ta’ dan ir-regolament.

5)

L-Artikolu 27(4)(a) tar-Regolament Nru 882/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-kalkolu tat-tariffi għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali jieħu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż sabiex jinħoloq fond għal kumpannija privata li għaliha l-awtorità kompetenti, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, tirrikorri sabiex tirrekluta persunal awżiljarju uffiċjali, meta dan il-fond ikun intiż sabiex jitħallsu s-salarji u l-ispejjeż ta’ taħriġ tal-persunal li effettivament iwettaq il-kontrolli uffiċjali kif ukoll tal-persunal li jippermetti t-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali, fil-każ li sseħħ kriżi sanitarja.


(1)  ĠU C 373, 15.10.2018.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Nacional - Spanja) – Engie Cartagena S.L. vs Ministerio para la Transición Ecológica, anciennement Ministerio de Industria, Energía y Turismo

(Kawża C-523/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq intern tal-elettriku - Regoli komuni - Direttiva 2003/54/KE - Artikolu 3(2) - Direttiva 2009/72 - Artikolu 3(2) - Obbligi ta’ servizz pubbliku - Kunċett - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Finanzjament tal-programmi ta’ effiċjenza tal-enerġija - Indikazzjoni ta’ produtturi tal-enerġija elettrika - Kontribuzzjoni obbligatorja)

(2020/C 61/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Engie Cartagena S.L.

Konvenut: Ministerio para la Transición Ecológica, anciennement Ministerio de Industria, Energía y Turismo

Fil-preżenza ta’: Endesa Generación SA, EDP España SAU, Bizkaia Energía, SL, Iberdrola Generación SAU, Tarragona Power SL, Bahia de Bizkaia Electricidad SL, Viesgo Generación SL

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li kontribuzzjoni finanzjarja imposta fuq ċerti impriżi li jipproduċu enerġija elettrika għall-finijiet tal-finanzjament ta’ pjani ta’ ekonomija u ta’ effiċjenza enerġetika ġestita minn awtorità pubblika ma tikkostitwixxix obbligu ta’ servizz pubbliku li jaqa’ taħt din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 408, 12.11.2018.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – GN, irrappreżentata legalment minn HM vs ZU, bħala stralċjarju ta’ Niki Luftfahrt GmbH

(Kawża C-532/18) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Konvenzjoni ta’ Montréal - Artikolu 17(1) - Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru f’każ ta’ inċident - Kunċett ta’ ‘inċident’ - Inġenju tal-ajru matul it-titjira - Qlib ta’ tazza tal-kafè mqiegħda fuq il-mejda li tingħalaq ta’ sît - Feriti fiżiċi kkawżati lill-passiġġier”)

(2020/C 61/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GN, irrappreżentata legalment minn HM

Konvenut: ZU, bħala stralċjarju ta’ Niki Luftfahrt GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 17(1) tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999 u ffirmata mill-Komunità Ewropea fid-9 ta’ Diċembru 1999 u approvata għan-nom tagħha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-5 ta’ April 2001, għandu jiġi interpetat fis-sens li l-kunċett ta’ “inċident”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ikopri s-sitwazzjonijiet kollha li jseħħu fuq inġenju tal-ajru li fih oġġett użat għas-servizz lill-passiġġieri jkun ikkawża ferita fiżika lil passiġġier, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi vverifikat jekk dawn is-sitwazzjonijiet humiex ir-riżultat ta’ riskju inerenti għat-trasport bl-ajru.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Vicas Corp vs Il-Kummissjoni Ewropea, Furukawa Electric Co. Ltd

(Kawża C-582/18 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku taħt l-art u taħt il-baħar - Tqassim tas-suq fil-kuntest ta’ proġetti - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tas-sena 2006 - Determinazzjoni tal-piż relattiv tal-parteċipanti Ewropej u ta’ dawk mhux Ewropej fl-akkordju - Parteċipazzjoni ta’ impriżi Ewropej f’diversi livelli tal-akkordju - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)

(2020/C 61/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Vicas Corp (rappreżentant: J.-F. Bellis, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, A. Biolan u I. Zaloguin, aġenti), Furukawa Electric Co. Ltd (rappreżentanti: iniżjalment minn A. Luke u C. Pouncey, Solicitors, sussegwentement minn A. Luke u K. Fountoukakos-Kyriakakos, solicitors)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Viscas Corp. hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Furukawa Electric Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Furukawa Electric Co. Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Viscas Corp.

(Kawża C-589/18 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku taħt l-art u taħt il-baħar - Tqassim tas-suq fil-kuntest ta’ proġetti - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tas-sena 2006 - Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)

(2020/C 61/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Furukawa Electric Co. Ltd (rappreżentanti: iniżjalment minn A. Luke u C. Pouncey, solicitors, sussegwentement minn A. Luke u K. Fountoukakos-Kyriakakos, Solicitors)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, A. Biolan u I. Zaloguin, aġenti), Viscas Corp. (rappreżentant: J.-F. Bellis, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Furukawa Electric Co. Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Viscas Corp. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Fujikura Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Viscas Corp.

(Kawża C-590/18 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku taħt l-art u taħt il-baħar - Tqassim tas-suq fil-kuntest ta’ proġetti - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tas-sena 2006 - Determinazzjoni tal-piż relattiv tal-parteċipanti Ewropej u ta’ dawk mhux Ewropej fl-akkordju - Parteċipazzjoni ta’ impriżi Ewropej f’diversi livelli tal-akkordju - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)

(2020/C 61/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Fujikura Ltd (rappreżentant: L. Gyselen, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, A. Biolan u I. Zaloguin, aġenti), Viscas Corp. (rappreżentanti: J.-F. Bellis, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Fujikura Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Viscas Corp. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Paris - Franza) – IT Development SAS vs Free Mobile SAS

(Kawża C-666/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali - Direttiva 2004/48/KE - Protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter - Direttiva 2009/24/KE - Kuntratt ta’ liċenzja ta’ softwer - Tibdil mhux awtorizzat tal-kodiċi sors ta’ programm tal-kompjuter minn persuna liċenzjata bi ksur tal-kuntratt ta’ liċenzja - Azzjoni għal ksur eżerċitata mill-awtur tas-softwer kontra l-persuna liċenzjata - Natura tas-sistema ta’ responsabbiltà applikabbli)

(2020/C 61/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d'appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IT Development SAS

Konvenuta: Free Mobile SAS

Dispożittiv

Id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u d-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter għandhom jiġu interpretati fis-sens li ksur ta’ klawżola ta’ kuntratt ta’ liċenzja ta’ programm tal-kompjuter, li tirrigwarda drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur ta’ dan il-programm, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali”, fis-sens tad-Direttiva 2004/48, u li, konsegwentement, l-imsemmi proprjetarju għandu jkun jista’ jibbenefika mill-garanziji previsti minn din id-direttiva, indipendentement mis-sistema ta’ responsabbiltà applikabbli skont id-dritt nazzjonali.


(1)  ĠU C 4, 7.1.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof - il-Ġermanja) – Segler-Vereinigung Cuxhaven e.V. vs Finanzamt Cuxhaven

(Kawża C-715/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 98 - Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata mnaqqsa ta’ VAT għal ċerti kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi - Punt 12 tal-Anness III - Rata mnaqqsa ta’ VAT applikabbli għall-kiri ta’ spazji f’siti ta’ kkampjar u ta’ spazji f’parks għall-karavani - Kwistjoni tal-applikabbiltà ta’ din ir-rata mnaqqsa għall-kiri ta’ postijiet għall-irmiġġ tad-dgħajjes f’marina - Paragun mal-kiri ta’ spazji għall-ipparkjar ta’ vetturi - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ newtralità fiskali)

(2020/C 61/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Segler-Vereinigung Cuxhaven e.V.

Konvenuta: Finanzamt Cuxhaven

Dispożittiv

L-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-punt 12 tal-Anness III ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, prevista f’din id-dispożizzjoni, għall-kiri ta’ spazji f’siti ta’ kkampjar u ta’ spazji f’parks għall-karavani, ma hijiex applikabbli għall-kiri ta’ postijiet għall-irmiġġ tad-dgħajjes.


(1)  ĠU C 82, 4.3.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja) – Deutsche Umwelthilfe eV vs Freistaat Bayern

(Kawża C-752/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Artikolu 6, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 u l-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2008/50/KE - Tniġġis atmosferiku - Kwalità tal-arja ċirkostanti - Pjan dwar il-kwalità tal-arja - Valuri ta’ limitu għad-diossidu tan-nitroġenu - Obbligu li jiġu adottati miżuri xierqa għal perijodu ta’ qbiż minimu - Obbligu għall-qrati nazzjonali li jieħdu kull miżura neċessarja - Rifjut minn gvern reġjonali li jikkonforma ruħu ma’ ordni ġudizzjarja - Detenzjoni intiża kontra rappreżentanti politiċi għoljin jew uffiċjali għoljin tar-reġjun ikkonċernat - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Dritt għal-libertà personali - Bażi legali - Proporzjonalità)

(2020/C 61/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Umwelthilfe eV

Konvenut: Freistaat Bayern

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi kkaratterizzati minn rifjut persistenti ta’ awtorità nazzjonali sabiex tikkonforma ruħha ma’ deċiżjoni ta’ qorti li tobbligaha teżegwixxi obbligu ċar, preċiż u inkundizzjonat li jirriżulta mill-imsemmi dritt, b’mod partikolari mid-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, hija l-qorti nazzjonali kompetenti li għandha tordna detenzjoni kontra detenturi ta’ funzjoni, b’mod partikolari li jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika meta, fid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, teżisti bażi legali għall-adozzjoni ta’ tali restrizzjoni li tkun suffiċjentement aċċessibbli, preċiża u prevedibbli fl-applikazzjoni tagħha u sakemm il-limitazzjoni li tinġieb għad-dritt għal-libertà, iggarantit mill-Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, minħabba tali deċiżjoni tosserva l-kundizzjonijiet l-oħra stabbiliti f’dan ir-rigward fl-Artikolu 52(1) tal-Karta. Min-naħa l-oħra, fl-assenza ta’ tali bażi legali fid-dritt intern, id-dritt tal-Unjoni ma jawtorizzax lil din il-qorti li tirrikorri għal tali miżura.


(1)  ĠU C 54, 11.02.2019


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/17


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 minn Andreas Hauzenberger mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-11 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-349/18 – Andreas Hauzenberger vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-696/19)

(2020/C 61/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Andreas Hauzenberger (rappreżentanti: B. Bittner, Rechtsanwalt, U. Heinrich, Rechtsanwältin)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċiedet, permezz ta’ digriet tad-19 ta’ Diċembru 2019, li l-appell ma għandux jiġi ammess u li l-appellant għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-22 ta’ Novembru 2019 – G. Sp. z o.o. vs Dyrektorowi Izby Administracji Skarbowej w Bydgoszczy

(Kawża C-855/19)

(2020/C 61/22)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: G. Sp. z o.o

Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Bydgoszczy

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) u l-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2) kif emendata (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2006/112”), ma jipprekludux dispożizzjoni, bħall-Artikolu 103(5a) tal-ustawa z dnia 11 marca 2004 r. o podatku od towarów i usług (il-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar il-VAT) (3) kif emendata (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-VAT”), li tipprevedi li fil-każ ta’ akkwist intrakomunitarju ta’ karburanti, il-persuna taxxabbli għandha, mingħajr ma tintalab tagħmel dan mid-Direttur tal-Uffiċċju tad-Dwana, tikkalkola u tħallas it-taxxa lill-amministrazzjoni tad-dwana kompetenti għall-ħlas tad-dazji tas-sisa:

a)

f’terminu ta’ 5 ijiem mill-jum fejn l-oġġetti jkunu ġew ippreżentati fil-post ta’ riċeviment tal-prodotti suġġetti għas-sisa stabbilit fl-awtorizzazzjoni xierqa – jekk l-oġġetti kienu suġġetti għal akkwist intrakomunitarju fis-sens tal-ustawa z dnia 6 grudnia 2008 r. o podatku akcyzowym (il-Liġi tas-6 ta’ Diċembru 2008 dwar id-Dazju tas-Sisa) minn konsumatur irreġstrat taħt is-sistema ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa konformement mad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-qasam tad-dazji tas-sisa;

b)

f’terminu ta’ 5 ijiem mill-jum fejn l-oġġetti jkunu ġew importati f’entrepôt fiskali mit-territorju ta’ Stat Membru ieħor;

c)

waqt it-trasferiment ta’ dawn l-oġġetti fit-territorju nazzjonali – jekk l-oġġetti jiġu ttrasferiti barra minn sistema ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa konformement mad-dispożizzjonijiet fil-qasam tad-dazji tas-sisa?

2)

L-Artikolu 69 tad-Direttiva 2006/112 ma jipprekludix dispożizzjoni, bħall-Artikolu 103(5a) tal-Liġi dwar il-VAT, li tipprevedi li fil-każ ta’ akkwist intrakomunitarju ta’ karburanti l-persuna taxxabbli għandha, mingħajr ma tintalab tagħmel dan mid-Direttur tal-Uffiċċju tad-Dwana, tikkalkola u tħallas it-taxxa lill-amministrazzjoni tad-dwana kompetenti għall-ħlas tad-dazji tas-sisa:

a)

f’terminu ta’ 5 ijiem mill-jum fejn l-oġġetti jkunu ġew ippreżentati fil-post ta’ riċeviment tal-prodotti suġġetti għas-sisa stabbilit fl-awtorizzazzjoni xierqa – jekk l-oġġetti kienu suġġetti għal akkwist intrakomunitarju fis-sens tal-ustawa z dnia 6 grudnia 2008 r. o podatku akcyzowym (il-Liġi tas-6 ta’ Diċembru 2008 dwar id-Dazji tas-Sisa) minn konsumatur irreġistrat taħt is-sistema ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa konformement mad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-qasam tad-dazji tas-sisa;

b)

f’terminu ta’ 5 ijiem mill-jum fejn l-oġġetti jkunu ġew importati f’entrepôt fiskali mit-territorju ta’ Stat Membru ieħor;

c)

waqt it-trasferiment ta’ dawn l-oġġetti fit-territorju nazzjonali – jekk l-oġġetti jiġu ttrasferiti barra minn sistema ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa konformement mad-dispożizzjonijiet fil-qasam tad-dazji tas-sisa;

meta din tiġi interpretata fis-sens li l-ammont inkwistjoni ma jikkostitwixxix ħlas interim ta’ VAT fis-sens tal-Artikolu 206 tad-Direttiva 2006/112?

3)

Ħlas interim fuq il-VAT fis-sens tal-Artikolu 206 tad-Direttiva 2006/112 li ma jsirx fit-terminu previst jitlef l-eżistenza legali fi tmiem il-perijodu ta’ dikjarazzjoni tat-taxxa li fuqu għandu jsir tali ħlas interim?


(1)  ĠU 2012, C 326, p. 1, verżjoni kkonsolidata.

(2)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60, u fil-ĠU 2018, L 329, p. 63.

(3)  Dz. U. 2016, pożizzjoni 710.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-27 ta’ Novembru 2019 – SC vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych I Oddziałowi w Warszawie Wydziałowi Realizacji Umów Międzynarodowych

(Kawża C-866/19)

(2020/C 61/23)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SC

Konvenut: Zakład Ubezpieczeń Społecznych I Oddział w Warszawie Wydział Realizacji Umów Międzynarodowych

Domanda preliminari

L-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istituzzjoni kompetenti:

a)

għandha tieħu inkunsiderazzjoni – konformement mad-dritt nazzjonali – il-perijodi mhux kontributtivi fil-limitu tat-terz tat-total tal-perijodi kontributtivi kkompletati taħt id-dritt nazzjonali u taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stati Membri oħra kemm sabiex jiġi ddeterminat l-ammont teoretiku (punt i) kif ukoll sabiex jiġi ddeterminat l-ammont effettiv tal-benefiċċju (punt ii); jew

b)

għandha tieħu inkunsiderazzjoni – konformement mad-dritt nazzjonali – il-perijodi mhux kontributtivi fil-limitu tat-terz tat-total tal-perijodi kontributtivi kkompletati taħt id-dritt nazzjonali u taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stati Membri oħra biss sabiex jiġi ddeterminat l-ammont teoretiku (punt i) iżda mhux sabiex jiġi ddeterminat l-ammont effettiv tal-benefiċċju (punt ii); jew

c)

ma għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni, meta jiġi ddeterminat l-ammont teoretiku (punt i) u l-ammont effettiv tal-benefiċċju (punt ii), il-perijodi ta’ assigurazzjoni kkompletati fi Stat Membru ieħor għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu applikabbli għall-perijodi mhux kontributtivi previst fid-dritt nazzjonali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-10 ta’ Diċembru 2019 – DQ vs Ministre de la Transition écologique et solidaire, Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-903/19)

(2020/C 61/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DQ

Konvenuti: Ministre de la Transition écologique et solidaire, Ministre de l’Action et des Comptes publics

Domanda preliminari

Il-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(1) tal-Anness VIII tar-Regolament li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll ir-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-membri tal-persunal l-oħra (1), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004 (2), huwa rriżervat biss għall-uffiċjali u għall-membri tal-persunal bil-kuntratt impjegati għall-ewwel darba f’amministrazzjoni nazzjonali wara li kienu impjegati bħala uffiċjal, membru tal-persunal bil-kuntratt jew membru tal-persunal temporanju f’istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, jew huwa miftuħ ukoll għall-uffiċjali u għall-membri tal-persunal bil-kuntratt li qegħdin jerġgħu lura fis-servizz ta’ amministrazzjoni nazzjonali wara li eżerċitaw funzjonijiet f’istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea u kienu, matul dan il-perijodu, ingħataw status mhux attiv jew leave għal raġunijiet personali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (Ir-Regolamenti ta’ l-lstaff) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 2, p. 5, rettifiki fil-ĠU 2007, L 248, p. 27, u fil-ĠU 2016, L 289, p. 21).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 723/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004 Li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 2, p. 130, rettifiki fil-ĠU 2007, L 248, p. 26, fil-ĠU 2012, L 130, p. 24, fil-ĠU 2012, L 342, p. 48, u fil-ĠU 2016, L 289, p. 21).


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-11 ta’ Diċembru 2019 – FO vs Ministère public

(Kawża C-906/19)

(2020/C 61/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FO

Konvenut: Ministère public

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (1), li abbażi tagħhom “Stat Membru għandu jagħti l-kapaċità lill-awtoritajiet kompetenti li jimponu penali fuq impriża u/jew xufier għal ksur ta’ dan ir-Regolament li jinqabad fit-territorju tiegħu u li għalih tkun għadha ma ġietx imposta penali, anki meta dak il-ksur ikun sar fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiz terz”, japplikaw biss għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jew ukoll għall-ksur ta’ dawk tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (2), li ġie ssostitwit bir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq (3)?

2)

L-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa permess li sewwieq jidderoga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(2) u (7) tar-Regolament Nru 3821/85, li abbażi tagħhom is-sewwieq għandu jkun jista’ jippreżenta, kull meta jkun mitlub jagħmel dan minn uffiċjal ta’ spezzjoni, il-karti ta’ reġistrazzjoni u l-informazzjoni kollha għall-jum kurrenti u għat-tmienja u għoxrin jum preċedenti, fil-każ ta’ użu matul perijodu ta’ tmienja u għoxrin jum ta’ vettura għal traġitti li xi wħud minnhom jaqgħu taħt il-previżjonijiet tad-dispożizzjonijiet tal-eċċezzjoni ċċitata iktar ’il fuq, u oħrajn ma jawtorizzaw ebda deroga mill-użu ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni?


(1)  ĠU 2006, L 102, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 195, p. 83.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 227.

(3)  Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU 2014, L 60, p. 1).


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-13 ta’ Diċembru 2019 – Fédération bancaire française (FBF) vs Autorité de contrôle prudentiel et de résolution (ACPR)

(Kawża C-911/19)

(2020/C 61/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fédération bancaire française (FBF)

Konvenuta: Autorité de contrôle prudentiel et de résolution (ACPR)

Domandi preliminari

1)

Il-linji gwida maħruġa minn awtorità superviżorja Ewropea jistgħu jkunu s-suġġett tar-rikors għal annullament previst mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 263 TFUE? F’każ ta’ risposta fl-affermattiv, federazzjoni professjonali tista’ tikkontesta, permezz ta’ rikors għal annullament, il-validità ta’ linji gwida diretti lejn il-membri li tagħhom din tiddefendi l-interessi u li ma jikkonċernawha la direttament u lanqas individwalment?

2)

F’każ ta’ risposta fin-negattiv għal waħda miż-żewġ domandi magħmula fil-punt 1, il-linji gwida maħruġa minn awtorità superviżorja Ewropea jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari previst mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 267 TFUE? F’każ ta’ risposta fl-affermattiv, federazzjoni professjonali tista’ tikkontesta, permezz ta’ eċċezzjoni, il-validità ta’ linji gwida diretti lejn il-membri li tagħhom din tiddefendi l-interessi u li ma jikkonċernawha la direttament u lanqas individwalment?

3)

F’każ li l-Fédération bancaire française tkun ammissibbli sabiex tikkontesta, permezz ta’ eċċezzjoni, il-linji gwida adottati mill-Awtorità Bankarja Ewropea fit-22 ta’ Marzu 2016, din l-Awtorità tkun, bil-ħruġ ta’ dawn il-linji gwida, eċċediet il-kompetenzi mogħtija lilha bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (1)?


(1)  Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU 2010, L 331, p. 12).


Il-Qorti Ġenerali

24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – BPC Lux 2 et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-812/14 RENV) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mill-awtoritajiet Portugiżi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni finanzjarja Banco Espírito Santo - Ħolqien u kapitalizzazzjoni ta’ bank tranżitorju - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà)

(2020/C 61/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BPC Lux 2 et (Senningerberg, Lussemburgu) u d-19 ir-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fil-anness tas-sentenza (rappreżentanti: Webber, M. Steenson, solicitors, B. Woolgar u K. Bacon, barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u P.-J. Loewenthal, agents)

Intervenjenti, insostenn tal-konvenuta:: Ir-Repubblika Portuġiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u S. Jaulino, agents, assistiti minn M. Mendes Pereira, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 5682 finali, tat-3 ta’ Awwissu 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39250 (2014/N) – Il-Portugall – Riżoluzzjoni ta’ Banco Espírito Santo, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

BPC Lux 2 Sàrl u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ proċedura għal miżuri provviżorji, tal-ewwel istanza u ta’ rinviju.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż li ġarrbet fil-kuntest tal-proċedura tal-appell.

4)

Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 46, 9.2.2015.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-14/18) (1)

(FEAGA u Feader - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Għajnuna diretta diżakkoppjata - korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa - Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 - Artikolu 12 tar- Regolament Delegat (UE) Nruo907/2014 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Evalwazzjoni tad-dannu - Proporzjonalità)

(2020/C 61/28)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, E. Leftheriotou u A. Vasilopoulou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u D. Bianchi, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għal annullament Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2014 tat-8 ta’ Novembru 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (notifikata bid-dokument C (2017) 7263) (ĠU 2017, L 292 p. 61) f’dak li jirrigwarda r-Repubblika Ellenika.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Probelte vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-67/18) (1)

(Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva 8-idrossikwinolina - Applikazzjoni għall-modifika tal-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni - Proċedura ta’ klassifikazzjoni u ta’ ttikkettjar armonizzati - Dritt għal smigħ - Aspettattivi leġittimi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

(2020/C 61/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Probelte, SA (Murcia, Spanja) (rappreżentanti: C. Mereu u S. Saez Moreno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis, G. Koleva u I. Naglis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2065 tat-13 ta’ Novembru 2017 li jikkonferma l-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva 8-idrossikwinolina, kif stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 540/2011 u li jimmodifika r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408 fir-rigward tal-inklużjoni tas-sustanza attiva 8-idrossikwinolina fil-lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni (ĠU 2017, L 295, p. 40).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Probelte, SA, minbarra l-ispejjeż tagħha, għandha tbati dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Vanda Pharmaceuticals vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-211/18) (1)

(“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Talba għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Fanaptum - iloperidone - Deċiżjoni ta’ rifjut tal-Kummissjoni - Regolament (KE) Nru 726/2004 - Evalwazzjoni xjentifika tar-riskji u tal-benefiċċji ta’ prodott mediċinali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament”)

(2020/C 61/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vanda Pharmaceuticals Ltd (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Meulenbelt, B. Natens, A.-S. Melin u C. Muttin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Haasbeek u A. Sipos, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 252 finali tal-15 ta’ Jannar 2018 li tirrifjuta li tagħti awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, konformement mar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229), għall-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem Fanaptum — iloperidone, u, min-naħa l-oħra, tal-opinjoni kif ukoll tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) tad-9 ta’ Novembru 2017.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vanda Pharmaceuticals Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Zotkov vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-457/18) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Remunerazzjoni - Allowance tal-familja - Talba għall-assimilazzjoni ta’ persuna għal wild dipendenti - Kundizzjonijiet għall-għoti - Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni - fil-kalkolu tal-manteniment - Żball ta’ liġi)

(2020/C 61/31)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: Rosen D. Zotkov (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Stankov, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Y. Marinova u D. Milanowska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2018 li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża għall-kisba tal-allokazzjoni għal persuni assimilati għal wild dipendenti u, min-naħa l-oħra, għar-reviżjoni mill-Kummissjoni tal-imsemmija deċiżjoni, wara l-korrezzjoni tal-kalkolu finanzjarju.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rosen D. Zotkov huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 341, 24.9.2018.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 19 ta’ Diċembru 2019 – Currency One vs EUIPO – Cinkciarz.pl (CINKCIARZ)

(Kawża T-501/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CINKCIARZ - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Kelma peġġorattiva li hija marbuta mal-prodotti jew mas-servizzi inkwistjoni”)

(2020/C 61/32)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Currency One S.A. (Poznań, il-Polonja) (rappreżentanti: P. Szmidt u B. Jóźwiak, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cinkciarz.pl sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska u K. Gajek, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 2598/2017-5), marbuta ma’ proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Currency One u Cinkciarz.pl.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Currency One S.A. hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha, għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Cinkciarz.pl sp. z o.o.


(1)  ĠU C 364, 8.10.2018.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-509/18) (1)

(“FEAGA u Feader - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Termini applikabbli bejn diversi żjarat tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni - Tħabbir ta’ verifiki fuq il-post - Avviż impliċitu - Artikoli 25 u 26 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa”)

(2020/C 61/33)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Pavliš, O. Serdula u J. Vláčil, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis, A. Sauka u K. Walkerová, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/873 tat-13 ta’ Ġunju 2018 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nefqa partikolari li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) (ĠU 2018, L 152, p. 29), sa fejn hija teskludi l-ħlasijiet imwettqa mir-Repubblika Ċeka skont il-FAEG għal ammont ta’ EUR 151 116,65.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/873 tat-13 ta’ Ġunju 2018 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nefqa partikolari li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) hija annullata sa fejn il-Kummissjoni Ewropea eskludiet il-ħlasijiet imwettqa mir-Repubblika Ċeka skont il-FAEŻR għal ammont ta’ EUR 151 116,65.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 5.11.2018 .


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Vins el Cep vs EUIPO Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien (MIM NATURA)

(Kawża T-589/18) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MIM NATURA - Reġistrazzjonijiet internazzjonali verbali u figurattivi u trade mark nazzjonali verbali preċedenti MM, MM u MUMM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 61/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vins el Cep, SL (Sant Sadurní d'Anoia, Spanja) (rappreżentanti: J. Vázquez Salleras u G. Ferrer Gonzalvez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien GmbH (Eltville, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2018 (Kawża R 2270/2017-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien u Vins el Cep, SL

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vins el Cep, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2019 – Gres de Aragón vs EUIPO (GRES ARAGÓN)

(Kawża T-624/18) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GRES ARAGÓN - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ liġi)

(2020/C 61/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Gres de Aragón, SA (Alcalñiz, Spanja) (rappreżentant: J. Learte Álvarez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas, H. O’Neill u D. Botis, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Awwissu 2018 (Kawża R 2269/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv GRES ARAGÓN bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Awwissu 2018 (Kawża R 2269/2017-1) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 445, 10.12.2018.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – ZQ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-647/18) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Fastidju psikoloġiku - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Ċaħda ta’ talba - Terminu raġonevoli - Assenza ta’ prova prima facie - Obbligu ta’ motivazzjoni - Responsabbiltà)

(2020/C 61/36)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZQ (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin, aġenti, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2017 li tiċħad it-talba għall-għajnuna imressqa mir-rikorrent fit-18 ta’ Awwissu 2017 u, fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2018 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent fid-19 ta’ Marzu 2018 u, min-naħa l-oħra, sabiex jikseb kumpens għad-dannu materjali u morali li allegatament sofra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ZQ minbarra l-ispejjeż tiegħu, għandu jbati dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 16, 14.1.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Vieta Audio (Vita)

(Kawża T-690/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Vita - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti - Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Awtorità ta’ res judicata”)

(2020/C 61/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Vieta Audio, SA (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Settembru 2018 (Każ R 695/2018-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Vieta Audio u Sony Interactive Entertainment Europe.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Settembru 2018 (Każ R 695/2018-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Vieta Audio, SA u Sony Computer Entertainment Europe Ltd, hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Sony Computer Entertainment Europe.


(1)  ĠU C 35, 28.1.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – El Corte Inglés vs EUIPO – Lloyd Shoes (LLOYD)

(Kawża T-729/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LLOYD - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti LLOYD’S - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 61/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. F. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lloyd Shoes GmbH (Sulingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Stöckel, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Settembru 2018 (Każ R 2385/2017-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés u Lloyd Shoes.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

El Corte Inglés, SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

3)

Lloyd Shoes GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 44, 4.2.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Japan Tobacco vs EUIPO – I.J. Tobacco Industry (I.J. TOBACCO INDUSTRY)

(Kawża T-743/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva I.J. TOBACCO INDUSTRY - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti JTi - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 61/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Japan Tobacco, Inc. (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: J. Gracia Albero u R. Ahijón Lana, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Śliwińska, J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: I.J. Tobacco Industry FZE (Ras Al Khaimah, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: A.-E. Malami, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 979/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Japan Tobacco u I.J. Tobacco Industry.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Japan Tobacco, Inc., għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk imġarrba mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), kif ukoll dawk imġarrba minn I.J. Tobacco Industry FZE.


(1)  ĠU C 65, 18.2.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Karlovarské minerální vody vs EUIPO – Aguas de San Martín de Veri (VERITEA)

(Kawża T-28/19) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VERITEA - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea VERI - AGUA PURA DEL PIRINEO - Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Obbligu ta’ motivazzjoni)

(2020/C 61/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Karlovarské minerální vody a.s. (Karlovy Vary, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: J. Mrázek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaite, J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aguas de San Martín de Veri, SA (Bisaurri, Spanja) (rappreżentanti: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2018 (Kawża R 499/2018-5), war proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aguas de San Martín de Veri u Karlovarské minerální vody.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud..

2)

Karlovarské minerální vody a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 4.3.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Amigüitos pets & life vs EUIPO – Société des produits Nestlé (THE ONLY ONE by alphaspirit wild and perfect)

(Kawża T-40/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea THE ONLY ONE by alphaspirit wild and perfect - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ONE - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001”)

(2020/C 61/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Amigüitos pets & life, SA (Lorca, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Sakalaitė-Orlovskienė u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, A. Lambrecht u C. Elkemann, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2018 (Każ R 272/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn is-Société des produits Nestlé SA u Amigüitos pets & life.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Novembru 2018 (Każ R 272/2018-4) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Amigüitos pets & life, SA, inkluż għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

4)

Société des produits Nestlé SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Amigüitos pets & life, inkluż għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 93, 11.3.2019..


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 19 ta’ Diċembru 2019 – Nosio vs EUIPO (BIANCOFINO)

(Kawża T-54/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BIANCOFINO - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001”)

(2020/C 61/42)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nosio SpA (Mezzocorona, l-Italja) (rappreżentanti: J. Graffer u A. Ottolini, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Novembru 2018 (Każ R 2434/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BIANCOFINO bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nosio SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 25.3.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Südwestdeutsche Salzwerke vs EUIPO (Bad Reichenhaller Alpensaline)

(Kawża T-69/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Bad Reichenhaller Alpensaline - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 61/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Südwestdeutsche Salzwerke AG (Heilbronn, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u A. Söder, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2018 (Każ R 412/2018-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Bad Reichenhaller Alpensaline bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Südwestdeutsche Salzwerke AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 25.3.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Vereinigung der Bayerischen Wirtschaft vs EUIPO (eVoter)

(Kawża T-175/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea eVoter - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 61/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vereinigung der Bayerischen Wirtschaft eV (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Genz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u A. Söder, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2019 (Każ R 1983/2018-5), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali eVoter bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vereinigung der Bayerischen Wirtschaft eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C ##, ##.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Amazon Technologies vs EUIPO (ring)

(Kawża T-270/19) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva ring - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

(2020/C 61/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Amazon Technologies, Inc. (Seattle, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Klett u C. Mikyska, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Lapinskaite, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2019 (Każ R 2211/2018-5), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva ring.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Amazon Technologies, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2019 – repowermap.org vs EUIPO – Repower (REPOWER)

(Kawża T-188/16) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali REPOWER - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2020/C 61/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: repowermap.org (Berne, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Repower AG (Brusio, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Kunz-Hallstein u H. P. Kunz-Hallstein, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Frar 2016 (Każ R 2311/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn repowermap.org u Repower.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2019 – Kipper vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-394/18)

(Prestatarju ta’ servizzi indipendenti tal-Kummissjoni (free-lance) - Talba intiża għall-benefiċċju minn diversi allowances soċjali mogħtija lill-uffiċjali fil-Kategorija B - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni)

(2020/C 61/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Michael Kipper (Remich, il-Lussemburgu) (rappreżentant: H-J. Dupré, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u T. Bohr, aġenti)

Suġġett

Talba għall-benefiċċju minn diversi allowances soċjali mogħtija lill-uffiċjali fil-Kategorija B.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud inkwantu ppreżentat quddiem qorti li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċidih.

2)

Michael Kipper huwa kkundannat għall-ispejjeż.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2019 – AG vs Europol

(Kawża T-756/18) (1)

(Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1889 dwar ix-xoljiment tal-fond tal-pensjoni tal-Europol - Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà)

(2020/C 61/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: AG (rappreżentant: C. Abrar, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (rappreżentanti: J. Teal u A. Ketels, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għal annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Europol dwar iċ-ċaħda tal-ilment tiegħu tat-2 ta’ Lulju 2018 kontra r-rifjut impliċitu tal-Europol biex tadotta deċiżjoni motivata dwar id-drittijiet tar-rikorrent fil-fond ta’ pensjoni proviżorju indipendenti stabbilit mill-Artikolu 37 tal-Anness 6 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

AG u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

4)

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati mat-talba tiegħu għal intervent.


(1)  ĠU C 93, 11.3.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2019 – Lazarus Szolgáltató és Kereskedelmi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-763/18) (1)

(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna allegatament illegali implimentata mill-Ungerija favur impriżi li jimpjegaw ħaddiema b’diżabbiltà - Allegati deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiddikjaraw il-miżura ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Konoxxenza miksuba - Prova - Obbligu ta’ diliġenza - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)

(2020/C 61/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Lazarus Szolgáltató és Kereskedelmi Kft. (Lazarus Kft.) (Békés, l-Ungerija) (rappreżentant: L. Szabó, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u C. Georgieva-Kecsmar, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiza għall-annullament tad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni allegatament adottat u li jirrigwardaw, minn naħa, l-ilment SA.29432 – CP 290/2009 – l-Ungerija – Għajnuna għall-impjieg ta’ ħaddiema diżabbli allegatament illegali minħabba n-natura diskriminatorja tal-leġiżlazzjoni u, min-naħa l-oħra, l-ilment SA.45498 (FC/2016) – Ilment magħmul minn OPS Újpest-lift Kft. b’rabta mal-għajnuniet mill-Istat mogħtija bejn l-2006 u l-2012 favur l-impriżi li jimpjegaw ħaddiema diżabbli.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lazarus Szolgáltató és Kereskedelmi Kft. (Lazarus Kft.) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 103, 18.3.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2019 – Nowhere vs EUIPO – Junguo Ye (APE TEES)

(Kawża T-12/19) (1)

(“Trademark tal-Unjoni Ewropea - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tal-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2020/C 61/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nowhere Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: A. Norris, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Sipos u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Junguo Ye (Elche, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 2474/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nowhere u J. Ye

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 72, 25.2.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2019 – Vlaamse Gemeenschap u Vlaams Gewest vs Il-Parlament u l-Kunsill

(Kawża T-66/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Suq intern - Libertajiet Fundamentali - Regolament (UE) 2018/1724 - Stabbiliment ta’ gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi - Awtorità infrastatali - Locus standi - Inċidenza individwali - Inammissibbiltà”)

(2020/C 61/51)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Vlaamse Gemeenschap (il-Belġju) u Vlaams Gewest (il-Belġju) (rappreżentanti: T. Eyskens, N. Bonbled u P. Geysens, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. McDowell, R. van de Westelaken u M. Peternel, aġenti), u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Michoel u O. Segnana, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU 2018, L 295, p. 1),

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Vlaamse Gemeenschap u Vlaamse Gewest għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mat-talba għal invervent.


(1)  ĠU C 122, 1.4.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – DK Company vs EUIPO – Hunter Boot (DENIM HUNTER)

(Kawża T-74/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva DENIM HUNTER - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2020/C 61/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: DK Company A/S (Ikast, id-Danimarka) (rappreżentant: S. Hansen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hunter Boot (Edinburgh, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2018 (Każ R 849/2018-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hunter Boot u DK Company.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 25.3.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2019 – ZU vs SEAE

(Kawża T-154/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Spejjeż ta’ missjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att li ma jikkawżax preġudizzju - Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża - Rikors prematur - Inammissibbiltà”)

(2020/C 61/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZU (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spac, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-SEAE tat-30 ta’ Novembru 2018, fil-parti tagħha li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tas-27 ta’ Lulju 2018, safejn din kienet impliċitament tirrigwarda ċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent tas-26 ta’ Frar 2018 marbuta ma’ spejjeż ta’ missjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

ZU huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 155, 6.5.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2019 – Ceramica Flaminia vs EUIPO – Ceramica Cielo (goclean)

(Kawża T-192/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva goclean - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2020/C 61/54)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ceramica Flaminia SpA (Civita Castellana, l-Italja) (rappreżentanti: A. Improda u R. Arista, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Capostagno, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ceramica Cielo SpA (Fabrica di Roma, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Jannar 2019 (Każ R 991/2018-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ceramica Cielo u Ceramica Flaminia.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 206, 17.6.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2019 – Società Agricola Tenuta di Rimale et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-210/19) (1)

(Rikors għal annullament - Politika agrikola komuni - Regoli vinkolanti dwar ir-regolamentazzjoni tal-provvista tal-ġobon b'denominazzjoni ta’ oriġini protetta - Ċaħda tat-talba ta’ atti ta’ implimentazzjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà)

(2020/C 61/55)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società Agricola Tenuta di Rimale Ss (Fidenza, l-Italja) u d-9 rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: M. Libertini, A. Scognamiglio u M. Spolidoro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u F. Moro, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Frar 2019 [Ares(2019) 677860] ċaħdet it-talba tar-rikorrenti, minn naħa, li jkollha l-allegat ksur stabbilit mill-awtoritajiet Taljani tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU 2013, L 347, p. 671), kif ukoll tal-Artikolu 101 TFUE u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni, abbażi tal-Artikolu 150(8) tar-regolament imsemmi, li jeżiġu r-revoka mir-Repubblika Taljana tar-regoli relatati mar-regolamentazzjoni tal-provvista tal-ġobon parmigiano reggiano għall-perijodu 2017-2019.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Società Agricola Tenuta di Rimale Ss u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsabu fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2019 – Dragomir vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-297/19) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - L-Istat tad-dritt - Indipendenza tal-ġustizzja - Dritt għal smigħ xieraq - Protezzjoni tad-data personali - Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri intiżi sabiex jiġi żgurat li r-Rumanija tosserva l-obbligi tagħha - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2020/C 61/56)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrent: Daniel Dragomir (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: R. Chiriță, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u H. Stancu, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent kien allegatament issubixxa mill-fatt, minn naħa, tal-ommissjoni tal-Kummissjoni milli tissodisfa l-obbligi tagħha relatati mal-osservanza, mir-Rumanija, tal-Istat tad-dritt, tal-indipendenza tal-ġustizzja u tad-dritt għal smigħ xieraq u, min-naħa l-oħra, tal-ommissjoni tal-Kummissjoni milli tissodisfa l-obbligi tagħha relatati mal-protezzjoni tad-data personali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Daniel Dragomir huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 270, 12.8.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2019 – Gollnisch vs Il-Parlament

(Kawża T-319/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Dritt istituzzjonali - Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Modifika tal-iskema ta’ pensjoni komplimentari volontarja - Att regolatorju - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Dewmien - Att mhux suġġett għal rikors - Nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti formali - Inammissibbiltà”)

(2020/C 61/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bruno Gollnisch (Villiers-le-Mahieu, Franza) (rappreżentant: B. Bonnefoy-Claudet, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: Z. Nagy u M. Ecker, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU 2018, C 466, p. 8), tal-ittra tas-26 ta’ Marzu 2019 tal-President tal-Parlament li ċaħdet l-appell intern kontra d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament, kif ukoll tal-atti kollha meħuda konsegwentement.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Bruno Gollnisch għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 225, 29.7.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Jalkh vs Il-Parlament

(Kawża T-360/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Dritt istituzzjonali - Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew - Att li ma jistax jiġi kkonstestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà”)

(2020/C 61/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-François Jalkh (Gretz-Armainvilliers, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: Z. Nagy u S. Lucente, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF (COM(2018)0338 – C8-0214/2018 – 2018/0170(COD)).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Jean-François Jalkh huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 263, 5.8.2019.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/46


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2019 – FF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-654/19 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Responsabbiltà tal-Unjoni - Ritratt ta’ raġel użat bħala avviż relatat mas-saħħa - Rikors għad-danni - Talba għal miżuri provviżorji - Neċessità - Inammissibbiltà”)

(2020/C 61/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: FF (rappreżentant: A. Fittante, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Rubene u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża sabiex tiġi ordnata perizja bħala miżura provviżorja.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/47


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2019 – WM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-411/18)

(2020/C 61/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: WM (rappreżentant: B. Entringer, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tas-Selezzjoni tas-27 ta’ Settembru 2017 fil-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/338/17 dwar ir-rifjut li tinkludi lir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-19 ta’ April 2018 li tiċħad l-ilment Nru R/75/17;

tagħti lir-rikorrent ammont ta’ mhux inqas minn EUR 25 000 bħala danni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed li jallega li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ugwaljanza fit-trattament relatati ma’ impjieg u xogħol.

Insostenn tal-motiv tiegħu, ir-rikorrent jirreferi għall-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/78 (1) u għall-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u jargumenta li l-konvenuta naqset milli twettaq l-evalwazzjoni individwali meħtieġa tar-rekwiżiti tar-rikorrent.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79)


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/48


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2019 – Gaspar vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-827/19)

(2020/C 61/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Norbert Gaspar (Mensdorf, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Wardyn, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2018; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 7(1) tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni:

is-snin ta’ servizz trasferibbli għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-ammont effettivament ittrasferit li minnu għandu jitnaqqas l-apprezzament tal-kapital bejn id-data tal-applikazzjoni għal trasferiment u d-data attwali tat-trasferiment;

il-PMO żbalja meta kkalkula d-drittijiet għall-pensjoni trasferibbli abbażi biss tal-ammont ipprovdut mill-amministrazzjoni nazzjonali fid-deċiżjoni provviżorja filwaqt li l-ammont effettivament ittrasferit ma kkorrispondix unikament mal-apprezzament tal-kapital bejn id-data tal-applikazzjoni għal trasferiment u d-data attwali tat-trasferiment.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-arrikkiment indebitu tal-Unjoni:

il-kalkolu tas-snin trasferibbli abbażi ta’ ammont provviżorju li kien suġġett għal kalkolu mill-ġdid u li ma kkorrispondix unikament mal-apprezzament tal-kapital bejn id-data tal-applikazzjoni għal trasferiment u d-data attwali tat-trasferiment irriżulta f’arrikkiment indebitu tal-Unjoni.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/48


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Golden Omega vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-846/19)

(2020/C 61/62)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Golden Omega S.A. (Santjago, iċ-Ċilì) (rappreżentant: S. Moolenaar, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1661 tal-24 ta’ Settembru 2019 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU 2019, L 251, p. 1) kollu kemm hu.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni eċċediet is-setgħat li jagħtiha l-Artikolu 9(1) tar-Regolament 2658/87 permezz tal-emenda illegali tal-portata tal-intestatura NC 1516.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni eċċediet is-setgħat li jagħtiha l-Artikolu 9(2) tar-Regolament 2658/87 permezz tal-emenda illegali tat-tariffa doganali, għaliex ir-regolament ta’ klassifikazzjoni ċċitat iktar ’il fuq jemenda t-tariffa doganali b’tali mod li dan ir-regolament ta’ klassifikazzjoni issa jeskludi prodotti minn intestatura NM li taħtha l-prodott ikkonċernat għandu jiġi kklassifikat abbażi tal-karatteristiċi u tal-proprjetajiet oġġettivi tiegħu.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/49


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2019 – Body Attack Sports Nutrition vs EUIPO – Sakkari (SAKKATTACK)

(Kawża T-851/19)

(2020/C 61/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Body Attack Sports Nutrition GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Labesius, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Maria Sakkari (Nikosija, Ċipru)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni figurattiva “SAKKATTACK” bil-kuluri iswed, aħmar, isfar, abjad u griż – Applikazzjoni għar-reġsitrazzjoni Nru 16 603 557

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 2560/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna li din il-kawża tiġi magħquda mal-Kawża T-788/19;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 37(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tar-regola ta’ trattament ugwali u ta’ amministrazzjoni xierqa;

Ksur tal-Artikolu 94(1)(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/50


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2019 – Dehousse vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-857/19)

(2020/C 61/64)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Franklin Dehousse (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u S. Rodrigues, avukati)

Konvenut: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-deċiżjoni tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Ottubru 2019, dwar miżura ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-20 ta’ Settembru 2019, Dehousse vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (T 433/17, EU:T:2019:632), ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata ma kinitx tikkostitwixxi miżura adegwata li tinvolvi l-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża T-433/17, Dehousse vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-2016 dwar l-aċċess għad-dokumenti amministrattivi, tal-Artikolu 15(3) TFUE u tal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet u tad-dmir ta’ trasparenza.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, inkluż l-obbligu ta’ motivazzjoni.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/51


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2019 – Brasserie St Avold vs EUIPO (Forma ta’ flixkun)

(Kawża T-862/19)

(2020/C 61/65)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Brasserie St Avold (Saint-Avold, Franza) (rappreżentant: P. Greffe, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ sinjal tridimensjonali li jindika l-Unjoni Ewropea (Forma ta’ flixkun) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 408 065

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 466/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/52


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2019 – Production Christian Gallimard vs EUIPO – Éditions Gallimard (PCG CALLIGRAM CHRISTIAN GALLIMARD)

(Kawża T-863/19)

(2020/C 61/66)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Production Christian Gallimard (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Dreyfuss-Bechmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Éditions Gallimard la nouvelle revue française éditions de la nouvelle revue française SA (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO:

Applikant għat-trade mark inkwistjoni: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark ikontestata inkwistjoni: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PCG CALLIGRAM CHRISTIAN GALLIMARD – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 15 299 589

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 2316/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli dan ir-rikors u l-annessi;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-kumpannija Éditions Gallimard (jekk din tal-aħħar tintervjeni f’din il-proċedura) għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/53


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2019 – AI et vs ECDC

(Kawża T-864/19)

(2020/C 61/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AI AI, HV, HW u HY (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, lawyers)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-ECDC tal-11 ta’ Frar 2019 li tiċħad it-talba tagħhom għal kumpens tal-11 ta’ Ottubru 2018;

-tannulla, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni tal-10 ta’ Settembru 2019 li tiċħad l-ilment tagħhom tal-10 ta’ Mejju 2019;

tikkundanna l-kumpens tad-dannu materjali u morali allegatament subit mir-rikorrenti

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti wara li speċifikaw is-sitwazzjonijiet fattwali tagħhom, ressqu l-allegazzjonijiet i tagħhom dwar il-ħtija mwettqa mill-konvenut, id-dannu mġarrab u r-rabta bejn il-ħtija u d-dannu.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/53


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2019 – Nevinnomysskiy Azot u NAK “Azot” vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-865/19)

(2020/C 61/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AO Nevinnomysskiy Azot (Nevinnomyssk, ir-Russja), AO Novomoskovskaya Aktsionernaya Kompania NAK “Azot” (Novomoskovsk, ir-Russja) (rappreżentanti: E. Gergondet, u P. Vander Schueren, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-kawża ammissibbli;

tannulla r-regolament ikkontestat, sa fejn dan japplika għar-rikorrenti; u

tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti inkonnessjoni ma’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Fir-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (EU) 2019/1688 (1).

Insostenn tal-kawża, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta aġixxiet bi ksur tal-Artikoli 2(1), 2(9) u 2(10) tar-Regolament (EU) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (ir-“regolament bażiku”) u wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni billi ddeterminat b’mod skorrett il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali u aġixxiet bi ksur tal-Artikoli 2(3), 2(4) u 2(5) tar-regolament bażiku billi adottat il-metodu ordinarju ta’ detereminazzjoni tal-kummerċ ibbażat fuq l-ispejjeż aġġustati ta’ produzzjoni.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta aġixxiet bi ksur tal-Artikoli 3(2), 3(3) u 3(6) tar-regolament bażiku, wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, kisret id-dritt għal amministrazzjoni tajba u kisret il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni permezz tal-analiżi skorretta tagħha tal-effett ta’ importazzjonijiet suġġetti għal dumping fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni inkonnessjoni ma’ prodotti simili.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta aġixxiet bi ksur tal-Artikoli 3(7) u 9(4) tar-regolament bażiku, wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u kisret id-dritt għal amministrazzjoni tajba billi naqset milli tevalwa fatturi magħrufa oħra li jikkawżaw preġudizzju lill-industrija tal-Unjoni u billi naqset milli tiżgura li l-preġudizzju kkawżat minn dawk il-fatturi ma jiġix attribwit lil importazzjonijiet suġġetti għal dumping.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta aġixxiet bi ksur tal-Artikoli 7(2a), 9(4), 9(5), 18(1), 18(4) u 18(5) tar-regolament bażiku, wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, kisret id-dritt għal amministrazzjoni tajba u kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni meta ddeċidiet li ma tapplikax ir-regola tal-inqas dazju għall-importazzjonijiet tar-rikorrenti.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1688 tat-8 ta’ Ottubru 2019 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ urea u nitrat tal-ammonju li joriġinaw fir-Russja, fi Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU 2019 L 258, p. 21).

(2)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016 L 176, p. 21).


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/54


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2019 – Tetra vs EUIPO – Neusta next (Wave)

(Kawża T-869/19)

(2020/C 61/69)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Tetra GmbH (Melle, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Kessler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Neusta next GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Wave” - Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 324 042

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 2440/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kif ukoll l-annullament tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Nru 12 324 042;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/55


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2019 – Broadcom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-876/19)

(2020/C 61/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Broadcom (San Jose, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: Kjølbye, J. Ruiz Calzado, L. Crocco, lawyers, J. Bourke, u J. Holmes, Barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni, kompletament jew parzjalment; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ Broadcom.

Motivi u argumenti prinċipali

Fir-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2019 dwar proċedura taħt l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (Każ AT.40608 - Broadcom) (notifikata taħt id-dokument C (2019) 7406 finali).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ fatt dwar il-konklużjoni mill-Kummissjoni ta’ ksur prima facie li jirriżulta minn (a) l-interpretazzjoni ħażina tal-Kummissjoni tat-termini tal-ftehim li Broadcom ikkonkluda ma’ sitt klijenti (“il-Ftehimiet”), (b) il-konklużjoni tal-Kummissjoni li ma kienx meħtieġ li tikkunsidra l-effetti probabbli fuq il-kompetizzjoni tal-Ftehimiet; (ċ) l-evalwazzjoni inadegwata tal-Kummissjoni tal-kapaċità prima facie tar-restrizzjonijiet allegati li jirrestrinġu l-kompetizzjoni, u (d) il-konklużjoni bla bażi tal-Kummissjoni li Broadcom hija “prima facie” dominanti f'wieħed mis-swieq relevanti inkwistjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ fatt fil-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li l-miżuri provviżorji kienu meħtieġa b’mod urġenti biex jindirizzaw riskju ta dannu serju u irreparabbli għall-kompetizzjoni f’kwalunkwe wieħed mis-swieq relevanti inkwistjoni li jirriżultaw minn (a) introduzzjoni mill-Kummissjoni ta’ kunċett ta’ urġenza mhux magħrufa li huwa ġġustifikat biss bir-ritmu kajman tal-proċeduri tagħha stess li tikkontradixxi n-natura inerentement eċċezzjonali tal-miżuri, (b) in-nuqqas ta’ fatturi speċifiċi li jappoġġjaw ħtieġa urġenti li tieħu azzjoni peress li l-Kummissjoni tillimita ruħha li tirreferi għal serje ta’ talbiet ġeneriċi, u (c) in-nuqqas tal-Kummissjoni li turi xi dannu probabbli għall-kompetizzjoni fi kwalunkwe wieħed mis-swieq rilevanti.

3.

It-tielet motiv, huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ fatt fl-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tal-Kummissjoni, li jirriżultaw min-nuqqas tal-Kummissjoni li tevalwa jekk investigazzjoni spedita tkunx iktar proporzjonata mil-limitazzjoni tal-libertà ta’ Broadcom għal perijodu ta’ tliet snin; u fl-ibbilanċjar tagħha tal-interessi involuti.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/56


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2019 – Einkaufsbüro Deutscher Eisenhändler vs EUIPO – Tigges (TOOLINEO)

(Kawża T-877/19)

(2020/C 61/71)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Einkaufsbüro Deutscher Eisenhändler GmbH (Wuppertal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schmitz u M. Breuer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tigges Rechtsanwälte u Steuerberater Partnerschaft mbB (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TOOLINEO – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 959 481

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 34/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/57


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2019 – Bende vs EUIPO — Julius-K9 (K-9)

(Kawża T-878/19)

(2020/C 61/72)

Lingwa tar-rikors: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Gábor Bende (Beloinannisz, l-Ungerija) (rappreżentant: R. Tóth, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Julius-K9 Zrt. (Szigetszentmiklós, l-Ungerija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “K-9” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 040 382

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 560/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(d) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/57


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2019 – Sumol + Compal Marcas vs EUIPO – Jacob (Dr. Jacob’s essentials)

(Kawża T-879/19)

(2020/C 61/73)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sumol + Compal Marcas, SA (Carnaxide, il-Portugall) (rappreżentant: A. de Sampaio, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ludwig Manfred Jacob (Heidesheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Dr. Jacob’s essentials - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 742 903

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 1025/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċeduri għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/58


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2019 – Folschette et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-884/19)

(2020/C 61/74)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marc Folschette (Leudelange, il-Lussemburgu), Tetyana Grygorenko (Leudelange) u Professional Business Solutions SA (Leudelange) (rappreżentant: N. Bauer, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa t-talba fil-forma preżenti;

tiddikjara t-talba ġġustifikata fil-mertu;

tiddikjara r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-konvenuta;

tordna lill-konvenuta, skont il-kapijiet tat-talba esposti hawn taħt, tħallas lil:

Marc Folschette l-ammont totali ta’ EUR 219 210 (espressi f’ittri: mitejn u erba’ u għoxrin elf ħamsa u għoxrin Ewro u u ħamsa u disgħin ċenteżmu)

Tetyana Grygorenko l-ammont totali ta’ EUR 75 000 (espressi f’ittri: ħamsa u sebgħin elf Ewro);

lill-kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata Professional Business Solutions SA l-ammont totali ta’ EUR 500 000 (espressi f’ittri: ħames mitt elf Ewro);

flimkien mal-interessi legali kif stabbiliti bil-liġi, b’effett mid-data tas-sentenza ta’ liberazzjoni tal-Cour d’appel [il-Qorti tal-Appell] tal-11 ta’ Jannar 2017, jew inkella b’effett minn din it-talba sal-ħlas;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża

tirriżerva lir-rikorrenti kull dritt, motiv jew ażżjoni oħra.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom ir-rikorrenti jinvokaw motiv uniku, ibbażat fuq il-ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali Ewropea li l-għan tagħha huwa li tagħti drittijiet lill-individwi. Ir-rikorrenti jakkużaw lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), li huwa dipartiment tal-Kummissjoni Ewropea, li kiser intenzjonalment u b’mod suffiċjentement serju diversi dispożizzjonijiet legali Ewropej, bi ksur gravi u manifest tal-limiti imposti fuq is-setgħa diskrezzjonali tiegħu. Fil-fatt, l-OLAF la kkonforma ruħu mal-obbligu tiegħu li josserva l-preżunzjoni ta’ innoċenza u lanqas mal-obligu legali tiegħu li jinvestiga b’mod li jiskaġuna jew li jinkrimina u li jagħlaq l-investigazzjoni meta din ma twassalx sabiex jiġu żvelati elementi inkriminanti. Dawn in-nuqqasijiet jikkostitwixxu l-kawża diretta ta’ dannu ċert, dirett u reali sostnut mir-rikorrenti u li għalih dawn tal-aħħar jitolbu kumpens abbażi tal-Artikoli 340 u 268 TFUE.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/59


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2019 – Design Light & Led Made in Europe e Design Luce & Led Made in Italy vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-886/19)

(2020/C 61/75)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Design Light & Led Made in Europe (Milan, l-Italja), Design Luce & Led Made in Italy (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Maresca, D. Maresca u S. Pelleriti, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2019) 7805, innotifikata fid-29 ta’ Ottubru 2019, li ċaħdet l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra Koninklijke Philips N.V.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 105 TFUE

Ir-rikorrenti jsostnu li kien hemm ksur tal-Artikolu 105 TFUE safejn il-Kummissjoni eżerċitat il-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha illegalment meta ddeċidiet li ma twettaqx investigazzjoni iktar profonda wara l-ilment li kienu ppreżentaw. Ir-rikorrenti jaffermaw f'dan ir-rigward li l-konvenuta invokat evalwazzjonijiet żbaljati tal-provi li kienu pprovdew sabiex tipprova l-ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, u naqset ukoll li tieħu inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza rilevanti.

2.

It-tieni motiv: huwa bbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 102 TFUE

Skont ir-rikorrenti, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ddeċidiet, b'mod żbaljat u fl-assenza ta’ xi evalwazzjoni teknika jew legali, li ma kienx probabbli li tistabbilixxi ksur tal-Artikolu 102 TFUE, kemm f'termini ta’ dominanza (relatati mal-eżistenza tal-programm ta’ privattivi Philips kif ukoll l-aġir tagħha indipendenti mill-kompetituri u l-fornituri) u f'termini ta’ aġir abbużiv li jikkonsisti fl-istabbiliment ta’ prezzijiet diskriminatorji u l-impożizzjoni ta’ ffirmar ta’ kuntratti ta' liċenzja minħabba ksur allegat tal-privattivi kollha tagħha, li qatt ma ġew ippruvati.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE

Ir-rikorrenti jsostnu f'dan ir-rigward li l-Kummissjoni ma evalwatx sew il-provi prodotti insostenn tal-ksur tal-Artikolu 101 TFUE, billi kkonkludiet li l-programm PLP (“Patent Licensing Program”) u l-kuntratti ta’ liċenzji inkroċjati bejn Philips, Osram u Zumtobel jikkostitwixxu ftehim jew prattika miftiehma fis-sens ta’ dan l-artikolu, li hija aċċettat in-natura unilaterali tal-aġir mingħajr twettiq ta’ kontrolli (li għalhekk jammonta għal għarfien tal-ksur tal-Artikolu 102 TFUE) u ma kkunsidratx il-fatt li, għall-kuntrarju, kuntratt imfassal unilateralment, bħal dak inkwistjoni, jista’ jaħbi preċiżament ftehim illegali. Barra minn dan huwa l-fatt li ma kienx jaqa’ fuq l-assoċjazzjonijiet li għamlu l-ilment biex juru l-eżistenza ta’ dannu reali fis-suq tal-fornitur, peress li kien biżżejjed għalihom li jipprovdu informazzjoni li abbażi tagħhom il-Kummissjoni setgħet imbagħad u kellha d-dmir li tagħmel analiżi fil-fond.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/60


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2020 – Skyliners vs EUIPO – Sky (SKYLINERS)

(Kawża T-15/20)

(2020/C 61/76)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Skyliners GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Renck u C. Stöber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sky Ltd (Isleworth, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SKYLINERS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 570 915

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 798/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u, fil-każ li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tiġi inkluża fil-proċedura, lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 46(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regoli 19(2) u 15(2)(h)(iii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95;

Ksur tat-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 u tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95(2) flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/61


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2020 – Hub Culture vs EUIPO – PayPal (VEN)

(Kawża T-16/20)

(2020/C 61/77)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Hub Culture Ltd (Hamilton, il-Bermuda) (rappreżentant: A. Dellmeier, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: PayPal, Inc. (San Jose, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni VEN – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 158 734

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 1988/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/62


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2019 – O’Flynn et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-270/18) (1)

(2020/C 61/78)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 240, 9.7.2018.