|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 42/01 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2020/C 42/02 |
Notifika skont l-Artikolu 114, il-paragrafu 4 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea – Miżuri nazzjonali aktar stretti minn dispożizzjonijiet ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni tal-UE ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 42/03 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9751 — Elliot/Apollo/EP Energy) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 42/04 |
||
|
2020/C 42/05 |
||
|
2020/C 42/06 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-6 ta' Frar 2020
(2020/C 42/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1003 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
120,87 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4725 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84835 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,5550 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0715 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
138,10 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,1288 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,893 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
336,76 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2451 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7655 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,5886 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6282 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4610 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,5420 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6994 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5233 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 301,78 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,3028 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,6676 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4563 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 000,81 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5349 |
|
PHP |
Peso Filippin |
55,817 |
|
RUB |
Rouble Russu |
69,4575 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
34,197 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,6553 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,4852 |
|
INR |
Rupi Indjan |
78,2845 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
7.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/2 |
Notifika skont l-Artikolu 114, il-paragrafu 4 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea – Miżuri nazzjonali aktar stretti minn dispożizzjonijiet ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni tal-UE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 42/02)
(1)
B’ittra datata d-29 ta’ Novembru 2019, li waslet għand il-Kummissjoni fid-29 ta’ Novembru 2019, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni bix-xewqa tagħha li żżomm dispożizzjonijiet nazzjonali għall-bojlers tal-fjuwil solidu. Id-dispożizzjoni nazzjonali kienet dwar il-punti li ġejjin:|
— |
Il-punt (1) tat-Taqsima 5 tar-Regolament Ġermaniż dwar l-unitajiet tal-kombustjoni żgħar u medji [Verordnung über kleine und mittlere Feuerungsanlagen] tas-26 ta’ Jannar 2010, (minn hawn ’il quddiem l-“Ewwel BImSchV”) li jistabbilixxi valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet għall-materja partikulata. Din hi differenti mill-valuri u l-metodoloġija tal-kejl applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2020 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 tat-28 ta’ April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu (“ir-Regolament (UE) 2015/1189”) (1). |
|
— |
Il-punt (1) tat-Taqsima 4 tal-Ewwel BImSchV, flimkien mat-Taqsima 3, li jipprovdi lista eżawrjenti ta’ fjuwils li jistgħu jintużaw fl-istallazzjonijiet tal-isparar. Ir-Regolament (UE) 2015/1189 ma fihx lista eżawrjenti bħal din. |
|
— |
Il-punt (4) tat-Taqsima 5 tal-Ewwel BImSchV li jeżiġi li t-tankijiet tal-ħażna tal-misħun jiġu pprovduti b’bojlers tal-fjuwil solidu. Ir-Regolament (UE) 2015/1189 ma fihx dan ir-rekwiżit. |
|
— |
It-Taqsima 14 u l-punt (1) tat-Taqsima 15 tal-Ewwel BImSchV relatat mal-monitoraġġ tal-unitajiet ġodda tal-kombustjoni u dawk modifikati b’mod sinifikanti. Ir-Regolament (UE) 2015/1189 jimponi rekwiżiti waqt it-tqegħid fis-suq ta’ bojlers tal-fjuwil solidu u ma fihx dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ ulterjuri tagħhom. |
(2)
Ir-regoli armonizzati għar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija.Din id-Direttiva tipprovdi għat-twaqqif ta’ rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-prodotti relatati mal-enerġija koperti mill-miżuri ta’ implimentazzjoni, biex b’hekk ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq u/jew fis-servizz. Din tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli għax iżżid l-effiċjenza fl-enerġija u l-livell ta’ protezzjoni tal-ambjent, u fl-istess ħin iżżid is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Id-Direttiva hi bbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li sar l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE).
Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 6, id-Direttiva tistabbilixxi li l-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jillimitaw jew ixekklu t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz, fit-territorji tagħhom, ta’ xi prodott li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha rilevanti tal-miżura ta’ implimentazzjoni applikabbli u li jkollu l-marka CE abbażi ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn relatati mal-parametri tal-ekodisinn imsemmija fil-Parti 1 tal-Anness I tal-imsemmija Direttiva li jaqgħu taħt il-miżura ta’ implimentazzjoni applikabbli.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 għandu l-għan li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu, inkluż il-valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet tal-materja partikulata. L-effett ikkombinat tar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f’dak ir-Regolament tal-Kummissjoni u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1187 tat-27 ta’ April 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bojlers tal-fjuwil solidu u pakketti ta’ bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, regolaturi tat-temperatura u apparat solari, hu stmat li jwassal għal tnaqqis ta’ 10 kilotunnellati ta’ emissjonijiet annwali ta’ materja partikulata (2).
Għall-bojlers tal-fjuwil solidu b’output nominali ta’ 500 kW jew anqas, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 jistipula li mill-1 ta’ Jannar 2020, l-emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali tal-materja partikulata ma għandhomx ikunu iżjed minn 40 mg/m3 għall-bojlers li jitqabbdu b’mod awtomatiku u ma għandhomx ikunu ta’ iżjed minn 60 mg/m3 għall-bojlers li jitqabbdu b’mod manwali, standardizzati għal bażi ta’ gass niexef li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni b’10 % ossiġenu u kundizzjonijiet standard f’0 °C u 1 013 millibar.1 013 millibar.
(3)
L-Ewwel BImSchV daħlet fis-seħħ fit-22 ta’ Marzu 2010 u tapplika għall-unitajiet tal-kombustjoni żgħar u medji, inkluż il-bojlers tal-fjuwil solidu b’output nominali ta’ 500 kW jew inqas. Din tipprevedi li l-emissjoni tal-materja partikulata b’tagħbija sħiħa, għall-unitajiet tal-kombustjoni għall-fjuwils solidi b’potenza termika nominali ta’ 4 kW jew iżjed, ma għandhiex taqbeż l-20 mg/m3, għall-unitajiet mibnija wara l-31 ta’ Diċembru 2014, standardizzat għal kontenut b’volum ta’ ossiġenu ta’ 13 %.
(4)
Il-Ġermanja jidhrilha li d-dispożizzjonijiet nazzjonali eżistenti huma aktar stretti minn dawk tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 u li l-żamma tagħhom hi ġustifikata kemm minħabba l-ħtiġijiet ewlenin fis-sens tal-Artikolu 36 tat-TFUE, b’mod partikolari l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, kif ukoll minħabba l-protezzjoni tal-ambjent.Il-Ġermanja tirrimarka li t-tnaqqis fil-livell ta’ ambizzjoni stabbilit mill-Ewwel BImSchV jhedded il-kwalità tal-arja fil-Ġermanja, u allura li jmur kontra l-objettiv li titjieb il-prestazzjoni ambjentali tal-bojlers tal-fjuwil solidu.
Id-deterjorazzjoni tal-kwalità tal-arja tmur kontra d-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (3) li teżiġi li l-Istati Membri, skont l-Artikolu 12, iżommu l-livelli ta’ materja partikulata inqas mill-valuri limitu u jagħmlu ħilithom biex jippreservaw l-aqwa kwalità tal-arja ambjentali, kompatibbli mal-iżvilupp sostenibbli.
Il-Ġermanja tenfasizza wkoll li l-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 fir-rigward tal-emissjoni tal-materja partikulata tipperikola wkoll il-kapaċità tagħha li tissodisfa l-obbligi tagħha skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu l-arja (4).
Il-Ġermanja jidhrilha li l-livell eżistenti ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bnedmin, tal-annimali u tal-pjanti skont it-tifsira tal-Artikolu 36 tat-TFUE ma jistax jinżamm fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja meta jiġu applikati r-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189.
(5)
Il-Kummissjoni se tipproċessa din in-notifika Ġermaniża skont l-Artikolu 114(4) u (6) tat-TFUE. L-Artikolu 114(4) jistipula li jekk, wara l-adozzjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni tal-UE, Stat Membru jkun jixtieq iżomm id-dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti tiegħu minħabba l-ħtiġijiet ewlenin imsemmija fl-Artikolu 36 tat-TFUE jew li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-ambjent jew l-ambjent tax-xogħol, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwarhom filwaqt li jindika r-raġunijiet għaż-żamma tagħhom. Wara n-notifika tad-dispożizzjonijiet Ġermaniżi, il-Kummissjoni għandha 6 xhur biex taċċettahom jew tirrifjutahom. Tul dan il-perjodu, il-Kummissjoni se tivverifika jekk id-dispożizzjoni Ġermaniża tistax titqies bħala miżura eżistenti ta’ qabel l-armonizzazzjoni u li tidderoga mir-regoli ta’ armonizzazzjoni. F’każ affermattiv, il-Kummissjoni se tivverifika jekk iż-żamma hix ġustifikata abbażi tal-ħtiġijiet ewlenin imsemmija fl-Artikolu 36 tat-TFUE, jew dawk relatati mal-protezzjoni tal-ambjent, u jekk din tikkostitwix xi mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew xi restrizzjoni mistura fuq il-kummerċ u li ma toħloqx ostaklu bla bżonn u sproporzjonat għall-funzjonament tas-suq intern.
(6)
Kull parti li tixtieq tagħmel xi kumment dwar din in-notifika għandha tibagħtu lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika. Il-kummenti li jaslu wara dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.
(7)
Aktar dettalji dwar in-notifika Ġermaniża jistgħu jinkisbu minn:Il-Kummissjoni Ewropea
Direttorat Ġenerali għall-Enerġija
DĠ ENER – Unità C4 għall-Effiċjenza Enerġetika: Bini u prodotti
Tel. +32 22983831
Email: ENER-C4-SECRETARIAT@ec.europa.eu
(1) ĠU L 193, 21.7.2015, p. 100.
(2) ĠU L 193, 21.7.2015, p. 43.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/4 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9751 — Elliot/Apollo/EP Energy)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 42/03)
1.
Fil-31 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Apollo Capital Management, L.P. (“Apollo”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Elliot Investment Management, L.P. (“Elliot”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
EP Energy Corporation (“EP Energy”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Elliot u Apollo jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ EP Energy.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Apollo tinvesti f’kumpaniji u dejn magħmul minn kumpaniji involuti f’diversi negozji madwar id-dinja, permezz ta’ fondi ta’ investiment ġestiti minn affiljati ta’ Apollo. |
|
— |
Elliot hija ditta ta’ investiment iffukata fuq attivitajiet ta’ ġestjoni tal-investimenti u tar-riskji |
|
— |
EP Energy hija kumpanija indipendenti tal-esplorazzjoni u l-produzzjoni impenjata fl-akkwist u l-iżvilupp ta’ infrastrutturi fuq l-art taż-żejt u l-gass naturali fl-Istati Uniti tal-Amerka. EP Energy bħalissa hija kkontrollata biss minn Apollo. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
Il-Każ M.9751 — Elliot/Apollo/EP Energy
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
7.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/6 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2020/C 42/04)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Muscadet Coteaux de la Loire”
PDO-FR-A0495-AM01
Data tal-komunikazzjoni: 8.11.2019
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Żona ġeografika
Ir-reviżjoni taż-żona ġeografika tad-denominazzjoni “Muscadet Coteaux de la Loire” irriżultat,
fl-inklużjoni ta’ żewġ muniċipalitajiet (La Boissière-du-Doré, La Remaudière) u ta’ parti minn muniċipalità (Le Loroux-Bottereau), li kollha kemm huma ġejjin miż-żona ġeografika tad-denominazzjoni reġjonali “Muscadet”,
fl-esklużjoni ta’ żewġ muniċipalitajiet (Mésanger, Varades) u ta’ parti minn muniċipalità (Ligné) wara ħidma biex tissaħħaħ il-vinja f’dawk il-partijiet fejn inżammet vitikultura ta’ kwalità.
Barra minn hekk, saru emendi editorjali: il-lista l-ġdida tal-entitajiet amministrattivi tqis il-fużjonijiet jew bidliet oħra fiż-żona amministrattiva li seħħew minn meta ġiet approvata l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Għal aktar ċertezza legali, din ġiet stabbilita skont il-verżjoni attwali tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali, ippubblikat kull sena mill-INSEE.
Għalhekk id-Dokument Uniku dwar iż-żona ġeografika u r-rabta maż-żona ġeografika ġie emendat kif xieraq.
2. Żona tal-irqajja’ tar-raba’ demarkata
Fil-Kapitolu 1(IV)(2) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, wara l-kliem “tad-19 ta’ Mejju 2011” ġie miżjud il-kliem “u tal-20 ta’ Ġunju 2018”.
Din l-emenda għandha l-għan li żżid id-data ta’ approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ emenda taż-żona tal-irqajja’ tar-raba’ demarkata fiż-żona ġeografika ta’ produzzjoni. Id-demarkazzjoni tal-irqajja’ tar-raba’ tikkonsisti fl-identifikazzjoni ta’ dawk l-irqajja’ ta’ art fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni li huma tajbin għall-produzzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta kkonċernata.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
3. Żona fil-viċinanza immedjata
Iż-żona fil-viċinanza immedjata ġiet aġġornata wara l-fużjoni tal-muniċipalità. Iż-żona kollha tal-vinifikazzjoni tad-denominazzjoni ma nbidlitx.
Id-Dokument Uniku dwar ir-rekwiżiti addizzjonali ġie emendat kif xieraq.
4. Prattiki tal-inbid
Fil-Kapitolu I(IX)(1) ġiet miżjuda s-sentenza “Dawn jibqgħu fuq il-karfa tal-inbid fina tagħhom fil-ħin tal-ippakkjar tagħhom jew tal-ewwel spedizzjoni tagħhom mill-kantini tal-inbid. “
Iż-żamma tagħhom fuq il-karfa tal-inbid fina tipprovdi l-karatteristiċi kollha għall-prodotti li huma orjentati lejn it-togħma matura. Dan jafferma u jsaħħaħ is-segmentazzjoni tad-denominazzjonijiet differenti ta’ Muscadet.
Għalhekk il-punt 9 tad-Dokument Uniku dwar il-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid ġie emendat kif xieraq.
5. Trattament bis-sħana
Titneħħa l-projbizzjoni fuq l-użu ta’ trattamenti bis-sħana fuq l-inbid bl-użu ta’ temperaturi ’l fuq minn 40 °C. L-għan tal-emenda huwa li l-operaturi jingħataw il-mezzi tekniċi kollha possibbli biex jimmaniġġjaw il-konsegwenzi tal-vendemmji diffiċli li għandhom devjazzjonijiet organolettiċi tat-tip “Goût Moisi Terreux”. It-teknika tat-tisħin tal-most, magħrufa bħala termovinifikazzjoni, hija ferm inqas ta’ tfixkil għall-inbejjed f’termini ta’ tnaqqis fil-ħxuna u ta’ traqqiq minn dik tal-użu ta’ karbonju meżoporuż għal użu enoloġiku.
Id-Dokument Uniku dwar il-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid ġie emendat kif xieraq.
6. L-ippakkjar
It-tmiem tal-perjodu tal-ibbottiljar għall-inbejjed li jibbenefikaw mit-terminu “sur lies” huwa bejn it-30 ta’ Novembru u l-31 ta’ Diċembru. L-emenda tippermetti li l-perjodu ta’ bbottiljar tal-inbejjed bit-terminu “sur lies” jiġi estiż b’xahar sabiex isir l-aħjar użu mill-perjodu ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ din il-kategorija mingħajr, madankollu, ma tinbidel it-togħma matura assoċjata mal-iffurmar ta’ xi bżieżaq li jikkorrispondi għal din ir-referenza.
Id-Dokument Uniku dwar ir-rekwiżiti addizzjonali ġie emendat kif xieraq.
7. Ċirkolazzjoni tal-inbejjed
Il-punt IX(5)(b) tal-Kapitolu 1 dwar id-data taċ-ċirkolazzjoni tal-inbejjed bejn il-magazziniera awtorizzati ġie mħassar.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
8. Rabta
Ir-rabta ġiet emendata biex tqis il-bidla fl-għadd ta’ muniċipalitajiet u biex taġġorna l-aħħar paragrafu tal-punt 1 dwar l-għadd ta’ produtturi u l-volum prodott.
Id-Dokument Uniku dwar ir-rabta maż-żona ġeografika huwa emendat kif xieraq.
9. Tikkettar
Fil-punt XI ġie miżjud il-punt “c) It-tikkettar tal-inbejjed li jibbenefikaw mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, bil-kundizzjoni li:
|
— |
tkun post irreġistrat; |
|
— |
dak il-post ikun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad. |
L-isem tal-post irreġistrat għandu jkun stampat b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx akbar, kemm mill-għoli, mill-wisa’ kif ukoll mill-ħxuna, min-nofs id-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata. Dan għandu jidher fl-istess kamp viżiv bħall-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata. “
Id-Dokument Uniku dwar ir-rekwiżiti addizzjonali ġie emendat kif xieraq.
10. Obbligi ta’ dikjarazzjoni
L-iskadenza tad-dikjarazzjoni ta’ applikazzjoni hija bejn il-15 ta’ Diċembru u l-31 ta’ Diċembru.
Id-dikjarazzjoni ta’ tranżazzjoni minn qabel għandha tinbidel f’dikjarazzjoni ta’ dispaċċ minn qabel.
Id-dikjarazzjoni ta’ ppakkjar minn qabel għandha ssir għal kull lott.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
11. Riżerva
Id-dettalji tad-dikjarazzjoni ta’ riżerva għandhom jiġu speċifikati.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
12. Reġistru
Saru aġġustamenti editorjali għaż-żamma ta’ reġistri.
|
— |
Fil-Kapitolu II(II)(2): |
|
— |
fil-punt (b) tħassar il-kliem “sad-data tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ applikazzjoni tiegħu” u “u l-aċidità tal-most” |
|
— |
fil-punt (c) il-kelma “speċifikazzjoni” ġiet issostitwita b’“reġistru” |
|
— |
fil-punt (d) il-kelma “speċifikazzjoni” ġiet issostitwita b’“reġistru” u tħassru l-kliem “jew iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata li mhumiex ippakkjati,” |
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
13. Punti ewlenin li jridu jiġu kkontrollati
Il-Kapitolu 3 ġie rivedut biex jiżgura konsistenza fil-formulazzjoni tal-punti ewlenin li għandhom jiġu kkontrollati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti għaż-żona ta’ Nantes.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem tal-prodott
Muscadet Coteaux de la Loire
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
L-inbejjed huma bojod, xotti u mhux frizzanti.
L-inbejjed għandhom:
|
— |
qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 10 %; |
|
— |
kontenut massimu ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ 3 grammi għal kull litru; |
|
— |
kontenut massimu ta’ aċidità volatili ta’ 10 milliekwivalenti għal kull litru; |
|
— |
qawwa alkoħolika totali massima skont il-volum, wara l-arrikkiment, ta’ 12 %. |
Il-kontenut ta’ aċidità totali, ta’ diossidu tal-kubrit totali tal-inbejjed u l-qawwa alkoħolika proprja totali huma konformi mal-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja. L-inbejjed huma bojod, xotti u mhux frizzanti.
Għandhom aromi delikati, ta’ spiss b’riħa qawwija ta’ fjuri, xi drabi b’xi noti minerali, kif ukoll togħma bilanċjata ġeneralment orjentata lejn il-freskezza.
F’xi każijiet, maturazzjoni fit-tul tagħtihom kapaċità ta’ maturazzjoni tajba.
Dawn jiġu bbottiljati b’attenzjoni biex tiġi ppreżervata u amplifikata l-espressjoni tar-rikkezza aromatika tagħhom.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 6 500 dielja għal kull ettaru.6 500 dielja għal kull ettaru.
Id-distanza bejn ir-ringieli m’għandhiex tkun aktar minn 1,5 metru u d-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela għandha tkun bejn 0,90 metru u 1,1 metri.
Id-dwieli jinżabru b’massimu ta’ 12-il għajn għal kull dielja:
|
— |
jew b’żabra qasira bid-difer b’massimu ta’ 5 friegħi għal kull dielja; |
|
— |
jew biż-żabra tat-tip Guyot sempliċi jew doppja. |
Iż-żbir għandu jitlesta qabel it-tfellis jew l-istadju 5 tal-iskala ta’ Eichhorn u Lorentz.
Ikun xi jkun il-metodu taż-żbir, id-dwieli jistgħu jinżabru b’4 għejun addizzjonali għal kull dielja bil-kundizzjoni li, fl-istadju fenoloġiku li jikkorrispondi għal 11 jew 12-il werqa, in-numru ta’ fergħat li jagħtu l-frott fis-sena għal kull dielja jkun 12 jew inqas.
Prattika enoloġika speċifika
Huwa pprojbit kull trattament termiku tal-ħsad tal-għeneb għall-inbid fejn it-temperatura tkun inqas minn -5 °C.
L-inbejjed ma għandhomx jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 12 % wara l-arrikkiment.
Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, l-inbejjed għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu f’dak li għandu x’jaqsam mal-prattiki enoloġiċi użati.
b. Rendimenti massimi
66 ettolitru għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
L-istadji kollha tal-proċess tal-produzzjoni jridu jsiru fiż-żona ġeografika approvata mill-Institut national de l’origine et de la qualité fil-laqgħa tal-kumitat nazzjonali kompetenti li saret fil-15 ta’ Ġunju 2017. Il-perimetru ta’ din iż-żona, fid-data tal-approvazzjoni ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott mill-kumitat nazzjonali kompetenti, jinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet jew partijiet minn muniċipalitajiet li ġejjin abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tas-sena 2018:
|
— |
Id-Département ta’ Loire-Atlantique: Ancenis, La Boissière-du-Doré, Carquefou, Le Cellier, Couffé, Divatte-sur-Loire (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Barbechat biss), Ligné (parti), Le Loroux-Bottereau (parti), Mauves-sur-Loire, Oudon, La Remaudière, Saint-Géréon, Thouaré-sur-Loire, Vair-sur-Loire. |
|
— |
Id-Département ta’ Maine-et-Loire: Mauges-sur-Loire (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent u Saint-Florent-le-Vieil biss), Orée d’Anjou (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré u La Varenne biss). |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Melon B
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Deskrizzjoni tal-fatturi naturali rilevanti għar-rabta
Il-vinja tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Muscadet Coteaux de la Loire” tinsab prinċipalment fuq l-għoljiet primarji tal-Loire, jew xi kultant titbiegħed ftit mix-xmara biex twassal sal-baċiri fejn jiskulaw ix-xmajjar tributarji tagħha, li minnhom dawk ewlenin huma d-Divatte, l-Evre u l-Erdre. Iż-żona ġeografika hija kkaratterizzata minn riżalt aċċentwat, b’pendili li ġeneralment ivarjaw bejn 5 % u 10 %. Din tinsab fil-Lvant tal-belt ta’ Nantes u hija l-aktar parti tal-Lvant miż-żona ġeografika usa’ tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Muscadet”. Din testendi fuq parti tad-départements ta’ Loire-Atlantique u Maine-et-Loire. L-irqajja’ tad-dwieli jispikkaw b’mod ċar fil-pajsaġġ, b’kuntrast mal-meded kbar ta’ art imsaġġra ddedikati għall-maturazzjoni tal-inbid.
Iż-żona ġeografika tibbenefika minn klima oċeanika partikolarment pjaċevoli u moderata. Il-varjazzjoni fit-temperatura hija saħansitra inqas minħabba li l-Loire għandha rwol regolatorju u tikkontribwixxi għat-tifrix tal-influwenza marittima lejn iż-żoni interni. Il-penetrazzjoni ta’ żiffiet oċeaniċi hija ffaċilitata mid-direzzjoni tal-Lbiċ/Grigal tax-xmara, li tikkoinċidi maċ-ċentru tal-irjieħ dominanti. Għal dawn l-istess raġunijiet, l-ammont ta’ xita li tinżel fit-trufijiet tal-Loire huwa konsiderevolment inqas minn dak tal-meded kbar ta’ art li jinsabu xi ftit kilometri ’l bogħod. B’riżultat ta’ dan, ix-xemx fis-sajf hija importanti għal din il-latitudni, billi tnaqqas l-influwenza tal-esponiment tat-Tramuntana jew tan-Nofsinhar tal-għoljiet tal-inbid. Fil-ħarifa, il-marei kbar tal-ekwinozju xi kultant iġibu magħhom ħafna xita.
Il-ħamrija ta’ taħt taż-żona ġeografika hija magħmula prinċipalment minn blat metamorfiku, l-aktar il-mika schist, b’aktar gneiss fil-Punent u schistes fil-Lvant. Dan il-blat, li ħafna drabi jkun imfarrak jew ftit mibdul, ikollu ħamrija kannella partikolarment superfiċjali li tkun magħmula minn proporzjon għoli ta’ elementi ħarxa, ramlija jew f’forma ta’ żrar. Din il-ħamrija skulata sew mill-ilma b’mod naturali, tissaħħan malajr fir-rebbiegħa. Skont l-użanzi, iż-żona tal-irqajja’ tar-raba’ għall-ħsad tal-għeneb tiddefinixxi b’mod strett l-għoljiet li għandhom pajsaġġi miftuħa prinċipalment jew tradizzjonalment imħawla bid-dwieli u l-irqajja’ ta’ art għandhom ħamrija b’saħħitha, arjuża, baxxa u moderatament fertili b’kapaċità limitata għaż-żamma tal-ilma.
Deskrizzjoni tal-fatturi umani rilevanti għar-rabta
Il-vinja tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata wirtet tradizzjoni ta’ vitikultura antika. Preżenti f’Nantes sa mill-ewwel sekli tal-era tagħna, id-dielja nfirxet mar-reġjun kollu ta’ Nantes fil-Medju Evu tul ix-xmara Loire u x-xmajjar tributarji tagħha. Il-manuskritti medjevali tal-abbaziji tar-reġjun jirreferu għall-iżvilupp tal-kultura tiegħu fis-sekli 11 u 12 fuq l-għoljiet ta’ Varades, Oudon, Ancenis u Saint-Florent-le-Vieil. Madankollu, kien biss fis-seklu 16 li nbniet vinja kummerċjali ġenwina, sabiex tissodisfa d-domanda tan-Netherlandiżi installati f’Nantes. F’dak iż-żmien, il-varjetà melon B tħawlet b’mod definittiv fir-reġjun, fejn f’nofs is-seklu 17 bdiet tissejjaħ “Muscadet”. Il-port ta’ Ancenis baqa’ attiv ħafna għal żmien twil fir-rigward tat-trasport ta’ nbejjed miż-żona ġeografika lejn Nantes. Fil-fatt, anki wara l-inklużjoni tad-Dukat fir-Renju ta’ Franza, il-Brittanja żammet ir-regoli fiskali li jippromwovu l-iżvilupp tal-vitikultura. L-inbejjed taż-żona ġeografika li l-ħsad tagħhom isir ’l isfel mill-ostaklu doganali u li huma inqas intaxxati, jinbiegħu b’mod aktar faċli minn dawk li jkunu ġejjin min-naħa ta’ fuq.
B’varjetà tad-dwieli bbażata fuq il-varjetà melon B, iż-żona ġeografika hija distinta b’mod ċar, fil-każ tal-inbejjed bojod, minn vinji li jinsabu aktar fil-Lvant, li huma aktar orjentati lejn il-varjetà chenin B. Wara l-kriżi tal-fillosera, il-vinja nbniet mill-ġdid billi ġew adattati xi tekniki ġodda bħat-tħawwil f’ringieli u ż-żabra tat-tip Guyot. Għalhekk, l-għarfien espert dwar il-produzzjoni huwa kkodifikat tajjeb maż-żamma ta’ densità għolja tat-tħawwil, il-kontroll tat-tagħbija u r-rendiment tad-dwieli u l-ħsad tal-għeneb meta jkun misjur sew.
Bil-għan li jipproduċu nbejjed rikki u kumplessi, l-operaturi jadottaw metodu tekniku partikolari tal-vinifikazzjoni, il-“metodu ta’ Nantes”, li jikkonsisti fil-fatt li l-inbejjed jinżammu fuq il-karfa fina tal-vinifikazzjoni tagħhom għal mill-inqas xitwa waħda mingħajr ebda tiswib tal-inbid minn ġo bittija għal oħra; dan huwa għarfien li rriżulta mid-drawwa tal-produtturi li jżommu bettija tal-aqwa nbid tagħhom fuq il-karfa tiegħu bil-ħsieb li jintuża f’festi futuri. Dan il-metodu ta’ maturazzjoni jagħti lill-inbejjed togħma matura u xaħmija, b’arrikkiment, b’mod partikolari, tal-mannoproteini u komposti oħra li jirriżultaw mill-awtoliżi tal-ħitan ċellolari tal-ħmira. Barra minn hekk, dan il-metodu, li huwa bbażat fuq li ma jkunx hemm manipulazzjoni tal-inbejjed u li dan jinżamm f’atmosfera ta’ diossidu tal-karbonju, billi jiġu limitati b’mod strett l-ossidazzjoni u r-rilaxx ta’ komposti volatili, jippermetti li jiġu ppreżervati l-aromi li jissawru matul il-fermentazzjoni alkoħolika sar-rebbiegħa u lil hinn minnha.
Matul il-maturazzjoni tagħhom, l-inbejjed jiġu arrikkiti wkoll b’aromi terzjarji. L-għeneb, il-most u l-inbejjed prodotti mill-varjetà melon B fihom fil-fatt konċentrazzjoni sinifikanti ta’ prekursuri tal-aromi glikosidiċi. Dawn il-molekuli huma bla riħa, peress li huma magħmula minn aglikoni relatati maz-zokkor. It-tneħħija tar-rabtiet β-glukosidiċi, taħt l-azzjoni ta’ diversi proċessi kimiċi u enżimatiċi, imbagħad tiġġenera komposti b’riħa qawwija, prinċipalment ta’ monoterpeni u ta’ C 13-norisoprenojdi, bl-iffurmar b’mod partikolari ta’ β-damaskon, li hija sustanza magħrufa għar-rwol tagħha li ssaħħaħ l-aromi ta’ frott tal-inbejjed. L-operaturi akkwistaw għarfien espert partikolari biex jipproteġu l-inbejjed minn kwalunkwe ossidazzjoni fil-kontenitur, u biex iwettqu bir-reqqa l-ibbottiljar fil-fliexken, sabiex ir-rilaxx ta’ dawn il-fwejjaħ jinżamm għall-itwal żmien possibbli u sabiex l-inbejjed isiru aktar kumplessi.
Bil-għan li jistabbilixxu dawn il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni sabiex jippreżervaw l-awtentiċità tal-inbejjed tagħhom, fl-1936 il-produtturi taż-żona ġeografika kisbu r-rikonoxximent tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Muscadet Coteaux de la Loire”. Ir-regoli speċifiċi għat-terminu tradizzjonali “fuq il-karfa” ġew iddefiniti fl-1977. Mill-1994 ’l hawn, dawn ir-regoli wasslu biex l-ibbottiljar tal-inbejjed isir matul is-sena ta’ wara dik tal-ħsad, u fl-istess kantini tal-inbid, sabiex it-tiswib tal-inbid minn ġo bittija għal oħra ikun mill-inqas u l-istess id-dekantazzjoni. Fl-2016, iż-żona ddikjarata bħala Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata kienet tkopri madwar 170 ettaru, għal madwar 80 produttur u struttura kooperattiva li tinsab f’Ancenis. Il-volum annwali kkumerċjalizzat huwa ta’ madwar 7000 ettolitru u jibbenefika prinċipalment mit-terminu “fuq il-karfa”. L-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Muscadet Coteaux de la Loire” huma bojod, xotti u mhux frizzanti. Għandhom aromi delikati, ta’ spiss b’riħa qawwija ta’ fjuri, xi drabi b’xi noti minerali, kif ukoll togħma bilanċjata ġeneralment orjentata lejn il-freskezza. Il-maturazzjoni fit-tul tista’ tagħtihom togħma aktar rikka u kapaċità tajba għall-maturazzjoni. Dawn jiġu bbottiljati attenzjoni biex tiġi ppreżervata u amplifikata l-espressjoni tar-rikkezza aromatika tagħhom.
L-inbejjed li jibbenefikaw mit-terminu “fuq il-karfa” ġeneralment ikollhom togħma bilanċjata orjentata aktar lejn il-maturità, firxa aktar kumplessa ta’ aromi u jista’ jkollhom nota kemxejn frizzanti minħabba d-diossidu tal-karbonju residwu li jifforma matul il-fermentazzjoni alkoħolika. Sabiex jiġu ppreżervati l-freskezza u r-rikkezza aromatika tagħhom, kif ukoll id-diossidu tal-karbonju endoġenu, jiġu protetti mill-ossidazzjoni matul il-maturazzjoni tagħhom. Peress li l-kontenut tad-diossidu tal-karbonju tagħhom huwa għoli wisq biex jiġu ppakkjati f’kontenituri flessibbli, jiġu bbottiljati u jeħtieġu attenzjoni partikolari waqt l-ippakkjar. Taħt l-influwenza tal-Loire, iż-żona ġeografika tibbenefika minn klima moderata, bi ftit xita u b’ħafna xemx. Għandha riżalt bl-għoljiet, aċċentwati fuq ix-xtut tax-xmara u ħamrija ta’ spiss ħarxa u baxxa li tifforma l-aktar fuq blat metamorfiku. Il-frammentazzjoni ta’ dan il-blat u l-konsistenza tal-ħamrija jippermettu għeruq fil-fond tad-dwieli, li jipprovdu lill-pjanti bi provvista tal-ilma li titnaqqas gradwalment u li tippromwovi l-maturità tal-għeneb tal-varjetà melon B. Ix-xitwa moderata tiżgura bidu bikri għaċ-ċiklu veġetattiv tad-dwieli, li ġeneralment jippermetti li l-ħsad tal-għeneb isir qabel ix-xita tal-ħarifa. Barra minn hekk, il-moderazzjoni tat-temperaturi tas-sajf tgħin biex jiġu ppreżervati l-freskezza u l-aromi tal-inbejjed prodotti minn din il-varjetà bajda delikata. L-irjieħ oċeaniċi tul il-Loire jnaqqsu l-umdità tal-arja u jippermettu ħsad tal-għeneb b’saħħtu, li jikkontribwixxi, parzjalment, għall-finezza tal-aromi tal-inbejjed, b’mod partikolari fil-firxa ta’ aromi ta’ fjuri jew ta’ minerali.
L-istorja twila tal-inbid taż-żona ġeografika u l-ispeċjalizzazzjoni bikrija tagħha ilhom ħafna jġibu lill-produtturi flimkien biex jaqsmu bejniethom dan l-għarfien u dawn il-prattiki.. Sabiex jipproteġu l-awtentiċità tal-prodotti tagħhom, il-produtturi kisbu r-rikonoxximent tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Muscadet Coteaux de la Loire” mill-1936, li tagħmilha waħda mill-eqdem Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Kkontrollati fi Franza.
L-għarfien espert tagħhom jippermetti lill-operaturi jikkontrollaw il-produzzjoni u jaħsdu l-għeneb b’saħħtu meta jkun misjur sew. Prodotti skont l-użanzi lokali, dawn l-inbejjed jiġu mmaturati fuq il-karfa fina tagħhom sal-ibbottiljar, mingħajr ebda tiswib tal-inbid minn ġo bittija għal oħra. Bis-saħħa tat-temperaturi moderati tax-xitwa fiż-żona ġeografika, li jippromwovu l-kummerċ bil-karfa, l-inbejjed ikomplu jitjiebu matul il-maturazzjoni tagħhom u jiżvelaw togħma aktar rikka, mir-rebbiegħa ta’ wara. L-ibbottiljar bir-reqqa jippermetti li jiġu ppreżervati l-karatteristiċi essenzjali tal-inbejjed, b’ċerti aromi li jkomplu jiżviluppaw wara l-ippakkjar. Dan l-għarfien espert, li huwa perfettament adattat għall-potenzjal tal-ambjent naturali u tal-varjetà melon B, jippermetti li l-molekuli bir-riħa ffurmati matul il-fermentazzjoni u l-prekursuri tal-aromi glikosidiċi jiġu espressi bis-sħiħ fl-inbejjed.
Ibbottiljati matul is-sena ta’ wara dik tal-ħsad, l-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata bit-terminu “fuq il-karfa”, iżommu l-freskezza karatteristika tagħhom, sostnuta b’nota kemxejn frizzanti kkawżata mid-diossidu tal-karbonju residwu ffurmat matul il-vinifikazzjoni. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe ossidazzjoni, dawn l-inbejjed jiġu ppakkjati direttament fil-kantini tal-inbid. Din il-prattika tradizzjonali, li tnaqqas il-manipulazzjoni tal-prodotti, hija perfettament adattata biex tippreżerva l-komposti tal-irwejjaħ delikati tal-inbejjed.
L-omnipreżenza tal-Loire, il-post taż-żona ġeografika fin-nofs bejn il-bliet ta’ Nantes u Angers, u d-dinamiżmu tal-attivitajiet tal-portijiet ta’ Ancenis, ikkontribwew biex fl-istorja tixref vinja kummerċjali u wasslu għall-evoluzzjoni tagħha. Minħabba l-kwalitajiet ta’ freskezza tagħhom u l-finezza aromatika tagħhom, l-inbejjed kisbu klijentela kbira, u jfittxuhom għadd ta’ ristoranti li jinsabu fit-trufijiet tal-Loire. Dawn imorru tajjeb ħafna mal-frott tal-baħar, u saħansitra aktar mal-ħut “imsajjar fil-butir abjad”, li r-riċetta tiegħu nħolqot fuq ix-xtut tax-xmara fis-seklu 19.
9. Kundizzjonijiet essenzjali oħra (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-inbejjed, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni, il-maturazzjoni u l-ippakkjar tal-inbejjed eliġibbli għat-terminu “fuq il-karfa”, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet jew partijiet minn muniċipalitajiet li ġejjin abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tas-sena 2018:
|
— |
Id-Département ta’ Loire-Atlantique: Aigrefeuille-sur-Maine, Basse-Goulaine, La Bernerie-en-Retz, Le Bignon, Bouaye, Bouguenais, Boussay, Brains, La Chapelle-Heulin, Château-Thébaud, Chaumes-en-Retz, Chauvé, Cheix-en-Retz, La Chevrolière, Clisson, Corcoué-sur-Logne, Divatte-sur-Loire (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ La Chapelle-Basse-Mer biss), Frossay, Geneston, Gétigné, Gorges, La Haie-Fouassière, Haute-Goulaine, Le Landreau, Legé, Ligné (parti), La Limouzinière, Loireauxence (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ La Chapelle-Saint-Sauveur u Varades biss), Le Loroux-Bottereau (parti), Machecoul-Saint-Même, Maisdon-sur-Sèvre, La Marne, Mésanger, Monnières, Montbert, Montrelais, Les Moutiers-en-Retz, Mouzillon, Le Pallet, Paulx, Le Pellerin, La Planche, Pont-Saint-Martin, Pornic, Port-Saint-Père, La Regrippière, Remouillé, Rezé, Rouans, Saint-Aignan-Grandlieu, Saint-Colomban, Sainte-Pazanne, Saint-Étienne-de-Mer-Morte, Saint-Fiacre-sur-Maine, Saint-Hilaire-de-Chaléons, Saint-Hilaire-de-Clisson, Saint-Julien-de-Concelles, Saint-Léger-les-Vignes, Saint-Lumine-de-Clisson, Saint-Lumine-de-Coutais, Saint-Mars-de-Coutais, Saint-Père-en-Retz, Saint-Philbert-de-Grand-Lieu, Saint-Viaud, Les Sorinières, Touvois, Vallet, Vertou, Vieillevigne, Villeneuve-en-Retz, Vue. |
|
— |
Id-Département ta’ Maine-et-Loire: Beaupréau-en-Mauges (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Beaupréau u Gesté biss), Ingrandes-Le Fresne sur Loire (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Fresne-sur-Loire biss), Mauges-sur-Loire (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Marillais biss), Montrevault-sur-Èvre (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ La Boissière-sur-Evre, La Chaussaire, Le Fief-Sauvin, Le Fuilet, Montrevault, Le Puiset-Doré, Saint-Pierre-Montlimart u Saint-Rémy-en-Mauges biss), Orée d’Anjou (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Saint-Christophe-la-Couperie, Saint-Laurent-des-Autels u Saint-Sauveur-de-Landemont biss), Sèvremoine (għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Montfaucon-Montigné, Saint-Crespin-sur-Moine, Saint-Germain-sur-Moine u Tillières biss). |
|
— |
Id-Département ta’ Vendée: Cugand, Montaigu, Rocheservière, Saint-Étienne-du-Bois, Saint-Hilaire-de-Loulay, Saint-Philbert-de-Bouaine. |
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jiġi ssupplimentat bit-terminu “fuq il-karfa” għall-inbejjed li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni stabbiliti għal dan it-terminu fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’jiġi ssupplimentat bid-denominazzjoni ġeografika “Val de Loire” skont ir-regoli stabbiliti għall-użu ta’ din id-denominazzjoni ġeografika fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Id-daqs tal-ittri tat-terminu “fuq il-karfa” u tad-denominazzjoni ġeografika “Val de Loire” għandu jkun l-istess jew iżgħar, kemm mill-għoli, mill-wisa’ kif ukoll mill-ħxuna, minn dak tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.
L-inbejjed li jibbenefikaw mit-terminu “fuq il-karfa” għandhom ikunu ppreżentati bl-indikazzjoni tal-vendemmja.
It-tikkettar tal-inbejjed li jibbenefikaw mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, bil-kundizzjoni li:
|
— |
tkun post irreġistrat; |
|
— |
dak il-post ikun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad. |
L-isem tal-post irreġistrat għandu jkun stampat b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx akbar, kemm mill-għoli, mill-wisa’ kif ukoll mill-ħxuna, min-nofs id-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata. Dan għandu jidher fl-istess kamp viżiv bħall-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-inbejjed eliġibbli għat-terminu “fuq il-karfa” għandhom jiġu ppakkjati fiż-żona demarkata.
Sabiex jiġu ppreżervati l-karatteristiċi tal-metodu ta’ vinifikazzjoni u ta’ maturazzjoni tagħhom, b’mod partikolari l-freskezza tagħhom, il-kumplessità aromatika tagħhom, li ċerti komponenti tagħhom jiġu espressi wara l-ibbottiljar, u n-nota kemxejn frizzanti minħabba l-kontenut tagħhom ta’ diossidu tal-karbonju endoġenu, sabiex jiġu limitati d-dekantazzjonijiet, l-inbejjed eliġibbli għat-terminu “fuq il-karfa” għandhom jitqiegħdu fi fliexken fil-kantini tal-inbid bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
Dan il-metodu ta’ maturazzjoni partikolari jagħti lill-inbejjed togħma matura u xaħmija, b’arrikkiment, b’mod partikolari, tal-mannoproteini u komposti oħra li jirriżultaw mill-awtoliżi tal-ħitan ċellolari tal-ħmira. Dan il-metodu huwa bbażat fuq li ma jkunx hemm manipulazzjoni tal-inbejjed u li dan jinżamm f’atmosfera ta’ diossidu tal-karbonju, billi jiġu limitati b’mod strett l-ossidazzjoni u r-rilaxx ta’ komposti volatili.
Peress li l-kontenut tad-diossidu tal-karbonju tagħhom huwa għoli wisq biex jiġu ppakkjati f’kontenituri flessibbli, jiġu bbottiljati u jeħtieġu attenzjoni partikolari waqt dan il-proċess.
Fil-ħin tal-ippakkjar jew tal-ewwel dispaċċ tagħhom ’il barra mill-kantini tal-inbid, l-inbejjed ikunu għadhom fuq il-karfa fina tagħhom
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-6463bdfa-2237-4a2c-b1b0-13cf749cfc0b
|
7.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/14 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2020/C 42/05)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Cabernet d’Anjou”
Numru ta’ referenza: PDO-FR-A1005-AM01
Data tal-komunikazzjoni: 14.11.2019
DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA
1. Żona ġeografika
Iż-żona ġeografika hija emendata kif ġej: “L-istadji kollha tal-produzzjoni tal-inbejjed eliġibbli għad-denominazzjoni rreġistrata tal-oriġini (…), Cabernet d’Anjou (…) għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika, li l-perimetru tagħha jkun jinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2018:
|
— |
id-département ta’ Deux-Sèvres: Argenton-l’Église, Bouillé-Loretz, Brion-près-Thouet, Louzy, Mauzé-Thouarsais, Oiron, Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Radegonde, Sainte-Verge, Saint-Martin-de-Mâcon, Saint-Martin-de-Sanzay, Thouars, Tourtenay, Val en Vignes (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Bouillé-Saint-Paul u Cersay); |
|
— |
id-département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Antoigné, Artannes-sur-Thouet, Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Champ-sur-Layon, Faveraye-Mâchelles, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon u Thouarcé), Blaison-Saint-Sulpice (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Blaison-Gohier et Saint-Sulpice), Bouchemaine, Brain-sur-Allonnes, Brézé, Brissac Loire Aubance (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Alleuds, Brissac-Quincé, Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance, Chemellier, Coutures, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire u Vauchrétien), Brossay, Cernusson, Chacé, Chalonnes-sur-Loire, Champtocé-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Chanzeaux, La Jumellière u Valanjou), Cizay-la-Madeleine, Cléré-sur-Layon, Le Coudray-Macouard, Courchamps, Denée, Dénezé-sous-Doué, Distré, Doué-en-Anjou (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Brigné, Concourson-sur-Layon, Doué-la-Fontaine, Forges, Meigné, Montfort, Saint-Georges-sur-Layon u Les Verchers-sur-Layon), Épieds, Fontevraud-l’Abbaye, Les Garennes sur Loire (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Juigné-sur-Loire u Saint-Jean-des-Mauvrets), Gennes-Val-de-Loire (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Chênehutte-Trèves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies u Le Thoureil), Huillé, Ingrandes-Le Fresne sur Loire (li qabel kien territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Ingrandes), Jarzé Villages (li qabel kien territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Lué-en-Baugeois), Louresse-Rochemenier, Lys-Haut-Layon (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Cerqueux-sous-Passavant, La Fosse-de-Tigné, Nueil-sur-Layon, Tancoigné, Tigné, Trémont u Vihiers), Mauges-sur-Loire (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire, La Pommeraye, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay), Mazé-Milon (li qabel kien territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Fontaine-Milon), Montilliers, Montreuil-Bellay, Montsoreau, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée d’Anjou (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré u La Varenne), Parnay, Passavant-sur-Layon, La Possonnière, Le Puy-Notre-Dame, Rochefort-sur-Loire, Rou-Marson, Saint-Cyr-en-Bourg, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Just-sur-Dive, Saint-Macaire-du-Bois, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saumur, Savennières, Soulaines-sur-Aubance, Souzay-Champigny, Terranjou (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Chavagnes, Martigné-Briand u Notre-Dame-d’Allençon), Tuffalun (li qabel kien territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Ambillou-Château, Louerre u Noyant-la-Plaine), Turquant, Les Ulmes, Val-du-Layon (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Saint-Aubin-de-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay), Varennes-sur-Loire, Varrains, Vaudelnay, Villevêque; |
|
— |
id-département ta’ Vienne: Berrie, Curçay-sur-Dive, Glénoux, Pouançay, Ranton, Saint-Léger-de-Monbris, Sax, Ternay, Les trois-Mouse. |
Mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika jinsabu fis-sit web tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità. “
Bidla editorjali: il-lista l-ġdida ta’ entitajiet amministrattivi tqis fużjonijiet jew bidliet oħra f’żoni amministrattivi minn meta ġew approvati l-ispeċifikazzjonijiet. Għal aktar ċertezza legali, issir referenza għall-verżjoni attwali tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali, li jiġi ppubblikat kull sena mill-INSEE. Il-perimetru taż-żona ġeografika jibqa’ strettament identiku.
Fl-aħħar nett, issir referenza għall-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika għal informazzjoni pubblika aħjar, li huma disponibbli fuq is-sit web tal-INAO.
Id-dokument uniku li għandu x’jaqsam maż-żona ġeografika huwa emendat kif xieraq fil-punt 6.
2. Ir-roqgħa tar-raba’ demarkata
Fil-punt 2 tat-taqsima IV tal-Kapitolu 1 tal-ispeċifikazzjonijiet, wara l-kliem “5 ta’ Settembru 2007”, jiżdiedu l-kliem “u d-19 ta’ Jannar 2017”.
Din l-emenda għandha l-għan li żżid id-data ta’ approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ emenda tar-roqgħa tar-raba’ demarkata fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni. Id-demarkazzjoni tar-roqgħa tar-raba’ tikkonsisti fl-identifikazzjoni fi ħdan iż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-irqajja’ ta’ raba’ xierqa għall-produzzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta.
Fil-punt 2 tat-taqsima IV tal-Kapitolu I tal-ispeċifikazzjonijiet, il-kliem “4 ta’ Settembru 1996” huwa mibdul bil-kliem “4 u 5 ta’ Settembru 1996”.
Din l-emenda hija korrezzjoni tad-data meta l-awtorità nazzjonali approvat ir-roqgħa tar-raba’ demarkata.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
3. Żona fil-viċinanza immedjata
Fit-taqsima IV(3) tal-Kapitolu 1, il-lista tal-muniċipalitajiet hija mibdula b’dan li ġej:
|
— |
id-département ta’ Indre-et-Loire: Saint-Nicolas-de-Bourgueil; |
|
— |
id-département ta’ Loire-Atlantique: Ancenis, Le Loroux-Bottomreau, Le Palet, La Remudière, Vai-sur-Loire (li qabel kien it-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Anetz), Vallet; |
|
— |
id-département ta’ Maine-et-Loire: Orée d’Anjou (li qabel kien it-territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Saint-Laurent-des-Autel), Saint-Martin-du-Fousseux. |
Dan jippermetti li jitqiesu d-diversi fużjonijiet tal-muniċipalitajiet li seħħu wara l-aħħar verżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet. Il-perimetru tal-viċinanza immedjata jibqa’ strettament l-istess.
Id-dokument uniku dwar il-kundizzjonijiet addizzjonali huwa għaldaqstant emendat fil-punt 9.
4. Dispożizzjoni agroambjentali
Fil-punt 2 tat-taqsima VI tal-Kapitolu 1, jiżdied: “Kopertura ta’ veġetazzjoni kkontrollata, selvaġġa jew miżrugħa, hija obbligatorja bejn ir-ringieli; fin-nuqqas ta’ din il-kopertura ta’ veġetazzjoni, l-operatur jaħdem l-art sabiex jikkontrolla l-veġetazzjoni selvaġġa jew biex jiġġustifika l-użu ta’ prodotti tal-bijokontroll approvati mill-awtoritajiet pubbliċi għall-vitikoltura. Meta l-erbiċidi tal-bijokontroll jintużaw fuq roqgħa raba’, l-użu ta’ erbiċidi oħra huwa pprojbit. “
Din l-emenda takkumpanja l-evoluzzjoni attwali tal-prattiki tal-operaturi favur l-agroekoloġija fil-vinji kollha ta’ Anjou. Din tirrifletti t-teħid inkunsiderazzjoni dejjem akbar tat-tħassib ambjentali fl-itinerarji tekniċi. Permezz tal-promozzjoni tal-preżenza ta’ kopertura veġetali, jew l-użu ta’ tnaqqija mekkanika jew l-użu ta’ prodotti tal-bijokontroll, dan iwassal għal tnaqqis fl-użu ta’ erbiċidi kimiċi. Dan it-tnaqqis fl-erbiċidi għandu jippermetti li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-ħamrija tad-dwieli u li jiġu ppreżervati l-karatteristiċi naturali tagħhom (il-fertilità, il-bijodiversità, il-purifikazzjoni bijoloġika), li jikkontribwixxu għall-kwalità u għall-awtentiċità tal-inbejjed u li jsaħħaħ il-kunċett ta’ terroir (art).
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
5. It-tħabbir tal-ħsad
Fil-punt 1(a) tat-taqsima VII tal-Kapitolu I(VII), is-sentenza “Id-data tal-bidu tal-ħsad tiġi stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu D. 645-6 tal-Kodiċi rurali u tas-sajd marittimu. “ tneħħiet.
L-iffissar ta’ data għall-bidu tal-ħsad m’għadux meħtieġ illum il-ġurnata, peress li l-operaturi issa għandhom firxa wiesgħa ta’ għodod li jippermettulhom jivvalutaw bi preċiżjoni l-maturità tal-għeneb. Kull operatur għandu għadd ta’ apparat u tagħmir, kemm individwali kif ukoll kollettivi, li jippermettu li tiġi ddeterminata b’mod preċiż id-data ottimali għall-bidu tal-ħsad ta’ kull roqgħa tar-raba’, skont l-għanijiet tal-produzzjoni.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
6. Kontenut ta’ zokkor
Fil-punt 1(c) tat-taqsima IX tal-Kapitolu 1, “wara l-fermentazzjoni” tiżdied wara “L-inbejjed għandhom”.
Din l-emenda qed issir sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni mal-kontenut ta’ zokkor qabel il-fermentazzjoni, u għalhekk huwa importanti li jiġi ċċarat li dan il-kontenut irid jiġi vverifikat wara l-fermentazzjoni.
Id-dokument uniku relatat mal-punt 4 għandu jiġi emendat kif meħtieġ.
7. Teknika ta’ arrikkiment bi tnaqqis
Fil-punt 1(d) tat-taqsima IX, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “Għall-produzzjoni (…) tal-inbejjed rożè li jistgħu jibbenefikaw mid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Cabarnet d’Anjou” (…), it-tekniki ta’ arrikkiment bi tnaqqis huma awtorizzati u r-rata massima ta’ konċentrazzjoni parzjali meta mqabbla mal-volumi użati hija stabbilita għal 10 %. “
Din l-emenda ssegwi speriment li sar fuq ħafna snin tal-inbejjed, li wera li, b’materja prima adattata b’potenzjal tajjeb ta’ kwalità, b’konċentrazzjoni massima ta’ 10 % u għall-arrikkimenti limitati għal qawwa alkoħolika totali bil-volum ta’ 15 %, it-teknika ta’ reverse osmosis ma jkollhiex impatt negattiv fuq l-inbejjed. Tekniki ta’ arrikkament bi tnaqqis jistgħu jippermettu li tiġi bbilanċjata mill-ġdid il-kompożizzjoni tal-most f’ċerti snin fil-każ ta’ perikli klimatiċi.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
8. Kapaċità tal-kmamar tal-iffermentar tal-inbid
Fil-punt 1(e) tat-taqsima IX tal-Kapitolu 1, is-sentenza: “Kwalunkwe operatur għandu jkollu kapaċità ta’ kmamar tal-iffermentar tal-inbid li tkun ta’ mill-inqas 1,4 darbiet daqs ir-rendiment medju tal-impriża matul l-aħħar ħames snin.” ġiet issostitwita bis-sentenza: “Kwalunkwe operatur għandu jkollu kapaċità ta’ kmamar tal-iffermentar tal-inbid li tkun ta’ mill-inqas 1,4 darbiet daqs il-volum medju tal-inbid f’dawn l-aħħar ħames snin. “
Fl-ispeċifikazzjonijiet, saret referenza mhux għal kapaċità ta’ volum (espressa f’hl jew f’m3) iżda għal rendiment, jiġifieri volum ta’ ħsad diviż bl-erja ta’ produzzjoni (pereżempju f’hl/ha). L-emenda proposta tippermetti li tiġi rimedjata din l-inkoerenza f’termini ta’ kwantitajiet, mingħajr ebda bidla fis-sustanza (minimu dejjem iffissat għal 1,4 darbiet il-volum medju ta’ nbid prodott mill-azjenda fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti).
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
9. Ċirkolazzjoni tal-inbejjed
Il-punt 5(b) tat-taqsima IX tal-kapitolu 1 dwar id-data taċ-ċirkolazzjoni tal-inbejjed bejn depożitanti awtorizzati huwa mħassar.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
10. Ir-rabta maż-żona ġeografika;
Ir-rabta ġiet riveduta biex jiġi aġġornat l-għadd ta’ muniċipalitajiet ikkonċernati (70 minflok 126).
Id-dokument uniku dwar ir-rabta huwa għaldaqstant emendat fil-punt 8.
11. Miżura tranżitorja
Tneħħew il-miżuri tranżitorji bi skadenza.
Fit-taqsima XI tal-kapitolu 1 ġie miżjud “Id-dispożizzjonijiet relatati mal-obbligu li jkun hemm kopertura ta’ veġetazzjoni kkontrollata, selvaġġa jew miżrugħa bejn ir-ringieli jew, fin-nuqqas ta’ dik il-kopertura ta’ veġetazzjoni, mal-obbligu li l-operatur jaħdem l-art jew juża prodotti tal-bijokontroll biex jikkontrolla l-veġetazzjoni selvaġġa, m’għandhomx japplikaw għad-dwieli stabbiliti fid-data tal-approvazzjoni ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet u li l-ispazju tagħhom bejn ir-ringieli jkun inqas minn jew ugwali għal 1.70 m.”
Il-miżura tranżitorja tippermetti li ma jiġux ippenalizzati d-dwieli stabbiliti li jkunu maħduma b’mod mhux adattat għad-dispożizzjonijiet agroambjentali. Fi dwieli b’densità għolja, ikkaratterizzati minn spazjar bejn ir-ringieli ta’ 1,70 metru jew inqas, iż-żamma ta’ kopertura ta’ ħaxix naturali permanenti jew l-implimentazzjoni ta’ ħdim tal-ħamrija jistgħu jikkawżaw problemi tekniċi (mekkanizzazzjoni, materjal, għodod). Fid-dwieli baxxi, il-kopertura ta’ ħaxix naturali żżid ukoll ir-riskju ta’ ġlata tar-rebbiegħa. Barra minn hekk, il-preżenza ta’ kopertura ta’ veġetazzjoni għandha impatt saħansitra ikbar fuq il-provvista tal-ilma fid-dwieli aktar ma tkun għolja d-densità tat-tħawwil. B’kuntrast ma’ dan, id-dwieli li jitħawlu wara l-approvazzjoni tas-CDC għandhom jikkonformaw, b’għarfien sħiħ tal-fatti, mal-miżuri agroambjentali introdotti, irrispettivament mid-densità tagħhom u l-ispazjar bejn ir-ringieli.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
12. Żamma tar-rekords
Fil-punt 3 tat-taqsima II tal-Kapitolu 2, il-kliem “b’qawwa” huwa sostitwit b’“naturali”.
B’mod konformi mal-kliem użat fl-ispeċifikazzjonijiet kollha taż-żona Anjou Saumur, il-kliem “qawwa alkoħolika skont il-volum naturali” huwa ssostitwit bl-espressjonijiet “qawwa” jew “grad”. Permezz ta’ dawn l-emendi l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jinqraw aktar faċilment. L-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar iż-żamma ta’ rekords hija maħsuba biex tippermetti t-tfassil tal-pjan ta’ spezzjoni u l-kontroll ta’ dawk ir-reġistri.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
13. Punti ewlenin li jridu jiġu kkontrollati
Il-Kapitolu 3 ġie rivedut biex issir aktar konsistenti l-formulazzjoni tal-punti ewlenin li għandhom jiġu vverifikati fl-ispeċifikazzjonijiet għaż-żona ta’ Anjou Saumur.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem tal-prodott
Cabernet d’Anjou
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
1. Inbid
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
L-inbejjed huma nbejjed rożè mhux fervexxenti b’dawn il-karatteristiċi analitiċi:
L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika volumetrika naturali minima ta’ 10,5 %.
Il-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) fl-inbid wara l-fermentazzjoni huwa daqs jew aktar minn 10 grammi għal kull litru.
L-inbejjed ma għandhomx jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13 % wara l-arrikkiment.
Il-kontenut ta’ aċidu volatili, aċidità totali, kontenut totali ta’ diossidu tal-kubrit huwa dak stabbilit bil-leġiżlazzjoni Komunitarja, iżda kull kunsinna ta’ nbid mhux ippakkjat eliġibbli għall-approvazzjoni “kmieni” jew “ġdid” għandha aċidità volatili ta’ inqas minn jew daqs 10,2 milliekwivalenti għal kull litru.
L-inbejjed għandhom zokkor fermentabbli u ħlewwa li hija ftit jew wisq sinifikanti. L-espressjoni aromatika intensa tagħhom tiżvela l-ispeċifiċità tal-varjetajiet ta’ dwieli. Madankollu, il-frott jibqa’ inevitabbli (ħawħ, frawli, frott taċ-ċitru, eċċ.). Fil-ħalq, jippreżentaw togħma bbilanċjata bejn il-freskezza u r-rotondezza. Il-persistenza aromatika tagħhom hija intensa.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika attwali minima (f’% tal-volum) |
10 |
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Id-diossidu tal-kubrit totali massimu (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Densità ta’ tħawwil — Spazjar
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4000 pjanta għal kull ettaru. Dawn id-dwieli ma jistgħux ikollhom distanza bejn ir-ringieli ta’ aktar minn 2,50 metru u spazjar bejn ix-xtieli fuq l-istess livell ta’ inqas minn 1 metru. L-irqajja’ ta’ dwieli b’densità ta’ tħawwil ta’ inqas minn 4000 pjanta għal kull ettaru iżda li jkunu iktar minn jew ugwali għal 3300 xitla għal kull ettaru għandhom jibbenefikaw, għall-ħsad, mid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta suġġetta għall-konformità mad-dispożizzjonijiet relatati mar-regoli li jikkonċernaw l-irbit u l-għoli tal-weraq stabbiliti f’dawn l-ispeċifikazzjonijiet. Dawn l-irqajja’ tad-dwieli ma jistax ikollhom distanza bejn ir-ringieli ta’ aktar minn 3 metri u spazjar bejn ix-xtieli fuq l-istess ringiela ta’ inqas minn 1 metru.
Regoli dwar l-iżbir u l-irbit tad-dwieli
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-dwieli jinżabru, f’daqs imħallat, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April, b’massimu ta’ 14-il rimja għal kull xitla u massimu ta’ 8 rimjiet fuq l-injam twil.
L-għoli tal-weraq marbut għandu jkun mill-inqas 0,6 darbiet daqs l-ispazjar bejn ir-ringieli, u l-għoli tal-weraq marbut għandu jitkejjel bejn il-limitu l-aktar baxx tal-weraq, tal-inqas 0,4 m ’il fuq mill-art, u l-limitu massimu tat-tirqim, li għandu jkun tal-inqas 0,2 m ’l fuq mill-wiċċ ta’ fuq tal-irbit.
L-irqajja’ tad-dwieli b’densità ta’ tħawwil ta’ anqas minn 4 000 xitla għal kull ettaru iżda aktar minn jew daqs 3 300 xitla għal kull ettaru huma wkoll soġġetti għar-regoli ta’ rbit li ġejjin: l-għoli minimu ta’ arbli tal-irbit mhux fl-art għandu jkun ta’ 1,9 metru; L-irbit jikkonsisti f’4 livelli ta’ wajer; l-għoli minimu tal-wajer ta’ fuq għandu jkun ta’ 1,85 metru ’l fuq mill-art.
Tisqija
Prattika tal-kultivazzjoni
L-irrigazzjoni hija pprojbita.
Prattika enoloġika speċifika
L-użu ta’ faħam għall-użu enoloġiku, waħdu jew imħallat fi preparazzjonijiet, huwa pprojbit.
L-użu ta’ laqx tal-injam huwa pprojbit.
L-inbejjed ma għandhomx jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13 % wara l-arrikkiment.
Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, l-inbejjed għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-livell tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu f’dak li għandu x’qasam mal-prattiki enoloġiċi użati.
b. Rendimenti massimi
69 ettolitru għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
L-istadji kollha tal-produzzjoni tal-inbejjed eliġibbli għad-denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata “Cabernet d’Anjou” iseħħu fiż-żona ġeografika, li l-perimetru tagħha jinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2018:
|
— |
id-département ta’ Deux-Sèvres: Argenton-l’Église, Bouillé-Loretz, Brion-près-Thouet, Louzy, Mauzé-Thouarsais, Oiron, Saint-Cyr-la-Lande, Sainte-Radegonde, Sainte-Verge, Saint-Martin-de-Mâcon, Saint-Martin-de-Sanzay, Thouars, Tourtenay, Val en Vignes (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Bouillé-Saint-Paul u Cersay); |
|
— |
Id-département ta’ Maine-et-Loire: Allonnes, Angers, Antoigné, Artannes-sur-Thouet, Aubigné-sur-Layon, Beaulieu-sur-Layon, Bellevigne-en-Layon (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Champ-sur-Layon, Faveraye-Mâchelles, Faye-d’Anjou, Rablay-sur-Layon u Thouarcé), Blaison-Saint-Sulpice (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Blaison-Gohier et Saint-Sulpice), Bouchemaine, Brain-sur-Allonnes, Brézé, Brissac Loire Aubance (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Alleuds, Brissac-Quincé, Charcé-Saint-Ellier-sur-Aubance, Chemellier, Coutures, Luigné, Saint-Rémy-la-Varenne, Saint-Saturnin-sur-Loire u Vauchrétien), Brossay, Cernusson, Chacé, Chalonnes-sur-Loire, Champtocé-sur-Loire, Chaudefonds-sur-Layon, Chemillé-en-Anjou (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Chanzeaux, La Jumellière u Valanjou), Cizay-la-Madeleine, Cléré-sur-Layon, Le Coudray-Macouard, Courchamps, Denée, Dénezé-sous-Doué, Distré, Doué-en-Anjou (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Brigné, Concourson-sur-Layon, Doué-la-Fontaine, Forges, Meigné, Montfort, Saint-Georges-sur-Layon u Les Verchers-sur-Layon), Épieds, Fontevraud-l’Abbaye, Les Garennes sur Loire (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Juigné-sur-Loire u Saint-Jean-des-Mauvrets), Gennes-Val-de-Loire (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Chênehutte-Trèves-Cunault, Gennes, Grézillé, Saint-Georges-des-Sept-Voies u Le Thoureil), Huillé, Ingrandes-Le Fresne sur Loire (li qabel kien territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Ingrandes), Jarzé Villages (li qabel kien territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Lué-en-Baugeois), Louresse-Rochemenier, Lys-Haut-Layon (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Cerqueux-sous-Passavant, La Fosse-de-Tigné, Nueil-sur-Layon, Tancoigné, Tigné, Trémont u Vihiers), Mauges-sur-Loire (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Mesnil-en-Vallée, Montjean-sur-Loire, La Pommeraye, Saint-Florent-le-Vieil, Saint-Laurent-de-la-Plaine u Saint-Laurent-du-Mottay), Mazé-Milon (li qabel kien territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Fontaine-Milon), Montilliers, Montreuil-Bellay, Montsoreau, Mozé-sur-Louet, Mûrs-Erigné, Orée d’Anjou (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Bouzillé, Champtoceaux, Drain, Landemont, Liré u La Varenne), Parnay, Passavant-sur-Layon, La Possonnière, Le Puy-Notre-Dame, Rochefort-sur-Loire, Rou-Marson, Saint-Cyr-en-Bourg, Sainte-Gemmes-sur-Loire, Saint-Georges-sur-Loire, Saint-Germain-des-Prés, Saint-Just-sur-Dive, Saint-Macaire-du-Bois, Saint-Melaine-sur-Aubance, Saumur, Savennières, Soulaines-sur-Aubance, Souzay-Champigny, Terranjou (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Chavagnes, Martigné-Briand u Notre-Dame-d’Allençon), Tuffalun (li qabel kien territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Ambillou-Château, Louerre u Noyant-la-Plaine), Turquant, Les Ulmes, Val-du-Layon (li qabel kienu territorji tal-muniċipalitajiet iddelegati ta’ Saint-Aubin-de-Luigné u Saint-Lambert-du-Lattay), Varennes-sur-Loire, Varrains, Vaudelnay, Villevêque; |
|
— |
id-département ta’ Vienne: Berrie, Curçay-sur-Dive, Glénoux, Pouançay, Ranton, Saint-Léger-de-Monbris, Sax, Ternay, Les trois-Mouse. |
7. Varjetajiet tad-dwieli ewlenin
Cabernet-Sauvignon N
Cabernet franc N
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Informazzjoni dwar iż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tkopri żewġ formazzjonijiet ġeoloġiċi ewlenin fejn il-vinja tokkupa prinċipalment l-għoljiet tax-xmajjar u xi pjanuri: fil-Punent, is-sodda tal-blat Prekambrijana u Paleożoika huma marbuta mal-Massiv Armorikan; fil-Lvant, is-sottostrat Mesożojku u Ċenożojku fil-baċin ta’ Pariġi jgħatti s-sodda tal-blat qadima. Din il-karatteristika ġeoloġika tiddistingwi l-parti tal-Punent taż-żona ġeografika, li hija kkaratterizzata mill-preżenza tax-shale, b’mod partikolari ta’ barrieri tal-lavanja, u magħrufa lokalment bħala “Anjou noir” (Anjou iswed), fil-parti tal-Lvant taż-żona ġeografika, ikkaratterizzata mill-preżenza tal-ġebla tal-franka (Saumur) u magħrufa lokalment bħala “Anjou blanc” (Anjou abjad).
Iż-żona ġeografika, li storikament hija assoċjata ma’ dik li qabel kienet il-provinċja ta’ Anjou, fl-2018 tkopri essenzjalment in-nofs t’isfel tad-département ta’ Maine-et-Loire (70 muniċipalità), kif ukoll is-sezzjonijiet tat-Tramuntana tad-départements ta’ Deux-Sèvres (14-il muniċipalità) u Vienne (9 muniċipalitajiet).
L-irqajja’ demarkati għall-ħsad tal-għeneb għandhom ħamrija li tirriżulta minn formazzjonijiet ġeoloġiċi differenti. Għalkemm huma differenti ħafna, dawn it-tipi ta’ ħamrija huma ġeneralment fqar u għandhom riżerva tal-ilma moderata. Għandhom ukoll imġiba termali tajba.
Iż-żona ġeografika tgawdi minn klima oċeanika moderata b’varjazzjonijiet ta’ temperatura pjuttost baxxi, meta jitqiesu l-viċinanza relattiva tal-Oċean Atlantiku, ir-rwol tal-Loire u t-tributarji tagħha, kif ukoll it-tħawwil tal-vinji fuq l-għoljiet. Biex ma nsemmux il-“ħlewwa ta’ Anjou”, espressjoni li tapplika b’mod aktar speċifiku matul ix-xitwa, fir-rebbiegħa twila u fil-ħarifa, filwaqt li t-temperaturi għoljin huma frekwenti fis-sajf. L-għoljiet fil-Majjistral u x-Xlokk għandhom rwol protettiv fil-konfront tar-riħ mill-Punent li spiss ikun umdu. Iż-żona ġeografika hija għalhekk kemxejn niedja, u tibbenefika minn effett ta’ fœhn, hija protetta mill-umdità tal-oċeani, minħabba r-riżalti ogħla ta’ Choletais u Mauges. Ix-xita annwali tammonta għal madwar 585 mm filwaqt li hija madwar 800 mm f’Choletais.
L-eżistenza ta’ vinja hija rikonoxxuta f’Anjou sa mill-ewwel seklu WK u dan fuq bażi kontinwa. Id-dwieli rnexxew hemmhekk, kif tixhed din is-silta mill-poeżija ta’ Apollonius (is-sitt seklu): “Mhux bogħod mill-Bretanja hemm belt mibnija fuq il-blat, imbierka minn Ceres u Bacchus, li nislet minn isem Grieg isimha ta’ Andégave (Angers).” Għalkemm il-vinja ta’ Anjou żviluppat matul il-Medjuevu, meta ġiet stabbilita taħt l-awspiċju tal-monasteri max-xtut tal-Loire u madwar Angers, din kisbet prinċipalment ir-reputazzjoni tagħha sa mis-sekli tnax u tlettax. Sussegwentement, l-influwenza tar-Renju ta’ Henri II u ta’ Aliénor d’Aquitaine ppermettiet lill-“vin d’Anjou” (inbid ta’ Anjou) biex jasal fuq l-ifjen imwejjed.
Il-produzzjoni kibret b’mod sinifikanti mis-seklu sittax, bis-saħħa tal-wasla tal-sensara Olandiżi li kienu qegħdin ifittxu nbejjed għal pajjiżhom u għall-kolonji tagħhom. L-Olandiżi kienu jixtru provvisti kbar u l-kummerċ tant iffjorixxa li fis-seklu tmintax, sabiex jiġi promoss it-trasport, inbena l-kanal Layon li jaqsam iż-żona ġeografika. Madankollu, il-fama kbira tal-“vins d’Anjou” nisslet ir-regħba u nħolqu ħafna taxxi (droit de cloison, de boîte, d’appetissement, de huitième, de passe-debout, eċċ.) li kellhom impatt negattiv fuq il-kummerċ. Id-devastazzjoni tal-gwerer ta’ Vendée wasslu għall-qerda tal-vinja. Il-prosperità twieldet mill-ġdid fis-seklu dsatax. Fl-1881, il-vinja kienet tkopri żona ta’ 45 000 ettaru, li minnhom 10 000 ettaru kienu għadhom jeżistu fl-1893, wara l-invażjoni tal-fillosera.
L-“Anjou” huwa magħruf, essenzjalment, għall-produzzjoni ta’ nbejjed bojod prodotti mill-varjetà ta’ għeneb chenin B. Madankollu, it-tħawwil tal-varjetà ta’ għeneb cabernet franc N, u ftit iktar tard il-varjetà ta’ għeneb cabernet-sauvignon N, żdiedu wara l-kriżi tal-fillosera. Il-proċess tal-produzzjoni tal-inbid kien primarjament immirat, fil-bidu tas-seklu 20, lejn l-iżvilupp tar-“rouget”, l-isem lokali għal inbid ħafif ikkunsmat fil-kafetteriji, u huwa l-ewwel stadju fit-trasformazzjoni tal-vinja ta’ Anjou. Assoċjati mal-varjetajiet tal-għeneb Grolleau N u grolleau gris G, li jagħtu nbejjed “ċari” u kemxejn ikkuluriti, b’mod aċċessorju għall-varjetajiet ta’ dwieli Gamay N u Pineau d’Aunis N, dawn jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ produzzjoni kbira ta’ nbejjed rożè ikoniċi, magħrufa u rikonoxxuti taħt id-denominazzjonijiet ta’ oriġini “Cabernet d’Anjou” u “Rosé d’Anjou”. It-tieni stadju ta’ din il-bidla hija bbażata fuq l-esperjenza miksuba mill-produtturi fil-ġestjoni ta’ dan il-prodott veġetali. L-osservazzjoni u l-analiżi tal-aqwa tqabbil bejn il-varjetà tad-dielja u s-siti tat-tħawwil tagħha, l-apprezzament tal-potenzjal tal-ħsad u l-kontroll tat-tekniki tal-produzzjoni tal-inbid wasslu għall-iżvilupp tal-produzzjoni tal-inbejjed ħomor sa mis-snin 1960.
Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodotti
L-inbejjed rożè għandhom zokkor fermentabbli u ħlewwa pjuttost sinifikanti. L-espressjoni aromatika tagħhom hija intensa, li tiżvela l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull varjetà ta’ dielja. Madankollu, il-frott jibqa’ inevitabbli (ħawħ, frawli, frott taċ-ċitru, eċċ.). Fil-ħalq, jippreżentaw togħma bbilanċjata bejn il-freskezza u r-rotondezza. Il-persistenza aromatika tagħhom hija intensa.
Interazzjonijiet kawżali
Inbejjed mhux fervexxenti
It-taħlita ta’ vinja tat-tramuntana ma’ pajsaġġ partikolari, bi klima tajba, kif ukoll b’ġeoloġija u pedoloġija oriġinali, tagħti lill-inbejjed identità tat-togħma li hija espressa permezz tal-freskezza tal-inbejjed.
Id-diversità ta’ sitwazzjonijiet tal-inbejjed li tippreżenta sitwazzjonijiet ġeografiċi differenti tat lill-produtturi l-opportunità li jsibu, għal kull waħda mill-varjetajiet tad-dwieli użati, il-kundizzjonijiet tagħhom ta’ espressjoni ottimali. L-osservazzjoni u l-analiżi mwettqa mill-produtturi tal-inbid dwar l-imġieba tad-dwieli tagħhom jippermettulhom jiddefinixxu stabbiliment xieraq tal-vinja.
9. Kundizzjonijiet essenzjali oħra (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas ġuridiku:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika ddefinita
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Iż-żona ta’ prossimità immedjata ddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed eliġibbli għad-denominazzjoni kkontrollata tal-oriġini “Cabernet d’Anjou” għandha tikkonsisti fit-territorji tal-muniċipalitajiet li ġejjin, fuq il-bażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2018:
|
— |
id-département ta’ Indre-et-Loire: Saint-Nicolas-de-Bourgueil; |
|
— |
id-département ta’ Loire-Atlantique: Ancenis, Le Loroux-Bottomreau, Le Palet, La Remudière, Vai-sur-Loire (l-ewwel territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Anetz), Vallet; |
|
— |
id-département ta’ Maine-et-Loire: Orée d’Anjou (li qabel kien it-territorju tal-muniċipalità ddelegata ta’ Saint-Laurent-des-Autel), Saint-Martin-du-Fousseux. |
Tikkettar
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jkun ikkompletat bl-indikazzjoni “primeur” (inbid bikri) jew “nouveau” (ġdid), skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet.
L-indikazzjonijiet fakultattivi li l-użu tagħhom jista’, skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji, jiġi rregolat mill-Istati Membri, għandhom jinkitbu b’karattri li d-daqs tagħhom, f’għoli, wisa’ u ħxuna ma jkunx aktar mid-doppju ta’ dawk il-karattri li jifformaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kontrollata.
L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jkun ikkompletat bid-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Val de Loire” skont ir-regoli stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet. Id-daqs tal-ittri tad-denominazzjoni ġeografika “Val de Loire” ma għandux ikun akbar, kemm fl-għoli u kemm fil-wisa’, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jifformaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.
L-inbejjed li jikkwalifikaw għall-indikazzjoni “primeur” (inbid bikri) jew “nouveau” (ġdid) għandhom jiġu ppreżentati b’mod obbligatorju bl-indikazzjoni tas-sena.
It-tikkettar tal-inbejjed jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, bil-kundizzjoni li: - tkun post irreġistrat; - tkun tinsab fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad. L-isem tal-post irreġistrat għandu jkun stampat b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx ogħla u usa’ minn nofs id-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.
Link għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-c7cad5d3-da9f-4088-aebd-c22f0626c5c3
|
7.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/22 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2020/C 42/06)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Muscadet Sèvre et Maine”
Numru ta’ referenza: PDO-FR-A0494-AM01
Data tal-komunikazzjoni: 14.11.2019
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Ismijiet ġeografiċi addizzjonali
Ġew rikonoxxuti erba’ ismijiet ġeografiċi addizzjonali għad-denominazzjoni “Muscadet Sèvre et Maine”, jiġifieri “Château-Thébaud”, “Goulaine”, “Monnières - Saint-Fiacre” u “Mouzillon - Tillières” (Artikolu 120(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013).
Dawn l-emendi wasslu għal emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fil-punti tal-Kapitolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li ġejjin (li jittrattaw id-dispożizzjonijiet relatati mal-ismijiet ġeografiċi addizzjonali tad-denominazzjoni Muscadet Sèvre et Maine, l-erba’ IĠA ġodda li jinkorporaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-IĠA eżistenti):
|
— |
II(2) dwar l-IĠ |
|
— |
IV(1)(b) dwar iż-żona ġeografika |
|
— |
IV(2)(b) dwar iż-żona tal-irqajja’ ta’ art demarkata |
|
— |
IV(3)(b) dwar iż-żona fil-viċinanza immedjata |
|
— |
VI(1)(b) dwar ir-regoli taż-żbir |
|
— |
VI(1)(d) dwar it-tagħbija massima fuq kull roqgħa art |
|
— |
VII(2)(a) dwar ir-rikkezza f’zokkor tal-għeneb |
|
— |
VII(2)(b) dwar il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum |
|
— |
VIII(1) dwar ir-rendiment |
|
— |
VIII(2)(b) dwar id-dħul fil-produzzjoni ta’ dwieli żgħar |
|
— |
IX(2)(b) u (c) dwar il-maturazzjoni fil-fond tal-inbid |
|
— |
IX(3)(d) dwar l-ippakkjar fil-kantini tal-inbid |
|
— |
IX(5) dwar id-data tat-tqegħid fis-suq |
|
— |
XII(2)(c) dwar l-indikazzjoni tal-vendemmja |
Dawn l-emendi wasslu għal emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fil-punti tal-Kapitolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li ġejjin (li jittrattaw id-dispożizzjonijiet relatati mal-ismijiet ġeografiċi addizzjonali tad-denominazzjoni Muscadet Sèvre et Maine, l-erba’ IĠA ġodda li jinkorporaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-IĠA eżistenti):
|
— |
I(1) dwar id-dikjarazzjoni tal-allokazzjoni tal-irqajja’ ta’ art |
|
— |
I(2) dwar id-dikjarazzjoni tat-talba |
|
— |
I(4)(b) dwar id-dikjarazzjoni tal-ippakkjar |
Dawn l-erba’ ismijiet ġeografiċi addizzjonali ġodda huma kollha territorji speċifiċi:
|
— |
“Château-Thébaud”, li l-orjentazzjoni tal-Punent tagħha, fil-promontorji li jmissu mal-Maine, twassal għal klima favorevoli għall-prekoċità u li l-ħamrija, li tintiret mill-gneiss u mill-granodijoriti, tippermetti għeruq fil-fond tad-dwieli, twassal għal mosti rikki f’aċidi organiċi li, wara maturazzjoni twila, jiffavorixxu l-espressjoni ta’ nbejjed fini u msaffija li jevokaw il-freskezza u l-mineralità; |
|
— |
“Goulaine”, fejn l-art, żviluppata fuq blat metamorfiku kemxejn mibdul, fi klima moderata sew mill-viċinanza tal-Loire u tal-bwar, tiffavorixxi l-maturazzjoni rapida tal-għeneb li, grazzi għal ħsad bikri waqt maturità sħiħa, tagħti nbejjed espressivi, ibbilanċjati u flessibbli bl-aromi ta’ frott frisk u ta’ frott imnixxef; |
|
— |
“Monnières – Saint-Fiacre”, li tinsab fuq il-muntanji u l-għoljiet li jmissu mas-Sèvre, li l-ħamrija tagħhom żviluppata fuq gneiss ftit li xejn aċiduż, diżaggregata jew mibdula, twassal għal kinetika ta’ maturazzjoni mhux rapida, li tippermetti l-kisba ta’ maturitajiet għoljin li jwasslu għal inbejjed abbundanti u qawwija, b’noti ta’ frott misjur li jevolvu lejn il-konfettura tal-frott; |
|
— |
“Mouzillon – Tillières”, fil-Lvant tal-vinja, fejn l-interazzjoni bejn klima aktar kontinentali u ħamrija ramlija u taflija ffurmata fuq gabbros ftit li xejn mibdul tiffavorixxi maturazzjoni avvanzata, u tagħti nbejjed li maż-żmien, wara maturazzjoni bir-reqqa, jesprimu aromi intensi li jevokaw noti ta’ brioche, ta’ ħwawar, ta’ frott u ta’ fjuri; |
Għaldaqstant id-Dokument Uniku ġie emendat.
2. Żona ġeografika demarkata
Għalhekk, ir-reviżjoni taż-żona ġeografika demarkata tad-denominazzjoni “Muscadet Sèvre et Maine” tinkludi:
|
— |
l-inklużjoni ta’ żewġ komuni (Remouillé u Saint-Hilaire-de-Clisson) u ta’ sitt partijiet mill-komuni (Le Bignon, Gétigné, Montbert, Les Sorinières, Cugand u Saint-Hilaire-de-Loulay), li kollha jiġu miż-żona ġeografika tad-denominazzjoni reġjonali “Muscadet” |
|
— |
l-esklużjoni ta’ parti minn komun (Le Loroux-Bottereau) wara xogħol biex tissaħħaħ il-vinja fuq il-partijiet fejn tinżamm vitikultura ta’ kwalità. |
Barra minn hekk, saru emendi editorjali: il-lista l-ġdida tal-entitajiet amministrattivi tqis il-fużjonijiet jew emendi oħra fiż-żoni amministrattivi li seħħew minn meta ġiet approvata l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Għal aktar ċertezza legali, din ġiet elenkata skont il-verżjoni fis-seħħ tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali, ippubblikat kull sena mill-INSEE.
Għalhekk, id-Dokument Uniku dwar iż-żona ġeografika demarkata u dwar ir-rabta mal-oriġini ġie emendat kif xieraq.
3. Żona tal-irqajja’ ta’ art demarkata
Fil-punt IV(2) tal-Kapitolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, wara l-kliem “19 ta’ Mejju 2011”, żdiedu l-kliem “u tal-20 ta’ Ġunju 2018”, u wara l-kliem “10 ta’ Frar 2011” żdiedu l-kliem “u tat-3 ta’ Mejju 2017”
L-għan ta’ din l-emenda huwa li jiżdiedu d-dati tal-approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ emenda taż-żona tal-irqajja’ ta’ art demarkata fi ħdan iż-żona ġeografika tal-produzzjoni. Id-demarkazzjoni tal-irqajja’ ta’ art tikkonsisti fl-identifikazzjoni ta’ dawk l-irqajja’ ta’ art fi ħdan iż-żona ġeografika tal-produzzjoni li huma tajbin għall-produzzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta kkonċernata.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
4. Żona fil-viċinanza immedjata
Iż-żona fil-viċinanza immedjata ġiet aġġornata wara l-fużjoni tal-komun u r-reviżjoni taż-żona ġeografika. Iż-żona globali tal-vinifikazzjoni tad-denominazzjoni ma ġietx emendata.
Għalhekk, il-punt 9 tad-Dokument Uniku dwar ir-rekwiżiti addizzjonali ġie emendat kif xieraq.
5. Dispożizzjoni agroambjentali
Fil-punt VI(2) tal-Kapitolu 1, ġie miżjud: “Bejn ir-ringieli kollha tad-dwieli maħsuba għall-produzzjoni ta’ nbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-ismijiet ġeografiċi addizzjonali “Château-Thébaud”, “Clisson”, “Gorges”, “Goulaine”, “Monnières – Saint-Fiacre”, “Mouzillon – Tillières” u “Le Pallet”, il-kontroll tal-veġetazzjoni, miżrugħa jew selvaġġa, huwa żgurat b’mezzi mekkaniċi jew fiżiċi.”
Din l-emenda takkumpanja l-iżvilupp attwali tal-prattiki tal-operaturi favur l-agroekoloġija. Din tirrifletti l-kunsiderazzjoni dejjem tikber tat-tħassib ambjentali fl-itinerarji tekniċi. Il-promozzjoni tal-kontroll tal-veġetazzjoni b’mod mekkaniku twassal għal tnaqqis fl-użu ta’ erbiċidi kimiċi.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
6. Trasport
Fil-punt VII(1) ġie miżjud “(b) - Dispożizzjonijiet speċifiċi għat-trasport tal-ħsad tal-għeneb
Il-ħsad għall-produzzjoni ta’ nbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-ismijiet ġeografiċi addizzjonali “Château-Thébaud”, “Clisson”, “Gorges”, “Goulaine”, “Monnières – Saint-Fiacre”, “Mouzillon – Tillières” u “Le Pallet” huwa protett mix-xita matul it-trasport mill-post tal-ħsad sal-faċilitajiet tat-tagħsir u, sabiex jiġi evitat kwalunkwe tnaqqis tiegħu, il-piż massimu tal-għeneb għal kull barmil huwa ta’ 8 000 kg.8 000 kg.”
Il-limitazzjoni tal-piż tal-għeneb fil-bramel tippermetti li jiġi limitat id-deterjorament tal-għeneb matul it-trasport sabiex tiġi żgurata l-kwalità massima għall-isimijiet ġeografiċi addizzjonali.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
7. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
F’IX(1) ġiet miżjuda s-sentenza “Huma jkunu għadhom fuq il-fond fin ta’ vinifikazzjoni tagħhom fil-ħin tal-ippakkjar jew tal-ewwel dispaċċ tagħhom barra l-kantini tal-inbid.”
Iż-żamma fuq il-fond fin ta’ vinifikazzjoni tagħhom tippermetti li jinġiebu l-karatteristiċi kollha għal prodotti li huma orjentati lejn it-togħma matura. Dan jippermetti li tiġi affermata u msaħħa s-segmentazzjoni tad-denominazzjonijiet differenti tal-Muscadet.
Għalhekk, id-Dokument Uniku dwar il-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid ġie emendat kif xieraq.
8. Trattament bis-sħana
Tneħħiet il-projbizzjoni dwar l-użu ta’ trattamenti bis-sħana fuq l-inbid bl-użu ta’ temperaturi ’l fuq minn 40 °C. L-għan tal-emenda huwa li tipprovdi lill-operaturi bil-mezzi tekniċi meħtieġa kollha biex jiġu mmaniġġjati l-effetti tal-vendemmji diffiċli li huma kkaratterizzati minn devjazzjonijiet organolettiċi tat-tip “Goût Moisi Terreux”. It-teknika tat-tisħin tal-most, imsejħa termovinifikazzjoni, hija ferm anqas ta’ tfixkil għall-inbejjed f’dak li jirrigwarda t-tnaqqis fil-ħxuna u t-traqqiq minn dik tal-użu tal-faħam enoloġiku meso-poruż.
Din il-projbizzjoni tinżamm għas-seba’ ismijiet ġeografiċi addizzjonali.
Għalhekk, id-Dokument Uniku dwar il-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid ġie emendat kif xieraq.
9. Ippakkjar
Il-tmiem tal-perjodu tal-ippakkjar tal-inbejjed li jibbenefikaw mill-kliem “sur lies” (fil-fond) ġie estiż mit-30 ta’ Novembru għall-31 ta’ Diċembru. L-emenda tippermetti li jiġi estiż il-perjodu ta’ bbottiljar tal-inbejjed bil-kliem “sur lie” (fil-fond) b’xahar sabiex jiġi ottimizzat il-perjodu ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ din il-kategorija mingħajr, madankollu, ma jinbidel il-karattru ta’ togħma matura assoċjat ma’ dan il-kliem.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
10. Ċirkolazzjoni
Tħassar il-punt IX(5)(b) tal-Kapitolu 1 dwar id-data tal-kummerċjalizzazzjoni tal-inbejjed bejn id-depożitanti awtorizzati.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
11. Rabta
Ir-rabta ġiet riveduta biex tinkludi referenzi għall-erba’ ismijiet ġeografiċi addizzjonali ġodda;
Għalhekk, id-Dokument Uniku dwar iż-żona ġeografika demarkata ġie emendat kif xieraq.
12. Tikkettar
F’XII(2) ġie miżjud
|
“(b) |
L-ismijiet ġeografiċi addizzjonali jinkitbu fl-istess post viżiv bħall-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata. Id-daqs tal-ittri li jiffurmawhom għandu jkun daqs l-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata, kemm mill-għoli kif ukoll mill-wisa’ u mill-ħxuna.” |
|
“(d) |
It-tikkettar tal-inbejjed li ma jibbenefikawx mill-isem ġeografiku addizzjonali jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, bil-kundizzjoni li: |
|
— |
jkun post irreġistrat; |
|
— |
dan il-post ikun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad. |
L-isem tal-post irreġistrat għandu jiġi stampat b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx akbar, kemm mill-għoli kif ukoll mill-wisa’ u mill-ħxuna, min-nofs id-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata. Dan jidher fl-istess post viżiv bħall-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.”
Għalhekk, il-punt 9 tad-Dokument Uniku dwar ir-rekwiżiti addizzjonali ġie emendat kif xieraq.
13. Obbligi ta’ dikjarazzjoni
Id-data tal-għeluq tad-dikjarazzjoni ta’ talba mxiet mill-15 ta’ Diċembru għall-31 ta’ Diċembru.
Id-dikjarazzjoni minn qabel ta’ tranżazzjoni ġiet emendata f’dikjarazzjoni minn qabel ta’ dispaċċ.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
14. Irtirar
Id-dettalji tad-dikjarazzjoni ta’ rtirar ġew speċifikati.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
15. Reġistru
Saru bidliet editorjali fiż-żamma tar-reġistri.
|
— |
Fil-Kapitolu II(II)(2):
|
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
16. Punti ewlenin li jridu jiġu kkontrollati
Il-Kapitolu 3 ġie rivedut għall-konsistenza fil-kliem tal-punti ewlenin li jridu jiġu kkontrollati fl-Ispecifikazzjonijiet tal-Prodott taż-żona tal-pajjiż ta’ Nantes.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem tal-prodott
Muscadet Sèvre et Maine
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
1. Inbid
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
L-inbejjed huma bojod, xotti u mhux frizzanti.
L-inbejjed għandhom:
|
— |
qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 10 %;
|
||||||||||||||||||
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 6 500 pjanta għal kull ettaru.6 500 pjanta għal kull ettaru.
Id-distanza bejn ir-ringieli m’għandhiex tkun aktar minn 1,5 metru u d-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela għandha tkun bejn 0,9 metru u 1,1 metru.
Id-dwieli jinżabru b’massimu ta’ tnax-il rimja għal kull pjanta:
|
— |
jew b’żabra bi friegħi qosra b’massimu ta’ ħames friegħi għal kull pjanta; |
|
— |
jew b’żabra tat-tip Guyot sempliċi jew doppja. |
Iż-żabra tinkiseb qabel il-ftuħ jew l-istadju 5 tal-iskala ta’ Eichhorn u Lorentz.
Ikun xi jkun il-metodu taż-żabra, id-dwieli jistgħu jinżabru b’erba’ rimjiet addizzjonali għal kull pjanta bil-kundizzjoni li fl-istadju fenoloġiku li jikkorrispondi għal ħdax jew tnax-il werqa, in-numru taz-zkuk li jagħtu l-frott tas-sena għal kull pjanta ma jkunx aktar minn tnax.
Prattika enoloġika speċifika
Huwa pprojbit kwalunkwe trattament termiku tal-ħsad tal-għeneb għall-inbid fejn it-temperatura ma taqbiżx il-5 °C.
L-inbejjed ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 12 % wara l-arrikkiment.
Dawn jibbenefikaw minn maturazzjoni fuq il-fond fin ta’ vinifikazzjoni tagħhom mit-tmiem tal-fermentazzjoni alkoħolika u mill-anqas sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad. Dawn jibqgħu fuq il-fond fin ta’ vinifikazzjoni tagħhom fil-ħin tal-ippakkjar tagħhom jew tal-ewwel dispaċċ tagħhom barra l-kantini tal-inbid.
Minbarra d-dispożizzjonijiet ippreżentati hawn fuq, l-inbejjed jikkonformaw mal-obbligi li jinsabu fir-regolament Komunitarju u fil-Kodiċi rurali u tas-sajd marittimu f’dak li għandu x’jaqsam mal-prattiki enoloġiċi.
b. Rendimenti massimi
66 ettolitru għal kull ettaru.
6. Żona geografika demarkata
L-istadji kollha tal-produzzjoni għandhom isiru fiż-żona ġeografika approvata mill-Institut national de l’origine et de la qualité fil-laqgħa tal-kumitat nazzjonali kompetenti tal-15 ta’ Ġunju 2017. Il-perimetru ta’ din iż-żona, fid-data tal-approvazzjoni ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott mill-kumitat nazzjonali kompetenti, jinkludi t-territorju tal-komuni jew partijiet mill-komuni li ġejjin abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali għall-2018:
|
— |
Id-département tal-Loire-Atlantique: Aigrefeuille-sur-Maine, Basse-Goulaine, Le Bignon (parti), La Chapelle-Heulin, Château-Thébaud, Clisson, Divatte-sur-Loire (għat-territorju tal-komun delegat ta’ La Chapelle-Basse-Mer biss), Gétigné (parti), Gorges, La Haie-Fouassière, Haute-Goulaine, Le Landreau, Le Loroux-Bottereau (parti), Maisdon-sur-Sèvre, Monnières, Montbert (parti), Mouzillon, Le Pallet, La Regrippière, Remouillé, Saint-Fiacre-sur-Maine, Saint-Hilaire-de-Clisson, Saint-Julien-de-Concelles, Saint-Lumine-de-Clisson, Les Sorinières (parti), Vallet, u Vertou; |
|
— |
Id-département ta’ Maine-et-Loire: Sèvremoine għat-territorju tal-komuni delegati ta’ Saint-Crespin-sur-Moine u Tillières biss. |
|
— |
Id-département tal-Vendée: Cugand (parti) u Saint-Hilaire-de-Loulay (parti). |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Melon B
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Informazzjoni dwar iż-żona ġeografika
Il-vinja tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Muscadet Sèvre et Maine” hija kkaratterizzata minn topografija bl-għoljiet marbuta ma’ netwerk idrografiku partikolarment dens. Fil-Lvant tal-belt ta’ Nantes, fuq l-għoljiet li jagħtu fuq il-Loire u l-bur ta’ Goulaine, jew iktar fin-Nofsinhar fuq l-għoljiet tas-Sèvre, tal-Maine u tat-tributarji tagħhom, l-irqajja’ ta’ art tad-dwieli jokkupaw l-għoljiet u jsawru l-kampanja. Dan it-territorju jifforma l-parti ċentrali taż-żona ġeografika demarkata tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Muscadet” u jkopri parti mid-départements tal-Loire-Atlantique, ta’ Maine-et-Loire u tal-Vendée.
Madankollu, influwenzata sew mill-viċinanza tal-Oċean Atlantiku, il-klima taż-żona ġeografika għandha xi differenzi. Għalhekk, it-temperaturi fix-xitwa, ġeneralment moderati ħafna, huma partikolarment moderati fit-Tramuntana, qrib il-Loire u l-bur ta’ Goulaine, fejn tinsab id-denominazzjoni ġeografika addizzjonali “Goulaine”, kif ukoll fil-Punent taż-żona, fejn jinsab l-isem ġeografiku addizzjonali “Château-Thébaud”, li huwa aktar soġġett għall-influwenzi mill-oċean. Dawn huma konsiderevolment aktar kesħin lejn ix-Xlokk, fejn jinsabu l-ismijiet ġeografiċi addizzjonali “Mouzillon – Tillières”, “Gorges” u “Clisson”, aktar ’il bogħod mil-Loire u mill-bur ta’ Goulaine. Is-sjuf ġeneralment jibqgħu friski minħabba ż-żiffiet tal-oċeani, b’xita taħt il-medja u b’ammont kbir ta’ xemx.
L-istruttura ġeoloġika taż-żona ġeografika turi varjetà kbira ta’ blat li ġie stabbilit fl-era Primarja:
|
— |
l-iskisti tal-majka jiddominaw fit-Tramuntana u fil-Grigal, assoċjati, fit-truf tal-bur ta’ Goulaine, ma’ gneiss interċettat minn traċċi ta’ blat aħdar, ġabra metamorfika li tifforma l-bażi tal-isem ġeografiku addizzjonali “Goulaine”; |
|
— |
fil-Lvant, hemm grupp kompatt ta’ muntanji kbar ta’ gabbros, li jikkostitwixxi l-istruttura ġeoloġika tal-isem ġeografiku addizzjonali “Gorges” u li topera tul ix-xmara Sanguèze, fejn hemm l-isem ġeografiku addizzjonali “Mouzillon – Tillières”; |
|
— |
il-parti tal-Punent taż-żona ġeografika hija bbażata fuq sottostrat magħmul prinċipalment minn orthogneiss, kif ukoll minn gneiss ftit li xejn aċidużi u minn granodiorite li jiffurmaw il-bażi tal-isem ġeografiku addizzjonali “Château-Thébaud”; |
|
— |
fiċ-ċentru taż-żona ġeografika, l-isem ġeografiku addizzjonali “Le Pallet” jinsab f’settur fejn il-blat ftit li xejn inbidel u huwa maqsum sew, filwaqt li l-gneiss li fuqhom testendi l-vinja tal-isem ġeografiku addizzjonali “Monnières – Saint-Fiacre”, spiss ikollhom facies aktar mibdul; |
|
— |
fin-Nofsinhar, xaqq jiżola grupp kompatt ta’ muntanji ta’ granit aħrax, li huwa karatteristika taż-żona ġeografika tal-isem ġeografiku addizzjonali “Clisson”. |
Sedimenti ta’ blat tafli li huma ftit jew wisq rikki fiċ-ċagħaq ikopru l-bażi prinċipali lokalment.
Minkejja d-diversità tagħhom, dawn il-formazzjonijiet ħafna drabi jwasslu għal ħamrija kannella permeabbli, ramlija u ġeblija, xi drabi rikka fit-tafal fuq il-ħamrija ta’ taħt magħmula mill-gabbros. Skont l-użanzi, iż-żona tal-irqajja’ ta’ art għall-ħsad tal-għeneb tiddefinixxi biss l-irqajja’ ta’ art li għandhom ħamrija b’saħħitha, ftit li xejn fonda u moderatament fertili, tajba għat-tisħin u b’kapaċità limitata li żżomm l-ilma.
Fis-seklu VI, il-patri Saint Martin, li huwa l-fundatur tal-abbazija ta’ Vertou, kien l-ewwel wieħed li organizza l-vitikultura fuq l-għoljiet tas-Sèvre u tal-Maine. L-iżvilupp tal-vinja baqa’ għaddej tul il-Medju Evu, tul il-meded ta’ dawn iż-żewġ xmajjar, u dan ippermetta b’mod partikolari l-iżvilupp bikri tal-vinja tad-denominazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali “Château-Thébaud”, “Monnières – Saint-Fiacre” u “Le Pallet”. Mis-seklu XVI ’il quddiem, xprunata min-negozjar internazzjonali stabbilit f’Nantes, il-varjetà melon B fl-aħħar rabbiet l-għeruq fir-reġjun. L-isem “Muscadet” deher għall-ewwel darba fl-1635, fuq kirja miżmuma f’Gorges. Fi tmiem is-seklu XVIII, il-parroċċa ta’ Monnières kien diġà kellha kważi żewġ terzi tal-art tagħha bid-dwieli, sinjal tal-ispeċjalizzazzjoni tal-vitikultura tar-reġjun.
Wara r-rewwixti fil-marġini tal-gwerer ta’ Vendée fl-1793-1794, u mbagħad, il-ħsara kkawżata mill-fillosera, il-vitikultura adattat tekniki ġodda, bħat-tħawwil f’linji u ż-żabra tat-tip Guyot. Għalhekk, l-għarfien espert tal-produzzjoni ġie kkodifikat sew: adozzjoni tal-varjetà melon B biss, żamma ta’ densità għolja ta’ tħawwil, kontroll tat-tagħbija tad-dwieli u limitazzjoni tar-rendiment tagħhom, ħsad ta’ għeneb misjur kompletament.
Fil-kuntest tal-produzzjoni ta’ nbejjed rikki u kumplessi, l-operaturi adottaw itinerarju tekniku partikolari ta’ vinifikazzjoni, il-“metodu ta’ Nantes”, li jikkonsisti fiż-żamma tal-inbejjed fuq il-fond fin ta’ vinifikazzjoni tagħhom għal mill-inqas xitwa waħda mingħajr ebda tiswib tal-inbid minn ġo flixkun għal ieħor, għarfien espert li ġej mit-tendenza li kellhom il-produtturi, dik li jżommu bettija tal-aħjar inbid tagħhom fuq il-fond tiegħu b’antiċipazzjoni għall-festi li kienu jkunu ġejjin. Dan il-metodu ta’ maturazzjoni jwassal għat-togħma matura u xaħmija fl-inbejjed, b’arrikkiment, b’mod partikolari, fil-mannoproteini u f’komposti oħra li ġejjin mill-awtoliżi tal-qoxra ċellulari tal-ħmira. Barra minn hekk, dan il-metodu, li huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ tqandil tal-inbejjed u ż-żamma tagħhom f’atmosfera mgħobbija bil-gass tal-karbonju, li jillimita ferm il-fenomeni tal-ossidazzjoni u r-rilaxx tal-komposti volatili, jippermetti l-preżervazzjoni sar-rebbiegħa u lil hinn, tal-aromi ffurmati waqt il-fermentazzjoni alkoħolika. Matul il-maturazzjoni tagħhom, l-inbejjed jiġu wkoll arrikkiti b’aromi terzjarji. Fil-fatt, l-għeneb, il-most u l-inbejjed li ġejjin mill-varjetà melon B fihom konċentrazzjoni kbira ta’ prekursuri ta’ aromi glikosidiċi. Iffurmati minn aglikoni relatati maz-zokkor, dawn il-molekuli huma bla riħa. B’hekk, it-tneħħija tal-konnessjonijiet β-glukosidiċi, taħt l-azzjoni ta’ diversi proċessi kimiċi u enżimatiċi, tiġġenera komposti b’riħa qawwija, prinċipalment ta’ monoterpeni u ta’ C13-norisoprenojdi, bil-formazzjoni, b’mod partikolari, ta’ β-damaskon, sustanza magħrufa għar-rwol ta’ tisħiħ tagħha fir-rigward tal-aromi tal-frott tal-inbejjed. L-operaturi kisbu għarfien espert partikolari biex jipproteġu l-inbejjed minn kull ossidazzjoni fit-tank, u biex jipproċedu b’attenzjoni għall-ippakkjar tagħhom fil-fliexken, sabiex ir-rilaxx ta’ dawn il-fwejjaħ jibqa’ għaddej għall-itwal żmien possibbli u sabiex l-inbejjed isiru aktar kumplessi. Dawn l-użi xi kultant jiġu adattati għall-bidliet fl-ambjent, bħall-ħsad tal-għeneb misjur sew għad-denominazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali “Clisson”, “Monnières – Saint-Fiacre” u “Mouzillon – Tillières”, il-preżervazzjoni ta’ rata għolja ta’ aċidi organiċi fil-most għad-denominazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali “Gorges” u “Château-Thébaud”, il-ħsad bikri għall-isem ġeografiku addizzjonali “Goulaine” jew il-prattika ta’ maturazzjoni fit-tul tal-inbejjed fuq il-fond fin ta’ vinifikazzjoni tagħhom għall-aħjar cuvées. L-inbejjed li jibbenefikaw minn isem ġeografiku addizzjonali għandhom jinżammu fuq il-fond fin tagħhom sakemm jiġu ppakkjati. Dawn jiġu ppakkjati fi fliexken direttament fil-kantini tal-inbid biex jiġu limitati r-riskji ta’ ossidazzjoni u jitnaqqas it-telf ta’ aromi.
Bix-xewqa li jippreżervaw il-kwalità u l-fama tagħhom, mill-1925, il-produtturi tal-muniċipalità ta’ La Haie-Fouassière u ż-żoni tal-madwar kisbu b’mod legali l-possibbiltà li jiddikjaraw l-inbejjed tagħhom taħt l-isem “Muscadet Grands Crus de Sèvre et Maine”. Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Muscadet Sèvre et Maine” ġiet rikonoxxuta fl-1936. Ir-regolament speċifiku għall-kliem tradizzjonali “sur lie” (fil-fond) ġie ddefinit fl-1977 u sa mill-1994, ġie rifless permezz tal-ibbottiljar tal-inbejjed fis-sena ta’ wara dik tal-ħsad, fl-istess kantini ta’ vinifikazzjoni, sabiex jiġu limitati t-tiswib tal-inbid minn ġo flixkun għal ieħor u t-tferrigħ tal-inbejjed.
L-ispeċjalizzazzjoni tal-vitikultura fiż-żona ġeografika issa hija mmarkata b’mod ċar, bit-territorju ta’ diversi muniċipalitajiet li huwa ddedikat fil-biċċa l-kbira għall-kultivazzjoni tal-varjetà melon B. B’madwar 8 000 ettaru, li jintużaw minn 600 produttur, fl-2016, l-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata 8 000 ettaru, li jintużaw minn 600 produttur, fl-2016, l-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata 8 000 ettaru, li jintużaw minn 600 produttur, fl-2016, l-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Muscadet Sèvre et Maine” ammontaw għal kważi 70 % tal-volum mibjugħ f’kull Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata tal-vinja ta’ Nantes. Aktar minn nofs dawn l-inbejjed jibbenefikaw mill-kliem “sur lie” (fil-fond).
Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott
L-inbejjed tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Muscadet Sèvre et Maine” huma bojod, xotti u mhux frizzanti. Dawn għandhom bilanċ delikat fit-togħma, bejn togħma matura u friska, u jiżviluppaw riħa kumplessa ta’ aromi, fil-biċċa l-kbira ta’ frott u ta’ fjuri. Dawn jiġu ppakkjati b’attenzjoni fi fliexken biex tiġi ppreżervata u amplifikata l-espressjoni tar-rikkezza aromatika tagħhom.
L-inbejjed li jibbenefikaw mill-kliem “sur lie” (fil-fond) għandhom b’mod ġenerali bilanċ fil-ħalq orjentat l-aktar lejn togħma matura, riħa aktar kumplessa u dawn jista’ jkollhom tfexfix ħafif li ġej mill-gass tal-karbonju residwu li jifforma waqt il-fermentazzjoni alkoħolika. Sabiex jiġu ppreżervati l-freskezza tagħhom, ir-rikkezza aromatika tagħhom u l-gass tal-karbonju endoġenu, dawn jiġu protetti mill-ossidazzjoni waqt il-maturazzjoni tagħhom. Minħabba li l-livell ta’ gass tal-karbonju tagħhom huwa ferm għoli għal ippakkjar f’kontenituri flessibbli, dawn jiġu ppakkjati fi fliexken u jeħtieġu attenzjoni partikolari għall-ippakkjar.
F’xi każijiet, maturazzjoni estiża tista’ tagħti lill-inbejjed kapaċità tajba għall-maturità, bħall-inbejjed li jibbenefikaw minn isem ġeografiku addizzjonali:
|
— |
“Château-Thébaud”, li l-inbejjed tiegħu normalment huma kkaratterizzati mill-finezza u l-eleganza tar-riħa tagħhom, li tvarja minn aromi ta’ frott, ta’ fluri u ta’ pjanti aromatiċi, li huma karatteristiċi li jinsabu fil-palat permezz ta’ nbejjed mielħa, friski u msaffija; |
|
— |
“Clisson”, li l-inbejjed tiegħu ġeneralment ikunu kkaratterizzati minn palat ikkonċentrat ħafna u minn aromi intensi, partikolarment ta’ frott (frott misjur u frott imsajjar); |
|
— |
“Gorges”, li l-inbejjed tiegħu huma, fil-biċċa l-kbira, ikkaratterizzati mill-attakk qawwi tagħhom fil-palat, appoġġat mill-aċidità u mill-imrar, u minn aromi minerali jew mentolati; |
|
— |
“Goulaine”, li l-inbejjed tiegħu normalment jesprimu riħa intensa ddominata minn noti ta’ frott frisk, frott misjur, frott imnixxef u minn sfumaturi ta’ fjuri, li huma indikati mill-bilanċ tagħhom, mit-togħma matura tagħhom, minn imrar ħafif ħafna u minn konsistenza bellusija fit-tul fil-palat; |
|
— |
“Mouzillon – Tillières”, li l-inbejjed tiegħu, magħluqa waqt li jkunu friski, juru b’mod frekwenti aromi intensi ta’ fjuri, ta’ frott taċ-ċitru, ta’ ħxejjex aromatiċi, u noti ta’ brioche u minerali, b’palat li l-istruttura kkonċentrata tiegħu hija appoġġata minn imrar fin u strinġenza ħafifa; |
|
— |
“Monnières – Saint-Fiacre”, li l-inbejjed tiegħu huma ta’ spiss distinti mir-riħa qawwija tagħhom ta’ frott misjur jew ta’ konfettura u minn noti balsamiċi, filwaqt li fil-palat juru profil wiesa’ u ġeneruż, b’karattru kremuż u bbilanċjat b’imrar ħafif ħafna. |
|
— |
“Le Pallet”, li l-inbejjed tiegħu huma ta’ spiss distinti mill-bilanċ taz-zokkor tagħhom fil-palat u mir-riħa aromatika u fina ferm tagħhom, iddominata mill-komponent tal-fjuri. |
Sabiex jinżamm il-benefiċċju ta’ din il-maturazzjoni u jiġu evitati kull ossidazzjoni u kull telf aromatiku, l-inbejjed li jibbenefikaw minn dawn l-ismijiet ġeografiċi addizzjonali jiġu bbottiljati direttament fil-kantini tal-inbid.
Interazzjonijiet kawżali
Minħabba l-konsistenza raffa tagħhom li ntirtet minn blat antik, il-ħamrija taż-żona ġeografika tiżgura bidu bikri taċ-ċiklu tad-dwieli u tillimita l-qawwa tiegħu. Ix-xtiewi moderati jaċċennaw għal din il-prekoċità, bl-ammont ta’ xemx fis-sajf u l-irjieħ tal-baħar li jipproteġu l-veġetazzjoni minn ħsarat għas-saħħa tagħha. Din it-tip ta’ ħamrija tiżgura provvista moderata u regolari ta’ ilma għad-dwieli, garanzija ta’ maturazzjoni tajba, grazzi għar-riżerva mnaqqsa tal-ilma tagħhom u għall-fratturazzjoni tagħhom li tippermetti għeruq tal-pjanti fil-fond. Matul is-sekli, l-għażla tal-varjetà melon B saret f’dan il-kuntest, speċjalment minħabba li t-temperaturi moderati tas-sajf fiż-żona ġeografika huma ideali sabiex jinżammu l-freskezza u l-aromi tal-inbejjed li joħorġu minn din il-varjetà delikata ta’ għeneb abjad.
L-istorja ta’ vitikultura twila taż-żona ġeografika, l-ispeċjalizzazzjoni bikrija tagħha u d-densità tad-dwieli li jikkaratterizzawha, ilhom ħafna jiffavorixxu l-ġbir ta’ prattiki. Sabiex jipproteġu l-awtentiċità tal-prodotti tagħhom, il-produtturi kisbu r-rikonoxximent bħala Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata, mill-1936 ’il quddiem, fost l-ewwel Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Kkontrollata fi Franza, wara proċess mibdi fis-snin 1920.
L-għarfien espert tagħhom jippermetti lill-operaturi jikkontrollaw il-produzzjoni u jaħsdu l-għeneb tajjeb għas-saħħa u misjur sew. B’vinifikazzjoni konformi mal-prattiki lokali, l-inbejjed ta’ spiss jitħallew jimmaturaw fuq il-fond fin ta’ vinifikazzjoni tagħhom sal-ippakkjar, mingħajr ebda tiswib tal-inbid minn ġo flixkun għal ieħor. Grazzi għat-temperaturi moderati tax-xitwa fiż-żona ġeografika, li jiffavorixxu l-iskambji mal-fond tal-inbid, l-inbejjed ikomplu jitjiebu matul il-maturazzjoni tagħhom u juru rikkezza akbar fil-palat mir-rebbiegħa ta’ wara ’l quddiem. L-ibbottiljar b’attenzjoni jippermetti li jiġu ppreżervati l-karatteristiċi essenzjali tal-inbejjed, b’ċerti aromi li jkomplu jiżviluppaw wara l-ippakkjar. Dan l-għarfien espert, li huwa perfettament adattat għall-potenzjal tal-ambjent naturali u tal-varjetà melon B, jippermetti lill-molekuli bir-riħa li jiffurmaw waqt il-fermentazzjoni u lill-prekursuri ta’ aromi glikosidiċi joħorġu bis-sħiħ fl-inbejjed.
Ippakkjati fi fliexken matul is-sena ta’ wara dik tal-ħsad, l-inbejjed tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata ssupplimentati bil-kliem “sur lie” (fil-fond) jżommu l-freskezza karatteristika tagħhom, sostnuta minn tfexfix ħafif li ġej mill-gass tal-karbonju residwu li jifforma waqt il-vinifikazzjoni. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe ossidazzjoni, dawn l-inbejjed jiġu ppakkjati direttament fil-kantini tal-inbid. Din il-prattika tradizzjonali, li tnaqqas it-tqandil tal-prodotti, hija perfettament adattata għall-preservazzjoni tal-komposti tal-aromi delikati tal-inbejjed. Id-diversità tal-blat u tal-ħamrija derivata minnu, il-varjazzjonijiet topografiċi u l-bidliet klimatiċi marbuta mad-distanza ta’ gżejriet bid-dwieli fir-rigward ta’ mases tal-ilma, jispjegaw parzjalment il-kumplessità aromatika li wieħed jiltaqa’ magħha fl-inbejjed. L-isfruttament tad-diversità tal-ambjent naturali, assoċjat ma’ prattiki eżiġenti ta’ vitikultura, ippermetta li jiġu identifikati karatteristiċi speċifiċi u li jiġu promossi ismijiet ġeografiċi addizzjonali li jikkostitwixxu l-inizjattiva ewlenija tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata:
|
— |
“Château-Thébaud”, li l-orjentazzjoni tal-Punent tagħha, fil-promontorji li jmissu mal-Maine, twassal għal klima favorevoli għall-prekoċità u li l-ħamrija, li tintiret mill-gneiss u mill-granodijoriti, tippermetti għeruq fil-fond tad-dwieli, twassal għal mosti rikki f’aċidi organiċi li, wara maturazzjoni twila, jiffavorixxu l-espressjoni ta’ nbejjed fini u msaffija li jevokaw il-freskezza u l-mineralità; |
|
— |
“Clisson”, fejn l-interazzjonijiet bejn klima relattivament tardiva, ħamrija ramlija baxxa li ġejja mill-granit, inklinazzjonijiet fuq l-għoljiet tas-Sèvre jew tal-Maine u prattiki orjentati lejn it-tfittxija għal maturitajiet għoljin u għal maturazzjoni twila fuq il-fond fin ta’ vinifikazzjoni, taw lill-inbejjed ir-rikkezza tagħhom fil-palat u l-aromi ta’ frott karatteristiċi tagħhom; |
|
— |
“Gorges”, li l-ħamrija taflija tiegħu ffurmat mill-bidla fil-gabbros u mill-klima lokali relattivament tardiva, flimkien ma’ użi mmirati għall-ħsad tal-għeneb qabel maturità teknoloġika sħiħa u mbagħad għall-maturazzjoni tal-inbejjed għal żmien twil f’ambjent ta’ tnaqqis fuq il-fond fin ta’ vinifikazzjoni tagħhom, wasslu għall-karattru vivaċi tal-inbejjed fil-palat u għall-mineralità tagħhom b’riħa friska ħafna; |
|
— |
“Goulaine”, fejn l-art, żviluppata fuq blat metamorfiku kemxejn mibdul, fi klima moderata sew mill-viċinanza tal-Loire u tal-bwar, tiffavorixxi l-maturazzjoni rapida tal-għeneb li, grazzi għal ħsad bikri waqt maturità sħiħa, tagħti nbejjed espressivi, ibbilanċjati u flessibbli bl-aromi ta’ frott frisk u ta’ frott imnixxef; |
|
— |
“Monnières – Saint-Fiacre”, li tinsab fuq il-muntanji u l-għoljiet li jmissu mas-Sèvre, li l-ħamrija tagħhom żviluppata fuq gneiss ftit li xejn aċiduż, diżaggregata jew mibdula, twassal għal kinetika ta’ maturazzjoni mhux rapida, li tippermetti l-kisba ta’ maturitajiet għoljin li jwasslu għal inbejjed abbundanti u qawwija, b’noti ta’ frott misjur li jevolvu lejn il-konfettura tal-frott; |
|
— |
“Mouzillon – Tillières”, fil-Lvant tal-vinja, fejn l-interazzjoni bejn klima aktar kontinentali u ħamrija ramlija u taflija ffurmata fuq gabbros ftit li xejn mibdul tiffavorixxi maturazzjoni avvanzata, u tagħti nbejjed li maż-żmien, wara maturazzjoni bir-reqqa, jesprimu aromi intensi li jevokaw noti ta’ brioche, ta’ ħwawar, ta’ frott u ta’ fjuri; |
|
— |
“Le Pallet”, fejn it-tradizzjoni twila ta’ vitikultura u l-koeżjoni tal-produtturi għenu biex jinbena għarfien espert li jisfrutta l-aħjar użu tal-għeneb maħsud b’maturità sħiħa fuq ħamrija ġeblija u mxaqqa, u li jiddeterminaw l-armonija organolettika tal-inbejjed u l-finezza tal-aromi ta’ fjuri tagħhom. |
L-operaturi tgħallmu jippreżervaw il-karatteristiċi aromatiċi ta’ dawn l-inbejjed li qed jimmaturaw billi jimminimizzaw kwalunkwe kuntatt mal-ossiġenu fl-arja waqt l-ippakkjar. Għal dan il-għan u f’konformità mal-prattiki lokali, dawn l-inbejjed jiġu ppakkjati fi fliexken fl-istess kantini tal-inbid.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit supplimentari:
L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-kliem “sur lie” (fil-fond) jiġu ppakkjati fiż-żona demarkata.
Sabiex jiġu ppreżervati l-karatteristiċi li ġejjin mill-metodu ta’ vinifikazzjoni u ta’ maturazzjoni, b’mod partikolari l-freskezza tagħhom, il-kumplessità aromatika tagħhom li xi wħud mill-komponenti tagħha joħorġu wara l-ippakkjar, u t-tfexfix ħafif li ġej mil-livell ta’ gass tal-karbonju endoġenu tagħhom, sabiex jiġi limitat it-tferrigħ, l-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-kliem “sur lie” (fil-fond) jiġu ppakkjati fi fliexken fil-kantini tal-inbid bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
Dan il-metodu partikolari ta’ maturazzjoni jwassal għat-togħma matura u xaħmija fl-inbejjed, b’arrikkiment, b’mod partikolari, fil-mannoproteini u f’komposti oħra li ġejjin mill-awtoliżi tal-qoxra ċellulari tal-ħmira. Dan il-metodu huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ tqandil tal-inbejjed u ż-żamma tagħhom f’atmosfera mgħobbija bil-gass tal-karbonju, li jillimita ferm il-fenomeni tal-ossidazzjoni u r-rilaxx tal-komposti volatili.
Minħabba li l-livell ta’ gass tal-karbonju tagħhom huwa ferm għoli għal ippakkjar f’kontenituri flessibbli, dawn jiġu ppakkjati fi fliexken u jeħtieġu attenzjoni partikolari għall-ippakkjar.
L-inbejjed jibqgħu fuq il-fond fin ta’ vinifikazzjoni tagħhom fil-ħin tal-ippakkjar tagħhom jew tal-ewwel dispaċċ tagħhom barra l-kantini tal-inbid
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit supplimentari:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita permezz ta’ deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-inbid, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni, il-maturazzjoni u l-ippakkjar tal-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mill-kliem “sur lie” (fil-fond), hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet jew partijiet mill-muniċipalitajiet li ġejjin abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali għall-2018:
|
— |
Id-département tal-Loire-Atlantique: Ancenis, La Bernerie-en-Retz, Le Bignon (parti), La Boissière-du-Doré, Bouaye, Bouguenais, Boussay, Brains, Carquefou, Le Cellier, Chaumes-en-Retz, Chauvé, Cheix-en-Retz, La Chevrolière, Corcoué-sur-Logne, Couffé, Divatte-sur-Loire (għat-territorju tal-komun delegat ta’ Barbechat), Frossay, Geneston, Gétigné (parti), Legé, Ligné, La Limouzinière, Loireauxence (għat-territorju tal-komuni delegati ta’ La Chapelle-Saint-Sauveur u Varades biss), Le Loroux-Bottereau (parti), Machecoul-Saint-Même, La Marne, Mauves-sur-Loire, Mésanger, Montbert (parti), Montrelais, Les Moutiers-en-Retz, Oudon, Paulx, Le Pellerin, La Planche, Pont-Saint-Martin, Pornic, Port-Saint-Père, La Remaudière, Rezé, Rouans, Saint-Aignan-Grandlieu, Saint-Colomban, Sainte-Pazanne, Saint-Étienne-de-Mer-Morte, Saint-Géréon, Saint-Hilaire-de-Chaléons, Saint-Léger-les-Vignes, Saint-Lumine-de-Coutais, Saint-Mars-de-Coutais, Saint-Père-en-Retz, Saint-Philbert-de-Grand-Lieu, Saint-Viaud, Les Sorinières (parti), Thouaré-sur-Loire, Touvois, Vair-sur-Loire, Vieillevigne, Villeneuve-en-Retz, u Vue. |
|
— |
Id-département ta’ Maine-et-Loire: Beaupréau-en-Mauges (għat-territorju tal-komuni delegati ta’ Beaupréau u Gesté biss), Ingrandes-Le Fresne sur Loire (għat-territorju tal-komun delegat ta’ Fresne-sur-Loire biss), Mauges-sur-Loire (għat-territorju tal-komuni delegati ta’ La Chapelle-Saint-Florent, Le Marillais u Saint-Florent-le-Vieil biss), Montrevault-sur-Èvre (għat-territorju tal-komuni delegati ta’ La Boissière-sur-Èvre, La Chaussaire, Le Fief-Sauvin, Le Fuilet, Montrevault, Le Puiset-Doré, Saint-Pierre-Montlimart u Saint-Rémy-en-Mauges biss), Orée d’Anjou, u Sèvremoine (għat-territorju tal-komuni delegati ta’ Montfaucon-Montigné u Saint-Germain-sur-Moine biss). |
|
— |
Id-département tal-Vendée: Cugand (parti), Montaigu, Rocheservière, Saint-Étienne-du-Bois, Saint-Hilaire-de-Loulay (parti), u Saint-Philbert-de-Bouaine. |
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit supplimentari:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jkun ikkompletat bil-kliem “sur lie” (fil-fond) għall-inbejjed li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni stabbiliti għal dan il-kliem fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jkun ikkompletat bl-isem ġeografiku “Val de Loire” skont ir-regoli stabbiliti għall-użu ta’ dan l-isem ġeografiku fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jkun ikkompletat bl-ismijiet ġeografiċi addizzjonali “Clisson”, “Gorges”, “Le Pallet”“Château-Thébaud”, “Goulaine”, “Monnières - Saint-Fiacre” u “Mouzillon - Tillières” għall-inbejjed li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni stabbiliti għal dawn l-ismijiet ġeografiċi addizzjonali fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Id-daqs tal-ittri tal-kliem “sur lie” (fil-fond) u tal-isem ġeografiku “Val de Loire” għandu jkun iżgħar minn jew ugwali għal dak tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata, kemm mill-għoli kif ukoll mill-wisa’ u mill-ħxuna.
L-inbejjed li jibbenefikaw mill-kliem “sur lie” (fil-fond) jew mill-ismijiet ġeografiċi addizzjonali “Clisson”, “Gorges” u “Le Pallet” jiġu ppreżentati mal-indikazzjoni tal-vendemmja.
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit supplimentari:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-ismijiet ġeografiċi addizzjonali jinkitbu fl-istess post viżiv bħall-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata. Id-daqs tal-ittri li jiffurmawhom għandu jkun daqs l-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata, kemm mill-għoli kif ukoll mill-wisa’ u mill-ħxuna.
It-tikkettar tal-inbejjed li ma jibbenefikawx mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, bil-kundizzjoni li:
|
— |
jkun post irreġistrat; |
|
— |
dan il-post ikun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad. |
L-isem tal-post irreġistrat għandu jiġi stampat b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx akbar min-nofs id-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata, kemm mill-għoli kif ukoll mill-wisa’ u mill-ħxuna. Dan jidher fl-istess post viżiv bħall-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-7e913c79-1202-4697-b5ed-a01af13ee5f8