ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 53

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
17 ta' Frar 2020

Werrej

Paġna

II   Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 53/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9691 — Mahindra & Mahindra/Ford Motor Company/Ardour) ( 1 )

1

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 53/02

Rata tal-kambju tal-euro — L-14 ta' Frar 2020

2

2020/C 53/03

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

3

2020/C 53/04

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

4

2020/C 53/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

5

2020/C 53/06

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

6

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2020/C 53/07

Modifika ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT)

7

V   Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 53/08

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

8

2020/C 53/09

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE Talba ta’ Entità Kontraenti- sospensjoni tad-data tal-iskadenza

9

2020/C 53/10

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE Talba mressqa minn Entità Kontraenti

10

2020/C 53/11

Notifika ta’ talba rigward l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE

11

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/1

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9691 — Mahindra & Mahindra/Ford Motor Company/Ardour)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 53/01)

Fit 5 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9691. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/2

Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta' Frar 2020

(2020/C 53/02)

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0842

JPY

Yen Ġappuniż

119,11

DKK

Krona Daniża

7,4713

GBP

Lira Sterlina

0,83208

SEK

Krona Żvediża

10,5085

CHF

Frank Żvizzeru

1,0641

ISK

Krona Iżlandiża

137,50

NOK

Krona Norveġiża

10,0258

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,828

HUF

Forint Ungeriż

335,67

PLN

Zloty Pollakk

4,2490

RON

Leu Rumen

4,7684

TRY

Lira Turka

6,5735

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6151

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4363

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4214

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6864

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5090

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 283,75

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,1139

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,5757

HRK

Kuna Kroata

7,4490

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 870,88

MYR

Ringgit Malażjan

4,4886

PHP

Peso Filippin

54,806

RUB

Rouble Russu

68,9116

THB

Baht Tajlandiż

33,848

BRL

Real Brażiljan

4,6927

MXN

Peso Messikan

20,1606

INR

Rupi Indjan

77,4660

(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/3

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2020/C 53/03)

Image 1

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Estonja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: L-Estonja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Iċ-ċentinarju tat-Trattat ta’ Paċi ta’ Tartu

Id-deskrizzjoni tad-disinn: It-trattat kien iffirmat bejn l-Estonja u r-Russja Sovjetika fit-2 ta’ Frar 1920, u permezz tiegħu kienet stabbilita l-fruntiera fuq in-naħa tal-lvant tal-Estonja, u li ġabet fi tmiemha l-Gwerra tal-Indipendenza.

Id-disinn juri siġra bil-friegħi fuq il-kliem TARTU RAHU (It-Trattat ta’ Paċi ta’ Tartu). Id-disinn juri wkoll l-isem tal-pajjiż “EESTI” u d-data tal-ħruġ “2 ta’ Frar 2020”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 1 000 000

Id-data tal-ħruġ: It-2 ta’ Frar 2020

(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1-30 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52-55).

17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/4

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2020/C 53/04)

Image 2

Naħa nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Litwanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: Il-Litwanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Aukštaitija (mis-sensiela ta’ Reġjuni Etnografiċi Litwanjani)

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri l-arma b’kavallier liebes il-kurazza li għandu xabla f’idu il-leminija. L-arma hija miżmuma minn żewġ anġli, li simbolikament qed jeżaltaw u jipproteġu l-Aukštaitija – wieħed mir-reġjuni l-aktar importanti tal-Litwanja u minn twieled l-istat tal-Litwanja.

Taħt hemm l-iskrizzjoni PATRIAM TUAM MUNDUM EXISTIMA (QIS IL-PATRIJA TIEGĦEK BĦALA D-DINJA KOLLHA).

Id-disinn huwa mdawwar bl-iskrizzjonijiet: “LIETUVA” (l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ), “AUKŠTAITIJA”, is-sena tal-ħruġ “2020” u l-marka taz-zekka taz-Zekka Litwanjana.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 500 000

Id-data tal-ħruġ: It-tielet kwart tal-2020

(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).

17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/5

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2020/C 53/05)

Image 3

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Italja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: L-Italja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-Mija u Ħamsin anniversarju mit-twelid ta’ Maria Montessori

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Il-wiċċ ta’ Maria Montessori f’kompożizzjoni ġeometrika b’xi elementi didattiċi misluta mis-sistema edukattiva tagħha. Fuq in-naħa tal-lemin, “RI”, l-akronimu tar-Repubblika Taljana; fuq ix-xellug, “R”, li tidentifika z-Zekka ta’ Ruma; fuq il-lemin “LDS”, l-inizjali tad-disinjattriċi Luciana De Simoni; fuq nett u isfel nett, id-dati “1870” u “2020”, is-sena tat-twelid tal-pedagoġista Taljana u s-sena tal-ħruġ tal-munita, rispettivament; mad-dawra tal-wiċċ, l-iskrizzjoni “MARIA MONTESSORI”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 3 000 000

Id-data tal-ħruġ: Ġunju 2020

(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).

17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/6

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2020/C 53/06)

Image 4

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Italja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: L-Italja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: It-Tmenin Anniversarju mit-Twaqqif tal-“Corpo Nazionale dei Vigili del Fuoco” (Id-Dipartiment Nazzjonali Tat-Tifi tan-Nar)

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri, fiċ-ċentru, il-logo tad-Dipartiment Nazzjonali tat-Tifi tan-Nar. Fuq ix-xellug, “RI”, l-akronimu tar-Repubblika Taljana; fuq il-lemin , is-sena tal-ħruġ tal-munita “2020”; “R”, tidentifika z-Zekka ta’ Ruma; isfel, “LDS”, l-inizjali tad-disinjattriċi Luciana De Simoni; fuq, skrizzjoni forma ta’ arka “CORPO NAZIONALE DEI VIGILI DEL FUOCO”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 3 000 000

Id-data tal-ħruġ: Jannar 2020

(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/7

Modifika ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT)

(2020/C 53/07)

I.   Isem ir-REKT, indirizz u punt ta’ kuntatt (kif jinsab bħalissa fir-reġistru tar‐REKT)

Isem uffiċjali: Europejskie Ugrupowanie Współpracy Terytorialnej TRITIA z o.o.

Uffiċju reġistrat: Cieszyn

Persuna responsabbli (Direttur): Marta Sláviková

Indirizz elettroniku: director@egtctritia.eu

Indirizz tal-internet tar-Raggruppament: www.egtctritia.eu

II.   Membri li telqu mir-Raggruppament (1) (aqbeż jekk mhux applikabbli)

Isem uffiċjali: Województwo Opolskie

Indirizz postali: ul. Piastowska 14, 45-082 Opole, il-Polonja

Indirizz tal-Internet: www.opolskie.pl

Tip ta’ membru: membru tar-Raggruppament

Pajjiż: il-Polonja

(1)  Jekk jogħġbok ikkopja t-test għal kull membru li jkun telaq mir-Raggruppament

V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/8

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba magħmula minn Entità Kontraenti

(2020/C 53/08)

Fis-6 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-ewwel jum tax-xogħol wara li waslet it-talba kien is-7 ta’ Ġunju 2019.

Din it-talba, magħmula minn Elta Courier S.A., tikkonċerna servizzi ta’ kurrier fil-Greċja. L-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE jistipula li “kuntratti maħsuba sabiex jippermettu li ssir attività msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 li għandha titwettaq ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva jekk l-Istat Membru jew l-entitajiet kontraenti li introduċew it-talba skont l-Artikolu 35 jistgħu juru li, fl-Istat Membru li titwettaq fih, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom mhuwiex ristrett l-aċċess; u lanqas il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma organizzati sabiex titwettaq din l-attività f’dik iż-żona ġeografika ma għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva”. Il-valutazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni li tista’ ssir fil-kuntest tad-Direttiva 2014/25/UE hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha perjodu stipulat ta’ 105 jum tax-xogħol, li jibda jgħodd mill-jum tax-xogħol imsemmi hawn fuq, biex tieħu deċiżjoni rigward din it-talba. Għalhekk dan il-perjodu jiskadi fid-19 ta’ Novembru 2019.

Skont l-Artikolu 35(5) tad-Direttiva 2014/25/UE, talbiet oħrajn li jikkonċernaw l-istess settur jew attività fil-Greċja li jitressqu qabel jiskadi l-perjodu previst għal din it-talba, ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri ġodda, iżda għandhom jiġu ttrattati fil-kuntest ta’ din it-talba.

(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar il-proċeduri ta’ akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/9

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba ta’ Entità Kontraenti- sospensjoni tad-data tal-iskadenza

(2020/C 53/09)

Fit-8 ta’ April 2019, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-ewwel jum tax-xogħol wara li waslet it-talba kien id-9 ta’ April 2019.

Din it-talba, li saret minn Lietuvos energija UAB, tikkonċerna l-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fil-Litwanja. L-avviż rilevanti ġie ppubblikat fil-paġna 28 tal-ĠU C316 fl-28 ta’ Settembru 2019.

Skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, il-Kummissjoni tista’ teħtieġ li l-Istat Membru jew l-entità kontraenti kkonċernata jew l-awtorità nazzjonali indipendenti kompetenti, jew kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti oħra, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha, jew jissupplimentaw jew jiċċaraw l-informazzjoni mogħtija f’limitu ta’ żmien xieraq. Fl-14 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet nazzjonali biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali sa mhux iktar tard mit-28 ta’ Mejju 2019.

Fil-każ ta’ tweġibiet li jaslu tard jew mhux sħaħ, l-iskadenza inizjali għandha tiġi sospiża għall-perjodu bejn l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilit fit-talba għall-informazzjoni, u l-wasla tal-informazzjoni sħiħa u korretta.

Għaldaqstant, l-iskadenza formali se tiskorri wara 74 jum ta’ xogħol wara l-wasla tal-informazzjoni kompluta u korretta.

(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243)

17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/10

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba mressqa minn Entità Kontraenti

(2020/C 53/10)

Fid-19 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-ewwel jum tax-xogħol wara li waslet it-talba kien l-20 ta’ Settembru 2019.

Din it-talba, imressqa minn Slovenske železnice – Tovorni promet d.o.o., tikkonċerna t-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fis-Slovenja. L-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE jistipula li “kuntratti maħsuba sabiex jippermettu li ssir attività msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 li għandha titwettaq ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva jekk l-Istat Membru jew l-entitajiet kontraenti li introduċew it-talba skont l-Artikolu 35 jistgħu juru li, fl-Istat Membru li titwettaq fih, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom mhuwiex ristrett l-aċċess; u lanqas il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma organizzati sabiex titwettaq din l-attività f’dik iż-żona ġeografika ma għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva”. Il-valutazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni li tista’ ssir fil-kuntest tad-Direttiva 2014/25/UE hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha perjodu stipulat ta’ 90 jum tax-xogħol, li jibda jgħodd mill-jum tax-xogħol imsemmi hawn fuq, biex tieħu deċiżjoni rigward din it-talba. Għaldaqstant dan il-perjodu jiskadi fil-5 ta’ Frar 2020.

Skont l-Artikolu 35(5) tad-Direttiva 2014/25/UE, talbiet oħrajn li jikkonċernaw l-istess settur jew attività fis-Slovenja li jitressqu qabel jiskadi l-perjodu previst għal din it-talba, ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri ġodda, iżda għandhom jiġu ttrattati fil-kuntest ta’ din it-talba.

(1)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar il-proċeduri ta’ akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243)

17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/11

Notifika ta’ talba rigward l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba magħmula minn Entità Kontraenti

(2020/C 53/11)

Fit-13 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-ewwel jum tax-xogħol wara li waslet it-talba kien l-14 ta’ Diċembru 2019.

Din it-talba, magħmula minn SJ AB, tikkonċerna attivitajiet b’rabta mal-forniment tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija fl-Iżvezja.

L-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE jipprevedi li “kuntratti maħsuba sabiex jippermettu li ssir attività msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 li għandha titwettaq ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva jekk l-Istat Membru jew l-entitajiet kontraenti li introduċew it-talba skont l-Artikolu 35 jistgħu juru li, fl-Istat Membru li titwettaq fih, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom mhuwiex ristrett l-aċċess; u lanqas il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma organizzati sabiex titwettaq din l-attività f’dik iż-żona ġeografika ma għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva”. Il-valutazzjoni dwar l-espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni li tista’ ssir fil-kuntest tad-Direttiva 2014/25/UE hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tal-liġi dwar il-kompetizzjoni.

Biex tieħu deċiżjoni rigward din it-talba, il-Kummissjoni għandha perjodu stipulat ta’ 130 jum tax-xogħol li jibda jgħodd mill-jum tax-xogħol imsemmi hawn fuq. Għalhekk dan il-perjodu jiskadi fis-6 ta’ Lulju 2020.

Skont l-Artikolu 35(5) tad-Direttiva 2014/25/UE, talbiet oħrajn li jikkonċernaw l-istess attività fl-Iżvezja li jitressqu qabel l-iskadenza tal-perjodu miftuħ fir-rigward ta’ din it-talba ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri ġodda u għandhom jiġu ttrattati fil-kuntest ta’ din it-talba.