ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 58

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
21 ta' Frar 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 58/01

Rata tal-kambju tal-euro — L-20 ta' Frar 2020

1

2020/C 58/02

Komunikazzjoni tal-Kummisjoni

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 58/03

Il-Programm HERCULE III Sejħa għall-proposti — 2020 Assistenza teknika

3

2020/C 58/04

Il-Programm Hercule III Sejħa għall-proposti — 2020 Taħriġ, Konferenzi u Skambju tal-Persunal fl-2020

5

2020/C 58/05

Il-Programm Hercule III Sejħa għall-proposti — 2020 Taħriġ u Studji fil-Qasam Ġuridiku fl-2020

7

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 58/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9684 — Parks Bottom/Omers/Accor/Fairmont Hotels) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9

2020/C 58/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9710 — Bertelsmann / Penguin Random House) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

11

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 58/08

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

12

2020/C 58/09

Pubblikazzjoni ta’ Dokument Uniku kif imsemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

21

2020/C 58/10

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

27

2020/C 58/11

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

30


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta' Frar 2020

(2020/C 58/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0790

JPY

Yen Ġappuniż

120,86

DKK

Krona Daniża

7,4681

GBP

Lira Sterlina

0,83840

SEK

Krona Żvediża

10,5985

CHF

Frank Żvizzeru

1,0616

ISK

Krona Iżlandiża

138,10

NOK

Krona Norveġiża

10,0455

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,037

HUF

Forint Ungeriż

338,00

PLN

Zloty Pollakk

4,2825

RON

Leu Rumen

4,7979

TRY

Lira Turka

6,5806

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6294

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4304

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,3960

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7046

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5111

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 301,79

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,2966

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,5787

HRK

Kuna Kroata

7,4495

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 790,39

MYR

Ringgit Malażjan

4,5145

PHP

Peso Filippin

54,725

RUB

Rouble Russu

68,8060

THB

Baht Tajlandiż

33,924

BRL

Real Brażiljan

4,7341

MXN

Peso Messikan

20,1685

INR

Rupi Indjan

77,2745


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


21.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/2


Komunikazzjoni tal-Kummisjoni

(2020/C 58/02)

Il-Kapitali Ewropej tal-Kultura 2024 huma Tartu (L-Estonja), Bad Ischl (l-Awstrija) u Bodø (in-Norveġja).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/3


Il-Programm HERCULE III

Sejħa għall-proposti — 2020

Assistenza teknika

(2020/C 58/03)

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ sejħa għall-proposti jibbaża fuq ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) li jistabbilixxi l-Programm Hercule III, b’mod partikolari l-Artikolu 8(a) (“Azzjonijiet Eliġibbli”), kif ukoll id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-2020 li tadotta l-programm ta’ ħidma annwali (2) għall-implimentazzjoni tal-Programm Hercule III fl-2020, b’mod partikolari t-taqsima 2.1.1 azzjonijiet 1 sa 4 ta’ “Assistenza teknika”. Id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-2020 tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ sejħa għal proposti għal “Assistenza Teknika”.

2.   Applikanti eliġibbli

Il-korpi eliġibbli għall-finanzjament skont il-Programm huma amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali (“Applikanti”) ta’ Stat Membru li jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni tal-Unjoni Ewropea sabiex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

L-għan ta’ din is-sejħa huwa li tistieden lill-amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali biex jissottomettu applikazzjonijiet għal azzjonijiet taħt wieħed mill-erba’ suġġetti li ġejjin:

1 -

Għodod u metodi ta’ investigazzjoni (suġġett 1) - ix-xiri u l-manutenzjoni ta’ għodod u metodi ta’ investigazzjoni, inkluż taħriġ speċjalizzat biex jitħaddmu dawn l-għodod. Ix-xiri ta’ tagħmir adattat tat-trasport jista’ jkun inkluż.

2 -

Għodod ta’ detezzjoni u identifikazzjoni (suġġett 2) — ix-xiri u l-manutenzjoni ta’ apparat għall-ispezzjoni ta’ kontejners, trakkijiet, vaguni tal-ferrovija u vetturi (“għodod ta’ detezzjoni”).

3 -

Sistema ta’ Rikonoxximent Awtomatiku tal-Pjanċi (ANPRS) (suġġett 3) - ix-xiri, il-manutenzjoni u l-interkonnessjoni (transfruntiera) ta’ sistemi awtomatizzati għar-rikonoxximent tal-pjanċi (ANPRSs) jew kodiċi ta’ kontejners.

4 -

Analiżi, ħażna u qerda ta’ sekwestri (suġġett 4) - ix-xiri ta’ servizzi għall-analiżi, il-ħażna u l-qerda ta’ sigaretti ġenwini u ffalsifikati u oġġetti ffalsifikati oħrajn (3).

L-applikanti jistgħu jissottomettu aktar minn applikazzjoni waħda għal proġetti differenti taħt l-istess sejħa. L-applikanti huma mitluba jagħżlu suġġett ewlieni wieħed u għandhom ikunu konxji li applikazzjoni tista’ tinkorpora wkoll elementi ta’ suġġetti oħra.

4.   Baġit

Il-baġit indikattiv disponibbli għal din is-sejħa huwa ta’ EUR 10 000 000.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tieħu l-forma ta’ għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mhix se taqbeż it-80 % tal-kostijiet eliġibbli. F’każijiet eċċezzjonali u ġustifikati kif dovut, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tiżdied biex tkopri massimu ta’ 90 % tal-kostijiet eliġibbli. Fid-dokument tas-sejħa hemm elenkati l-kriterji li se jiġu applikati għad-determinazzjoni ta’ dawn il-każijiet eċċezzjonali u dawk debitament ġustifikati.

Il-limitu minimu stabbilit għal proġett ta’ “Assistenza teknika” se jkun EUR 100 000. Il-baġit ta’ proġett li għalih tintalab għotja ma jkunx anqas minn dan il-livell minimu stabbilit.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

5.   Data tal-għeluq tas-sottomissjoni

L-applikazzjonijiet iridu jitressqu mhux aktar tard minn: Il-Ħamis 23 ta’ April 2020 - 17:00 CET, u jistgħu jiġu sottomessi biss billi jsir użu mill-Portal tal-Parteċipanti għall-programm Hercule III:

https://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/opportunities/herc/index.html

6.   Aktar tagħrif

Id-dokumenti kollha relatati ma’ din is-sejħa għall-proposti jistgħu jitniżżlu mill-Portal tal-Parteċipanti msemmi taħt il-punt 5 ta’ hawn fuq jew minn dan is-sit web:

http://ec.europa.eu/anti-fraud/policy/hercule_mt

Il-mistoqsijiet u/jew it-talbiet għal informazzjoni addizzjonali fir-rigward ta’ din is-sejħa jridu jintbagħtu permezz tal-Portal tal-Parteċipanti.

Jekk ikunu ta’ rilevanza għal applikanti oħrajn, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet jistgħu jiġu ppubblikati b’mod anonimu fil-Gwida għall-Applikanti li hija disponibbli fuq il-Portal tal-Parteċipanti u fuq is-sit web tal-Internet tal-Kummissjoni.


(1)  Ir-Regolament 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Hercule III) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 6).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u l-finanzjament tal-Programm Hercule III fl-2020 C(2020) 28 finali tas-16 ta’ Jannar 2020.

(3)  Jistgħu jsiru applikazzjonijiet għal appoġġ finanzjarju biex is-sekwestri jiġu meqruda minn fornitur estern tas-servizzi. Mhuwiex permess ix-xiri ta’ tagħmir għall-istabbiliment, pereżempju, ta’ inċineratur.


21.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/5


Il-Programm HERCULE III

Sejħa għall-proposti — 2020

Taħriġ, Konferenzi u Skambju tal-Persunal fl-2020

(2020/C 58/04)

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ sejħa għall-proposti jibbaża fuq ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Hercule III (1), b’mod partikolari l-Artikolu 8(b) (“Azzjonijiet Eliġibbli”), kif ukoll id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-2020 li tadotta l-programm ta’ ħidma annwali (2) għall-implimentazzjoni tal-Programm Hercule III fl-2020, b’mod partikolari t-taqsima 2.2.1 azzjonijiet 1 sa 3 ta’ “Azzjonijiet ta’ taħriġ”. Id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-2020 tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ Sejħa għall-Proposti għal “Taħriġ, Konferenzi u Skambju tal-Persunal fl-2020”.

2.   Applikanti eliġibbli

Il-korpi eliġibbli għall-finanzjament skont il-Programm huma:

L-amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali ta’ Stat Membru li jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni f’livell tal-Unjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Jew:

L-istituti ta’ riċerka u dawk edukattivi u l-entitajiet bla skop ta’ qligħ sakemm ikunu ilhom stabbiliti u ilhom joperaw għal mill-inqas sena, fi Stat Membru, u jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

L-għan ta’ din is-sejħa huwa li tistieden lill-applikanti eliġibbli biex jissottomettu applikazzjonijiet għal azzjonijiet taħt wieħed mit-tliet suġġetti li ġejjin:

1.

Sessjonijiet ta’ taħriġ speċjalizzat (suġġett 1) — Żvilupp ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ speċjalizzat biex jittejbu l-abbiltajiet ta’ investigazzjoni permezz tal-kisba ta’ ħiliet ġodda u għarfien ta’ metodoloġiji u tekniki speċjalizzati.

2.

Konferenzi, sessjonijiet ta’ ħidma u seminars (suġġett 2) — L-organizzazzjoni ta’ konferenzi, workshops u seminars bejn l-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati, pajjiżi terzi oħra u organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali:

(a)

Biex jiġu faċilitat l-iskambju tal-informazzjoni, tal-esperjenza u tal-prattiki tajba.

(b)

Biex jinħolqu netwerks u pjattaformi strutturali bejn l-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati, pajjiżi terzi oħra u organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali

3.

L-iskambju tal-persunal (suġġett 3) - L-organizzazzjoni ta’ Skambji tal-persunal bejn amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali (inklużi (potenzjalment) pajjiżi kandidati u ġirien) għall-kontribuzzjoni ta’ aktar żvilupp, titjib u aġġornamenti fil-ħiliet u l-kapaċitajiet tal-persunal fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

L-applikanti jistgħu jissottomettu aktar minn applikazzjoni waħda għal proġetti differenti taħt l-istess sejħa. L-applikanti huma mitluba jagħżlu suġġett ewlieni wieħed u għandhom ikunu konxji li applikazzjoni tista’ tinkorpora wkoll elementi ta’ suġġetti oħra.

4.   Baġit

Il-baġit indikattiv disponibbli għal din is-sejħa huwa ta’ EUR 750 000. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tieħu l-forma ta’ għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mhix se taqbeż it-80 % tal-kostijiet eliġibbli.

Il-limitu minimu stabbilit għal proġett se jkun ta’ EUR 40 000. Il-baġit ta’ proġett li għalih tintalab għotja ma għandux ikun anqas minn dan il-livell minimu stabbilit.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

5.   Data tal-għeluq tas-sottomissjoni

L-applikazzjonijiet iridu jitressqu mhux aktar tard minn: Il-Ħamis 30 ta’ April 2020 - 17:00 CET, u jistgħu jiġu sottomessi biss billi jsir użu mill-Portal tal-Parteċipanti għall-programm Hercule III:

https://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/opportunities/herc/index.html

6.   Aktar tagħrif

Id-dokumenti kollha relatati ma’ din is-sejħa għall-proposti jistgħu jitniżżlu mill-Portal tal-Parteċipanti msemmi taħt il-punt 5 msemmi aktar ’il fuq jew minn dan is-sit web:

http://ec.europa.eu/anti-fraud/policy/hercule_mt

Il-mistoqsijiet u/jew it-talbiet għal informazzjoni addizzjonali fir-rigward ta’ din is-sejħa jridu jintbagħtu permezz tal-Portal tal-Parteċipanti.

Jekk ikunu ta’ rilevanza għal applikanti oħrajn, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet jistgħu jiġu ppubblikati b’mod anonimu fil-Gwida għall-Applikanti li hija disponibbli fuq il-Portal tal-Parteċipanti u fuq is-sit web tal-Internet tal-Kummissjoni.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Hercule III) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 6).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u l-finanzjament tal-Programm Hercule III fl-2020 C(2020)28 finali tas-16 ta’ Jannar 2020.


21.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/7


Il-Programm HERCULE III

Sejħa għall-proposti — 2020

Taħriġ u Studji fil-Qasam Ġuridiku fl-2020

(2020/C 58/05)

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ sejħa għall-proposti jibbaża fuq ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) li jistabbilixxi l-Programm Hercule III, b’mod partikolari l-Artikolu 8(a) (“Azzjonijiet Eliġibbli”), kif ukoll id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-2020 li tadotta l-programm ta’ ħidma annwali (2) għall-implimentazzjoni tal-Programm Hercule III fl-2020, b’mod partikolari t-taqsima 2.2.1 azzjonijiet 6 u 7 ta’ “Azzjonijiet ta’ taħriġ”. Id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-2020 tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ Sejħa għall-proposti għal “Taħriġ u Studji fil-Qasam Ġuridiku”.

2.   Applikanti eliġibbli

Il-korpi eliġibbli għall-finanzjament skont il-Programm huma:

L-amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali ta’ Stat Membru li jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni f’livell tal-Unjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni,

jew:

L-istituti ta’ riċerka u dawk edukattivi u l-entitajiet bla skop ta’ qligħ sakemm ikunu ilhom stabbiliti u ilhom joperaw għal mill-inqas sena, fi Stat Membru, u jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

L-għan ta’ din is-sejħa huwa li tistieden lill-applikanti eliġibbli biex jissottomettu applikazzjonijiet għal azzjonijiet taħt wieħed mit-tliet suġġetti li ġejjin:

1.

Studji dwar id-dritt komparattiv u d-disseminazzjoni (suġġett 1) - l-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ riċerka ta’ livell għoli, inkluż studji fil-liġi komparattiva (u d-disseminazzjoni tar-riżultati u konferenza ta’ konklużjoni, fejn applikabbli);

2.

Il-kooperazzjoni u l-iżvilupp ta’ netwerks (suġġett 2) — it-titjib tal-kooperazzjoni bejn il-prattikanti u l-akkademiċi u l-iżvilupp ta’ netwerks involuti fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż l-appoġġ lill-Assoċjazzjonijiet għad-Dritt Kriminali Ewropew u għall-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-UE;

3.

Pubblikazzjonijiet perjodiċi (suġġett 3) — sensibilizzazzjoni fost il-ġudikatura u fergħat oħra tal-professjoni legali fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż il-pubblikazzjoni u t-tixrid tal-għarfien xjentifiku.

L-applikanti jistgħu jissottomettu aktar minn applikazzjoni waħda għal proġetti differenti taħt l-istess sejħa. L-applikanti huma mitluba jagħżlu suġġett ewlieni wieħed u għandhom ikunu konxji li applikazzjoni tista’ tinkorpora wkoll elementi ta’ suġġetti oħra.

4.   Baġit

Il-baġit indikattiv disponibbli għal din is-sejħa huwa ta’ EUR 500 000.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tieħu l-forma ta’ għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mhix se taqbeż it-80 % tal-kostijiet eliġibbli. F’każijiet eċċezzjonali u ġustifikati kif dovut, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tiżdied biex tkopri massimu ta’ 90 % tal-kostijiet eliġibbli. Fid-dokument tas-sejħa hemm elenkati l-kriterji li se jiġu applikati għad-determinazzjoni ta’ dawn il-każijiet eċċezzjonali u dawk debitament ġustifikati.

Il-limitu minimu stabbilit għal proġett ta’ “Taħriġ u Studju fil-Qasam Legali” se jkun ta’ EUR 40 000. Il-baġit ta’ proġett li għalih tintalab għotja ma jkunx anqas minn dan il-livell minimu stabbilit.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

5.   Data tal-għeluq tas-sottomissjoni

L-applikazzjonijiet iridu jitressqu mhux aktar tard minn: Il-Ħamis 7 ta’ Mejju 2020 - 17:00 CET, u jistgħu jiġu sottomessi biss billi jsir użu mill-Portal tal-Parteċipanti għall-programm Hercule III:

https://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/opportunities/herc/index.html

6.   Aktar tagħrif

Id-dokumenti kollha relatati ma’ din is-sejħa għall-proposti jistgħu jitniżżlu mill-Portal tal-Parteċipanti msemmi taħt il-punt 5 msemmi aktar ’il fuq jew minn dan is-sit dan is-sit web:

http://ec.europa.eu/anti-fraud/policy/hercule_mt

Il-mistoqsijiet u/jew it-talbiet għal informazzjoni addizzjonali fir-rigward ta’ din is-sejħa jridu jintbagħtu permezz tal-Portal tal-Parteċipanti.

Jekk ikunu ta’ rilevanza għal applikanti oħrajn, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet jistgħu jiġu ppubblikati b’mod anonimu fil-Gwida għall-Applikanti li hija disponibbli fuq il-Portal tal-Parteċipanti u fuq is-sit web tal-Internet tal-Kummissjoni.


(1)  Ir-Regolament 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Hercule III) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 6).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u l-finanzjament tal-Programm Hercule III fl-2020 (C2020)28 finali tas-16 ta’ Jannar 2020.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9684 — Parks Bottom/Omers/Accor/Fairmont Hotels)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 58/06)

1.   

Fl-14 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Parks Bottom Co. Real Estate Holdings Inc. (“Parks Bottom”, il-Kanada), li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ GIC (Realty) Private Limited (“GIC Realty”, Singapore);

OMERS Administration Corporation (“OMERS”, il-Kanada);

Accor Management Canada Inc. (“Accor”, il-Kanada);

Fairmont Banff Springs, Fairmont Chateau Lake Louise, Fairmont Jasper Park Lodge u Fairmont Chateau Whistler (“Fairmont Hotels”, il-Kanada).

Parks Bottom, OMERS u Accor jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll be sħab ta’ Fairmont Hotels.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma, permezz ta’ kuntratt u ftehim diġà eżistenti dwar il-ġestjoni tal-lukandi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Parks Bottom: sussidjarja indiretta ta’ GIC Realty li kienet stabbilita bil-għan tal-akkwist u s-sjieda ta’ Fairmont Hotels, u li hija attiva fil-Kanada. GIC Realty tiffoka fuq is-sjieda ta’ assi ta’ proprjetà immobbli f’isem il-Gvern ta’ Singapore;

OMERS: sid dinji ta’ proprjetà immobbli, investitur, żviluppatur u jiġġestixxi l-proprjetà;

Accor: tħaddem lukandi mal-Kanada kollha;

Fairmont Hotels: erba’ lukandi lussużi Kanadiżi, Fairmont Banff Springs, Fairmont Chateau Lake Louise, Fairmont Jasper Park Lodge u Fairmont Chateau Whistler.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9684 — Parks Bottom/Omers/Accor/Fairmont Hotels

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Fax +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


21.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/11


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9710 — Bertelsmann / Penguin Random House)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 58/07)

1.   

Fit-13 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Bertelsmann SE & Co. KGaA (“Bertelsmann”, il-Ġermanja),

Penguin Random House (“PRH”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Bertelsmann takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ PRH kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. Bħalissa Bertelsmann għandha 75 % tal-ishma ta’ PRH.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Bertelsmann: televiżjoni u produzzjoni tat-televiżjonijiet, pubblikazzjoni kummerċjali, pubblikazzjoni ta’ rivisit, servizzi ta’ ġestjoni tad-drittijiet tal-mużika,

PRH: kumpanija tal-media attiva fil-pubblikazzjoni kummerċjali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9710 — Bertelsmann / Penguin Random House

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

21.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/12


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

(2020/C 58/08)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Crémant de Loire”

PDO-FR-A0391-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 22 ta’ Novembru 2019

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA

1.   Żona ġeografika demarkata

Iż-żona ġeografika ġiet emendata kif ġej: “L-istadji kollha tal-produzzjoni jseħħu fiż-żona ġeografika li l-perimetru tagħha jkopri t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali għall-2018:

id-département tad-Deux-Sèvres: Argenton-l’Église, Bouillé-Loretz, Brion-près-Thouet, Louzy, Mauzé-Thouarsais, Oiron, Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Radegonde, Sainte-Verge, Saint-Martin-de-Mâcon, Saint-Martin-de-Sanzay, Thouars, Tourtenay, u Val-en-Vignes (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Bouillé-Saint-Paul u Cersay);

id-département tal-Indre-et-Loire: Amboise, Anché, Artannes-sur-Indre, Athée-sur-Cher, Avoine, Avon-les-Roches, Azay-le-Rideau, Azay-sur-Cher, Beaumont-en-Véron, Benais, Bléré, Bossay-sur-Claise, Bourgueil, Brizay, Candes-Saint-Martin, Cangey, Chambray-lès-Tours, Chançay, Chanceaux-sur-Choisille, La Chapelle-sur-Loire, Chargé, Cheillé, Chemillé-sur-Indrois, Chenonceaux, Chinon, Chisseaux, Chouzé-sur-Loire, Cinais, Cinq-Mars-la-Pile, Civray-de-Touraine, Coteaux-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Ingrandes-de-Touraine, Saint-Michel-sur-Loire u Saint-Patrice), Couziers, Cravant-les-Côteaux, La Croix-en-Touraine, Crouzilles, Dierre, Draché, Épeigné-les-Bois, Esvres, Fondettes, Francueil, Genillé, Huismes, L’Île-Bouchard, Joué-lès-Tours, Langeais (dak li qabel kien it-territorju tal-komun delegat ta’ Langeais), Larçay, Lémeré, Lerné, Lignières-de-Touraine, Ligré, Limeray, Lussault-sur-Loire, Luynes, Luzillé, Marçay, Montlouis-sur-Loire, Montreuil-en-Touraine, Mosnes, Nazelles-Négron, Neuillé-le-Lierre, Noizay, Panzoult, Parçay-Meslay, Pocé-sur-Cisse, Pont-de-Ruan, Razines, Restigné, Reugny, Rigny-Ussé, Rivarennes, Rivière, La Roche-Clermault, Rochecorbon, Saché, Saint-Avertin, Saint-Benoît-la-Forêt, Sainte-Maure-de-Touraine, Saint-Étienne-de-Chigny, Saint-Germain-sur-Vienne, Saint-Martin-le-Beau, Saint-Nicolas-de-Bourgueil, Saint-Ouen-les-Vignes, Saint-Règle, Savigny-en-Véron, Savonnières, Sazilly, Seuilly, Souvigny-de-Touraine, Tavant, Theneuil, Thilouze, Thizay, Tours, Vallères, Véretz, Vernou-sur-Brenne, Villaines-les-Rochers, u Vouvray;

id-département tal-Loir-et-Cher: Angé, Blois, Candé-sur-Beuvron, Cellettes, Chailles, Châteauvieux, Châtillon-sur-Cher, Chaumont-sur-Loire, Chémery, Cheverny, Chissay-en-Touraine, Chitenay, Choussy, Contres, Cormeray, Couddes, Couffy, Cour-Cheverny, Faverolles-sur-Cher, Feings, Fougères-sur-Bièvre, Fresnes, Huisseau-sur-Cosson, Mareuil-sur-Cher, Maslives, Méhers, Mesland, Meusnes, Monteaux, Monthou-sur-Bièvre, Monthou-sur-Cher, Les Montils, Montlivault, Mont-près-Chambord, Montrichard Val de Cher (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Bourré u Montrichard), Muides-sur-Loire, Noyers-sur-Cher, Oisly, Ouchamps, Pontlevoy, Pouillé, Rilly-sur-Loire, Saint-Aignan, Saint-Claude-de-Diray, Saint-Dyé-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Cher, Saint-Julien-de-Chédon, Saint-Laurent-Nouan, Saint-Romain-sur-Cher, Sambin, Sassay, Seigy, Seur, Soings-en-Sologne, Thenay, Thésée, Tour-en-Sologne, Valaire, Valencisse (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Chambon-sur-Cisse u Molineuf), Vallières-les-Grandes, Valloire-sur-Cisse (dak li qabel kien it-territorju tal-komun delegat ta’ Chouzy-sur-Cisse), Veuzain-sur-Loire (dak li qabel kien it-territorju tal-komun delegat ta’ Onzain), u Vineuil;

id-département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Antoigné, Artannes-sur-Thouet, Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Champ-sur-Layon, Faveraye-Machelles, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon et Thouarcé), Blaison-Saint-Sulpice (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Blaison-Gohier u Saint-Sulpice), Bouchemaine, Brain-sur-Allonnes, Brézé, Brissac Loire Aubance (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Alleuds, Brissac-Quincé, Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance, Chemellier, Coutures, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire u Vauchrétien), Brossay, Cernusson, Chacé, Chalonnes-sur-Loire, Champtocé-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Chanzeaux, La Jumellière et Valanjou), Cizay-la-Madeleine, Cléré-sur-Layon, Le Coudray-Macouard, Courchamps, Denée, Dénezé-sous-Doué, Distré, Doué-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Brigné, Concourson-sur-Layon, Doué-la-Fontaine, Forges, Meigné, Montfort, Saint-Georges-sur-Layon u Les Verchers-sur-Layon), Épieds, Fontevraud-l’Abbaye, Les Garennes sur Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Juigné-sur-Loire u Saint-Jean-des-Mauvrets), Gennes-Val-de-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Chênehutte-Trêves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies u Le Thoureil), Huillé, Ingrandes-Le Fresne sur Loire (dak li qabel kien it-territorju tal-komun delega ta’ Ingrandes), Jarzé Villages (dak li qabel kien it-territorju tal-komun delegat ta’ Lué-en-Baugeois), Louresse-Rochemenier, Lys-Haut-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Cerqueux-sous-Passavant, La Fosse-de-Tigné, Nueil-sur-Layon, Tancoigné, Tigné, Trémont u Vihiers), Mauges-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire, La Pommeraye, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay), Mazé-Milon (dak li qabel kien it-territorju tal-komun delegat ta’ Fontaine-Milon), Montilliers, Montreuil-Bellay, Montsoreau, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée d’Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré u La Varenne), Parnay, Passavant-sur-Layon, La Possonnière, Le Puy-Notre-Dame, Rochefort-sur-Loire, Rou-Marson, Saint-Cyr-en-Bourg, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Just-sur-Dive, Saint-Macaire-du-Bois, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saumur, Savennières, Soulaines-sur-Aubance, Souzay-Champigny, Terranjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Chavagnes, Martigné-Briand u Notre-Dame-d’Allençon), Tuffalun (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Ambillou-Château, Louerre u Noyant-la-Plaine), Turquant, Les Ulmes, Val-du-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Saint-Aubin-de-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay), Varennes-sur-Loire, Varrains, Vaudelnay, u Villevêque;

id-département tal-Vienne: Berrie, Curçay-sur-Dive, Glénouze, Pouançay, Ranton, Saint-Léger-de-Montbrillais, Saix, Ternay, u Les Trois-Moutiers.

Il-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika huma disponibbli fuq is-sit web tal-Institut national de l’origine et de la qualité. ”

Bidla editorjali: il-lista l-ġdida tal-entitajiet amministrattivi tqis il-fużjonijiet jew emendi oħra taż-żoni amministrattivi li seħħew minn meta ġiet approvata l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Għal aktar ċertezza legali, din sar referenza għaliha skont il-verżjoni attwali tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali, ippubblikat kull sena mill-INSEE. Il-perimetru taż-żona ġeografika jibqa’ strettament identiku.

Fl-aħħar nett, fuq is-sit web tal-INAO, saret referenza għad-disponibbiltà ta’ mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika għal informazzjoni pubblika aħjar.

Għalhekk, id-Dokument Uniku dwar iż-żona ġeografika ġie emendat skont dan.

2.   Żona tal-irqajja’ ta’ art demarkata

Fl-ewwel paragrafu tal-punt IV(2) tal-Kapitolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-DOP “Crémant de Loire”, wara l-kliem “l-10 ta’ Frar 2011”, żdiedu l-kliem “u tal-20 ta’ Ġunju 2018” u wara l-kliem “l-5 ta’ Settembru 2007”, żdiedu l-kliem “l-10 ta’ Lulju 2014 u d-19 ta’ Jannar 2017”.

L-għan ta’ din l-emenda huwa li jiżdiedu d-dati tal-approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ emenda fiż-żona tal-irqajja’ ta’ art demarkata fi ħdan iż-żona ġeografika tal-produzzjoni. Id-demarkazzjoni tal-irqajja’ taa’ art tikkonsisti fl-identifikazzjoni ta’ dawk l-irqajja’ ta’ art fi ħdan iż-żona ġeografika tal-produzzjoni li huma tajbin għall-produzzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta kkonċernata.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat b’din l-emenda.

3.   Dispożizzjoni agroambjentali

Fil-punt 2 tal-Kapitolu 1(VI), hemm miżjud: “Veġetazzjoni kkontrollata, selvaġġa jew miżrugħa, hija obbligatorja bejn ir-ringieli; fin-nuqqas ta’ din il-kopertura ta’ veġetazzjoni, l-operatur irid jaħdem il-ħamrija bil-għan li jiżgura li jkollu l-veġetazzjoni selvaġġa taħt kontroll jew irid jiġġustifika l-użu ta’ prodotti tal-bijokontroll approvati mill-awtoritajiet pubbliċi fil-vitikoltura. Meta jintużaw l-erbiċidi tal-bijokontroll fuq roqgħa art, l-użu ta’ erbiċidi oħra għandu jiġi pprojbit.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għall-irqajja’ tar-raba’ ta’ dwieli b’distanza bejn ir-ringieli ta’ 1,70 metru jew anqas. ”

Din l-emenda takkumpanja l-evoluzzjoni attwali tal-prattiki tal-operaturi favur l-agroekoloġija fid-dwieli ta’ angevin inġenerali. Din tirrifletti ż-żieda fil-konsiderazzjoni tat-tħassib ambjentali fl-itinerarji tekniċi. Il-promozzjoni tal-preżenza ta’ kopertura ta’ veġetazzjoni, jew l-użu tal-kontroll tal-ħaxix ħażin b’mod mekkaniku, jew l-użu ta’ prodotti ta’ bijokontroll, twassal għal tnaqqis fl-użu ta’ erbiċidi kimiċi. Dan it-tnaqqis fl-erbiċidi għandu jagħmilha possibbli li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-ħamrija tad-dwieli u li jiġu ppreservati l-karatteristiċi naturali tagħha (il-fertilità, il-bijodiversità, il-purifikazzjoni bijoloġika), li jikkontribwixxu għall-kwalità u għall-awtentiċità tal-inbejjed u li jsaħħu l-kunċett ta’ territorju.

Id-dispożizzjoni partikolari teskludi mill-ambitu tad-dispożizzjonijiet agroambjentali d-dwieli b’distanza bejn ir-ringieli ta’ 1,70 metru jew anqas. Fil-fatt, iż-żoni ta’ produzzjoni tad-DOK Crémant de Loire u Rosé de Loire huma kbar u jinkludu ċerta diversità ta’ prattiki, b’rabta mal-varjazzjonijiet fl-ambjent naturali. Fil-parti tal-Lvant tal-vinja, ir-riskju ta’ ffriżar fir-rebbiegħa huwa ogħla, u l-ħamrija ramlija permeabbli tenfasizza n-nuqqas tal-ilma fid-dwieli fis-sajf. F’dan il-kuntest, ma kienx jidher li huwa mixtieq li tiġi imposta l-applikazzjoni ta’ miżuri agroambjentali fid-dwieli d-dojoq, ġeneralment aktar densi u baxxi.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat b’din l-emenda.

4.   Bidu tal-ħsad

Fil-punt 1 tal-Kapitolu 1(VII), is-sentenza “Id-data tal-bidu tal-ħsad hija stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu D. 645-6 tal-kodiċi rurali u tas-sajd marittimu. ” tneħħiet.

L-istabbiliment ta’ data għall-bidu tal-ħsad ma għadhiex meħtieġa llum, peress li l-operaturi issa għandhom firxa wiesgħa ta’ għodod li jippermettulhom jivvalutaw il-maturità tal-għeneb. Kull operatur għandu numru ta’ apparati u tagħmir, kemm personali kif ukoll kollettivi, li jagħmluha possibbli li tiġi ddeterminata b’mod preċiż id-data ottimali tal-bidu tal-ħsad ta’ kull roqgħa, skont l-għanijiet tal-produzzjoni.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat b’din l-emenda.

5.   Ċirkolazzjoni tal-inbid

Tħassar il-punt IX(5)(b) tal-Kapitolu 1 dwar id-data tal-kummerċjalizzazzjoni tal-inbejjed bejn id-depożitanti awtorizzati.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat b’din l-emenda.

6.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta ġiet riveduta biex jiġi aġġornat l-għadd ta’ komuni kkonċernati (255 minflok 318).

Għalhekk, il-punt 8 tad-Dokument Uniku ġie emendat skont dan.

7.   Miżura tranżitorja

Tħassru l-miżuri tranżitorji stabbiliti fil-punt XI(1) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li skadew.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat b’din l-emenda.

8.   Żamma ta’ reġistru

Fil-punt II(3) tal-Kapitolu 2, il-kliem “b’qawwa” ġie sostitwit b’“naturali”.

Minħabba konsistenza mal-kliem użat fl-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott kollha għaż-żona ta’ Anjou Saumur, il-kliem “qawwa alkoħolika volumetrika naturali” jissostitwixxi t-termini “qawwa alkoħolika” jew “grad”. Dawn l-emendi jtejbu l-leġġibbiltà ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet. L-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet relattivi dwar iż-żamma ta’ reġistri hija maħsuba biex tiffaċilita t-tfassil tal-pjan ta’ spezzjoni u l-kontroll ta’ dawn ir-reġistri.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat b’din l-emenda.

9.   Punti ewlenin li jridu jiġu kkontrollati

Il-Kapitolu 3 ġie rivedut biex jiżgura l-koerenza fl-abbozzar tal-punti ewlenin li għandhom jiġu eżaminati fl-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott għaż-żona ta’ Anjou Saumur.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat b’din l-emenda.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet

Crémant de Loire

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Karatteristiċi

L-inbejjed huma inbejjed frizzanti ta’ kwalità rożè jew bojod.

L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika volumetrika naturali minima ta’ 9 %.

L-inbejjed bażiċi mingħajr arrikkiment għandhom qawwa alkoħolika volumetrika miksuba b’massimu ta’ 12 % u livell massimu ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ 24 gramma għal kull litru.

B’arrikkiment, l-inbejjed bażiċi għandhom, wara l-fermentazzjoni, livell ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ 5 grammi għal kull litru.

L-inbejjed bażiċi ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika volumetrika totali ta’ 11,6 % wara l-arrikkiment.

L-inbejjed għandhom, qabel l-isbokkament, pressjoni żejda ta’ gass tal-karbonju ta’ mhux anqas minn 4 bar, imkejla f’temperatura ta’ 20 °C, u, wara l-isbokkament, livell totali ta’ diossidu tal-kubrit ta’ mhux aktar minn 150 milligramma għal kull litru.

Il-livelli ta’ aċidità totali, ta’ aċidità volatili u ta’ diossidu tal-kubrit totali huma dawk stabbiliti fir-regoli Komunitarji.

L-inbejjed, wara l-fermentazzjoni sekondarja u qabel iż-żieda tal-liqueur d’expédition, u fil-każ ta’ arrikkiment tal-most, ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika volumetrika totali ta’ 13 %.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% ta’ volum)

 

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Livell massimu ta’ diossidu tal-kubrit totali (f’milligrammi għal kull litru)

 

Deskrizzjoni

Il-“Crémant de Loire” huwa nbid frizzanti, fil-maġġoranza abjad u fil-minoranza rożè. Dan għandu effervexxenza regolari magħmula minn sensiliet ta’ bżieżaq fini, delikati u persistenti. L-imnieħer spiss jevoka aromi ta’ fjuri bojod imħallta ma’ noti ta’ frott bħall-ħawħ jew il-berquq. Il-palat, fin u armonjuż, jgħaqqad b’mod notevoli s-sensazzjoni ta’ freskezza mal-ħlewwa

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Densità ta’ tħawwil - Distanza

Prattika tal-kultivazzjoni

a)

Dwieli li jinsabu fi ħdan iż-żona ġeografika tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Anjou”: Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 000 zokk ewlieni għal kull ettaru. Dawn id-dwieli ma jistax ikollhom distanza bejn ir-ringieli ta’ aktar minn 2,50 metri u distanza bejn iz-zkuk ewlenin fuq l-istess livell ta’ inqas minn metru. - L-irqajja’ ta’ art bid-dwieli b’densità ta’ tħawwil ta’ anqas minn 4 000 zokk ewlieni għal kull ettaru iżda mhux anqas minn 3 300 zokk ewlieni għal kull ettaru jibbenefikaw, għall-ħsad tagħhom, mid-dritt għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata soġġetti għall-konformità mad-dispożizzjonijiet partikolari relatati mar-regoli tal-irbit u tal-għoli tal-weraq stipulati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dawn l-irqajja’ ta’ art bid-dwieli ma jistgħux ikollhom distanza bejn ir-ringieli ta’ aktar minn tliet metri u distanza bejn iz-zkuk ewlenin fuq l-istess ringiela ta’ anqas minn metru.

b)

Dwieli li jinsabu fi ħdan iż-żona ġeografika tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Touraine”: Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 500zokk ewlieni għal kull ettaru. Dawn id-dwieli ma jistax ikollhom distanza bejn ir-ringieli ta’ aktar minn 2,10 metri u distanza bejn iz-zkuk ewlenin fuq l-istess livell ta’ inqas minn metru.

c)

Dwieli li jinsabu fi ħdan iż-żona ġeografika tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Cheverny”: Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 500 zokk ewlieni għal kull ettaru. Dawn id-dwieli ma jistax ikollhom distanza bejn ir-ringieli ta’ aktar minn 2,10 metri. Id-distanza bejn iz-zkuk ewlenin fuq l-istess ringiela huwa ta’ bejn 0,90 ta’ metru u 1,20 metru.

Regoli taż-żbir u tal-irbit tad-dwieli

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-dwieli jinżabru sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April skont ir-regoli stipulati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li jispeċifikaw, għal kull varjetà ta’ għeneb li minnu jinkiseb l-inbid, in-numru massimu ta’ rimji għal kull zokk ewlieni.

Dwieli li jinsabu fi ħdan iż-żona ġeografika tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Anjou”: L-għoli tal-weraq marbutin għandu jkun mill-inqas 0,6 id-distanza bejn ir-ringieli, bl-għoli tal-weraq marbutin jitkejjel bejn il-limitu l-aktar baxx tal-weraq, li huwa tal-anqas 0,40 ta’ metru ’l fuq mill-art, u l-limitu massimu ta’ trimjaturi, li huwa tal-anqas 0,20 ta’ metru ’l fuq mill-fil ta’ fuq tal-kannizzata. L-irqajja’ ta’ art tad-dwieli b’densità ta’ tħawwil ta’ anqas minn 4 000 zokk ewlieni għal kull ettaru, iżda mhux anqas minn 3 300 zokk ewlieni għal kull ettaru, huma wkoll soġġetti għar-regoli tal-irbit li ġejjin: l-għoli minimu tal-arbli għall-irbit ’il fuq mill-art huwa ta’ 1,90 metru; il-kannizzata tinkludi 4 livelli ta’ fili; l-għoli minimu tal-fil ta’ fuq huwa ta’ 1,85 metru ’l fuq mill-art.

Dwieli li jinsabu fi ħdan iż-żona ġeografika tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Touraine” u “Cheverny”: L-għoli tal-weraq marbutin għandu jkun mill-inqas 0,6 id-distanza bejn ir-ringieli, bl-għoli tal-weraq marbutin jitkejjel bejn il-limitu l-aktar baxx tal-weraq, li huwa tal-anqas 0,30 ta’ metru ’l fuq mill-art, u l-limitu massimu ta’ trimjaturi, li huwa tal-anqas 0,20 ta’ metru ’l fuq mill-fil ta’ fuq tal-kannizzata.

It-tisqija

Prattika tal-kultivazzjoni

It-tisqija hija pprojbita.

Ħsad

Prattika tal-kultivazzjoni

L-inbejjed isiru minn għeneb maħsud manwalment. L-użu ta’ makkinarju tal-ħsad huwa pprojbit.

L-għeneb jiġi ttrasportat f’kontenituri li mhumiex issiġillati. Id-daqs tal-kontenituri ma jistax ikun akbar minn 1,20 × 1,20 metru kull naħa, b’għoli massimu ta’ għeneb ta’ 0,40 ta’ metru. Il-ħin li jgħaddi bejn il-qtugħ tal-għeneb u l-għasir ma jistax jaqbeż l-24 siegħa.

Prattika enoloġika speċifika

a)

L-inbejjed bażiċi m’għandhomx jaqbżu l-qawwa alkoħolika volumetrika totali ta’ 11,6 % wara l-arrikkiment. L-inbejjed, wara l-fermentazzjoni sekondarja u qabel iż-żieda tal-liqueur d’expédition, u fil-każ ta’ arrikkiment tal-most, ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika volumetrika totali ta’ 13 %.

b)

Minbarra d-dispożizzjoni ta’ hawn fuq, l-inbejjed għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-livell Komunitarju f’dak li għandu x’qasam mal-prattiki enoloġiċi.

c)

Il-faċilitajiet tal-għasir għandhom jissodisfaw il-kriterji li għandhom x’jaqsmu mal-ħsad tal-għeneb, mal-preses u mal-għasir, mat-tagħbija tal-preses, mal-frazzjonament tal-meraq, u mal-iġjene, kif stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

L-għeneb jitferra’ kollu fil-pressa. L-inbejjed bażiċi jinkisbu f’massimu ta’ 100 litru ta’ most għal kull 150 kilogramma ta’ għeneb użat.

b.   Rendimenti massimi

80 ettolitru għal kull ettaru.

6.   Iż-żona ġeografika demarkata

L-istadji kollha tal-produzzjoni jseħħu fiż-żona ġeografika, li l-perimetru tagħha jkun jinkludi t-territorju tal-komuni li ġejjin, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali għall-2018:

id-département tad-Deux-Sèvres: Argenton-l’Église, Bouillé-Loretz, Brion-près-Thouet, Louzy, Mauzé-Thouarsais, Oiron, Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Radegonde, Sainte-Verge, Saint-Martin-de-Mâcon, Saint-Martin-de-Sanzay, Thouars, Tourtenay, u Val-en-Vignes (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Bouillé-Saint-Paul u Cersay);

id-département tal-Indre-et-Loire: Amboise, Anché, Artannes-sur-Indre, Athée-sur-Cher, Avoine, Avon-les-Roches, Azay-le-Rideau, Azay-sur-Cher, Beaumont-en-Véron, Benais, Bléré, Bossay-sur-Claise, Bourgueil, Brizay, Candes-Saint-Martin, Cangey, Chambray-lès-Tours, Chançay, Chanceaux-sur-Choisille, La Chapelle-sur-Loire, Chargé, Cheillé, Chemillé-sur-Indrois, Chenonceaux, Chinon, Chisseaux, Chouzé-sur-Loire, Cinais, Cinq-Mars-la-Pile, Civray-de-Touraine, Coteaux-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Ingrandes-de-Touraine, Saint-Michel-sur-Loire u Saint-Patrice), Couziers, Cravant-les-Côteaux, La Croix-en-Touraine, Crouzilles, Dierre, Draché, Épeigné-les-Bois, Esvres, Fondettes, Francueil, Genillé, Huismes, L’Île-Bouchard, Joué-lès-Tours, Langeais (dak li qabel kien it-territorju tal-komun delegat ta’ Langeais), Larçay, Lémeré, Lerné, Lignières-de-Touraine, Ligré, Limeray, Lussault-sur-Loire, Luynes, Luzillé, Marçay, Montlouis-sur-Loire, Montreuil-en-Touraine, Mosnes, Nazelles-Négron, Neuillé-le-Lierre, Noizay, Panzoult, Parçay-Meslay, Pocé-sur-Cisse, Pont-de-Ruan, Razines, Restigné, Reugny, Rigny-Ussé, Rivarennes, Rivière, La Roche-Clermault, Rochecorbon, Saché, Saint-Avertin, Saint-Benoît-la-Forêt, Sainte-Maure-de-Touraine, Saint-Étienne-de-Chigny, Saint-Germain-sur-Vienne, Saint-Martin-le-Beau, Saint-Nicolas-de-Bourgueil, Saint-Ouen-les-Vignes, Saint-Règle, Savigny-en-Véron, Savonnières, Sazilly, Seuilly, Souvigny-de-Touraine, Tavant, Theneuil, Thilouze, Thizay, Tours, Vallères, Véretz, Vernou-sur-Brenne, Villaines-les-Rochers, u Vouvray;

id-département tal-Loir-et-Cher: Angé, Blois, Candé-sur-Beuvron, Cellettes, Chailles, Châteauvieux, Châtillon-sur-Cher, Chaumont-sur-Loire, Chémery, Cheverny, Chissay-en-Touraine, Chitenay, Choussy, Contres, Cormeray, Couddes, Couffy, Cour-Cheverny, Faverolles-sur-Cher, Feings, Fougères-sur-Bièvre, Fresnes, Huisseau-sur-Cosson, Mareuil-sur-Cher, Maslives, Méhers, Mesland, Meusnes, Monteaux, Monthou-sur-Bièvre, Monthou-sur-Cher, Les Montils, Montlivault, Mont-près-Chambord, Montrichard Val de Cher (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Bourré u Montrichard), Muides-sur-Loire, Noyers-sur-Cher, Oisly, Ouchamps, Pontlevoy, Pouillé, Rilly-sur-Loire, Saint-Aignan, Saint-Claude-de-Diray, Saint-Dyé-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Cher, Saint-Julien-de-Chédon, Saint-Laurent-Nouan, Saint-Romain-sur-Cher, Sambin, Sassay, Seigy, Seur, Soings-en-Sologne, Thenay, Thésée, Tour-en-Sologne, Valaire, Valencisse (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Chambon-sur-Cisse u Molineuf), Vallières-les-Grandes, Valloire-sur-Cisse (dak li qabel kien it-territorju tal-komun delegat ta’ Chouzy-sur-Cisse), Veuzain-sur-Loire (dak li qabel kien it-territorju tal-komun delegat ta’ Onzain), u Vineuil;

id-département ta’ Maine et Loire: Allonnes, Angers, Antoigné, Artannes-sur-Thouet, Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Champ-sur-Layon, Faveraye-Machelles, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon et Thouarcé), Blaison-Saint-Sulpice (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Blaison-Gohier u Saint-Sulpice), Bouchemaine, Brain-sur-Allonnes, Brézé, Brissac Loire Aubance (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Alleuds, Brissac-Quincé, Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance, Chemellier, Coutures, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire u Vauchrétien), Brossay, Cernusson, Chacé, Chalonnes-sur-Loire, Champtocé-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Chanzeaux, La Jumellière et Valanjou), Cizay-la-Madeleine, Cléré-sur-Layon, Le Coudray-Macouard, Courchamps, Denée, Dénezé-sous-Doué, Distré, Doué-en-Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Brigné, Concourson-sur-Layon, Doué-la-Fontaine, Forges, Meigné, Montfort, Saint-Georges-sur-Layon u Les Verchers-sur-Layon), Épieds, Fontevraud-l’Abbaye, Les Garennes sur Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Juigné-sur-Loire u Saint-Jean-des-Mauvrets), Gennes-Val-de-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Chênehutte-Trêves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies u Le Thoureil), Huillé, Ingrandes-Le Fresne sur Loire (dak li qabel kien it-territorju tal-komun delega ta’ Ingrandes), Jarzé Villages (dak li qabel kien it-territorju tal-komun delegat ta’ Lué-en-Baugeois), Louresse-Rochemenier, Lys-Haut-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Cerqueux-sous-Passavant, La Fosse-de-Tigné, Nueil-sur-Layon, Tancoigné, Tigné, Trémont u Vihiers), Mauges-sur-Loire (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire, La Pommeraye, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay), Mazé-Milon (dak li qabel kien it-territorju tal-komun delegat ta’ Fontaine-Milon), Montilliers, Montreuil-Bellay, Montsoreau, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée d’Anjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré u La Varenne), Parnay, Passavant-sur-Layon, La Possonnière, Le Puy-Notre-Dame, Rochefort-sur-Loire, Rou-Marson, Saint-Cyr-en-Bourg, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Just-sur-Dive, Saint-Macaire-du-Bois, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saumur, Savennières, Soulaines-sur-Aubance, Souzay-Champigny, Terranjou (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Chavagnes, Martigné-Briand u Notre-Dame-d’Allençon), Tuffalun (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Ambillou-Château, Louerre u Noyant-la-Plaine), Turquant, Les Ulmes, Val-du-Layon (dawk li qabel kienu t-territorji tal-komuni delegati ta’ Saint-Aubin-de-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay), Varennes-sur-Loire, Varrains, Vaudelnay, u Villevêque;

id-département tal-Vienne: Berrie, Curçay-sur-Dive, Glénouze, Pouançay, Ranton, Saint-Léger-de-Montbrillais, Saix, Ternay, u Les Trois-Moutiers.

Il-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika huma disponibbli fuq is-sit web tal-Institut national de l’origine et de la qualité.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Pinot noir N

Chardonnay B

Chenin B

Grolleau gris G

Grolleau N

Cabernet franc N

Cabernet-Sauvignon N

Pineau d’Aunis N

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

1.   Informazzjoni dwar iż-żona ġeografika

a)

Deskrizzjoni tal-fatturi naturali li jikkontribwixxu għar-rabta

Iż-żona ġeografika testendi għal medda art twila mmewġa li ġeoloġikament tikkorrispondi għall-formazzjonijiet primarji tal-għoljiet ta’ taħt tal-Massif Armorikan, u għall-formazzjonijiet aktar reċenti mill-Era Sekondarja u, sa ċertu punt, mill-Era Terzjarja fil-parti tal-Lbiċ tal-baċin ta’ Pariġi. Iż-żona ġeografika timxi tul il-Loire u t-tributarji tagħha, Vienne, Indre u Cher, għal madwar 200 kilometru. Fl-2018, din testendi sat-territorju ta’ 255 komun, li wħud minnhom huma magħrufin għall-kastell tagħhom.

L-irqajja’ ta’ art demarkati għall-ħsad tal-għeneb għandhom ħamrija tal-lavanja jew mimlija tafal u ġebel artab fin-naħa tal-Punent u ħamrija taflija bil-ġir (Cénomanien, Turonien, Sénonien u Eocène) fin-naħa tal-Lvant. Dawn it-tipi ta’ ħamrija kollha għandhom il-partikolarità li jippreżentaw riservi utli ta’ ilma moderat u kapaċità tajba ta’ drenaġġ.

Is-saff ġeoloġiku ta’ Turonien huwa essenzjali. Dan wassal għall-ġebel tal-franka, li l-isfruttament tagħha, permezz ta’ diversi barrieri, ippermetta l-bini tax-Châteaux de la Loire u, b’mod aktar ġenerali, tal-istruttura arkitettonika kollha tar-reġjun, u b’hekk ħalla għadd kbir ta’ kavitajiet. Dawn il-barrieri saru kantini tal-inbid, b’temperatura u b’umdità kostanti, marbutin mal-kultivazzjoni tal-faqqiegħ u l-ħżin tal-inbid.

Il-klima hija oċeanika, b’xi sfumaturi. B’hekk, in-naħa tal-Lvant, li tikkorrispondi għall-vitikultura ta’ Sologne, għandha aktar influwenza kontinentali b’xita annwali akkumulata li hija ftit ogħla mill-bqija taż-żona ġeografika u li hija bejn 550 millimetru u 650 millimetru. Fil-Punent, fejn l-influwenza oċeanika tkun l-aktar b’saħħitha, it-temperaturi huma regolari, ix-xtiewi huma ħfief u s-sħana tas-sajf tibqa’ moderata. Min-naħa l-oħra, lejn il-Lvant, il-firxa tat-temperatura għandha t-tendenza li tiżdied. F’dan il-kuntest ġenerali, in-netwerk tal-ilma li jifforma l-Loire u t-tributarji tagħha għandu r-rwol ta’ regolatur termiku.

b)

Deskrizzjoni tal-fatturi umani li jikkontribwixxu għar-rabta

L-istorja tal-vinja hija relattivament antika, b’rabta mal-iżvilupp ta’ diversi monasteri u abbazji stabbiliti sew fir-reġjun. Fis-seklu 16, fl-“Histoire de France” tiegħu, Saint Grégoire de Tours ġibed l-attenzjoni lejn kultura estensiva ta’ dwieli f’dan il-qasam u lejn l-użu ta’ “traquettes” għall-insib tal-għasafar waqt li l-għeneb ikun misjur. Il-vinja żviluppat bis-sħiħ fis-sekli 17 u 18, bis-saħħa tal-kummerċ żviluppat mill-Olandiżi. Fil-fatt, dawn, li kellhom flotta kbira, kienu jużaw il-Loire sabiex jiksbu provvisti, speċjalment l-inbejjed bojod, fil-Ponts-de-Cé, fis-Saumur u fil-Vouvray, u b’hekk żviluppa suq tal-inbid ta’ kwalità għall-“inbejjed għall-baħar”.

It-tħejjija tal-inbejjed frizzanti tmur lura għall-bidu tas-seklu 19, u hija bbażata fuq is-sejba storika tal-kapaċità tal-inbejjed ta’ Saumur, prodotti mill-varjetà ta’ għeneb li minnu jinkiseb l-inbid chenin B, biex tiżviluppa fermentazzjoni oħra. Sa minn kmieni ħafna, konxju ta’ din il-partikolarità u tas-similarità sorprendenti tagħha mal-inbejjed ta’ “Champagne”, Jean-Baptiste Ackerman żviluppa, fl-1811, il-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti skont il-metodu tradizzjonali. Fl-1838, Kummissjoni għar-reviżjoni tal-prodotti ppreżentati fil-wirja industrijali ta’ Angers tgħid: “Dawn l-inbejjed huma ċari u trasparenti; ir-ragħwa tagħhom hija bajda, tleqq u effervexxenti... Tidher il-kapaċità li nagħmlu l-inbejjed bħal dawk ta’ Champagne”.

F’inqas minn nofs seklu, l-emulazzjoni maħluqa minn dawn l-ewwel riżultati wasslet lil bosta intraprendituri biex isegwu l-inkoraġġiment tal-kummissjoni. Inħolqu l-“Grandes Maisons” ta’ tħejjija, “Veuve Amiot”, “Bouvet-Ladubay”, “Langlois-Château”, u “Monmousseau”. Il-kavitajiet imħaffra għall-estrazzjoni tal-franka saru l-postijiet preferuti għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti. Saħansitra tħaffru xi galleriji bl-għan uniku li jinħażnu l-fliexken. Għall-produtturi tal-inbejjed frizzanti, is-snin 1845-1875, bis-saħħa taż-żieda fl-istandard tal-għajxien tal-Franċiżi u tal-iżvilupp tal-ferroviji, kienu dawk fejn infetħu orizzonti ġodda tan-negozju. Għalhekk, fl-1874, ġew ittrasportati 4 miljun flixkun madwar l-Ewropa u s-seklu 20 ra l-iżvilupp tar-reputazzjoni tal-inbejjed frizzanti tal-Val de Loire.

Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Crémant de Loire” ġiet rikonoxxuta bid-Digriet tas-17 ta’ Ottubru 1975. Għal żmien twil, il-produtturi wrew il-mertu li jirrispettaw il-materja prima fil-qasam tat-tħejjija tal-inbejjed frizzanti. Bir-regoli dwar il-produzzjoni stabbiliti f’dan id-digriet, dawn imbagħad urew li huma marbuta ma’ ħsad manwali, mat-tpoġġija tal-għeneb kollu fil-pressa, ma’ għasir ħafif, kif ukoll ma’ perjodu ta’ konservazzjoni “sur lattes” importanti.

Fl-2009, il-produzzjoni annwali kienet ta’ 13-il miljun flixkun.

2.   Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott

Il-“Crémant de Loire” huwa nbid frizzanti, fil-maġġoranza abjad u fil-minoranza rożè. Dan għandu effervexxenza regolari magħmula minn sensiliet ta’ bżieżaq fini, delikati u persistenti. L-imnieħer spiss jevoka aromi ta’ fjuri bojod imħallta ma’ noti ta’ frott bħall-ħawħ jew il-berquq. Il-palat, fin u armonjuż, jgħaqqad b’mod notevoli s-sensazzjoni ta’ freskezza mal-ħlewwa.

3.   Interazzjonijiet kawżali

Il-vinja ġiet żviluppata taħt l-influwenza tan-netwerk tal-ilma tal-Loire, għal kważi 200 kilometru. Il-varjazzjonijiet klimatiċi, fi ħdan iż-żona ġeografika, u l-kundizzjonijiet tal-ħamrija differenti ħafna, ippermettew lill-produtturi jiffavorixxu l-istabbiliment tad-diversi varjetajiet ta’ għeneb li minnu jinkiseb l-inbid b’konformità mal-karatteristiċi tagħhom. Din id-diversità tas-sitwazzjonijiet tal-inbid għandha vantaġġi sinifikanti għall-formazzjoni fit-tħejjija tal-annati.

Grazzi b’mod partikolari għall-abbiltà tal-inbejjed mill-varjetà ta’ għeneb li minnu jinkiseb l-inbid chenin B biex jagħmlu fermentazzjoni oħra, il-produtturi, speċjalment dawk minn Saumur u Vouvray, ikkontrollaw il-fermentazzjoni sekondarja naturali fil-flixkun. B’riżultat ta’ dan is-suċċess, u konxji mill-ħolqien ta’ prodott magħruf sew, dawn osservaw u żviluppaw tekniki li jiżguraw kwalità impekkabbli. Il-preżenza ta’ kantini mħaffra fil-franka kienet imbagħad fattur favorevoli għall-iżvilupp tat-tħejjija ta’ dawn l-inbejjed li teħtieġ spazji moderati kbar għall-ħżin u l-immaniġġjar.

Il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni marbuta mal-ħsad, partikolarment mat-trasport tal-ħsad, għandhom l-għan li jirrispettaw l-integrità tal-għeneb sal-istadju tal-għasir u li jillimitaw il-fenomeni ta’ ossidazzjoni. Għasir li jsir f’ambjent b’saħħtu, b’tagħmir adattat, skont ir-regoli li jiddefinixxu relazzjoni preċiża bejn il-piż tal-għeneb użat u l-volum tal-most estratt, jiżgura l-kwalità u ċ-ċarezza tal-meraq miksub. Bl-esperjenza akkwistata fuq aktar minn seklu, dawk li jagħmlu l-inbejjed frizzanti għandhom għarfien espert immaniġġjat perfettament u evidenti fil-kompożizzjoni tal-annati tagħhom. Perjodu twil ta’ maturazzjoni jippermetti li l-inbid jiżviluppa l-karatteristiċi aromatiċi tiegħu, il-kumplessità tiegħu u l-finezza tiegħu.

Fis-snin 1980, produttur tal-inbid ta’ angevin, qal: “Il-Crémant de Loire huwa l-frott ta’ tekniki moderni użati biex iservu aħjar it-tradizzjoni”. Ir-reputazzjoni ta’ dan l-inbid frizzanti, abjad jew rożè, li issa huwa inevitabbli f’Val de Loire u li huwa maħsub kemm għas-suq nazzjonali kif ukoll għall-esportazzjoni, qiegħda tkompli tikber.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali oħra (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)

Tikkettar

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Id-dikjarazzjonijiet fakultattivi kollha li l-użu tagħhom jista’, skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji, jiġi regolat mill-Istati Membri, għandhom jinkitbu fuq it-tikketti, b’karattri li d-daqs, kemm tal-għoli kif ukoll tal-wisa’ tagħhom, m’għandux ikun akbar mid-doppju ta’ dak tal-karattri li jifformaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.

L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jiġi ssupplimentat bl-isem ġeografiku “Val de Loire”. Id-daqs tal-ittri ta’ dan l-isem ġeografiku m’għandux ikun akbar, kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jifformaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.

L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata għandu jinkiteb fuq it-tapp, fuq il-parti li tinsab fl-għonq tal-flixkun.

It-tikkettar tal-inbejjed tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, bil-kundizzjoni li:

jkun post irreġistrat;

jkun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad.

L-isem tal-post imsejjaħ irreġistrat jiġi stampat f’karattri mhux akbar, la mill-għoli u lanqas mill-wisa’, min-nofs il-karattri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata.

Ippakkjar

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:

L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-inbejjed jiġu prodotti permezz ta’ fermentazzjoni oħra fi fliexken tal-ħġieġ.

Il-mili tal-fliexken tal-ħġieġ, li fihom tifforma r-ragħwa, isir mill-1 ta’ Diċembru ta’ wara l-ħsad.

Il-perjodu ta’ konservazzjoni fi fliexken fil-fond tal-inbid ma jistax ikun anqas minn 9 xhur.

L-inbejjed huma prodotti u mibjugħin fi fliexken li fihom inħolqot fermentazzjoni sekondarja, bl-eċċezzjoni ta’ nbejjed mibjugħin fi fliexken ta’ volum ta’ mhux aktar minn 37,5 ċentilitru jew ta’ aktar minn 150 ċentilitru.

L-inbejjed huma kkummerċjalizzati għall-konsumatur fi tmiem perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 12-il xahar mid-data tal-mili.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-baeb17d6-5e61-48e0-ab86-d4c28e387778


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


21.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/21


Pubblikazzjoni ta’ Dokument Uniku kif imsemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

(2020/C 58/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“DELLE VENEZIE”/ “BENEŠKIH OKOLIŠEV”

PDO-IT-02360

Data tal-applikazzjoni: 10 ta’ April 2017.

1.   Isem li se jiġi reġistrat

“delle Venezie”/“Beneških okolišev”

2.   Stat membru

L-Italja

3.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP

4.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid spumanti

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

8.

Inbid semispumanti

5.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Pinot Grigio “delle Venezie”/“Beneških okolišev” - Kategorija: Inbid

Kulur: bejn isfar lewn it-tiben u isfar dehbi, xi drabi lewn ir-ram jew roża;

Aroma: karatteristika tal-Pinot Grigio, li għandu riħa ta’ frott bi ħjiel ta’ frott b’laħmu abjad, li jvarja minn pereżempju lanġas u tuffieħ sa frott tropikali, intensa, xi drabi b’noti kemxejn aromatiċi ta’ fjuri bojod;

Togħma: friska u armonjuża, bejn xotta u semixotta;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum (f’% tal-volum): 11%;

Estratt minimu mingħajr zokkor (g/l): 15 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Pinot Grigio Frizzante “delle Venezie”/“Beneških okolišev”(inbid semispumanti)

Kulur: bejn isfar lewn it-tiben u isfar dehbi, xi drabi lewn ir-ram jew roża;

Ragħwa: fina u evanexxenti;

Aroma: karatteristika tal-Pinot Grigio, li għandu riħa ta’ frott bi ħjiel ta’ frott b’laħmu abjad, li jvarja minn pereżempju lanġas u tuffieħ sa frott tropikali, intensa, xi drabi b’noti kemxejn aromatiċi ta’ fjuri bojod;

Togħma: friska, b’komponent aċiduż bilanċjat, armonjuża, bejn xotta u semixotta;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum (f’% tal-volum): 11%;

Estratt minimu mingħajr zokkor (g/l): 15 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Pinot Grigio Spumante “delle Venezie”/“Beneških okolišev” (inbid spumanti)

Kulur: bejn isfar lewn it-tiben u isfar dehbi, xi drabi lewn ir-ram jew roża;

Ragħwa: fina u persistenti;

Aroma: karatteristika tal-Pinot Grigio, li għandu riħa ta’ frott bi ħjiel ta’ frott b’laħmu abjad, bħal-lanġas u t-tuffieħ, u anke ta’ frott tropikali, intensa, xi drabi b’noti kemxejn aromatiċi ta’ fjuri bojod u ta’ ġewż minħabba l-proċess tal-awtoklavar;

Togħma: friska, b’komponent aċiduż bilanċjat, armonjuża, fil-verżjonijiet ta’ dawk ta’ “dosaggio zero” għal dawk xotti;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum (f’% tal-volum): 11,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor (g/l): 14,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Pinot Grigio “delle Venezie”/“Beneških okolišev”“Inbid spumanti ta’ kwalità”

Kulur: bejn isfar lewn it-tiben u isfar dehbi, xi drabi lewn ir-ram jew roża;

Ragħwa: fina u persistenti;

Aroma: karatteristika tal-Pinot Grigio, li għandu riħa ta’ frott bi ħjiel ta’ frott b’laħmu abjad, bħal-lanġas u t-tuffieħ, u anke ta’ frott tropikali, intensa, xi drabi b’noti kemxejn aromatiċi ta’ fjuri bojod u ta’ ġewż minħabba l-proċess tal-awtoklavar;

Togħma: friska, b’komponent aċiduż bilanċjat, armonjuża, fil-verżjonijiet ta’ dawk ta’ “dosaggio zero” għal dawk xotti;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum (f’% tal-volum): 11,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor (g/l): 14,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Bianco (abjad) “delle Venezie”/“Beneških okolišev” - Kategorija: Inbid

Kulur: bejn isfar jagħti fl-aħdar u isfar dehbi;

Aroma: ta’ frott, bi ħjiel ta’ frott b’laħmu abjad u misjur skont il-kompożizzjoni varjetali, intensa, xi drabi b’noti kemxejn aromatiċi ta’ fjuri bojod;

Togħma: bejn xotta u semixotta, armonjuża, strutturata, xi drabi b’noti friski assoċjati mal-komponent aċiduż;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum (f’% tal-volum): 11,00 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor (g/l): 14,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

6.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

L-ebda.

b.   Rendimenti massimi

Bianco (Kategorija: Inbid); Pinot Grigio (Kategoriji: Inbid, Inbid spumanti, Inbid spumanti ta’ kwalità, Inbid semispumanti)

18,000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Bianco (Kategorija: Inbid); Pinot Grigio (Kategoriji: Inbid, Inbid spumanti, Inbid spumanti ta’ kwalità, Inbid semispumanti)

126 ettolitru għal kull ettaru

7.   Definizzjoni taż-żona ġeografika demarkata

Iż-żona demarkata għall-produzzjoni tal-inbejjed DOP “delle Venezie”/“Beneških okolišev” tinkludi l-Provinċja Awtonoma ta’ Trento u r-Reġjuni tal-Friuli Venezia Giulia u tal-Veneto.

8.   Varjetà/varjetajiet ewlenin tad-dwieli tal-għeneb

Chardonnay B.

Pinot Bianco B. - Pinot

Garganega B. - Garganego

Müller Thurgau B. - Riesling x Sylvaner

Verduzzo Friulano B. - Verduzzo

Verduzzo Trevigiano B. - Verduzzo

Tocai Friulano B. - Friulano

Tocai Friulano B. - Tai

Pinot Grigio - Pinot

Pinot Grigio - Pinot Gris

9.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

“delle Venezie”/“Beneških okolišev” - Kategoriji: Inbid, Inbid spumanti, Inbid spumanti ta’ kwalità, Inbid semispumanti

Il-fatturi naturali li huma rilevanti għar-rabta: Iż-żona tad-DOP “delle Venezie”/“Beneških okolišev” tkopri t-territorji amministrattivi tal-Provinċja Awtonoma ta’ Trento u tar-Reġjuni tal-Friuli Venezia Giulia u tal-Veneto. It-territorju huwa kkaratterizzat minn ark muntanjuż fit-Tramuntana li jiċċirkonda u jagħlaq iż-żona tal-produzzjoni, li jipproteġiha minn kurrenti kesħin mit-Tramuntana u mill-Grigal, u li minnu jgħaddu għadd ta’ xmajjar u nixxigħat sinifikanti b’ilma ġieri: il-benniena tal-vitikultura. Ix-xmajjar ewlenin huma: l-Adige, il-Brenta, il-Piave, it-Tagliamento u l-Isonzo. Il-klima hija kkaratterizzata minn temperaturi annwali medji ta’ bejn 10 u 14 °C. L-aktar xhur kesħin huma Diċembru u Jannar, filwaqt li l-aktar xhur sħan huma Lulju u Awwissu b’temperatura medja fil-medda ta’ bejn 20 u 25 °C. Il-medja annwali ta’ xita fiż-żona hija bejn 700 u 1 300 mm. Minkejja l-ammont kbir ta’ xita li tagħmel, il-ħamrija għandha kapaċità adegwata ta’ skular. Grazzi għall-preċipitazzjoni u l-kapaċità tajba ta’ ilma disponibbli, iż-żona ma għandhiex problemi ta’ nuqqas ta’ ilma. Fatturi oħrajn li jikkaratterizzaw il-klima fit-territorju tad-DOP “delle Venezie”/“Beneških okolišev” huma l-azzjoni kkombinata tal-effetti mitiganti mir-reġjun Alpin u mill-għoljiet Alpini lejn it-Tramuntana u mill-Adrijatiku lejn in-Nofsinhar li għandha effett sinifikanti fuq it-temperatura, u ttaffi t-temperaturi estremi bejn is-sajf u x-xitwa. L-effett prodott mill-mases tal-arja influwenzati mill-Baħar Adrijatiku li jgħaddu minn fuq iż-żona u s-sistema ta’ muntanji jirregolaw il-fluss u għalhekk il-preċipitazzjoni riżultanti. B’mod partikolari, it-tibdil fid-direzzjoni tar-riħ mal-jum matul ix-xhur ta’ Awwissu u Settembru jipproduċi l-varjazzjonijiet ottimali fit-temperatura għall-proċess ta’ maturazzjoni tal-għeneb. Għalhekk, it-tliet komponenti tar-reġjun Alpin u tal-għoljiet Alpini, tal-Baħar Adrijatiku u tan-netwerk ta’ xmajjar li jaqsmu ż-żona kollha mit-Tramuntana san-Nofsinhar jgħinu fl-omoġenizzazzjoni taż-żona ġeografika demarkata sħiħa.

Mill-aspett tal-ħamrija, l-għoljiet Alpini u ż-żoni tal-madwar huma prinċipalment magħmula minn formazzjonijiet kalkarji jew dolomitiċi-kalkarji mill-perjodu Mesożojku, b’ħamrija b’konsistenza li hija adattata għall-iskular tal-ilma.

Iż-żoni fil-pjanuri huma magħmula minn depożiti alluvjali mill-materjal li jinġarr mid-diversi xmajjar li jaqsmu t-territorju kollu, b’ħamrija b’konsistenza li tvarja minn trab ġulġlieni ramli għal trab ġulġlieni, xi drabi b’naqal ta’ ħama taflija fonda normalment ikkaratterizzata minn kapaċità tajba ta’ skular u hija partikolarment adattata għall-vitikultura.

Fatturi storiċi u umani rilevanti għar-rabta: L-ewwel vinji fil-Grigal tal-Italja jmorru lura għas-seba’ u għall-ħames seklu Qabel Kristu. Madankollu, l-element unifikanti fl-istorja tat-tkabbir tal-inbid “delle Venezie”/“Beneških okolišev” huwa l-eżistenza tar-Repubblika ta’ Venezja. Il-vitikultura moderna taf l-oriġini tagħha grazzi għat-taħriġ u għat-tixrid ta’ tekniki vitikulturali u enoloġiċi ġodda min-naħa tal-iskejjel ta’ San Michele all’Adige u ta’ Conegliano. Il-kontribut tal-vitikulturisti fiż-żona ġeografika demarkata, li introduċew proċessi innovattivi u metodi ta’ ġestjoni li jikkombinaw is-sostenibilità ambjentali u ekonomika, kien fattur essenzjali. Fattur importanti ieħor kien u għadu l-eżistenza ta’ kooperattivi għat-titjib tal-art, li għal żmien twil immaniġġjaw netwerks importanti għad-distribuzzjoni tal-ilma li għenu biex jiġu ttrattati l-perjodi eċċezzjonali ta’ nuqqas ta’ xita.

Lejn l-aħħar tas-seklu dsatax, bl-introduzzjoni tax-Chardonnay u tal-Pinots, iż-żona saret iż-żona prinċipali ta’ kultivazzjoni u ta’ produzzjoni tal-pajjiż kemm għall-inbid bla gass kif ukoll għall-inbid semispumanti u għall-inbid spumanti. B’mod partikolari, il-Pinot Grigio sab kundizzjonijiet ideali fiż-żona “delle Venezie”/“Beneških okolišev”, minħabba li dak l-ambjent jipprovdi l-kundizzjonijiet ideali biex joħorġu l-karatteristiċi ta’ kwalità tal-għeneb u l-karatteristiċi enoloġiċi speċifiċi tagħhom. Mill-1977 sal-lum, il-vitikulturisti kkummerċjalizzaw l-inbejjed ikkonċernati essenzjalment bl-indikazzjoni ġeografika “delle Venezie” u l-minoranza Slovena bħala “Beneških okolišev”.

“delle Venezie”/“Beneških okolišev” - Kategoriji: Inbid spumanti (4), Inbid spumanti ta’ kwalità (5), Inbid semispumanti (8)

Informazzjoni dwar il-kwalità/karatteristiċi tal-inbejjed essenzjalment attribwibbli għall-ambjent ġeografiku:

Il-kulur tal-inbejjed Pinot Grigio “delle Venezie” fil-kategoriji tal-inbid spumanti, tal-inbid spumanti ta’ kwalità u tal-inbid semispumanti essenzjalment ivarja minn isfar lewn it-tiben għal isfar dehbi, xi drabi b’riflessjonijiet kulur ir-ram għal roża (skont il-kulur tipiku tal-varjetà). Ir-ragħwa fl-inbejjed semispumanti hija essenzjalment fina u evanexxenti, filwaqt li fl-inbejjed spumanti hija fina u persistenti, li tvarja wkoll skont il-pressjoni.

L-aroma tal-inbid hija karatteristika tal-varjetà u għandha riħa ta’ frott, bi ħjiel ta’ frott b’laħmu abjad, bħal-lanġas u t-tuffieħ, u anke ta’ frott tropikali, intensa, xi drabi b’noti kemxejn aromatiċi ta’ fjuri bojod u ta’ ġewż minħabba l-proċess tal-awtoklavar.

F’termini ta’ togħma, kemm il-verżjonijiet spumanti kif ukoll dawk semispumanti tal-inbejjed huma armonjużi, b’noti friski u komponent aċiduż bilanċjat; barra minn hekk, il-kontenut ta’ zokkor tal-inbejjed fil-kategoriji tal-inbejjed spumanti jvarja minn “dosaggio zero” għal “xott”, filwaqt li fil-kategorija tal-inbejjed semispumanti dan ivarja minn “xott” għal “semixott”.

Interazzjoni kawżali bejn l-elementi taż-żona ġeografika u l-kwalità/karatteristiċi tal-prodott essenzjalment attribwibbli għall-ambjent ġeografiku:

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-inbejjed spumanti, tal-inbejjed spumanti ta’ kwalità u dawk semispumanti deskritti hawn fuq ġejjin mill-azzjoni kkombinata tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u dawk klimatiċi taż-żona tal-produzzjoni u mill-fatturi umani li kellhom impatt fuq il-potenzjal enoloġiku tal-għeneb kif ukoll mit-teknoloġiji tal-ipproċessar fil-passat u sal-ġurnata tal-lum.

B’mod partikolari, l-ambjent ġeografiku taż-żona tal-produzzjoni huwa kkaratterizzat minn klima moderata, friska u mirjieħa u art bi skular tajjeb bi provvista suffiċjenti tal-ilma li hija mqassma sew li tippermetti l-maturazzjoni regolari tal-għenieqed tal-għeneb. Barra minn hekk, il-varjazzjoni kbira bejn it-temperaturi ta’ binhar u dawk ta’ matul il-lejl waqt il-maturazzjoni tal-għenieqed tipprovdi l-kundizzjonijiet ideali biex tiżviluppa l-istruttura aċiduża u aromatika tal-għeneb kif ukoll il-freskezza riżultanti tal-inbejjed.

Barra minn hekk, is-sensittività tal-varjetà tal-Pinot Grigio għall-kriptogami kif ukoll għall-fatturi ambjentali u klimatiċi, bħal sħana eċċessiva u żbilanċi fl-ilma, tirrikjedi impenn sinifikanti min-naħa tal-operaturi sabiex jinkiseb għeneb li, l-ewwel nett, huwa b’saħħtu, u li jkollu bilanċ tajjeb bejn il-komponent taz-zokkor u dak aromatiku, filwaqt li jitqies l-ipproċessar sussegwenti fi nbejjed spumanti, fi nbejjed spumanti ta’ kwalità u ta’ nbejjed semispumanti b’valuri ta’ aċidità xierqa. Il-kontribut mill-operaturi fil-mod kif jimmaniġġjaw il-vinja, mill-għażla tas-salvaġġ sal-metodu tat-tkabbir, u mill-immaniġġjar tal-faxxina sar-regolazzjoni tal-provvista tal-ilma, huwa kruċjali.

Dan kollu huwa essenzjali sabiex l-għeneb prodott ikun xieraq biex jiġi inkluż fil-lottijiet biex jiġu pproċessati fi nbid spumanti, fi nbid spumanti ta’ kwalità jew fi nbid semispumanti, bil-għan li l-inbejjed prodotti jkollhom il-karatteristiċi organolettiċi tipiċi tal-varjetà.

L-inbejjed spumanti, l-inbejjed spumanti ta’ kwalità u l-inbejjed semispumanti “delle Venezie”/“Beneških okolišev” huma wkoll ir-riżultat tal-innovazzjoni teknoloġika fil-proċess tal-awtoklavar, li għenet biex tiżdied l-effikaċja tal-proċess tat-trasformazzjoni tal-ħmira, u li b’hekk tejbet il-profil aromatiku u n-natura pjaċevoli tal-inbejjed prodotti. Din l-innovazzjoni fil-proċess tippermetti wkoll li joħorġu l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tal-inbejjed, b’mod partikolari billi jiġu stimulati n-noti friski u floreali li ġejjin primarjament mill-għeneb u jirriflettu l-ambjent ideali għall-produzzjoni tal-inbejjed Pinot Grigio.

L-uniċità u l-karattru distintiv tal-inbejjed Pinot Grigio spumanti u semispumanti miż-żona DOC huma għalhekk ir-riżultat tal-bilanċ bejn il-pH u l-aċidità, li joħroġ l-aroma pjaċevoli u għalhekk l-eleganza ġenerali tal-inbejjed, li huma r-riżultat finali ta’ proċessi adattati tal-produzzjoni tal-inbid.

“delle Venezie”/“Beneških okolišev” - Kategorija: Inbid

Informazzjoni dwar il-kwalità/karatteristiċi tal-inbejjed essenzjalment attribwibbli għall-ambjent ġeografiku:

Il-kulur tal-inbejjed Pinot Grigio “delle Venezie”/“Beneških okolišev” ivarja minn isfar lewn it-tiben ċar għal lwien li xi kultant jista’ jkollhom riflessi li jagħtu fir-roża jew lewn ir-ram (fil-lewn tipiku tal-varjetà) bħala riżultat tal-proċess ta’ fermentazzjoni. L-aroma tal-inbid għandha n-noti karatteristiċi tal-varjetà, b’noti ta’ riħa ta’ frott bi ħjiel li jfakkruk, fost affarijiet oħra, fil-frott b’laħmu abjad, bħal-lanġas u t-tuffieħ, u anke ta’ frott tropikali, hija intensa, xi kultant b’noti kemxejn aromatiċi ta’ fjuri bojod. It-togħma tal-inbid hija friska u armonjuża, u l-verżjonijiet ivarjaw bejn xotti u semixotti; tingħaraf mill-freskezza pjaċevoli tagħha kkaratterizzata minn nota ta’ aċidità tipika tal-varjetà.

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u dawk klimatiċi fiż-żona tal-produzzjoni, l-inbejjed jirriflettu n-noti tipiċi “friski” li huma essenzjalment dovuti għall-komponent aċiduż sostanzjali u għall-komponent aromatiku bilanċjat tal-għeneb u għalhekk tal-inbid prodott.

Il-kulur tal-inbid abjad “delle Venezie”/“Beneških okolišev” ivarja bejn isfar jagħti fl-aħdar u isfar dehbi. L-inbid għandu aroma ta’ frott bi ħjiel ta’ frott b’laħmu abjad u misjur skont il-kompożizzjoni varjetali; ir-riħa hija intensa, xi kultant b’noti kemxejn aromatiċi ta’ fjuri bojod. It-togħma hija armonjuża, li tvarja bejn xotta u semixotta, u l-inbid huwa strutturat, xi kultant b’noti friski assoċjati mal-komponent aċiduż.

Interazzjoni kawżali bejn l-elementi taż-żona ġeografika u l-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott essenzjalment attribwibbli għall-ambjent ġeografiku:

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-inbejjed Pinot Grigio u Bianco “delle Venezie”/“Beneških okolišev” deskritti hawn fuq ġejjin mill-azzjoni kkombinata tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u dawk klimatiċi taż-żona tal-produzzjoni u mill-fatturi umani li affettwaw il-potenzjal enoloġiku tal-għeneb kif ukoll mit-teknoloġiji tal-ipproċessar fil-passat u sal-ġurnata tal-lum.

B’mod partikolari, l-ambjent ġeografiku taż-żona tal-produzzjoni huwa kkaratterizzat minn klima moderata, friska u mirjieħa, art bi skular tajjeb bi provvista tajba tal-ilma u mqassma sew li tippermetti l-maturazzjoni regolari tal-għenieqed tal-għeneb, li jgħinu fil-produzzjoni ta’ għeneb b’aċidità sinifikanti. Il-varjazzjoni kbira bejn it-temperaturi ta’ binhar u dawk ta’ matul il-lejl waqt il-maturazzjoni tal-għenieqed tipprovdi l-kundizzjonijiet ideali biex tiżviluppa u tinżamm l-istruttura aċiduża u aromatika tal-għeneb kif ukoll il-freskezza riżultanti tal-inbejjed.

Barra minn hekk, minħabba li l-varjetajiet użati għall-produzzjoni tal-inbejjed inkwistjoni huma sensittivi għall-kriptogami u għall-fatturi klimatiċi u ambjentali, il-kontribut tal-operaturi fil-mod kif jimmaniġġjaw il-vinja, mill-għażla tas-salvaġġ sal-metodu tat-tkabbir, u l-immaniġġjar tal-faxxina, huwa essenzjali għar-riżultat finali, sabiex jinkiseb għeneb b’saħħtu u bilanċ tajjeb bejn il-kontenut taz-zokkor, tal-aċidu u dak aromatiku.

Il-ħiliet speċifiċi tal-vitikulturisti huma influwenti sakemm l-għeneb jidħol fil-kantina u jsiru l-operazzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbid, li huma essenzjali biex jinżammu l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tal-inbejjed, u b’hekk jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed armonjużi b’noti friski tipiċi li huma l-istil distint tal-inbejjed “delle Venezie”/“Beneških okolišev” taż-żona ġeografika demarkata.

Il-Pinot Grigio mhuwiex varjetà li ssibha kullimkien; fil-fatt, ambjenti b’perjodi twal ta’ temperaturi għoljin u bi skarsezza tal-ilma waqt l-istaġun tat-tkabbir jimpedixxu l-iżvilupp sħiħ tal-karatteristiċi organolettiċi tipiċi tal-varjetà.

Fir-rigward tal-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tal-għeneb, kemm jekk fil-każ tal-Pinot Grigio jew ta’ ċerti varjetajiet oħra li jagħmlu parti mill-cuveé tat-tip Bianco, iċ-ċikli tal-għasir tal-għeneb, kif ukoll it-temperatura u t-tul tal-fermentazzjoni, huma mmirati biex jinkisbu nbejjed bil-karatteristiċi deskritti hawn fuq.

B’mod partikolari, il-karatteristiċi organolettiċi tal-inbid Pinot Grigio “delle Venezie”/“Beneških okolišev”, li llum il-ġurnata saru jirrappreżentaw l-istil organolettiku ta’ referenza, u b’hekk il-fattur li jagħmlu uniku u li jiddistingwih minn Pinot Grigios minn żoni oħra, huma r-riżultat tal-interazzjoni bejn dawn il-fatturi ambjentali u l-kombinazzjoni tal-fatturi umani li ġejjin mill-esperjenza u l-għarfien miksuba maż-żmien mill-vitikulturisti.

Anke fil-każ tal-Bianco “delle Venezie”/“Beneških okolišev”, il-karatteristiċi organolettiċi u kwalitattivi speċifiċi, u l-profil aċiduż u aromatiku bilanċjat, li joħorġu l-aroma pjaċevoli u għalhekk l-eleganza ġenerali tal-inbejjed, huma r-riżultat tal-interazzjoni bejn dawn il-fatturi ambjentali u l-kombinazzjoni ta’ fatturi umani.

10.   Kundizzjonijiet oħra essenzjali

L-ebda.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/12853


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


21.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/27


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2020/C 58/10)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data eAmbrosia tal-Kummissjoni.

DOKUMENT UNIKU

“KRAŠKA PANCETA”

Nru tal-UE: PGI-SI-00833-AM01 – 23 ta’ Jannar 2019.

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem

“Kraška panceta”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Is-Slovenja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Kraška panceta” huwa prodott tradizzjonali abbażi tal-laħam imnixxef, ikkaratterizzat b’forma rettangolari. Il-piż minimu tal-prodott finali huwa ta’ 2,2 kg.

Il-“Kraška panceta” huwa prodott minn bejken bla xaħam. Għat-tnixxif, il-“Kraška panceta” jitħejja bil-ġilda u mingħajr il-kustilji. Il-proċedura ta’ tmelliħ fin-niexef bl-użu ta’ melħ tal-baħar biss, u t-tnixxif u l-maturazzjoni mingħajr trattament bit-tisħin, jikkontribwixxu għall-karatteristiċi organolettiċi tipiċi tal-qatgħat irqaq. Il-parti bla xaħam tal-panceta hija niexfa, iebsa u tibqa’ flessibbli biżżejjed taħt pressjoni. Il-partijiet fejn kienu jinsabu l-kustilji huma pjuttost viżibbli. Il-ġilda hija iebsa, lixxa u titneħħa eżatt qabel ma jiġi kkonsmat il-prodott. Matul il-maturazzjoni, il-partijiet bla xaħam tal-panceta jiksbu kulur tipiku roża. Il-kulur tax-xaħam huwa abjad lewn il-krema. Qatgħa hija magħmula l-aktar minn laħam mingħajr xaħam bi strata rqiqa ta’ xaħam li tgħaddi minnha. Il-karatteristiċi organolettiċi jinkludu, b’mod partikolari, id-dehra esterna tal-qatgħat maqtugħin irqaq, b’konsistenzali trid tkun ratba; il-laħam u x-xaħam huma marbuta sew flimkien. Il-qatgħa għandha aroma sħiħa, armonjuża u togħma ħelwa mhux mielħa.

Il-kontenut ta’ melħ ma għandux ikun ta’ aktar minn 6 %, il-livell ta’ tnixxif miksub għandu jkun mill-inqas 33 %, il-valur aw ma għandux ikun aktar minn 0,92, il-kontenut ta’ proteini għandu jkun mill-inqas 15 % u l-kontenut ta’ xaħam għandu jkun mill-inqas 36 %.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Għall-produzzjoni tal-“Kraška panceta”, jintgħażel bejken li ġej minn razez imlaħħmin tal-majjal. Il-qatgħa tal-bejken tinkludi parti mis-sezzjoni tas-sider, b’mill-inqas disa’ partijiet viżibbli fejn kienu jinsabu l-kustilji, kif ukoll il-parti dgħifa tal-ġenb. Element ewlieni tal-“Kraška panceta” huwa l-qatgħa standard rettangolari tal-bejken twila bejn 45 u 55 cm u wiesgħa bejn 18 u 24 cm. Il-piż minimu tal-bejken frisk huwa ta’ 4 kg. Għat-tnixxif, il-bejken jitħejja bil-ġilda u mingħajr il-kustilji; il-ġnub tal-qatgħa huma ċatti, il-bejken ma fihx xaħam u l-ġilda trid tkun intatta. Jitneħħa x-xaħam artab li jinsab fl-intern.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha tal-produzzjoni tal-“Kraška panceta” (l-għażla tal-materja prima, it-tmelliħ, it-tnixxif/il-maturazzjoni) iridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-“Kraška panceta” b’indikazzjoni ġeografika protetta huwa mibjugħ fil-forma ta’ biċċiet sħaħ jew nofs biċċiet, immarkat fuq il-ġilda fuq il-parti ta’ wara bil-logo “Kraška panceta”. Sabiex jiġi ffaċilitat il-bejgħ (ta’ prodotti gourmet), il-panceta tista’ tinqata’ f’biċċiet iżgħar tal-istess daqs. Sabiex jitħarsu l-karatteristiċi organolettiċi tipiċi tal-prodott, il-kulur aħmar jgħajjat tal-bejken bla xaħam u l-kulur abjad lewn il-krema tax-xaħam, huwa ta’ importanza kruċjali li jkun hemm superviżjoni teknoloġika partikolarment iddettaljata tal-proċess ta’ tqattigħ u ppakkjar tal-“Kraška panceta”. Il-kuntatt mal-arja, fejn il-laħam ikun soġġett għall-proċessi ta’ ossidazzjoni, jista’ jnaqqas il-kwalità tal-bejken b’mod sinifikanti. Għal din ir-raġuni, it-tqattigħ u l-ippakkjar kummerċjali tal-“Kraška panceta” jistgħu jsiru biss f’faċilitajiet irreġistrati għall-produzzjoni tal-prodott. Permezz ta’ dawn, il-prodott jista’ jiġi ppakkjat immedjatament, tista’ tiġi evitata l-ossidazzjoni kkaġunata mill-esponiment għall-arja jew għal temperaturi mhux adegwati u tista’ tkun żgurata s-sigurtà mikrobijoloġika meħtieġa u mixtieqa tal-prodott. Din is-sistema tiżgura superviżjoni permanenti, traċċabbiltà sħiħa u ħarsien tal-karatteristiċi tipiċi tal-“Kraška panceta” li huma tal-akbar importanza għall-awtentiċità u l-fiduċja tal-konsumatur.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-produtturi kollha li ngħataw ċertifikati ta’ konformità mal-ispeċifikazzjoni ta’ produzzjoni huma intitolati li jimmarkaw il-prodotti tagħhom bl-isem u l-logo “Kraška panceta”. Il-logo jikkonsisti f’immaġni stilizzata ta’ bejken bla xaħam bl-iskrizzjoni “Kraška panceta”. In-numru ta’ reġistrazzjoni tal-produttur għandu jitqiegħed maġenb il-logo. L-użu tal-logo huwa obbligatorju għall-forom kollha tal-panceta li huma kkummerċjalizzati. Il-biċċiet sħaħ tal-panceta għandhom ukoll il-marka ta’ identifikazzjoni fuq il-ġilda.

Il-“Kraška panceta” għandu jiġi identifikat ukoll bil-kliem “zaščitena geografska označba” (identifikazzjoni ġeografika protetta) u s-simbolu nazzjonali tal-kwalità.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ta’ produzzjoni tal-“Kraška panceta” hija ddefinita minn linja li tibda minn Kostanjevica na Krasu sa Opatje selo, minn hemm sal-fruntiera mal-Italja u tul il-fruntiera sal-punt tal-qsim tal-fruntiera ta’ Lipica; minn hemm tul it-triq sal-villaġġ ta’ Lokev, imbagħad tul it-triq għal Divača, minn hemm f’linja dritta sal-villaġġ ta’ Vrabče u ta’ Štjak, Selo, Krtinovica, Kobdilj, u minn hemm f’linja dritta minn Mali Dol għal Škrbina lejn Lipa u Temnica u lura għal Kostanjevica na Krasu. Il-villaġġi kollha msemmija hawn fuq huma parti miż-żona.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-Karst huwa wieħed mill-akbar reġjuni fis-Slovenja. Huwa magħmul minn plateau mmewweġ kalkarju b’art tipika tal-Karst (widien, kavitajiet, widien sekondarji, dagħbien u għerien taħt l-art). Il-Karst huwa kkaratterizzat minn ħamrija kalkarja li fuqha ffurmat il-famuża ħamrija ħamra tar-reġjun tal-Karst, ta’ spiss magħrufa bħala “terra rossa”. Hemm ftit ħamrija fil-wiċċ, li fil-biċċa l-kbira hija bil-ġebel, għalkemm f’xi postijiet jikbru xi ħxejjex, siġar żgħar jew foresta skarsa.

Fir-reġjun tal-Karst, il-prossimità tal-baħar hija influwenza predominanti fuq il-klima. Il-klima Mediterranja moderata tiltaqa’ mal-arja kiesħa kontinentali. Il-fluttwazzjonijiet fit-temperatura huma komuni fir-reġjun tal-Karst, fejn ikun hemm influss ta’ arja kiesħa kontinentali fiż-żona tal-Mediterran fl-għamla tar-riħ bora tal-Karst. Il-prossimità tal-baħar tfisser li, fix-xitwa, ħafna drabi jkun hemm żieda qawwija fit-temperatura wara ġranet ta’ rjieħ bora kesħin ħafna. Kull meta tinżel il-borra, din malajr tinħall. Il-prossimità tal-baħar għandha effett sinifikanti fuq is-sajf meta jippredomina t-temp ċar u sħun. Id-diversità fil-formazzjoni tal-plateau tal-Karst u l-prossimità immedjata tal-baħar ifissru li dejjem ikun hemm riħ jew żiffa, li jippromwovu livell relattivament baxx ta’ umdità.

Il-kundizzjonijiet naturali taż-żona ġeografika joffru kundizzjonijiet mikroklimatiċi favorevoli għat-tnixxif tal-laħam li n-nies lokali ilhom jisfruttaw minn dejjem. Huma rnexxielhom jikkombinaw bl-aħjar mod l-umdità u t-temperatura bl-użu ta’ kmamar differenti fid-djar tal-Karst li għandhom ħitan ħoxnin. Għalhekk, il-bdiewa ttrasferew il-prieżet, il-panceta, l-għonq tal-majjal, iz-zalzett u prodotti oħra minn kamra għall-oħra f’tiftixa kostanti għall-aħjar kombinazzjoni ta’ umdità u temperatura għall-fażijiet teknoloġiċi differenti tal-proċess ta’ maturazzjoni. Għaldaqstant, biż-żmien, il-ħiliet tekniċi u l-għarfien prattiku evolvew bl-esperjenza u saru stabbiliti b’mod permanenti fost il-popolazzjoni lokali.

L-indikazzjoni ġeografika tal-“Kraška panceta” hija bbażata fuq it-tradizzjoni tal-produzzjoni u r-reputazzjoni tagħha.

Fir-reġjun tal-Karst, il-klima Mediterranja moderata tiltaqa’ mal-arja kiesħa kontinentali. Id-diversità fil-formazzjoni tal-plateau tal-Karst u l-prossimità immedjata tal-baħar ifissru li dejjem ikun hemm riħ jew żiffa, li jippromwovu livell relattivament baxx ta’ umdità. Il-kundizzjonijiet favorevoli ta’ tnixxif naturali u d-domanda tas-suq wasslu lill-popolazzjoni lokali biex tipproduċi biċċiet tal-bejken skont din id-domanda.

Hemm tradizzjoni estremament antika tat-tnixxif tal-bejken, kif kien irreġistrat fl-1689. Biż-żmien, il-ħiliet tekniċi evolvew bl-esperjenza, saru stabbiliti b’mod permanenti fost in-nies lokali u għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra. Grazzi għall-ħidma tagħhom, l-abitanti tal-Karst ikkontribwew lejn il-forma rikonoxxibbli standard u l-karatteristiċi organolettiċi tal-“Kraška panceta”.

L-ispeċifiċità tal-“Kraška panceta” tinsab fil-qatgħa rettangolari li tinkludi parti mis-sezzjoni tas-sider b’mill-inqas disa’ partijiet viżibbli fejn kienu jinsabu l-kustilji u parti tal-ġenb. Tali qatgħa tipprovdi l-proporzjon ġust bejn il-bejken dgħif u x-xaħam. Il-bejken huwa dgħif u għandu proporzjon baxx ta’ xaħam. Karatteristika speċifika oħra hija l-użu esklussiv tal-metodu ta’ tmelliħ fin-niexef bil-melħ tal-baħar. Bl-istess mod, l-istadju ta’ tnixxif/maturazzjoni jseħħ mingħajr it-trattament bis-sħana, f’temperatura taħt it-18 °C, li tipprevjeni d-deterjorament tal-proteini minħabba s-sħana u tippreżerva s-sodezza tat-tessut xaħmi.

Grazzi għall-monitoraġġ bir-reqqa tal-istadju ta’ tnixxif/maturazzjoni, dawn il-proċeduri jagħtu lill-“Kraška panceta” l-kwalità karatteristika tiegħu li tagħmlu prodott kummerċjali apprezzat sew mill-konsumaturi u ta’ suċċess kbir.

Għall-kuntrarju ta’ reġjuni oħra fis-Slovenja, il-poplu ta’ Karst juża esklussivament tmelliħ fin-niexef u juża biss kwantità moderata ta’ melħ meta jipproduċi l-“Kraška panceta”. F’reġjuni oħra, normalment jintuża tmelliħ fl-imxarrab (salmura) jew kombinazzjoni ta’ tmelliħ fin-niexef u s-salmura. Il-proċess tat-tmelliħ fin-niexef u l-perjodu relattivament twil ta’ maturazzjoni f’temperaturi baxxi għandhom impatt sinifikanti fuq il-karatteristiċi organolettiċi tal-“Kraška panceta”. Grazzi għall-maturità tiegħu u r-riħa u t-togħma tipiċi tiegħu, il-“Kraška panceta” huwa speċjalità gastronomika li, flimkien mal-Kraški pršut (il-perżut nej tal-Karst), sar apitajżer standard f’okkażjonijiet ċerimonjali.

Fl-1977 bdiet era ġdida tal-produzzjoni tal-“Kraška panceta”, hekk kif il-produtturi bdew jaħdmu f’unitajiet ta’ produzzjoni mgħammra apposta għal dan il-għan.

Xhieda tar-reputazzjoni tal-“Kraška panceta” tinsab b’mod partikolari f’diversi xogħlijiet letterarji, kotba żgħar ta’ tagħrif u fuljetti. Lura fl-1978, il-“Kraška panceta” ġie ppreżentat fil-fuljett ta’ wieħed mill-produtturi. Stanislav Renčelj ippreżenta l-“Kraška panceta” f’xogħlijiet differenti: Suhe mesnine narodne posebnosti (Speċjalitajiet nazzjonali tal-laħam imnixxef) (1991), Kraška kuhinja (Il-kċina tal-Karst) (1999), Suhe mesnine na Slovenskem (L-ispeċjalitajiet tal-laħam imnixxef tas-Slovenja) (2008) u Okusi Krasa (Togħmiet tal-Karst) (2009). Il-“Kraška panceta” ġie ppreżentat bħala speċjalità gastronomika Slovena fil-ktieb “Okusiti Slovenijo” (Duq is-Slovenja) ta’ Janez Bogataj (2007). Ġie ppreżentat ukoll f’bosta kotba promozzjonali, bħall-pubblikazzjoni fi tliet lingwi “Do odličnosti za dober okus, Slovenija” (1998) (Il-kisba tal-Eċċellenza għall-Gourmet, Slovenja, Dem Exzellenten Genuß Entgegen, Slovenia); f’Edamus, Bibamus, Gaudeamus (il-proġett Interreg III, 2006); Kras in Kraške posebnosti (Il-Karst u l-ispeċjalitajiet tiegħu) (il-programm Phare); Pomlad Kraških dobrot (It-tkabbir tal-ispeċjalitajiet tal-Karst) (il-proġett pilota Karst, 2001); Dobrote Krasa in Brkinov (L-Ispeċjalitajiet tal-ikel fir-reġjuni tal-Karst u tal-Brkini) (il-muniċipalità ta’ Sežana, 2010).

Il-produtturi tal-“Kraška panceta” jieħdu sehem fil-Fiera Internazzjonali Agrikola u tal-Ikel f’Gornja Radgona fejn, matul l-aħħar għaxar snin, il-“Kraška panceta” ngħata għadd ta’ rikonoxximenti ta’ livell għoli u premji.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

http://www.mkgp.gov.si/si/delovna_podrocja/kmetijstvo/zascita_kmetijskih_pridelkov_oziroma_zivil/specifikacije_kmetijskih_pridelkov_in_zivil_zascitenih_pri_evropski_komisiji/specifikacije_v_postopku_potrditve_pri_eu_komisiji/


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.


21.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/30


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2020/C 58/11)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“POMME DE TERRE DE NOIRMOUTIER”

Nru tal-UE: PGI-FR-02434 – 11 ta’ Settembru 2018

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“Pomme de terre de Noirmoutier”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Pomme de terre de Noirmoutier” hija tuberu frisk u fraġli li jittiekel, li jinqala’ sal-31 ta’ Awwissu wara perjodu ta’ kultivazzjoni fil-ħamrija ta’ massimu ta’ 130 jum.

Din il-patata titkabbar minn varjetajiet tas-Solanum tuberosum L. u l-ibridi tagħhom elenkati f’lista ta’ varjetajiet magħżula mill-grupp, filwaqt li titħares proċedura ta’ introduzzjoni u ta’ esklużjoni. Din il-proċedura hija maħsuba biex tiżgura li l-varjetajiet awtorizzati jikkonformaw mal-kriterji tal-għażla tal-varjetà li ġejjin: distribuzzjoni tajba fost id-daqsijiet użati, kontenut massimu ta’ materja niexfa u veloċità tat-tuberizzazzjoni rapida. Din il-lista tal-varjetajiet tintbagħat lill-produtturi wara kull emenda, u tintbagħat ukoll lill-korp ta’ kontroll u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kontroll.

Il-karatteristiċi speċjali tal-“Pomme de terre de Noirmoutier” huma dawn li ġejjin:

kulur ġewwieni li fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa isfar,

qoxra rqiqa li tinqala’ pjuttost faċilment qabel ma tissajjar (mingħajr tqaxxir),

tuberi ta’ mhux anqas minn 17-il mm u ta’ mhux aktar minn 70 mm, b’differenza permessa f’kull pakkett ta’ mhux aktar minn 25 mm,

perċentwal massimu ta’ materja niexfa (≤ 22 %).

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-preparazzjoni u t-tħawwil tal-pjanti, il-qlugħ, l-għażla u l-klassifikazzjoni tal-prodott isiru fiż-żona ġeografika.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-patata trid tintbagħat fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tiġi ppakkjata. Tiġi ppreżentata lill-konsumatur f’unitajiet tal-bejgħ li jkunu jiżnu bejn 0.250 kg u 5.000 kg. Għall-bejgħ bl-imnut self-service jew lir-ristoranti u lill-fornituri tal-ikel, il-patata tiġi ppakkjata f’imballaġġ li jkun jiżen mhux aktar minn 15-il kg.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Minbarra t-tagħrif obbligatorju previst fil-liġi dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, kull pakkett ta’ patata jrid ikollu fuqu t-tagħrif li ġej:

l-isem irreġistrat tal-prodott u s-simbolu tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea fl-istess kamp viżiv,

l-isem u l-indirizz ta’ min jippakkja,

l-akronimu u l-indirizz tal-grupp “Vendée Qualité”.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-IĠP “Pomme de terre de Noirmoutier” tinkludi l-komuni li ġejjin fid-département de la Vendée: Noirmoutier en l’Ile, l’Epine, La Guérinière u Barbâtre.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Pomme de terre de Noirmoutier” hija bbażata prinċipalment fuq ir-reputazzjoni speċjali li ġustament akkwistat u fuq l-għarfien tal-produtturi, li f’ambjent naturali partikolari u favorevoli, għamilha possibbli li dan il-prodott isir wieħed mill-aktar tipi ta’ patata magħrufa fi Franza.

Il-gżira ta’ Noirmoutier, li għandha erja ta’ 48 km2, għandha altitudni baxxa u art li fil-biċċa l-kbira tagħha hija watja. Il-gżira tistrieħ fuq saffi tal-granit u tal-franka li fuqhom maż-żmien ġew iddepożitati d-depożiti alluvjali li nġarru mill-kurrenti tal-baħar. Il-ħamrija li tinħadem fuq din il-gżira hija magħmula essenzjalment minn trab ramli jew minn trab ġulġlieni ramli li l-ilma jiskula tajjeb minnu u li kapaċi jisħon malajr.

Il-gżira tgawdi minn klima oċeanika moderata u umda fix-xitwa, bi rjieħ frekwenti (mill-Punent il-Lbiċ) u b’temperaturi ferm inqas ħorox fix-xitwa u fir-rebbiegħa minn dawk li nsibu fil-kontinent ta’ maġenbha, u b’nixfa relattiva fis-sajf li tibda minn Mejju. It-temp fiha huwa xemxi ferm (b’2200 siegħa ta’ xemx fis-sena) u huwa ħafna iktar xemxi minn dak fil-kontinent ta’ maġenbha (bi 300 siegħa ta’ xemx iktar), speċjalment fir-rebbiegħa.

L-ewwel għelejjel tal-patata fuq il-gżira ta’ Noirmoutier imorru lura għal tmiem is-seklu 18. Sa mill-1796, l-awtoritajiet tal-gżira bdew jitolbu lill-abitanti ma jibqgħux ikabbru l-patata fil-ġonna biss u minflok jibdew ikabbruha f’għelieqi f’żoni li kienu favorevoli għal dan it-tkabbir. Skont l-Archives Départementales Vendéennes (l-Arkivji Dipartimentali ta’ Vendée), fl-1860 kienu qed jintużaw 300 ettaru għat-tkabbir tal-patata, u dak iż-żmien kien hemm diġà speċjalizzazzjoni fil-produzzjoni tal-patata “bikrija”.

Mill-1875 ’il quddiem, ir-reputazzjoni u l-iskarsezza tal-prodott wasslu biex il-bdiewa ta’ Nourmoutier bdew ibigħuh fis-swieq ta’ Saint-Nazaire u ta’ Nantes u fis-suq Ingliż (1500 tunnellata fl-1881), bil-kunsinni ddokumentati diġà minn Mejju. Ir-reputazzjoni kienet tali li xi kumpaniji Ingliżi stabbilew irwieħhom fil-gżira matul is-snin 1880 biex ikabbru l-patata hemmhekk huma stess.

It-tħassib kostanti għaż-żamma u t-titjib tal-kwalità tal-prodott wassal biex fl-għoxrinijiet inħolqot il-varjetà famuża msejħa “Bonnotte de Noirmoutier”, li mill-1938 ’il quddiem saret il-varjetà ta’ referenza għall-patata ta’ kwalità (Jean Feytaud, la pomme de terre, Que Sais-je, 1949, p. 66).

Fl-1939 ġiet stabbilita trade union agrikola minħabba xi kunflitti dwar il-prezzijiet bejn in-negozjanti u l-produtturi. Din it-trade union antiċipat l-organizzazzjoni tal-produtturi tal-patata tal-gżira ta’ Noirmoutier f’kooperattiva agrikola li mill-1950 irnexxielha tilħaq produzzjoni ta’ 4000 tunnellata ta’ patata “bikrija”.

Mat-tletin produttur jagħmlu parti minn din il-kooperattiva u lokalment jissejħu “Pataquous”, u dawn għandhom azjendi żgħar speċjalizzati fil-produzzjoni tal-patata (ta’ daqs li huwa kważi darbtejn iżgħar mill-medja nazzjonali). Dawn il-produtturi “artiġjanali”, spiss jgħaddu l-esperjenza miksuba tagħhom minn ġenerazzjoni għall-oħra, filwaqt li jtejbu t-tekniki tal-produzzjoni tagħhom f’ambjent ikkaratterizzat minn koeżjoni kollettiva b’saħħitha u mill-assistenza reċiproka.

Dan l-għarfien jidher b’mod partikolari fil-preparazzjoni bikrija tal-art f’raddi, fl-istallazzjoni tas-sistemi ta’ tisqija, fl-għażla tal-varjetajiet tal-patata b’kulur fil-biċċa l-kbira tiegħu safrani minn ġewwa li huma adattati għan-natura tal-gżira, u fil-fatt li l-patata titħalla tfelles b’mod sistematiku qabel tinżera’. Jidher ukoll fil-ġestjoni u fil-kontroll tal-qlugħ sa minn nofs Marzu, kif ukoll fl-arranġamenti tat-trasport u tat-tħejjija tal-patata biex tkun ippreservata l-freskezza u l-fraġilità tagħha qabel il-kunsinna.

Huwa għalhekk li l-“Pomme de terre de Noirmoutier”, li ilha tiġi ċċelebrata kull sena għal aktar minn 20 sena, mill-aħħar ta’ April jew il-bidu ta’ Mejju, tattira diversi eluf ta’ persuni kull darba. Il-kooperattiva agrikola ħolqot ukoll klabb għal dawk li għandhom għal qalbhom il-“Pomme de terre de Noirmoutier” — klabb li jgħaqqad flimkien il-konsumaturi, l-awturi ta’ blogs kulinari u ħafna chefs fi Franza u lil hinn minnha.

Il-“Pomme de terre de Noirmoutier” tinqala’ sal-aħħar ta’ Awwissu wara perjodu qasir ta’ kultivazzjoni fil-ħamrija. Hija wkoll fost l-ewwel li tiġi kkummerċjalizzata fil-bidu tar-rebbiegħa fis-suq Franċiż. Għandha qoxra rqiqa li tinqala’ pjuttost faċilment qabel it-tisjir u kontenut massimu ta’ materja niexfa.

Ir-reputazzjoni tal-“Pomme de terre de Noirmoutier” issejset tul iktar minn żewġ sekli ta’ storja bis-saħħa tal-interess li qajmet kemm fost il-konsumaturi reġjonali kif ukoll fost dawk barranin. Il-karatteristiċi tagħha, bħall-produzzjoni bikrija, il-perjodu qasir tal-kultivazzjoni fil-ħamrija, il-qoxra rqiqa tagħha u l-kontenut massimu ta’ materja niexfa tagħha, huma marbuta direttament mal-proprjetajiet tal-ħamrija ħafifa li l-ilma jiskula sew minnha, li minħabba li tisħon malajr tiżgura li t-tuberi jiżviluppaw malajr. It-temperaturi u l-ammont ta’ dawl tax-xemx (b’mod partikolari fir-rebbiegħa), li huma ferm akbar fuq il-gżira milli fuq il-kontinent ta’ maġenbha, jikkontribwixxu wkoll għal dan iċ-ċiklu karatteristiku tal-produzzjoni.

L-għarfien professjonali u l-qafas kollettiv tal-istadji tal-produzzjoni, bħall-istadju li matulu l-patata titħalla tfelles qabel tinżera’, il-preparazzjoni tal-art f’raddi u l-għażla kontinwa tal-varjetà, għamluha possibbli li tiġi stabbilita reputazzjoni tajba b’rabta mal-produzzjoni tal-patata fuq il-gżira ta’ Noirmoutier li qatt ma ddgħajfet. Il-kuntest ta’ gżira, bil-koeżjoni kollettiva u soċjali tagħha, kienet deċiżiva f’din is-sitwazzjoni.

Il-possibbiltajiet tat-tisjir tal-“Pomme de terre de Noirmoutier” (it-tisjir bil-fwar, it-toqlija, eċċ.) ilhom żmien twil rikonoxxuti mill-konsumaturi u mix-chefs. Huwa għalhekk li, pereżempju, fl-1996, waqt bejgħ bi rkant fil-lukanda Drouot, flimkien mas-Sur Pierre Cornette de Saint-Cyr, l-ewwel lott ta’ ħames kilogrammi ta’ “Pomme de terre de Noirmoutier” laħaq il-valur ta’ 15,000 frank! Saħansitra iktar mit-tartufi....

Il-prezz medju tal-“Pomme de terre de Noirmoutier” illum huwa ġeneralment bejn darbtejn u ħames darbiet ogħla minn dak tal-patata l-oħra kkummerċjalizzata fl-istess perjodu, u jirrappreżenta anqas minn 10 % ta’ dan is-suq f’termini tal-volum.

Il-“Pomme de terre de Noirmoutier”, element importanti tal-ekonomija agrikola tal-gżira, u l-attività ewlenija tal-ekonomija agrikola tal-gżira, tikkontribwixxi daqs it-turiżmu, is-sajd u l-bwar salmastri għall-ħajja u għall-identità tal-gżira ta’ Noirmoutier. Illum, ir-reputazzjoni tal-“Pomme de terre de Noirmoutier” għadha intatta, u s-sondaġġi l-iktar reċenti jqegħduha fil-quċċata tar-reġjuni Franċiżi l-iktar stmati għall-patata bikrija tagħhom.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://extranet.inao.gouv.fr/fichier/CDC-PDTNoirmoutier.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.