|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 51/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9699 — Mitsubishi Corporation/Eneco Groep) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 51/02 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2020/C 51/03 |
||
|
2020/C 51/04 |
Proċeduri ta’ Stralċ Proċeduri ta’ stralċ fir-rigward ta’ Elite Insurance Company Limited |
|
|
2020/C 51/05 |
||
|
2020/C 51/06 |
||
|
2020/C 51/07 |
||
|
|
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA |
|
|
2020/C 51/08 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 51/09 |
SEJĦA GĦALL-AKKREDITAZZJONI — EACEA/03/2020 Il-Karta tal-Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja 2021–2027 |
|
|
2020/C 51/10 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 51/11 |
||
|
2020/C 51/12 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 51/13 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9647 – GHT Mobility/Stadtwerke Düsseldorf/Clevershuttle Düsseldorf) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2020/C 51/14 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9700 — Dnata/Alpha LSG) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 51/15 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9699 — Mitsubishi Corporation/Eneco Groep)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 51/01)
Fit 7 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9699. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-13 ta' Frar 2020
(2020/C 51/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0867 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
119,21 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4721 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,83375 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,4823 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0633 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
137,70 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,0415 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,835 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
337,12 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2513 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7645 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,5843 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6138 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4406 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,4398 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6835 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5096 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 286,02 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,1313 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,5890 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4513 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 892,14 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5006 |
|
PHP |
Peso Filippin |
54,863 |
|
RUB |
Rouble Russu |
69,0209 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
33,839 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,7182 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,2411 |
|
INR |
Rupi Indjan |
77,4495 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
14.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/3 |
Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi.
(2020/C 51/03)
Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-prospettar għall-idrokarburi fis-sezzjoni tal-blokka F15c, kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 tar-Regolament Minerarju (Mijnbouregeling) (Stcrt. 2014, nr. 4928).
Is-sezzjoni tal-blokka F15c hija delimitata
biċ-ċrieki l-kbar bejn il-pari vertiċi A-B, B-C, C-D, D-E, E-F, F-G, G-H en H-A.
Il-vertiċi huma ddefiniti kif ġej:
|
Vertiċi |
o |
“ |
‘’ E |
o |
‘ |
“” N |
|
A |
4 |
55 |
55,011 |
54 |
19 |
57,415 |
|
B |
4 |
59 |
55,017 |
54 |
19 |
57,417 |
|
C |
4 |
59 |
55,037 |
54 |
9 |
57,397 |
|
D |
4 |
54 |
55,029 |
54 |
9 |
57,394 |
|
E |
4 |
54 |
55,029 |
54 |
10 |
12,394 |
|
F |
4 |
54 |
55,025 |
54 |
11 |
57,398 |
|
G |
4 |
54 |
23,092 |
54 |
12 |
25,574 |
|
H |
4 |
55 |
55,023 |
54 |
13 |
57,403 |
Il-vertiċi msemmija hawn fuq huma ddefiniti skont il-koordinati ġeografiċi tagħhom, ikkalkulati skont is-sistema ETRS89.
Is-sezzjoni tal-blokka F15c tkopri erja ta’ 88,2 km2.
Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika b’dan jistieden lill-partijiet interessati biex jibagħtu applikazzjonijiet kompetittivi għall-awtorizzazzjoni tal-prospettar għall-idrokarburi fis-segment tal-blokka F15c tal-blata kontinentali tan-Netherlands, b’referenza għad-Direttiva msemmija u l-Artikolu 15 tal-Att Minerarju (Mijnbouwwet) (Stb. 2002, 542).
Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5.1, 5.2 u 6.2 tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att Minerarju (Stb. 2002, Nru 542).
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu għal 13-il ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jiġu indirizzati lil:
|
Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika |
|
Attn.: is-Sur J.L. Rosch, id-Direttorat għas-Sħana u r-Riżorsi ta’ Taħt l-Art |
|
Bezuidenhoutseweg 73 |
|
Postbus 20401, |
|
2500 Ek Den Haag |
|
IN-NETHERLANDS |
Posta elettronika: mijnbouwaanvragen@minezk.nl
L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.
Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed, fil-prinċipju, sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu.
Għal aktar informazzjoni, tista” tikkuntattja lis-Sinjura E. Aygün,
fuq in-Tel. +31 611223780.
|
14.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/5 |
Proċeduri ta’ Stralċ
Proċeduri ta’ stralċ fir-rigward ta’ Elite Insurance Company Limited
(Pubblikazzjoni li saret skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))
(2020/C 51/04)
|
Impriża tal-assigurazzjoni |
|
||||||||||
|
Id-data, id-dħul fis-seħħ u n-natura tad-deċiżjoni |
Fil-11 ta’ Diċembru 2019, il-Qorti Suprema ta’ Ġibiltà ħatret (b’effett immedjat) lis-Sur Edgar Charles Lavarello u lis-Sur Dan Yoram Schwarzmann ta’ PricewaterhouseCoopers bħala Amministraturi Konġunti ta’ Elite Insurance Company Limited skont l-Att tal-2011 dwar l-Insolvenza. L-Amministraturi Konġunti għandhom jimmaniġġjaw in-negozju, l-assi u l-affarijiet tal-kumpanija u se jkollhom is-setgħa li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom sabiex jilħqu l-għanijiet statutorji fl-Artikolu 46 tal-Att dwar l-Insolvenza. L-Amministraturi Konġunti se jikkoordinaw mal-Iskema ta’ Kumpens tas-Servizzi Finanzjarji fir-Renju Unit biex jiżguraw li l-pretensjonijiet tad-detenturi ta’ poloz eliġibbli tar-Renju Unit jiġu pproċessati u ppreżentati għall-Iskema ta’ Kumpens. L-Amministraturi Konġunti se jinvestigaw ukoll il-potenzjal għal kumpens għad-detenturi ta’ poloz f’ġuriżdizzjonijiet Ewropej oħrajn. Barra minn hekk, l-Amministraturi Konġunti se janalizzaw il-pretensjonijiet tal-assigurazzjoni mhux protetti biex dawn il-pretensjonijiet jiġu inklużi fil-patrimonju. Kwalunkwe distribuzzjoni lill-kredituri tal-assigurazzjoni tista’ ssir biss jekk tkun irnexxiet il-likwidazzjoni tal-assi. Dħul fis-seħħ: il-11 ta’ Diċembru 2019 |
||||||||||
|
L-awtoritajiet kompetenti |
|
||||||||||
|
L-awtorità superviżorja |
|
||||||||||
|
L-amministraturi maħtura |
|
||||||||||
|
Il-liġi applikabbli |
|
|
14.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/6 |
Il-lista tal-portijiet fl-Istati Membri tal-UE fejn huma permessi l-ħatt l-art u l-operazzjonijiet ta’ trasbord tal-prodotti tas-sajd, u fejn huma aċċessibbli għall-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi s-servizzi portwarji, f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008.
(2020/C 51/05)
Il-pubblikazzjoni ta’ din il-lista hija f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (1).
|
Stat Membru |
Portijiet speċifikati |
|
|
|
|
Il-Belġju |
Oostende Zeebrugge |
|
|
|
|
Il-Bulgarija |
Бургас (Burgas) Варна (Varna) |
|
|
|
|
Id-Danimarka |
Esbjerg Fredericia Hanstholm Hirtshals Hvide Sande (*1) København Skagen Strandby (*1) Thyborøn (*1) Aalborg Aarhus |
|
|
|
|
Il-Ġermanja |
Bremerhaven Cuxhaven Rostock (it-trasbordi mhumiex permessi) Sassnitz/Mukran (mhuwiex permess it-trasbord) |
|
|
|
|
L-Estonja |
L-ebda port bħalissa |
|
|
|
|
L-Irlanda |
Killybegs (*1) Castletownbere (*1) |
|
|
|
|
Il-Greċja |
Πειραιάς (Piræus) Θεσσαλονίκη (Thessaloniki) |
|
|
|
|
Spanja |
A Coruña A Pobra do Caramiñal Algeciras Alicante Almería Barbate (*1) (mhumiex permessi t-trasbord u l-ħatt l-art) Barcelona Bilbao Cádiz Cartagena Castellón Gijón Huelva Las Palmas de Gran Canaria Málaga Marin Palma de Mallorca (*1) Ribeira Santa Cruz de Tenerife Santander Tarragona Valencia Vigo (Área Portuaria) Vilagarcía de Arousa |
|
|
|
|
Franza |
Franza metropolitana: Dunkerque Boulogne Le Havre Caen (*1) Cherbourg (*1) Carteret Granville (*1) Saint-Malo Roscoff (*1) Brest Douarnenez (*1) Concarneau (*1) Lorient (*1) Nantes - Saint-Nazaire (*1) La Rochelle (*1) Boulogne sur Mer (*1) Port la Nouvelle (*1) Sète Il-Port ta’ Marseille It-territorji Franċiżi extra-Ewropej: Le Port (La Réunion) Fort De Franza (Martinique) (*1) Port de Jarry (Guadeloupe) (*1) Port du Larivot (Guyana) (*1) |
|
|
|
|
Il-Kroazja |
Ploče Rijeka Zadar – Gaženica Split – Sjeverna luka |
|
|
|
|
L-Italja |
Ancona Brindisi Civitavecchia Fiumicino (*1) Genova Gioia Tauro La Spezia Livorno Napli Olbia Palermo Ravenna Reggio Calabria Salerno Taranto Trapani Trieste Venezja |
|
|
|
|
Ċipru |
Λεμεσός (Limassol) |
|
|
|
|
Il-Latvja |
Rīga Ventspils |
|
|
|
|
Il-Litwanja |
Klaipėda |
|
|
|
|
Malta |
Valletta (Deepwater Quay, Xatt il-Laboratorju, Xatt l-Imħażen) |
|
|
|
|
In-Netherlands |
Eemshaven Ijmuiden Harlingen Scheveningen (*1) Velsen Vlissingen |
|
|
|
|
Il-Polonja |
Gdańsk Gdynia Szczecin Świnoujście (*1) |
|
|
|
|
Il-Portugall |
Aveiro Lisbona Peniche Porto Setúbal Sines Viana do Castelo Açores: Horta Ponta Delgada Praia da Vitória (*1) Madeira: Caniçal |
|
|
|
|
Ir-Rumanija |
Constanța |
|
|
|
|
Is-Slovenja |
L-ebda port bħalissa |
|
|
|
|
Il-Finlandja |
Helsinki (mhux permess it-trasbord) |
|
|
|
|
L-Iżvezja |
Ellös (*1)/ (*5) (mhux permess it-trasbord) (l-aċċess għas-servizzi portwarji huwa permess biss għall-ħatt l-art) Karlskrona Saltö (*1)/ (*3)/ (*4)/ (*5) (mhux permess it-trasbord) Karlskrona Handelshamnen (*1)/ (*3)/ (*4)/ (*5) (mhux permess it-trasbord) Kungshamn (*1)/ (*5) (mhux permess it-trasbord) (l-aċċess għas-servizzi portwarji huwa permess għall-ħatt l-art biss) Lysekil (*1)/ (*3)/ (*5) (mhux permess it-trasbord) Mollösund (*1)/ (*5) (mhux permess it-trasbord) (l-aċċess għas-servizzi portwarji huwa permess għall-ħatt l-art biss) Nogersund (*1)/ (*3)/ (*4)/ (*5) (mhux permess it-trasbord) Rönnäng (*1)/ (*3)/ (*5) (mhux permess it-trasbord) Simrishamn (*1)/ (*3)/ (*4)/ (*5) (mhux permess it-trasbord) Slite (*1)/ (*3)/ (*4)/ (*5) (mhux permess it-trasbord) Smögen (*1)/ (*3)/ (*4)/ (*5) (mhux permess it-trasbord) Strömstad (*1)/ (*3)/ (*5) (mhux permess it-trasbord) Trelleborg (*1)/ (*3)/ (*4)/ (*5) (mhux permess it-trasbord) Träslövsläge (*1)/ (*5) (mhux permess it-trasbord) (l-aċċess għas-servizzi portwarji huwa permess għall-ħatt l-art biss) |
|
|
|
|
Ir-Renju Unit |
Dundee (*1) (aċċess biss għas-servizzi portwarji) Falmouth Grangemouth (*1) (aċċess biss għas-servizzi portwarji) Greenock (*1) (aċċess biss għas-servizzi portwarji) Grimsby Hull Immingham Invergordon (*1) (aċċess biss għas-servizzi portwarji) Leith (*1) (aċċess biss għas-servizzi portwarji) Methel (*1) (aċċess biss għas-servizzi portwarji) Peterhead Stornoway (*1) (aċċess biss għas-servizzi portwarji) |
(1) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.
(*1) Mhux Post ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera (BIP) tal-UE
(*2) Il-ħatt l-art huwa aċċettat biss minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ pajjiżi taż-ŻEE jew tal-EFTA
(*3) Huwa permess il-ħatt l-art tal-prodotti tas-sajd kollha minn bastimenti li jtarju l-bnadar tan-Norveġja, tal-Iżlanda, ta’ Andorra u tal-Gżejjer Faeroe
(*4) Mhuwiex permess il-ħatt l-art ta’ iktar minn 10 tunnellati ta’ aringi maqbuda barra mill-Baħar Baltiku, ta’ kavalli u ta’ sawrell
(*5) Mhuwiex permess il-ħatt l-art ta’ ħut iffriżat għajr minn bastimenti li jtarju l-bnadar tan-Norveġja, tal-Iżlanda, ta’ Andorra u tal-Gżejjer Faeroe jekk ikunu mmarkati b’din ***.
|
14.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/10 |
Il-lista tal-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom fir-rigward tal-Artikoli 15(2), 17(8) u 21(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008
(2020/C 51/06)
Il-pubblikazzjoni ta’ din il-lista hija f’konformità mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 (1). L-awtoritajiet kompetenti ġew notifikati f’konformità mal-Artikoli li ġejjin ta’ dak ir-Regolament:
|
a) |
l-Artikolu 15(1): L-esportazzjoni tal-qabdiet li jkunu saru minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru għandhom ikunu soġġetti għall-validazzjoni taċ-ċertifikat tal-qabda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, kif stabbilit fl-Artikolu 12(4), jekk dan ikun meħtieġ fil-qafas tal-koperazzjoni stabbilit fl-Artikolu 20(4). l-Artikolu 15(2): L-Istati Membri tal-bandiera għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-validazzjoni taċ-ċertifikati tal-qabda msemmijin fil-paragrafu 1. |
|
b) |
l-Artikolu 17(8): L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-iċċekkjar u l-verifiki taċ-ċertifikati skont l-Artikolu 16 u l-paragrafi (1) sa (6) ta’ dan l-Artikolu. |
|
c) |
l-Artikolu 21(3): L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti għall-validazzjoni u l-verifika tat-taqsima “riesportazzjoni” taċ-ċertifikati tal-qabda skont il-proċedura ddefinita fl-Artikolu 15.
|
|
14.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/15 |
Proċedimenti ta’ stralċ
Deċiżjoni biex jinbdew proċedimenti ta’ stralċ fir-rigward ta’ Quick-Sure Insurance Limited.
(Pubblikazzjoni li saret skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))
(2020/C 51/07)
|
Impriża tal-assigurazzjoni |
|
||||||
|
Id-data, id-dħul fis-seħħ u t-tip ta’ deċiżjoni |
Fit-23 ta’ Jannar 2020, il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja ta’ Ġibiltà ħatret (b’effett immedjat) lis-Sur Grant Jones u lis-Sur James Oton minn Gainsford Gibraltar LLP bħala amministraturi konġunti ta’ Quick-Sure Insurance Limited, skont l-Att ta’ Insolvenza tal-2011. L-amministratur se jikkoordina mal-Iskema ta’ Kumpens tas-Servizzi Finanzjarji fir-Renju Unit biex jiżgura li d-detenturi kollha tal-poloz jibqgħu jaraw li t-talbiet validi u eliġibbli tagħhom jiġu saldati. Dħul fis-seħħ: it-23 ta’ Jannar 2020 |
||||||
|
L-awtoritajiet kompetenti |
|
||||||
|
L-awtorità superviżorja |
|
||||||
|
L-amministraturi maħtura |
|
||||||
|
Id-dritt applikabbli |
Id-dritt ta’ Ġibiltà L-Att dwar l-Insolvenza tal-2011 L-Att dwar il-Kumpaniji tal-2014 |
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA
|
14.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/16 |
Il-valuri limitu msemmija fid-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE, 2014/25/UE u 2009/81/KE, espressi fil-muniti nazzjonali tal-Istati tal-EFTA
(2020/C 51/08)
|
Limiti f’EUR |
Limiti f’NOK |
Limiti f’CHF |
Limiti f’ISK |
|
80 000 |
771 036 |
91 563 |
10 429 009 |
|
139 000 |
1 339 676 |
159 091 |
18 120 403 |
|
214 000 |
2 062 522 |
244 931 |
27 897 599 |
|
428 000 |
4 125 045 |
489 863 |
55 795 199 |
|
750 000 |
7 228 467 |
858 404 |
97 771 961 |
|
1 000 000 |
9 637 957 |
1 144 539 |
130 362 615 |
|
5 350 000 |
51 563 071 |
6 123 288 |
697 439 993 |
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/17 |
SEJĦA GĦALL-AKKREDITAZZJONI — EACEA/03/2020
Il-Karta tal-Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja 2021–2027
(2020/C 51/09)
Klawżola ta’ Riżerva
Il-Programm tal-UE 2021–2027 għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport propost mill-Kummissjoni Ewropea fit-30 ta’ Mejju 2018 (minn hawn ’il quddiem il-Programm) għadu ma ġiex adottat mil-leġiżlaturi Ewropej. Madankollu, din is-sejħa għall-akkreditazzjoni ġiet ippubblikata biex tiffaċilita l-applikazzjoni tal-benefiċjarji potenzjali tal-għotjiet tal-Unjoni malli l-bażi ġuridika tiġi adottata mil-leġiżlaturi Ewropej.
Din is-Sejħa għall-akkreditazzjoni ma torbotx legalment lill-Kummissjoni Ewropea. F’każ ta’ modifika sostanzjali lill-bażi ġuridika mil-leġiżlaturi Ewropej, din is-Sejħa tista’ tiġi modifikata jew ikkanċellata u jistgħu jitnedu Sejħiet għall-akkreditazzjoni oħra b’kontenut differenti u bi skadenzi xierqa għat-tweġiba.
B’mod aktar ġenerali, kwalunkwe azzjoni li tirriżulta minn din is-Sejħa għall-akkreditazzjoni tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin, li l-implimentazzjoni tagħhom hija lil hinn mill-kontroll tal-Kummissjoni:
|
— |
l-adozzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-test finali tal-bażi ġuridika li tistabbilixxi l-Programm; |
|
— |
l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali tal-2021 u dawk sussegwenti u l-linji gwida ta’ implimentazzjoni ġenerali, il-kriterji u l-proċeduri tal-għażla, wara konsultazzjoni mal-kumitat tal-Programm u |
|
— |
l-adozzjoni tal-2021 u baġits sussegwenti tal-Unjoni Ewropea mill-awtorità tal-baġit. |
Il-Programm propost tal-UE 2021-2027 għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport huwa bbażat fuq l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà.
1. Objettivi u deskrizzjoni
Il-Karta tal-Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja (ECHE) tipprovdi l-qafas ta’ kwalità ġenerali għall-attivitajiet ta’ kooperazzjoni Ewropej u internazzjonali li istitut ta’ edukazzjoni għolja (HEI) jwettaq meta jipparteċipa fil-Programm. L-għotja ta’ Karta tal-Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja hija prerekwiżit għall-istituti kollha ta’ edukazzjoni għolja li jinsabu f’wieħed mill-pajjiżi msemmija hawn taħt u li jixtiequ japplikaw u jipparteċipaw fil-mobbiltà għat-tagħlim, fil-kooperazzjoni fost l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet u/jew fl-appoġġ għall-proġetti tal-iżvilupp ta’ politika skont il-Programm 2021-2027. Għall-HEI li jinsabu f’pajjiżi terzi li mhumiex assoċjati mal-Programm, l-ECHE mhijiex meħtieġa, u l-qafas ta’ kwalità jiġi stabbilit permezz ta’ ftehimiet interistituzzjonali bejn l-HEIs.
Il-Karta tingħata għad-durata kollha tal-Programm. L-implimentazzjoni tal-Karta se tiġi ssorveljata mill-Aġenziji Nazzjonali ta’ Erasmus+ u l-ksur tal-prinċipji u tal-impenji tagħha jista’ jwassal għall-irtirar tagħha mill-Kummissjoni Ewropea.
2. Applikanti eliġibbli
Il-HEI stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin huma eliġibbli biex japplikaw għal Karta tal-Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja:
|
— |
l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: |
|
— |
il-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-bażi ġuridika (1). |
Sabiex ikunu eliġibbli, l-applikanti jridu jiġu rikonoxxuti bħala istituti ta’ edukazzjoni għolja (2) mill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiż tal-applikant.
3. Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet u d-data indikattiva tal-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-għażla
L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-Karta tal-Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja hija l-21 ta’ April 2020. Id-data indikattiva tal-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-għażla hija l-15 ta’ Ottubru 2020.
4. Proċedura tal-għażla
B’mod eċċezzjonali, għal din is-Sejħa sejrin jiġu implimentati żewġ proċeduri ta’ applikazzjoni separati.
Qabel il-pubblikazzjoni ta’ din is-Sejħa, il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenziji Nazzjonali tal-Erasmus+ se jkunu analizzaw l-attività u l-prestazzjoni tal-passat tad-detenturi tal-ECHE taħt il-Programm Erasmus+ 2014–2020. L-elementi li ġejjin ittieħdu inkonsiderazzjoni:
|
— |
jekk l-istitut ta’ edukazzjoni għolja pparteċipax f’attivitajiet ta’ Erasmus+ mis-sejħa tal-2017 ’il quddiem: |
|
— |
jekk l-istitut ta’ edukazzjoni għolja rrispettax il-Karta tal-Erasmus għall-prinċipji tal-Edukazzjoni Għolja; |
|
— |
jekk l-istitut ta’ edukazzjoni għolja kisibx l-ECHE tiegħu skont is-sejħa tal-2020. |
Skont din l-informazzjoni, se jiġu implimentati żewġ proċeduri ta’ applikazzjoni separati:
|
— |
Id-detenturi preċedenti tal-ECHE li kienu attivi u konformi mal-prinċipji tal-Karta mis-sejħa tal-Erasmus+ tal-2017 ’il quddiem, u l-HEI li kisbu l-ECHE tagħhom taħt is-Sejħa tal-ECHE tal-2020 huma mitluba japplikaw minn fuq il-link li ġejja: Suġġett 1 |
|
— |
Id-detenturi preċedenti tal-ECHE li kienu inattivi jew mhux konformi mal-prinċipji tal-Karta mis-sejħa tal-Erasmus+ tal-2017 ’il quddiem, u l-applikanti l-ġodda, huma mitluba japplikaw minn fuq il-link li ġejja: Suġġett 2 |
L-Aġenziji Nazzjonali tal-Erasmus+ infurmaw lid-Detenturi kollha attwali tal-ECHE (2014-2020) liema proċedura ta’ applikazzjoni jenħtieġ li jsegwu. F’każ li l-applikant ma jkunx ċert liema proċedura jsegwi, dan mitlub jikkonsulta lill-Aġenzija Nazzjonali tiegħu skont l-informazzjoni ta’ kuntatt li tinsab fuq il-paġna web li ġejja: https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/contact/national-agencies_mt.
Kumitat ta’ Evalwazzjoni magħmul minn uffiċjali mill-EACEA u mill-Kummissjoni Ewropea se jevalwa l-applikazzjonijiet mal-kriterji ta’ ammissibbiltà u eliġibbiltà għall-għoti tal-Karta, abbażi tal-feedback li jasal mingħand esperti esterni indipendenti.
Dawn l-applikazzjonijiet se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Aġenziji Nazzjonali ta’ Erasmus+ biex iwettqu l-monitoraġġ tal-prinċipji tal-Karta. In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn il-prinċipji jista’ jwassal għall-irtirar tal-Karta tal-Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja u l-esklużjoni tal-HEI mill-parteċipazzjoni fil-Programm.
5. Dettalji kollha
Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jistabbilixxi l-programm tal-Unjoni 2021-2027 għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport tista’ tinstab fuq il-paġna web li ġejja: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM%3A2018%3A367%3AFIN
L-applikazzjonijiet iridu jiġu sottomessi skont il-linji gwida pprovduti mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u disponibbli fuq is-sit web: https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding/erasmus-charter-for-higher-education-2021-2027_en
(1) Sal-adozzjoni tal-bażi ġuridika. Fil-Programm Erasmus+ 2014-2020, din il-lista tinkludi: l-Iżlanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein, it-Turkija, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja.
(2) “Istitut ta’ edukazzjoni għolja” tfisser kwalunkwe istitut li, f’konformità mal-liġi jew mal-prattika nazzjonali, joffri lawrji rikonoxxuti jew kwalifiki ta’ livell terzjarju rikonoxxuti oħrajn, ikun xi jkun jissejjaħ tali stabbiliment kif ukoll kwalunkwe istitut komparabbli ieħor fil-livell terzjarju li l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jqisuh eliġibbli biex jipparteċipa fil-Programm, fit-territorji rispettivi tagħhom.
|
14.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/20 |
Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għall-għażla ta’ membru tal-Bord Fiskali Ewropew
Tiġdid tad-data ta' skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 13 tal-15 ta’ Jannar 2020)
(2020/C 51/10)
L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għas-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għall-għażla ta’ membru tal-Bord Fiskali Ewropew tal-14 ta' Frar 2020, nofsillejl ġiet imġedda sal-15 ta’ Marzu 2020, nofsillejl, ħin ta’ Brussell.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/21 |
Notifika ta’ bidu dwar ir-rieżami tal-miżuri ta’ salvagwardja applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar
(2020/C 51/11)
Fil-31 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet miżuri ta’ salvagwardja definittivi fuq ċerti prodotti tal-azzar (“ir-Regolament ta’ Salvagwardja Definittiv”) (1).
Il-premessa (161) tar-Regolament ta’ Salvagwardja Definittiv jgħid li l-Kummissjoni, abbażi tal-konsiderazzjonijiet tal-interess tal-Unjoni, jista’ jkollha bżonn tirrieżamina ċerti elementi tal-miżuri ta’ salvagwardja sabiex tqis żviluppi reċenti jew ċirkostanzi li nbidlu. Barra minn hekk, tali rieżami jenħtieġ li jsir fuq bażi regolari, u mill-inqas fi tmiem ta’ kull sena tal-impożizzjoni tal-miżuri.
F’konformità ma’ dik il-konsiderazzjoni, fis-17 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni bdiet l-ewwel rieżami tal-miżuri ta’ salvagwardja (2). Dan ir-rieżami ġie konkluż fis-26 ta’ Settembru 2019 (3).
Sabiex tqis l-iżviluppi u ċ-ċirkustanzi mibdula possibbli qabel tmiem it-tieni sena tal-impożizzjoni tal-miżuri, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda t-tieni rieżami tal-miżuri ta’ salvagwardja.
1 Il-prodott taħt rieżami
Il-prodott taħt rieżami jikkonsisti f’ċerti prodotti tal-azzar li huma elenkati fl-Anness ta’ din in-Notifika.
2 Ambitu tar-rieżami
Il-Kummissjoni beħsiebha tagħmel dan ir-rieżami billi ssegwi l-istruttura użata fil-qafas tar-rieżami preċedenti:
|
A. |
Il-livell u l-allokazzjoni ta’ kwota tariffarja għal għadd ta’ kategoriji speċifiċi ta’ prodotti. Il-Kummissjoni se tinvestiga l-użu tal-kwota tariffarja mindu daħal fis-seħħ l-aħħar tibdil li rriżulta mill-ewwel rieżami u mill-kummenti tal-partijiet f’dak ir-rigward. Se tiddetermina fuq dik il-bażi jekk ikunx ġustifikat xi aġġustament li jirriżulta miċ-ċirkostanzi li nbidlu. |
|
B. |
Esklużjoni ta’ flussi kummerċjali tradizzjonali Fl-aħħar rieżami tagħha, il-Kummissjoni introduċiet xi aġġustamenti sabiex jinżammu l-flussi kummerċjali tradizzjonali. Il-Kummissjoni beħsiebha teżamina jekk dawk l-aġġustamenti humiex qed jaħdmu adegwatament inkella jeħtiġux aktar irfinar. |
|
C. |
Effetti detrimentali potenzjali fil-kisba tal-objettivi ta’ integrazzjoni mas-sħab kummerċjali preferenzjali Il-Kummissjoni se tinvestiga jekk il-funzjonament tal-miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar eżistenti kkawżax riskji sostanzjali għall-istabilizzazzjoni jew l-iżvilupp ekonomiku ta’ ċerti sħab kummerċjali preferenzjali sal-punt li jkun ta’ detriment għall-objettivi ta’ integrazzjoni tal-ftehimiet tagħhom mal-UE. |
|
D. |
Aġġornament tal-lista tal-pajjiżi membri tad-WTO fil-fażi tal-iżvilupp esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri abbażi tal-aktar livell reċenti tagħhom ta’ importazzjonijiet Skont ir-Regolament tal-UE 2015/478 (4), ma għandhomx jiġu applikati miżuri ta’ salvagwardja fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiż membru tad-WTO fil-fażi tal-iżvilupp dment li s-sehem tiegħu fit-total ta’ importazzjonijiet tal-prodott soġġett għall-miżuri ma jaqbiżx it-3 %, dment li tali pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp kollettivament ma jirrappreżentawx aktar minn 9 % tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. F’konformità mal-premessa (192) tar-Regolament ta’ Salvagwardja Definittiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina jekk l-importazzjonijiet minn membru tad-WTO fil-fażi tal-iżvilupp jeċċedux il-livell limitu ta’ 3 % u għandhomx jiġu eventwalment inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja. Il-Kummissjoni beħsiebha tagħmel tali valutazzjoni u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-lista tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp li huma membri tad-WTO u li għandhom jiġu inklużi jew esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri. |
|
E. |
Bidliet oħra fiċ-ċirkostanzi li jistgħu jeħtieġu aġġustament fil-livell ta’ allokazzjoni tal-kwota tariffarja Il-partijiet interessati huma wkoll mistiedna jqajmu kwalunkwe kwistjoni oħra li ma taqax taħt it-taqsimiet minn A sa D hawn fuq sa fejn dawn ikunu jikkonċernaw tibdil dejjiemi meta mqabbel mas-sitwazzjoni prevalenti fl-investigazzjoni oriġinali, li l-effetti tagħhom jista’ jkun hemm bżonn li jiġu rieżaminati u li jistgħu jiġġustifikaw, fost l-oħrajn, aġġustament fil-livell jew fl-allokazzjoni tal-kwota tariffarja f’kategoriji tal-prodotti speċifiċi. Il-partijiet interessati li jixtiequ jqajmu kwistjonijiet addizzjonali huma mitluba jipprovdu biżżejjed evidenza li tissustanzja d-dikjarazzjonijiet tagħhom, kif ukoll proposti speċifiċi dwar kif għandhom jiġu żviluppati kwalunkwe żviluppi li jkunu qed jaffettwaw kategorija ta’ prodotti. |
3 Proċedura
Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni b’dan qed tibda rieżami tal-miżuri ta’ salvagwardja tal-azzar eżistenti, limitati għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-kwistjonijiet speċifikati hawn fuq.
3.1 Sottomissjonijiet bil-miktub
Sabiex tinkiseb l-informazzjoni rilevanti kollha meqjusa neċessarja għall-investigazzjoni, il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jesprimu fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn lill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-partijiet interessati li jagħmlu sottomissjoni huma mitluba jistrutturaw is-sottomissjonijiet tagħhom b’mod ċar u li jindikaw fil-korrispondenza tagħhom (i) liema kwistjoni(jiet) tar-rieżami u (ii) liema kategorija/i ta’ prodotti tikkonċerna/jikkonċernaw is-sottomissjoni tagħhom.
3.2 Possibbiltà għal kummenti dwar is-sottomissjonijiet ta’ partijiet oħra
Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu jindirizzaw biss il-kwistjonijiet imqajma fis-sottomissjonijiet tal-partijiet interessati l-oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.
Tali kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sebat (7) ijiem minn meta s-sottomissjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.1. isiru disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-Kummissjoni tista’ wkoll toħroġ struzzjonijiet speċifiċi dwar l-istruttura tal-konfutazzjonijiet fi stadju aktar tard fil-proċediment. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni tinforma lill-partijiet interessati b’dan permezz ta’ Nota fil-fajl fit-Tron.
L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ Tron.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet f’dik il-paġna sabiex ikollok aċċess.
L-iskeda ta’ żmien deskritta hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.
Minħabba l-ħtieġa li r-rieżami jitlesta f’perjodu ta’ żmien qasir – ara t-Taqsima 6 aktar ’l isfel – u l-fatt li l-partijiet interessati se jingħataw il-possibbiltà li jikkummentaw fuq is-sottomissjonijiet ta’ partijiet oħra, li se jiżgura biżżejjed opportunitajiet biex jiddefendu l-interessi tagħhom, il-Kummissjoni mhijiex se torganizza seduti ta’ smigħ għall-fini ta’ din l-investigazzjoni, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni li jkunu jeżiġu dan.
3.3 Sottomissjoni ta’ informazzjoni u estensjoni għal-limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika
Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jissottomettu biss l-informazzjoni fil-perjodi ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika. Kwalunkwe estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika tista’ tintalab biss f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni u tingħata biss jekk tkun debitament ġustifikata. L-estensjonijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati għad-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni normalment ikunu limitati għal 3 ijiem addizzjonali.
3.4 Struzzjonijiet għat-tfassil ta’ sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlijin u l-korrispondenza
L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ proċediment tad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment ta’ difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Is-sottomissjonijiet bil-miktub kollha pprovduti mill-partijiet interessati li jintalab trattament kunfidenzjali għalihom għandhom ikunu mmarkati “Limited” (5) (ristrett). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.
Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Limited” huma obbligati jfasslu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-UE 2015/478 (6) u l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-UE 2015/755 (7), li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Dawk is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali u għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fl-istess ħin tal-verżjoni “Limited”.
Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġuni tajba għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi prokuri skennjati. Meta jużaw il-posta elettronika jew TRON.tdi, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz tax-xogħol uffiċjali li jaħdem u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux espliċitament li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal aktar regoli u tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inkluż il-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet permezz ta’ TRON.tdi, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H, unit H5 |
|
Office: CHAR 03/66 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
TRON.tdi: https://webgate.ec.europa.eu/tron/tdi |
Indirizz tal-posta elettronika: TRADE-SAFE009-REVIEW@ec.europa.eu
4 L-iskeda tar-rieżami
Sabiex tiġi evitata kwalunkwe inċertezza u interruzzjoni bla bżonn tas-sistema ta’ salvagwardja tal-azzar attwalment fis-seħħ, ir-rieżami attwali għandu jiġi konkluż fl-iqsar żmien u, kull meta jkun possibbli, qabel it-30 ta’ Ġunju 2020.
5 Nuqqas ta’ Kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fl-iskadenzi speċifikati, jew ixxekkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, jistgħu jiġu stabbiliti konstatazzjonijiet abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/755. Jekk jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
6 Uffiċjal tas-Seduta
L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu intervent mill-Uffiċjal tas-Seduta. Fil-prinċipju, dawn l-interventi għandhom ikunu limitati għall-kwistjonijiet li jkunu nqalgħu matul il-proċediment ta’ rieżami attwali.
Jenħtieġ li t-talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Fil-prinċipju, l-iskedi ta’ żmien stabbiliti fit-Taqsima 3.1 sat-Taqsima 3.3 ta’ dan l-Avviż għas-sottomissjonijiet lill-Kummissjoni japplikaw mutatis mutandis għal talbiet għal intervent lill-Uffiċjal tas-Seduta. Fejn talbiet bħal dawn jiġu ppreżentati barra l-iskedi ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina wkoll ir-raġunijiet għaliex dawn kienu tard, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-interessi tal-amministrazzjoni tajba u t-tlestija fil-ħin tal-investigazzjoni.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.
7 Proċessar ta’ data personali
Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).
Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/html/157639.htm
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27).
(2) ĠU C 169, 17.5.2019, p. 9.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1590 tas-26 ta’ Settembru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 248, 27.9.2019, p. 28).
(5) Dokument “Limited” huwa dokument li jitqies kunfidenzjali skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/478, l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/755 u l-Artikolu 3.2 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji. Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(6) ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16.
(7) ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33.
(8) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS
Lista ta’ kategoriji ta’ prodotti soġġetti għal miżuri ta’ salvagwardja definittivi
|
Numru tal-Prodott |
Kategorija tal-prodott |
|
1 |
Folji u Strixxi Mhux Illigati u Oħrajn Illigati Llaminati bis-Sħana |
|
2 |
Folji Mhux Illigati u Oħrajn Illigati Llaminati bil-Kesħa |
|
3.A |
Folji Elettriċi (għajr GOES) |
|
3.B |
|
|
4.A |
Folji Miksija Metalliċi |
|
4.B |
|
|
5 |
Folji Miksija Organiċi |
|
6 |
Prodotti stanjati |
|
7 |
Pjanċi Kwarto Mhux Illigati u Oħrajn Illigati |
|
8 |
Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Rrumblati bis-Sħana |
|
9 |
Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Rrumblati bil-Kesħa |
|
10 |
Pjanċi Kwarto Inossidabbli Llaminati bis-Sħana |
|
12 |
Forom tal-Metall u Forom Ħfief Mhux Illigati u Oħrajn Illigati |
|
13 |
Vireg tar-rinforz |
|
14 |
Bars Stainless u Forom Ħfief |
|
15 |
Virga tal-Wajer Stainless |
|
16 |
Virga tal-Wajer Mhux Illigati u Oħrajn Illigati |
|
17 |
Angoli, Forom u Qatgħat tal-Ħadid jew tal-Azzar Mhux Illigat |
|
18 |
Gzuz ta’ Pjanċi |
|
19 |
Materjali tal-Ferrovija |
|
20 |
Pajpijiet tal-gass |
|
21 |
Pajpijiet vojta minn ġewwa |
|
22 |
Tubi u Pajpijiet Stainless Seamless |
|
24 |
Tubi Oħra Mingħajr Saldatura |
|
25 |
Tubi kbar iwweldjati |
|
27 |
Żbarri mhux Illigati u oħrajn illigati b’finitura bil-kesħa |
|
28 |
Wajer Mhux Illigat |
|
14.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/26 |
Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping dwar importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
(2020/C 51/12)
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, huma l-oġġett ta’ dumping u b’hekk qed ikunu ta’ dannu (2) għall-industrija tal-Unjoni.
1. L-ilment
L-ilment tressaq fit-3 ta’ Jannar 2020 mill-European Biodiesel Board (“l-ilmentatur”) f’isem seba’ produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-estrużjonijiet tal-aluminju tal-Unjoni.
Verżjoni pubblika tal-ilment u l-analiżi tal-livell ta’ sostenn għall-ilment minn produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl għall-partijiet interessati.
2. Il-prodott investigat
Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa żbarri, vireg, profili (vojta jew le), tubi, pajpijiet; mhux immuntati; kemm jekk ippreparati għall-użu fi strutturi (eż. maqtugħin għall-qies, imtaqqbin, mgħawwġa, iċċanfrinati, bil-kamin); magħmula minn aluminju, legat jew le, li fih mhux iktar minn 99,3 % ta’ aluminju (“il-prodott investigat”).
Il-prodotti li ġejjin mhumiex koperti minn din l-investigazzjoni:
|
i. |
prodotti mehmużin (pereżempju b’iwweldjar jew bi qfieli) biex jiffurmaw subassemblaġġi; |
|
ii. |
tubi u pajpijiet iwweldjati; |
|
iii. |
prodotti f’kitt imballat bil-partijiet meħtieġa biex jiġi assemblat prodott finali mingħajr irfinar jew fabrikazzjoni ulterjuri tal-partijiet (“kitt tal-oġġetti lesti”). |
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw informazzjoni dwar l-ambitu tal-prodott iridu jagħmlu dan fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika (3).
3. L-allegazzjoni ta’ dumping:
Il-prodott li allegatament huwa oġġett ta’ dumping huwa l-prodott investigat, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-RPĊ) bħalissa kklassifikat taħt il-kodiċijiet NM ex7604 10 10, ex7604 10 90, 7604 21 00, 7604 29 10, 7604 29 90, ex7608 10 00, 7608 20 81, 7608 20 89 u ex7610 90 90 (il-kodiċijiet TARIC 7604101011, 7604109011, 7604109025, 7604109080, 7608100011, 7608100080, 7610909010). Il-kodiċijiet NM u TARIC huma mogħtija għall-informazzjoni biss.
L-ilmentatur iddikjara li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ (il-pajjiż ikkonċernat), minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fit-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.
Bħala sostenn għall-allegazzjonijiet tad-distorsjonijiet sinifikanti, l-ilmentatur ibbaża fuq il-“Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-RPĊ” ddatat l-20 ta’ Diċembru 2017 (ir-“rapport tal-Kummissjoni”), ir-rapport “Il-kapaċità żejda fiċ-Ċina: Impediment għall-Aġenda ta’ Riforma tal-Partit” maħruġ mill-Kamra tal-Kummerċ tal-UE f’Beijing u r-rapport tal-OECD “Il-kejl tad-distorsjonijiet fi swieq internazzjonali - Il-katina tal-valur tal-aluminju”. Fir-rapport tal-Kummissjoni, l-ilmentatur jirreferi għat-taqsima speċifika dwar l-aluminju, l-element ewlieni ta’ kost fil-produzzjoni tal-estrużjonijiet tal-aluminju, kif ukoll għall-kapitoli dwar id-distorsjonijiet ġenerali fir-rigward tal-enerġija u l-elettriku. Ir-rapport tal-OECD wera wkoll li l-forzi mhux tas-suq, u l-appoġġ tal-gvern b’mod partikolari, jidhru li jispjegaw żieda fil-kapaċità żejda fl-industrija tal-aluminju fir-RPĊ. Peress li l-kapaċitajiet tal-aluminju Ċiniżi sistematikament jaqbżu d-domanda domestika, għadd dejjem akbar ta’ produtturi ffukaw – bl-inċentiva tal-gvern – primarjament fuq is-swieq tal-esportazzjoni u b’mod partikolari l-UE. Din il-kapaċità żejda u l-konsegwenzi tagħha huma identifikati wkoll fir-rapport maħruġ mill-Kamra tal-Kummerċ tal-UE f’Beijing.
B’hekk, fid-dawl tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, l-allegazzjoni ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali maħdum fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott investigat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.
Fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li teżisti biżżejjed evidenza, skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku, li turi li, minħabba li hemm distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet, l-użu ta’ prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż ikkonċernat mhuwiex xieraq, u għalhekk jirrikjedi li tinbeda investigazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.
Ir-rapport tal-Kummissjoni huwa disponibbli fil-fajl li jista’ jiġi kkonsultat mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ fin-nota (4) f’qiegħ il-paġna. Kemm ir-rapport tal-OECD kif ukoll dak tal-Kamra tal-Kummerċ tal-UE f’Beijing jiffurmaw parti mill-verżjoni miftuħa tal-ilment u disponibbli fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati.
4. Allegazzjoni ta’ dannu / rabta ta’ kawżalità u distorsjonijiet fil-materja prima
4.1. Allegazzjoni ta’ dannu u kawżalità
L-ilmentatur ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu kumplessivament f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem fis-suq.
L-evidenza mogħtija mill-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott impurtat investigat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa u fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba kif ukoll fuq is-sehem fis-suq tal-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f’effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni.
4.2. Allegazzjoni ta’ distorsjonijiet fil-materja prima
L-ilmentatur ipprovda lill-Kummissjoni biżżejjed evidenza li turi li hemm distorsjonijiet fil-materja prima fil-pajjiż ikkonċernat fir-rigward tal-prodott investigat. Dawn id-distorsjonijiet jidher li jirriżultaw fil-prezzijiet li huma aktar baxxi minn dawk ikkwotati fis-swieq internazzjonali tal-istess prodott.
Skont l-evidenza fl-ilment, il-billetti tal-aluminju, li jirrappreżentaw aktar minn 60 % tal-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott investigat, huma soġġetti għal taxxi fuq l-esportazzjoni fil-pajjiż ikkonċernat. Abbażi ta’ tqabbil tal-prezzijiet ikkwotati fil-London Metals Exchange għall-billetti tal-aluminju ma’ dawk fir-RPĊ, l-ilment jistabbilixxi li t-taxxi tal-esportazzjoni fuq il-prodott investigat jidher li jirriżultaw fi prezzijiet aktar baxxi minn dawk tas-swieq internazzjonali rappreżentattivi.
Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni se teżamina d-distorsjonijiet allegati biex tivvaluta, jekk rilevanti, jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu. Jekk distorsjonijiet oħra koperti mill-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku jiġu identifikati matul l-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista’ tkopri wkoll dawn id-distorsjonijiet.
5. Proċedura
Ladarba tkun iddeterminat, wara li tkun infurmat lill-Istati Membri, li l-ilment ġie ppreżentat mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha, u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni tibda investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni tistabbilixxi jekk il-prodott investigat, li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat, huwiex qed ikun oġġett ta’ dumping u jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping ikkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni.
Jekk il-konklużjonijiet ikunu fl-affermattiv, l-investigazzjoni teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2a), l-investigazzjoni se teżamina t-test ta’ interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku.
Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Ġunju 2018, (il-pakkett tal-Modernizzazzjoni tat-TDI) daħħal tibdiliet sinifikanti fl-iskeda ta’ żmien u fl-iskadenzi li kienu applikabbli qabel fil-proċedimenti anti-dumping. Il-limiti ta’ żmien biex il-partijiet interessati jippreżentaw ruħhom, b’mod partikolari fl-istadju bikri tal-investigazzjonijiet, huma mqassra.
5.1. Il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).
5.2. Kummenti dwar l-ilment u l-bidu tal-investigazzjoni
Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar il-fatturi tal-produzzjoni/l-inputs u l-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (SA) ipprovduti fl-ilment fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar l-ilment (inklużi kwistjonijiet li jirrigwardaw id-dannu u r-rabta ta’ kawżalità) jew dwar kwalunkwe aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għall-ilment) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Kull talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
5.3. Proċedura għal kif jiġi stabbilit id-dumping
Il-produtturi esportaturi (6) tal-prodott investigat huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.3.1. Investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
5.3.1.1.
(a) Il-kampjunar
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma b’dan mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, mitluba fl-Anness I ta’ din in-Notifika fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni kkuntattjat ukoll lill-awtoritajiet tar-RPĊ u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi magħrufa kollha, l-awtoritajiet tar-RPĊ u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tar-RPĊ, jekk ikun xieraq, liema huma l-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi esportaturi, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk humiex inklużi fil-kampjun. Il-produtturi esportaturi fil-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni se żżid nota li tirrifletti l-għażla tal-kampjun fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifikazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.
Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi hija disponibbli fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2449..
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi li jkunu lestew l-Anness I fl-iskadenza speċifikata u li jkunu qablu li jiġu inklużi fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu parti mill-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex parti mill-kampjun”). Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima 5.3.1(b) hawn taħt, id-dazju anti-dumping li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex parti mill-kampjun mhuwiex se jaqbeż il-marġni tal-medja ponderata ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (7).
(b) Marġni ta’ dumping individwali għall-produtturi esportaturi mhux inkluż fil-kampjun
Skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex parti mill-kampjun jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-marġnijiet ta’ dumping individwali tagħhom. Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal marġni ta’ dumping individwali jridu jlestu l-kwestjonarju u jirritornawh debitament komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifikazzjoni tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi hija disponibbli fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2449..
Il-Kummissjoni se teżamina jekk il-produtturi esportaturi li kkooperaw u mhux inklużi fil-kampjun jistgħux jingħataw dazju individwali f’konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.
Madankollu, il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun li jitolbu marġni ta’ dumping individwali, jenħtieġ li jkunu konxji li l-Kummissjoni xorta waħda tista’ tiddeċiedi li ma tistabbilixxix il-marġni ta’ dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun tant ikun kbir li tali stabbiliment ikun wisq diffiċli li jsir u minħabba fih l-investigazzjoni ma tkunx tista’ titlesta fil-ħin.
5.3.2. Proċedura addizzjonali fir-rigward tal-pajjiż ikkonċernat soġġett għal distorsjonijiet sinifikanti
Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Skont il-punt (e) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, ftit wara l-bidu tal-investigazzjoni, permezz ta’ nota għall-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati, se tinforma lill-partijiet fl-investigazzjoni dwar is-sorsi rilevanti, kif ukoll dwar l-għażla ta’ pajjiż terz rappreżentattiv adattat, fejn ikun xieraq, li beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a). Il-partijiet fl-investigazzjoni għandhom jingħataw 10 ijiem biex jikkummentaw dwar in-nota f’konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 2(6a). Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, il-pajjiżi terzi rappreżentattivi li jistgħu jkunu xierqa huma t-Turkija, il-Messiku u l-Arġentina. Bl-għan li finalment tagħżel il-pajjiż terz rappreżentant xieraq, il-Kummissjoni se teżamina jekk hemmx pajjiż(i) terz(i) b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku għar-RPĊ, jekk hemmx produzzjoni u bejgħ tal-prodott investigat f’dawk il-pajjiżi terzi u jekk hix disponibbli data rilevanti. F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż terz wieħed rappreżentattiv, se tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiżi b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.
Fil-kuntest ta’ dan l-eżerċizzju, il-Kummissjoni titlob lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ biex jipprovdulha l-informazzjoni mitluba fl-Anness III ta’ din in-Notifika fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Barra minn hekk, kull preżentazzjoni ta’ informazzjoni fattwali biex jiġu vvalutati l-ispejjeż u l-prezzijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku trid issir fi żmien 65 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Tali informazzjoni fattwali jenħtieġ li tittieħed esklużivament minn sorsi disponibbli għall-pubbliku.
5.3.3. L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (8) (9)
L-importaturi mhux relatati tal-prodott investigat mir-RPĊ lejn l-Unjoni huma mistiedna jieħdu sehem f’din l-investigazzjoni.
Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ importaturi li mhumiex relatati involuti f’dan il-proċediment, u sabiex l-investigazzjoni titlesta sal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi li mhumiex relatati u li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
B’hekk, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, mitluba fl-Anness II ta’ din in-Notifika fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott investigat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli.
Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar il-kampjun tal-importaturi. Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota li tirrifletti l-għażla tal-kampjun fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifikazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqiegħed kwestjonarji għad-dispożizzjoni tal-importaturi mhux relatati li jkunu parti mill-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifikazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Kopja tal-kwestjonarju għall-importaturi hija disponibbli fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2449.
5.4. Proċedura għall-istabbiliment tad-dannu u għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
L-istabbiliment tad-dannu jissejjes fuq evidenza pożittiva u jinvolvi eżami oġġettiv tal-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, tal-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u tal-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx xi dannu, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
Fil-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni kkonċernati, u sabiex tlesti l-investigazzjoni sal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid ta’ kampjun isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati. B’hekk, il-partijiet interessati huma mistiedna jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Barra minn hekk, produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kampjun, iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kummenti kollha dwar il-kampjun proviżorju jridu jaslu fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni u/jew lill-assoċjazzjonijiet magħrufa kollha tal-produtturi tal-Unjoni dwar il-kumpaniji li finalment ikunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.
Il-produtturi tal-Unjoni li jkunu parti mill-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2449..
5.5. Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni f’każ ta’ allegazzjonijiet ta’ distorsjonijiet rigward il-materja prima
F’każijiet ta’ distorsjoni rigward il-materji prima kif definit fl-Artikolu 7 (2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se twettaq test dwar l-interess tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 7 (2b) ta’ dak ir-Regolament. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi, meta tistabbilixxi l-livell ta’ dazji skont l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, biex tapplika l-Artikolu 7(2), hija għandha twettaq test fl-interess tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 21.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jipprovdu l-informazzjoni kollha pertinenti li tippermetti lill-Kummissjoni tiddetermina jekk huwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġi stabbilit il-livell tal-miżuri skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, il-partijiet interessati huma mistiedna jipprovdu kwalunkwe informazzjoni dwar il-kapaċitajiet żejda fil-pajjiż ikkonċernat, il-kompetizzjoni għal materja prima u l-effett fuq il-katini ta’ provvista għal kumpaniji Ewropej. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni l-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li jkun skont l-interess tal-Unjoni li jiġi applikat l-Artikolu7(2a) tar-Regolament bażiku.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-interessi tal-Unjoni. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat.
L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interessi tal-Unjoni trid tingħata fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata jew fil-format ta’ test liberu jew inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott investigat, hija disponibbli fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fuq il-website tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2449. L-informazzjoni mogħtija titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.
5.6. Il-partijiet interessati
Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat.
Il-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li ppreżentaw informazzjoni disponibbli b’konformità mal-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.3, 5.4 u 5.5 ta’ hawn fuq jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat.
Partijiet oħra jkunu jistgħu jieħdu sehem biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument meta jagħmlu lilhom infushom magħrufa, u diment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat. Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ Tron.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Segwi l-istruzzjonijiet fuq dik il-paġna biex tikseb aċċess.
5.7. Il-possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu seduta ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni.
Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.
L-iskeda ta’ żmien għas-seduti ta’ smigħ hija kif ġej:
|
i. |
Sabiex seduta ta’ smigħ issir qabel l-iskadenza biex jiġu imposti l-miżuri proviżorji, jenħtieġ li t-talba ssir fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika u s-seduta ta’ smigħ normalment isseħħ fi żmien 60 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. |
|
ii. |
Wara l-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji, jenħtieġ li ssir talba fi żmien ħamest (5) ijiem mid-data tad-divulgazzjoni tal-konstatazzjonijiet proviżorji jew tad-dokument ta’ informazzjoni, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifikazzjoni tad-divulgazzjoni jew mid-data tad-dokument ta’ informazzjoni. |
|
iii. |
Fl-istadju tal-konstatazzjonijiet definittivi, jenħtieġ li ssir talba fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tad-divulgazzjoni finali, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir fil-perjodu mogħti biex isiru kummenti dwar id-divulgazzjoni finali. Jekk ikun hemm divulgazzjoni finali addizzjonali, jenħtieġ li ssir talba minnufih malli tasal din id-divulgazzjoni finali addizzjonali, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir qabel l-iskadenza stabbilita biex isiru kummenti dwar din id-divulgazzjoni. |
L-iskeda ta’ żmien deskritta hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tas-servizzi tal-Kummissjoni li jaċċettaw seduti ta’ smigħ lil hinn mill-iskeda ta’ żmien f’każijiet debitament ġustifikati u għad-dritt tal-Kummissjoni li tiċħad seduti ta’ smigħ f’każijiet debitament ġustifikati. Meta s-servizzi tal-Kummissjoni jirrifjutaw talba għal seduta ta’ smigħ, il-parti kkonċernata tiġi infurmata bir-raġunijiet għal tali rifjut.
Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, wara seduta ta’ smigħ il-partijiet interessati jistgħu jintalbu jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida.
5.8. L-istruzzjonijiet għat-tfassil ta’ preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza
L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data li jkunu soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment ta’ difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom iħaddmu d-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitive” (10) (“Sensittivi”). Il-partijiet li jippreżentaw tagħrif matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.
Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni mmarkata “Sensitive” huma obbligati jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati”. Jenħtieġ li dawn is-sommarji jkunu ddettaljati biżżejjed biex il-qarrej ikun jista’ raġonevolment jifhem is-sustanza tat-tagħrif ippreżentat b’mod kunfidenzjali.
Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġuni valida għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika li jipprovdu jkun indirizz tal-posta elettronika uffiċjali tax-xogħol li jiffunzjona u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u informazzjoni ulterjuri dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet permezz ta’ TRON.tdi u bil-posta elettronika, il-partijiet interessati jenħtieġ li jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Commission
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Office: CHAR 04/039 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku:
Għal kwistjonijiet relatati mad-dumping:
TRADE-AD664-ALUMINIUM-EXTRUSIONS-DUMPING@ec.europa.eu
Għal kwistjonijiet relatati mad-danni:
TRADE-AD664-ALUMINIUM-EXTRUSIONS-INJURY@ec.europa.eu
6. L-iskeda tal-investigazzjoni
Skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, normalment l-investigazzjoni tiġi konkluża fi żmien 13-il xahar, iżda mhux iktar minn 14-il xahar, mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, normalment il-miżuri proviżorji jistgħu jiġu imposti sa mhux aktar tard minn seba’ (7) xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, iżda fi kwalunkwe każ sa mhux iktar tard minn tmien (8) xhur mill-pubblikazzjoni tagħha.
Skont l-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji tliet (3) ġimgħat qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji. Il-partijiet interessati se jingħataw tlett (3) ijiem tax-xogħol biex jikkummentaw bil-miktub dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli.
F’każijiet fejn il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li ma timponix dazji proviżorji iżda li tkompli l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jiġu infurmati, permezz ta’ dokument ta’ informazzjoni, bin-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ dazji tliet ġimgħat qabel ma tiskorri l-iskadenza skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet interessati jingħataw 15-il jum biex jikkummentaw bil-miktub dwar il-konstatazzjonijiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni, u 10 ijiem biex jikkummentaw bil-miktub dwar il-konstatazzjonijiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Fejn ikun applikabbli, id-divulgazzjoni finali addizzjonali se tispeċifika l-iskadenza għall-partijiet interessati biex jikkummentaw bil-miktub.
7. Preżentazzjoni tal-informazzjoni
Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni biss fl-iskedi ta’ żmien speċifikati fit-taqsimiet 5 u 6 ta’ din in-Notifika. Il-preżentazzjoni ta’ kull informazzjoni oħra mhux koperta minn dawn it-taqsimiet, jenħtieġ li tirrispetta l-iskeda li ġejja:
|
i. |
Kull informazzjoni għall-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji jenħtieġ li tiġi ppreżentata fi żmien 70 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
|
ii. |
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-partijiet interessati ma għandhomx jippreżentaw informazzjoni fattwali ġdida wara l-iskadenza għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni tal-konstatazzjonijiet proviżorji jew id-dokument ta’ informazzjoni fl-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji. Wara din l-iskadenza, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss informazzjoni fattwali ġdida jekk ikunu jistgħu juru li tali informazzjoni fattwali ġdida hija meħtieġa biex jikkonfutaw allegazzjonijiet fattwali li jkunu saru minn partijiet interessati oħrajn u dment li tali informazzjoni fattwali ġdida tkun tista’ tiġi vverifikata fiż-żmien disponibbli biex l-investigazzjoni titlesta fil-ħin. |
|
iii. |
Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi obbligatorji, il-Kummissjoni mhijiex se taċċetta iktar preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar id-divulgazzjoni finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar id-divulgazzjoni finali addizzjonali. |
8. Il-possibbiltà li jsiru kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra
Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.
Tali kummenti jenħtieġ li jsiru skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:
|
i. |
Jenħtieġ li kwalunkwe kumment dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra qabel l-iskadenza tal-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, isir mhux iktar tard mill-75 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
|
ii. |
Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni li jipprovdu partijiet interessati oħra b’reazzjoni għad-divulgazzjoni tal-konstatazzjonijiet proviżorji jew tad-dokument ta’ informazzjoni, jiġu ppreżentati fi żmien sebat (7) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar il-konstatazzjonijiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
|
iii. |
Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni li jipprovdu partijiet interessati oħra b’reazzjoni għad-divulgazzjoni finali, jiġu ppreżentati fi żmien tlett (3) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar id-divulgazzjoni finali, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm divulgazzjoni finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni li jipprovdu partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal din id-divulgazzjoni jsiru fi żmien jum wieħed (1) mill-iskadenza għal kummenti dwar din id-divulgazzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
L-iskeda ta’ żmien deskritta huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.
9. Estensjoni tal-iskadenzi speċifikati f’din in-Notifika
L-estensjonijiet tal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jistgħu jingħataw fuq talba min-naħa tal-partijiet interessati li jkollhom raġuni valida.
Jenħtieġ li kull estensjoni għal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jiġu rikjesti f’ċirkustanzi ta’ eċċezzjoni u se jingħataw biss jekk ikunu debitament ġustifikati. Fi kwalunkwe każ, kull estensjoni għall-iskadenza tar-risposta għall-kwestjonarji se tkun limitata għal tlett ijiem u bħala regola ma taqbiżx sebat ijiem. Rigward il-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu, l-estensjonijiet se jkunu limitati għal tlett ijiem sakemm ma jintwerewx ċirkustanzi ta’ eċċezzjoni.
10. Nonkooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limitu tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, il-konstatazzjonijiet proviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u għalhekk il-konstatazzjonijiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun iwassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih.
11. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża ta’ partijiet interessati u partijiet terzi kif dawn jinqalgħu matul il-proċediment.
L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.
Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u bla dewmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. Fil-prinċipju, l-iskedi ta’ żmien stabbiliti fit-Taqsima 5.7 sabiex jintalbu seduti ta’ smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni japplikaw mutatis mutandis għal talbiet għal seduti ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta. Meta t-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu ppreżentati lil hinn mill-iskedi ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet ikunu saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawk il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li debitament jqis l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija f’waqtha tal-investigazzjoni.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.
12. Ipproċessar ta’ data personali
Kull data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).
Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) It-terminu ġenerali “dannu” jirreferi għal dannu materjali kif ukoll għal theddid ta’ dannu materjali jew dewmien materjali tal-istabbiliment ta’ industrija kif stipulat fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament bażiku.
(3) Ir-referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika jirreferu għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(4) http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf Id-dokumenti msemmija fir-rapport tal-Kummissjonijistgħu jinkisbu wkoll fuq talba debitament motivata.
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 143, 7.6.2018, p. 1).
(6) Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li jipproduċu u li tesporta l-prodott investigat lejn is-suq tal-Unjoni, jew direttament jew inkella permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe waħda mill-kumpaniji relatati tagħha involuti fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott investigat.
(7) Skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kwalunkwe marġni żero u de minimis, u l-marġnijiet stabbiliti f’konformità maċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku mhumiex se jitqiesu.
(8) Din it-taqsima tkopri biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(9) Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti milli biex jiġi stabbilit id-dumping.
(10) Dokument “Sensitive” huwa dokument li jitqies li hu kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(11) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS I
|
☐ |
Verżjoni “Sensittiva” |
|
☐ |
Verżjoni “Biex jikkonsultawha l-partijiet interessati” |
|
(immarka l-kaxxa rilevanti) |
|
TA’ PROĊEDIMENT ANTI-DUMPING DWAR IMPORTAZZJONIJIET TA’ ESTRUŻJONIJIET TAL-ALUMINJU LI JORIĠINAW MIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI FIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jwieġbu t-talba għal informazzjoni għall-kampjunar li saret fil-punt 5.3.1.1 tan-Notifika ta’ Bidu.
Kemm il-verżjoni “Sensittiva” kif ukoll il-verżjoni ”Biex jikkonsultawha l-partijiet interessati” jridu jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-Notifika ta’ Bidu.
1. DETTALJI TA’ IDENTITA U TA’ KUNTATT
Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:
|
Isem il-kumpanija |
|
|
Indirizz |
|
|
Persuna ta’ kuntatt |
|
|
L-indirizz tal-posta elettronika |
|
|
Telefown |
|
|
Nru tal-faks |
|
2. FATTURAT U VOLUM TA’ BEJGH
Indika l-fatturat fil-munita tal-kontabbiltà tal-kumpanija matul il-perjodu tal-investigazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 (il-bejgħ għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni għal kull wieħed mit-28 Stat Membru (1) separatament u kollha f’daqqa, u l-bejgħ domestiku) ta’ estrużjonijiet tal-aluminju kif definit fin-Notifika ta’ Bidu u l-piż korrispondenti. Iddikjara l-unità tal-piż u l-munita li ntużaw.
|
|
Tunnellati |
Valur fil-munita tal-kontabbiltà Speċifika l-munita użata |
|
|
Il-bejgħ f’esportazzjonijiet lejn l-Unjoni għal kull wieħed mit-28 Stat Membru, separatament u kollha f’daqqa, tal-prodott investigat, immanifatturat mill-kumpanija tiegħek |
Total: |
|
|
|
Semmi kull Stat Membru (2): |
|
|
|
|
Il-bejgħ domestiku tal-prodott investigat, immanifatturat mill-kumpanija tiegħek |
|
|
|
Indika liema mill-kategoriji ta’ prodotti li ġejjin il-kumpanija tiegħek tipproduċi u tbigħ lill-Unjoni Ewropa. Barra minn hekk, agħti stimi indikattivi tal-proporzjon tal-produzzjoni totali li kull kategorija ta’ prodotti tirrappreżenta.
|
|
Il-kumpanija tiegħek tipproduċi? (Iva/Le) |
Proporzjon tal-produzzjoni totali (f’%) |
Il-kumpanija tiegħek tbigħ lill-Unjoni Ewropea? (Iva/Le) |
|
Profili solidi |
|
|
|
|
Profili vojta |
|
|
|
|
Żbarri u vireg |
|
|
|
|
Tubi u pajpijiet |
|
|
|
3. ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGHEK U TAL-KUMPANIJI RELATATI (3)
Agħti d-dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija u tal-kumpaniji relatati kollha (elenkahom u ddikjara r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (f’esportazzjonijiet u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott investigat. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott investigat jew il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti ta’ sottokuntrattar, jew l-ipproċessar jew in-negozjar tal-prodott investigat, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.
|
Isem u lokalità tal-kumpanija |
Attivitajiet |
Relazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4. INFORMAZZJONI OHRA
Agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li l-kumpanija tqis utli biex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.
5. MARGNI INDIVIDWALI TA’ DUMPING
Il-kumpanija tiddikjara li, f’każ li ma tintgħażilx biex tkun parti mill-kampjun, tixtieq tirċievi kwestjonarju u formoli oħrajn ta’ pretensjoni sabiex timlihom u b’hekk titlob marġni ta’ dumping individwali skont it-taqsima 5.3.1.1.(b) tan-Notifika ta’ Bidu.
|
☐ Iva |
☐ Le |
6. ĊERTIFIKAZZJONI
Meta tipprovdi t-tagħrif ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel li possibbilment tiġi inkluża fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssirilha żjara fil-post sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-produtturi esportaturi li ma jikkooperawx huma bbażati fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.
Firma tal-uffiċjal awtorizzat:
Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:
Data:
(1) Fl-2019, it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea kienu: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, u r-Renju Unit.
(2) Żid aktar ringieli jekk ikun meħtieġ.
(3) F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
ANNESS II
|
☐ |
Verżjoni “Sensittiva” |
|
☐ |
Verżjoni “Biex jikkonsultawha l-partijiet interessati” |
|
(immarka l-kaxxa rilevanti) |
|
TA’ PROĊEDIMENT ANTI-DUMPING DWAR IMPORTAZZJONIJIET TA’ ESTRUŻJONIJIET TAL-ALUMINJU LI JORIĠINAW MIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TA’ IMPORTATURI MHUX RELATATI
Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-importaturi mhux relatati jwieġbu għat-talba għal informazzjoni rigward il-kampjunar li saret fil-punt 5.3.3 tan-Notifika ta’ Bidu.
Kemm il-verżjoni “Sensittiva” kif ukoll il-verżjoni “Biex jikkonsultawha l-partijiet interessati” jridu jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-Notifika ta’ Bidu.
1. DETTALJI TA’ IDENTITÀ U TA’ KUNTATT
Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:
|
Isem il-kumpanija |
|
|
Indirizz |
|
|
Persuna ta’ kuntatt |
|
|
L-indirizz tal-posta elettronika |
|
|
Telefown |
|
|
Nru tal-faks |
|
2. FATTURAT U VOLUM TA’ BEJGĦ
Indika l-fatturat totali tal-kumpanija f’EUR, u l-fatturat u l-piż tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u l-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019, ta’ estrużjonijiet tal-aluminju kif definit fin-Notifika ta’ Bidu kif ukoll il-piż korrispondenti. Iddikjara l-unità tal-piż li ntużat.
|
|
Tunnellati |
Valur f’EUR |
|
Fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’EUR |
|
|
|
Importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott investigat |
|
|
|
Il-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni tal-prodott investigat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
|
|
Indika liema mill-kategoriji ta’ prodotti li ġejjin il-kumpanija tiegħek timporta lejn l-Unjoni mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina:
|
|
Importazzjonijiet fl-Unjoni (Iva/Le) |
|
Profili solidi |
|
|
Profili vojta |
|
|
Żbarri u vireg |
|
|
Tubi u pajpijiet |
|
3. ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U TAL-KUMPANIJI RELATATI (1)
Agħti dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija u tal-kumpaniji relatati kollha (elenkahom u ddikjara r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (f’esportazzjonijiet u/jew domestiku) tal-prodott investigat. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott investigat jew il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti ta’ sottokuntrattar, jew l-ipproċessar jew in-negozjar tal-prodott investigat, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.
|
Isem u lokalità tal-kumpanija |
Attivitajiet |
Relazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4. INFORMAZZJONI OĦRA
Agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li l-kumpanija tqis utli biex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.
5. ĊERTIFIKAZZJONI
Meta tipprovdi t-tagħrif ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel li possibbilment tiġi inkluża fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssirilha żjara fil-post sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx jiġu bbażati fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.
Firma tal-uffiċjal awtorizzat:
Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:
Data:
(1) F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
ANNESS III
|
☐ |
Verżjoni “Sensittiva” |
|
☐ |
Verżjoni “Biex jikkonsultawha l-partijiet interessati” |
|
(immarka l-kaxxa rilevanti) |
|
PROĊEDIMENT ANTI-DUMPING DWAR IMPORTAZZJONIJIET TA’ ESTRUŻJONIJIET TAL-ALUMINJU LI JORIĠINAW MIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
TALBA GĦAL INFORMAZZJONI DWAR L-INPUTS UŻATI MILL-PRODUTTURI FIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jwieġbu għat-talba għal informazzjoni ta’ input li saret fil-punt 5.3.2. tan-Notifika ta’ Bidu.
Kemm il-verżjoni “Sensittiva” kif ukoll il-verżjoni “Biex jikkonsultawha l-partijiet interessati” jridu jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-Notifika ta’ Bidu.
L-informazzjoni mitluba trid tintbagħat lura lill-Kummissjoni fl-indirizz speċifikat fin-Notifika ta’ Bidu fi żmien 10 ijiem mid-data ta’ din in-nota għall-fajl.
1. DETTALJI TA’ IDENTITÀ U TA’ KUNTATT
Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:
|
Isem il-kumpanija |
|
|
Indirizz |
|
|
Persuna ta’ kuntatt |
|
|
L-indirizz tal-posta elettronika |
|
|
Telefown |
|
|
Nru tal-faks |
|
2. INFORMAZZJONI DWAR L-INPUTS UŻATI MILL-KUMPANIJA TIEGĦEK U KUMPANIJI RELATATI
Ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-proċess ta’ produzzjoni tal-prodott investigat.
Elenka l-materjali kollha (mhux maħdumin u pproċessati) u l-enerġija użata fil-produzzjoni tal-prodott investigat kif ukoll il-prodotti sekondarji kollha u l-iskart li huma mibjugħa jew imdaħħla (mill-ġdid) fil-proċess ta’ produzzjoni tal-prodott investigat. Fejn xieraq, ipprovdi l-kodiċi ta’ klassifikazzjoni korrispondenti tas-Sistema Armonizzata (SA) (1) għal kull waħda mill-entrati fiż-żewġ tabelli. Imla Anness separat għal kull kumpanija relatata li tipproduċi l-prodott investigat fil-każ li l-proċess tal-produzzjoni jkun differenti. Kumpaniji relatati li huma involuti fil-manifattura tal-inputs użati upstream fil-produzzjoni tal-prodott investigat għandhom ukoll jimlew Anness separat u jidentifikaw l-input(s) fornut(i).
|
Materja Prima/enerġija |
Kodiċi SA |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(Żid ringieli addizzjonali jekk meħtieġ) |
|
|
Prodotti sekondarji u skart |
Kodiċi SA |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(Żid ringieli addizzjonali jekk meħtieġ) |
|
Il-kumpanija b’dan tiddikjara li l-informazzjoni mogħtija hawn fuq hi korretta sa fejn taf hi.
Firma tal-uffiċjal awtorizzat:
Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:
Data:
(1) Is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija, ġeneralment imsejħa s-“Sistema Armonizzata” jew sempliċiment “SA” hija nomenklatura tal-prodotti internazzjonali bi skopijiet multipli żviluppata mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO - World Customs Organization).
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/43 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9647 – GHT Mobility/Stadtwerke Düsseldorf/Clevershuttle Düsseldorf)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 51/13)
1.
Fis-7 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
GHT Mobility GmbH (“GHT”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Deutsche Bahn AG |
|
— |
Stadtwerke Düsseldorf AG (“SWD”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn EnBW Baden-Württemberg AG |
SWD u GHT jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ CleverShuttle Düsseldorf GmbH (“CS Düsseldorf”). CS Düsseldorf tipprovdi servizzi ta’ rikbiet kondiviżi fil-belt ta’ Düsseldorf u bħalissa hija kkontrollata biss minn GHT.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
GHT: l-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ kunċetti ta’ mobilità ottimizzati bl-IT inklużi servizzi tat-trasport tal-passiġġieri ottimizzati bl-IT permezz ta’ karozzi tal-kiri. Hija kkontrollata minn Deutsche Bahn AG u tipprovdi infrastruttura tal-ferroviji fil-Ġermanja, trasport tal-passiġġieri fl-UE u trasbord tal-merkanzija u loġistika madwar id-dinja. |
|
— |
SWD: provvista tal-elettriċità, tal-gass, l-ilma u t-tisħin tad-distrett, ġestjoni tal-iskart, vetturi tal-gass naturali, mobilità elettrika, servizzi relatati mal-enerġija u dawl pubbliku fiż-żona ta’ Düsseldorf. Hija kkontrollata minn EnBW Energie Baden-Württemberg AG, u li hija attiva fil-ġenerazzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriċità u fil-provvista ta’ servizzi ta’ ta’ forniment tal-enerġija fiż-ŻEE. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9647 – GHT Mobility/Stadtwerke Düsseldorf/Clevershuttle Düsseldorf
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ara r-‘“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
14.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/45 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9700 — Dnata/Alpha LSG)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 51/14)
1.
Fis-7 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Dnata (l-Emirati Għarab Magħquda), finalment ikkontrollata mill-Gvern ta’ Dubaj (l-Emirati Għarab Magħquda), |
|
— |
Alpha LSG Limited (“Alpha LSG”, ir-Renju Unit). |
Dnata takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Alpha LSG kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Dnata: Il-provvista ta’ servizzi tal-linja tal-ajru, inkluż il-catering abbord l-ajruplani, ġestjoni tal-passiġġieri, ġestjoni tal-merkanzija. Manutenzjoni u servizzi tekniċi oħra għal-linjia tal-ajru f’għadd ta’ pajjiżi madwar id-dinja. Dnata hija kkontrollata mill-Gvern ta’ Dubaj, li jikkontrolla wkoll lillEmirates Airlines, |
|
— |
Alpha LSG: servizzi ta’ catering abbord l-ajruplani fir-Renju Unit. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9700 — Dnata/Alpha LSG
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/46 |
Pubblikazzjoni ta’ Dokument Uniku kif imsemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid
(2020/C 51/15)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“Adamclisi”
PDO-RO-N0037
Data tal-applikazzjoni: 30 ta’ Marzu 2016
1. Isem li se jiġi rreġistrat
Adamclisi
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Karatteristiċi analitiċi u organolettiċi tal-inbejjed bojod/rożé
L-inbejjed bojod huma bbilanċjati, b’aċidità tajba, bi profil aromatiku intens u b’riħa tal-fjuri kumplessa; il-kuluri jvarjaw minn isfar ċar għal isfar lewn it-tiben tal-qamħ intens, sal-aħdar fl-isfar.
L-aromi jkopru firxa wiesgħa ta’ frott tropikali, bl-aktar dominanti jkun iċ-ċitru, b’mod partikolari l-larinġ tad-demm, flimkien ma’ aromi intensi tal-banana u l-ananas u aromi tar-ribes bix-xewk, tal-grejpfrut u tal-fjuri tas-sebuqa.
L-inbejjed rożé, ippreżentati bi sfumaturi differenti ta’ roża, li jvarjaw minn roża ċar għal roża intens, għandhom aċidità tartarika tajba ħafna, li tagħtihom freskezza speċjali u li toħroġ l-aromi speċifiċi tagħhom. L-akkumulazzjoni għanja tal-antoċjanina tipproduċi nbejjed rożé bi sfumaturi ta’ lewn il-warda.
F’termini ta’ togħma, l-inbejjed rożé għandhom it-togħma taċ-ċirasa u l-larinġ tad-demm, bi sfumaturi intensi ta’ passolina bajda. In-noti minerali ħfief ħafna – influwenzati mill-ħamrija li fiha jitkabbar l-għeneb – huma kważi kompletament moħbija mill-aromi dominanti tal-frott u l-aċidità pjaċevolment vivaċi tagħhom.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
15 |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11,5 |
|
Aċidità totali minima |
4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
200 |
Karatteristiċi analitiċi u organolettiċi tal-inbejjed ħomor
L-inbejjed ħomor huma kkaratterizzati b’intensità qawwija tal-kulur , aħmar skur meta l-inbid ikun żgħir fl-età li jvarja għal aħmar rubin matul il-perjodu qasir ta’ maturazzjoni, u l-akkumulazzjoni ta’ zokkor, antoċjanini u polifenoli li joħolqu serje ta’ fatturi li jwasslu għall-produzzjoni ta’ nbejjed estratti.
L-inbejjed ħomor għandhom aromi tal-frott tal-foresta, l-aktar tat-tut żerq misjur iżżejjed, tal-lewż u taċ-ċirasa sewda morra, ikkombinati ma’ ħwawar bħal bżar mitħun u bżar aħdar, pruna kemxejn affumikata b’riħa ta’ ħuxlief li għadu kif jinqata’ u ta’ ribes iswed qawwi, fl-isfond ta’ tannini bellusija.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
15 |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11,5 |
|
Aċidità totali minima |
4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
20 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
150 |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Restrizzjoni rilevanti dwar il-produzzjoni tal-inbejjed
L-użu tal-proċessi tal-produzzjoni tal-inbid li ġejjin huwa pprojbit:
|
— |
l-applikazzjoni tat-trattament bis-sħana lill-most u t-taħlita ta’ lbieba fil-produzzjoni tal-inbejjed ħomor; |
|
— |
il-konċentrazzjoni permezz tat-tkessiħ; |
|
— |
id-dealkoħolizzazzjoni; |
|
— |
l-eliminazzjoni tad-diossidu tal-kubrit permezz ta’ proċessi fiżiċi; |
|
— |
l-użu ta’ skambjaturi tal-katjoni. |
b. Rendimenti massimi
Għall-inbejjed bojod, rożé u ħomor li jiġu prodotti minn għeneb maqtugħ b’maturità sħiħa:
7 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru
Għall-inbejjed rożè u ħomor:
68 ettolitru għal kull ettaru
Għall-inbejjed bojod:
70 ettolitru għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
Iż-żona demarkata għall-produzzjoni tal-inbejjed bid-denominazzjoni kkontrollata tal-oriġini “Adamclisi” tinkludi l-lokalitajiet li ġejjin fil-Kontea ta’ Constanța:
|
— |
il-muniċipalità ta’ Adamclisi: |
|
— |
ir-raħal ta’ Adamclisi; |
|
— |
ir-raħal ta’ Abrud; |
|
— |
ir-raħal ta’ Hațeg; |
|
— |
ir-raħal ta’ Urluia; |
|
— |
ir-raħal ta’ Zorile. |
7. Varjetà (varjetajiet) tad-dwieli ewlenin li minnhom jinkiseb l-inbid
Pinot Noir N - Blauer Spätburgunder, Burgund mic, Burgunder roter, Klävner Morillon Noir
Chardonnay B - Gentil blanc, Pinot blanc Chardonnay
Fetească neagră N - Schwarze Mädchentraube, Poama fetei neagră, Păsărească neagră, Coada rândunicii
Cabernet Sauvignon N - Petit Vidure, Bourdeos tinto
Sauvignon B - Sauvignon verde
Syrah N - Shiraz, Petit Syrah
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Rabta maż-żona ġeografika - Dettalji taż-żona
Id-demarkazzjoni taż-żona mhijiex ibbażata fuq il-proprjetà, li tappartjeni għal produttur wieħed, iżda fuq il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u l-klima f’Adamclisi, li huma differenti minn dawk fiż-żoni ġirien ta’ denominazzjoni kkontrollata tal-oriġini ta’ Murfatlar u Oltina.
Iż-żona ta’ Adamclisi, fir-reġjun ta’ Dobrogea tar-Rumanija, hija żona ta’ vitikultura ddokumentata storikament li ilha teżisti ħafna żmien.
Adamclisi tinsab fuq l-ogħla plateau tal-Lbiċ ta’ Dobrogea, qrib iż-żoni ta’ Oltina u Murfatlar. Dan il-post, flimkien mal-fatt li l-ħamrija hawnhekk hija sewda (chernozem) – meta mqabbla mal-ħamrija “loess” li hija predominanti fiż-żoni ġirien – huwa dak li jagħmel l-inbejjed ħomor ta’ Adamclisi b’palat medju b’diversi aromi primarji qawwija (togħma tal-frott), bħal frott imnixxef u frott tal-foresta affumikati, filwaqt li l-inbejjed bojod għandhom noti minerali qawwija, bis-saħħa tal-ħamrija rendzina u tal-ħamrija regosol sewda (chernozem).
Rabta maż-żona ġeografika - Interazzjoni kawżali
Il-plateau ta’ Adamclisi, li fil-biċċa l-kbira tiegħu jikkonsisti minn ħamrija sewda (chernozem) b’depożiti tal-franka fondi sa 0,8 m u rikka fil-ħadid u l-manjeżju, u x-xemx ta’ aktar minn 1 800 siegħa fis-sena, jipproduċu nbejjed bojod b’togħma tal-frott, iżda fl-istess ħin tal-fjuri u b’palat qawwi, u nbejjed ħomor, b’mod partikolari l-inbejjed DOP Murfatlar, li għandhom tannini rotob bellusija li jnaqqsu s-sensazzjoni ħarxa speċifika għall-varjetà.
L-istudji tal-ħamrija u dawk agrokimiċi li twettqu mill-Istazzjon ta’ Riċerka u Żvilupp ta’ Murfatlar għall-Vitikultura u l-Vinifikazzjoni sabu li matul il-perjodu ta’ bejn l-1975 u l-1980 żona konsiderevoli ta’ Adamclisi bdiet tintuża għad-dwieli. Din iż-żona ġiet ikklerjata ħafna snin wara (2000-2001) u sussegwentement ġiet imħawla mill-ġdid b’varjetajiet nobbli. Iż-żoni kkonċernati huma distinti miż-żoni ġirien tad-DOP ta’ Murfatlar u Oltina, b’differenzi xi kultant konsiderevoli f’termini tal-kundizzjonijiet ambjentali.
Għall-kuntrarju taż-żoni ta’ Murfatlar u Oltina, il-viċinanza taż-żona ta’ Adamclisi għall-foresti biswit, tiffavorixxi distribuzzjoni aħjar ta’ xita ta’ benefiċċju matul il-perjodu ta’ veġetazzjoni għall-varjetajiet kollha.
Imqabbla maż-żona fil-qrib ta’ Oltina, li tinsab max-xtut tad-Danubju, ir-raxx huwa ħafna anqas frekwenti f’Adamclisi, u din hija r-raġuni għaliex il-benefiċċji li jirriżultaw mil-livell tajjeb ta’ xemx, tkabbir u maturazzjoni sħiħa jseħħu fi stadju ferm aktar bikri u l-għeneb jakkumulaw aktar polifenoli u antoċjanina miż-żoni ġirien. Għalhekk, l-inbejjed isiru aktar tondi u bellusija, b’aromi tal-frott tal-foresta u ta’ ħwawar (inbejjed ħomor) jew friski u żejtnija, b’aroma ta’ frott tropikali u tax-xehda (inbejjed bojod).
Il-karatteristiċi tal-inbejjed bojod u ħomor huma ddeterminati b’fatturi bħall-għadd ta’ jiem bix-xemx fis-sena (medja ta’ 300 jum/sena), il-ħamrija sewda (chernozem) b’karbonati fuq il-wiċċ, arrikkita b’elementi nutrittivi vitali għad-dwieli, u l-post fejn tinsab iż-żona ta’ Adamclisi fuq il-Lbiċ tal-plateau kontinentali ta’ Dobrogea, b’distanza ottima kemm mill-Baħar l-Iswed kif ukoll mid-Danubju, li tnaqqas il-mewġiet tas-sħana u tagħmel it-temperatura massima ta’ matul il-jum fis-sajf ottimali għall-akkumulazzjoni taz-zokkor; l-iljieli niedja prattikament ma jeżistux minħabba r-riħ preżenti fiż-żona.
Il-ħamrija, b’kontenut għoli ta’ melħ ferriku fformat fil-blat tal-franka u fil-blat ramli kalkalurż f’ħamrija kannella li tagħti fl-aħmar, tiffavorixxi akkumulazzjoni eċċellenti ta’ antoċjanina, li hija riflessa fil-kulur intensiv tal-inbejjed ħomor u t-togħma minerali ħafifa tagħhom, li tikkontribwixxi għat-togħma finali ġeneruża u li tibqa’ fit-tul.
Rabta maż-żona ġeografika - Dettalji tal-fatturi umani
Il-kwalità tal-inbid hija żgurata minn professjonisti li għandhom il-ħiliet biex jiksbu nbejjed li jippreservaw it-tradizzjoni, filwaqt li jużaw teknoloġiji innovattivi fil-vinji u fil-produzzjoni tal-inbid.
Fil-biċċa l-kbira tal-pjantaġġuni (il-biċċa l-kbira tal-vinji jinsabu fuq inklinazzjonijiet moderati u mħarbta), il-produtturi jżommu l-vinji b’żabra mħallta. Dan iż-żbir flimkien ma’ ħamrija b’kontenut għoli ta’ ħumus u ta’ minerali jiżgura l-produzzjoni ta’ nbejjed tipiċi miż-żona DOP ta’ Adamclisi.
Il-produzzjoni tal-inbejjed hija permessa mit-tielet sena tal-produzzjoni tal-għeneb, sabiex tiġi żgurata l-preservazzjoni tal-ispeċifiċità DOP ta’ Adamclisi, li tirriżulta f’inbejjed b’akkumulazzjoni tajba ħafna ta’ zokkor, antoċjanina u polifenoli u b’qawwa alkoħolika kostanti ta’ aktar minn 12,5 % - volum ta’ 13 %.
It-tip ta’ ħamrija (depożiti tal-loess, karbonat favorevoli speċjalment għall-inbejjed ħomor) maż-żmien ippermettiet manutenzjoni speċifika tal-vinji, biż-żieda fi snin reċenti tal-użu ta’ materjal tat-tħawwil iċċertifikat, adattabbli għall-kundizzjonijiet pedoklimatiċi fiż-żona ta’ Adamclisi, jiġifieri tilqim ta’ kloni u salvaġġ produttivi ħafna b’potenzjal għoli ta’ reżistenza għal sjuf sħan u xotti u xtiewi ħorox b’irjieħ qawwija.
Rabta maż-żona ġeografika - Dettalji tal-prodott
Il-klima u l-ħamrija speċifiċi għal Adamclisi jagħtu lill-inbejjed prodotti fiż-żona karattru partikolari li huwa differenti minn dak tal-inbejjed imkabbra fiż-żoni ġirien.
L-inbejjed bojod għandhom kuluri li jvarjaw minn isfar tal-qamħ misjur sa isfar, b’irrixxidenza li tagħti fl-aħdar u aromi intensi li jvarjaw minn fjuri tal-lumi u tad-dwieli sal-ananas u l-banana, u l-karatteristiċi jiġu ddeterminati mil-livell kostanti ta’ xemx fiż-żona.
L-inbejjed ħomor u rożé għandhom kulur roża ċar sa aħmar rubin jew aħmar fil-vjola, b’bilanċ bejn l-aċidu tartariku u l-kontenut tal-alkoħol, aromi speċifiċi tal-għanbaqar kemxejn affumikat, il-frott iswed tal-foresta, u l-aromi u t-togħma tal-bżar aħdar u tal-bżar mitħun, flimkien ma’ aromi qawwija ta’ lewż inkaljat u ta’ ċirasa sewda qarsa tal-foresta. L-inbejjed ħomor għandhom akkumulazzjoni tajba ta’ antoċjanina.
L-inbejjed bojod u rożé għandhom struttura bbilanċjata u aċidità tajba, b’akkumulazzjonijiet tajbin ta’ zokkor u ta’ polifenoli mill-bidu tal-maturazzjoni. L-esponiment tal-vinji fix-Xlokk, b’għadd kbir ta’ jiem bix-xemx u l-bilanċ tax-xita bbilanċjata, flimkien ma’ ħamrija b’kontenut medju/għoli ta’ ħumus u ta’ nutrijenti, jippermettu maturazzjoni eċċellenti tal-għeneb. L-akkumulazzjonijiet ta’ antoċjanina, polifenoli u zokkor jagħtu lill-inbejjed bilanċ u aromi kumplessi, u dan huwa megħjun ukoll mill-fatt li minflok it-tneħħija tal-weraq, isir biss tqattigħ ħafif tat-truf li jitwettaq fid-dwieli bejn Lulju u Awwissu, li jagħtihom massa veġetattiva produttiva ħafna, li tippreserva wkoll il-potenzjal aromatiku.
9. Kundizzjonijiet oħra essenzjali
L-ebda
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
http://onvpv.ro/sites/default/files/caiet_sarcini_doc_adamclisi_modif_cf_notif_comisiei_europene_din_20.05.2019_no_track_changes.pdf