ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 45

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
10 ta' Frar 2020

Werrej

Paġna

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 45/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

2020/C 45/02

Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha

2

V   Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 45/03

Kawża C-211/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bacău – ir-Rumanija) - SC Topaz Development SRL vs Constantin Juncu, Raisa Juncu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Konvenju redatt mill-aġent tal-proprjetà u awtentikat minn nutar – Artikolu 3(2) u Artikolu 4(1) – Prova tan-natura nnegozjata tal-klawżoli – Preżunzjoni – Firma tal-kuntratt mill-konsumatur – Artikolu 3(3) – Il-punt 1(d) sa (f) u (i) tal-Anness – Klawżola riżolutorja espressa - Klawżola penali – Natura inġusta – Artikoli 6 u 7 – Possibbiltà għall-qorti nazzjonali li temenda l-klawżola li n-natura inġusta tagħha tkun ġiet ikkonstatata)

8

2020/C 45/04

Kawżi magħquda C-540/17 u C-541/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Novembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht - il-Ġermanja) – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Adel Hamed (C-540/17), Amar Omar (C-541/17) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Żona ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja – Proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/32/UE – Artikolu 33(2)(a) – Ċaħda mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ta’ applikazzjoni għal ażil bħala inammissibbli minħabba l-għoti qabel tal-istatus ta’ rifjuġat fi Stat Membru ieħor – Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Riskju reali u ppruvat li jkun is-suġġett ta’ trattament inuman u degradanti – Kundizzjonijiet tal-ħajja tal-benefiċjarji tal-istatus ta’ refjuġat f’dak l-Istat Membru l-ieħor)

9

2020/C 45/05

Kawżi magħquda C-439/18 u C-472/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Galicia - Spanja) - OH (C-439/18), ER (C-472/18) vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 97/81/KE – Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time – Klawżola 4 – Ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa – Prinċipju ta’ ugwaljanza tal-opportunitajiet u ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Direttiva 2006/54/KE – Artikolu 14(1) – Ħaddiem part-time tat-tip vertikali li jalterna – Rikonoxximent tal-anzjanità – Metodu ta’ kalkolu tal-bonus ta’ anzjanità ta’ kull tliet snin – Esklużjoni ta’ perijodi mhux maħduma)

10

2020/C 45/06

Kawża C-552/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-20 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato - Italie) – Indaco Service Soc. coop. sociale, f’isimha u bħala mandatarja ta’ Coop. sociale il Melograno vs Ufficio Territoriale del Governo Taranto (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 57(4)(c) u (g) – Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi – Raġunijiet ta’ esklużjoni fakultattivi – Nuqqas professjonali serju – Kontestazzjoni tal-integrità tal-operatur ekonomiku – Kuntratt preċedenti – Eżekuzzjoni – Nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu – Xoljiment – Rimedju ġudizzjarju – Evalwazzjoni tan-nuqqas kuntrattwali mill-awtorità kontraenti – Projbizzjoni sat-tmiem tal-proċedura ġudizzjarja)

10

2020/C 45/07

Kawża C-756/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’instance d’Aulnay-Sous-Bois - Franza) - LC, MD vs easyJet Airline Co. Ltd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Artikolu 99 – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Dewmien twil ta’ titjira – Dritt tal-passiġġieri għal kumpens – Prova tal-preżenza tal-passiġġier għar-reġistrazzjoni – Riżervazzjoni kkonfermata mit-trasportatur tal-ajru)

11

2020/C 45/08

Kawża C-292/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) - PORR Építési Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Ammont taxxabbli – Tnaqqis – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 90 – Prinċipju ta’ newtralità fiskali – Dejn li wara l-proċeduri ta’ falliment sar irrekuperabbli)

12

2020/C 45/09

Kawża C-486/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus - il-Finlandja) – Proċeduri kriminali kontra A, B (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Għajnuna mill-Istat – Taxxa fuq il-ħelu, il-ġelat u s-soft drinks – Eżenzjoni ta’ prodotti simili li tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE – Setgħa ta’ impożizzjoni ta’ sanzjoni kriminali fil-każ ta’ nuqqasijiet ta’ twettiq tal-obbligi relatati ma’ din it-taxxa)

13

2020/C 45/10

Kawża C-713/19 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2019 minn Ramón Guiral Broto mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-12 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-772/17, Café del Mar et vs EUIPO - Guiral Broto (C del M)

13

2020/C 45/11

Kawża C-714/19 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2019 minn Ramón Guiral Broto mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-12 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-773/17, Café del Mar et vs EUIPO - Guiral Broto (Café del Mar)

14

2020/C 45/12

Kawża C-715/19 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2019 minn Ramón Guiral Broto mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-12 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-774/17, Café del Mar et vs EUIPO - Guiral Broto (C del M)

14

2020/C 45/13

Kawża C-759/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Gera (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ottubru 2019 – PG vs Volkswagen AG

15

2020/C 45/14

Kawża C-786/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Ottubru 2019 – The North of England P & I Association Ltd., li tidher ukoll bħala aventi kawża ta’ Marine Shipping Mutual Insurance Company vs Bundeszentralamt für Steuern

16

2020/C 45/15

Kawża C-793/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ottubru 2019 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs SpaceNet AG

16

2020/C 45/16

Kawża C-794/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ottubru 2019 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Telekom Deutschland GmbH

18

2020/C 45/17

Kawża C-802/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Ottubru 2019 – Firma Z vs Finanzamt Y

20

2020/C 45/18

Kawża C-804/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-31 ta’ Ottubru 2019 – BU vs Markt24 GmbH

21

2020/C 45/19

Kawża C-808/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Gera (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Novembru 2019 – DS vs Volkswagen AG

22

2020/C 45/20

Kawża C-809/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Gera (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Novembru 2019 – ER vs Volkswagen AG

23

2020/C 45/21

Kawża C-816/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-5 ta’ Novembru 2019 – QF vs Germanwings GmbH

24

2020/C 45/22

Kawża C-827/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Pontevedra (Spanja) fit-13 ta’ Novembru 2019 – D.A.T.A. et vs Ryanair D.A.C.

25

2020/C 45/23

Kawża C-841/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no41 de Madrid (Spanja) fl-20 ta’ Novembru 2019 – JL vs Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)

25

2020/C 45/24

Kawża C-842/19: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

26

2020/C 45/25

Kawża C-872/19 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2019 mir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fl-20 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-65/18, Il-Venezwela vs Il-Kunsill

27

2020/C 45/26

Kawża C-874/19 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2019 minn Aeris Invest Sàrl mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-10 ta’ Ottubru 2019 fil-Kawża T-599/18, Aeris Invest vs SRB

28

2020/C 45/27

Kawża C-883/19 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2019 minn HSBC Holdings plc, HSBC Bank plc, HSBC France mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fl-24 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-105/17, HSBC Holdings plc et vs Il-Kummissjoni Ewropea

29

2020/C 45/28

Kawża C-885/19 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2019 minn Fiat Chrysler Finance Europe mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla, Awla Estiża) fl-24 ta’ Settembru 2019 fil-Kawżi magħquda T-755/15 u T-759/15, Il-Lussemburgu u Fiat Chrysler Finance Europe vs Il-Kummissjoni

30

2020/C 45/29

Kawża C-888/19 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2019 minn GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-24 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-586/14 RENV, Xinyi PV Products (Anhui) Holdings vs Il-Kummissjoni

31

2020/C 45/30

Kawża C-891/19 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-24 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-500/17, Hubei Xinyegang Special Tube vs Il-Kummissjoni

32

2020/C 45/31

Kawża C-897/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovni sud (il-Kroazja) fil-5 ta’ Diċembru 2019 – il-Federazzjoni Russa

33

2020/C 45/32

Kawża C-735/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Justice de paix du troisième canton de Charleroi – il-Belġju) – IZ vs Ryanair DAC

34

2020/C 45/33

Kawża C-281/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Paris - Franza) – XS vs Recteur de l'académie de Paris

34

2020/C 45/34

Kawża C-395/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’instance de Nice - Franza) – VT, WU vs easyJet Airline Co. Ltd

34

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 45/35

Kawża T-749/19: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Novembru 2019 – John Wood Group et vs Il-Kummissjoni

35

2020/C 45/36

Kawża T-762/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Rio Tinto European Holdings et vs Il-Kummissjoni

36

2020/C 45/37

Kawża T-763/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Ultra Electronics Holdings et vs Il-Kummissjoni

38

2020/C 45/38

Kawża T-764/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Keller Holdings vs Il-Kummissjoni

40

2020/C 45/39

Kawża T-765/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Genus Investments vs Il-Kummissjoni

41

2020/C 45/40

Kawża T-766/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Just Eat Holding vs Il-Kummissjoni

43

2020/C 45/41

Kawża T-767/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Markit Group vs Il-Kummissjoni

45

2020/C 45/42

Kawża T-768/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Elementis vs Il-Kummissjoni

46

2020/C 45/43

Kawża T-769/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Informa et vs Il-Kummissjoni

48

2020/C 45/44

Kawża T-770/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Merlin UK Finco 1 et vs Il-Kummissjoni

50

2020/C 45/45

Kawża T-771/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2019 – Experian Finance 2012 vs Il-Kummissjoni

51

2020/C 45/46

Kawża T-772/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2019 – William Grant & Sons u William Grant & Sons Investments vs Il-Kummissjoni

53

2020/C 45/47

Kawża T-773/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2019 – BAE Systems vs Il-Kummissjoni

54

2020/C 45/48

Kawża T-774/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2019 – FA Sub 3 vs Il-Kummissjoni

55

2020/C 45/49

Kawża T-775/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2019 – Sheldon u Kingfisher International vs Il-Kummissjoni

57

2020/C 45/50

Kawża T-776/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2019 – JIB Overseas vs Il-Kummissjoni

59

2020/C 45/51

Kawża T-778/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2019 – RDI Reit vs Il-Kummissjoni

60

2020/C 45/52

Kawża T-779/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2019 – Ashtead Financing vs Il-Kummissjoni

62

2020/C 45/53

Kawża T-780/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2019 – Smith & Nephew USD u Smith & Nephew USD One vs Il-Kummissjoni

64

2020/C 45/54

Kawża T-781/19: Rikors ippreżentat fil-12 ta’ Novembru 2019 – Rigid Plastic Containers Finance u RPC Pisces Holdings vs Il-Kummissjoni

65

2020/C 45/55

Kawża T-782/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – St Schrader Holding Company UK vs Il-Kummissjoni

67

2020/C 45/56

Kawża T-783/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2019 – Royal Mail Investments vs Il-Kummissjoni

69

2020/C 45/57

Kawża T-784/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2019 – William Hill u William Hill Organization vs Il-Kummissjoni

70

2020/C 45/58

Kawża T-785/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2019 – Anglo American International vs Il-Kummissjoni Ewropea

72

2020/C 45/59

Kawża T-786/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2019 – Simfer Jersey vs Il-Kummissjoni

73

2020/C 45/60

Kawża T-787/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2019 – The Sage Group et vs Il-Kummissjoni

75

2020/C 45/61

Kawża T-789/19: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2019 – Moerenhout et vs Il-Kummissjoni Ewropea

76

2020/C 45/62

Kawża T-798/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2019 – Bennahmias vs Il-Parlament

77

2020/C 45/63

Kawża T-799/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2019 – Bennahmias vs Il-Parlament

78

2020/C 45/64

Kawża T-800/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2019 – Austria Tabak vs EUIPO – Mignot & De Block (AIR)

79

2020/C 45/65

Kawża T-802/19: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2019 – Kisscolor Living vs EUIPO – Teoxane (KISS COLOR)

79

2020/C 45/66

Kawża T-803/19: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2019 – etc-gaming u Casino-Equipment vs Il-Kummissjoni

80

2020/C 45/67

Kawża T-810/19: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2019 – Victoria’s Secret Stores Brand Management vs EUIPO – Yiwu Dearbody Cosmetics (BODYSECRETS)

81

2020/C 45/68

Kawża T-820/19: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2019 – Totalizator Sportowy vs EUIPO – Lottoland Holdings (LOTTOLAND)

82

2020/C 45/69

Kawża T-825/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2019 – Tazzetti vs Il-Kummissjoni

83

2020/C 45/70

Kawża T-826/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2019 – Tazzetti vs Il-Kummissjoni Ewropea

85

2020/C 45/71

Kawża T-833/19: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2019 – Grammer vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ figura ġeometrika)

85

2020/C 45/72

Kawża T-834/19: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2019 – e*Message Wireless Information Services vs EUIPO – Apple (e*message)

86

2020/C 45/73

Kawża T-836/19: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2019 – Première Vision vs EUIPO – Vente-Privee.com (PV)

87

2020/C 45/74

Kawża T-838/19: Rikors ippreżentat fil-10 ta’ Diċembru 2019 – Koopman International vs EUIPO – Tinnus Enterprises and Mystic Products Import & Export (Fluid distribution equipement)

88

2020/C 45/75

Kawża T-839/19: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2019 – Koopman International vs EUIPO – Tinnus Enterprises u Mystic Products Import & Export (Fluid distribution equipement)

89

2020/C 45/76

Kawża T-840/19: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2019 – Koopman International vs EUIPO – Tinnus Enterprises u Mystic Products Import & Export (Fluid distribution equipment)

90

2020/C 45/77

Kawża T-841/19: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2019 – Koopman International vs EUIPO – Tinnus Enterprises u Mystic Products Import & Export (Fluid distribution equipment)

91

2020/C 45/78

Kawża T-842/19: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2019 – Koopman International vs EUIPO – Tinnus Enterprises u Mystic Products Import & Export (Fluid distribution equipment)

92

2020/C 45/79

Kawża T-843/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Correia vs KESE

93

2020/C 45/80

Kawża T-844/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Apologistics vs EUIPO – Peikert (discount-apotheke.de)

94

2020/C 45/81

Kawża T-847/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2019 – X-cen-tek vs EUIPO – Altenloh, Brinck & Co. (PAX)

95

2020/C 45/82

Kawża T-858/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2019 – easyCosmetic Swiss vs EUIPO – U.W.I. Unternehmensberatungs- u Wirtschaftsinformations (easycosmetic)

96

MT

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/1

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 45/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 36, 3.2.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 27, 27.1.2020

ĠU C 19, 20.1.2020

ĠU C 10, 13.1.2020

ĠU C 432, 23.12.2019

ĠU C 423, 16.12.2019

ĠU C 413, 9.12.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/2

DEĊIŻJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA

tas-26 ta’ Novembru 2019

dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha

(2020/C 45/02)

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li rat l-Artikolu 15(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li rat l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv tal-11 ta’ Novembru 2019,

filwaqt li tikkunsidra li għandhom jiġu adottati regoli dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha,

filwaqt li tikkunsidra, wara riorganizzazzjoni amministrattiva, li hemm lok li d-dispożizzjonijiet dwar l-awtorità awtorizzata sabiex tiddeċiedi dwar ir-risposta li għandha tingħata għal talba inizjali ta’ aċċess għal dokument previsti fid-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha jiġu emendati (1),

TADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-deċiżjoni tapplika għad-dokumenti kollha miżmuma mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri redatti jew irċevuti minnha u li jinsabu fil-pussess tagħha, fl-ambitu tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha.

2.   Din id-deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għad-drittijiet ta’ aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li jistgħu jirriżultaw minn atti tad-dritt internazzjonali jew atti li jimplimentawhom.

Artikolu 2

Benefiċjarji

1.   Kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea u kull persuna fiżika jew ġuridika li hija residenti jew li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru għandha dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 1(1) taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-deċiżjoni.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tista’, taħt l-istess kundizzjonijiet, tawtorizza l-aċċess għal dawn id-dokumenti lil kull persuna fiżika jew ġuridika li ma hijiex residenti jew li ma għandhiex l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru.

Artikolu 3

Eċċezzjonijiet

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tirrifjuta l-aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista’ jippreġudika l-protezzjoni:

(a)

tal-interess pubbliku, fir-rigward:

tas-sigurtà pubblika,

tad-difiża u tal-affarijiet militari,

tar-relazzjonijiet internazzjonali,

tal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru;

(b)

tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu, b’mod partikolari konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tirrifjuta l-aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista’ jippreġudika l-protezzjoni:

tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika partikolari, inklużi dawk li jikkonċernaw il-proprjetà intellettwali,

tal-proċeduri ġudizzjarji u tal-opinjonijiet legali,

tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika.

3.   L-aċċess għal dokument redatt mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-użu intern tagħha jew irċevut minnha u li jirrigwarda kwistjoni li fuqha hija għadha ma ddeċidietx għandu jiġi rrifjutat meta l-iżvelar tiegħu jippreġudika serjament il-proċess deċiżjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

L-aċċess għal dokument li fih opinjonijiet għall-użu intern bħala parti minn deliberazzjonijiet u konsultazzjonijiet preliminari ġġestiti fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew lil hinn minnha meta din tal-aħħar tkun ipparteċipat fihom għandu jiġi rrifjutat anki wara li d-deċiżjoni tkun ittieħdet, fil-każ li l-iżvelar tad-dokument jippreġudika serjament il-proċess deċiżjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

4.   L-eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw fil-każ li jkun hemm interess pubbliku ikbar li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokument inkwistjoni.

5.   Fil-każ li hija biss parti mid-dokument mitlub li tkun affettwata minn eċċezzjoni jew minn diversi eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, il-partijiet l-oħra mid-dokument għandhom jiġu żvelati.

6.   L-eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw biss għall-perijodu li matulu l-protezzjoni tkun iġġustifikata fuq il-bażi tal-kontenut tad-dokument. L-eċċezzjonijiet jistgħu japplikaw għal perijodu massimu ta’ tletin sena. Fil-każ ta’ dokumenti li jaqgħu taħt l-eċċezzjonijiet li jirrigwardaw il-ħajja privata jew l-interessi kummerċjali, l-eċċezzjonijiet jistgħu, jekk meħtieġ, jibqgħu japplikaw wara dan il-perijodu.

7.   Dan l-artikolu għandu japplika bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9.

Artikolu 4

Preżentazzjoni tat-talba inizjali

1.   It-talba għal aċċess għal dokument tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi redatta f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni fuq formola li hija disponibbli fis-sit Internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Din għandha tintbagħat preferebbilment b’mod elettroniku skont l-istruzzjonijiet li jidhru fis-sit Internet hawn fuq imsemmi, jew, eċċezzjonalment, bil-posta jew bil-faks.

2.   It-talba għandha ssir suffiċjentement fid-dettall u għandha b’mod partikolari tinkludi l-elementi li jippermettu li jiġi identifikat id-dokument mitlub jew id-dokumenti mitluba, kif ukoll l-isem u l-indirizz tal-persuna li tkun qed tagħmel it-talba.

3.   Fil-każ li talba ma tkunx suffiċjentement iddettaljata, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tistieden lill-persuna li tkun qed tagħmel it-talba sabiex tiċċaraha u għandha tassistiha għal dan il-għan.

4.   Fil-każ ta’ talba li tirrigwarda dokument twil ħafna jew numru kbir ta’ dokumenti, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tista’ tikkonsulta informalment mal-persuna li tkun qed tagħmel it-talba bil-għan li jinstab arranġament ekwu.

5.   Il-persuna li tkun qed tagħmel it-talba ma hijiex obbligata tiġġustifika t-talba tagħha.

Artikolu 5

Trattament tat-talba inizjali

1.   Konferma li t-talba waslet għandha tinbagħat bil-miktub (posta elettronika, ittra jew faks) lill-persuna li tkun qed tagħmel it-talba mar-reġistrazzjoni tal-formola li tinkludi t-talba.

2.   Fi żmien massimu ta’ xahar minn din ir-reġistrazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tagħti l-aċċess għad-dokument billi tipprovdi dan id-dokument lill-persuna li tkun qed tagħmel it-talba.

3.   Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma tkunx tista’ tagħti aċċess għad-dokument mitlub, hija għandha tikkomunika lill-persuna li tkun qed tagħmel it-talba, fit-terminu msemmi fil-paragrafu 2 u bil-miktub, ir-raġunijiet tar-rifjut, totali jew parzjali, filwaqt li tinformaha bid-dritt tagħha li tippreżenta talba konfermattiva fi żmien xahar minn meta tirċievi r-risposta.

4.   F’ċirkustanzi eċċezzjonali, pereżempju fejn it-talba tirrigwarda dokument twil ħafna jew numru kbir ta’ dokumenti, it-terminu msemmi fil-paragrafu 2 jista’ jiġi pprorogat b’xahar, u dan billi l-persuna li tkun qed tagħmel it-talba tiġi informata minn qabel u tingħata raġunijiet iddettaljati fir-rigward.

5.   Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 4(3), it-terminu tar-risposta jibda jiddekorri biss mill-mument li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jkollha għad-dispożizzjoni tagħha informazzjoni addizzjonali mingħand il-persuna li tkun qed tagħmel it-talba li tiċċara suffiċjentement it-talba.

6.   Għall-kalkolu tat-termini, ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta’ żmien (2) huwa applikat b’analoġija.

Artikolu 6

Preżentazzjoni tat-talba konfermattiva

1.   Il-persuna li tkun qed tagħmel it-talba tista’ tippreżenta talba konfermattiva fil-każ ta’ risposta totalment jew parzjalment negattiva għat-talba inizjali tagħha.

2.   In-nuqqas ta’ risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għat-talba inizjali fit-terminu stipulat għandu jintitola lill-persuna li tkun qed tagħmel it-talba li tippreżenta talba konfermattiva.

3.   Talba konfermattiva għandha tintbagħat lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi żmien xahar minn meta r-risposta ta’ rifjut totali jew parzjali tal-aċċess għad-dokument mitlub tkun ġiet irċevuta, jew, fin-nuqqas ta’ risposta għat-talba inizjali, mill-iskadenza tat-terminu tar-risposta.

4.   It-talba konfermattiva għandha tiġi redatta skont ir-rekwiżiti formali msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 7

Trattament tat-talba konfermattiva

1.   It-talba konfermattiva tiġi ttrattata skont il-modalitajiet previsti fl-Artikolu 5, minbarra l-informazzjoni dwar id-dritt ta’ preżentazzjoni ta’ talba konfermattiva.

2.   Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tirrifjuta, totalment jew parzjalment, talba konfermattiva, hija għandha tinforma lill-persuna li tkun qed tagħmel it-talba bil-proċeduri disponibbli għaliha sabiex tikkontesta dan ir-rifjut, jiġifieri l-preżentata ta’ rikors jew ilment quddiem l-Ombudsman Ewropew skont il-kundizzjonijiet previsti rispettivament fl-Artikoli 263 u 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3.   In-nuqqas ta’ risposta għal talba konfermattiva fit-terminu stipulat jitqies li huwa risposta negattiva u jippermetti lill-persuna li tkun qed tagħmel it-talba tirrikorri għall-proċeduri msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 8

Awtoritajiet awtorizzati

1.   L-awtorità awtorizzata sabiex tiddeċiedi dwar ir-risposta li għandha tingħata għal talba inizjali ta’ aċċess għal dokument hija d-direttur tal-bibljoteka.

2.   Meta d-dokument mitlub ikun miżmum mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja jew mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, l-awtoritajiet awtorizzati jkunu, rispettivament, id-Deputat Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja u d-Deputat Reġistratur tal-Qorti Ġenerali.

Id-Deputati Reġistraturi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali jistgħu jiddelegaw lil amministratur fir-reġistru tagħhom is-setgħat tal-awtorità awtorizzata għat-talba inizjali.

3.   L-awtorità awtorizzata sabiex tiddeċiedi dwar ir-risposta li għandha tingħata għat-talba konfermattiva hija r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja jew, fejn it-talba konfermattiva tikkonċerna dokument miżmum mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, ir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali.

4.   Meta Stat Membru, li jkun irċieva talba ta’ aċċess għal dokument li huwa jkollu fil-pussess tiegħu u li joriġina mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha, jirrikorri għand din tal-aħħar għall-finijiet ta’ konsultazzjoni, ir-risposta għal din it-talba ta’ konsultazzjoni għandha tingħata mill-awtorità li tkun awtorizzata taħt il-paragrafu 3 sabiex tirrispondi għal talba konfermattiva ta’ aċċess li tirrigwarda l-istess dokument u ppreżentata direttament lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

5.   B’deroga mill-paragrafu 1, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’ jaħtar awtorità oħra awtorizzata sabiex tiddeċiedi dwar ir-risposta li għandha tingħata għal talba inizjali ta’ aċċess għal dokument.

Artikolu 9

Dokumenti ta’ terz

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tagħti aċċess għal dokument ta’ terz li jkollha fil-pussess tagħha biss wara li jkun ingħata l-kunsens mit-terz ikkonċernat.

2.   Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-kelma “terz”tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika jew entità li tkun esterna għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, inklużi l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, l-organi u l-korpi l-oħra tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-pajjiżi terzi.

3.   Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tirċievi talba għal aċċess għal dokument ta’ terz, l-awtorità awtorizzata għandha tikkonsulta mat-terz ikkonċernat sabiex tistabbilixxi jekk huwa jopponix l-iżvelar ta’ dan id-dokument, sakemm hija ma tiddeċidix ex officio li tirrifjuta dan l-iżvelar fuq il-bażi ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 10

Modalitajiet ta’ aċċess

1.   Id-dokumenti għandhom jiġu pprovduti fil-verżjoni u fil-forma eżistenti. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma hijiex marbuta, taħt din id-deċiżjoni, li toħloq dokument ġdid jew li tiġbor informazzjoni fuq talba tal-persuna li tkun qed tagħmel it-talba.

Il-kopja tista’ tingħata fuq karta jew b’mod elettroniku. F’dan ir-rigward, għandu jittieħed kont sħiħ tal-preferenza tal-persuna li tkun qed tagħmel it-talba.

Fil-każ ta’ dokumenti ta’ volum kbir jew li jkunu diffiċli sabiex jiġu ttrattati, il-persuna li tkun qed tagħmel it-talba tista’ tiġi mistiedna tikkonsultahom fuq il-post.

2.   Jekk dokument ikun diġà ġie żvelat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew minn istituzzjoni oħra u jekk dan ikun faċilment aċċessibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tista’ sempliċement tinforma lill-persuna li tkun qed tagħmel it-talba bil-modi kif hija tkun tista’ tikseb id-dokument.

Artikolu 11

Spejjeż ta’ aċċess

1.   Sabiex isiru kopji tad-dokumenti mitluba u sabiex dawn jintbagħtu, il-persuna li tkun qed tagħmel it-talba tista’ tintalab tħallas dritt.

2.   Bħala regola ġenerali, ebda ħlas ma għandu jintalab għal konsultazzjoni fuq il-post jew meta n-numru ta’ kopji ma jeċċedix għoxrin paġna A4.

3.   Il-ħlas ta’ dritt sabiex isiru u jintbagħtu kopji għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta’ tariffa stabbilita b’deċiżjoni tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja. Din ma tistax teċċedi l-ispiża reali tal-operazzjoni.

4.   Id-dokumenti ppubblikati jibqgħu suġġetti għas-sistema tagħhom ta’ prezzijiet.

Artikolu 12

Riproduzzjoni ta’ dokumenti

1.   Din id-deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għal kwalunkwe leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur li tista’ tillimita d-dritt tad-destinatarju li jirriproduċi jew li juża d-dokumenti żvelati.

2.   Id-dokumenti koperti minn drittijiet tal-awtur li jappartjenu lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u li jiġu żvelati taħt din id-deċiżjoni ma jistgħux jiġu rriprodotti jew użati għal finijiet kummerċjali mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel bil-miktub tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Miżuri ta’ implimentazzjoni

Ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Dawn il-miżuri għandhom jiġu kkomunikati fis-sit Internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-3 ta’ Diċembru 2019.

Reġistratur

Alfredo CALOT ESCOBAR

President

Koen LENAERTS

(1)  ĠU C 445, 30.11.2016, p. 3.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 51.

V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/8

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bacău – ir-Rumanija) - SC Topaz Development SRL vs Constantin Juncu, Raisa Juncu

(Kawża C-211/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Konvenju redatt mill-aġent tal-proprjetà u awtentikat minn nutar - Artikolu 3(2) u Artikolu 4(1) - Prova tan-natura nnegozjata tal-klawżoli - Preżunzjoni - Firma tal-kuntratt mill-konsumatur - Artikolu 3(3) - Il-punt 1(d) sa (f) u (i) tal-Anness - Klawżola riżolutorja espressa - Klawżola penali - Natura inġusta - Artikoli 6 u 7 - Possibbiltà għall-qorti nazzjonali li temenda l-klawżola li n-natura inġusta tagħha tkun ġiet ikkonstatata)

(2020/C 45/03)

Lingwa tal-kawża:ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bacău

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Topaz Development SRL

Konvenuti: Constantin Juncu, Raisa Juncu

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, is-sempliċi ffirmar ta’ kuntratt konkluż minn konsumatur ma’ bejjiegħ jew fornitur, li jistipula li, permezz tiegħu, dan il-konsumatur jaċċetta l-klawżoli kuntrattwali kollha redatti minn qabel mill-bejjiegħ jew fornitur, ma jagħtix lok sabiex tinqaleb il-preżunzjoni li tali klawżoli ma kinux ġew innegozjati individwalment.

2)

L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 93/13, moqri flimkien mal-Anness tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola riżolutorja espressa u klawżola penali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jinsabu f’kuntratt konkluż minn konsumatur ma’ bejjiegħ jew fornitur, stabbiliti esklużivament favur dan tal-aħħar u li jkun irredieġa minn qabel, jistgħu jikkostitwixxu klawżoli inġusti msemmija fil-punt 1(d) sa (f) ta’ dan l-anness, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.

3)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta tingħata deċiżjoni li tikkonstata li klawżola riżolutorja espressa u klawżola penali li jinsabu f’konvenju konkluż bejn konsumatur u bejjiegħ jew fornitur ikunu inġusti, il-qorti nazzjonali ma tistax tirrimedja għan-nullità ta’ dawn il-klawżoli inġusti billi tissostitwixxihom bid-deċiżjoni tagħha nnifisha sakemm ma jitqiesx li dan il-kuntratt ikun jista’ jissussisti fil-każ ta’ tneħħija ta’ dawn il-klawżoli inġusti u sakemm l-annullament tal-imsemmi kuntratt fl-intier tiegħu jesponi lill-konsumatur għal konsegwenzi partikolarment dannużi.

(1)  ĠU C 249, 31.7.2017

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/9

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Novembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht - il-Ġermanja) – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Adel Hamed (C-540/17), Amar Omar (C-541/17)

(Kawżi magħquda C-540/17 u C-541/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Żona ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja - Proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 33(2)(a) - Ċaħda mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ta’ applikazzjoni għal ażil bħala inammissibbli minħabba l-għoti qabel tal-istatus ta’ rifjuġat fi Stat Membru ieħor - Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Riskju reali u ppruvat li jkun is-suġġett ta’ trattament inuman u degradanti - Kundizzjonijiet tal-ħajja tal-benefiċjarji tal-istatus ta’ refjuġat f’dak l-Istat Membru l-ieħor)

(2020/C 45/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Konvenuti: Adel Hamed (C-540/17), Amar Omar (C-541/17)

Dispożittiv

L-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jeżerċita l-possibbiltà offruta minn din id-dispożizzjoni li jiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli minħabba li l-applikant diġà ngħata l-istatus ta’ rifjuġat minn Stat Membru ieħor, meta l-kundizzjonijiet tal-ħajja prevedibbli li dan l-applikant jiltaqa’ magħhom bħala benefiċjarju tal-imsemmi status f’dak l-Istat Membru ieħor jesponuh għal riskju serju li jkun suġġett għal trattament inumani jew degradanti, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(1)  ĠU C 402, 27.11.2017.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/10

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Galicia - Spanja) - OH (C-439/18), ER (C-472/18) vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT)

(Kawżi magħquda C-439/18 u C-472/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 97/81/KE - Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time - Klawżola 4 - Ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Prinċipju ta’ ugwaljanza tal-opportunitajiet u ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Direttiva 2006/54/KE - Artikolu 14(1) - Ħaddiem part-time tat-tip vertikali li jalterna - Rikonoxximent tal-anzjanità - Metodu ta’ kalkolu tal-bonus ta’ anzjanità ta’ kull tliet snin - Esklużjoni ta’ perijodi mhux maħduma)

(2020/C 45/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OH (C-439/18), ER (C-472/18)

Konvenuta: Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT)

Dispożittiv

Il-klawżola 4(1) u (2) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time, konkluż fis-6 ta ’Ġunju 1997, li jinsab fl-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, kif ukoll l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandhom ikunu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni u prattika ta’ impriża nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li dawn, fil-każ ta’ ħaddiema part-time tat-tip vertikali li jalterna, jieħdu biss inkunsiderazzjoni l-perijodi effettivament maħduma u għalhekk jeskludu l-perijodi mhux maħduma mill-kalkolu tal-anzjanità meħtieġa sabiex jinkisbu bonus ta’ kull tliet snin bħala remunerazzjoni komplementari, filwaqt li l-ħaddiema full-time ma humiex suġġetti għal tali leġiżlazzjoni jew għal tali prattika.

(1)  ĠU C 373, 15.10.2018.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/10

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-20 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato - Italie) – Indaco Service Soc. coop. sociale, f’isimha u bħala mandatarja ta’ Coop. sociale il Melograno vs Ufficio Territoriale del Governo Taranto

(Kawża C-552/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 57(4)(c) u (g) - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi - Raġunijiet ta’ esklużjoni fakultattivi - Nuqqas professjonali serju - Kontestazzjoni tal-integrità tal-operatur ekonomiku - Kuntratt preċedenti - Eżekuzzjoni - Nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu - Xoljiment - Rimedju ġudizzjarju - Evalwazzjoni tan-nuqqas kuntrattwali mill-awtorità kontraenti - Projbizzjoni sat-tmiem tal-proċedura ġudizzjarja)

(2020/C 45/06)

Lingwa tal-Kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Indaco Service Soc. coop. sociale, f’isimha u bħala mandatarja ta’ Coop. sociale il Melograno

Konvenut: Ufficio Territoriale del Governo Taranto

fil-preżenza ta’: Cometa Società Cooperativa Sociale

Dispositif

L-Artikolu 57(4)(c) u (g) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku [l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li t-tressiq ta’ azzjoni ġudizzjarja kontra deċiżjoni ta’ xoljiment ta’ kuntratt pubbliku meħuda minn awtorità kontraenti minħabba “nuqqas professjonali serju”, li seħħ fl-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt, jipprojbixxi lill-awtorità kontraenti li tagħmel sejħa għal offerti ġdida li teskludi operatur, fl-istadju tal-għażla offerenti, abbażi ta’ evalwazzjoni tal-affidabbiltà ta’ dan l-operatur.

(1)  ĠU C 436, 3.12.2018.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/11

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’instance d’Aulnay-Sous-Bois - Franza) - LC, MD vs easyJet Airline Co. Ltd

(Kawża C-756/18) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 99 - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Dewmien twil ta’ titjira - Dritt tal-passiġġieri għal kumpens - Prova tal-preżenza tal-passiġġier għar-reġistrazzjoni - Riżervazzjoni kkonfermata mit-trasportatur tal-ajru”)

(2020/C 45/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d’instance d'Aulnay-Sous-Bois

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: LC, MD

Konvenuta: easyJet Airline Co. Ltd

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2)(a) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġieri ta’ titjira mdewma bi tliet sigħat jew iktar mal-wasla tagħha u li għandhom riżervazzjoni kkonfermata għal din it-titjira ma jistgħux jiġu rrifjutati l-kumpens abbażi ta’ dan ir-regolament għar-raġuni biss li, meta saret it-talba tagħhom għal kumpens, huma ma pproduċewx il-prova tal-preżenza tagħhom għar-reġistrazzjoni għall-imsemmija titjira, b’mod partikolari permezz tal-karta tal-imbarkazzjoni, sakemm ma jintweriex li dawn il-passiġġieri ma ġewx ittrasportati fuq it-titjira mdewma inkwistjoni, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.

(1)  ĠU C 54, 11.2.2019.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/12

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) - PORR Építési Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-292/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Ammont taxxabbli - Tnaqqis - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 90 - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Dejn li wara l-proċeduri ta’ falliment sar irrekuperabbli)

(2020/C 45/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PORR Építési Kft

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Dispożittiv

L-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jkun interpretat fis-sens li Stat Membru għandu jippermetti t-tnaqqis tal-ammont taxxabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud jekk il-persuna taxxabbli tista’ turi li d-dejn li għandha tad-debitur tagħha huwa ta’ natura definittivament irrekuperabbli, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan, peress li din is-sitwazzjoni ma tikkostitwixxix każ ta’ nuqqas ta’ ħlas li jista’ jaqa’ fid-deroga mill-obbligu li jista’ titnaqqas l-ammont għat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu.

(1)  ĠU C 220, 1.7.2019.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/13

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus - il-Finlandja) – Proċeduri kriminali kontra A, B

(Kawża C-486/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Taxxa fuq il-ħelu, il-ġelat u s-soft drinks - Eżenzjoni ta’ prodotti simili li tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE - Setgħa ta’ impożizzjoni ta’ sanzjoni kriminali fil-każ ta’ nuqqasijiet ta’ twettiq tal-obbligi relatati ma’ din it-taxxa)

(2020/C 45/09)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-proċeduri kriminali prinċipali

A, B

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li persuna fiżika, li taġixxi għan-nom ta’ kumpannija suġġetta għal taxxa fuq il-konsum imposta fuq ċerti prodotti, bħat-taxxa inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u li naqset milli twettaq l-obbligi relatati ma’ din it-taxxa, tiġi kkundannata għal sanzjoni kriminali skont id-dritt nazzjonali applikabbli, anki jekk l-eżenzjoni li minnha bbenefikaw impriżi oħra fir-rigward ta’ prodotti simili għandha titqies li hija għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

(1)  ĠU C 295, 2.9.2019.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/13

Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2019 minn Ramón Guiral Broto mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-12 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-772/17, Café del Mar et vs EUIPO - Guiral Broto (C del M)

(Kawża C-713/19 P)

(2020/C 45/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ramón Guiral Broto (rappreżentant: A. Sirimarco, abogado)

Partijiet oħra fil-proċedura: Café del Mar, SC, José Les Viamonte, Carlos Andrea González u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-12 ta’ Diċembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammissibbli u kkundannat lil Ramón Guiral Broto għall-ispejjeż rispettivi tiegħu.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/14

Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2019 minn Ramón Guiral Broto mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-12 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-773/17, Café del Mar et vs EUIPO - Guiral Broto (Café del Mar)

(Kawża C-714/19 P)

(2020/C 45/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ramón Guiral Broto (rappreżentant: A. Sirimarco, abogado)

Partijiet oħra fil-proċedura: l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Café del Mar, SC, José Les Viamonte u Carlos Andrea González

Permezz ta’ digriet tat-12 ta’ Diċembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammissibbli u kkundannat lil Ramón Guiral Broto għall-ispejjeż rispettivi tiegħu.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/14

Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2019 minn Ramón Guiral Broto mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-12 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-774/17, Café del Mar et vs EUIPO - Guiral Broto (C del M)

(Kawża C-715/19 P)

(2020/C 45/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ramón Guiral Broto (rappreżentant: A. Sirimarco, abogado)

Partijiet oħra fil-proċedura: Café del Mar, S. C., José Les Viamonte, Carlos Andrea González u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-12 ta’ Diċembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammissibbli u kkundannat lil Ramón Guiral Broto għall-ispejjeż rispettivi tiegħu.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/15

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Gera (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ottubru 2019 – PG vs Volkswagen AG

(Kawża C-759/19)

(2020/C 45/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Gera

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PG

Konvenuta: Volkswagen AG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 27(1) tal-EG-Fahrzeuggenehmigungsverordnung (iktar ’il quddiem “EG-FGV”) (1), kif ukoll l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2007/46/KE (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-manifattur jikser l-obbligu tiegħu li joħroġ ċertifikat validu skont l-Artikolu 6(1) tal-EG-FGV (jew l-obbligu li joħroġ ċertifikat ta’ konformità skont l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2007/46) meta huwa jkun installa fil-vettura tagħmir ta’ manipulazzjoni pprojbit fis-sens tal-Artikolu 5(2) u tal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 (3), u li t-tqegħid fis-suq ta’ din il-vettura jmur kontra l-projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ vettura li ma tkunx akkumpanjata b’ċertifikat ta’ konformità validu kif previst fl-Artikolu 27(1) tal-EG-FGV (jew il-projbizzjoni li tinbiegħ vettura mhux akkumpanjata b’ċertifikat ta’ konformità validu kif previst fl-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2007/46)?

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv:

1.

a)

L-Artikoli 6 u 27 tal-EG-FGV, kif ukoll l-Artikolu 18(1), l-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2007/46 huma intiżi sabiex jipproteġu l-interessi tal-oħrajn fis-sens tal-Artikolu 823(2) tal-BGB (Bürgerliches Gesetzbuch, il-Kodiċi Ċivili Ġermaniż), inkluż, b’mod partikolari, f’dak li jirrigwarda l-libertà ekonomika u l-patrimonju ta’ din il-persuna? L-akkwist, minn klijent finali, ta’ vettura li kienet tqiegħdet fis-suq mingħajr ċertifikat ta’ konformità validu jagħmel parti mir-riskji li l-adozzjoni ta’ dawn in-normi kienet intiża sabiex tipprevjeni?

2)

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007 huwa intiż sabiex jipproteġi wkoll lill-klijent finali, inkluż f’dak li jirrigwarda l-libertà ekonomika tiegħu u l-patrimonju tiegħu? L-akkwist, minn klijent finali, ta’ vettura li hija mgħammra b’tagħmir ta’ manipulazzjoni pprojbit jagħmel parti mir-riskji li l-adozzjoni ta’ dawn in-normi kienet intiża sabiex tipprevjeni?

(1)  EG Fahrzeuggenehmigungsverordnung (ir-Regolament Ġermaniż dwar l-approvazzjoni KE tal-vetturi) tat-3 ta’ Frar 2011 (BGBl. I, p. 126), kif emendat bl-Artikolu 7 tar-Regolament tat-23 ta’ Marzu 2017 (BGBl. I, p. 522).

(2)  Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (ĠU 2007, L 263, p. 1).

(3)  Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU 2007, L 171, p. 1).

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/16

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Ottubru 2019 – The North of England P & I Association Ltd., li tidher ukoll bħala aventi kawża ta’ Marine Shipping Mutual Insurance Company vs Bundeszentralamt für Steuern

(Kawża C-786/19)

(2020/C 45/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The North of England P & I Association Ltd., li tidher ukoll bħala aventi kawża ta’ Marine Shipping Mutual Insurance Company

Konvenut: Bundeszentralamt für Steuern

Domanda preliminari

It-tieni inċiż tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 88/357/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta ta’ xort’ oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 73/239/KEE (1) moqri flimkien mal-ewwel parti tas-sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 25, jew mal-Artikolu 46(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (2), għandu jiġi interpretat bħala li jfisser li, għall-finijiet tal-ħarsien minn riskji fir-rigward tal-operat ta’ bastiment, l-Istat huwa dak li fit-territorju tiegħu bastiment jitniżżel fir-reġistru uffiċjali bil-għan tat-titolu ta’ proprjetà, jew huwa l-Istat li l-bandiera tiegħu tittajjar mill-bastiment?

(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 198.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 346.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/16

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ottubru 2019 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs SpaceNet AG

(Kawża C-793/19)

(2020/C 45/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Konvenuta: SpaceNet AG

Domandi preliminari

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (1), moqri fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 11 kif ukoll tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2), minn naħa, u tal-Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 4 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi aċċessibbli għall-pubbliku li jżommu d-data li tirrigwarda t-traffiku u d-data ta’ lokalizzazzjoni tal-utenti finali ta’ dawn is-servizzi meta

dan l-obbligu ma jkunx suġġett għall-eżistenza ta’ raġuni speċifika mil-lat ġeografiku, ta’ żmien jew territorjali,

fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi telefoniċi aċċessibbli għall-pubbliku – inkluża l-komunikazzjoni permezz tal-messaġġi qosra (SMS), messaġġi multimedia jew messaġġi simili u t-telefonati li ma jitweġbux jew mingħajr suċċess –, l-obbligu ta’ żamma jkopri d-data li ġejja:

in-numru tat-telefon jew identifikazzjoni oħra tal-linja li qed iċċempel u ta’ dik li qed tirċievi t-telefonata, kif ukoll ta’ kwalunkwe linja oħra użata fil-każ ta’ trasferiment tat-telefonata jew ta’ devjazzjoni tat-telefonata,

id-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-komunikazzjoni jew – fil-każ ta’ komunikazzjoni permezz tal-messaġġi qosra (SMS), messaġġi multimedia jew messaġġi simili – il-ħin li fih jintbagħat u jiġi rċevut il-messaġġ, u indikazzjoni taż-żona tal-ħin,

l-indikazzjonijiet rigward is-servizz użat meta servizzi differenti jistgħu jintużaw fil-kuntest tas-servizz telefoniku,

barra minn hekk, fil-każ ta’ servizzi ta’ telefonija mobbli,

l-identità internazzjonali ta’ abbonat mobbli tal-persuna li qed tagħmel it-telefonata u ta’ dik li qed tirċievi t-telefonata,

l-identità internazzjonali tat-tagħmir terminali li qed jagħmel it-telefonata u li qed jirċievi t-telefonata,

id-data u l-ħin tal-ewwel attivazzjoni tas-servizz, b’indikazzjoni taż-żona tal-ħin, meta servizzi jkunu tħallsu bil-quddiem,

l-isem taċ-ċelloli (“tower cell”) li ntużaw mill-persuna li qed tagħmel it-telefonata u minn dik li qed tirċievi t-telefonata fil-bidu tal-komunikazzjoni,

kif ukoll, fil-każ tas-servizzi ta’ telefonija permezz tal-internet, l-indirizzi IP (protokoll tal-internet) tal-persuna li qed tagħmel it-telefonata u ta’ dik li qed tirċievi t-telefonata u n-numri ta’ identifikazzjoni attribwiti,

fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi ta’ aċċess għall-internet aċċessibbli għall-pubbliku, l-obbligu ta’ żamma jkopri d-data li ġejja:

l-indirizz IP attribwit lill-abbonat għall-finijiet tal-użu tal-internet,

l-identifikazzjoni ċara tal-konnessjoni li tippermetti l-aċċess għall-internet, kif ukoll in-numru ta’ identifikazzjoni attribwit,

id-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-użu tal-internet mill-indirizz IP attribwit, b’indikazzjoni taż-żona tal-ħin,

fil-każ ta’ użu mobbli, l-isem taċ-ċelloli li ntużaw fil-bidu tal-konnessjoni internet,

id-data li ġejja ma tistax tinżamm:

il-kontenut tal-komunikazzjoni,

id-data rigward is-siti tal-internet ikkonsultati,

id-data tas-servizzi ta’ posta elettronika,

id-data sottostanti l-komunikazzjonijiet lejn jew minn ċerti linji attribwiti lil persuni, awtoritajiet u organizzazzjonijiet ta’ natura soċjali jew reliġjuża,

it-tul ta’ żmien taż-żamma huwa ta’ erba’ ġimgħat għad-data ta’ lokalizzazzjoni, jiġifieri l-isem taċ-ċelloli użati, u ta’ għaxar ġimgħat għad-data l-oħra,

protezzjoni effettiva tad-data miżmuma mir-riskji ta’ abbuż kif ukoll minn kull aċċess illegali għal din id-data hija żgurata,

id-data miżmuma tista’ tintuża biss għall-finijiet tal-issanzjonar tal-ksur serju jew għall-finijiet tal-prevenzjoni ta’ riskju konkret għall-integrità fiżika, il-ħajja jew il-libertà ta’ persuna jew għall-eżistenza tar-Repubblika Federali jew ta’ Land, bl-eċċezzjoni f’dak li jirrigwarda l-indirizz IP attribwit lill-abbonat għall-użu tal-internet, li jista’ jintuża fil-kuntest tal-provvista ta’ informazzjoni dwar id-data marbuta mal-abbonat għall-finijiet tal-issanzjonar ta’ kwalunkwe ksur kriminali, tal-prevenzjoni ta’ riskju għas-sigurtà pubblika u l-ordni pubbliku kif ukoll għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-missjonijiet tas-servizzi ta’ informazzjoni?

(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514, emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 2009/136/KE (ĠU 2009, L 337, p. 11, rettifika fil-ĠU 2013, L 241, p. 9).

(2)  ĠU 2000, C 364, p. 1.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/18

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ottubru 2019 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Telekom Deutschland GmbH

(Kawża C-794/19)

(2020/C 45/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Konvenuta: Telekom Deutschland GmbH

C 45/20

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Ottubru 2019 – Firma Z vs Finanzamt Y

(Kawża C-802/19)

(2020/C 45/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Firma Z

Konvenut: Finanzamt Y

Domandi preliminari

1)

Spiżerija li tikkunsinna prodotti mediċinali għal fond obbligatorju tal-assigurazzjoni għall-mard u li tagħti skont lill-assigurat tista’, fuq il-bażi ta’ dan l-iskont, tnaqqas il-bażi taxxabbli skont is-sentenza tal-24 ta’ Ottubru 1996, Elida Gibbs (C-317/94, EU:C:1996:400)?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv: Il-fatt li spiżerija stabbilita fit-territorju nazzjonali għandha d-dritt tnaqqas il-bażi taxxabbli, iżda mhux spiżerija li tagħmel kunsinna intra-Komunitarja eżentata mit-taxxa lil fond obbligatorju tal-assigurazzjoni għall-mard minn Stat Membru ieħor, jikser il-prinċipji ta’ newtralità u ta’ ugwaljanza fit-trattament fis-suq intern?

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/21

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-31 ta’ Ottubru 2019 – BU vs Markt24 GmbH

(Kawża C-804/19)

(2020/C 45/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BU

Konvenuta: Markt24 GmbH

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) japplika għal relazzjoni ta’ xogħol fejn, minkejja l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol fl-Awstrija għal twettiq ta’ xogħol fil-Ġermanja, il-ħaddiem madankollu ma jkun wettaq ebda xogħol minkejja li kien disponibbli sabiex jaħdem diversi xhur fl-Awstrija?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda?

2.

L-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li tista’ tiġi applikata dispożizzjoni nazzjonali li tippermetti lil ħaddiem iressaq kawża (iktar faċilment) quddiem il-qrati tal-post fejn kien joqgħod matul ir-relazzjoni ta’ xogħol jew fejn kien joqgħod meta ntemmet ir-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, bħall-Artikolu 4(1)(a) tal-Bundesgesetz vom 7. März 1985 über die Arbeits- und Sozialgerichtsbarkeit (il-Liġi Federali tas-7 ta’ Marzu 1985 dwar il-Qrati Kompetenti fil-Qasam Soċjali, iktar ’il quddiem l-“ASGG”)?

3.

L-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li tista’ tiġi applikata dispożizzjoni nazzjonali li tippermetti lil ħaddiem iressaq kawża (iktar faċilment) quddiem il-qrati tal-post fejn ir-remunerazzjoni hija dovuta jew kienet dovuta meta ntemmet ir-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, bħall-Artikolu 4(1)(d) tal-ASGG?

4.

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni u għat-tielet domanda:

4.1

L-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ relazzjoni ta’ xogħol fejn il-ħaddiem ma jkun wettaq ebda xogħol, il-kawża għandha titressaq quddiem il-qrati tal-Istat Membru fit-territorju fejn huwa kien disponibbli li jaħdem?

4.2

L-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ relazzjoni ta’ xogħol fejn il-ħaddiem ma jkun wettaq ebda xogħol, il-kawża għandha titressaq quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn ikun ġie inizjat u konkluż il-kuntratt ta’ xogħol, anki jekk dan tal-aħħar jikkonferma jew jipprevedi li l-ħaddiem jaħdem fi Stat Membru ieħor?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda?

5.

Il-punt 1 tal-Artikolu 7 tar Regolament Nru 1215/2012 japplika għal relazzjoni ta’ xogħol fejn, minkejja l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol fl-Awstrija għal twettiq ta’ xogħol fil-Ġermanja, il-ħaddiem madankollu ma jkun wettaq ebda xogħol minkejja li kien disponibbli sabiex jaħdem diversi xhur fl-Awstrija, fil-każ li tista’ tiġi applikata dispożizzjoni nazzjonali li tippermetti lil ħaddiem iressaq kawża (iktar faċilment) quddiem il-qrati tal-post fejn kien joqgħod matul ir-relazzjoni ta’ xogħol jew fejn kien joqgħod meta ntemmet ir-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, bħall-Artikolu 4(1)(a) tal-ASGG jew dispożizzjoni nazzjonali li tippermetti lil ħaddiem iressaq kawża (iktar faċilment) quddiem il-qrati tal-post fejn ir-remunerazzjoni hija dovuta jew kienet dovuta meta ntemmet ir-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, bħall-Artikolu 4(1)(d) tal-ASGG?

(1)  ĠU 2012 L 351, p. 1.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/22

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Gera (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Novembru 2019 – DS vs Volkswagen AG

(Kawża C-808/19)

(2020/C 45/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Gera

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DS

Konvenuta: Volkswagen AG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 27(1) tal-EG-Fahrzeuggenehmigungsverordnung (iktar ’il quddiem “EG-FGV”) (1), kif ukoll l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2007/46/KE (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-manifattur jikser l-obbligu tiegħu li joħroġ ċertifikat validu skont l-Artikolu 6(1) tal-EG-FGV (jew l-obbligu li joħroġ ċertifikat ta’ konformità skont l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2007/46) meta huwa jkun installa fil-vettura tagħmir ta’ manipulazzjoni pprojbit fis-sens tal-Artikolu 5(2) u tal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 (3), u li t-tqegħid fis-suq ta’ din il-vettura jmur kontra l-projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ vettura li ma tkunx akkumpanjata b’ċertifikat ta’ konformità validu kif previst fl-Artikolu 27(1) tal-EG-FGV (jew il-projbizzjoni li tinbiegħ vettura mhux akkumpanjata b’ċertifikat ta’ konformità validu kif previst fl-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2007/46)?

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv:

1.

a)

L-Artikoli 6 u 27 tal-EG-FGV, kif ukoll l-Artikolu 18(1), l-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2007/46 huma intiżi sabiex jipproteġu wkoll lill-klijent finali u b’mod partikolari – fil-każ ta’ bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-vetturi użati – l-akkwirent sussegwenti tal-vettura, inkluż f’dak li jirrigwarda l-libertà ekonomika tiegħu u l-patrimonju tiegħu? L-akkwist ta’ vettura użata li kienet tqiegħdet fis-suq mingħajr ċertifikat ta’ konformità validu jagħmel parti mir-riskji li l-adozzjoni ta’ dawn in-normi kienet intiża sabiex tipprevjeni?

2)

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007 huwa intiż sabiex jipproteġi wkoll lill-klijent finali u b’mod partikolari – fil-każ ta’ bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-vetturi użati – l-akkwirent sussegwenti tal-vettura, inkluż f’dak li jirrigwarda l-libertà ekonomika tiegħu u l-patrimonju tiegħu? L-akkwist ta’ vettura użata li hija mgħammra b’tagħmir ta’ manipulazzjoni pprojbit jagħmel parti mir-riskji li l-adozzjoni ta’ dawn in-normi kienet intiża sabiex tipprevjeni?

3)

L-Artikoli 6 u 27 tal-EG FGV kif ukoll l-Artikolu 18(1), l-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2007/46 u l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ma hemmx lok għal tpaċija tad-danni mġarrba mill-klijent finali bl-ammont, sħiħ jew parzjali, ta’ kumpens għall-użu effettiv tal-vettura (u jekk ikun il-każ: b’liema mod u f’liema proporzjon?), meta, minħabba dan il-ksur, il-klijent jista’ jeżiġi u fil-fatt jeżiġi, ix-xoljiment jew l-annullament tal-kuntratt ta’ bejgħ tal-vettura? Il-fatt li, minbarra li jkun kiser l-obbligu tiegħu jew din il-projbizzjoni, il-manifattur ikun qarraq bl-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tal-approvazzjoni u bil-klijenti finali fir-rigward tal-punt dwar jekk il-kundizzjonijiet kollha għall-approvazzjoni ġewx issodisfatti u li l-vettura setgħet tintuża, mingħajr restrizzjoni, fit-toroq, u li dan il-ksur u dan it-tqarriq twettqu sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż u jitkabbru l-profitti permezz ta’ volum importanti ta’ bejgħ, filwaqt li ġie żgurat vantaġġ kompetittiv b’detriment għal klijenti li ma kienu qed jissuspettaw xejn, jibdel l-interpretazzjoni?

(1)  EG Fahrzeuggenehmigungsverordnung (ir-Regolament Ġermaniż dwar l-approvazzjoni KE tal-vetturi) tat-3 ta’ Frar 2011 (BGBl. I, p. 126), kif emendat bl-Artikolu 7 tar-Regolament tat-23 ta’ Marzu 2017 (BGBl. I, p. 522).

(2)  Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (ĠU 2007, L 263, p. 1).

(3)  Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU 2007, L 171, p. 1).

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/23

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Gera (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Novembru 2019 – ER vs Volkswagen AG

(Kawża C-809/19)

(2020/C 45/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Gera

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ER

Konvenuta: Volkswagen AG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 27(1) tal-EG-Fahrzeuggenehmigungsverordnung (iktar ’il quddiem “EG-FGV”) (1), kif ukoll l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2007/46/KE (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-manifattur jikser l-obbligu tiegħu li joħroġ ċertifikat validu skont l-Artikolu 6(1) tal-EG-FGV (jew l-obbligu li joħroġ ċertifikat ta’ konformità skont l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2007/46) meta huwa jkun installa fil-vettura tagħmir ta’ manipulazzjoni pprojbit fis-sens tal-Artikolu 5(2) u tal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 (3), u li t-tqegħid fis-suq ta’ din il-vettura jmur kontra l-projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ vettura li ma tkunx akkumpanjata b’ċertifikat ta’ konformità validu kif previst fl-Artikolu 27(1) tal-EG-FGV (jew il-projbizzjoni li tinbiegħ vettura mhux akkumpanjata b’ċertifikat ta’ konformità validu kif previst fl-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2007/46)?

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv:

1.

a)

L-Artikoli 6 u 27 tal-EG-FGV, kif ukoll l-Artikolu 18(1), l-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2007/46 huma intiżi sabiex jipproteġu wkoll lill-klijent finali inkluż, f’dak li jirrigwarda l-libertà ekonomika tiegħu u l-patrimonju tiegħu? L-akkwist, minn klijent finali, ta’ vettura li kienet tqiegħdet fis-suq mingħajr ċertifikat ta’ konformità validu jagħmel parti mir-riskji li l-adozzjoni ta’ dawn in-normi kienet intiża sabiex tipprevjeni?

2)

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007 huwa intiż sabiex jipproteġi wkoll lill-klijent finali, inkluż f’dak li jirrigwarda l-libertà ekonomika tiegħu u l-patrimonju tiegħu? L-akkwist, minn klijent finali, ta’ vettura li hija mgħammra b’tagħmir ta’ manipulazzjoni pprojbit jagħmel parti mir-riskji li l-adozzjoni ta’ dawn in-normi kienet intiża sabiex tipprevjeni?

3)

L-Artikoli 6 u 27 tal-EG FGV kif ukoll l-Artikolu 18(1), l-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2007/46 u l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ma hemmx lok għal tpaċija tad-danni mġarrba mill-klijent finali bl-ammont, sħiħ jew parzjali, ta’ kumpens għall-użu effettiv tal-vettura (u jekk ikun il-każ: b’liema mod u f’liema proporzjon?), meta, minħabba dan il-ksur, il-klijent jista’ jeżiġi u fil-fatt jeżiġi, ix-xoljiment jew l-annullament tal-kuntratt ta’ bejgħ tal-vettura? Il-fatt li, minbarra li jkun kiser l-obbligu tiegħu jew din il-projbizzjoni, il-manifattur ikun qarraq bl-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tal-approvazzjoni u bil-klijenti finali fir-rigward tal-punt dwar jekk il-kundizzjonijiet kollha għall-approvazzjoni ġewx issodisfatti u li l-vettura setgħet tintuża, mingħajr restrizzjoni, fit-toroq, u li dan il-ksur u dan it-tqarriq twettqu sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż u jitkabbru l-profitti permezz ta’ volum importanti ta’ bejgħ, filwaqt li ġie żgurat vantaġġ kompetittiv b’detriment għal klijenti li ma kienu qed jissuspettaw xejn, jibdel l-interpretazzjoni?

(1)  EG Fahrzeuggenehmigungsverordnung (ir-Regolament Ġermaniż dwar l-approvazzjoni KE tal-vetturi) tat-3 ta’ Frar 2011 (BGBl. I, p. 126), kif emendat bl-Artikolu 7 tar-Regolament tat-23 ta’ Marzu 2017 (BGBl. I, p. 522).

(2)  Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (ĠU 2007, L 263, p. 1).

(3)  Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU 2007, L 171, p. 1).

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/24

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-5 ta’ Novembru 2019 – QF vs Germanwings GmbH

(Kawża C-816/19)

(2020/C 45/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: QF

Konvenuta: Germanwings GmbH

Domanda preliminari

Għal trasportatur tal-ajru li jopera titjira, l-istrajk tal-persunal tiegħu stess organizzat minn sindakati jikkostitwixxi “ċirkustanza straordinarja” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1)?

(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/25

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Pontevedra (Spanja) fit-13 ta’ Novembru 2019 – D.A.T.A. et vs Ryanair D.A.C.

(Kawża C-827/19)

(2020/C 45/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Pontevedra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: D.A.T.A., L.F.A., A.M.A.G., L.F.A., J.G.C., S.C.C., A.C.V., A.A.G., A.C.A., L.C.A., N.P.B. u P.C.A.

Konvenuta: Ryanair D.A.C.

Domandi preliminari

1)

L-eżerċizzju tad-dritt ta’ strajk mill-persunal tat-trasportatur tal-ajru, organizzat minn sindakat sabiex jintalbu kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, – meta dan ma jkunx il-konsegwenza ta’ deċiżjoni minn qabel tal-persuna li timpjega, iżda jkun il-konsegwenza tat-talb[iet] tal-ħaddiema –, jista’ jitqies bħala “ċirkostanz[a] staordinarj[a]” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament 261/20[0]4 (1), jew għall-kuntrarju, dan huwa ċirkustanza inerenti għall-eżerċizzju tal-attività tat-trasportatur tal-ajru?

2)

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni f’dan il-każ, it-trasportatur għandu l-obbligu jadotta miżuri legalment ammissibbli, inkluż meta l-eżerċizzju tad-dritt ta’ strajk ġie kkomunikat lilu b’osservanza tat-terminu ta’ avviż minn qabel legalment meħtieġ, bħal pereżempju li jiffaċilita titjiriet ma’ kumpanniji oħra mhux affettwati mill-istrajk?

3)

Sabiex strajk tal-persunal tal-kabina tal-kumpannija tal-ajru jitqies bħala “ċirkostanz[a] staordinarj[a]” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament 261/20[0]4, il-mod li bih l-istrajk jiġi kkanċellat, b’mod partikolari meta dan jiġi kkanċellat b’riżultat ta’ konċessjonijiet reċiproki tal-partijiet f’kunflit, huwa rilevanti?

(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/25

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no41 de Madrid (Spanja) fl-20 ta’ Novembru 2019 – JL vs Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)

(Kawża C-841/19)

(2020/C 45/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JL

Konvenut: Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7/KEE (1) u l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/54/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni [ta’] Stat Membru […], bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha l-bażi retributtiva tal-ħaddiem impjegat fuq bażi part-time, li hija diġà mnaqqsa minħabba li l-impjieg tiegħu huwa part-time, titnaqqas għat-tieni darba fil-mument tal-kalkolu tal-ammont tar-responsabbiltà tal-FOGASA (3) fil-konfront tal-imsemmi ħaddiem impjegat fuq bażi part-time fis-sens tal-Artikolu 33 tal-Istatut tal-Ħaddiema, fil-mument li tittieħed inkunsiderazzjoni l-imsemmija natura ta’ xogħol part-time, meta mqabbel ma’ ħaddiem impjegat fuq bażi full-time li jinsab f’sitwazzjoni analoga, u sa fejn tali leġiżlazzjoni tippreġudika b’mod partikolari lill-ħaddiema ta’ sess femminil meta mqabbla mal-ħaddiema ta’ sess maskil?

(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215).

(2)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU 2006, L 204, p. 23).

(3)  Fondo de Garantía Salarial.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/26

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-842/19)

(2020/C 45/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels, A. Armenia, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li billi ma osservax l-miżuri kollha li tinvolvi l-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-12 ta’ April 2018 mogħtija fil-Kawża C-110/17, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260(1) TFUE;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għal ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 22 076,55 għal kul jum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-110/17, iċċitata iktar ’il fuq, mid-data ta’ meta tingħata s-sentenza f’din il-kawża u sad-data ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-110/17, iċċitata iktar ’il fuq, li għandhom jitħallsu f’kont li ser jiġi indikat mill-Kummissjoni;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju jew għall-ħlas ta’ somma f’daqqa minima ta’ EUR 2 029 000, jew, fil-każ li l-ammont tas-somma f’daqqa minima msemmija iktar ’il fuq jinqabeż, għal somma f’daqqa ta’ kuljum ta’ EUR 4 905,90 mid-data tal-għoti tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-110/17, iċċitata iktar ’il fuq, sad-data ta’ meta tingħata s-sentenza f’din il-kawża jew sad-data tal-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-110/17, iċċitata iktar ’il fuq, jekk din isseħħ qabel, li għandhom jitħallsu f’kont li ser jiġi indikat mill-Kummissjoni

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tikkritika lir-Renju tal-Belġju tali ma adottatx il-miżuri għall-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fit-12 ta’ April 2018.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/27

Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2019 mir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fl-20 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-65/18, Il-Venezwela vs Il-Kunsill

(Kawża C-872/19 P)

(2020/C 45/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela (rappreżentanti: L. Giuliano u F. Di Gianni, avvocati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata sa fejn din ċaħdet ir-rikors bħala inammissibbli;

tiddikjara ammissibbli r-rikors ippreżentat mill-appellanti u tibgħat l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex hija tiddeċiedi dwar il-mertu tal-kawża; u

tikkundanna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka aggravju wieħed maqsum fi tliet partijiet.

Il-Qorti Ġenerali interpretat ħażin il-kriterju ta’ inċidenza diretta previst fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE fid-dawl tal-ġurisprudenza Almaz-Antey:

1.

Il-Qorti Ġenerali applikat il-kriterju żbaljat sabiex tevalwa jekk id-dispożizzjonijiet ikkontestati (1) jikkonċernawx direttament lir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela.

2.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li ma ħaditx inkunsiderazzjoni xi ċirkustanzi essenzjali tal-kawża inkwistjoni meta applikat il-kriterju ta’ inċidenza diretta kif stabbilit fil-kawża Almaz-Antey.

3.

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tqis l-effetti fattwali tad-dispożizzjonijiet ikkontestati fuq ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela.

(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2017, L 295, p. 60).

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/28

Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2019 minn Aeris Invest Sàrl mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-10 ta’ Ottubru 2019 fil-Kawża T-599/18, Aeris Invest vs SRB

(Kawża C-874/19 P)

(2020/C 45/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Aeris Invest Sàrl (rappreżentanti: R. Vallina Hoset, A. Sellés Marco, abogados)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali fl-10 ta’ Ottubru 2019, Aeris Invest vs SRB, T-599/18, EU:T:2019:740, sa fejn dan jiddeċiedi li r-rikors huwa inammissibbli;

tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex hija tiddeċiedi, marbuta mill-punti ta’ liġi deċiżi permezz tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, skont it-talbiet ta’ din il-parti fl-ewwel istanza; u

tirriżerva d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li d-digriet appellat jikser l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2010, L 331, p. 12) u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”). Skont l-appellanti, l-att ikkontestat quddiem il-Qorti Ġenerali għandu effetti ġuridiċi vinkolanti sa fejn il-valutazzjoni definittiva tifforma parti integrali mid-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti tqis li d-digriet appellat jikser l-Artikolu 17 tal-Karta. L-interpretazzjoni tal-Artikolu 20 tar-Regolament 806/2014 imwettqa fid-digriet appellat hija inkompatibbli mad-dritt għall-proprjetà, sa fejn din tippermetti indħil fid-dritt għall-proprjetà ta’ din il-parti mingħajr ebda kumpens.

Skont it-tielet aggravju, id-digriet appellat jikser l-Artikolu 20(11)(b) tar-Regolament 806/2014. Wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni u l-iżvalutazzjoni tal-azzjonijiet, l-ex azzjonisti ta’ Banco Popular saru kredituri tal-entità. Huwa għalhekk li l-Artikolu 20(11)(b) tar-Regolament 806/2014 huwa applikabbli għall-ex azzjonisti, sa fejn din id-dispożizzjoni tipprevedi l-obbligu ta’ deċiżjoni dwar il-“valwazzjoni negattiva tal-pretensjonijiet tal-kredituri” fid-dawl tal-valutazzjoni definittiva.

Fl-aħħar nett, permezz tar-raba’ aggravju tagħha, l-appellanti tqis li d-digriet appellat jikser l-Artikolu 20(11) u (14) tar-Regolament 806/2014, kif ukoll l-Artikolu 41 tal-Karta, billi ma jieħux inkunsiderazzjoni l-fatt li l-att ikkontestat għandu effetti ġuridiċi vinkolanti fir-rigward ta’ din il-parti, sa fejn dan jimpedixxi lil AERIS milli jkollha aċċess għal informazzjoni reċenti u kompleta dwar is-sitwazzjoni kontabbli ta’ entità li fiha AERIS kellha 3.45 % tal-azzjonarjat.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/29

Appell ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2019 minn HSBC Holdings plc, HSBC Bank plc, HSBC France mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fl-24 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-105/17, HSBC Holdings plc et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-883/19 P)

(2020/C 45/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: HSBC Holdings plc, HSBC Bank plc, HSBC France (rappreżentanti: K. Bacon QC, D. Bailey, Barristers, M. Simpson, Solicitor, C. Angeli, avocate, M. Giner, advocate)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla l-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-24 ta’ Settembru 2019, HSBC Holdings plc et vs Il-Kummissjoni Ewropea (T-105/17, EU:T:2019:675);

tannulla l-Artikolu 1(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 8530 final tas-7 ta’ Diċembru 2016 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39914 – Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax f’Euro) (1); sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1(b) ta’ din id-deċiżjoni sa fejn jirreferi għall-parteċipazzjoni ta’ HSBC fi ksur uniku u kontinwu wara d-19 ta’ Marzu 2007; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ HSBC li rriżultaw mill-Kawża T-105/17 u minn dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi għal dak li jirrigwarda l-effetti tal-ksur mill-Kummissjoni tar-rekwiżiti formali essenzjali, jiġifieri d-dritt ta’ HSBC għall-prinċipji ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ drittijiet tad-difiża.

It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 101(1) TFUE fil-klassifikazzjoni tagħha tal-għan tal-manipulazzjoni tad-19 ta’ Marzu 2007 u/jew billi żnaturat il-provi rilevanti.

It-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li ż-żewġ diskussjonijiet kienu jikkostitwixxu ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE minħabba l-għan. B’mod partikolari, wettqet żball meta qieset li n-natura li tiffavorixxi l-kompetizzjoni ta’ dawn id-diskussjonijiet setgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni taħt l-Artikolu 110(1) TFUE biss fil-kuntest ta’ restrizzjonijiet anċillari għal operazzjoni prinċipali jew ta’ evalwazzjoni skont l-Artikolu 101(3) TFUE.

Ir-raba’ aggravju: il-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali dwar żewġ diskussjonijiet fit-12 u fis-16 ta’ Frar 2007 żnaturaw manifestament il-provi li hija kellha għad-dispożizzjoni tagħha.

Il-ħames aggravju: il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali, li tgħid li l-ksur uniku u kontinwu li hija identifikat fis-sentenza tagħha kellu għan uniku, hija vvizzjata b’żewġ żbalji ta’ liġi: (i) żnaturament manifest tal-fatti u tal-provi għal dak li jirrigwarda d-diskussjoni tas-27 ta’ Marzu 2007; u (ii) żball ta’ liġi fil-konklużjoni li tgħid li żewġ diskussjonijiet fuq il-prezzijiet medjani kellhom għan uniku identifikat mill-Qorti Ġenerali.

Is-sitt aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li HSBC ipparteċipat fi ksur uniku u kontinwu li jinkludi aġir li, fid-deċiżjoni kontenzjuża, ma ġiex identifikat bħala aġir ta’ HSBC li jikkostitwixxi ksur.

(1)  ĠU 2019, C 130, p. 4.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/30

Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2019 minn Fiat Chrysler Finance Europe mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla, Awla Estiża) fl-24 ta’ Settembru 2019 fil-Kawżi magħquda T-755/15 u T-759/15, Il-Lussemburgu u Fiat Chrysler Finance Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-885/19 P)

(2020/C 45/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Fiat Chrysler Finance Europe (rappreżentanti: J. Rodriguez, abogado, N. de Boynes, avocat, M. Engel, Rechtsanwalt, G. Maisto, avvocato)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, l-Irlanda

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) tal-24 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża magħquda T-755/15 u T-759/15;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2015 (1) skont l-Artikolu 263(4) TFUE; sussidjarjament, jekk u sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ma tkunx f’pożizzjoni li tagħti deċiżjoni finali, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; u

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lil Fiat Chrysler Finance Europe l-ispejjeż skont l-Artikoli 138(1), 184(1) u (2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja u tħallas lil Fiat Chrysler Finance Europe l-ispejjeż tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: l-analiżi tal-Qorti Ġenerali dwar jekk Fiat Chrysler Finance Europe ħaditx vantaġġ mill-ftehimiet preċedenti dwar il-prezzijiet (iktar ’il quddiem il-“FPP”) jikser l-Artikolu 107 TFUE minħabba li (i) il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat it-test legali dwar jekk il-FPP applikawx metodoloġija li teċċedi s-setgħa diskrezzjonali appplikabbli, u (ii) in-nuqqas tal-Qorti Ġenerali li tiddefinixxi b’mod xieraq l-impriża relevanti li kienet il-benefiċjarja tal-FPP.

It-tieni aggravju: l-analiżi tal-Qorti Ġenerali tal-bażi legali tal-prinċipju ta’ distakk ma hijiex adegwata u hija kontradittorja u tikser il-prinċipju ġenerali li jingħataw raġunijiet adegwati u koerenti.

It-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju fundamentali ta’ ċertezza legali billi (i) aċċettat il-prinċipju mhux iddefinit sew ta’ distakk mingħajr ma kkunsidrat il-portata u l-kontenut tiegħu, u billi (ii) aċċettat l-applikazzjoni tal-preżunzjoni ta’ selettività għall-prinċipju ta’ distakk.

(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2326 tal-21 ta’ Ottubru 2015 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.38375 (2014/C) (ex 2014/NN) implimentata mil-Lussemburgu għal Fiat (notifikata bid-dokument numru C(2015) 7152) (ĠU 2016, L 351, p. 1).

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/31

Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2019 minn GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-24 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-586/14 RENV, Xinyi PV Products (Anhui) Holdings vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-888/19 P)

(2020/C 45/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH (rappreżentant: R. MacLean, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tiċħad għaliex infondata t-tieni parti tal-ewwel motiv tar-rikors fl-ewwel istanza, kif ipparafrażata fis-sentenza appellata;

tiddeċiedi hija stess dwar il-mertu tat-tieni parti tal-ewwel motiv tar-rikors fl-ewwel istanza, kif ipparafrażata fis-sentenza appellata;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-motivi restanti bbażati fuq ksur ta’ liġi; u

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż legali tal-appellanti f’din il-proċedura kif ukoll għal dawk sostnuti minnha fil-kuntest tal-proċeduri fl-ewwel istanza u fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tqis li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata abbażi ta’ tliet aggravji separati.

L-ewwel aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fis-sentenza appellata fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-kunċetti relatati ta’ “distorsjoni sinjifikanti” u ta’ “sitwazzjoni finanzjarja” previsti fit-tielet inċiż tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Antidumping Bażiku (1)u l-qlib, b’konsegwenza ta’ dan, tal-oneru tal-prova tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq (iktar ’il quddiem “SIES”) mirr-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-Kummissjoni.

It-tieni aggravju: Il-Qorti Ġenerali ma osservatx il-limiti tal-marġni diskrezzjonali li l-Kummissjoni għandha fil-kuntest tal-evalwazzjoni tas-SIES u ssostitwixxiet l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni bl-evalwazzjoni tagħha.

It-tielet aggravju: L-appellanti titlob l-annullament tal-ewwel paragrafu tad-dispożittiv tas-sentenza appellata peress li l-Qorti Ġenerali, billi ddeċidiet b’dan il-mod, iddeċidiet ultra petita.

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009, L 343, p. 51).

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/32

Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-24 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-500/17, Hubei Xinyegang Special Tube vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-891/19 P)

(2020/C 45/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u N. Kuplewatzky, Aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Hubei Xinyegang Special Tube Co. Ltd, ArcelorMittal Tubular Products Roman SA, Válcovny trub Chomutov a.s., Vallourec Deutschland GmbH

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tiċħad l-ewwel u t-tieni motivi tar-rikors fl-ewwel istanza għaliex infondati fid-dritt;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar it-tielet u r-raba’ motivi tar-rikors fl-ewwel istanza;

tirriżerva l-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u fl-appelll sa ma jkun hemm deċiżjoni finali tal-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tinvoka sitt aggravji.

L-ewwel aggravju, hemm diversi żbalji ta’ liġi fil-punti 59 sa 67 tas-sentenza. B’mod partikolari l-Qorti Ġenerali interpretat ħażin l-Artikoli 1(2), 1(4), 3(2), 3(3), 3(8) u 4 tar-Regolament Bażiku (1), billi interpretat dawn l-aħħar żewġ dispożizzjonijiet bħala li jimponu fuq il-Kummissjoni r-rekwiżit li tiħu inkunsiderazzjoni s-segmentazzjoni tas-suq tal-prodott inkwistjoni fil-kuntest tal-analiżi tagħha tal-effett fuq il-prezzijiet. Madankollu, l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament Bażiku jirrikjedu paragun ma prodott simili, kif iddefinit fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku u mhux it-tip ta’ evalwazzjoni fid-dettall rikjesta mill-Qorti Ġenerali fil-livell tas-segmenti tas-suq. L-awtoritajiet ġudizzjarji li fuqhom ibbażat ruħha l-Qorti Ġenreali ma jsostnux il-pożizzjoni tal-Qorti Ġenerali, u l-Qorti Ġenerali tiżnatura l-fatti li fuqhom ibbażaw ruħhom dawn l-awtoritajiet u l-fatti li fuqhom huwa bbażat ir-Regolament Ikkontestat (2). Finalmentu f’kull każ, ma hemmx aspetti speċifiċi li jiġġustifikaw analiżi skont is-segment tas-suq.

It-tieni aggravju, fil-punti 59 sa 67 tas-sentenza, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat ir-Regolament Ikkontestat jew żnaturat il-fatti f’dak li jirrigwarda l-użu ta’ numri ta’ kontroll tal-prodotti (iktar ’il quddiem in-“NKP”) fl-analiżi tal-Kummissjoni dwar l-effetti fuq il-prezz. L-użu tan-NKP jinternalizza ċerti karatteristiċi bħal ma huma s-segmentazzjoni tas-suq (u ħafna fatturi oħra), u dan naturalment jagħmel mod li kull analiżi tal-effetti fuq il-prezz bbażżata fuq tali struttura NKP tkun tiħu inkunsiderazzjoni dawn il-fatturi. Għaldaqstant ma huwiex neċessarju li ssir analiżi oħra tal-effetti fuq il-prezz ibbażata fuq is-segmentazzjoni.

It-tielet aggravju, fil-punti 77 sa 79 tas-sentenza, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta interpretat l-Artikolu 296 TFUE u żnaturat il-provi f’dak li jirrigwarda l-analiżi bbażata fuq is-segmentazzjoni tas-suq matul l-investigazzjoni u fir-Regolament Ikkontestat.

Ir-raba’ aggravju, fil-punti 68 sa 76 tas-sentenza, il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat tinterpreta l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 3(3) tar-Regolament Bażiku, li jeħtieġ biss li jiġu stabbiliti l-effetti tal-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni. Bil-kontra tal-pożizzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali, l-effett ta’ bejgħ ta’ kategoriji ta’ prodotti li ma humiex esportati mill-kampjun ta’ produtturi esportaturi huwa irrilevanti.

Il-ħames aggravju, il-punti 68 sa76 tas-sentenza jonqsu milli jieħdu inkunsiderazzjoni l-effetti tal-Artikolu 17 tar-Regolament Bażiku, li jirrigwarda t-teħid ta’ kampjuni, u jneħħulu kull effett utli. Il-konstatazzjonijiet fl-imsemmija punti jinjoraw il-fatt li l-effett inerenti tat-teħid ta’ kampjuni huwa li l-Kummissjoni tanalizza biss l-importazzjonijiet tal-produtturi Ċiniżi li jesportaw meħuda bħala kampjun. Għaldaqstant, jista’ leġittimament ikun hemm bejgħ li ma jitteħidx inkunsiderazzjoni minħabba l-użu tat-teħid ta’ kampjuni. Madankollu, dan l-effett sekondarju ma jimminax il-leġittimità tal-analiżi tal-effetti fuq il-prezz magħmula abbażi ta’ kampjun rappreżentattiv miġbur b’mod konformi mal-Artikolu 17 tar-Regolament Bażiku.

Is-sitt aggravju, fil-punti 34, 35, u 45 tas-sentenza, il-Qorti Ġenerali kklassifikat mill-ġdid l-ewwel u t-tieni motivi ppreżentati quddiemha u għalhekk iddeċidiet ultra petita. Il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball ta’ liġi meta ddefiniet b’mod żbaljat il-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju applikabbli għall-ewwel u għat-tieni motivi mressqa quddiemha. Anki li kieku l-istandard ta’ stħarriġ stabbilit mill-Qorti Ġenerali kien jeżisti, quod non, huwa kkwalifika b’mod żbaljat jew saħansitra żnatura il-fatti li fuqhom hija bbażata l-analiżi tal-Kummissjoni.

(1)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/804 tal-11 ta’ Mejju 2017 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU 2017, L 121, p. 3).

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/33

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovni sud (il-Kroazja) fil-5 ta’ Diċembru 2019 – il-Federazzjoni Russa

(Kawża C-897/19)

(2020/C 45/31)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Vrhovni sud

Partijiet fil-proċeduri prinċipali

I.N.

Il-Federazzjoni Russa

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 18 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li jieħu deċiżjoni dwar l-estradizzjoni lejn Stat terz ta’ ċittadin ta’ Stat li ma huwiex membru tal-Unjoni Ewropea, iżda li huwa membru taż-żona Schengen, huwa obbligat li jinforma bit-talba għal estradizzjoni lill-Istat Membru taż-żona Schengen li tiegħu din il-persuna għandha n-nazzjonalità?

2)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda preċedenti u fil-każ li l-Istat Membru taż-żona Schengen talab il-konsenja ta’ din il-persuna għall-finijiet li jwettaq il-proċeduri li għalihom l-estradizzjoni hija mitluba, din il-persuna għandha tiġi kkonsenjata lilu skont il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-proċedura ta’ konsenja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja?

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/34

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Justice de paix du troisième canton de Charleroi – il-Belġju) – IZ vs Ryanair DAC

(Kawża C-735/18) (1)

(2020/C 45/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 44, 4.2.2019.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/34

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Paris - Franza) – XS vs Recteur de l'académie de Paris

(Kawża C-281/19) (1)

(2020/C 45/33)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Il-President tal-Qorti ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 187, 3.6.2019.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/34

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’instance de Nice - Franza) – VT, WU vs easyJet Airline Co. Ltd

(Kawża C-395/19) (1)

(2020/C 45/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.

Il-Qorti Ġenerali

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/35

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Novembru 2019 – John Wood Group et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-749/19)

(2020/C 45/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: John Wood Group plc (Aberdeen, ir-Renju Unit), WGPSN (Holdings) Ltd (Aberdeen), Wood Group Investments Ltd (Aberdeen) u Amec Foster Wheeler Ltd (Knutsford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. McDonnell, Barrister, B. Goren, Solicitor, M. Peristeraki, avukat, u K. Desai, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li ma kien hemm ebda għajnuna mill-Istat illegali, tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2019) 2526 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar iċ-CFC Group Financing Exemption (l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ Kumpanniji Barranin Ikkontrollati, iktar ’il quddiem l-“Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi”) sa fejn din ikkonstatat li kien hemm għajnuna mill-Istat illegali, u tannulla l-obbligu tar-Renju Unit li jirkupra l-allegata għajnuna mill-Istat illegali rċevuta mir-rikorrenti f’dan il-kuntest (Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata);

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dawn jobbligaw lir-Renju Unit jirkupra mingħand ir-rikorrenti l-allegata għajnuna mill-Istat; u

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni fehmet ħażin il-kuntest, l-għan u t-tħaddim tal-UK Controlled Foreign Company (CFC) rules (ir-Regoli dwar il-Kumpanniji Barranin Ikkontrollati tar-Renju Unit, iktar ’il quddiem ir-“Regoli CFC”), fir-rigward tat-trattament tal-profitti finanzjarji mhux kummerċjali. Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata huma bbażati fuq żbalji manifesti kumulattivi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għamlet żbalji manifesti fl-interpretazzjoni tagħha tas-sistema tat-taxxa inġenerali tar-Renju Unit, fl-interpretazzjoni tagħha tal-għanijiet tas-sistema CFC, fl-ambitu speċifiku tal-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi u fid-definizzjoni tar-relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni interpretat ħażin l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi bħala eżenzjoni fiskali u għaldaqstant vantaġġ. Fir-rigward tal-profitti finanzjarji mhux kummerċjali, l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi tirrapreżenta dispożizzjoni ta’ impożizzjoni u parti mid-definizzjoni tal-limiti tar-Regoli CFC, mhux vantaġġ selettiv. Il-Kummissjoni ma pprovdietx analiżi kwantitattiva sabiex turi li din hija vantaġġ u, fl-assenza ta’ prova konvinġenti li l-miżura inkwistjoni twassal għal vantaġġ, id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex sostenibbli.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni identifikat ħażin is-sistema ta’ riferiment għall-evalwazzjoni tal-effetti tar-Regoli CFC u identifikat ħażin ir-Regoli CFC bħala sett ta’ regoli distint mis-sistema tat-taxxa fuq il-kumpanniji inġenerali tar-Renju Unit. Il-Kummissjoni ma fehmitx sewwa l-għan tar-Regoli CFC u naqset milli tqis il-marġni ta’ diskrezzjoni tar-Renju Unit.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni għamlet żbalji manifesti fl-analiżi tagħha tal-għajnuna mill-Istat, u applikat it-testijiet żbaljati meta qieset il-kwistjoni tal-komparabbiltà. Il-Kummissjoni naqset milli tirrikonoxxi l-livell differenti ta’ riskju għall-bażi tat-taxxa tar-Renju Unit bejn is-self lil entità ta’ grupp taxxabbli fir-Renju Unit u s-self lil entità ta’ grupp mhux taxxabbli fir-Renju Unit, u kkonkludiet b’mod irrazzjonali li s-self intragrupp huwa komparabbli mas-self ta’ terz.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li, anki jekk jitqies li l-miżuri CFC inkwistjoni jikkostitwixxu prima facie għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, id-deċiżjoni kkontestata kkonkludiet b’mod żbaljat li ma kienx hemm ġustifikazzjoni li setgħet tapplika għad-difiża tal-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata hija irrazzjonali u inkonsistenti, sa fejn il-Kummissjoni aċċettat korrettament li l-Kapitolu 9 tal-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 (il-Liġi dwar it-Tassazzjoni (Dispożizzjonijiet Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010) huwa ġġustifikat fil-każijiet fejn l-unika raġuni għall-applikazzjoni ta’ impożizzjoni CFC taħt il-kontrofattwali tal-imsemmi Kapitolu 5 tkun it-test tal-“kapital konness tar-Renju Unit”, fuq il-bażi li dak it-test jista’ jkun eċċessivament diffiċli sabiex jiġi applikat fil-prattika, iżda fl-istess ħin, u mingħajr ma tat raġunijiet adegwati, il-Kummissjoni argumentat li l-imsemmi Kapitolu 9 ma jkun qatt iġġustifikat fil-każijiet fejn it-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi jrendi impożizzjoni CFC applikabbli taħt l-imsemmi Kapitolu 5. Fil-fatt, it-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi huwa eċċessivament diffiċli sabiex jiġi applikat fil-prattika, b’mod li l-Kummissjoni kellha tikkonstata li l-imsemmi Kapitolu 9 kien iġġustifikat fil-kuntest ta’ dak it-test ukoll u, għalhekk, hija kellha tikkonkludi li ma hemmx għajnuna mill-Istat.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li jekk id-deċiżjoni kkontestata kellha tiġi kkonfermata, l-infurzar tagħha bl-irkupru tal-allegata għajnuna mill-Istat mingħand ir-rikorrenti jikser il-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-liberta’ ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, ladarba, fil-każ tar-rikorrenti, il-kumpanniji barranin ikkontrollati inkwistjoni jinsabu fi Stati Membri oħra.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-ordni ta’ rkupru li jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata huwa infondat u jmur kontra l-prinċipji fundamentali tal-Unjoni.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi raġunijiet adegwati għal elementi kritiċi fid-deċiżjoni kkontestata, bħalma hija l-konklużjoni li l-impożizzjoni CFC taħt l-imsemmi Kapitolu 5 tista’ tiġi applikata bl-użu tat-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi mingħajr diffikultà jew oneru sproporzjonat.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li jeħtieġ li l-Kummissjoni tippermetti li jkun hemm it-trasparenza u l-prevedibbiltà fil-proċeduri amministrattivi tagħha u tagħti d-deċiżjonijiet tagħha f’qafas ta’ żmien raġonevoli. Ma huwiex raġonevoli li l-Kummissjoni tieħu iktar minn erba’ snin sabiex tagħti d-deċiżjoni tagħha li tiftaħ l-investigazzjoni f’dan il-każ u tagħti deċiżjoni iktar minn sitt snin wara li l-miżura kkontestata ġiet fis-seħħ.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/36

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Rio Tinto European Holdings et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-762/19)

(2020/C 45/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rio Tinto European Holdings Ltd (Londra, ir-Renju Unit), Rio Tinto International Holdings Ltd (Londra) u Rio Tinto Simfer UK Ltd (Londra) (rappreżentanti: N. Niejahr u B. Hoorelbeke, avukati, A. Stratakis u P. O’Gara, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (1), sa fejn din issostni li l-allegata miżura ta’ għajnuna tikkostitwixxi għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE u tordna l-irkupru tagħha bl-interessi, inkluż mingħand ir-rikorrenti;

alternattivament, tannulla l-Artikoli 2, 3 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tordna l-irkupru ta’ għajnuna inkompatibbli flimkien mal-interessi, inkluż mingħand ir-rikorrenti;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha stess u l-ispejjeż tar-rikorrenti relatati ma’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi sostniet li l-miżura ta’ għajnuna allegata tipprovdi vantaġġ selettiv:

a)

lill-kumpanniji li jużaw l-eżenzjoni ta’ 75 % għal relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti b’riskju baxx, għaliex il-Kummissjoni:

identifikat b’mod żbaljat is-sistema CFC tar-Renju Unit bħala s-sistema ta’ referenza;

wettqet żball ta’ liġi billi kkonkludiet li l-eżenzjoni ta’ 75 % tikkostitwixxi deroga mis-sistema tat-taxxa ta’ riferenza, abbażi tal-fatt li:

(i)

il-konstatazzjoni ta’ deroga hija bbażata b’mod żbaljat fuq it-teknika regolatorja;

(ii)

it-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi ma huwiex it-test ċentrali għas-sistema CFC tar-Renju Unit; u

(iii)

relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti u mhux kwalifikanti ma jinsabux fl-istess sitwazzjoni legali u fattwali u, f’kull każ, wettqet żball ta’ liġi meta applikat b’analoġija jew meta bbażat ruħha b’mod inġustifikat fuq it-termini tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (2);

wettqet żball ta’ liġi billi kkonkludiet li l-eżenzjoni ta’ 75 % ma hijiex iġġustifikata min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema ta’ taxxa bl-istess mod bħall-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi li tapplika għal profitti finanzjarji mhux kummerċjali li jaqgħu taħt it-Taqsima 371EC tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010.

b)

lill-kumpanniji li jużaw l-eżenzjoni ta’ interessi mqabbla, għaliex il-Kummissjoni:

identifikat b’mod żbaljat is-sistema CFC tar-Renju Unit bħala s-sistema ta’ referenza;

wettqet żball ta’ liġi billi kkonkludiet li l-eżenzjoni ta’ interessi mqabbla tikkostitwixxi deroga mis-sistema tat-taxxa ta’ riferenza, abbażi tal-fatt li:

(i)

il-konstatazzjoni ta’ deroga hija bbażata b’mod żbaljat fuq it-teknika regolatorja u t-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi ma huwiex it-test ċentrali għas-sistema CFC tar-Renju Unit;

(ii)

persuni taxxabbli li jikkwalifikaw għall-eżenzjoni ta’ interessi mqabbla ma jinsabux fl-istess sitwazzjoni legali u fattwali bħall-persuni taxxabbli li ma jikkwalifikawx b’dan il-mod.

wettqet żball ta’ fatt u ta’ liġi meta kkonkludiet li l-eżenzjoni ta’ interessi mqabbla ma hijiex iġġustifikata min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema ta’ taxxa.

2.

It-tieni motiv, li jallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi naqset milli turi li l-allegata miżura ta’ għajnuna setgħet taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u kienet thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.

3.

It-tielet motiv, li jallega, sussidjarjament, li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 49 TFUE billi kkwalifikat lill-allegata miżura ta’ għajnuna bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli li ma tiksirx il-libertà ta’ stabbiliment żgurata mill-Artikolu 49 TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv, li jallega li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju fundamentali ta’ ugwaljanza fit-trattament/nondiskriminazzjoni billi:

ittrattat profitti finanzjarji mhux kummerċjali derivanti minn self kwalifikanti bl-istess mod bħal profitti finanzjarji mhux kummerċjali derivanti minn self mhux kwalifikanti; u

ittrattat l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi b’mod differenti skont jekk il-profitti finanzjarji mhux kummerċjali jaqgħux taħt it-Taqsimiet 371EB jew 371EC tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010.

5.

Il-ħames motiv, li jallega, sussidjarjament, li, anki jekk l-allegata miżura ta’ għajnuna taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (3), billi ordnat l-irkupru ta’ ammonti ta’ għajnuna allegatament inkompatibbli mingħand il-benefiċjarji tal-allegata miżura ta’ għajnuna, għaliex tali rkupru jikser il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

(1)  ĠU 2019, L 216, p. 1.

(2)  ĠU 2016, L 193, p. 1.

(3)  ĠU 2015, L 248, p. 9.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/38

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Ultra Electronics Holdings et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-763/19)

(2020/C 45/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ultra Electronics Holdings plc (Londra, ir-Renju Unit), DF Group Ltd (Londra) u Ultra Electronics Swiss Holdings Company Ltd (Londra) (rappreżentanti: M. Whitehouse u P. Halford, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (notifikata bid-dokument C(2019) 2526) (ĠU 2019 L 216, p. 1);

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 49 TFUE jew il-moviment liberu tal-kapital taħt l-Artikolu 63 TFUE; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħdax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-iskema ta’ eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi (iktar ’il quddiem il-“miżura kkontestata”) tagħti vantaġġ ekonomiku skont id-definizzjoni u l-portata tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni tas-sistema ta’ riferiment għall-iskop tal-analiżi ta’ “selettività”.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat b’mod żbaljat jew inkomplet, u billi naqset li tifhem korrettament, l-għanijiet relevanti tas-sistema ta’ riferiment magħżula tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat il-miżura kkontestata fis-sens li twassal għal deroga mis-sistema ta’ riferiment magħżula tagħha.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kklassifikat b’mod żbaljat il-miżura kkontestata bħala prima facie selettiva, billi sostniet b’mod żbaljat li kienet twassal għal trattament differenti tal-impriżi f’sitwazzjoni legalment u fattwalment paragunabbli.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ħadet inkunsiderazzjoni d-Direttiva tal-Kunsill (EU) 2016/1164 (1) fl-evalwazzjoni tagħha tas-selettività tal-miżura kkontestata, meta dan l-istrument daħal fis-seħħ biss wara t-tmiem tal-perijodu fejn il-Kummissjoni ddeċidiet li l-miżura kkontestata tammonta għal għajnuna mill-Istat.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tirrappreżenta użu ħażin tal-poter mill-Kummissjoni, kuntrarjament għas-sovranità fiskali tar-Renju Unit.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti fl-evalwazzjoni meta ddeċidiet li l-allegata deroga ma hijiex iġġustifikata f’relazzjoni tat-tassazzjoni ta’ profitt(i) mill-kwalifika ta’ relazzjonijiet ta’ self li jaqgħu prima facie taħt l-Artikolu 371EB (“Attivitajiet tar-Renju Unit) tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 (L-Att tal-2010 dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra). F’relazzjoni mal-eżenzjonijiet ta’ “riżorsi li jikkwalifikaw” u “profitti ta’ interessi li jaqblu”, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija wkoll ivvizzjata bin-nuqqas tagħha li tipprovdi raġunijiet f’relazzjoni mal-ġustifikazzjoni tagħhom jew in-nuqqas ta’ tali ġustifikazzjonijiet.

9.

Id-disa’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (EU) 2015/1589 (2) u bi ksur tal-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Speċifikatament, hija naqset milli tindika fid-deċiżjoni tal-bidu tagħha li kellha tħassib dwar il-ġustifikazzjoni tal-“eżenzjoni ta’ 75 %” taħt l-Artikolu 371ID tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 sabiex tiġi evitata d-diffikultà prattika li ssir analiżi tal-funzjoni ta’ persuni influwenti f’relazzjoni ma’ attività ta’ self fi grupp, b’tali mod li l-partijiet interessati jingħataw opportunità adegwata li jikkummentaw fuq dan; hija naqset, matul l-investigazzjoni tagħha, li tistieden kummenti f’dan ir-rigward mingħand il-partijiet interessati; u, fid-deċiżjoni kkontestata, hija għażlet li tinjora tali kummenti li kienu fil-fatt ġew ipprovduti mill-partijiet interessati f’dan ir-rigward. Konsegwentement, id-deċiżjoni kkontestata hija invalida.

10.

L-għaxar motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-intaxxar ta’ kumpannija mir-Renju Unit fuq profitti ta’ sussidjarji barranin “sa fejn ikun attribwibbli għall-assi u l-attivitajiet domestiċi” ma jimponix restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment u li l-miżura kkontestata ma hijiex meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-libertajiet tat-Trattat.

Insostenn tat-talba tagħhom (sussidjarjament) għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti jibbażaw ruħhom fuq l-imsemmi motiv.

11.

Il-ħdax-il motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li anki jekk (li huwa miċħud) il-miżura kkontestata ħolqot skema ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-irkupru tal-għajnuna ma jiksirx il-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, u billi ordnat l-irkupru irrispettivament minn jekk l-istabbiliment ta’ CFSs u l-għoti ta’ self lil gruppi ta’ kumpanniji mhux residenti fil-fatt wassal għal eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment jew tal-moviment liberu tal-kapital. Speċifikatament, f’dan il-każ, l-irkupru jikser il-libertà ta’ stabbiliment taħt l-Artikolu 49 TFUE u l-moviment liberu tal-kapital taħt l-Artikolu 63 TFUE tar-rikorrenti. Minħabba tali ksur, l-ordni ta’ tali rkupru taħt l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata.

(1)  Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU 2016, L 193, p. 1)

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/40

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Keller Holdings vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-764/19)

(2020/C 45/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Keller Holdings Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Whitehouse u P. Halford, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (notifikata bid-dokument C(2019) 2526) (ĠU 2019 L 216, p. 1);

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 49 TFUE; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħdax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-iskema ta’ eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi (iktar ’il quddiem il-“miżura kkontestata”) tagħti vantaġġ ekonomiku skont id-definizzjoni u l-portata tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni tas-sistema ta’ riferiment għall-iskop tal-analiżi ta’ “selettività”.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat b’mod żbaljat jew inkomplet, u billi naqset li tifhem korrettament, l-għanijiet relevanti tas-sistema ta’ riferiment magħżula tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat il-miżura kkontestata fis-sens li twassal għal deroga mis-sistema ta’ riferiment magħżula tagħha.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kklassifikat b’mod żbaljat il-miżura kkontestata bħala prima facie selettiva, billi sostniet b’mod żbaljat li kienet twassal għal trattament differenti tal-impriżi f’sitwazzjoni legalment u fattwalment paragunabbli.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ħadet inkunsiderazzjoni d-Direttiva tal-Kunsill (EU) 2016/1164 (1) fl-evalwazzjoni tagħha tas-selettività tal-miżura kkontestata, meta dan l-istrument daħal fis-seħħ biss wara t-tmiem tal-perijodu fejn il-Kummissjoni ddeċidiet li l-miżura kkontestata tammonta għal għajnuna mill-Istat.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tirrappreżenta użu ħażin tal-poter mill-Kummissjoni, kuntrarjament għas-sovranità fiskali tar-Renju Unit.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti fl-evalwazzjoni meta ddeċidiet li l-allegata deroga ma hijiex iġġustifikata f’relazzjoni tat-tassazzjoni ta’ profitt(i) mill-kwalifika ta’ relazzjonijiet ta’ self li jaqgħu prima facie taħt l-Artikolu 371EB (“Attivitajiet tar-Renju Unit) tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 (L-Att tal-2010 dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra). F’relazzjoni mal-eżenzjonijiet ta’ “riżorsi li jikkwalifikaw” u “profitti ta’ interessi li jaqblu”, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija wkoll ivvizzjata bin-nuqqas tagħha li tipprovdi raġunijiet f’relazzjoni mal-ġustifikazzjoni tagħhom jew in-nuqqas ta’ tali ġustifikazzjonijiet.

9.

Id-disa’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (EU) 2015/1589 (2) u bi ksur tal-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Speċifikatament, hija naqset milli tindika fid-deċiżjoni tal-bidu tagħha li kellha tħassib dwar il-ġustifikazzjoni tal-“eżenzjoni ta’ 75 %” taħt l-Artikolu 371ID tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 sabiex tiġi evitata d-diffikultà prattika li ssir analiżi tal-funzjoni ta’ persuni influwenti f’relazzjoni ma’ attività ta’ self fi grupp, b’tali mod li l-partijiet interessati jingħataw opportunità adegwata li jikkummentaw fuq dan; hija naqset, matul l-investigazzjoni tagħha, li tistieden kummenti f’dan ir-rigward mingħand il-partijiet interessati; u, fid-deċiżjoni kkontestata, hija għażlet li tinjora tali kummenti li kienu fil-fatt ġew ipprovduti mill-partijiet interessati f’dan ir-rigward. Konsegwentement, id-deċiżjoni kkontestata hija invalida.

10.

L-għaxar motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-intaxxar ta’ kumpannija mir-Renju Unit fuq profitti ta’ sussidjarji barranin “sa fejn ikun attribwibbli għall-assi u l-attivitajiet domestiċi” ma jimponix restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment u li l-miżura kkontestata ma hijiex meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-libertajiet tat-Trattat.

Insostenn tat-talba tagħhom (sussidjarjament) għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti jibbażaw ruħhom fuq l-imsemmi motiv.

11.

Il-ħdax-il motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li anki jekk (li huwa miċħud) il-miżura kkontestata ħolqot skema ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-irkupru tal-għajnuna ma jiksirx il-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, u billi ordnat l-irkupru irrispettivament minn jekk l-istabbiliment ta’ CFSs u l-għoti ta’ self lil gruppi ta’ kumpanniji mhux residenti fil-fatt wassal għal eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment jew tal-moviment liberu tal-kapital. Speċifikatament, f’dan il-każ, l-irkupru jikser il-libertà ta’ stabbiliment taħt l-Artikolu 49 TFUE u l-moviment liberu tal-kapital taħt l-Artikolu 63 TFUE tar-rikorrenti. Minħabba tali ksur, l-ordni ta’ tali rkupru taħt l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata.

(1)  Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU 2016, L 193, p. 1)

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/41

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Genus Investments vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-765/19)

(2020/C 45/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Genus Investments Ltd (Basingstoke, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Whitehouse u P. Halford, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (1);

alternattivament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 49 TFUE; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħdax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-iskema ta’ eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi (il-“miżura kkontestata”) ħolqot vantaġġ ekonomiku skont it-tifsira u l-portata tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni tas-sistema ta’ referenza għall-finijiet tal-analiżi tas-“selettività”.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat, b’mod żbaljat jew b’mod mhux komplut, u meta naqset milli tifhem b’mod korrett, l-għanijiet rilevanti tas-sistema ta’ referenza magħżula tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat il-miżura kkontestata bħala waħda li tikkostitwixxi deroga mis-sistema ta’ referenza magħżula tagħha.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kklassifikat il-miżura kkontestata b’mod żbaljat bħala prima facie selettiva, billi ddeċidiet b’mod żbaljat li din kienet tikkostitwixxi trattament differenti ta’ impriżi f’sitwazzjoni legalment u fattwalment komparabbli.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ħadet id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (2) inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tagħha tas-selettività tal-miżura kkontestata, filwaqt li dan l-istrument kien daħal fis-seħħ biss wara t-tmiem tal-perijodu li fih il-Kummissjoni ddeċidiet li l-miżura kkontestata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tirrappreżenta użu ħażin ta’ poter mill-Kummissjoni li huwa kuntrarju għas-sovranità fiskali tar-Renju Unit.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li d-deroga allegata ma hijiex iġġustifikata fir-rigward tal-intaxxar ta’ profitt finanzjarju (jew profitti finanzjarji) mhux kummerċjali minn relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti li jaqgħu prima facie taħt it-Taqsima 371EB (“attivitajiet tar-Renju Unit”) tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010. Fir-rigward tar-“riżorsi kwalifikanti” u l-eżenzjonijiet ta’ “profitti b’interessi mqabbla”, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija wkoll ivvizzjata min-nuqqas ta’ kull motivazzjoni fir-rigward tal-ġustifikazzjoni tagħhom jew tan-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni tagħhom.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (3) u bi ksur tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Speċifikament, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, hija naqqset milli tindika li hija kellha tħassib dwar il-ġustifikazzjoni tal-“eżenzjoni ta’ 75 %” taħt it-Taqsima 371ID tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010 sabiex tevita d-diffikultà prattika li twettaq analiżi tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi fir-rigward ta’ attività ta’ self intragrupp, b’tali mod li tagħti opportunità adegwata lill-partijiet ikkonċernati li jikkummentaw fuqha; hija naqset, matul l-investigazzjoni tagħha, milli tistieden kwalunkwe kumment f’dan ir-rigward minn partijiet ikkonċernati; u fid-deċiżjoni kkontestata hija għażlet li tinjora tali kummenti li fil-fatt kienu ġew ipprovduti minn partijiet ikkonċernati f’dan ir-rigward. Konsegwentement, id-deċiżjoni kkontestata hija nulla.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-intaxxar ta’ kumpannija tar-Renju Unit fuq profitti ta’ sussidjarji barranin “sa fejn ikun attribwibbli għall-assi u l-attivitajiet domestiċi” ma jimponix restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment u li l-miżura kkontestata ma hijiex meħtieġa sabiex tiġi żgurata konformità mal-libertajiet tat-Trattati.

Insostenn tar-rikors tagħha (fl-alternattiv) għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti tinvoka l-motiv li ġej:

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li anki fil-possibbiltà (miċħuda) li l-miżura kkontestata kienet tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-irkupru tal-għajnuna ma kienx jikser il-prinċipji fundametali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, u meta ordnat l-irkupru irrispettivament minn jekk l-istabbiliment ta’ CFCs u l-għoti tagħhom ta’ self lil kumpanniji tal-grupp mhux residenti fil-fatt kienx jikkostitwixxi eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbilment jew tal-moviment liberu tal-kapital. B’mod speċifiku, f’dan il-każ, l-irkupru kien jikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 49 TFUE u l-moviment liberu tal-kapital tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE. Sa fejn hemm tali ksur, l-ordni għall-irkupru fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata.

(1)  ĠU 2019, L 216, p. 1.

(2)  ĠU 2016, L 193, p. 1.

(3)  ĠU 2015, L 248, p. 9.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/43

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Just Eat Holding vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-766/19)

(2020/C 45/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Just Eat Holding Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Whitehouse u P. Halford, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (1);

alternattivament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 49 TFUE jew il-moviment liberu tal-kapital tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE; u

C 45/45

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Markit Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-767/19)

(2020/C 45/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Markit Group Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Whitehouse u P. Halford, Solicitors)

C 45/46

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Elementis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-768/19)

(2020/C 45/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Elementis Holdings Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Whitehouse u P. Halford, Solicitors)

C 45/48

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Informa et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-769/19)

(2020/C 45/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Informa plc (Londra, ir-Renju Unit), Maypond Ltd (Dublin, l-Irlanda), Tanahol Ltd (Dublin) u Colonygrove Ltd (Londra) (rappreżentanti: M. Whitehouse u P. Halford, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (1);

alternattivament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 49 TFUE u/jew il-moviment liberu tal-kapital tagħhom taħt l-Artikolu 63 TFUE; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħdax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-iskema ta’ eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi (il-“miżura kkontestata”) ħolqot vantaġġ ekonomiku skont it-tifsira u l-portata tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni tas-sistema ta’ referenza għall-finijiet tal-analiżi tas-“selettività”.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat, b’mod żbaljat jew b’mod mhux komplut, u meta naqset milli tifhem b’mod korrett, l-għanijiet rilevanti tas-sistema ta’ referenza magħżula tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat il-miżura kkontestata bħala waħda li tikkostitwixxi deroga mis-sistema ta’ referenza magħżula tagħha.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kklassifikat il-miżura kkontestata b’mod żbaljat bħala prima facie selettiva, billi ddeċidiet b’mod żbaljat li din kienet tikkostitwixxi trattament differenti ta’ impriżi f’sitwazzjoni legalment u fattwalment komparabbli.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ħadet id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (2) inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tagħha tas-selettività tal-miżura kkontestata, filwaqt li dan l-istrument kien daħal fis-seħħ biss wara t-tmiem tal-perijodu li fih il-Kummissjoni ddeċidiet li l-miżura kkontestata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tirrappreżenta użu ħażin ta’ poter mill-Kummissjoni li huwa kuntrarju għas-sovranità fiskali tar-Renju Unit.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li d-deroga allegata ma hijiex iġġustifikata fir-rigward tal-intaxxar ta’ profitt finanzjarju (jew profitti finanzjarji) mhux kummerċjali minn relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti li jaqgħu prima facie taħt it-Taqsima 371EB (“attivitajiet tar-Renju Unit”) tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010. Fir-rigward tar-“riżorsi kwalifikanti” u l-eżenzjonijiet ta’ “profitti b’interessi mqabbla”, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija wkoll ivvizzjata min-nuqqas ta’ kull motivazzjoni fir-rigward tal-ġustifikazzjoni tagħhom jew tan-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni tagħhom.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (3) u bi ksur tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Speċifikament, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, hija naqqset milli tindika li hija kellha tħassib dwar il-ġustifikazzjoni tal-“eżenzjoni ta’ 75 %” taħt it-Taqsima 371ID tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010 sabiex tevita d-diffikultà prattika li twettaq analiżi tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi fir-rigward ta’ attività ta’ self intragrupp, b’tali mod li tagħti opportunità adegwata lill-partijiet ikkonċernati li jikkummentaw fuqha; hija naqset, matul l-investigazzjoni tagħha, milli tistieden kwalunkwe kumment f’dan ir-rigward minn partijiet ikkonċernati; u fid-deċiżjoni kkontestata hija għażlet li tinjora tali kummenti li fil-fatt kienu ġew ipprovduti minn partijiet ikkonċernati f’dan ir-rigward. Konsegwentement, id-deċiżjoni kkontestata hija nulla.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-intaxxar ta’ kumpannija tar-Renju Unit fuq profitti ta’ sussidjarji barranin “sa fejn ikun attribwibbli għall-assi u l-attivitajiet domestiċi” ma jimponix restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment u li l-miżura kkontestata ma hijiex meħtieġa sabiex tiġi żgurata konformità mal-libertajiet tat-Trattati.

Insostenn tar-rikors tagħhom (fl-alternattiv) għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti jinvokaw il-motiv li ġej:

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li anki fil-possibbiltà (miċħuda) li l-miżura kkontestata kienet tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-irkupru tal-għajnuna ma kienx jikser il-prinċipji fundametali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, u meta ordnat l-irkupru irrispettivament minn jekk l-istabbiliment ta’ CFCs u l-għoti tagħhom ta’ self lil kumpanniji tal-grupp mhux residenti fil-fatt kienx jikkostitwixxi eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbilment jew tal-moviment liberu tal-kapital. B’mod speċifiku, f’dan il-każ, l-irkupru kien jikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 49 TFUE u l-moviment liberu tal-kapital tagħhom taħt l-Artikolu 63 TFUE. Sa fejn hemm tali ksur, l-ordni għall-irkupru fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata.

(1)  ĠU 2019, L 216, p. 1.

(2)  ĠU 2016, L 193, p. 1.

(3)  ĠU 2015, L 248, p. 9.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/50

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Merlin UK Finco 1 et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-770/19)

(2020/C 45/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Merlin UK Finco 1 Ltd (Poole, ir-Renju Unit), Merlin UK Finco 2 Ltd (Poole), Charcoal Newco 1 Ltd (Poole) u Charcoal Newco 1A Ltd (Poole) (rappreżentanti: M. Whitehouse u P. Halford, Solicitors)

C 45/51

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2019 – Experian Finance 2012 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-771/19)

(2020/C 45/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Experian Finance 2012 Ltd (Nottingham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Whitehouse u P. Halford, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (1);

alternattivament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 49 TFUE; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħdax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-miżura kkontestata ħolqot vantaġġ ekonomiku skont it-tifsira u l-portata tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni tas-sistema ta’ referenza għall-finijiet tal-analiżi tas-“selettività”.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat, b’mod żbaljat jew b’mod mhux komplut, u meta naqset milli tifhem b’mod korrett, l-għanijiet rilevanti tas-sistema ta’ referenza magħżula tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat il-miżura kkontestata bħala waħda li tikkostitwixxi deroga mis-sistema ta’ referenza magħżula tagħha.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kklassifikat il-miżura kkontestata b’mod żbaljat bħala prima facie selettiva, billi ddeċidiet b’mod żbaljat li din kienet tikkostitwixxi trattament differenti ta’ impriżi f’sitwazzjoni legalment u fattwalment komparabbli.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ħadet id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (2) inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tagħha tas-selettività tal-miżura kkontestata, filwaqt li dan l-istrument kien daħal fis-seħħ biss wara t-tmiem tal-perijodu li fih il-Kummissjoni ddeċidiet li l-miżura kkontestata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tirrappreżenta użu ħażin ta’ poter mill-Kummissjoni li huwa kuntrarju għas-sovranità fiskali tar-Renju Unit.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li d-deroga allegata ma hijiex iġġustifikata fir-rigward tal-intaxxar ta’ profitt finanzjarju (jew profitti finanzjarji) mhux kummerċjali minn relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti li jaqgħu prima facie taħt it-Taqsima 371EB (“attivitajiet tar-Renju Unit”) tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010. Fir-rigward tar-“riżorsi kwalifikanti” u l-eżenzjonijiet ta’ “profitti b’interessi mqabbla”, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija wkoll ivvizzjata min-nuqqas ta’ kull motivazzjoni fir-rigward tal-ġustifikazzjoni tagħhom jew tan-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni tagħhom.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (3) u bi ksur tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Speċifikament, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, hija naqqset milli tindika li hija kellha tħassib dwar il-ġustifikazzjoni tal-“eżenzjoni ta’ 75 %” taħt it-Taqsima 371ID tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010 sabiex tevita d-diffikultà prattika li twettaq analiżi tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi fir-rigward ta’ attività ta’ self intragrupp, b’tali mod li tagħti opportunità adegwata lill-partijiet ikkonċernati li jikkummentaw fuqha; hija naqset, matul l-investigazzjoni tagħha, milli tistieden kwalunkwe kumment f’dan ir-rigward minn partijiet ikkonċernati; u fid-deċiżjoni kkontestata hija għażlet li tinjora tali kummenti li fil-fatt kienu ġew ipprovduti minn partijiet ikkonċernati f’dan ir-rigward. Konsegwentement, id-deċiżjoni kkontestata hija nulla.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-intaxxar ta’ kumpannija tar-Renju Unit fuq profitti ta’ sussidjarji barranin “sa fejn ikun attribwibbli għall-assi u l-attivitajiet domestiċi” ma jimponix restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment u li l-miżura kkontestata ma hijiex meħtieġa sabiex tiġi żgurata konformità mal-libertajiet tat-Trattati.

Insostenn tar-rikors tagħha (fl-alternattiv) għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti tinvoka l-motiv li ġej:

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li anki fil-possibbiltà (miċħuda) li l-miżura kkontestata kienet tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-irkupru tal-għajnuna ma kienx jikser il-prinċipji fundametali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, u meta ordnat l-irkupru irrispettivament minn jekk l-istabbiliment ta’ CFCs u l-għoti tagħhom ta’ self lil kumpanniji tal-grupp mhux residenti fil-fatt kienx jikkostitwixxi eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbilment jew tal-moviment liberu tal-kapital. B’mod speċifiku, f’dan il-każ, l-irkupru kien jikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 49 TFUE u l-moviment liberu tal-kapital tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE. Sa fejn hemm tali ksur, l-ordni għall-irkupru fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata.

(1)  ĠU 2019, L 216, p. 1.

(2)  ĠU 2016, L 193, p. 1.

(3)  ĠU 2015, L 248, p. 9.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/53

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2019 – William Grant & Sons u William Grant & Sons Investments vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-772/19)

(2020/C 45/46)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: William Grant & Sons Holdings Ltd (Dufftown, ir-Renju Unit) u William Grant & Sons Investments Ltd (Dufftown) (rappreżentanti: C. McDonnell, Barrister, B. Goren, Solicitor, M. Peristeraki, lawyer, u K. Desai, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li ma kien hemm ebda għajnuna mill-Istat illegali, tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni C (2019) 2526 Final tat-2 ta’ April 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar iċ-CFC Group Financing Exemption (l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ Kumpanniji Barranin Ikkontrollati, iktar ’il quddiem l-“Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi”) sa fejn din ikkonstatat li kien hemm għajnuna mill-Istat illegali, u tannulla l-obbligu tar-Renju Unit li jirkupra l-allegata għajnuna mill-Istat illegali rċevuta mir-rikorrenti f’dan il-kuntest (Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata);

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dawn jobbligaw lir-Renju Unit jirkupra mingħand ir-rikorrenti l-allegata għajnuna mill-Istat; u

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni fehmet ħażin il-kuntest, l-għan u t-tħaddim tal-UK Controlled Foreign Company (CFC) rules (ir-Regoli dwar il-Kumpanniji Barranin Ikkontrollati tar-Renju Unit, iktar ’il quddiem ir-“Regoli CFC”), fir-rigward tat-trattament tal-profitti finanzjarji mhux kummerċjali. Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata huma bbażati fuq żbalji manifesti kumulattivi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għamlet żbalji manifesti fl-interpretazzjoni tagħha tas-sistema tat-taxxa inġenerali tar-Renju Unit, fl-interpretazzjoni tagħha tal-għanijiet tas-sistema CFC, fl-ambitu speċifiku tal-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi u fid-definizzjoni tar-relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni interpretat ħażin l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi bħala eżenzjoni fiskali u għaldaqstant vantaġġ. Fir-rigward tal-profitti finanzjarji mhux kummerċjali, l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi tirrapreżenta dispożizzjoni ta’ impożizzjoni u parti mid-definizzjoni tal-limiti tar-Regoli CFC, mhux vantaġġ selettiv. Il-Kummissjoni ma pprovdietx analiżi kwantitattiva sabiex turi li din hija vantaġġ u, fl-assenza ta’ prova konvinġenti li l-miżura inkwistjoni twassal għal vantaġġ, id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex sostenibbli.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni identifikat ħażin is-sistema ta’ riferiment għall-evalwazzjoni tal-effetti tar-Regoli CFC u identifikat ħażin ir-Regoli CFC bħala sett ta’ regoli distint mis-sistema tat-taxxa fuq il-kumpanniji inġenerali tar-Renju Unit. Il-Kummissjoni ma fehmitx sewwa l-għan tar-Regoli CFC u naqset milli tqis il-marġni ta’ diskrezzjoni tar-Renju Unit.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni għamlet żbalji manifesti fl-analiżi tagħha tal-għajnuna mill-Istat, u applikat it-testijiet żbaljati meta qieset il-kwistjoni tal-komparabbiltà. Il-Kummissjoni naqset milli tirrikonoxxi l-livell differenti ta’ riskju għall-bażi tat-taxxa tar-Renju Unit bejn is-self lil entità ta’ grupp taxxabbli fir-Renju Unit u s-self lil entità ta’ grupp mhux taxxabbli fir-Renju Unit, u kkonkludiet b’mod irrazzjonali li s-self intragrupp huwa komparabbli mas-self ta’ terz.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li, anki jekk jitqies li l-miżuri CFC inkwistjoni jikkostitwixxu prima facie għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, id-deċiżjoni kkontestata kkonkludiet b’mod żbaljat li ma kienx hemm ġustifikazzjoni li setgħet tapplika għad-difiża tal-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata hija irrazzjonali u inkonsistenti, sa fejn il-Kummissjoni aċċettat korrettament li l-Kapitolu 9 tal-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 (il-Liġi dwar it-Tassazzjoni (Dispożizzjonijiet Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010) huwa ġġustifikat fil-każijiet fejn l-unika raġuni għall-applikazzjoni ta’ impożizzjoni CFC taħt il-kontrofattwali tal-Kapitolu 5 tal-imsemmija Parti 9A tkun it-test tal-“kapital konness tar-Renju Unit”, fuq il-bażi li dak it-test jista’ jkun eċċessivament diffiċli sabiex jiġi applikat fil-prattika, iżda fl-istess ħin, u mingħajr ma tat raġunijiet adegwati, il-Kummissjoni argumentat li l-imsemmi Kapitolu 9 ma jkun qatt iġġustifikat fil-każijiet fejn it-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi jrendi impożizzjoni CFC applikabbli taħt l-imsemmi Kapitolu 5. Fil-fatt, it-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi huwa eċċessivament diffiċli sabiex jiġi applikat fil-prattika, b’mod li l-Kummissjoni kellha tikkonstata li l-imsemmi Kapitolu 9 kien iġġustifikat fil-kuntest ta’ dak it-test ukoll u, għalhekk, hija kellha tikkonkludi li ma hemmx għajnuna mill-Istat.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li jekk id-deċiżjoni kkontestata kellha tiġi kkonfermata, l-infurzar tagħha bl-irkupru tal-allegata għajnuna mill-Istat mingħand ir-rikorrenti jikser il-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-liberta’ ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, ladarba, fil-każ tar-rikorrenti, il-kumpanniji barranin ikkontrollati inkwistjoni jinsabu fi Stati Membri oħra.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-ordni ta’ rkupru li jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata huwa infondat u jmur kontra l-prinċipji fundamentali tal-Unjoni.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi raġunijiet adegwati għal elementi kritiċi fid-deċiżjoni kkontestata, bħalma hija l-konklużjoni li l-impożizzjoni CFC taħt l-imsemmi Kapitolu 5 tista’ tiġi applikata bl-użu tat-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi mingħajr diffikultà jew oneru sproporzjonat.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li jeħtieġ li l-Kummissjoni tippermetti li jkun hemm it-trasparenza u l-prevedibbiltà fil-proċeduri amministrattivi tagħha u tagħti d-deċiżjonijiet tagħha f’qafas ta’ żmien raġonevoli. Ma huwiex raġonevoli li l-Kummissjoni tieħu iktar minn erba’ snin sabiex tagħti d-deċiżjoni tagħha li tiftaħ l-investigazzjoni f’dan il-każ u tagħti deċiżjoni iktar minn sitt snin wara li l-miżura kkontestata ġiet fis-seħħ.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/54

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2019 – BAE Systems vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-773/19)

(2020/C 45/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BAE Systems plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: N. Gràcia Malfeito, avukat, W. Leslie, Solicitor, u I. Lunneryd, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 2526 final tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC;

fi kwalunkwe każ, tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti relatati ma’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li s-sistema rilevanti ta’ referenza hija s-sistema CFC u mhux is-sistema tat-taxxa fuq il-kumpanniji tar-Renju Unit. B’mod partikolari, il-konklużjoni tal-Kummissjoni li s-sistema ta’ referenza hija s-sistema CFC tar-Renju Unit tapplika l-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni Ewropea b’mod żbaljat. Minflok, il-Kummissjoni kellha tikkonkludi li s-sistema ta’ referenza xierqa kienet is-sistema tat-taxxa fuq il-kumpanniji tar-Renju Unit, li minnha s-sistema CFC tagħmel parti intrinsika u inseparabbli.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-għanijiet tas-sistema ta’ referenza.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni u naqset milli timmotiva l-konklużjoni tagħha li l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi tammonta għal deroga selettiva mis-sistema ta’ referenza u, b’mod partikolari, li impriżi li jirċievu tipi oħra ta’ profitti finanzjarji mhux kummerċjali huma f’pożizzjoni legali u fattwali li hija komparabbli għal dik ta’ impriżi li jirċievu profitti finanzjarji mhux kummerċjali minn self kwalifikanti. Fil-fatt, il-Kummissjoni żbaljat meta kkonkludiet li l-profitti finanzjarji mhux kummerċjali li joriġinaw minn self upstream u kaxex tal-flus ma joħolqux riskju materjalment ikbar ta’ devjazzjoni artifiċjali minn self kwalifikanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni żbaljat billi ffokat fuq it-teknika leġiżlattiva, iktar milli l-effetti, tal-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni u naqset milli timmotiva l-konklużjoni tagħha li l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ma kinitx iġġustifikata min-natura u mill-istruttura globali tar-regoli tat-taxxa fir-rigward tat-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni wettqet żball meta kkonkludiet li l-piż amministrattiv għall-applikazzjoni tat-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi ma jiġġustifikax l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi, u li l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ma hijiex iġġustifikata min-neċessità li jiġu osservati l-libertajiet fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ, kif meħtieġ mill-Artikolu 107 TFUE. L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni hija bbażata fuq affermazzjonijiet mhux issostanzjati u hija naqset milli effettivament turi li jeżisti vantaġġ, mhux sempliċement tistipula li seta’ kien hemm vantaġġ f’ċerti ċirkustanzi.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/55

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2019 – FA Sub 3 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-774/19)

(2020/C 45/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FA Sub 3 Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentanti: M. Whitehouse u P. Halford, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (1);

alternattivament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 49 TFUE jew il-moviment liberu tal-kapital tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħdax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-miżura kkontestata ħolqot vantaġġ ekonomiku skont it-tifsira u l-portata tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni tas-sistema ta’ referenza għall-finijiet tal-analiżi tas-“selettività”.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat, b’mod żbaljat jew b’mod mhux komplut, u meta naqset milli tifhem b’mod korrett, l-għanijiet rilevanti tas-sistema ta’ referenza magħżula tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat il-miżura kkontestata bħala waħda li tikkostitwixxi deroga mis-sistema ta’ referenza magħżula tagħha.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kklassifikat il-miżura kkontestata b’mod żbaljat bħala prima facie selettiva, billi ddeċidiet b’mod żbaljat li din kienet tikkostitwixxi trattament differenti ta’ impriżi f’sitwazzjoni legalment u fattwalment komparabbli.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ħadet id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (2) inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tagħha tas-selettività tal-miżura kkontestata, filwaqt li dan l-istrument kien daħal fis-seħħ biss wara t-tmiem tal-perijodu li fih il-Kummissjoni ddeċidiet li l-miżura kkontestata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tirrappreżenta użu ħażin ta’ poter mill-Kummissjoni li huwa kuntrarju għas-sovranità fiskali tar-Renju Unit.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li d-deroga allegata ma hijiex iġġustifikata fir-rigward tal-intaxxar ta’ profitt finanzjarju (jew profitti finanzjarji) mhux kummerċjali minn relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti li jaqgħu prima facie taħt it-Taqsima 371EB (“attivitajiet tar-Renju Unit”) tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010. Fir-rigward tar-“riżorsi kwalifikanti” u l-eżenzjonijiet ta’ “profitti b’interessi mqabbla”, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija wkoll ivvizzjata min-nuqqas ta’ kull motivazzjoni fir-rigward tal-ġustifikazzjoni tagħhom jew tan-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni tagħhom.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (3) u bi ksur tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Speċifikament, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, hija naqqset milli tindika li hija kellha tħassib dwar il-ġustifikazzjoni tal-“eżenzjoni ta’ 75 %” taħt it-Taqsima 371ID tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010 sabiex tevita d-diffikultà prattika li twettaq analiżi tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi fir-rigward ta’ attività ta’ self intragrupp, b’tali mod li tagħti opportunità adegwata lill-partijiet ikkonċernati li jikkummentaw fuqha; hija naqset, matul l-investigazzjoni tagħha, milli tistieden kwalunkwe kumment f’dan ir-rigward minn partijiet ikkonċernati; u fid-deċiżjoni kkontestata hija għażlet li tinjora tali kummenti li fil-fatt kienu ġew ipprovduti minn partijiet ikkonċernati f’dan ir-rigward. Konsegwentement, id-deċiżjoni kkontestata hija nulla.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-intaxxar ta’ kumpannija tar-Renju Unit fuq profitti ta’ sussidjarji barranin “sa fejn ikun attribwibbli għall-assi u l-attivitajiet domestiċi” ma jimponix restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment u li l-miżura kkontestata ma hijiex meħtieġa sabiex tiġi żgurata konformità mal-libertajiet tat-Trattati.

Insostenn tar-rikors tagħha (fl-alternattiv) għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti tinvoka l-motiv li ġej:

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li anki fil-possibbiltà (miċħuda) li l-miżura kkontestata kienet tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-irkupru tal-għajnuna ma kienx jikser il-prinċipji fundametali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, u meta ordnat l-irkupru irrispettivament minn jekk l-istabbiliment ta’ CFCs u l-għoti tagħhom ta’ self lil kumpanniji tal-grupp mhux residenti fil-fatt kienx jikkostitwixxi eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbilment jew tal-moviment liberu tal-kapital. B’mod speċifiku, f’dan il-każ, l-irkupru kien jikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 49 TFUE u l-moviment liberu tal-kapital tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE. Sa fejn hemm tali ksur, l-ordni għall-irkupru fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata.

(1)  ĠU 2019, L 216, p. 1.

(2)  ĠU 2016, L 193, p. 1.

(3)  ĠU 2015, L 248, p. 9.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/57

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2019 – Sheldon u Kingfisher International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-775/19)

(2020/C 45/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sheldon Holdings Ltd (Londra, ir-Renju Unit) u Kingfisher International Holdings Ltd (Londra) (rappreżentani: G. Motta u N. Baeten, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

i.

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (1) fl-intier tagħha;

ii.

alternattivament, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 sa fejn din tikkonkludi li t-Taqsima 371ID tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010 tammonta għal għajnuna mill-Istat illegali għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

iii.

alternattivament tannulla l-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352;

iv.

fi kwalunkwe każ, tordna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż kollha mġarrba fir-rigward ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħdax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni għażlet sistema ta’ referenza invalida għall-finijiet tal-analiżi tas-selettività tagħha. Meta tiġi ġġudikata skont is-sistema ta’ referenza xierqa, l-iskema ta’ eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi (il-“miżura kkontestata”) ma hijiex deroga u ma hijiex selettiva.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni interpretat b’mod fundamentalment żbaljat in-natura tal-għan ewlieni tas-sistema ta’ referenza magħżula tagħha u naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-għanijiet kollha ta’ dik is-sistema, li wassluha sabiex tapplika sistema ta’ referenza ipotetika u mhux kompluta.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kkaratterizzat b’mod fundamentalment ħażin ir-rwol tal-miżura kkontestata, milli jidher fuq il-bażi mhux xierqa ta’ teknika regolatorja. Mifhuma b’mod korrett, il-miżura kkontestata ma hijiex deroga mis-sistema ta’ referenza magħżula mill-Kummissjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kkonkludiet b’mod żbaljat li l-miżura kkontestata kienet tagħmel distinzjoni bejn impriżi li, fid-dawl tal-għanijiet tas-sistema ta’ referenza magħżula tagħha, kienu komparabbli.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tirrikonoxxi li l-miżura kkontestata ma tikkostitwixxix vantaġġ selettiv peress li din toriġina mill-prinċipji ta’ gwida u toħroġ min-natura tas-sistema ta’ referenza magħżula mill-Kummissjoni u hija mekkaniżmu inerenti neċessarju għall-funzjonament u għall-effettività ta’ dik is-sistema.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni teċċedi s-setgħat tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, li jmur kontra s-sovranità fiskali tar-Renju Unit.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-kondotta tal-Kummissjoni tal-investigazzjoni tagħha dwar il-miżura kkontestata kisret l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6 tar- Regolament (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2), kif ukoll id-dmir tagħha ta’ amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni taħt l-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tirrikonoxxi li t-Taqsima 371ID tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010 kienet kompletament iġġustifikata u ma kinitx tikkostitwixxi vantaġġ selettiv.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq il-fatt li l-irkupru ma kellux jiġi ordnat peress li, fis-segwitu tas-sentenza tat-12 ta’ Settembru 2006, Cadbury Schweppes (C-196/04, ECLI:EU:C:2006:544), dan kien jikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea relatati mal-libertà fundamentali ta’ stabbiliment.

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li dan l-irkupru ma kellux jiġi ordnat peress li l-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ rkupru huma ultra vires u jiksru l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea relatati mal-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat illegali.

(1)  ĠU 2019, L 216, p. 1.

(2)  ĠU 2015, L 248, p. 9.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/59

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2019 – JIB Overseas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-776/19)

(2020/C 45/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JIB Overseas Holdings Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Whitehouse u P. Halford, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (1);

alternattivament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 49 TFUE; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħdax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-iskema ta’ eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi (il-“miżura kkontestata”) ħolqot vantaġġ ekonomiku skont it-tifsira u l-portata tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni tas-sistema ta’ referenza għall-finijiet tal-analiżi tas-“selettività”.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat, b’mod żbaljat jew b’mod mhux komplut, u meta naqset milli tifhem b’mod korrett, l-għanijiet rilevanti tas-sistema ta’ referenza magħżula tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat il-miżura kkontestata bħala waħda li tikkostitwixxi deroga mis-sistema ta’ referenza magħżula tagħha.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kklassifikat il-miżura kkontestata b’mod żbaljat bħala prima facie selettiva, billi ddeċidiet b’mod żbaljat li din kienet tikkostitwixxi trattament differenti ta’ impriżi f’sitwazzjoni legalment u fattwalment komparabbli.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ħadet id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (2) inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tagħha tas-selettività tal-miżura kkontestata, filwaqt li dan l-istrument kien daħal fis-seħħ biss wara t-tmiem tal-perijodu li fih il-Kummissjoni ddeċidiet li l-miżura kkontestata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tirrappreżenta użu ħażin ta’ poter mill-Kummissjoni li huwa kuntrarju għas-sovranità fiskali tar-Renju Unit.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li d-deroga allegata ma hijiex iġġustifikata fir-rigward tal-intaxxar ta’ profitt finanzjarju (jew profitti finanzjarji) mhux kummerċjali minn relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti li jaqgħu prima facie taħt it-Taqsima 371EB (“attivitajiet tar-Renju Unit”) tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010. Fir-rigward tar-“riżorsi kwalifikanti” u l-eżenzjonijiet ta’ “profitti b’interessi mqabbla”, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija wkoll ivvizzjata min-nuqqas ta’ kull motivazzjoni fir-rigward tal-ġustifikazzjoni tagħhom jew tan-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni tagħhom.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (3) u bi ksur tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Speċifikament, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, hija naqqset milli tindika li hija kellha tħassib dwar il-ġustifikazzjoni tal-“eżenzjoni ta’ 75 %” taħt it-Taqsima 371ID tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010 sabiex tevita d-diffikultà prattika li twettaq analiżi tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi fir-rigward ta’ attività ta’ self intragrupp, b’tali mod li tagħti opportunità adegwata lill-partijiet ikkonċernati li jikkummentaw fuqha; hija naqset, matul l-investigazzjoni tagħha, milli tistieden kwalunkwe kumment f’dan ir-rigward minn partijiet ikkonċernati; u fid-deċiżjoni kkontestata hija għażlet li tinjora tali kummenti li fil-fatt kienu ġew ipprovduti minn partijiet ikkonċernati f’dan ir-rigward. Konsegwentement, id-deċiżjoni kkontestata hija nulla.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-intaxxar ta’ kumpannija tar-Renju Unit fuq profitti ta’ sussidjarji barranin “sa fejn ikun attribwibbli għall-assi u l-attivitajiet domestiċi” ma jimponix restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment u li l-miżura kkontestata ma hijiex meħtieġa sabiex tiġi żgurata konformità mal-libertajiet tat-Trattati.

Insostenn tar-rikors tagħha (fl-alternattiv) għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti tinvoka l-motiv li ġej:

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li anki fil-possibbiltà (miċħuda) li l-miżura kkontestata kienet tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-irkupru tal-għajnuna ma kienx jikser il-prinċipji fundametali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, u meta ordnat l-irkupru irrispettivament minn jekk l-istabbiliment ta’ CFCs u l-għoti tagħhom ta’ self lil kumpanniji tal-grupp mhux residenti fil-fatt kienx jikkostitwixxi eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbilment jew tal-moviment liberu tal-kapital. B’mod speċifiku, f’dan il-każ, l-irkupru kien jikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 49 TFUE u l-moviment liberu tal-kapital tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE. Sa fejn hemm tali ksur, l-ordni għall-irkupru fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata.

(1)  ĠU 2019, L 216, p. 1.

(2)  ĠU 2016, L 193, p. 1.

(3)  ĠU 2015, L 248, p. 9.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/60

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2019 – RDI Reit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-778/19)

(2020/C 45/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: RDI Reit plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. McDonnell, Barrister, B. Goren, Solicitor, M. Peristeraki, avukat, u K. Desai, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li ma kien hemm ebda għajnuna mill-Istat illegali, tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata C (2019) 2526 Final tat-2 ta’ April 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar iċ-CFC Group Financing Exemption (l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ Kumpanniji Barranin Ikkontrollati, iktar ’il quddiem l-“Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi”) sa fejn din ikkonstatat li kien hemm għajnuna mill-Istat illegali, u tannulla l-obbligu tar-Renju Unit li jirkupra l-allegata għajnuna mill-Istat illegali rċevuta mir-rikorrenti f’dan il-kuntest (Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata);

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dawn jobbligaw lir-Renju Unit jirkupra mingħand ir-rikorrenti l-allegata għajnuna mill-Istat; u

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi:

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni fehmet ħażin il-kuntest, l-għan u t-tħaddim tal-UK Controlled Foreign Company (CFC) rules (ir-Regoli dwar il-Kumpanniji Barranin Ikkontrollati tar-Renju Unit, iktar ’il quddiem ir-“Regoli CFC”), fir-rigward tat-trattament tal-profitti finanzjarji mhux kummerċjali. Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata huma bbażati fuq żbalji manifesti kumulattivi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għamlet żbalji manifesti fl-interpretazzjoni tagħha tas-sistema tat-taxxa inġenerali tar-Renju Unit, fl-interpretazzjoni tagħha tal-għanijiet tas-sistema CFC, fl-ambitu speċifiku tal-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi u fid-definizzjoni tar-relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni interpretat ħażin l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi bħala eżenzjoni fiskali u għaldaqstant vantaġġ. Fir-rigward tal-profitti finanzjarji mhux kummerċjali, l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi tirrapreżenta dispożizzjoni ta’ impożizzjoni u parti mid-definizzjoni tal-limiti tar-Regoli CFC, mhux vantaġġ selettiv. Il-Kummissjoni ma pprovdietx analiżi kwantitattiva sabiex turi li din hija vantaġġ u, fl-assenza ta’ prova konvinġenti li l-miżura inkwistjoni twassal għal vantaġġ, id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex sostenibbli.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni identifikat ħażin is-sistema ta’ riferiment għall-evalwazzjoni tal-effetti tar-Regoli CFC u identifikat ħażin ir-Regoli CFC bħala sett ta’ regoli distint mis-sistema tat-taxxa fuq il-kumpanniji inġenerali tar-Renju Unit. Il-Kummissjoni ma fehmitx sewwa l-għan tar-Regoli CFC u naqset milli tqis il-marġni ta’ diskrezzjoni tar-Renju Unit.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni għamlet żbalji manifesti fl-analiżi tagħha tal-għajnuna mill-Istat, u applikat it-testijiet żbaljati meta qieset il-kwistjoni tal-komparabbiltà. Il-Kummissjoni naqset milli tirrikonoxxi l-livell differenti ta’ riskju għall-bażi tat-taxxa tar-Renju Unit bejn is-self lil entità ta’ grupp taxxabbli fir-Renju Unit u s-self lil entità ta’ grupp mhux taxxabbli fir-Renju Unit, u kkonkludiet b’mod irrazzjonali li s-self intragrupp huwa komparabbli mas-self ta’ terz.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li, anki jekk jitqies li l-miżuri CFC inkwistjoni jikkostitwixxu prima facie għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, id-deċiżjoni kkontestata kkonkludiet b’mod żbaljat li ma kienx hemm ġustifikazzjoni li setgħet tapplika għad-difiża tal-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata hija irrazzjonali u inkonsistenti, sa fejn il-Kummissjoni aċċettat korrettament li l-Kapitolu 9 tal-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 (il-Liġi dwar it-Tassazzjoni (Dispożizzjonijiet Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010) huwa ġġustifikat fil-każijiet fejn l-unika raġuni għall-applikazzjoni ta’ impożizzjoni CFC taħt il-kontrofattwali tal-Kapitolu 5 tal-imsemmija Parti 9A tkun it-test tal-“kapital konness tar-Renju Unit”, fuq il-bażi li dak it-test jista’ jkun eċċessivament diffiċli sabiex jiġi applikat fil-prattika, iżda fl-istess ħin, u mingħajr ma tat raġunijiet adegwati, il-Kummissjoni argumentat li l-imsemmi Kapitolu 9 ma jkun qatt iġġustifikat fil-każijiet fejn it-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi jrendi impożizzjoni CFC applikabbli taħt l-imsemmi Kapitolu 5. Fil-fatt, it-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi huwa eċċessivament diffiċli sabiex jiġi applikat fil-prattika, b’mod li l-Kummissjoni kellha tikkonstata li l-imsemmi Kapitolu 9 kien iġġustifikat fil-kuntest ta’ dak it-test ukoll u, għalhekk, hija kellha tikkonkludi li ma hemmx għajnuna mill-Istat.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li jekk id-deċiżjoni kkontestata kellha tiġi kkonfermata, l-infurzar tagħha bl-irkupru tal-allegata għajnuna mill-Istat mingħand ir-rikorrenti jikser il-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-liberta’ ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, ladarba, fil-każ tar-rikorrenti, il-kumpanniji barranin ikkontrollati inkwistjoni jinsabu fi Stati Membri oħra.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-ordni ta’ rkupru li jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata huwa infondat u jmur kontra l-prinċipji fundamentali tal-Unjoni.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi raġunijiet adegwati għal elementi kritiċi fid-deċiżjoni kkontestata, bħalma hija l-konklużjoni li l-impożizzjoni CFC taħt l-imsemmi Kapitolu 5 tista’ tiġi applikata bl-użu tat-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi mingħajr diffikultà jew oneru sproporzjonat.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li jeħtieġ li l-Kummissjoni tippermetti li jkun hemm it-trasparenza u l-prevedibbiltà fil-proċeduri amministrattivi tagħha u tagħti d-deċiżjonijiet tagħha f’qafas ta’ żmien raġonevoli. Ma huwiex raġonevoli li l-Kummissjoni tieħu iktar minn erba’ snin sabiex tagħti d-deċiżjoni tagħha li tiftaħ l-investigazzjoni f’dan il-każ u tagħti deċiżjoni iktar minn sitt snin wara li l-miżura kkontestata ġiet fis-seħħ.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/62

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2019 – Ashtead Financing vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-779/19)

(2020/C 45/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ashtead Financing Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Whitehouse u P. Halford, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (1);

alternattivament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 49 TFUE; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħdax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-iskema ta’ eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi (il-“miżura kkontestata”) ħolqot vantaġġ ekonomiku skont it-tifsira u l-portata tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni tas-sistema ta’ referenza għall-finijiet tal-analiżi tas-“selettività”.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat, b’mod żbaljat jew b’mod mhux komplut, u meta naqset milli tifhem b’mod korrett, l-għanijiet rilevanti tas-sistema ta’ referenza magħżula tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat il-miżura kkontestata bħala waħda li tikkostitwixxi deroga mis-sistema ta’ referenza magħżula tagħha.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kklassifikat il-miżura kkontestata b’mod żbaljat bħala prima facie selettiva, billi ddeċidiet b’mod żbaljat li din kienet tikkostitwixxi trattament differenti ta’ impriżi f’sitwazzjoni legalment u fattwalment komparabbli.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ħadet id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (2) inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tagħha tas-selettività tal-miżura kkontestata, filwaqt li dan l-istrument kien daħal fis-seħħ biss wara t-tmiem tal-perijodu li fih il-Kummissjoni ddeċidiet li l-miżura kkontestata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tirrappreżenta użu ħażin ta’ poter mill-Kummissjoni li huwa kuntrarju għas-sovranità fiskali tar-Renju Unit.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li d-deroga allegata ma hijiex iġġustifikata fir-rigward tal-intaxxar ta’ profitt finanzjarju (jew profitti finanzjarji) mhux kummerċjali minn relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti li jaqgħu prima facie taħt it-Taqsima 371EB (“attivitajiet tar-Renju Unit”) tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010. Fir-rigward tar-“riżorsi kwalifikanti” u l-eżenzjonijiet ta’ “profitti b’interessi mqabbla”, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija wkoll ivvizzjata min-nuqqas ta’ kull motivazzjoni fir-rigward tal-ġustifikazzjoni tagħhom jew tan-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni tagħhom.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (3) u bi ksur tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Speċifikament, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, hija naqqset milli tindika li hija kellha tħassib dwar il-ġustifikazzjoni tal-“eżenzjoni ta’ 75 %” taħt it-Taqsima 371ID tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010 sabiex tevita d-diffikultà prattika li twettaq analiżi tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi fir-rigward ta’ attività ta’ self intragrupp, b’tali mod li tagħti opportunità adegwata lill-partijiet ikkonċernati li jikkummentaw fuqha; hija naqset, matul l-investigazzjoni tagħha, milli tistieden kwalunkwe kumment f’dan ir-rigward minn partijiet ikkonċernati; u fid-deċiżjoni kkontestata hija għażlet li tinjora tali kummenti li fil-fatt kienu ġew ipprovduti minn partijiet ikkonċernati f’dan ir-rigward. Konsegwentement, id-deċiżjoni kkontestata hija nulla.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-intaxxar ta’ kumpannija tar-Renju Unit fuq profitti ta’ sussidjarji barranin “sa fejn ikun attribwibbli għall-assi u l-attivitajiet domestiċi” ma jimponix restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment u li l-miżura kkontestata ma hijiex meħtieġa sabiex tiġi żgurata konformità mal-libertajiet tat-Trattati.

Insostenn tar-rikors tagħha (fl-alternattiv) għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti tinvoka l-motiv li ġej:

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li anki fil-possibbiltà (miċħuda) li l-miżura kkontestata kienet tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-irkupru tal-għajnuna ma kienx jikser il-prinċipji fundametali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, u meta ordnat l-irkupru irrispettivament minn jekk l-istabbiliment ta’ CFCs u l-għoti tagħhom ta’ self lil kumpanniji tal-grupp mhux residenti fil-fatt kienx jikkostitwixxi eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbilment jew tal-moviment liberu tal-kapital. B’mod speċifiku, f’dan il-każ, l-irkupru kien jikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 49 TFUE u l-moviment liberu tal-kapital tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE. Sa fejn hemm tali ksur, l-ordni għall-irkupru fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata.

(1)  ĠU 2019, L 216, p. 1.

(2)  ĠU 2016, L 193, p. 1.

(3)  ĠU 2015, L 248, p. 9.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/64

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2019 – Smith & Nephew USD u Smith & Nephew USD One vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-780/19)

(2020/C 45/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Smith & Nephew USD Ltd (Watford, ir-Renju Unit) u Smith & Nephew USD One Ltd (Watford) (rappreżentanti: M. Whitehouse u P. Halford, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (1);

alternattivament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 49 TFUE jew il-moviment liberu tal-kapital tagħhom taħt l-Artikolu 63 TFUE; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħdax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-iskema ta’ eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi (il-“miżura kkontestata”) ħolqot vantaġġ ekonomiku skont it-tifsira u l-portata tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni tas-sistema ta’ referenza għall-finijiet tal-analiżi tas-“selettività”.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat, b’mod żbaljat jew b’mod mhux komplut, u meta naqset milli tifhem b’mod korrett, l-għanijiet rilevanti tas-sistema ta’ referenza magħżula tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat il-miżura kkontestata bħala waħda li tikkostitwixxi deroga mis-sistema ta’ referenza magħżula tagħha.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kklassifikat il-miżura kkontestata b’mod żbaljat bħala prima facie selettiva, billi ddeċidiet b’mod żbaljat li din kienet tikkostitwixxi trattament differenti ta’ impriżi f’sitwazzjoni legalment u fattwalment komparabbli.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ħadet id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (2) inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tagħha tas-selettività tal-miżura kkontestata, filwaqt li dan l-istrument kien daħal fis-seħħ biss wara t-tmiem tal-perijodu li fih il-Kummissjoni ddeċidiet li l-miżura kkontestata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tirrappreżenta użu ħażin ta’ poter mill-Kummissjoni li huwa kuntrarju għas-sovranità fiskali tar-Renju Unit.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li d-deroga allegata ma hijiex iġġustifikata fir-rigward tal-intaxxar ta’ profitt finanzjarju (jew profitti finanzjarji) mhux kummerċjali minn relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti li jaqgħu prima facie taħt it-Taqsima 371EB (“attivitajiet tar-Renju Unit”) tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010. Fir-rigward tar-“riżorsi kwalifikanti” u l-eżenzjonijiet ta’ “profitti b’interessi mqabbla”, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija wkoll ivvizzjata min-nuqqas ta’ kull motivazzjoni fir-rigward tal-ġustifikazzjoni tagħhom jew tan-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni tagħhom.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (3) u bi ksur tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Speċifikament, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, hija naqqset milli tindika li hija kellha tħassib dwar il-ġustifikazzjoni tal-“eżenzjoni ta’ 75 %” taħt it-Taqsima 371ID tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010 sabiex tevita d-diffikultà prattika li twettaq analiżi tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi fir-rigward ta’ attività ta’ self intragrupp, b’tali mod li tagħti opportunità adegwata lill-partijiet ikkonċernati li jikkummentaw fuqha; hija naqset, matul l-investigazzjoni tagħha, milli tistieden kwalunkwe kumment f’dan ir-rigward minn partijiet ikkonċernati; u fid-deċiżjoni kkontestata hija għażlet li tinjora tali kummenti li fil-fatt kienu ġew ipprovduti minn partijiet ikkonċernati f’dan ir-rigward. Konsegwentement, id-deċiżjoni kkontestata hija nulla.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-intaxxar ta’ kumpannija tar-Renju Unit fuq profitti ta’ sussidjarji barranin “sa fejn ikun attribwibbli għall-assi u l-attivitajiet domestiċi” ma jimponix restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment u li l-miżura kkontestata ma hijiex meħtieġa sabiex tiġi żgurata konformità mal-libertajiet tat-Trattati.

Insostenn tar-rikors tagħhom (fl-alternattiv) għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti jinvokaw il-motiv li ġej:

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li anki fil-possibbiltà (miċħuda) li l-miżura kkontestata kienet tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-irkupru tal-għajnuna ma kienx jikser il-prinċipji fundametali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, u meta ordnat l-irkupru irrispettivament minn jekk l-istabbiliment ta’ CFCs u l-għoti tagħhom ta’ self lil kumpanniji tal-grupp mhux residenti fil-fatt kienx jikkostitwixxi eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbilment jew tal-moviment liberu tal-kapital. B’mod speċifiku, f’dan il-każ, l-irkupru kien jikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 49 TFUE u l-moviment liberu tal-kapital tagħhom taħt l-Artikolu 63 TFUE. Sa fejn hemm tali ksur, l-ordni għall-irkupru fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata.

(1)  ĠU 2019, L 216, p. 1.

(2)  ĠU 2016, L 193, p. 1.

(3)  ĠU 2015, L 248, p. 9.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/65

Rikors ippreżentat fil-12 ta’ Novembru 2019 – Rigid Plastic Containers Finance u RPC Pisces Holdings vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-781/19)

(2020/C 45/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliz

Partijiet

Rikorrenti: Rigid Plastic Containers Finance Ltd (Rushden, ir-Renju Unit) u RPC Pisces Holdings Ltd (Rushden) (rappreżentanti: M. Whitehouse u P. Halford, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (ĠU 2019 L 216, p. 1);

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikser l-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti skont l-Artikolu 49 TFUE; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħdax-il motiv:

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-iskema ta’ eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi (iktar ’il-quddiem il-“miżura kkontestata”) wasslet għal vantaġġ ekonomiku fis-sens u fl-ambitu tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni tas-sistema ta’ riferiment għall-finijiet tal-analiżi ta’ “selettività”.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni billi identifikat b’mod żbaljat jew inkomplet, u billi naqset milli tifhem sewwa, l-għanijiet rilevanti tas-sistema ta’ riferiment magħżula tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni billi identifikat il-miżura kkontestata bħala miżura li tinvolvi deroga mis-sistema ta’ riferiment magħżula tagħha.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kklassifikat b’mod żbaljat il-miżura kkontestata bħala li hija prima facie selettiva, billi kkonstatat b’mod żbaljat li din kienet tinvolvi trattament differenti ta’ impriżi f’sitwazzjoni legalment u fattwalment komparabbli.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ħadet inkunsiderazzjoni d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 (1) fl-evalwazzjoni tagħha tas-selettività tal-miżura kkontestata, meta dan l-istrument daħal fis-seħħ biss wara li ntemm il-perijodu li fih il-Kummissjoni ddeċidiet li l-miżura kkontestata kienet tinvolvi għajnuna mill-Istat.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tirrappreżenta użu ħażin tal-poter mill-Kummissjoni b’mod kuntrarju għas-sovranità fiskali tar-Renju Unit.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kkonstatat li l-allegata deroga ma kinitx iġġustifikata fir-rigward tat-tassazzjoni ta’ profitt(i) finanzjarji mhux kummerċjali minn relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti li prima facie jaqgħu taħt l-Artikolu 371EB (“attivitajiet tar-Renju Unit”) tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 (il-Liġi dwar it-Tassazzjoni (Dispożizzjonijiet Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010). Fir-rigward tal-eżenzjonijiet tar-“riżorsi kwalifikanti” u tal-“profitti tal-interessi mqabbla”, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija vvizzjata wkoll sa fejn naqset milli tagħti raġunijiet dwar il-ġustifikazzjoni jew nuqqas ta’ ġustifikazzjoni tagħhom.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/1589 (2) u bi ksur tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Speċifikament, hija naqset milli tindika fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha li kellha tħassib dwar il-ġustifikazzjoni tal-“eżenzjoni ta’ 75 %” taħt l-Artikolu 371ID tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 (il-Liġi dwar it-Tassazzjoni (Dispożizzjonijiet Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010) sabiex tevita d-diffikultà prattika li tagħmel analiżi tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi b’rabta mal-attività tas-self intragrupp, bħal li tagħti lill-partijiet ikkonċernati opportunità xierqa sabiex jikkummentaw dwar dan; hija naqset, matul l-investigazzjoni tagħha, li tistieden kummenti f’dan ir-rigward minn partijiet ikkonċernati; u fid-deċiżjoni kkontestata hija għażlet li tinjora kummenti bħal dawn li fil-fatt saru minn partijiet ikkonċernati f’dan ir-rigward. Konsegwentement, id-deċiżjoni kkontestata hija nulla.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-intaxxar ta’ kumpanniji tar-Renju Unit fir-rigward ta’ profitti ta’ sussidjarji barranin “sal-estent attribwibbli għall-assi u għall-attivitajiet domestiċi” ma joħloqx restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment u li l-miżura kkontestata ma hijiex sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà mal-liberatjiet tat-Trattat.

Insostenn tat-talba tagħhom (sussidjarjament) għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti tibbaża ruħha fuq dan il-motiv:

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li anki jekk (li huwa nnegat) il-miżura kkontestata kienet tinvolvi skema ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li l-irkupru tal-għajnuna ma jiksrix il-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, u meta ordnat l-irkupru irrispettivament minn jekk l-istabbiliment ta’ CFCs u s-self tagħhom lil kumpanniji tal-grupp mhux residenti kinux fil-fatt jinvolvu eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment jew tal-moviment liberu tal-kapital. Speċifikament, f’dan il-każ, l-irkupru jikser il-libertà ta’ stabbiliment taħt l-Artikolu 49 TFUE u d-dritt għall-moviment liberu tal-kapital taħt l-Artikolu 63 TFUE tar-rikorrenti. Sal-estent ta’ dan il-ksur, l-ordni ta’ rkupru fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata għandu jiġi annullat.

(1)  Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU 2016 L 193, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015 L 248, p. 9).

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/67

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – St Schrader Holding Company UK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-782/19)

(2020/C 45/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: St Schrader Holding Company UK Ltd (Swindon, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Whitehouse u P. Halford, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC (1);

alternattivament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 49 TFUE; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħdax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-iskema ta’ eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi (il-“miżura kkontestata”) ħolqot vantaġġ ekonomiku skont it-tifsira u l-portata tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni tas-sistema ta’ referenza għall-finijiet tal-analiżi tas-“selettività”.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat, b’mod żbaljat jew b’mod mhux komplut, u meta naqset milli tifhem b’mod korrett, l-għanijiet rilevanti tas-sistema ta’ referenza magħżula tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta identifikat il-miżura kkontestata bħala waħda li tikkostitwixxi deroga mis-sistema ta’ referenza magħżula tagħha.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u/jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kklassifikat il-miżura kkontestata b’mod żbaljat bħala prima facie selettiva, billi ddeċidiet b’mod żbaljat li din kienet tikkostitwixxi trattament differenti ta’ impriżi f’sitwazzjoni legalment u fattwalment komparabbli.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ħadet id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (2) inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tagħha tas-selettività tal-miżura kkontestata, filwaqt li dan l-istrument kien daħal fis-seħħ biss wara t-tmiem tal-perijodu li fih il-Kummissjoni ddeċidiet li l-miżura kkontestata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tirrappreżenta użu ħażin ta’ poter mill-Kummissjoni li huwa kuntrarju għas-sovranità fiskali tar-Renju Unit.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li d-deroga allegata ma hijiex iġġustifikata fir-rigward tal-intaxxar ta’ profitt finanzjarju (jew profitti finanzjarji) mhux kummerċjali minn relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti li jaqgħu prima facie taħt it-Taqsima 371EB (“attivitajiet tar-Renju Unit”) tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010. Fir-rigward tar-“riżorsi kwalifikanti” u l-eżenzjonijiet ta’ “profitti b’interessi mqabbla”, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija wkoll ivvizzjata min-nuqqas ta’ kull motivazzjoni fir-rigward tal-ġustifikazzjoni tagħhom jew tan-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni tagħhom.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (3) u bi ksur tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Speċifikament, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, hija naqqset milli tindika li hija kellha tħassib dwar il-ġustifikazzjoni tal-“eżenzjoni ta’ 75 %” taħt it-Taqsima 371ID tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010 sabiex tevita d-diffikultà prattika li twettaq analiżi tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi fir-rigward ta’ attività ta’ self intragrupp, b’tali mod li tagħti opportunità adegwata lill-partijiet ikkonċernati li jikkummentaw fuqha; hija naqset, matul l-investigazzjoni tagħha, milli tistieden kwalunkwe kumment f’dan ir-rigward minn partijiet ikkonċernati; u fid-deċiżjoni kkontestata hija għażlet li tinjora tali kummenti li fil-fatt kienu ġew ipprovduti minn partijiet ikkonċernati f’dan ir-rigward. Konsegwentement, id-deċiżjoni kkontestata hija nulla.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-intaxxar ta’ kumpannija tar-Renju Unit fuq profitti ta’ sussidjarji barranin “sa fejn ikun attribwibbli għall-assi u l-attivitajiet domestiċi” ma jimponix restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment u li l-miżura kkontestata ma hijiex meħtieġa sabiex tiġi żgurata konformità mal-libertajiet tat-Trattati.

Insostenn tar-rikors tagħha (fl-alternattiv) għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti tinvoka l-motiv li ġej:

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li anki fil-possibbiltà (miċħuda) li l-miżura kkontestata kienet tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-irkupru tal-għajnuna ma kienx jikser il-prinċipji fundametali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, u meta ordnat l-irkupru irrispettivament minn jekk l-istabbiliment ta’ CFCs u l-għoti tagħhom ta’ self lil kumpanniji tal-grupp mhux residenti fil-fatt kienx jikkostitwixxi eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbilment jew tal-moviment liberu tal-kapital. B’mod speċifiku, f’dan il-każ, l-irkupru kien jikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 49 TFUE u l-moviment liberu tal-kapital tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE. Sa fejn hemm tali ksur, l-ordni għall-irkupru fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata.

(1)  ĠU 2019, L 216, p. 1.

(2)  ĠU 2016, L 193, p. 1.

(3)  ĠU 2015, L 248, p. 9.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/69

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2019 – Royal Mail Investments vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-783/19)

(2020/C 45/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Royal Mail Investments Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Whitehouse u P. Halford, Solicitors)

C 45/70

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2019 – William Hill u William Hill Organization vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-784/19)

(2020/C 45/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: William Hill plc (Londra, ir-Renju Unit) u William Hill Organization Ltd (Londra) (rappreżentanti: C. McDonnell, Barrister, B. Goren, Solicitor, M. Peristeraki, avukat, u K. Desai, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li ma kien hemm l-ebda għajnuna mill-Istat illegali, tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata C(2019) 2526 final tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC, sa fejn tiddeċiedi li ma kien hemm l-ebda għajnuna mill-Istat illegali u twarrab ir-rekwiżit għar-Renju Unit li jirkupra l-allegata għajnuna mill-Istat illegali li r-rikorrenti rċievu f’dan il-kuntest (l-Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata);

alternattivament, tannulla l-Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dawn jirrikjedu lir-Renju Unit jirkupra l-allegata għajnuna mill-Istat mingħand ir-rikorrenti; u

fi kwalunkwe każ, tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti relatati ma’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni tinterpreta l-kuntest, l-għan u l-operat tas-sistema CFC tar-Renju Unit b’mod żbaljat, fir-rigward tat-trattament ta’ profitti finanzjarji mhux kummerċjali. Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata huma bbażati fuq żbalji manifesti kumulattivi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti fl-interpretazzjoni tagħha tas-sistema tat-taxxa tar-Renju Unit b’mod globali, fl-interpretazzjoni tagħha tal-għanijiet tas-sistema CFC, fil-portata speċifika tal-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi u fid-definizzjoni ta’ relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni tinterpreta l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi b’mod żbaljat bħala eżenzjoni mit-taxxa u għalhekk bħala vantaġġ. Fir-rigward ta’ profitti finanzjarji mhux kummerċjali, l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi tirrappreżenta dispożizzjoni ta’ taxxa u parti mid-definizzjoni tal-limiti tas-sistema CFC, mhux vantaġġ selettiv. Il-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda analiżi kwantitattiva sabiex turi li din hija vantaġġ u, fl-assenza ta’ provi konvinċenti li l-miżura inkwistjoni hija vantaġġ, id-deċiżjoni kkontestata ma tistax tibqa’ fis-seħħ.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni identifikat ħażin is-sistema ta’ referenza għall-evalwazzjoni tal-effetti tas-sistema CFC, u identifikat is-sistema CFC b’mod żbaljat bħala serje ta’ regoli distinta mis-sistema tat-taxxa fuq il-kumpanniji tar-Renju Unit b’mod globali. Il-Kummissjoni ma fehmitx l-għan tas-sistema CFC b’mod korrett u naqset milli tqis il-marġni diskrezzjonali tar-Renju Unit.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wriet żbalji manifesti fl-analiżi tagħha tal-għajnuna mill-Istat u applikat it-testijiet il-ħżiena meta qieset il-kwistjoni ta’ komparabbiltà. Il-Kummissjoni naqset milli tirrikonoxxi l-livell ta’ riskju differenti għall-bażi tat-taxxa tar-Renju Unit bejn self lil entità tal-gruppi li hija taxxabbli fir-Renju Unit u self lil entità tal-gruppi li ma hijiex taxxabbli fir-Renju Unit u kkonkludiet b’mod irrazzjonali li s-self intragrupp huwa komparabbli ma’ self lil terzi.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li, anki jekk wieħed jassumi li l-miżuri CFC fil-kwistjoni jikkostitwixxu prima facie għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, id-deċiżjoni kkontestata kkonkludiet b’mod żbaljat li ma kien hemm l-ebda ġustifikazzjoni li setgħet tapplika sabiex tiddefendi l-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni mar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata hija irrazzjonali u inkonsistenti, peress li l-Kummissjoni taċċetta b’mod korrett li l-Kapitolu 9 tal-Parti 9A tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010 huwa ġġustifikat f’każijiet fejn l-unika raġuni għall-applikazzjoni ta’ taxxa CFC taħt il-kontrofattwali tal-Kapitolu 5 tal-imsemmija Parti 9A kienet tkun it-test “ta’ kapital konness tar-Renju Unit”, fuq il-bażi li dan it-test jista’ jkun eċċessivament diffiċli li jiġi operat fil-prattika, iżda fl-istess ħin, u mingħajr ma tipprovdi motivazzjoni adegwata, il-Kummissjoni ssostni li l-imsemmi Kapitolu 9 qatt ma jkun iġġustifikat f’każijiet meta t-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi jista’ jikkawża li taxxa CFC tapplika taħt l-imsemmi Kapitolu 5. Fil-fatt, huwa eċċessivament diffiċli li t-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi jiġi applikat fil-prattika, b’tali mod li l-Kummissjoni kellha tiddeċiedi li l-imsemmi Kapitolu 9 huwa ġġustifikat ukoll fil-kuntest ta’ dan it-test u, għalhekk, kellha tikkonkludi li ma hemm l-ebda għajnuna mill-Istat.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li, jekk id-deċiżjoni kkontestata tibqa’ fis-seħħ, l-eżekuzzjoni tagħha permezz tal-irkupru tal-allegata għajnuna mill-Istat mingħand ir-rikorrenti tikser prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, inkluż il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, filwaqt li għandu jiġi nnotat li, fil-każ tar-rikorrenti, iċ-CFCs inkwistjoni jinsabu fi Stati Membri oħra.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-ordni għall-irkupru li tirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata hija infondata u tmur kontra l-prinċipji fundamentali tal-Unjoni.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi motivazzjoni adegwata għal elementi kritiċi fid-deċiżjoni kkontestata, bħall-konklużjoni li taxxa CFC taħt l-imsemmi Kapitolu 5 tista’ tiġi applikata bl-użu tat-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi mingħajr diffikultà jew piż sproporzjonat.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li tirrikjedi li l-Kummissjoni tippermetti t-trasparenza u l-prevedibbiltà fil-proċeduri amministrattivi tagħha u tagħti d-deċiżjonijiet tagħha fi żmien raġonevoli. Ma huwiex raġonevoli li l-Kummissjoni tieħu iktar minn erba’ snin sabiex tagħti d-deċiżjoni tagħha li tiftaħ l-investigazzjoni f’dan il-każ u li tagħti deċiżjoni iktar minn sitt snin wara li l-miżura kkontestata tkun daħlet fis-seħħ.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/72

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2019 – Anglo American International vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-785/19)

(2020/C 45/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anglo American International Holdings Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Anderson, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ April 2019 fl-intier tagħha, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

sussidjarjament, tordna li, fid-determinazzjoni tal-ammont ta’ għajnuna li għandha tiġi rkuprata, it-telf, il-maħfriet jew l-eżenzjonijiet li kienu disponibbli għar-rikorrenti fil-mument meta talbet l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi, jew li kienu jkunu disponibbli għar-rikorrenti li kieku ma kinitx talbet l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi, għandhom fi kwalunkwe każ jittieħdu inkunsiderazzjoni anki jekk l-aċċess għal dawk it-telf, il-maħfriet jew l-eżenzjonijiet huwa preskritt taħt id-dritt tar-Renju Unit, u irrispettivament minn jekk humiex awtomatiċi jew le;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta naqset milli tistabbilixxi li l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi tikkostitwixxi vantaġġ. Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta naqset milli turi li hemm vantaġġ f’kull każ fejn intalbet l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi.

2.

It-tieni motiv ibbażat l-allegazzjoni li ma kienx hemm intervent mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat. Il-Kummissjoni naqset milli tipprova li t-talba għall-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi ċertament wasslet għal tnaqqis fit-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta fir-Renju Unit.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi ma tiffavorrixxix ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti. Il-Kummissjoni żbaljat meta (i) iddefinixxiet is-sistema ta’ riferiment b’mod strett ħafna bħala r-regoli fil-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 (L-Att tal-2010 dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) minflok is-sistema tat-taxxa fuq il-kumpanniji fir-Renju Unit li hija iktar wiesgħa; (ii) naqset milli tifhem li l-Kapitolu 9 tal-imsemmija Parti 9A ma huwiex deroga mill-Kapitolu 5 tiegħu, u (iii) naqset milli tirrikonoxxi li, anki jekk l-imsemmi Kapitolu 9 huwa deroga minn dak il-Kapitolu 5, din hija ġġustifikata min-natura jew l-iskema ġenerali tal-imsemmija Parti 9A.

4.

Ir-raba motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi ma taffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni żbaljat meta kkonkludiet li l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi hija suxxettibbli li tinfluwenza għażliet magħmula minn gruppi multinazzjonali rigward il-post tal-funzjonijiet finanzjarji tal-grupp tagħhom u s-sede uffiċjali tagħhom fl-Unjoni Ewropea.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi ma tgħawwiġx jew ma theddidx li tgħawweġ il-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni naqset milli tipprova li t-talba għal eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi ċertament wasslet għal tnaqqis fit-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta fir-Renju Unit.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-irkupru tal-allegata għajnuna huwa kuntrarju għall-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. Ir-rikorrenti ssostni li t-test tal-funzjoni ta’ persuni influwenti fl-Artikolu 371EB tal-imsemmi Kapitolu 5 huwa mingħajr ċertezza legali, peress li r-Renju Unit kellu marġni ta’ evalwazzjoni sabiex jindirizza dik l-inċertezza u li r-rikorrenti kisret l-obbligu tagħha li twettaq analiżi kompleta tal-fatturi kollha relevanti. Billi ordnat l-irkupru tal-għajnuna, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (EU) 2015/1589 (1) li jipprojbixxi l-irkupru ta’ għajnuna meta l-irkupru jkun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-vantaġġ selettiv jiġi eliminat, u l-ebda rkupru ma jkun metħieġ, kieku r-Renju Unit kellu retrospettivament jestendi l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi għal self upstream u għal self lil partijiet terzi. Il-Kummissjoni naqset milli tirrikonoxxi li t-teħid ta’ tali azzjoni jelimina kwalunkwe vantaġġ selettiv (fl-ipoteżi li jkun jeżisti tali vantaġġ) u f’tali każ ma jkunx hemm għajnuna mill-Istat li hija illegali taħt id-dritt tal-Unjoni.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li fid-determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata, it-telf, il-maħfriet jew l-eżenzjonijiet li kienu disponibbli għar-rikorrenti (jekk permezz ta’ talba, għażla jew awtomatikament) fil-mument meta talba l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi, jew li kienu jkunu disponibbli kieku ma kinitx talbet l-eżenzjoni mill-finanzjament tal-gruppi, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni anki jekk l-aċċess għal dan it-telf, il-maħfriet jew l-eżenzjonijiet huwa issa ipprojbit taħt id-dritt tar-Renju Unit. Ir-rikorrenti ssostni li din hija l-interpretazzjoni korretta tal-premessa 203 tad-deċiżjoni kkontestata iżda, sa fejn dan ma huwiex il-każ, id-deċiżjoni hija żbaljata għaliex in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali telf, maħfriet jew eżenzjonijiet iwassal għal kalkolu ikbar milli dovut tal-ammont tal-għajnuna li tintroduċi tgħawwiġ fis-suq intern.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tissostanzja r-raġunijiet tagħha relatati mal-eżenzjoni ta’ riżorsi li jikkwalifikaw u l-eżenzjoni ta’ interessi li jaqblu u li naqset milli twettaq analiżi kompleta tal-fatturi kollha relevanti. Il-Kummissjoni naqset milli tiddistingwi bejn tliet eżenzjonijiet separati taħt l-imsemmi Kapitolu 9 li jiffunzjonaw indipendentement u milli tifhem li l-eżenzjoni ta’ riżorsi li jikkwalifikaw u l-eżenzjoni ta’ interessi li jaqblu ma humiex sostituti għat-test tal-funzjoni ta’ persuni influwenti u li l-eżistenza ta’ eżenzjoni ta’ interess li jaqbel fil-Kapitolu 9 turi li l-konvenuta żbaljat meta ddefinixxiet is-sistema ta’ riferiment b’mod strett bħala r-regoli fl-imsemmija Parti 9A u mhux is-sistema ta’ taxxi tal-kumpanniji tar-Renju Unit li hija iktar wiesgħa.

(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/73

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2019 – Simfer Jersey vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-786/19)

(2020/C 45/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Simfer Jersey Ltd (St Helier, Jersey) (rappreżentanti: N. Niejahr u B. Hoorelbeke, avukati, A. Stratakis u P. O’Gara, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1352 tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC, sa fejn din tikkonstata li l-allegata miżura ta’ għajnuna tikkostitwixxi għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE u tordna l-irkupru tagħha bl-interessi, inkluż mingħand ir-rikorrenti;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2, 3 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tordna l-irkupru ta’ għajnuna inkompatibbli bl-interessi, inkluż mingħand ir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha stess u kif ukoll għall-ispejjeż tar-rikorrenti konnessi ma’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi:

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(1) meta kkonstatat li l-allegata miżura ta’ għajnuna tipprovdi vantaġġ selettiv

a)

lill-kumpanniji li jużaw l-eżenzjoni ta’ 75 % għar-relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti b’riskju baxx, billi l-Kummissjoni:

identifikat b’mod żbaljat ir-Reġim CFC tar-Renju Unit bħala is-sistema ta’ riferiment; u wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-eżenzjoni ta’ 75 % tikkostitwixxi deroga mis-sistema fiskali ta’ riferiment, fuq il-bażi li:

(i)

il-konstatazzjoni ta’ deroga hija bbażata b’mod żbaljat fuq it-teknika regolatorja;

(ii)

it-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi ma huwiex it-test ċentrali għar-Reġim CFC tar-Renju Unit; u

(iii)

ir-relazzjonijiet ta’ self kwalifikanti u mhux kwalifikanti ma humiex fl-istess sitwazzjoni legali u fattwali u, fi kwalunkwe każ, wettqet żball ta’ liġi meta applikat b’analoġija jew billi indebitament ibbażat ruħha fuq il-kliem tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164. (1)

wettqet żball ta’ fatt u ta’ liġi meta kkonkludiet li l-eżenzjoni ta’ 75 % ma hijiex iġġustifikata min-natura u l-istruttura inġenerali tas-sistema fiskali bl-istess mod bħall-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi li tapplika għal profitti finanzjarji mhux kummerċjali li jaqgħu taħt l-Artikolu 371EC tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 (il-Liġi dwar it-Tassazzjoni (Dispożizzjonijiet Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010) (investimenti kapitali mir-Renju Unit).

b)

lill-kumpanniji li jużaw l-eżenzjonijiet tal-interessi mqabbla u tar-riżorsi kwalifikanti, billi l-Kummissjoni:

identifikat b’mod żbaljat ir-Regoli CFC tar-Renju Unit bħala s-sistema ta’ riferiment u wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-eżenzjonijiet tal-interessi mqabbla u tar-riżorsi kwalifikanti jikkostitwixxu deroga mis-sistema fiskali ta’ riferiment, fuq il-bażi li:

(i)

il-konstatazzjoni ta’ deroga hija bbażata b’mod żbaljat fuq it-teknika regolatorja u t-test tal-funzjonijiet tal-persuni sinjifikattivi ma huwiex it-test ċentrali għar-Regoli CFC tar-Renju Unit;

(ii)

il-persuni taxxabbli li jikkwalifikaw għall-eżenzjonijiet tal-interessi mqabbla u tar-riżorsi kwalifikanti ma humiex fl-istess sitwazzjoni legali u fattwali bħall-persuni taxxabbli li ma jikkwalifikawx għal dawn l-eżenzjonijiet.

Wettqet żball ta’ fatt u ta’ liġi meta kkonkludiet li l-eżenzjonijiet tal-interessi mqabbla u tar-riżorsi kwalifikanti ma humiex iġġustifikati min-natura u mill-istruttura inġenerali tas-sistema fiskali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi naqset li turi li l-allegata miżura ta’ għajnuna setgħet taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni, sussidjarjament, li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 49 TFUE meta kkwalifikat l-allegata miżura ta’ għajnuna bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli li ma tiksirx il-libertà ta’ stabbiliment kif iggarantita bl-Artikolu 49 TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali/nondiskriminazzjoni billi ttrattat il-profitti finanzjarji mhux kummerċjali li joriġinaw minn self kwalifikanti bl-istess mod bħall-profitti finanzjarji mhux kummerċjali li joriġinaw minn self mhux kwalifikanti; u billi ttrattat l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi b’mod differenti skont jekk il-profitti finanzjarji mhux kummerċjali jaqgħux taħt l-Artikoli 371EB jew 371EC tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 (il-Liġi dwar it-Tassazzjoni (Dispożizzjonijiet Internazzjonali u Oħrjan) tal-2010).

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li, sussidjarjament, anki jekk l-allegata miżura ta’ għajnuna taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Proċedurali (2) meta ordnat l-irkupru ta’ ammonti ta’ allegata għajnuna inkompatibbli mingħand il-benefiċjarji tal-allegata miżura ta’ għajnuna, billi dan l-irkupru jikser prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, partikolarment il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

(1)  Council Directive (EU) 2016/1164 of 12 July 2016 laying down rules against tax avoidance practices that directly affect the functioning of the internal market (OJ 2016 L 193, p.1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015 L 248, p. 9).

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/75

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2019 – The Sage Group et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-787/19)

(2020/C 45/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Sage Group plc (Newcastle Upon Tyne, ir-Renju Unit), Sage Treasury Company Ltd (Newcastle Upon Tyne), Sage Irish Investments One Ltd (Newcastle Upon Tyne) u Sage Irish Investments Two Ltd (Newcastle Upon Tyne) (rappreżentanti: J. Lesar, Solicitor, u K. Beal QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 2526 final tat-2 ta’ April 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit dwar l-Eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi ta’ CFC;

fi kwalunkwe każ, tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti relatati ma’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni applikat l-Artikolu 107(1) TFUE b’mod żbaljat u/jew wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-għażla tagħha tal-qafas ta’ referenza għall-analiżi tas-sistema tat-taxxa. Il-Kummissjoni kellha tqis il-qafas ta’ referenza bħala s-sistema tat-taxxa fuq il-kumpanniji tar-Renju Unit, mhux sempliċement is-sistema tal-Korporazzjonijiet Ikkontrollati Minn Barra l-Pajjiż (CFC) hija nnifisha.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikolu 107(1) TFUE u/jew wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta adottat approċċ żbaljat fl-analiżi tas-sistema CFC. Fil-premessi 124 sa 126 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qieset, b’mod żbaljat, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 9 tal-Parti 9A tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010 bħala forma ta’ deroga minn impożizzjoni ġenerali ta’ taxxa li tinsab fil-Kapitolu 5 tiegħu.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikolu 107(1) TFUE meta sostniet, fil-premessi 127 sa 151 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-kriterju ta’ selettività kien issodisfat, jiġifieri li impriżi f’pożizzjonijiet fattwalment u legalment komparabbli ġew ittrattati b’mod differenti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-eżenzjoni ta’ 75 % taħt it-Taqsima 371ID tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Internazzjonali u Dispożizzjonijiet Oħra) 2010 hija ġġustifikata minħabba n-natura u l-istruttura globali tas-sistema tat-taxxa.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-impożizzjoni ta’ piż tat-taxxa fuq CFCs li jissodisfaw l-eżenzjonijiet stipulati fl-imsemmi Kapitolu 9 bħala klassi tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti bi ksur tal-Artikolu 49 TFUE.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li kien hemm żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-eżenzjoni ta’ 75 % u tal-kwistjoni ta’ proporzjon fiss.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tonqos milli tirrispetta l-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ nondiskriminazzjoni jew ta’ ugwaljanza.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat b’analoġija jew b’dipendenza mhux dovuta fuq it-termini tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (1), li ma kinitx applikabbli ratione temporis.

(1)  ĠU 2016, L 193, p. 1.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/76

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2019 – Moerenhout et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-789/19)

(2020/C 45/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Tom Moerenhout (Humbeek, il-Belġju) u sitt rikorrenti oħra (rappreżentant: G. Devers, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 6390 finali tal-4 ta’ Settembru 2019 li tirrifjuta li tirreġistra l-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, intitolata “Ensuring Common Commercial Policy conformity with EU Treaties and compliance with international law” (ĠU 2019, L 241, p. 12), ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll tal-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Parlament tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU 2011, L 65, p. 1, rettifika fil-ĠU 2012, L 94, p. 49), sa fejn il-Kummissjoni żnaturat il-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 211/2011, billi l-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li tagħti motivi għad-deċiżjoni kkontestata.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 211/2011 sa fejn il-Kummissjoni qieset li l-azzjoni prevista mill-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini setgħet tiġi adottata biss fuq il-bażi tal-Artikolu 215 TFUE, filwaqt li l-imsemmija azzjoni taqa’ manifestament fil-politika kummerċjali komuni.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 211/2011 sa fejn il-Kummissjoni injorat bażijiet legali oħra, li l-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tirreferi manifestament għalihom, jiġifieri l-Artikolu 43(2) TFUE u l-Artikolu 114 TFUE.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/77

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2019 – Bennahmias vs Il-Parlament

(Kawża T-798/19)

(2020/C 45/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Luc Bennahmias (Marseille, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Rikkers, J.-L. Teheux, u M. Ganilsy, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2019;

tannulla n-nota ta’ debitu Nru 2019-1599 li tordna l-irkupru ta’ EUR 29 806

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn ir-raġunament tas-segretarju ġenerali tal-Parlament Ewropew huwa ekwivoku, billi ma jindikax sa liema punt l-atti prodotti ma kinux jikkostitwixxu provi ta’ xogħol.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-fatti prodotti mis-segretarju ġenerali tal-Parlament Ewropew huma ineżatti.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq inverżjoni tal-oneru tal-prova. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent iqis la ma huwiex il-kompitu tiegħu li jipproduċu l-prova ta’ xogħol tal-assistent parlamentari tiegħu iżda, għall-kuntrarju, huwa l-kompitu tal-Parlament li jipprova l-kuntrarju.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn is-somma mitluba mir-rikorrent tippreżumi li l-assistent parlamentari qatt ma ħadem għar-rikorrent.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/78

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2019 – Bennahmias vs Il-Parlament

(Kawża T-799/19)

(2020/C 45/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Luc Bennahmias (Marseille, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Rikkers, J.-L. Teheux, u M. Ganilsy, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2019;

tannulla n-nota ta’ debitu Nru 2019-1598 li tordna l-irkupru ta’ EUR 15 105;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn ir-raġunament tas-segretarju ġenerali tal-Parlament Ewropew huwa ekwivoku, billi ma jindikax sa liema punt l-atti prodotti ma kinux jikkostitwixxu provi ta’ xogħol.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-fatti prodotti mis-segretarju ġenerali tal-Parlament Ewropew huma ineżatti.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq inverżjoni tal-oneru tal-prova. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent iqis la ma huwiex il-kompitu tiegħu li jipproduċu l-prova ta’ xogħol tal-assistent parlamentari tiegħu iżda, għall-kuntrarju, huwa l-kompitu tal-Parlament li jipprova l-kuntrarju.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn is-somma mitluba mir-rikorrent tippreżumi li l-assistent parlamentari qatt ma ħadem għar-rikorrent.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/79

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2019 – Austria Tabak vs EUIPO – Mignot & De Block (AIR)

(Kawża T-800/19)

(2020/C 45/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Austria Tabak GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: J. Gracia Albero u R. Ahijón Lana, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mignot & De Block BV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “AIR” –Trade mark tal-Unjoni Nru 2 309 110

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 1665/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż li jirriżultaw mill-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 58(1)(a) u tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/79

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2019 – Kisscolor Living vs EUIPO – Teoxane (KISS COLOR)

(Kawża T-802/19)

(2020/C 45/65)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kisscolor Living GmbH (Bad Homburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Büttner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Teoxane SA (Genève, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni KISS COLOR bil-kuluri abjad u aħmar – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 396 996

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 2167/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/80

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2019 – etc-gaming u Casino-Equipment vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-803/19)

(2020/C 45/66)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: etc-gaming GmbH (Vjenna, l-Awstrija) u Casino-Equipment Vermietungs GmbH (Vjenna) (rappreżentant: A. Schuster, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, li tħallas kumpens għat-telf sostnut għal EUR 110 836 927,73 li illegalment, u b’nuqqas tagħha stess ikkawżat lill-patrimonju tar-rikorrenti, billi naqset milli tipprovdi, hekk kif kien meħtieġ, rimedju legali skont l-Artikoli 6(1) u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“KEDB”) u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”);

sussidjarjament, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, fuq il-merti tal-każ, li tħallas kumpens għat-telf sostnut, u/jew li ser jirriżulta fil-futur, li illegalment u b’nuqqas tagħha stess ikkawżat lill-patrimonju tar-rikorrenti, billi naqset milli tipprovdi, hekk kif kien meħtieġ, rimedju legali skont l-Artikolu 6(1) u 13 tal-KEDB u l-Artikolu 47 tal-Karta.

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, li tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motiv li ġej.

In-nuqqas tal-Unjoni Ewropea, li tagħti effett għar-rekwiżiti taħt il-KEDB u tal-Karta li tipprovdi rimedju legali effettiv wassal sabiex illegalment u b’nuqqas tagħha stess ir-rikorrenti sostnew telf ta’ mill-inqas EUR 110 836 927,73. Dan it-telf jikkonsisti fil-fatt li r-rikorrenti, fl-assenza ta’ rimedju legali li kien jagħmel possibbli stħarriġ tan-nuqqas mill-qrati nazzjonali, li kellhom obbligu korrispondenti li jagħmlu hekk, li jressqu talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, legalment ma kinux f’pożizzjoni li jiżguaraw li jingħata effett lid-dritt tal-Unjoni, u għalhekk li tiġi żgurata l-inapplikabbiltà, bħala riżultat tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni, tad-dispożizzjonijiet fiskali nazzjonali fuq il-liġi dwar il-logħob tal-ażżard li jirriżultaw f’obbligi li titħallas it-taxxa korrispondenti għal diversi drabi l-ammont tad-dħul mill-bejgħ miksub matul l-istess perijodu.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/81

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2019 – Victoria’s Secret Stores Brand Management vs EUIPO – Yiwu Dearbody Cosmetics (BODYSECRETS)

(Kawża T-810/19)

(2020/C 45/67)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Victoria’s Secret Stores Brand Management, Inc. (Reynoldsburg, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Dickerson, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Yiwu Dearbody Cosmetics Co.Ltd (Yiwu City, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “BODYSECRETS” – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 921 978

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 2422/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tawtorizza d-dikjarazzjoni ta’ invalidità tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 13 921 978;

tikkundanna lill-proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) moqri flimkien mal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(c) u 7(1)(d) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/82

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2019 – Totalizator Sportowy vs EUIPO – Lottoland Holdings (LOTTOLAND)

(Kawża T-820/19)

(2020/C 45/68)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Totalizator Sportowy sp. z o.o. (Warsaw, il-Polonja) (rappreżentant: B. Matusiewicz-Kulig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lottoland Holdings Ltd (Ocean Village, Ġibiltà)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “LOTTOLAND” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 369 981

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 97/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiddikkjara li t-trade mark tal-Unjoni 11 369 981 LOTTOLAND għandha tibqa’ fis-seħħ għas-servizzi kollha li t-trade mark ikkontestata kienet ġiet irreġistrata għalihom fil-klassi 42;

temenda d-deċiżjoni kkontestata billi tiddikkjara t-trade mark tal-Unjoni 11 369 981 LOTTOLAND invalida fl-intier tagħha, inkluż is-servizzi li t-trade mark ikkontestata kienet ġiet irreġistrata għalihom fil-klassi 42;

sussidjarjament

tibgħat lura l-każ quddiem l-EUIPO

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/83

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2019 – Tazzetti vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-825/19)

(2020/C 45/69)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tazzetti SpA (Volpiano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Condinanzi, E. Ferrero u C. Vivani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni (nota) tas-27 ta’ Settembru 2019 ARES (2019) 6014426 indirizzata lir-rikorrenti, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni (nota) tas-27 ta’ Settembru 2019 ARES (2019) 6024220 indirizzata lir-rikorrenti, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni (nota) tat-30 ta’ Settembru 2019 ARES (2019) 6048224 indirizzata lil Tazzetti SA, id-deċiżjoni (nota) ARES (2019) 6871575 indirizzata lil Tazzetti SpA, kif ukoll atti sussegwenti li seħħew u, fejn mitlub, u suġġett għall-konstatazzjoni tal-illegalità skont l-Artikolu 277 TFUE tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/661 tal-25 ta’ April 2019 li jiżgura l-funzjonament bla xkiel tar-reġistru elettroniku għal kwoti għat-tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi (ĠU 2019, L 112, p. 11), b’mod partikolari tal-Artikolu 7 tiegħu, tiddikjara n-nuqqas ta’ applikabbiltà bl-annullament konsegwenti tad-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-istess regolament imsemmija iktar ’il fuq.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 16(1), (3) u (5) u tal-Artikolu 17 tal-Annessi V u VI tar-Regolament (UE) Nru 517/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU 2014, L 150, p. 195), fuq il-ksur tal-Artikolu 291 TFUE u tal-kunċett ta’ miżura ta’ eżekuzzjoni, fuq it-twettiq ta’ użu ħażin ta’ poter f’dan il-każ, fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur min-naħa tal-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/661 tal-25 ta’ April 2019 li jiżgura l-funzjonament bla xkiel tar-reġistru elettroniku għal kwoti għat-tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi (ĠU 2019, L 112, p. 11), tal-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tas-16 ta’ April 2014 u tan-nuqqas ta’ applikabbiltà tiegħu b’mod inċidentali.

F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li sa fejn l-imsemmi Artikolu 7 jippermetti li l-kumpannija stabbilita, sussidjarja tad-dikjaranti unika, ma tiġix attribwita l-kwoti kkalkolati fuq il-bażi ta’ valuri ta’ referenza tagħha, jiġifieri tattribwixxi dawn il-kwoti esklużivament lid-dikjaranti unika, li jkollu l-istess proprjetarju effettiv tal-ewwel kumpannija stabbilita, huwa jagħti lok għal ksur tal-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji fundamentali tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni fil-qasam tal-proprjetà u tad-dritt ta’ inizjattiva ekonomika tal-Artikolu 6 TUE b’rabta mal-Artikoli 6, 16, u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif ukoll tal-Artikolu 11 TFUE. Qed jiġi invokat ukoll użu ħażin ta’ poter.

F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li ġaladarba d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jċaħħdu b’mod irraġonevoli lis-sussidjarja tar-rikorrenti mill-kwoti ta’ idrofluworokarburi li l-allokazzjoni tagħhom din is-sussidjarja jkollha dritt fuq il-bażi tal-valuri ta’ referenza tagħha nnifisha dawn jagħtu lok għal ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti. Sa fejn ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni huwa intiż li jillimita/jipprekludi l-allokazzjoni ta’ kwoti lill-parteċipanti l-ġodda li qabel ma kinux joperaw fis-suq, l-applikazzjoni li wettqet il-Kummissjoni fil-konfront tas-sussidjarja tar-rikorrenti (u għaldaqstant tar-rikorrenti nnifisha) hija vvizzjata minħabba użu ħażin ta’ poter. Id-difetti u r-raġunijiet invokati japplikaw ukoll għall-każ fejn il-kwoti dovuti lis-sussidjarja tar-rikorrenti jitqiesu li jkunu ġew allokati lir-rikorrenti bħala dikjaranti unika.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-obbligu ta’ motivazzjoni b’riferiment għal tali prinċipju.

F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li l-applikazzjoni mwettqa tal-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/661 jmur effettivament lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet tar-regolamentazzjoni intiżi għal sfruttament tar-reġistru elettroniku li jkun aħjar u iktar effiċjenti. Id-difetti u r-raġunijiet involkati japplikaw ukoll għall-każ fejnil-kwoti dovti lis-sussidjarja tar-rikorrenti jitqiesu li jkunu ġew allokati lir-rikorrenti bħala dikjaranti unika: f’tali każ, in-natura invażiva tad-deċiżjonijiet dwar l-organizzazzjoni imprenditorjali tal-grupp li tiegħu hija responsabbli r-rikorrenti, b’konsegwenzi kontabbli u fiskali, minbarra ekonomiċi, ma jidhru b’ebda mod iġġustifikati u raġonevoli fid-dawl tal-għanijiet li r-regolamentazzjoni tixtieq tilħaq.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 49 et seq. u tal-Artikoli 63 et seq. TFUE.

F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li d-dannu għall-attività tar-rikorrenti li jiġi kkawżat miċ-ċaħda tal-kwoti lis-sussidjarja tagħha, anki fejn il-kwoti jiġu allokati lir-rikorrenti nnifisha, jirriżulta fi ksur tal-libertajiet fundamentali tas-suq intern, fosthom il-libertà ta’ stabbiliment u l-moviment liberu ta’ kapital, ġaladarba r-rikorrenti hija kumpannija rregolata mil-liġi Taljana li għamlet użu mid-drittijiet ta’ stabbiliment u ta’ moviment liberu tal-kapital iggarantiti mid-dritt tal-Unjoni sabiex takkwista kumpannija rregolata mil-liġi Spanjola sabiex f’dak is-suq twettaq parti mill-attività kummerċjali tagħha.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività tad-dispożizzjonijiet li jagħtu drittijiet individwali.

F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li r-rikorrenti għandha d-dritt li torganizza l-attività imprenditorjali tagħha, kif ukoll dik tal-grupp ta’ impriżi kkontrollati minnha fuq il-bażi tal-aspettattivi leġittimi ta’ profitt li jirriżultaw mill-aspettattiva ta’ kwoti ġġenerati mill-valuri ta’ referenza (anki) tas-sussidjarja Spanjola tagħha. Id-deċiżjoni li ma jiġux allokati kwoti lil Tazzetti SA tippreġudika dawn il-prinċipji u tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni previst mill-Artikolu 296 TFUE inkwantu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija nieqsa minn kwalunkwe spjegazzjoni u kull ipoteżi ta’ bilanċ ta’ interessi hija ppreġudikata. Il-preġudizzju jirriżulta wkoll fil-każ fejn il-kwoti tas-sussidjarja Spanjola tagħha jiġu allokati lir-rikorrenti inkwantu dikjaranti unika.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li d-deċiżjonijiet ikkontestati jirriżultaw f’li jiġi attribwit lil Tazzetti SA sitwazzjoni mhux differenti minn dik mogħtija lill-parteċipanti l-ġodda fis-suq, filwaqt li l-kumpannija sussidjarja Tazzetti SA, bħar-rikorrenti, hija kumpannija stabbilita li ilha minn żmien bi preżenza kkonsolidata fis-suq.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/85

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2019 – Tazzetti vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-826/19)

(2020/C 45/70)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tazzetti, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. Condinanzi, E. Ferrero u C. Vivani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati, wara li tkun ġiet ikkonstatata l-illegalità tagħhom u eventwalment wara li jiġi annullat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/661 b’riferiment speċifiku għall-Artikolu 7 tiegħu.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors preżenti huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (nota) tas-27 ta’ Settembru 2019 ARES (2019) 6014426 indirizzata lir-rikorrenti, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni (nota) tas-27 ta’ Settembru 2019 ARES (2019) 6024220 indirizzata lir-rikorrenti, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni (nota) tat-30 ta’ Settembru 2019 ARES (2019) 6048224 indirizzata lil Tazzetti SA, id-deċiżjoni (nota) ARES (2019) 6871575 indirizzata lil Tazzetti SpA, kif ukoll atti sussegwenti li seħħew u, fejn mitlub, u suġġett għall-konstatazzjoni tal-illegalità skont l-Artikolu 277 TFUE tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/661 tal-25 ta’ April 2019 li jiżgura l-funzjonament bla xkiel tar-reġistru elettroniku għal kwoti għat-tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi (ĠU 2019, L 112, p. 11), b’mod partikolari tal-Artikolu 7 tiegħu, għad-dikjarazzjoni tan-nuqqas ta’ applikabbiltà bl-annullament konsegwenti tad-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-istess regolament imsemmija iktar ’il fuq.

Il-motivi u argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-825/19, Tazzetti vs Il-Kummissjoni.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/85

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2019 – Grammer vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ figura ġeometrika)

(Kawża T-833/19)

(2020/C 45/71)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Grammer AG (Amberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ figura ġeometrika) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 389 621

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 1478/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/86

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2019 – e*Message Wireless Information Services vs EUIPO – Apple (e*message)

(Kawża T-834/19)

(2020/C 45/72)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: e*Message Wireless Information Services GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Hotz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “e*message” bil-kuluri isfar-oranġjo u iswed – Trade mark tal-Unjoni Nru 1 548 619

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 2454/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO Nru 13 800 C tal-25 ta’ Ottubru 2018;

tiċħad it-talba għall-annullament tat-trade mark tal-Unjoni Nru 1 548 619 tat-22 ta’ Settembru 2016;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti fil-każ li tintervjeni għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (1) u tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 2 TUE flimkien mal-Artikolu 1(2) TFUE (prinċipju tal-Istat tad-dritt u prinċipju ta’ legalità);

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001 minħabba applikazzjoni żbaljata tal-interpretazzjoni attwali tar-regola fl-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001 fil-mument li fih ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea kkontestata u minħabba l-assenza ta’ konstatazzjonijiet rigward l-interpretazzjoni tar-regola fl-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (2) fil-mument li fih ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) u mal-Artikolu 64(5) tar-Regolament 2017/1001 minħabba l-assenza ta’ konstatazzjonijiet fattwali dwar il-perċezzjoni tal-pubbliku fil-mument li fih ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u minħabba rekwiżiti insuffiċjenti fil-qasam tal-prova u tal-istabbiliment ta’ raġuni assoluta għal rifjut fil-mument tal-preżentata fir-rigward ta’ proċeduri ta’ reġistrazzjoni mibdija żmien twil ilu;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001 minħabba evalwazzjoni żbaljata tal-elementi figurattivi tat-trade mark tal-Unjoni kkontestata u tal-assenza ta’ konstatazzjonijiet fattwali dwar il-perċezzjoni tal-pubbliku fil-mument li fiha ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 minħabba evalwazzjoni żbaljata tal-karattru distintiv u l-assenza ta’ konstatazzjonijiet fattwali fil-mument li fiha ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;

Ksur tal-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali għall-KEDB flimkien mal-Artikolu 6(1) sa (3) TUE u mal-Artikolu 2(1) TFUE kif ukoll mal-prinċipji ġenerali tad-dritt ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 2 TUE) minħabba r-revoka żbaljata ta’ att amministrattiv legali favorevoli għar-rikorrenti;

Ksur tal-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali għall-KEDB flimkien mal-Artikolu 6(1) sa (3) TUE u mal-Artikolu 2(1) TFUE kif ukoll mal-prinċipji ġenerali tad-dritt ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 2 TUE) minħabba r-revoka żbaljata ta’ att amministrattiv illegali favorevoli għar-rikorrenti.

(1)  ĠU 2017, L 154, p. 1l.

(2)  ĠU 2009, L 78, p. 1.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/87

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2019 – Première Vision vs EUIPO – Vente-Privee.com (PV)

(Kawża T-836/19)

(2020/C 45/73)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Première Vision (Lyon, Franza) (rappreżentanta: C. Champagner Katz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vente-Privee.com SA (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PV – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 999 578

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 2125/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-oppożitur, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/88

Rikors ippreżentat fil-10 ta’ Diċembru 2019 – Koopman International vs EUIPO – Tinnus Enterprises and Mystic Products Import & Export (Fluid distribution equipement)

(Kawża T-838/19)

(2020/C 45/74)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Koopman International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi Baxxi) (rappreżentant: B. van Werven, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tinnus Enterprises LLC (Plano, Texas, l-Istati Uniti) u Mystic Products Import & Export, SL (Badalona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: Tinnus Enterprises

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 1431 829-0006

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni għal miżuri provviżorji tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 1005/2018-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla id-deċiżjoni kkontestata li tissospendi l-proċeduri tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell u tiddeċiedi li l-imsemmija proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell għandhom ikomplu;

tgħaqqad il-kawża preżenti quddiem il-Qorti Ġenerali mal-kawżi quddiem il-Qorti Ġenerali fil-każijiet R 1006/2018-3, R 1008/2018-3, R 1010/2018-3 u R 1009/2018-3 ippreżentati minn Koopman International simultanjament ma’ din l-azzjoni;

tikkundanna lil Tinnus Enterprises tħallas l-ispejjeż u d-drittijiet ta’ Koopman International.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa u japplika b’mod korrett il-kriterju ta’ “ċertezza legali”;

Il-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa u japplika b’mod korrett il-kriterju tal-“ekonomija tal-proċedura”;

Il-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa u japplika b’mod korrett il-kriterju tal-“amministrazzjoni tajba”;

Il-Bord tal-Appell ma bbilanċjax b’mod korrett l-interessi tal-partijiet kollha.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/89

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2019 – Koopman International vs EUIPO – Tinnus Enterprises u Mystic Products Import & Export (Fluid distribution equipement)

(Kawża T-839/19)

(2020/C 45/75)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Koopman International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: B. van Werven, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tinnus Enterprises LLC (Plano, Texas, l-Istati Uniti) u Mystic Products Import & Export, SL (Badalona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: Tinnus Enterprises

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 1431 829-0002

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni provviżorja tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 1006/2018-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sabiex jiġu sospiżi l-proċedimenti tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell u tiddeċiedi li tali proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għandhom jitkomplew;

tgħaqqad il-kawża odjerna quddiem il-Qorti Ġenerali mal-kawżi quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Każijiet R 1008/2018-3, R 1005/2018-3, R 1010/2018-3 u R 1009/2018-3 ippreżentati minn Koopman International kontestwalment mal-kawża odjerna;

tikkundanna lil Tinnus Enterprises għall-ispejjeż ta’ Koopman International.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa u japplika korrettement il-kriterju ta’ “ċertezza legali”;

Il-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa u japplika korrettement il-kriterju ta’ “ekonomija proċedurali”;

Il-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa u japplika korrettement il-kriterju ta’ “amministrazzjoni tajba”;

Il-Bord tal-Appell ma bbilanċjatx l-interessi tal-partijiet kollha.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/90

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2019 – Koopman International vs EUIPO – Tinnus Enterprises u Mystic Products Import & Export (Fluid distribution equipment)

(Kawża T-840/19)

(2020/C 45/76)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Koopman International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: B. van Werven, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tinnus Enterprises LLC (Plano, Texas, l-Istati Uniti) u Mystic Products Import & Export, SL (Badalona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: Tinnus Enterprises LLC

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 1431 829-0005

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni provviżorja tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 1008/2018-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata għas-sospensjoni tal-proċedimenti tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell u tiddeċiedi li l-imsemmija proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għandhom ikomplu;

tgħaqqad il-kawża preżenti quddiem il-Qorti Ġenerali mal-każijiet quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawżi R 1006/2018-3, R 1005/2018-3, R 1010/2018-3 u R 1009/2018-3 ippreżentati minn Koopman International flimkien ma’ dan ir-rikors;

tikkundanna lil Tinnus Enterprises tbati l-ispejjeż ta’ Koopman International.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa u japplika korrettament il-kriterju ta’ “ċertezza legali”;

Il-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa u japplika korrettament il-kriterju ta’ “ekonomija tal-proċeduri”;

Il-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa u japplika korrettament il-kriterju ta’ “amministrazzjoni tajba”;

Il-Bord tal-Appell ma bbilanċjax korrettament l-interessi tal-partijiet kollha.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/91

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2019 – Koopman International vs EUIPO – Tinnus Enterprises u Mystic Products Import & Export (Fluid distribution equipment)

(Kawża T-841/19)

(2020/C 45/77)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Koopman International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: B. van Werven, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tinnus Enterprises LLC (Plano, Texas, l-Istati Uniti) u Mystic Products Import & Export, SL (Badalona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: Tinnus Enterprises LLC

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 1431 829-0008

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni provviżorja tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 1009/2018-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata għas-sospensjoni tal-proċedimenti tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell u tiddeċiedi li l-imsemmija proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għandhom ikomplu;

tgħaqqad il-kawża preżenti quddiem il-Qorti Ġenerali mal-każijiet quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawżi R 1006/2018-3, R 1008/2018-3, R 1005/2018-3 u R 1010/2018-3 ippreżentati minn Koopman International flimkien ma’ dan ir-rikors;

tikkundanna lil Tinnus Enterprises tbati l-ispejjeż ta’ Koopman International.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa u japplika korrettament il-kriterju ta’ “ċertezza legali”;

Il-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa u japplika korrettament il-kriterju ta’ “ekonomija tal-proċeduri”;

Il-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa u japplika korrettament il-kriterju ta’ “amministrazzjoni tajba”;

Il-Bord tal-Appell ma bbilanċjax korrettament l-interessi tal-partijiet kollha.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/92

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2019 – Koopman International vs EUIPO – Tinnus Enterprises u Mystic Products Import & Export (Fluid distribution equipment)

(Kawża T-842/19)

(2020/C 45/78)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Koopman International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: B. van Werven, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tinnus Enterprises LLC (Plano, Texas, l-Istati Uniti) u Mystic Products Import & Export, SL (Badalona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: Tinnus Enterprises LLC

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 1431 829-0007

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni provviżorja tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 1010/2018-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata għas-sospensjoni tal-proċedimenti tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell u tiddeċiedi li l-imsemmija proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għandhom ikomplu;

tgħaqqad il-kawża preżenti quddiem il-Qorti Ġenerali mal-każijiet quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawżi R 1006/2018-3, R 1008/2018-3, R 1005/2018-3 u R 1009/2018-3 ippreżentati minn Koopman International flimkien ma’ dan ir-rikors;

tikkundanna lil Tinnus Enterprises tbati l-ispejjeż ta’ Koopman International.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa u japplika korrettament il-kriterju ta’ “ċertezza legali”;

Il-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa u japplika korrettament il-kriterju ta’ “ekonomija tal-proċeduri”;

Il-Bord tal-Appell naqas milli jevalwa u japplika korrettament il-kriterju ta’ “amministrazzjoni tajba”;

Il-Bord tal-Appell ma bbilanċjax korrettament l-interessi tal-partijiet kollha.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/93

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Correia vs KESE

(Kawża T-843/19)

(2020/C 45/79)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Paula Correia (Woluwe-Saint-Étienne, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement:

tannulla d-deċiżjoni meħuda f’data mhux magħrufa li saret magħrufa mir-rikorrenti fit-12 ta’ April 2019, li hija ma tiġix promossa/ikklassifikata mill-ġdid fl-2019;

tordna l-kumpens tad-dannu morali evalwat ex aequo et bono għal EUR 2 000;

tikkundana lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-garanziji proċedurali sanċiti fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. Ir-rikorrenti ssostni li l-mod li bih il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jadotta d-deċiżjonijiet ta’ promozzjoni jew ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-membri tal-persunal temporanju tas-segretarjati tal-gruppi u, b’mod partikolari, tas-segretarjat tal-grupp I, jikser il-garanziji proċedurali offruti mill-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Dan huwa b’mod partikolari l-każ tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa/ikklassifikata mill-ġdid fl-2019 u fi proċeduri ta’ promozzjoni oħra. Fil-fatt din id-deċiżjon hija l-0ewwel u qabel kollox kompletament mingħajr motivazzjoni. Wara dan, ma hemm ebda test, deċiżjoni ġenerali jew komunikazzjoni magħmula lir-rikorrenti jew, b’mod iktar ġenerali lill-membri tal-persunal temporanju tal-gruppi, jew tal-grupp I, li tindika liema huma l-kriterji li ser jintużaw u jiġu applikati sabiex jiġi identifikat min, minn fost il-membri tal-persunal temporanju, ser jiġi promoss jew ikklassifikat mill-ġdid. L-assenza ta’ kriterji, ta’ garanziji ta’ trattament ekwu, ta’ informazzjoni u ta’ motivazzjoni tmur iktar u iktar kontra r-rekwiżiti tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali peress li wħud mill-membri tal-persunal tas-segretarjat u b’mod partikolari tas-segretarjat tal-grupp I għandhom progress rapidu ħafna fil-karriera filwaqt li oħrajn, bħar-rikorrenti, għandhom progressjoni bil-mod ħafna.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Ir-rikorrenti ssostni li minkejja li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu setgħa diskrezzjonali sabiex jistabbilixxi l-kriterji u l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, dawn il-kriterji u dawn il-modalitajiet għandhom jiggarantixxu l-livell ta’ prevedibbiltà meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, għandhom josservaw il-prinċipju ta’ ċertezza legali. Issa, dan ma huwiex il-każ meta ma jeżistux kriterji li jippermettu li l-membri tal-persunal temporanju jkunu jafu kif u taħt liema kundizzjonijiet jista’ jkun hemm promozzjoni jew klassifikazzjoni mill-ġdid permezz ta’ emenda tal-kuntratt ta’ impjieg.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Skont ir-rikorrenti, l-eżami tar-rapporti ta’ evalwazzjoni tagħha sa mill-aħħar promozzjoni tagħha fl-2016 jwassal għall-konklużjoni li d-deċiżjoni li hija ma tiġix promossa fl-2019 hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni.

4.

Ir-raba motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura. Ir-rikorrenti tqis li l-interessi tagħha ma ttiħdux inkunsiderazzjoni meta l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ddeċidiet liema membri tal-persunal kellhom jiġu promossi jew ikklassifikati mill-ġdid.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/94

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Apologistics vs EUIPO – Peikert (discount-apotheke.de)

(Kawża T-844/19)

(2020/C 45/80)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Apologistics GmbH (Markkleeberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Hug, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Franz Michael Peikert (Offenbach, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea discount-apotheke.de bil-kuluri aħdar ċar, aħdar skur u abjad – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 678 007

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 2309/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kif ukoll id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-5 ta’ Ottubru 2018;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/95

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2019 – X-cen-tek vs EUIPO – Altenloh, Brinck & Co. (PAX)

(Kawża T-847/19)

(2020/C 45/81)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: X-cen-tek GmbH & Co. KG (Wardenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Hillers, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Altenloh, Brinck & Co. GmbH & Co. KG (Ennepetal, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “PAX” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 487 803

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 2324/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea.

10.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/96

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2019 – easyCosmetic Swiss vs EUIPO – U.W.I. Unternehmensberatungs- u Wirtschaftsinformations (easycosmetic)

(Kawża T-858/19)

(2020/C 45/82)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: easyCosmetic Swiss GmbH (Baar, l-Isvizzera) (rappreżentanti: D. Terheggen u S. E. Sullivan, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: U.W.I. Unternehmensberatungs- und Wirtschaftsinformations GmbH (Bad Nauheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “easycosmetic” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 801 675

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 973/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.