|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 49/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9591 — MHI/PT) ( 1 ) |
|
|
2020/C 49/02 |
Bidu ta’ proċeduri (Każ M.9569 — EssilorLuxottica/GrandVision) ( 1 ) |
|
|
2020/C 49/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9494 — Equistone/Heras) ( 1 ) |
|
|
2020/C 49/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9668 — JD Sports Fashion/Iberian Sports Retail Group) ( 1 ) |
|
|
2020/C 49/05 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9521 — Bamesa/Sumitomo/Steel Centre Europe) ( 1 ) |
|
|
2020/C 49/06 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9416 — Bolloré Group/M7 Group) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9591 — MHI/PT)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 49/01)
Fit 8 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9591. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/2 |
Bidu ta’ proċeduri
(Każ M.9569 — EssilorLuxottica/GrandVision)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 49/02)
Fil- 06 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.
Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew b’imejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza Nru M.9569 — EssilorLuxottica/GrandVision, fl-indirizz li ġej:
|
Kummissjoni Ewropea |
|
Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, |
|
Reġistru ta’ l-Amalgamazzjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9494 — Equistone/Heras)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 49/03)
Fit 11 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9494. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/4 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9668 — JD Sports Fashion/Iberian Sports Retail Group)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 49/04)
Fit 24 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9668. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/5 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9521 — Bamesa/Sumitomo/Steel Centre Europe)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 49/05)
Fit 9 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9521. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/6 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9416 — Bolloré Group/M7 Group)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 49/06)
Fit 5 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9416. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/7 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/190 u Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/189 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo
(2020/C 49/07)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuna ddeżinjata fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK (1), kif implimentata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/190 (2) u l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 1183/2005 (3), kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/189 (4), li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Fis-6 ta’ Frar 2020, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, li twaqqaf skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, żied persuna waħda mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.
Il-persuna kkonċernata tista’ fi kwalunkwe ħin titlob lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 9 tal-UNSCR 2374 (2017), flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, biex id-deċiżjoni li dik il-persuna tiġi inkluża fil-lista tan-NU tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Dik it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
United Nations – Focal point for delisting |
|
Security Council Subsidiary Organs Branch |
|
Room S-3055 E |
|
New York, NY 10017 |
|
United States of America |
Għandek issib aktar informazzjoni fuq: https://www.un.org/securitycouncil/sanctions/1533
Il-persuna kkonċernata tista’ tippreżenta talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ġustifikattiva, biex id-deċiżjoni li hija tiġi inkluża fil-lista msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għall-possibbiltà li tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275(2), u l-Artikolu 263(4) u (6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.
(2) ĠU L 40I, 13.2.2020, p. 3.
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/9 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo
(2020/C 49/08)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK (2), kif implimentata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/190 (3) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 1183/2005 (4), kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/189 (5).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni tal-ipproċessar huwa RELEX.1.C li jista’ jiġi kkuntattjat fl-indirizz:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu
L-għan tal-operazzjoni ta’ proċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif implimentata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (PESK) 2020/190 u r-Regolament (KE) Nru 1183/2005, kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/189.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulat fid-Deċiżjoni 2010/788/PESKu r-Regolament (KE) Nru 1183/2005.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna konċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata.
Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża skont il-ħtieġa mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jitwieġeb f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Id-data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew minn meta tiskadi l-validità tal-miżura, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725(edps@edps.europa.eu).
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.
(3) ĠU L 40I, 13.2.2020, p. 3.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/10 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-12 ta' Frar 2020
(2020/C 49/09)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0914 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
120,03 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4718 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84058 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,4965 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0645 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
137,90 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,0445 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,878 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
339,49 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2554 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7663 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,5923 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6175 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4468 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,4788 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6832 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5122 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 288,00 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,1266 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,6073 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4575 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 912,89 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5140 |
|
PHP |
Peso Filippin |
55,189 |
|
RUB |
Rouble Russu |
68,7530 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
33,948 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,7286 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,3274 |
|
INR |
Rupi Indjan |
77,8345 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/11 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2020/C 49/10)
Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Belġju
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li tintuża d-denominazzjoni taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv ta’ rilevanza simbolika kbira f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: Il-Belġju
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Is-Sena Internazzjonali tas-Saħħa tal-Pjanti 2020 (International Year of Plant Health, IYPH 2020)
Id-deskrizzjoni tad-disinn: In-naħa ta’ ġewwa tal-munita turi l-emblema uffiċjali tal-IYPH 2020 li tissimbolizza l-weraq bit-test “International Year of Plant Health”. Il-weraq jirrappreżentaw il-pjanti b’saħħithom bħala s-sors tal-ossiġenu li nieħdu minn imnifsejna, l-ikel li nieklu u l-ħajja kollha fid-dinja. Din ix-xbiha pożittiva tal-weraq protetti mill-pesti u mard qerrieda jiffurmaw ċirku li jirrappreżenta lid-dinja u juri l-importanza ta’ kif is-saħħa u l-protezzjoni tal-pjanti huma kwistjoni dinjija. Is-saħħa tal-pjanti hija ċ-ċavetta biex jintemm il-ġuħ, jitnaqqas il-faqar, biex ikun imħares l-ambjent u biex tingħata spinta lill-iżvilupp ekonomiku.
Billi se tkun iz-Zekka Rjali Olandiża li se tagħmel il-muniti, il-marka taz-zekka ta’ Utrecht, fil-forma ta’ bakketta ta’ Merkurju, tinsab fuq il-lemin. Il-marka taz-zekka tal-mastru taz-zekka Belġjana, l-arma tal-muniċipalità ta’ Herzele, tinsab fuq ix-xellug. Il-kodiċi tal-pajjiż BE u l-marka tas-sena 2020 jinsabu fil-qiegħ.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 755 000 munita
Id-data tal-ħruġ: Frar 2020
(1) Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/12 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2020/C 49/11)
Naħa nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Ġermanja
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: Il-Ġermanja
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Brandenburg (is-sensiela tal-Bundeslander)
Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri l-Palazz Sanssouci. In-nofs ta’ fuq tal-parti ta’ ġewwa tal-munita tinkludi l-marka taz-zekka rispettiva (“A”, “D”, “F”, “G” jew “J”), l-inizjali tal-artist u s-sena “2020”. In-nofs ta’ isfel tal-parti ta’ ġewwa tal-munita tinkludi l-iskrizzjoni “BRANDENBURG” u l-kodiċi tal-Ġermanja, “D”, li hija l-pajjiż ta’ ħruġ.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 30 000 000
Id-data tal-ħruġ: Jannar / Frar 2020
(1) Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/13 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2020/C 49/12)
Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Spanja
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: Spanja
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Is-siti tal-Wirt Kulturali u Naturali Dinji tal-UNESCO – Aragón u l-arkitettura tal-Mudejar Aragoniża
Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri x-xbiha tat-torri ta’ El Salvador de Teruel. Fuq in-naħa tax-xellug b’ittri kbar hemm il-kelma “ESPAÑA” u fuq in-naħa tal-lemin il-marka taz-zekka u taħtha s-sena tal-ħruġ, 2020. Fuq nett fil-parti ċentrali, f’direzzjoni ċirkolari u b’ittra kbar hemm l-iskrizzjoni “ARQUITECTURA MUDEJAR DE ARAGÓN”.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 4 000 000
Id-data tal-ħruġ: Fl-1 ta’ Frar 2020.
(1) Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/14 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2020/C 49/13)
Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Lussemburgu
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: Il-Lussemburgu
Suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-mitejn anniversarju mit-twelid ta’ Prince Henri
Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri fuq in-naħa tal-lemin ix-xbiha tal-Altezza Rjali Tiegħu, il-Gran Duka Henri, u fuq in-naħa tax-xellug, ix-xbiha ta’ Prince Henri. Fil-qiegħ hemm l-isem tal-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita “LUXEMBOURG” u s-sena tal-ħruġ “2020”. Fuq ix-xellug, f’forma ta’ nofs ċirku, hemm l-iskrizzjoni “Prince Henri d’Orange-Nassau” u taħt ix-xbiha hemm l-iskrizzjoni "1820 – 1879.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 500 000
Data tal-ħruġ: Jannar 2020
(1) Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/15 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2020/C 49/14)
Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Estonja
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: L-Estonja
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-biċentinarju tal-iskoperta tal-Antartika
Id-deskrizzjoni tad-disinn: L-iskoperta hija marbuta mal-Estonja għaliex wieħed mill-ewwel nies li raw l-Antartika fl-1820 kien Fabian Gottlieb von Bellingshausen, baħħar Ġermaniż Baltiku li twieled f’Saaremaa u li ddokumenta l-iskoperta.
Id-disinn juri vapur bil-qlugħ. Hemm ukoll l-iskrizzjonijiet “Fabian Gottlieb von Bellingshausen” u ANTARKTIKA 200”, l-isem tal-pajjiż “EESTI” u s-sena tal-ħruġ “2020”.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 750 000
Id-data tal-ħruġ: Fil-bidu tal-2020
(1) Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/16 |
Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 49/15)
|
Stat Membru |
L-Italja |
|
Rotta kkonċernata |
Trapani – Brindisi u viċeversa |
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mill-15 ta’ Lulju 2020 sal-14 ta’ Lulju 2023 |
|
Skadenza għas-sottomissjoni tal-offerti |
Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż |
|
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti, u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Ente Nazionale per l’Aviazione Civile (ENAC) Direzione Sviluppo Trasporto Aereo e Licenze Viale Castro Pretorio, 118 00185 Roma L-ITALJA Tel. +39 0644596515 Email: osp@enac.gov.it Sit web: http://www.mit.gov.it http://www.enac.gov.it |
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/17 |
Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 49/16)
|
Stat Membru |
L-Italja |
|||||||
|
Rotta kkonċernata |
Trapani – Ancona u viċeversa |
|||||||
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mill-15 ta’ Lulju 2020 sal-14 ta’ Lulju 2023 |
|||||||
|
Skadenza għas-sottomissjoni tal-offerti |
Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż |
|||||||
|
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti, u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Tel. +39 0644596515 Email: osp@enac.gov.it
|
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/18 |
Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 49/17)
|
Stat Membru |
L-Italja |
|||||||
|
Rotta kkonċernata |
Trapani – Parma u viċeversa |
|||||||
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mill-15 ta’ Lulju 2020 sal-14 ta’ Lulju 2023 |
|||||||
|
Skadenza għas-sottomissjoni tal-offerti |
Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż |
|||||||
|
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti, u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Tel. +39 0644596515 Email: osp@enac.gov.it
|
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/19 |
Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 49/18)
|
Stat Membru |
L-Italja |
|||||||
|
Rotta kkonċernata |
Trapani – Trieste u viċeversa |
|||||||
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mill-15 ta’ Lulju 2020 sal-14 ta’ Lulju 2023 |
|||||||
|
Skadenza għas-sottomissjoni tal-offerti |
Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż |
|||||||
|
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti, u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Tel. +39 0644596515 Email: osp@enac.gov.it
|
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/20 |
Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 49/19)
|
Stat Membru |
L-Italja |
|||||||
|
Rotta kkonċernata |
Trapani – Napoli u viċeversa |
|||||||
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mill-15 ta’ Lulju 2020 sal-14 ta’ Lulju 2023 |
|||||||
|
Skadenza għas-sottomissjoni tal-offerti |
Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż |
|||||||
|
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti, u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Tel. +39 0644596515 Email: osp@enac.gov.it
|
|
13.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/21 |
Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 49/20)
|
Stat Membru |
L-Italja |
|||||||
|
Rotta kkonċernata |
Trapani – Perugia u viċeversa |
|||||||
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mill-15 ta’ Lulju 2020 sal-14 ta’ Lulju 2023 |
|||||||
|
Skadenza għas-sottomissjoni tal-offerti |
Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż |
|||||||
|
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti, u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Tel. +39 0644596515 Indirizz tal-posta elettronika: osp@enac.gov.it
|