|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35A |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2020/C 35 A/01 |
||
|
2020/C 35 A/02 |
|
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kunsill
|
3.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 35/1 |
Avviż ta’ pożizzjoni vakanti CONS/AD/157/20
(2020/C 35 A/01)
TAGĦRIF ĠENERALI
|
Dipartiment |
JAI.2 JUSTICE |
|
Post tax-xogħol |
Brussell, Bini Justus Lipsius |
|
Titlu tal-pożizzjoni |
Direttur |
|
Grupp tal-funzjoni u grad |
AD 14 |
|
Approvazzjoni tas-sigurtà meħtieġa |
EU SECRET |
|
SKADENZA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET |
il-21 ta’ Frar 2020 — 12:00 nofsinhar (ħin ta’ Brussell) |
Min aħna
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) jassisti lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill tal-UE u l-korpi preparatorji tagħhom fl-oqsma kollha tal-attivitajiet tagħhom. Jipprovdi pariri u sostenn lill-membri tal-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill u lill-Presidenti tagħhom fl-oqsma kollha ta’ attività, inkluż pariri ta’ politika u legali, koordinazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra, elaborazzjoni ta’ kompromessi, superviżjoni kif ukoll jittratta l-aspetti prattiċi kollha li huma meħtieġa għat-tħejjija u t-tmexxija tajba tal-Kunsill Ewropew u l-Kunsill.
Id-Direttorat Ġenerali “Ġustizzja u Affarijiet Interni” (DG JAI) bħalissa jikkonsisti f’żewġ Direttorati: “Affarijiet Interni” (JAI.1) u “Ġustizzja” (JAI.2). Żewġ unitajiet, “Drittijiet u valuri fundamentali, Stat tad-dritt u Protezzjoni tad-data” u “Evalwazzjonijiet fil-Politika tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni u fil-Politika dwar id-Drogi”, jirrapportaw ukoll lid-Direttur Ġenerali.
Id-Direttorat JAI.2 għandu r-responsabbiltà ewlenija għall-Ġustizzja, li tkopri l-fajls tal-ġustizzja kriminali, il-kooperazzjoni fil-ġustizzja ċivili, il-ġustizzja elettronika kif ukoll għadd ta’ kwistjonijiet ta’ politika ċibernetika. Huwa jikkoordina l-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, li normalment jiltaqa’ mill-inqas erba’ darbiet fis-sena. Il-Kunsill jitħejja mill-Coreper u minn diversi gruppi ta’ ħidma, kumitati speċjali u fora oħra li jittrattaw fajls leġislattivi u mhux leġislattivi, kif ukoll relazzjonijiet internazzjonali li jikkonċernaw dawn il-fajls.
Id-Direttorat JAI.2 bħalissa għandu livell wieħed ta’ ġestjoni fil-livell ta’ Direttur, b’Viċi Direttur responsabbli għall-fajls speċifiċi attribwiti mid-Direttur.
Nipproponu
Il-pożizzjoni ta’ Direttur ta’ JAI.2 hija pożizzjoni esiġenti f’ambjent politikament interessanti u li jinbidel b’mod rapidu, li tmexxi tim ta’ ’l fuq minn għoxrin membru tal-persunal u li tittratta kemm l-aspetti operazzjonali kif ukoll dawk strateġiċi tal-fajls dwar il-ġustizzja li dawn il-membri tal-persunal jimmaniġġaw.
Taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali, inti tkun qed tmexxi d-Direttorat tiegħek u r-riżorsi tiegħu b’mod professjonali, torganizza l-attivitajiet tiegħu u tappoġġa u timmotiva lill-persunal fil-ħidma tiegħu. Tkun qed tiżgura l-kwalità tas-servizzi u l-prodotti mogħtija mid-Direttorat, kif ukoll il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni effettivi kemm fi ħdan id-Direttorat u fid-Direttorat Ġenerali, kif ukoll ma’ servizzi oħra tas-SĠK.
Ser tipprovdi pariri ta’ livell għoli dwar il-linji politiċi u l-proċeduri, bil-fomm u bil-miktub, fuq l-inizjattiva tiegħek stess jew fuq talba, lill-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Coreper u l-Presidenzi tagħhom u lis-Segretarju Ġenerali dwar l-aspetti kollha tad-dossiers li jaqgħu taħt il-kompetenza tad-Direttorat. Ser tieħu sehem ukoll f’laqgħat u, fejn xieraq, f’laqgħat ta’ informazzjoni u/jew negozjati bil-ħsieb li jintlaħqu kompromessi u jinstabu soluzzjonijiet. F’dan il-kuntest, inti ser tassisti lill-Presidenza b’rotazzjoni fin-negozjati u tiżgura komunikazzjoni u kooperazzjoni effettivi ma’ istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra tal-UE fl-oqsma ta’ kompetenza tad-Direttorat.
Inti ser tiddefinixxi l-objettivi li għandhom jintlaħqu u tikkontribwixxi biex jintlaħqu billi tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma tad-Direttorat u tiżgura l-monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni tiegħu.
Ser tkun responsabbli wkoll biex tibda u tissorvelja attivitajiet ta’ analiżi tal-politiki bil-għan li tagħti pariri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-oqsma ta’ kompetenza tad-Direttorat.
Ser tkun tista’ tippjana u torganizza l-ħidma b’mod flessibbli, skont il-ħinijiet tax-xogħol u l-iskeda tal-laqgħat fil-qasam ta’ attività tad-Direttorat. Int u l-persunal tiegħek ser tkunu tistgħu tibbenefikaw mill-arranġamenti tax-xogħol tas-SĠK, inkluż it-telexogħol. Ikunu meħtieġa missjonijiet okkażjonali barra mill-pajjiż (madwar għaxar darbiet fis-sena), normalment fi ħdan l-UE (eż. lejn il-Lussemburgu, Strasburgu u l-Istat Membru tal-Presidenza).
Qed infittxu
Qed infittxu maniġer b’esperjenza fit-tfassil tal-politika tal-UE u l-proċess leġislattiv tal-UE u b’għarfien estensiv tal-kwistjonijiet istituzzjonali tal-UE. Lawrja fil-liġi titqies bħala vantaġġ, filwaqt li esperjenza fil-qasam ġudizzjarju u/jew l-għarfien tal-kwistjonijiet legali tal-UE huma meħtieġa. Għarfien tal-oqsma koperti mid-Direttorat u fehim tajjeb tal-ispeċifiċitajiet tal-ġustizzja u l-affarijiet interni huma ta’ vantaġġ.
Il-maniġers kollha tas-SĠK huma mistennija jagħtu pariri lill-ġerarkija tagħhom u lill-partijiet ikkonċernati, imexxu l-persunal u r-riżorsi finanzjarji tagħhom u jirrappreżentaw lis-SĠK. Dawn l-aspettattivi jinsabu fil-profil orizzontali tal-maniġers tas-SĠK, fl-Anness I.
Barra minn hekk, il-persuna impjegata ser ikun jeħtieġ ikollha:
|
— |
kapaċità li taħseb u tippjana b’mod strateġiku, li tantiċipa u tidentifika problemi potenzjali u li tipproponi soluzzjonijiet u kompromessi fattibbli; |
|
— |
ħiliet ta’ tmexxija u l-kapaċità li tiggwida, timmotiva u tawtonomizza lill-persunal f’ambjent ta’ diversità u multikulturali, b’enfasi qawwija fuq l-iżvilupp tal-persunal; |
|
— |
ħiliet ta’ komunikazzjoni eċċellenti, inkluż ħiliet ta’ komunikazzjoni interpersonali sodi; il-kapaċità li tippromwovi spirtu b’saħħtu ta’ tim u li żżomm relazzjonijiet tax-xogħol tajbin ma’ firxa ta’ interlokuturi interni u esterni u l-kapaċità li turi diplomazija; |
|
— |
il-kapaċità li tmexxi t-tibdil u tappoġġa lill-persunal waqt it-tibdil; |
|
— |
kapaċità qawwija li tippjana u torganizza x-xogħol ġenerali tad-direttorat sabiex jintlaħqu l-iskadenzi kritiċi u li tieħu ħsieb it-tqassim ġust tax-xogħol fost il-membri tat-tim u l-ippjanar tas-suċċessjoni; |
|
— |
il-kapaċità li tilħaq qbil jew għanijiet komuni billi tagħti pariri speċifiċi lill-partijiet ikkonċernati u billi tiffaċilita b’mod effettiv u kostruttiv diskussjoni li twassal għall-aħjar riżultati possibbli. |
Peress li s-SĠK iħaddan politika ta’ mobbiltà għall-maniġers tiegħu, li għandu jkollhom esperjenza estensiva, il-kandidati għandhom ikunu lesti u kapaċi jaħdmu f’oqsma ta’ attività differenti matul il-karriera tagħhom fis-SĠK.
POLITIKA TA’ REKLUTAĠĠ
Fil-mument tal-applikazzjoni, l-applikanti jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
Kondizzjonijiet ġenerali
|
|
(b) |
Kondizzjonijiet speċifiċi
|
Nota:
|
(1) |
Din il-pożizzjoni teħtieġ awtorizzazzjoni tas-sigurtà li tippermetti aċċess għad-dokumenti klassifikati (livell EU SECRET). Il-kandidati li japplikaw għall-pożizzjoni jridu jkunu lesti jgħaddu minn investigazzjoni ta’ sigurtà skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2). Il-ħatra għal din il-pożizzjoni ssir effettiva biss bil-kondizzjoni li l-kandidat magħżul jew magħżula tkun kisbet ċertifikat validu ta’ approvazzjoni tas-sigurtà. Il-kandidati mingħajr awtorizzazzjoni tas-sigurtà ser jiġu offruti kuntratt temporanju sakemm jinkiseb ir-riżultat tal-proċedura tal-approvazzjoni tas-sigurtà. |
|
(2) |
Il-kandidat li jintgħażel għandu jkun lest li jsegwi l-programm ta’ taħriġ ta’ ġestjoni tas-SĠK. |
PROĊEDURA TAL-GĦAŻLA
L-Awtorità tal-Ħatra ser tiġi megħjuna minn bord konsultattiv tal-għażla sabiex tagħżel il-kandidat. Il-bord konsultattiv tal-għażla ser ikollu l-appoġġ ta’ ċentru ta’ evalwazzjoni, immexxi minn konsulenti tar-reklutaġġ esterni. Ir-rapporti stabbiliti miċ-ċentru ta’ evalwazzjoni għall-istess tip ta’ pożizzjoni ma jibqgħux validi wara sentejn mid-data li fiha saru l-eżerċizzji rilevanti jew mat-tmiem tal-kuntratt qafas bejn is-SĠK u ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni inkwistjoni - skont liema data tiġi l-ewwel.
Il-bord konsultattiv tal-għażla l-ewwel ser jevalwa u jqabbel il-kwalifiki, l-esperjenza u l-motivazzjoni tal-applikanti kollha, abbażi tal-applikazzjonijiet tagħhom. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni komparattiva, il-bord konsultattiv tal-għażla ser jagħmel lista ristretta tal-aktar kandidati adatti li, fl-opinjoni tiegħu, għandhom jiġu mistiedna għall-ewwel intervista. Peress li din l-ewwel għażla hija bbażata fuq evalwazzjoni komparattiva tal-applikazzjonijiet, l-ilħuq tar-rekwiżiti ta’ din il-pożizzjoni vakanti ma jiggarantix stedina għall-ewwel intervista. Fost il-kandidati intervistati, il-bord konsultattiv tal-għażla ser jagħmel preselezzjoni tal-kandidati biex jattendu iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, kif ukoll għat-tieni intervista mal-bord konsultattiv tal-għażla.
L-ippjanar proviżorju tal-għażla huwa kif ġej:
|
— |
huwa mistenni li l-kandidati magħżula għall-intervisti ser jiġu infurmati sa nofs Marzu 2020; |
|
— |
l-ewwel intervisti huma previsti għat-tieni nofs ta’ Marzu 2020; |
|
— |
iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni huwa mistenni li jsir sa tmiem Marzu/il-bidu ta’ April 2020; |
|
— |
it-tieni ċiklu ta’ intervisti huwa previst għat-tieni nofs ta’ April 2020. |
BAŻI LEGALI
Din il-pożizzjoni qed tiġi ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) (pożizzjoni maniġerjali superjuri).
Din il-pożizzjoni ġiet ippubblikata lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea u barra mill-istituzzjonijiet.
KIF TAPPLIKA
Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija l-21 ta’ Frar 2020 fi 12:00 nofsinhar (ħin ta’ Brussell).
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu biss bil-posta elettronika u jridu jintbagħtu lil:applications.management@consilium.europa.eu (4) mhux aktar tard mid-data tal-għeluq. Mhumiex ser jitqiesu l-applikazzjonijiet li jaslu tard.
Għandu jintuża l-indirizz elettroniku indikat hawn fuq għal kwalunkwe korrispondenza marbuta mal-proċedura tal-għażla (fis-suġġett tal-email għandu jkun hemm it-titlu li ġej: CONS/AD/157/20 JAI.2).
Qabel ma jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati għandhom jivverifikaw sew jekk jissodisfawx il-kriterji kollha ta’ eliġibbiltà biex b’hekk jevitaw l-esklużjoni awtomatika mill-proċedura tal-għażla.
Biex ikunu validi, l-applikazzjonijiet iridu jinkludu:
|
(a) |
il-formola tal-applikazzjoni (Anness V) mimlija u datata kif meħtieġ; il-formola tal-applikazzjoni elettronika tinsab fuq is-sit web tal-Kunsill minn dan il-link: http://www.consilium.europa.eu/en/general-secretariat/jobs/job-opportunities/ |
|
(b) |
curriculum vitae dettaljat (5), flimkien ma’ ittra ta’ motivazzjoni, bl-Ingliż jew bil-Franċiż, preferibbilment fil-format Europass (http://europass.cedefop.europa.eu), li jkopri l-karriera kollha tal-persuna li tapplika u jelenka, fost oħrajn, il-kwalifiki, l-għarfien lingwistiku, l-esperjenza u d-dmirijiet attwali tal-persuna li tapplika; u |
|
(c) |
kopji tad-diplomi li jiċċertifikaw l-edukazzjoni u kopji tad-dokumenti u ċ-ċertifikati relatati mal-esperjenza professjonali. Id-dokumenti ta’ prova jridu jinħarġu minn parti terza u mhux biżżejjed li sempliċiment tintbagħat is-CV msemmija f’b). |
Id-dokumenti kollha ta’ prova mehmuża mal-applikazzjoni jridu jkunu f’format MS word text, pdf jew jpg, jingħataw isem (bl-Ingliż jew bil-Franċiż) u jkunu nnumerati f’sekwenza (Anness 1, 2, eċċ.). Trid tiġi mehmuża wkoll lista tal-annessi kollha. Applikazzjonijiet li jaslu bil-posta, jew permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ ħżin ta’ data bbażati fuq cloud jew pjattaformi għall-kondiviżjoni tal-fajls mhumiex ser jiġu kkunsidrati.
Fil-każ li tintgħażel minn fost il-kandidati nitolbuk tipprovdi d-dokumenti oriġinali msemmija hawn fuq.
Ser tintbagħatlek email li tikkonferma l-wasla tal-applikazzjoni tiegħek. Tajjeb li tkun taf li qatt ma jistgħu jiġu eliminati għalkollox diffikultajiet tekniċi marbuta mat-trasmissjoni ta’ emails. Għalhekk, jekk ma tirċevix email li tirrikonoxxi l-wasla tal-applikazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok ivverifika li s-SĠK ikun irċevieha billi tikkuntattja lil applications.management@consilium.europa.eu. Peress li l-bord konsultattiv tal-għażla ser jibda l-ħidma tiegħu ftit wara d-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet, inħeġġuk tagħmel kull verifika meħtieġa fil-ġimgħa ta’ wara dik id-data.
OPPORTUNITAJIET INDAQS
Is-SĠK huwa impenjat li jipprovdi opportunitajiet indaqs għall-impjegati kollha tiegħu u l-applikanti għal impjieg (ara l-Anness II). Bħala impjegatur, is-SĠK huwa impenjat biex jiżgura l-ugwaljanza bejn is-sessi u biex jipprevjeni d-diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi. Jilqa’ b’mod attiv l-applikazzjonijiet mill-kandidati kwalifikati kollha minn ambjenti diversi, fost il-ħiliet kollha u mill-bażi ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli fost l-Istati Membri tal-UE. Biex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi, is-SĠK jinkoraġġixxi applikazzjonijiet min-nisa.
Tista’ tiġi pprovduta assistenza lil persuni b’diżabilità matul il-proċedura ta’ reklutaġġ. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ibgħat email indirizzata lil equal.opportunities@consilium.europa.eu
RIEŻAMI TAL-APPLIKAZZJONIJIET
Il-proċeduri marbuta ma’ lmenti, appelli u riferimenti għall-Ombudsman Ewropew jinsabu fl-Anness III ta’ dan l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti.
PROTEZZJONI TAD-DATA
Ir-regoli għall-ipproċessar ta’ data personali b’rabta ma’ din il-proċedura tal-għażla jinsabu fl-Anness IV ta’ dan l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti.
(1) L-Artikolu 5(3)(c) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolamenti tal-Persunal) jesiġi li l-applikanti jkollhom mill-inqas:
|
(i) |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ studji universitarji kompluti, iċċertifikati b’diploma meta t-tul ta’ żmien normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta’ erba’ snin jew aktar, jew |
|
(ii) |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ studji universitarji kompluti, iċċertifikati b’diploma u esperjenza professjonali adegwata ta’ mill-inqas sena meta t-tul ta’ żmien normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta’ mill-inqas tliet snin. |
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' impjieg ta' uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 01, Volum 002 p. 5) u emendati l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).
(4) Dan l-indirizz elettroniku huwa kkollegat ma’ indirizz elettroniku funzjonali u jista’ jittratta biss messaġġi b’Livell ta’ Kunfidenzjalità “Normali”; emails mibgħuta b’livell ieħor ta’ kunfidenzjalità (eż. “Personali”, “Privat”, “Kunfidenzjali”) ma jistgħux jiġu pproċessati. Għaldaqstant agħżel il-livell ta’ kunfidenzjalità “Normali”. Id-daqs tal-email tiegħek m’għandux ikun iżjed minn 25MB. Jekk l-email tiegħek, flimkien mal-hemżiet tiegħu, tkun ta’ daqs ikbar minn dan, jekk jogħġbok qassam l-hemżiet tiegħek fuq għadd ta’ emails.
(5) Il-kandidati huma mitluba ma jinkludux ritratti fis-CV tagħhom.
ANNESS I
Il-Profil tal-Maniġers Orizzontali tas-SĠK
Bħala maniġer tas-SĠK int iżżid il-valur billi taġixxi kemm bħala konsulent kif ukoll bħala maniġer u dejjem tkun rappreżentant(a) tas-SĠK.
Fit-twettiq ta’ dawn ir-rwoli inti mistenni(ja) li:
Bħala Rappreżentant(a)
|
— |
Taġixxi b’integrità, esternament kif ukoll internament. |
|
— |
Taġixxi fl-interess tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll l-Unjoni b’mod ġenerali. Tiżgura li diverġenzi li jista’ jkun hemm jiġu identifikati u indirizzati. |
|
— |
Toħloq relazzjonijiet ta’ kunfidenza, fiduċja u trasparenza, u tkun networker attiv(a). |
|
— |
Tfittex ir-riżultati u tkun influwenti, u fl-istess ħin turi rispett u sens ta’ servizz. |
Bħala Konsulent(a)
|
— |
Tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-Unjoni. Turi sens ta’ proattività u kreattività. Taħseb minn qabel u tippjana għal żviluppi futuri. Tipprovdi soluzzjonijiet. |
|
— |
Tagħti pariri lill-partijiet ikkonċernati tagħna biex tiffaċilita l-kisbiet tal-għanijiet tagħhom u fl-interess taż-żewġ istituzzjonijiet tagħna. Taġixxi b’manjiera oġġettiva u ġusta. |
|
— |
Ikollok għarfien tal-interazzjoni bejn it-teħid tad-deċiżjonijiet u d-dibattitu pubbliku. Tieħu ħsieb li l-pariri tiegħek jieħdu kont tas-sitwazzjoni politika tal-partijiet ikkonċernati tagħna u jintegraw konsiderazzjonijiet ta’ komunikazzjoni. |
|
— |
Tiffaċilita t-teħid tad-deċiżjonijiet leġittimu permezz tal-kooperazzjoni, relazzjonijiet ta’ xogħol tajbin u kompromess fost l-Istati Membri u mal-Istituzzjonijiet u partijiet ikkonċernati oħrajn. |
|
— |
Iżżomm ruħek infurmat(a) tajjeb dwar l-iżviluppi fil-qasam ta’ responsabbiltà tiegħek, kif ukoll lil hinn mill-ħidma immedjata tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill. Ma titlifx il-perspettiva ġenerali. |
Bħala Maniġer
|
— |
Tagħti awtonomizzazzjoni lill-membri tal-persunal tiegħek, tiddelega u tafda, tappoġġa u timmotiva, tagħti feedback u gwida, tinkoraġġixxi l-inizjattiva u l-kuraġġ biex il-membri tal-persunal jaħsbu b’mod kreattiv; tnaqqas il-ġerarkija u l-kontroll kemm jista’ jkun, filwaqt li tinżamm il-kwalità. |
|
— |
Tikkomunika b’mod ċar dwar l-objettivi u l-aspettattivi u tiżgura l-fluss ta’ informazzjoni lejn, minn u fost il-membri tal-persunal tiegħek kif ukoll ma’ DĠs, direttorati u unitajiet oħrajn. |
|
— |
Taġixxi dejjem fl-interess tas-SĠK kollu, mhux biss tad-DĠ, id-Direttorat jew l-Unità tiegħek, u tiżgura li nipprovdu riżultati lill-partijiet ikkonċernati tagħna. Tkisser il-kompartimentazzjoni. |
|
— |
Ikollok il-kuraġġ li tindirizza l-konflitti, il-prestazzjoni insuffiċjenti u diffikultajiet oħra fil-pront; tiżgura l-benessri u l-iżvilupp tal-persunal tiegħek, u taqdi l-obbligu li tieħu ħsieb il-persunal tiegħek. |
|
— |
Waqt li qed tmexxi u tiffaċilita l-bidla, tinvolvi lill-persunal tiegħek biex jiġi żgurat li s-SĠK ilaħħaq mal-iżviluppi u jsir aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv. Tkun l-ewwel biex tagħti l-eżempju ta’ dak li qed tgħid. |
|
— |
Tkun responsabbli għall-aħjar użu tar-riżorsi umani u finanzjarji tas-SĠK. |
ANNESS II
Opportunitajiet Indaqs fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK)
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill huwa impenjat li jipprovdi opportunitajiet indaqs għall-impjegati kollha tiegħu u l-applikanti għal impjieg. Bħala impjegatur, is-SĠK huwa impenjat biex jiżgura l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u biex jipprevjeni d-diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi. Jilqa’ b’mod attiv l-applikazzjonijiet mill-kandidati kwalifikati kollha minn ambjenti diversi, fost il-ħiliet kollha u mill-bażi ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli fost l-Istati Membri tal-UE.
L-għanijiet ewlenin tal-politika ta’ Opportunitajiet Indaqs tas-SĠK huma li:
|
— |
jikseb rappreżentanza bbilanċjata ta’ rġiel u nisa. Is-SĠK jinkoraġġixxi applikazzjonijiet minn nisa speċjalment għal postijiet ta’ maniġment, fejn bħalissa huma sottorappreżentati; |
|
— |
itejjeb l-aċċessibilità tal-ambjent tax-xogħol u jiżgura li jkun inklużiv. Jistgħu jiġu pprovduti arranġamenti ta’ akkomodazzjoni raġonevoli għall-persunal b’diżabilità sakemm ma jkunux ta’ piż żejjed fuq ir-riżorsi tal-istituzzjoni. Tista’ tiġi pprovduta assistenza lil persuni b’diżabilità matul il-proċedura ta’ reklutaġġ; |
|
— |
jiżgura li l-politika dwar ir-riżorsi umani u l-ġestjoni tal-persunal tirrispetta l-prinċipji tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni; |
|
— |
jipproteġi l-persunal minn fastidju fuq il-post tax-xogħol; |
|
— |
jirrikonċilja l-ħajja professjonali u dik privata. Is-SĠK joffri pakkett komprensiv ta’ miżuri ta’ xogħol flessibbli, inkluż it-telexogħol, ħin tax-xogħol individwali u l-possibbiltà li jittieħed leave tal-ġenituri għall-ommijiet u għall-missirijiet skont ir-Regolament tal-Persunal. Is-SĠK għandu crèche għal tfal minn 0 sa 4 snin. Il-Kummissjoni Ewropea torganizza faċilitajiet tal-indukrar tat-tfal wara l-iskola u fil-vaganzi li hija miftuħa għat-tfal tal-persunal tas-SĠK. |
Għal aktar informazzjoni, ibgħat email indirizzata lil equal.opportunities@consilium.europa.eu
ANNESS III
Ilment intern — Appell ġudizzjarju — Ilment quddiem l-Ombudsman Ewropew
Jekk, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura tal-għażla, ma tkunx sodisfatt(a) bil-mod kif l-applikazzjoni tiegħek tiġi ttrattata għandek id-dritt li tressaq ilment.
Ilment intern
Meta tirċievi deċiżjoni li ma tkunx sodisfatt biha, fi żmien tliet xhur min-notifika dwar id-deċiżjoni, tista’ tressaq ilment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, lil:
|
Council of the European Union |
|
Legal Advisers to the Administration Unit, ORG 1.F |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIUM |
|
Indirizz elettroniku: legal.advisersHR@consilium.europa.eu |
It-tweġibiet għal dawn l-ilmenti jingħataw bil-miktub mill-Awtorità tal-Ħatra fi żmien erba’ xhur minn meta jirċievu l-ilment. Madankollu, jekk l-ilment tiegħek jasal kmieni biżżejjed, jista’ jkun possibbli li l-bord konsultattiv tal-għażla jirrevedi d-deċiżjoni li tkun is-suġġett tal-ilment tiegħek u jwieġbek fuq dik il-bażi.
Appell Ġudizzjarju
Jekk ma tkunx sodisfatt(a) bit-tweġiba li tirċievi mill-Awtorità tal-Ħatra skont il-proċedura ta’ lmenti interni, tista’ tippreżenta appell ġudizzjarju skont l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal lil:
|
General Court of the European Union |
|
Rue du Fort Niedergrünewald |
|
L-2925 Luxembourg |
|
LUXEMBOURG |
Ilment lill-Ombudsman Ewropew
Wara li tkun eżawrejt il-possibbiltajiet kollha għal rimedju fis-SĠK, b’mod partikolari l-proċedura ta’ lmenti interni skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, imbagħad bħaċ-ċittadini l-oħra kollha tal-Unjoni tista’ tressaq ilment quddiem:
|
The European Ombudsman |
|
1, avenue du Président Robert Schuman – BP 403 |
|
67001 Strasbourg Cedex |
|
FRANCE |
skont l-Artikolu 228(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew (1).
Għandek tkun taf li lmenti mressqa lill-Ombudsman Ewropew ma għandhom ebda effett ta’ sospensjoni fuq il-perijodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 90(2) u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal biex jiġu ppreżentati lmenti jew appelli quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) Id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15).
ANNESS IV
Protezzjoni tad-data
Bħala l-istituzzjoni responsabbli għall-organizzazzjoni tal-proċedura tal-għażla, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jiżgura li d-data personali tal-applikanti tiġi pproċessata skont ir-Regolament (UE) Nru 1725/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażi legali għall-proċedura tal-għażla hija r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-Deċiżjoni 2013/488/UE. Il-proċedura tal-għażla titmexxa taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat għar-Riżorsi Umani (ORG.1), Unità tal-Persunal u Mobbiltà, u l-kontrollur huwa l-kap ta’ dik l-unità. L-informazzjoni pprovduta mill-applikanti ser tkun aċċessibbli għall-membri tal-Uffiċċju għall-Għażla ta’ Uffiċjali u l-ġerarkija ta’ superjuri tagħhom, għall-membri tal-Kumitat Konsultattiv tal-Għażla, u, jekk meħtieġ, għall-Unità tal-Konsulenti Legali. L-informazzjoni amministrattiva li tidentifika l-applikant u/jew meħtieġa għall-organizzazzjoni prattika tal-proċedura jistgħu jintbagħtu lil ċentru ta’ evalwazzjoni.
L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-ġbir ta’ data li tidentifika l-applikanti kollha għal pożizzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-għażla ta’ applikant minnhom.
Id-data inkwistjoni hija:
|
— |
data personali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-applikanti (kunjom, isem, data tat-twelid, sess, ċittadinanza); |
|
— |
informazzjoni pprovduta mill-applikanti biex tiffaċilita l-organizzazzjoni prattika tal-proċedura (indirizz postali, indirizz elettroniku, numru tat-telefon); |
|
— |
informazzjoni mogħtija mill-applikanti biex ikun possibbli jiġi evalwat jekk jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni stipulati fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti (ċittadinanza; lingwi; kwalifiki tal-applikanti u s-sena meta nkisbu, tip ta’ diploma/lawrja, isem l-istituzzjoni minn fejn inkisbu, esperjenza professjonali); |
|
— |
fejn japplika, informazzjoni dwar it-tip u t-tul ta’ żmien tal-awtorizzazzjoni tas-sigurtà tal-applikanti; |
|
— |
ir-riżultati tat-testijiet tal-għażla li jkunu għamlu l-applikanti, inkluż l-evalwazzjonijiet magħmula mill-konsulenti taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni f’isem il-bord tal-għażla. |
L-ipproċessar jibda mid-data meta tkun waslet l-applikazzjoni. L-applikazzjonijiet jiġu ffajljati u jinħażnu fl-arkivji għal sentejn.
L-applikanti kollha jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ aċċess għal u d-dritt ta’ rettifika tad-data personali. Talbiet sostanzjati għandhom jintbagħtu b’posta elettronika lill-Uffiċċju għall-Għażla ta’ Uffiċjali fl-indirizz elettroniku selection.officials@consilium.europa.eu
L-applikanti jistgħu jirrikorru fi kwalunkwe mument għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu).
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1725/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS V
LISTE DES ANNEXES
ANNEXE 1:
ANNEXE 2:
ANNEXE 3:
ANNEXE 4:
ANNEXE 5:
ANNEXE 6:
ANNEXE 7:
ANNEXE 8:
TABLE OF ANNEXES
ANNEX 1:
ANNEX 2:
ANNEX 3:
ANNEX 4:
ANNEX 5:
ANNEX 6:
ANNEX 7:
ANNEX 8:
|
3.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 35/20 |
Avviż ta’ pożizzjoni vakanti CONS/AD/158/20
(2020/C 35 A/02)
TAGĦRIF ĠENERALI
|
Dipartiment |
ORG.5 SIKUREZZA U SIGURTÀ |
|
Post tax-xogħol |
Brussell, Bini Justus Lipsius |
|
Titlu tal-pożizzjoni |
Direttur |
|
Grupp tal-funzjoni u grad |
AD 14 |
|
Approvazzjoni tas-sigurtà meħtieġa |
EU TOP SECRET |
|
SKADENZA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET il |
-21 ta’ Frar 2020 — 12:00 nofsinhar (ħin ta’ Brussell) |
Min aħna
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) jassisti lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill tal-UE u l-korpi preparatorji tagħhom fl-oqsma kollha tal-attivitajiet tagħhom. Jipprovdi pariri u sostenn lill-membri tal-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill u lill-Presidenti tagħhom fl-oqsma kollha ta’ attività, inkluż pariri ta’ politika u legali, koordinazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra, elaborazzjoni ta’ kompromessi, superviżjoni kif ukoll jittratta l-aspetti prattiċi kollha li huma meħtieġa għat-tħejjija u t-tmexxija tajba tal-Kunsill Ewropew u l-Kunsill.
Id-Direttorat Ġenerali “Żvilupp Organizzattiv u Servizzi” (DG ORG), huwa responsabbli għall-iżvilupp organizzattiv tas-SĠK u l-forniment ta’ servizzi ewlenin ta’ appoġġ. Id-Direttorat Ġenerali bħalissa huwa magħmul minn ħames Direttorati (Riżorsi Umani, Protokoll u Laqgħat, Bini u Loġistika, Finanzi, u Sikurezza u Sigurtà).
Id-Direttorat “Sikurezza u Sigurtà” (ORG.5) għandu mandat mis-Segretarju Ġenerali biex jiżgura s-sikurezza u s-sigurtà tas-SĠK. Għal dak il-għan huwa jiżgura li jkun hemm fis-seħħ miżuri ta’ sigurtà u sikurezza biex jindirizzaw kwalunkwe theddida għall-assi tas-SĠK (persuni, informazzjoni, bini, infrastruttura u reputazzjoni). Huwa jagħti pariri lis-Segretarju Ġenerali, kif ukoll lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill, dwar it-tisħiħ tal-kultura ta’ sigurtà tas-SĠK.
Id-Direttorat bħalissa huwa magħmul minn erba’ Unitajiet li jittrattaw rispettivament l-Istrateġija tas-Sigurtà u l-Kontinwità tal-Ħidma, is-Sigurtà Operazzjonali, is-Sigurtà tal-Informazzjoni, u s-Sikurezza.
Qed nipproponu
Il-kariga ta’ Direttur fid-Direttorat ORG.5 hija pożizzjoni li toffri sfida f’ambjent politikament interessanti u dinamiku. Inti ser tkun qed tmexxi tim ta’ madwar 180 membru tal-persunal mill-gruppi funzjonali kollha li huma appoġġati minn għadd sostanzjali ta’ kuntratturi esterni. Ser tkun responsabbli għall-aspetti operazzjonali, strateġiċi u finanzjarji tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet kollha ta’ sikurezza u sigurtà. Ser tiżgura li s-SĠK ikun ippreparat għal żminijiet ta’ kriżi u jkollu stabbiliti pjanijiet ta’ kontinwità tal-ħidma.
Taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali, inti tkun qed tmexxi d-Direttorat tiegħek u r-riżorsi tiegħu b’mod professjonali, torganizza l-attivitajiet tiegħu u tappoġġa u timmotiva lill-persunal fil-ħidma tiegħu. Ser tiżgura l-kwalità tas-servizz mogħti mid-Direttorat u li t-tim tiegħek iżomm il-pass mal-bidliet fit-theddidiet u japplika prinċipji ta’ titjib kontinwu. Ser tiżgura l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni effettivi kemm fi ħdan id-Direttorat kif ukoll mas-servizzi l-oħra tas-SĠK.
Inti ser issaħħaħ il-kultura tas-sigurtà fil-Kunsill Ewropew u fil-Kunsill fil-livelli kollha. Ser tippresiedi l-Kumitat tas-Sigurtà tal-Kunsill, li jiżgura l-protezzjoni xierqa tal-informazzjoni klassifikata tal-UE, u tipprovdi pariri dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà kif meħtieġ lil korpi oħra tal-Kunsill. Ser taħdem mad-dipartiment tas-SĠK responsabbli għas-servizzi diġitali biex tiżgura protezzjoni xierqa tal-informazzjoni kollha tas-SĠK.
Ser tkun responsabbli għall-involviment ma’ korpi esterni dwar kwistjonijiet ta’ sikurezza u sigurtà. F’dan il-kuntest, ser ikun meħtieġ b’mod partikolari li tirrappreżenta lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill f’diskussjonijiet u f’negozjati ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE, l-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti u dawk ta’ Stati Membri oħra tal-UE f’oqsma taħt il-kompetenza tad-Direttorat.
Inti ser tiddefinixxi l-objettivi li għandhom jintlaħqu u tikkontribwixxi biex jintlaħqu billi tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma tad-Direttorat u tiżgura l-monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni tiegħu.
Ser tkun tista’ tippjana u torganizza x-xogħol b’mod flessibbli, soġġett għall-ħinijiet tax-xogħol fil-qasam tal-attività tad-Direttorat u l-iskeda tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill. Int u l-persunal tiegħek tkunu tistgħu tibbenefikaw mill-arranġamenti tax-xogħol flessibbli tas-SĠK, inkluż it-telexogħol. Ikunu meħtieġa missjonijiet okkażjonali barra mill-pajjiż (madwar tmienja kull sena), normalment ġewwa l-UE.
Qed infittxu
Qed infittxu maniġer bil-kapaċità li jmexxi u jimmotiva tim kbir li jkollu għarfien dwar is-sigurtà u esperjenza ta’ ħidma f’ambjent ta’ sigurtà u għarfien tar-rwol u l-funzjonament tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill. L-għarfien u l-esperjenza fil-ġestjoni tas-sigurtà fiżika, il-kontinwità tal-ħidma u/jew attivitajiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jkunu ta’ vantaġġ. L-esperjenza fis-sikurezza fuq il-post tax-xogħol mhijiex essenzjali, iżda l-persuna f’din il-pożizzjoni trid tkun lesta biex tassumi rwol ewlieni fil-promozzjoni ta’ standards għoljin f’dan il-qasam fis-SĠK kollu. Esperjenza fil-baġit, l-akkwist u l-kuntratti tkun ta’ vantaġġ.
Il-maniġers kollha tas-SĠK huma mistennija jagħtu pariri lill-ġerarkija tagħhom u lill-partijiet ikkonċernati, imexxu l-persunal u r-riżorsi finanzjarji tagħhom u jirrappreżentaw lis-SĠK. Dawn l-aspettattivi jinsabu fil-profil orizzontali tal-maniġers tas-SĠK, fl-Anness I.
Barra minn hekk, il-persuna impjegata ser ikun jeħtieġ ikollha:
|
— |
kapaċità li taħseb u tippjana b’mod strateġiku, li tantiċipa u tidentifika problemi potenzjali u li tipproponi soluzzjonijiet u kompromessi fattibbli; |
|
— |
ħiliet ta’ tmexxija u l-kapaċità li tiggwida, timmotiva u tawtonomizza lill-persunal f’ambjent ta’ diversità u multikulturali, b’enfasi qawwija fuq l-iżvilupp tal-persunal; |
|
— |
ħiliet ta’ komunikazzjoni eċċellenti, inkluż ħiliet ta’ komunikazzjoni interpersonali; il-kapaċità li tippromwovi spirtu b’saħħtu ta’ tim u li żżomm relazzjonijiet tax-xogħol tajbin ma’ firxa ta’ interlokuturi interni u esterni u l-kapaċità li turi diplomazija; |
|
— |
il-kapaċità li tmexxi t-tibdil u tappoġġa lill-persunal waqt it-tibdil; |
|
— |
kapaċità qawwija li tippjana u torganizza x-xogħol ġenerali tad-direttorat sabiex jintlaħqu l-iskadenzi kritiċi u li tieħu ħsieb it-tqassim ġust tax-xogħol fost il-membri tat-tim u l-ippjanar tas-suċċessjoni; |
|
— |
il-kapaċità li tilħaq qbil jew għanijiet komuni billi tagħti pariri speċifiċi lill-partijiet ikkonċernati u billi tiffaċilita b’mod effettiv u kostruttiv diskussjoni li twassal għal riżultati li jgawdi minnhom kulħadd. |
Peress li s-SĠK iħaddan politika ta’ mobbiltà għall-maniġers tiegħu, li għandu jkollhom esperjenza estensiva, il-kandidati għandhom ikunu lesti u kapaċi jaħdmu f’oqsma ta’ attività differenti matul il-karriera tagħhom fis-SĠK.
POLITIKA TA’ REKLUTAĠĠ
Fil-mument tal-applikazzjoni, l-applikanti jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
Kondizzjonijiet ġenerali
|
|
(b) |
Kondizzjonijiet speċifiċi
|
Nota:
|
(1) |
Din il-pożizzjoni teħtieġ awtorizzazzjoni tas-sigurtà li tippermetti aċċess għad-dokumenti klassifikati (livell EU TOP SECRET). Il-kandidati li japplikaw għall-pożizzjoni jridu jkunu lesti jgħaddu minn investigazzjoni ta’ sigurtà skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2). Il-ħatra għal din il-pożizzjoni ssir effettiva biss bil-kondizzjoni li l-kandidat magħżul jew magħżula tkun kisbet ċertifikat validu ta’ approvazzjoni tas-sigurtà. Il-kandidati mingħajr awtorizzazzjoni tas-sigurtà ser jiġu offruti kuntratt temporanju sakemm jinkiseb ir-riżultat tal-proċedura tal-approvazzjoni tas-sigurtà. |
|
(2) |
Il-persuna magħżula għandha tkun lesta ssegwi t-taħriġ tas-SĠK fil-maniġment. |
RIMARKA
Peress li din il-pożizzjoni hija indikata bħala sensittiva, il-membru tal-persunal li jokkupaha jista’, wara perijodu ta’ ħames snin fil-kariga, ikun obbligat jibdel il-pożizzjoni.
PROĊEDURA TAL-GĦAŻLA
L-Awtorità tal-Ħatra ser tiġi megħjuna minn bord konsultattiv tal-għażla sabiex tagħżel il-kandidat. Il-bord konsultattiv tal-għażla ser ikollu l-appoġġ ta’ ċentru ta’ evalwazzjoni, immexxi minn konsulenti tar-reklutaġġ esterni. Ir-rapporti stabbiliti miċ-ċentru ta’ evalwazzjoni għall-istess tip ta’ pożizzjoni ma jibqgħux validi wara sentejn mid-data li fiha saru l-eżerċizzji rilevanti jew mat-tmiem tal-kuntratt qafas bejn is-SĠK u ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni inkwistjoni - skont liema data tiġi l-ewwel.
Il-bord konsultattiv tal-għażla l-ewwel ser jevalwa u jqabbel il-kwalifiki, l-esperjenza u l-motivazzjoni tal-applikanti kollha, abbażi tal-applikazzjonijiet tagħhom. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni komparattiva, il-bord konsultattiv tal-għażla ser jagħmel lista ristretta tal-aktar kandidati adatti li, fl-opinjoni tiegħu, għandhom jiġu mistiedna għall-ewwel intervista. Peress li din l-ewwel għażla hija bbażata fuq evalwazzjoni komparattiva tal-applikazzjonijiet, l-ilħuq tar-rekwiżiti ta’ din il-pożizzjoni vakanti ma jiggarantix stedina għall-ewwel intervista. Minn fost il-kandidati intervistati, il-bord konsultattiv tal-għażla ser jagħmel preselezzjoni tal-kandidati biex jattendu ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, kif ukoll għat-tieni intervista mal-bord konsultattiv tal-għażla.
L-ippjanar proviżorju tal-għażla huwa kif ġej:
|
— |
huwa mistenni li l-kandidati magħżula għall-intervisti jiġu infurmati sa nofs Marzu 2020; |
|
— |
l-ewwel intervisti huma previsti għat-tieni nofs ta’ Marzu 2020; |
|
— |
iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni huwa previst li jsir sa tmiem Marzu/il-bidu ta’ April 2020; |
|
— |
it-tieni ċiklu ta’ intervisti huwa previst għat-tieni nofs ta’ April 2020. |
BAŻI LEGALI
Din il-pożizzjoni qed tiġi ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) (pożizzjoni maniġerjali superjuri).
Din il-pożizzjoni ġiet ippubblikata lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea u barra mill-istituzzjonijiet.
KIF TAPPLIKA
Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija l-21 ta’ Frar 2020 f’12:00 nofsinhar (ħin ta’ Brussell).
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu biss bil-posta elettronika u jridu jintbagħtu lil:applications.management@consilium.europa.eu (4) mhux aktar tard mid-data tal-għeluq. Mhumiex ser jitqiesu l-applikazzjonijiet li jaslu tard.
Għandu jintuża l-indirizz elettroniku indikat hawn fuq għal kwalunkwe korrispondenza marbuta mal-proċedura tal-għażla (fis-suġġett tal-email għandu jkun hemm it-titlu li ġej: CONS/AD/158/20 ORG.5).
Qabel ma jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati għandhom jivverifikaw sew jekk jissodisfawx il-kriterji kollha ta’ eliġibbiltà biex b’hekk jevitaw l-esklużjoni awtomatika mill-proċedura tal-għażla.
Biex ikunu validi, l-applikazzjonijiet iridu jinkludu:
|
(a) |
il-formola tal-applikazzjoni (Anness V) mimlija u datata kif meħtieġ; il-formola tal-applikazzjoni elettronika tinsab fuq is-sit web tal-Kunsill minn dan il-link: http://www.consilium.europa.eu/en/general-secretariat/jobs/job-opportunities/ |
|
(b) |
curriculum vitae dettaljat (5), flimkien ma’ ittra ta’ motivazzjoni, bl-Ingliż jew bil-Franċiż, preferibbilment fil-format Europass (http://europass.cedefop.europa.eu), li jkopri l-karriera kollha tal-persuna li tapplika u jelenka, fost oħrajn, il-kwalifiki, l-għarfien lingwistiku, l-esperjenza u d-dmirijiet attwali tal-persuna li tapplika; u |
|
(c) |
kopji tad-diplomi li jiċċertifikaw l-edukazzjoni u kopji tad-dokumenti u ċ-ċertifikati relatati mal-esperjenza professjonali. Id-dokumenti ta’ prova jridu jinħarġu minn parti terza u mhux biżżejjed li sempliċiment tintbagħat is-CV msemmija f’b). |
Id-dokumenti kollha ta’ prova mehmuża mal-applikazzjoni jridu jkunu f’format MS word text, pdf jew jpg, jingħataw isem (bl-Ingliż jew bil-Franċiż) u jkunu nnumerati f’sekwenza (Anness 1, 2, eċċ.). Trid tiġi mehmuża wkoll lista tal-annessi kollha. Applikazzjonijiet li jaslu bil-posta, jew permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ ħżin ta’ data bbażati fuq cloud jew pjattaformi għall-kondiviżjoni tal-fajls mhumiex ser jiġu kkunsidrati.
Fil-każ li tintgħażel minn fost il-kandidati nitolbuk tipprovdi d-dokumenti oriġinali msemmija hawn fuq.
Ser tintbagħatlek email li tikkonferma l-wasla tal-applikazzjoni tiegħek. Tajjeb li tkun taf li qatt ma jistgħu jiġu eliminati għalkollox diffikultajiet tekniċi marbuta mat-trasmissjoni ta’ emails. Għalhekk, jekk ma tirċevix email li tirrikonoxxi l-wasla tal-applikazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok ivverifika li s-SĠK ikun irċevieha billi tikkuntattja lil applications.management@consilium.europa.eu. Peress li l-bord konsultattiv tal-għażla ser jibda l-ħidma tiegħu ftit wara d-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet, inħeġġuk tagħmel kull verifika meħtieġa fil-ġimgħa ta’ wara dik id-data.
OPPORTUNITAJIET INDAQS
Is-SĠK huwa impenjat li jipprovdi opportunitajiet indaqs għall-impjegati kollha tiegħu u l-applikanti għal impjieg (ara l-Anness II). Bħala impjegatur, is-SĠK huwa impenjat biex jiżgura l-ugwaljanza bejn is-sessi u biex jipprevjeni d-diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi. Jilqa’ b’mod attiv l-applikazzjonijiet mill-kandidati kwalifikati kollha minn ambjenti diversi, fost il-ħiliet kollha u mill-bażi ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli fost l-Istati Membri tal-UE. Biex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi, is-SĠK jinkoraġġixxi applikazzjonijiet min-nisa.
Tista’ tiġi pprovduta assistenza lil persuni b’diżabilità matul il-proċedura ta’ reklutaġġ. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ibgħat email indirizzata lil equal.opportunities@consilium.europa.eu
RIEŻAMI TAL-APPLIKAZZJONIJIET
Il-proċeduri marbuta ma’ lmenti, appelli u riferimenti għall-Ombudsman Ewropew jinsabu fl-Anness III ta’ dan l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti.
PROTEZZJONI TAD-DATA
Ir-regoli għall-ipproċessar ta’ data personali b’rabta ma’ din il-proċedura tal-għażla jinsabu fl-Anness IV ta’ dan l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti.
(1) L-Artikolu 5(3)(c) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolamenti tal-Persunal) jesiġi li l-applikanti jkollhom mill-inqas:
|
(i) |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ studji universitarji kompluti, iċċertifikati b’diploma meta t-tul ta’ żmien normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta’ erba’ snin jew aktar, jew |
|
(ii) |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ studji universitarji kompluti, iċċertifikati b’diploma u esperjenza professjonali adegwata ta’ mill-inqas sena meta t-tul ta’ żmien normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta’ mill-inqas tliet snin. |
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1) (Ħarġa Speċjali bil-Malti, Kapitolu 01, Volum 02, p. 5), emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1023/2013 (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).
(4) Dan l-indirizz elettroniku huwa kkollegat ma’ indirizz elettroniku funzjonali u jista’ jittratta biss messaġġi b’Livell ta’ Kunfidenzjalità “Normali”; emails mibgħuta b’livell ieħor ta’ kunfidenzjalità (eż. “Personali”, “Privat”, “Kunfidenzjali”) ma jistgħux jiġu pproċessati. Għaldaqstant agħżel il-livell ta’ kunfidenzjalità “Normali”. Id-daqs tal-email tiegħek m’għandux ikun iżjed minn 25MB. Jekk l-email tiegħek, flimkien mal-hemżiet tiegħu, tkun ta’ daqs ikbar minn dan, jekk jogħġbok qassam l-hemżiet tiegħek fuq għadd ta’ emails.
(5) Il-kandidati huma mitluba ma jinkludux ritratti fis-CV tagħhom.
ANNESS I
Il-Profil tal-Maniġers Orizzontali tas-SĠK
Bħala maniġer tas-SĠK int iżżid il-valur billi taġixxi kemm bħala konsulent kif ukoll bħala maniġer u dejjem tkun rappreżentant(a) tas-SĠK.
Fit-twettiq ta’ dawn ir-rwoli inti mistenni(ja) li:
Bħala Rappreżentant(a)
|
— |
Taġixxi b’integrità, esternament kif ukoll internament. |
|
— |
Taġixxi fl-interess tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll l-Unjoni b’mod ġenerali. Tiżgura li diverġenzi li jista’ jkun hemm jiġu identifikati u indirizzati. |
|
— |
Toħloq relazzjonijiet ta’ kunfidenza, fiduċja u trasparenza, u tkun networker attiv(a). |
|
— |
Tfittex ir-riżultati u tkun influwenti, u fl-istess ħin turi rispett u sens ta’ servizz. |
Bħala Konsulent(a)
|
— |
Tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-Unjoni. Turi sens ta’ proattività u kreattività. Taħseb minn qabel u tippjana għal żviluppi futuri. Tipprovdi soluzzjonijiet. |
|
— |
Tagħti pariri lill-partijiet ikkonċernati tagħna biex tiffaċilita l-kisbiet tal-għanijiet tagħhom u fl-interess taż-żewġ istituzzjonijiet tagħna. Taġixxi b’manjiera oġġettiva u ġusta. |
|
— |
Ikollok għarfien tal-interazzjoni bejn it-teħid tad-deċiżjonijiet u d-dibattitu pubbliku. Tieħu ħsieb li l-pariri tiegħek jieħdu kont tas-sitwazzjoni politika tal-partijiet ikkonċernati tagħna u jintegraw konsiderazzjonijiet ta’ komunikazzjoni. |
|
— |
Tiffaċilita t-teħid tad-deċiżjonijiet leġittimu permezz tal-kooperazzjoni, relazzjonijiet ta’ xogħol tajbin u kompromess fost l-Istati Membri u mal-Istituzzjonijiet u partijiet ikkonċernati oħrajn. |
|
— |
Iżżomm ruħek infurmat(a) tajjeb dwar l-iżviluppi fil-qasam ta’ responsabbiltà tiegħek, kif ukoll lil hinn mill-ħidma immedjata tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill. Ma titlifx il-perspettiva ġenerali. |
Bħala Maniġer
|
— |
Tagħti awtonomizzazzjoni lill-membri tal-persunal tiegħek, tiddelega u tafda, tappoġġa u timmotiva, tagħti feedback u gwida, tinkoraġġixxi l-inizjattiva u l-kuraġġ biex il-membri tal-persunal jaħsbu b’mod kreattiv; tnaqqas il-ġerarkija u l-kontroll kemm jista’ jkun, filwaqt li tinżamm il-kwalità. |
|
— |
Tikkomunika b’mod ċar dwar l-objettivi u l-aspettattivi u tiżgura l-fluss ta’ informazzjoni lejn, minn u fost il-membri tal-persunal tiegħek kif ukoll ma’ DGs, direttorati u unitajiet oħrajn. |
|
— |
Taġixxi dejjem fl-interess tas-SĠK kollu, mhux biss tad-DG, id-Direttorat jew l-Unità tiegħek, u tiżgura li nipprovdu riżultati lill-partijiet ikkonċernati tagħna. Tkisser il-kompartimentazzjoni. |
|
— |
Ikollok il-kuraġġ li tindirizza l-konflitti, il-prestazzjoni insuffiċjenti u diffikultajiet oħra fil-pront; tiżgura l-benessri u l-iżvilupp tal-persunal tiegħek, u taqdi l-obbligu li tieħu ħsieb il-persunal tiegħek. |
|
— |
Waqt li qed tmexxi u tiffaċilita l-bidla, tinvolvi lill-persunal tiegħek biex jiġi żgurat li s-SĠK ilaħħaq mal-iżviluppi u jsir aktar dinamiku, flessibbli u kollaborattiv. Tkun l-ewwel biex tagħti l-eżempju ta’ dak li qed tgħid. |
|
— |
Tkun responsabbli għall-aħjar użu tar-riżorsi umani u finanzjarji tas-SĠK. |
ANNESS II
Opportunitajiet Indaqs fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK)
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill huwa impenjat li jipprovdi opportunitajiet indaqs għall-impjegati kollha tiegħu u l-applikanti għal impjieg. Bħala impjegatur, is-SĠK huwa impenjat biex jiżgura l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u biex jipprevjeni d-diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi. Jilqa’ b’mod attiv l-applikazzjonijiet mill-kandidati kwalifikati kollha minn ambjenti diversi, fost il-ħiliet kollha u mill-bażi ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli fost l-Istati Membri tal-UE.
L-għanijiet ewlenin tal-politika ta’ Opportunitajiet Indaqs tas-SĠK huma li:
|
— |
jikseb rappreżentanza bbilanċjata ta’ rġiel u nisa. Is-SĠK jinkoraġġixxi applikazzjonijiet minn nisa speċjalment għal postijiet ta’ maniġment, fejn bħalissa huma sottorappreżentati; |
|
— |
itejjeb l-aċċessibilità tal-ambjent tax-xogħol u jiżgura li jkun inklużiv. Jistgħu jiġu pprovduti arranġamenti ta’ akkomodazzjoni raġonevoli għall-persunal b’diżabilità sakemm ma jkunux ta’ piż żejjed fuq ir-riżorsi tal-istituzzjoni. Tista’ tiġi pprovduta assistenza lil persuni b’diżabilità matul il-proċedura ta’ reklutaġġ; |
|
— |
jiżgura li l-politika dwar ir-riżorsi umani u l-ġestjoni tal-persunal tirrispetta l-prinċipji ta’ l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni; |
|
— |
jipproteġi l-persunal minn fastidju fuq il-post tax-xogħol; |
|
— |
jirrikonċilja l-ħajja professjonali u dik privata. Is-SĠK joffri pakkett komprensiv ta’ miżuri ta’ xogħol flessibbli, inkluż it-telexogħol, ħin tax-xogħol individwali u l-possibbiltà li jittieħed leave tal-ġenituri għall-ommijiet u għall-missirijiet skont ir-Regolament tal-Persunal. Is-SĠK għandu crèche għal tfal minn 0 sa 4 snin. Il-Kummissjoni Ewropea torganizza faċilitajiet tal-indukrar tat-tfal wara l-iskola u fil-vaganzi li hija miftuħa għat-tfal tal-persunal tas-SĠK. |
Għal aktar informazzjoni, ibgħat email indirizzata lil equal.opportunities@consilium.europa.eu
ANNESS III
Ilment intern - Appell ġudizzjarju - Ilment quddiem l-Ombudsman Ewropew
Jekk, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura tal-għażla, ma tkunx sodisfatt(a) bil-mod kif l-applikazzjoni tiegħek tiġi ttrattata għandek id-dritt li tressaq ilment.
Ilment intern
Meta tirċievi deċiżjoni li ma tkunx sodisfatt biha, fi żmien tliet xhur min-notifika dwar id-deċiżjoni, tista’ tressaq ilment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, lil:
|
Council of the European Union |
|
Legal Advisers to the Administration Unit, ORG 1.F |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIUM |
|
Indirizz elettroniku: legal.advisersHR@consilium.europa.eu |
It-tweġibiet għal dawn l-ilmenti jingħataw bil-miktub mill-Awtorità tal-Ħatra fi żmien erba’ xhur minn meta jirċievu l-ilment. Madankollu, jekk l-ilment tiegħek jasal kmieni biżżejjed, jista’ jkun possibbli li l-bord konsultattiv tal-għażla jirrevedi d-deċiżjoni li tkun is-suġġett tal-ilment tiegħek u jwieġbek fuq dik il-bażi.
Appell Ġudizzjarju
Jekk ma tkunx sodisfatt(a) bit-tweġiba li tirċievi mill-Awtorità tal-Ħatra skont il-proċedura ta’ lmenti interni, tista’ tippreżenta appell ġudizzjarju skont l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal lil:
|
General Court of the European Union |
|
Rue du Fort Niedergrünewald |
|
2925 Luxembourg |
|
LUXEMBOURG |
Ilment lill-Ombudsman Ewropew
Wara li tkun eżawrejt il-possibbiltajiet kollha għal rimedju fis-SĠK, b’mod partikolari l-proċedura ta’ lmenti interni skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, imbagħad bħaċ-ċittadini l-oħra kollha tal-Unjoni tista’ tressaq ilment quddiem:
|
The European Ombudsman |
|
1, avenue du Président Robert Schuman – BP 403 |
|
67001 Strasbourg Cedex |
|
FRANCE |
skont l-Artikolu 228(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew (1).
Għandek tkun taf li lmenti mressqa lill-Ombudsman Ewropew ma għandhom ebda effett ta’ sospensjoni fuq il-perijodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 90(2) u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal biex jiġu ppreżentati lmenti jew appelli quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) Id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15).
ANNESS IV
Protezzjoni tad-data
Bħala l-istituzzjoni responsabbli għall-organizzazzjoni tal-proċedura tal-għażla, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jiżgura li d-data personali tal-applikanti tiġi pproċessata skont ir-Regolament (UE) Nru 1725/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażi legali għall-proċedura tal-għażla hija r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-Deċiżjoni 2013/488/UE. Il-proċedura tal-għażla titmexxa taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat għar-Riżorsi Umani (ORG.1), Unità tal-Persunal u Mobbiltà, u l-kontrollur huwa l-kap ta’ dik l-unità. L-informazzjoni pprovduta mill-applikanti ser tkun aċċessibbli għall-membri tal-Uffiċċju għall-Għażla ta’ Uffiċjali u l-ġerarkija ta’ superjuri tagħhom, għall-membri tal-Kumitat Konsultattiv tal-Għażla, u, jekk meħtieġ, għall-unità tal-Konsulenti Legali. L-informazzjoni amministrattiva li tidentifika l-applikant u/jew meħtieġa għall-organizzazzjoni prattika tal-proċedura jistgħu jintbagħtu lil ċentru ta’ evalwazzjoni.
L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-ġbir ta’ data li tidentifika l-applikanti kollha għal pożizzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-għażla ta’ applikant minnhom.
Id-data inkwistjoni hija:
|
— |
data personali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-applikanti (kunjom, isem, data tat-twelid, sess, ċittadinanza); |
|
— |
informazzjoni pprovduta mill-applikanti biex tiffaċilita l-organizzazzjoni prattika tal-proċedura (indirizz postali, indirizz elettroniku, numru tat-telefon); |
|
— |
informazzjoni mogħtija mill-applikanti biex ikun possibbli jiġi evalwat jekk jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni stipulati fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti (ċittadinanza; lingwi; kwalifiki tal-applikanti u s-sena meta nkisbu, tip ta’ diploma/lawrja, isem l-istituzzjoni minn fejn inkisbu, esperjenza professjonali); |
|
— |
fejn japplika, informazzjoni dwar it-tip u t-tul ta’ żmien tal-awtorizzazzjoni tas-sigurtà tal-applikanti; |
|
— |
ir-riżultati tat-testijiet tal-għażla li jkunu għamlu l-applikanti, inkluż l-evalwazzjonijiet magħmula mill-konsulenti taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni f’isem il-bord tal-għażla. |
L-ipproċessar jibda mid-data meta tkun waslet l-applikazzjoni. L-applikazzjonijiet jiġu ffajljati u jinħażnu fl-arkivji għal sentejn.
L-applikanti kollha jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ aċċess għal u d-dritt ta’ rettifika tad-data personali. Talbiet sostanzjati għandhom jintbagħtu b’posta elettronika lill-Uffiċċju għall-Għażla ta’ Uffiċjali fl-indirizz elettroniku selection.officials@consilium.europa.eu
L-applikanti jistgħu jirrikorru fi kwalunkwe mument għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu).
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1725/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE.
ANNESS V
LISTE DES ANNEXES
ANNEXE 1:
ANNEXE 2:
ANNEXE 3:
ANNEXE 4:
ANNEXE 5:
ANNEXE 6:
ANNEXE 7:
ANNEXE 8:
TABLE OF ANNEXES
ANNEX 1:
ANNEX 2:
ANNEX 3:
ANNEX 4:
ANNEX 5:
ANNEX 6:
ANNEX 7:
ANNEX 8: