ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 32

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
31ta' Jannar 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 32/01

Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 32/02

Rata tal-kambju tal-euro — It-30 ta' Jannar 2020

9

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2020/C 32/03

Rapport Speċjali Nru 4/2020 L-użu ta’ teknoloġiji ġodda ta’ immaġni għall-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni: b’mod ġenerali sar progress kostanti, iżda għall-monitoraġġ tal-klima u tal-ambjent dan seħħ aktar bil-mod

10

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2020/C 32/04

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-Ordnijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika f’materji kriminali

11

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2020/C 32/05

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità Impożizzjoni ta’ obbligi tas-servizz pubbliku marbuta mas-servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

15

2020/C 32/06

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità Modifika tal-obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

16

2020/C 32/07

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku ( 1 )

17


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

2020/C 32/08

TIS 2020 — Sejħa għall-Proposti Ideat li jbiddlu d-dinja: It-Turnew tal-Innovazzjoni Soċjali tal-IBEI għall-2020

18

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 32/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9434 — UTC/Raytheon) ( 1 )

19

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 32/10

Pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 .

20


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

31.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/1


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011

(2020/C 32/01)

1.   INTRODUZZJONI

Skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament”), meta jingħata l-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza ta' xi ikel u dan ma jkunx l-istess bħal dak tal-ingredjent primarju tiegħu, il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ingredjent primarju inkwistjoni jeħtieġ li jiġi ddikjarat ukoll jew, tal-anqas, jiġi indikat bħala differenti minn dak tal-ikel.

Fit-28 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/775 (2) (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni”) li jistabbilixxi l-modalitajiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament. B’mod partikolari, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jiċċara u jarmonizza kif għandha tiġi ttikkettata l-oriġini tal-ingredjent(i) primarju(i).

L-għan ta’ dan l-avviż tal-Kummissjoni huwa li jipprovdi linji gwida għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u għall-awtoritajiet nazzjonali dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament. Dan l-Avviż għandu jinqara flimkien ma’ dispożizzjonijiet rilevanti oħra tar-Regolament u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. B’mod partikolari, din il-gwida hija mingħajr preġudizzju għall-projbizzjoni ta’ informazzjoni li tiżgwida lill-konsumaturi prevista fl-Artikolu 7 tar-Regolament. Dan l-Avviż jiċċara d-dispożizzjonijiet li diġà jinsabu fil-leġiżlazzjoni applikabbli. Huwa ma jestendi bl-ebda mod l-obbligi li jirriżultaw minn dik il-leġiżlazzjoni u lanqas ma jintroduċi rekwiżiti addizzjonali fuq l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

Dan l-Avviż huwa maħsub biss biex jassisti liċ-ċittadini, lill-operaturi tan-negozji u lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fl-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija kompetenti sabiex tinterpreta b’awtorità d-dritt tal-Unjoni. Il-fehmiet espressi f’dan l-Avviż ma jistgħux jippreġudikaw il-pożizzjoni li tista’ tieħu l-Kummissjoni Ewropea quddiem il-qrati tal-Unjoni u dawk nazzjonali.

2.   MISTOQSIJIET RELATATI MAL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU 26(3) TAR-REGOLAMENT

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament jistabbilixxi żewġ kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ ttikkettar speċifiċi għall-ingredjenti primarji: (1) l-eżistenza ta’ indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta’ provenjenza tal-ikel finali; u (2) li tali indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta’ provenjenza tal-ikel ma tkunx l-istess bħal dik tal-ingredjent primarju tiegħu.

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(3), l-obbligi speċifiċi ta’ ttikkettar kontenuti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(3) japplikaw biss għal każijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

Hemm żewġ limitazzjonijiet għall-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni:

L-ewwel nett, l-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jispeċifika li l-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza ta’ oġġett ta’ ikel jista’ jingħata “bi kwalunkwe mezz bħala dikjarazzjonijiet, preżentazzjoni ta’ stampi, simboli jew termini, li jirreferu għal postijiet jew żoni ġeografiċi, ħlief għal termini ġeografiċi inklużi f’ismijiet abitwali u ġeneriċi fejn dawk it-termini ġeografiċi litteralment jindikaw l-oriġini, iżda li l-fehim komuni tagħhom ma jkunx indikazzjoni tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza.”

It-tieni, l-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jispeċifika li “l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (3) , ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (4), ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (5) jew ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 (6) jew protetti skont ftehimiet internazzjonali” kif ukoll it-trademarks irreġistrati meta dawn jikkostitwixxu indikazzjoni tal-oriġini, ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Il-premessa 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tiċċara fir-rigward ta’ din it-tieni eċċezzjoni li, filwaqt li l-Artikolu 26(3) tar-Regolament fil-prinċipju jrid japplika wkoll għall-każijiet deskritti minn din it-tieni eżenzjoni, jeħtieġ li r-regoli ta’ implimentazzjoni rilevanti jiġi eżaminati aktar u se jiġu adottati fi stadju aktar tard.

2.1.   Referenza għall-operatur tan-negozju tal-ikel

2.1.1.   L-isem/l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-operatur tan-negozju tal-ikel, ipprovduti fuq tikketta, jistgħu jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament?

Skont il-premessa 29 u l-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament, l-indikazzjonijiet relatati mal-isem, l-isem tan-negozju jew l-indirizz tal-operatur tan-negozju tal-ikel, ipprovduti fuq it-tikketta, ma jikkostitwux indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta’ provenjenza tal-ikel skont it-tifsira tar-Regolament. Għalhekk, kwalunkwe referenza għall-entità legali tal-operatur tan-negozju tal-ikel, fil-prinċipju ma twassalx għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament.

Madankollu, tali indikazzjonijiet jistgħu jitqiesu li jiżgwidaw, fuq il-bażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament, fir-rigward tal-pajjiż veru tal-oriġini jew il-post veru ta’ provenjenza tal-ikel jekk dawn jiġu enfasizzati b’mod ċar fuq il-pakkett u meta l-oriġini jew il-post ta’ provenjenza speċifiċi jkunu ġew ippreżentati b’mod viżibbli u dik l-oriġini ma tkunx l-istess bħal dik tal-ingredjent primarju tal-ikel. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jivvalutaw tali każijiet billi jqisu l-informazzjoni kollha pprovduta fuq it-tikketta u l-preżentazzjoni sħiħa tal-prodott.

2.2.   Ismijiet tad-ditta

2.2.1.   Id-ditti mhux protetti bi trademark irreġistrata kif imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistgħu jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament?

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jagħmilha ċara li anki jekk l-indikazzjonijiet tal-oriġini li huma parti minn trademarks irreġistrati jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ma għandux japplika għal dawn l-indikazzjonijiet sakemm jiġu adottati regoli speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) għal dawn l-indikazzjonijiet. Il-leġiżlatur tal-UE rrikonoxxa l-karattru u l-objettivi speċifiċi tat-trademarks irreġistrati regolati b’leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni u, għalhekk, il-Kummissjoni se teżamina aktar kif trid tiġi indikata l-indikazzjoni tal-oriġini tal-ingredjent primarju li għandha tiġi pprovduta bl-Artikolu 26(3) tar-Regolament, fejn meħtieġ għal dawn l-indikazzjonijiet. Mill-banda l-oħra, id-ditti li jinkludu dikjarazzjonijiet ġeografiċi li huma trademarks mhux irreġistrati mhumiex parti minn din l-eżenzjoni temporanja u għalhekk ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni japplika għalihom flimkien mal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 26(3) tar-Regolament.

2.3.   Isem tal-ikel

2.3.1.   L-ismijiet tradizzjonali li jinkludu dikjarazzjonijiet ġeografiċi għandhom jitqiesu bħala li jindikaw il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ikel?

L-Artikolu 2(2)(o) tar-Regolament jiddefinixxi “isem tradizzjonali” bħala isem li huwa aċċettat bħala l-isem tal-ikel mill-konsumaturi fl-Istat Membru li fih jinbiegħ, mingħajr il-ħtieġa ta' aktar spjegazzjoni dwaru.

Skont il-premessa (8) u l-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, l-ismijiet tradizzjonali u ġeneriċi li jinkludu termini ġeografiċi li litteralment jindikaw l-oriġini, iżda li l-fehim komuni tagħhom mhuwiex indikazzjoni tal-oriġini jew tal-post ta’ provenjenza tal-ikel, ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Ħafna drabi dawn l-ismijiet jirreferu għal post ġeografiku, reġjun jew pajjiż fejn l-ikel inkwistjoni kien oriġinarjament prodott jew kummerċjalizzat u maż-żmien, saru ismijiet ġeneriċi/tradizzjonali għal ċerta kategorija ta’ ikel. Sakemm dawn id-denominazzjonijiet ġeneriċi u ismijiet tradizzjonali ma joħolqux il-perċezzjoni, fil-konsumatur, ta’ ċerta oriġini ġeografika tal-ikel inkwistjoni, l-użu tagħhom ma jwassalx għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament.

Eżempju: Zalzett frankfurter.

Peress li l-kwistjoni tirrigwarda l-fehim tal-konsumaturi fi ħdan kull Stat Membru individwali u hemm differenzi sinifikanti fil-perċezzjonijiet tal-konsumaturi dwar dawn l-aspetti fi ħdan l-UE, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat fuq bażi ta’ każ b’każ jekk isem speċifiku jinftiehemx b’mod ċar mill-konsumatur bħala isem ġeneriku/tradizzjonali.

2.3.2.   L-ismijiet ġuridiċi li jinkludu dikjarazzjoni ġeografika għandhom jitqiesu li jindikaw il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ikel?

Skont l-Artikolu 2(2)(n) tar-Regolament, “isem ġuridiku” tfisser l-isem ta’ xi ikel preskritt fid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni applikabbli għalih jew, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-Unjoni bħal dawn, l-isem previst fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru li fih jinbiegħ l-ikel lill-konsumatur finali jew lill-fornituri tal-massa.

Fi kliem ieħor, ismijiet bħal dawn huma ismijiet tradizzjonali kodifikati, fejn il-leġiżlatur qies importanti li jarmonizza l-użu tagħhom u ħafna drabi l-kompożizzjoni tal-prodotti li jiddefinixxu, sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-aspettattivi tal-konsumatur fir-rigward tal-karatteristiċi tal-ikel mibjugħ taħt ismijiet speċifiċi.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-ismijiet ġuridiċi li jinkludu dikjarazzjoni ġeografika m’għandhomx jitqiesu li jagħtu l-indikazzjoni tal-oriġini skont it-tifsira tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament, meta l-Artikolu 26(3) diġà ġie kkunsidrat mil-leġiżlatur.

2.4.   Dikjarazzjonijiet differenti fuq it-tikketta

2.4.1.   Termini bħal “magħmul fi”, “prodott fi” u “prodott ta’” segwiti minn dikjarazzjoni ġeografika għandhom jitqiesu li jindikaw il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ikel?

Id-dikjarazzjonijiet bħal “magħmul fi (pajjiż)”, “manifatturat fi (pajjiż)”, “prodott fi (pajjiż)”, huma assoċjati mill-konsumaturi ma’ indikazzjoni tal-oriġini skont it-tifsira tal-Artikolu 26(3) u għalhekk, fil-prinċipju, għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta’ provenjenza tal-ikel. Barra minn hekk, dawk it-termini jirreferu għall-proċess ta’ produzzjoni jew manifattura, li, fil-każ tal-ikel ipproċessat, jistgħu jikkorrispondu mat-tifsira tal-pajjiż tal-oriġini għall-finijiet tar-Regolament, kif definit fl-Artikolu 60(2) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (7), jiġifieri l-aħħar proċessar jew xogħol sostanzjali, ekonomikament ġustifikat ta’ ikel, li jirriżulta fil-manifattura ta’ prodott ġdid jew li jirrappreżenta stadju importanti tal-manifattura.

Bl-istess mod, id-dikjarazzjoni “prodott ta’ (pajjiż)” b’mod ġenerali timplika għall-konsumatur indikazzjoni tal-oriġini skont it-tifsira tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament. Barra minn hekk, it-terminu “prodott ta’” huwa probabbli wkoll li jissuġġerixxi lill-konsumatur li l-ikel kollu, inklużi l-ingredjenti tiegħu, ġej mill-pajjiż indikat fuq it-tikketta.

2.4.2.   Dikjarazzjonijiet bħal “ippakkjat fi” jew “prodott fi/magħmul minn X għal Y” segwiti mill-isem tal-operatur tan-negozju tal-ikel u l-indirizz tiegħu għandhom jitqiesu li jindikaw il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ikel?

Id-dikjarazzjoni “ippakkjat fi” tindika b’mod ċar il-post fejn ikun ġie ppakkjat l-ikel u, b’mod ġenerali, bħala tali mhuwiex probabbli li jimplika indikazzjoni tal-oriġini għall-konsumatur fis-sens tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament. Għaldaqstant, minkejja li t-terminu inkwistjoni jirreferi għal post ġeografiku, huwa ma għandux jitqies li jindika l-post tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ikel.

Termini bħal “prodott minn/manifatturat minn/ippakkjat minn” (l-isem tal-operatur tan-negozju tal-ikel segwit mill-indirizz tiegħu) jew “prodott minn/manifatturat minn X għal Y” jagħmlu referenza litteralment għall-operatur tan-negozju tal-ikel rilevanti u, b’mod ġenerali, mhumiex probabbli li jissuġġerixxu indikazzjoni tal-oriġini tal-ikel lill-konsumatur. Kif elaborat fil-punt 2.1.1 ta’ dan l-Avviż, l-indikazzjonijiet relatati mal-isem, l-isem tan-negozju jew l-indirizz tal-operatur tan-negozju tal-ikel, ipprovduti fuq it-tikketta, ma jikkostitwux indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta’ provenjenza tal-ikel skont it-tifsira tar-Regolament.

Madankollu, il-perċezzjoni tal-konsumaturi tiġi ffurmata mill-komponenti kollha tat-tikketta, inkluża l-preżentazzjoni sħiħa ta’ prodott. Għalhekk, il-pakkett sħiħ irid jiġi kkunsidrat meta tkun qiegħda tiġi valutata l-possibbiltà ta’ karattru li jiżgwida, tal-ikel, fir-rigward tal-oriġini tiegħu.

2.4.3.   L-akronimi, l-istampi jew kwalunkwe dikjarazzjoni oħra miżjuda b’mod volontarju bl-iskop biss li jgħinu lill-konsumaturi jsibu l-lingwa lokali tagħhom fuq tikketti multilingwi għandhom jitqiesu bħala li jindikaw il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ikel?

Indikazzjonijiet bħal dawn m’għandhomx jitqiesu bħala indikazzjoni tal-oriġini jekk ikunu jirreferu b’mod ċar għall-verżjonijiet lingwistiċi differenti tal-informazzjoni dwar l-ikel ipprovduta fuq it-tikketta.

2.4.4.   Dikjarazzjonijiet bħal “għamla”, “tip”, “stil”, “riċetta”, “ispirat minn” jew “à la” li jinkludu dikjarazzjoni ġeografika għandhom jitqiesu bħala li jindikaw il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ikel?

Id-dikjarazzjonijiet bħal “għamla”, “tip”, “stil”, “riċetta”, “ispirat minn” jew “à la” normalment jirreferu għar-riċetta jew il-karatteristiċi speċifiċi tal-ikel jew għall-proċess tiegħu u, bħala tali, m’għandhomx fil-prinċipju jitqiesu bħala indikazzjoni tal-oriġini.

Madankollu, il-pakkett sħiħ irid jiġi kkunsidrat meta tkun qiegħda tiġi valutata l-possibbiltà ta’ karattru li jiżgwida, tal-ikel, fir-rigward tal-oriġini tiegħu. Irid jissemma wkoll li, fl-ispirtu tal-Artikolu 7 tar-Regolament, id-dikjarazzjonijiet imsemmija hawn fuq huma ġġustifikati biss jekk l-ikel inkwistjoni jkun fih karatteristiċi jew natura speċifiċi, jew ikun għadda minn ċertu proċess ta’ produzzjoni li jiddetermina r-rabta ddikjarata mal-post ġeografiku indikat fuq it-tikketta.

2.4.5.   Simbolu nazzjonali jew il-kuluri ta’ bandiera għandhom jitqiesu li jindikaw il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ikel?

Mill-perspettiva tal-konsumaturi, il-bnadar u/jew il-mapep huma identifikati bħala l-aktar referenzi rilevanti għat-tikkettar tal-oriġini. Għalhekk, fil-prinċipju, bnadar u/jew mapep ċari u viżibbli li jirreferu għal territorju ġeografiku speċifiku għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni tal-oriġini u konsegwentement, iwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament. Simboli nazzjonali oħra bħal monument, pajsaġġ jew persuna nazzjonali rikonoxxibbli jistgħu jiġu perċepiti wkoll mill-konsumatur bħala indikazzjoni tal-oriġini ta’ xi ikel. Madankollu, billi l-fehim tagħhom ħafna drabi jiddependi fuq il-prodott u l-pajjiż, dawk il-grafiċi għandhom jiġu valutati fuq bażi ta’ każ b’każ. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom iqisu b’mod partikolari l-pożizzjoni tas-simboli/grafika, id-daqs, il-kulur, id-daqs tat-tipa u l-kuntest ġenerali tat-tikkettar tal-ikel, jiġifieri li t-tikkettar sħiħ ma joħloqx konfużjoni għall-konsumaturi dwar l-oriġini tal-ikel.

Fir-rigward tal-ismijiet tad-ditta, l-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament hija spjegata fil-punt 2.2.1 ta’ dan l-Avviż.

Għandha tingħata konsiderazzjoni speċifika għall-użu ta’ stampi u dikjarazzjonijiet oħra li jirreferu għal avveniment nazzjonali/lokali jew għal tim sportiv nazzjonali/lokali biex jiġi ċċelebrat l-avveniment. Minħabba l-karattru okkażjonali tagħhom, dawk l-indikazzjonijiet jeħtieġ li jiġu valutati fuq bażi ta’ każ b’każ sabiex jiġi determinat jekk tiġix attivata l-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3).

2.4.6.   Jistgħu dikjarazzjonijiet addizzjonali pprovduti fuq it-tikketti ta’ ikel li jkollu indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont il-liġi tal-UE jew trademarks iwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament?

Sakemm jiġu adottati regoli speċifiċi, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ma japplikax għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont il-liġi tal-UE u għat-trademarks reġistrati kif imsemmija fl-Artikolu 1(2) tiegħu. Madankollu, f’każijiet fejn xi ikel ikollu wkoll dikjarazzjonijiet viżwali oħra, inklużi dawk li jirreferu għall-istess postijiet ġeografiċi jew postijiet ġeografiċi differenti, dikjarazzjonijiet bħal dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament.

2.5.   X’inhi l-interazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Att ta’ Implimentazzjoni u tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ikel organiku?

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (8) (ir-“Regolament dwar l-ikel organiku”) jipprovdi għal qafas ġenerali tar-regoli dwar il-produzzjoni organika, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-użu tat-termini li jirreferu għall-produzzjoni organika. Barra minn hekk, dak ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-tikkettar tal-prodotti organiċi u l-użu tal-logo tal-UE u jirrikjedi li meta jintuża dan il-logo, tiġi pprovduta indikazzjoni tal-post ta’ provenjenza fejn tkun tkabbret il-materja prima agrikola li minnha jkun magħmul il-prodott. Regoli bħal dawn jipprovdu lill-konsumatur b’informazzjoni ekwivalenti għal dik immirata bl-Artikolu 26(3).

Skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament, dan tal-aħħar għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ ttikkettar previsti f’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni applikabbli għal ikel partikolari. F’dan il-kuntest, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-ikel organiku għandhom jitqiesu bħala lex specialis u għandhom jipprevalu fuq l-Artikolu 26(3) tar-Regolament. Konsegwentement, kull meta jintuża l-logo organiku tal-UE, l-Artikolu 26(3) tar-Regolament ma japplikax.

3.   IDENTIFIKAZZJONI TAL-INGREDJENT PRIMARJU

Skont l-Artikolu 2(2)(q) tar-Regolament, “ingredjent(i) primarju/i” tfisser l-ingredjent jew ingredjenti tal-ikel li jirrappreżentaw aktar minn 50 % ta’ dak l-ikel jew li normalment ikunu assoċjati mal-isem tal-ikel mill-konsumatur u li fir-rigward tagħhom fil-biċċa l-kbira tal-każijiet tkun meħtieġa indikazzjoni kwantitattiva.

3.1.   Kif għandu jiġi identifikat l-ingredjent primarju?

Għall-finijiet tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament, l-operaturi tan-negozju tal-ikel huma meħtieġa jipprovdu informazzjoni dwar l-ingredjent(i) primarju/i tal-ikel inkwistjoni, abbażi tad-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2)(q) tar-Regolament.

Id-definizzjoni legali tal-ingredjent primarju tidentifika żewġ tipi ta’ kriterji biex jiġi determinat l-ingredjent primarju tal-ikel: a) wieħed kwantitattiv, li skontu l-ingredjent jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-ikel u b) wieħed kwalitattiv, li skontu l-ingredjent normalment jiġi assoċjat mal-isem tal-ikel mill-konsumaturi.

Meta jipprovdu l-informazzjoni dwar l-ingredjent(i) primarju/i ta’ xi ikel, l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom iqisu diversi elementi. B’mod partikolari, minbarra l-kompożizzjoni kwantitattiva tal-ikel, huma jridu jikkunsidraw bir-reqqa l-karatteristiċi u n-natura speċifiċi tiegħu, u l-preżentazzjoni sħiħa tat-tikketta. Iridu jikkunsidraw ukoll il-perċezzjoni u l-aspettattivi tal-konsumaturi fir-rigward tal-informazzjoni pprovduta dwar l-ikel inkwistjoni. L-operaturi tan-negozji tal-ikel iridu jqisu jekk l-indikazzjoni tal-oriġini ta’ ingredjent partikolari hijiex probabbli li taffettwa b’mod sostanzjali d-deċiżjonijiet dwar ix-xiri tal-konsumaturi u jekk l-assenza ta’ tali indikazzjoni tal-oriġini tiżgwidax lill-konsumaturi.

Irid jissemma wkoll li, fl-ispirtu tal-Artikolu 7 tar-Regolament, l-informazzjoni pprovduta fir-rigward tal-indikazzjoni tal-oriġini tal-ingredjent primarju m’għandhiex tiżgwida u fi kwalunkwe każ m’għandhiex tevita d-dispożizzjonijiet u l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jinfurzaw l-implimentazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq tar-Regolament.

3.2.   L-ikel jista’ jkollu aktar minn ingredjent primarju wieħed? Jekk iva, għall-ikel li fih aktar minn ingredjent primarju wieħed, għandha tingħata l-oriġini tal-ingredjenti primarji kollha?

Fid-definizzjoni tal-“ingredjent primarju”, l-Artikolu 2(2)(q) tar-Regolament jgħid li dan jista’ jkun ingredjent (fejn tintuża l-forma singulari tal-kelma) jew ingredjenti (fejn tintuża l-forma plurali tal-kelma). Skont din il-formulazzjoni, wieħed għandu jikkonkludi li d-definizzjoni tal-“ingredjent primarju” tipprovdi għall-possibbiltà li jkun hemm aktar minn ingredjent primarju wieħed ta’ xi ikel.

Barra minn hekk, huwa evidenti mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament, li jekk l-operatur tan-negozju tal-ikel jidentifika, fuq il-bażi tad-definizzjoni mogħtija, aktar minn ingredjent primarju wieħed, irid jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza ta’ dawn l-ingredjenti primarji kollha.

3.3.   Tista’ l-applikazzjoni tad-definizzjoni tal-ingredjent primarju tirriżulta fl-ebda ingredjent primarju ta’ xi ikel?

Għall-finijiet tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament, l-ewwel għandu jiġi valutat jekk kwalunkwe ingredjent ta’ xi ikel għandux jitqies bħala l-ingredjent primarju tiegħu fuq il-bażi tad-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2)(q) tar-Regolament. Dan jimplika li ikel ma jkollu l-ebda ingredjent primarju skont it-tifsira tar-Regolament meta l-ebda wieħed mill-ingredjenti tiegħu ma jkun jirrappreżenta aktar minn 50 % ta’ dak l-ikel, l-ebda wieħed mill-ingredjenti tiegħu normalment ma jkun assoċjat mal-isem tal-ikel mill-konsumatur u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ma tkunx meħtieġa indikazzjoni kwantitattiva.

3.4.   L-Artikolu 26(3) tar-Regolament u konsegwentement ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jkopri prodotti b’ingredjent wieħed?

L-Artikolu 26(3) tar-Regolament jista’ jkopri prodott ipproċessat b’ingredjent wieħed, meta l-aħħar trasformazzjoni sostanzjali tiegħu tkun seħħet f’post differenti mill-oriġini tal-ingredjent tal-materja prima jew meta l-ingredjent ikun inkiseb minn postijiet differenti. Din is-sitwazzjoni twassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament f’każ li jkun indikat il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ikel u l-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ingredjent primarju (ingredjent uniku), ma jkunx l-istess bħal dak tal-ikel.

3.5.   Meta jkun magħruf sewwa mill-konsumaturi li l-ingredjent primarju ta’ xi ikel jista’ jinkiseb biss minn barra l-UE, għandha tingħata l-oriġini tiegħu?

Ir-Regolament ma jipprovdi l-ebda eżenzjoni biex ma jiġix indikat il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ingredjenti primarji meta dan ma jkunx l-istess bħal dak tal-ikel. Għalhekk, anki jekk l-ingredjent primarju ta’ xi ikel ikun jista’ jinkiseb biss barra l-UE u l-indikazzjoni tal-oriġini pprovduta fir-rigward tal-ikel finali tirreferi għall-UE (jew l-Istat(i) Membru(i)), skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament, l-indikazzjoni tal-oriġini tal-ingredjent primarju inkwistjoni trid tiġi indikata.

3.6.   L-ingredjent primarju jista’ jkun ingredjent kompost?

Skont l-Artikolu 2(2)(h) tar-Regolament, “ingredjent kompost” tfisser ingredjent li fih innifsu huwa r-riżultat ta’ aktar minn ingredjent wieħed.

Ingredjent kompost jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament, jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-definizzjoni tal-ingredjent primarju kif stipulata fl-Artikolu 2(2)(q) tar-Regolament.

Meta l-informazzjoni dwar l-oriġini tal-ingredjent primarju tkun trid tiġi pprovduta f’konformità mal-Artikolu 26(3) tar-Regolament u l-ingredjent primarju jkun ingredjent kompost, l-operaturi tan-negozji tal-ikel iridu jipprovdu livell xieraq ta’ informazzjoni li jaqbel l-aħjar mal-ikel partikolari. F’dan il-kuntest, huma għandhom iqisu n-natura speċifika tal-ikel inkwistjoni, il-kompożizzjoni u l-proċess ta’ manifattura tiegħu, il-fehim, l-aspettattiva u l-interess tal-konsumaturi fl-indikazzjoni tal-oriġini tal-ingredjent primarju tal-ingredjent kompost (il-post minn fejn joriġina l-ingredjent primarju tal-ingredjent kompost, bħall-post tal-ħsad jew il-post tat-tkabbir), kif ukoll il-mod kif l-ingredjenti tal-ingredjent kompost ikunu indikati fil-lista tal-ingredjenti.

Irid jissemma wkoll li, fl-ispirtu tal-Artikolu 7 tar-Regolament, l-informazzjoni pprovduta fir-rigward tal-indikazzjoni tal-oriġini tal-ingredjent kompost m’għandhiex tiżgwida u fi kwalunkwe każ m’għandhiex tevita d-dispożizzjonijiet u l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jinfurzaw l-implimentazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq tar-Regolament.

4.   IL-LIVELLI ĠEOGRAFIĊI

Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxi regoli speċifiċi li japplikaw meta l-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ingredjent primarju jingħata abbażi tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament. Dawn ir-regoli għandhom l-għan li jiżguraw li tali informazzjoni tkun suffiċjentement preċiża u sinifikanti.

Għal dan il-għan, l-Artikolu 2(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jarmonizza ż-żoni ġeografiċi li trid tirreferi għalihom l-indikazzjoni tal-oriġini tal-ingredjent primarju.

4.1.   Jista’ jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-istess ingredjent primarju billi ssir referenza għal livelli ġeografiċi differenti (eż. “l-UE u l-Iżvizzera”)?

L-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprovdi lista ta’ żoni ġeografiċi li għandha tirreferi għalihom l-indikazzjoni tal-ingredjent primarju. Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament, l-operaturi tan-negozji tal-ikel iridu jagħżlu waħda miż-żoni ġeografiċi elenkati fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni huwa evidenti li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni ma jipprovdix il-possibbiltà li jiġu kombinati livelli ġeografiċi differenti elenkati fih għal ingredjent primarju wieħed.

Eżempji:

“L-Iżvizzera” tikkorrispondi għal żona ġeografika stabbilita fl-Artikolu 2(a)(iv). Għall-kuntrarju, “l-UE” tikkorrispondi għal żona ġeografika stabbilita fl-Artikolu 2(a)(i). Il-possibbiltà li t-tnejn jiġu kkombinati flimkien mhijiex prevista mill-Artikolu 2(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

Madankollu, l-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu jikkompletaw l-indikazzjonijiet “UE” u “mhux tal-UE” b’informazzjoni addizzjonali sakemm din tikkonforma mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fir-Regolament fir-rigward tal-informazzjoni volontarja dwar l-ikel (l-Artikolu 36 tar-Regolament). B’mod partikolari, informazzjoni bħal din ma għandhiex tiżgwida jew toħloq konfużjoni. F’dan il-kuntest, l-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu jindikaw “l-Iżvizzera” bħala informazzjoni volontarja addizzjonali li tikkomplementa r-referenza “mhux tal-UE”.

Eżempju:

“UE u mhux tal-UE (l-Iżvizzera)”

“UE (Spanja) u mhux tal-UE (l-Iżvizzera)”

4.2.   Jistgħu jiġu kkombinati kemm Stati Membri kif ukoll pajjiżi terzi biex jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ingredjent primarju?

L-Artikolu 2(a)(iv) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jagħti l-possibbiltà li l-Istat(i) Membru(i) jew il-pajjiż(i) terz(i) jiġi/jiġu ddikjarat(i) bħala l-indikazzjoni tal-oriġini tal-ingredjent primarju. Dan jimplika li l-operaturi jistgħu jagħżlu waħda minn dawn l-indikazzjonijiet jew jużaw it-tnejn li huma.

5.   TQEGĦID U PREŻENTAZZJONI

L-informazzjoni pprovduta fir-rigward tal-ingredjent primarju skont ir-Regolament għandha tikkomplementa l-informazzjoni mogħtija lill-konsumaturi dwar il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ikel. Huma għandhom ikunu viżibbli faċilment u jistgħu jinqraw b’mod ċar u, fejn ikun xieraq, ma jitħassrux. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxi regoli dwar it-tqegħid u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni inkwistjoni.

5.1.   Jista’ l-pajjiż tal-oriġini tal-ingredjent primarju jiġi indikat bl-użu ta' kodiċijiet tal-pajjiżi?

Skont l-Artikolu 9(1)(i) tar-Regolament, huwa obbligatorju li jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza għall-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 tar-Regolament. Barra minn hekk, l-Artikolu 9(2) tar-Regolament jirrikjedi li d-dettalji indikati fuq bażi obbligatorja skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament għandhom jiġu indikati bi kliem u numri u jistgħu jiġu espressi wkoll permezz ta’ pittogrammi jew simboli.

Mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament joħroġ li l-pajjiż tal-oriġini tal-ingredjent primarju dejjem irid ikun indikat bil-kliem. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri jridu jivvalutaw jekk ċerti kodiċijiet tal-pajjiż jistgħux jitqiesu bħala kliem. B’mod partikolari, kodiċi tal-pajjiż jista’ jkun aċċettabbli sakemm ikun hemm stennija raġonevoli li l-konsumaturi fil-pajjiż tal-kummerċjalizzazzjoni jifhmuh sewwa u ma jiġux żgwidati. Dan jista’ jkun il-każ għal abbrevjazzjonijiet bħal “UK”, “USA” jew “UE”.

5.2.   Meta l-isem tal-prodott ikun jinkludi indikazzjoni tal-oriġini u l-isem tal-prodott ikun jinstab fuq diversi postijiet tal-pakkett, l-indikazzjoni tal-oriġini tal-ingredjent primarju għandha tiġi indikata kull darba li l-isem tal-prodott jiġi ttikkettat fuq l-ikel? L-istess mistoqsija tikkonċerna l-indikazzjonijiet grafiċi, bħall-bnadar

L-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jispeċifika li fejn l-indikazzjoni tal-oriġini ta’ xi ikel tingħata bil-kliem, l-informazzjoni dwar l-oriġini tal-ingredjent primarju trid tidher fl-istess parti viżiva bħall-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta’ provenjenza tal-ikel. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ma jipprovdix il-flessibbiltà li tippermetti li l-oriġini tal-ingredjent primarju tiġi indikata darba biss jekk l-indikazzjoni tal-oriġini tal-ikel finali tiġi pprovduta diversi drabi fuq it-tikketta.

Mir-Regolament joħroġ li l-indikazzjoni tal-oriġini tal-ingredjent primarju trid tkun ippreżentata b’mod ċar u viżibbli għall-konsumaturi, dejjem fl-istess parti viżiva bħall-indikazzjoni tal-oriġini tal-prodott, inklużi l-bnadar. Għalhekk, f’każ li d-denominazzjoni tal-bejgħ li jkun fiha indikazzjoni tal-oriġini jew il-bnadar tiġi ripetuta fuq il-pakkett, l-informazzjoni dwar l-oriġini tal-ingredjent(i) primarju(i) għandha tiġi ripetuta wkoll skont dan.

5.3.   L-Artikolu 13(3) tar-Regolament japplika wkoll għall-indikazzjoni tal-oriġini tal-ingredjent primarju pprovduta skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni?

L-Artikolu 13 tar-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-preżentazzjoni tal-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel kif elenkata fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament u għalhekk anki tal-informazzjoni dwar il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza meta prevista fl-Artikolu 26 (l-Artikolu 9(1)(i) tar-Regolament). Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tar-Regolament għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni applikabbli għal kategoriji partikolari ta’ ikel.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi ta’ preżentazzjoni għall-indikazzjoni tal-oriġini tal-ingredjent primarju. B’mod partikolari, l-Artikolu 3 tiegħu jistipula li tali informazzjoni trid tidher fl-istess parti viżiva bħall-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta’ provenjenza tal-ikel u billi jintuża daqs tat-tipa li jkollu għoli-x ta’ mill-anqas 75 % tal-għoli-x tal-indikazzjoni tal-oriġini tal-ikel. Barra minn hekk, huwa sostnut li, fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni dwar l-indikazzjoni tal-oriġini tal-ingredjent primarju għandha tingħata f’daqs tat-tipa li ma jkunx iżgħar minn 1,2 mm.

Ir-rekwiżiti speċifiċi hawn fuq imsemmija tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandhom jiġu kkomplementati mid-dispożizzjonijiet orizzontali tal-Artikolu 13 tar-Regolament, li għandhom japplikaw b’mod kumulattiv.

L-Artikolu 13(3) tar-Regolament jipprovdi għal eżenzjoni fir-rigward tad-daqs tat-tipa meħtieġ tad-dettalji obbligatorji fil-każ ta’ pakketti żgħar (li għandhom erja ta’ anqas minn 80 cm2). Billi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tar-Regolament japplikaw għad-dettalji obbligatorji elenkati fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament, huma japplikaw ukoll għall-indikazzjoni tal-oriġini tal-ingredjent primarju pprovduta skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament. Għalhekk, fil-każ ta’ pakketti jew kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom ikollu erja ta’ anqas minn 80cm2, l-għoli-x tad-daqs tat-tipa msemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandu jkun ta’ 0,9 mm jew akbar.


(1)  ĠU L 304, 22.11.2011, p.18.

(2)  ĠU L 131, 29.5.2018, p. 8.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (riformulazzjoni), (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tal-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

31.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/9


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-30 ta' Jannar 2020

(2020/C 32/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1029

JPY

Yen Ġappuniż

120,03

DKK

Krona Daniża

7,4729

GBP

Lira Sterlina

0,84183

SEK

Krona Żvediża

10,6398

CHF

Frank Żvizzeru

1,0690

ISK

Krona Iżlandiża

135,90

NOK

Krona Norveġiża

10,1738

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,250

HUF

Forint Ungeriż

338,36

PLN

Zloty Pollakk

4,2873

RON

Leu Rumen

4,7770

TRY

Lira Turka

6,5970

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6412

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4577

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,5678

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6973

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5030

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 315,00

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,2673

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6504

HRK

Kuna Kroata

7,4423

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 094,84

MYR

Ringgit Malażjan

4,5087

PHP

Peso Filippin

56,246

RUB

Rouble Russu

69,6719

THB

Baht Tajlandiż

34,405

BRL

Real Brażiljan

4,6836

MXN

Peso Messikan

20,6985

INR

Rupi Indjan

79,0110


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

31.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/10


Rapport Speċjali Nru 4/2020

“L-użu ta’ teknoloġiji ġodda ta’ immaġni għall-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni: b’mod ġenerali sar progress kostanti, iżda għall-monitoraġġ tal-klima u tal-ambjent dan seħħ aktar bil-mod”

(2020/C 32/03)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 4/2020 “L-użu ta’ teknoloġiji ġodda ta’ immaġni għall-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni: b’mod ġenerali sar progress kostanti, iżda għall-monitoraġġ tal-klima u tal-ambjent dan seħħ aktar bil-mod” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu.


Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

31.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/11


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-Ordnijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika f’materji kriminali

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)

(2020/C 32/04)

F’April 2018, il-Kummissjoni ressqet żewġ Proposti - għal Regolament wieħed u Direttiva waħda - biex jiġi stabbilit qafas legali li jagħmilha aktar faċli u effiċjenti għall-awtoritajiet tal-pulizija u dawk ġudizzjarji, biex jiżguraw u jiksbu aċċess għal evidenza elettronika f’każijiet transfruntieri. Minn dakinhar, il-Kunsill adotta approċċi ġenerali dwar il-Proposti u l-Parlament Ewropew ħareġ diversi dokumenti ta’ ħidma. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ħareġ l-opinjoni tiegħu. Żviluppi relatati seħħew fuq livell internazzjonali, l-aktar bit-tnedija ta’ negozjati ta’ ftehim internazzjonali mal-Istati Uniti dwar aċċess transfruntier għal evidenza elettronika kif ukoll xogħol fuq it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità. Permezz ta’ din l-opinjoni, l-EDPS jixtieq jipprovdi lil-leġiżlatur tal-UE b’input ġdid għax-xogħol li jrid isir fuq il-Proposti, waqt li jitqiesu l-iżviluppi elenkati hawn fuq.

Fid-dinja tal-lum ittrasformata minn teknoloġiji ġodda, iż-żmien ta’ spiss huwa element essenzjali sabiex ikun possibbli għal dawk l-awtoritajiet li jiksbu data indispensabbli biex iwettqu l-missjonijiet tagħhom. Fl-istess waqt, anke fl-investigazzjoni ta’ każijiet domestiċi, awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi aktar ta’ spiss qed isibu lilhom infushom f’“sitwazzjonijiet transfruntiera” sempliċiment minħabba li ġie użat fornitur ta’ servizz barrani u l-informazzjoni tiġi maħżuna elettronikament fi Stat Membru ieħor. L-EDPS jappoġġa l-għan li jiġi żgurat li għodod effettivi jkunu disponibbli għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex jinvestigaw u jipproċedu kontra r-reati kriminali, u b’mod partikolari jilqa’ l-għan tal-Proposti biex l-aċċess għad-data f’każijiet transfruntieri jiġi aċċellerat u ffaċilitat permezz tal-armonizzazzjoni tal-proċeduri fl-UE.

Fl-istess waqt, l-EDPS jixtieq jissottolinja li kwalunkwe inizjattiva f’dan il-qasam trid tirrispetta bis-sħiħ il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-UE u huwa essenzjali li tiġi żgurata l-eżistenza tas-salvagwardji kollha meħtieġa. B’mod partikolari, il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali fil-proċess tal-ġbir ta’ evidenza elettronika transfruntiera tirrikjedi involviment akbar tal-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istat Membru li jeżegwixxi. Għandhom ikunu involuti b’mod sistematiku kmieni kemm jista’ jkun f’dan il-proċess, ikollhom il-possibbiltà li jirrevedu l-konformità tal-ordnijiet mal-Karta u jkollhom l-obbligu li jqajmu raġunijiet għal rifjut fuq dik il-bażi.

Barra minn hekk, id-definizzjonijiet tal-kategoriji tad-data fir-Regolament propost għandhom jiġu ċċarati u l-konsistenza tagħhom ma’ definizzjonijiet oħra ta’ kategoriji ta’ data fil-liġi tal-UE għandha tkun assigurata. Huwa jirrakkomanda wkoll li ssir valutazzjoni mill-ġdid tal-bilanċ bejn it-tipi ta’ reati li għalihom jistgħu jinħarġu Ordnijiet ta’ Produzzjoni Ewropej u l-kategoriji ta’ data kkonċernati fid-dawl tal-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

Barra minn hekk l-EDPS jagħmel rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar diversi aspetti tal-Proposti dwar l-evidenza elettronika li jeħtieġu titjib: l-awtentiċità u l-kunfidenzjalità tal-ordnijiet u tad-data trażmessa, il-preservazzjoni limitata skont l-Ordnijiet ta’ Preservazzjoni Ewropej, il-qafas tal-protezzjoni tad-data applikabbli, id-drittijiet tas-suġġetti tad-data, is-suġġetti tad-data jibbenefikaw minn immunitajiet u privileġġi, ir-rappreżentanti legali, il-limiti ta’ żmien biex ikun hemm konformità mal-Ordnijiet ta’ Produzzjoni Ewropej u l-possibbiltà għall-fornituri ta’ servizzi li joġġezzjonaw għal ordnijiet.

Finalment, l-EDPS jitlob aktar ċarezza dwar l-interazzjoni tar-Regolament propost ma’ ftehimiet internazzjonali futuri. Ir-Regolament propost għandu jżomm il-livell għoli ta’ protezzjoni tad-data fl-UE u jkun ta’ referenza waqt innegozzjar ta’ ftehimiet internazzjonali dwar l-aċċess transfruntier għal evidenza elettronika.

1.   INTRODUZZJONI U SFOND

1.

Fis-17 ta’ April 2018, il-Kummissjoni ħarġet żewġ Proposti leġiżlattivi (minn hawn ’il quddiem “il-Proposti”), akkumpanjati minn Valutazzjoni tal-Impatt (1), li tinkludi:

Proposta għal Regolament dwar Ordnijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika f’materji kriminali (2) (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament propost”);

Proposta għal Direttiva li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-ħatra ta’ rappreżentanti legali għall-finijiet tal-ġbir tal-evidenza fi proċeduri kriminali (3) (minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva proposta”).

2.

Ir-Regolament propost ser jeżisti flimkien mad-Direttiva 2014/41/UE dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (minn hawn ’il quddiem id-“Direttiva OIE”) (4), li għandha l-għan li ttaffi l-proċess tal-ġbir ta’ evidenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u tkopri kull tip ta’ ġbir ta’ evidenza, inkluża data elettronika (5). L-Istati Membri kollha li ħadu sehem fl-adozzjoni tad-Direttiva OIE (6) kellhom sa Mejju 2017 biex jimplimentawha fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom (7).

3.

Fis-26 ta’ Settembru 2018, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (8) (minn hawn ’il quddiem “l-EDPB”) adotta Opinjoni (9) dwar il-Proposti.

4.

Fis-7 ta’ Diċembru 2018 u fit-8 ta’ Marzu 2019, il-Kunsill adotta l-approċċ ġenerali tiegħu dwar ir-Regolament propost (10) u d-Direttiva proposta (11) rispettivament. Il-Parlament Ewropew ippubblika serje ta’ dokumenti ta’ ħidma.

5.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (minn hawn ’il quddiem “l-EDPS”) jilqa’ l-fatt li huwa kien ikkonsultat b’mod informali mis-servizzi tal-Kummissjoni qabel l-adozzjoni tal-Proposti. L-EDPS jilqa’ wkoll ir-referenzi għal din l-Opinjoni fil-Premessa 66 tar-Regolament propost u l-Premessa 24 tad-Direttiva proposta.

6.

Fil-5 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni adottat żewġ rakkomandazzjonijiet għad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill: Rakkomandazzjoni biex jiġi awtorizzat il-ftuħ ta’ negozjati bil-ħsieb ta’ ftehim bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar l-aċċess transfruntier għal evidenza elettronika għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali (12) u Rakkomandazzjoni biex tiġi awtorizzata l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni, f’isem l-UE fin-negozjati tat-tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa (CETS Nru 185) (minn hawn ’il quddiem “il-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità”) (13). Iż-żewġ rakkomandazzjonijiet kienu s-suġġett ta’ żewġ Opinjonijiet tal-EDPS (14). Kemm in-negozjati mal-Istati Uniti kif ukoll mal-Kunsill tal-Ewropa huma marbutin mill-qrib.

7.

Fi Frar 2019, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament Ewropew indirizza ittri simili lill-EDPS u lill-EDPB biex jitlob valutazzjoni legali tal-impatt tal-Att dwar il-CLOUD tal-Istati Uniti (15) li ġie mgħoddi mill-Kungress tal-Istati Uniti f’Marzu 2018, dwar il-qafas legali Ewropew għall-protezzjoni tad-data. Fit-12 ta’ Lulju 2019, l-EDPS u l-EDPB adottaw Risposta Konġunta għal din it-talba flimkien mal-valutazzjoni inizjali tagħhom (16).

8.

Fit-3 ta’ Ottubru 2019, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ffirmaw ftehim bilaterali dwar l-aċċess transfruntier għal evidenza elettronika bil-għan li tiġi miġġielda l-kriminalità serja (17). Huwa l-ewwel ftehim eżekuttiv li jippermetti lill-fornituri tas-servizzi tal-Istati Uniti biex jikkonformaw mat-talbiet għal data ta’ kontenut minn pajjiż barrani skont l-Att dwar il-CLOUD tal-Istati Uniti.

Din l-Opinjoni tkopri ż-żewġ Proposti, madankollu b’attenzjoni prinċipali fuq ir-Regolament propost. F’konformità mal-missjoni tal-EDPS, hija ffokata primarjament fuq id-drittijiet għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali u għandha l-għan li tkun konsistenti u komplementari għall-Opinjoni 23/2018 tal-EDPB, billi tikkunsidra wkoll l-approċċi ġenerali tal-Kunsill u d-dokumenti ta’ ħidma tal-Parlament Ewropew.

5.   KONKLUŻJONIJIET

70.

L-EDPS jappoġġa l-għan li jiġi żgurat li għodod effettivi jkunu disponibbli għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet ġudizzjarji biex jinvestigaw u jipproċedu kontra reati kriminali f’dinja ttrasformata minn teknoloġiji ġodda. Fl-istess ħin, l-EDPS jixtieq jiżgura li din l-azzjoni tirrispetta bis-sħiħ il-Karta u l-acquis tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. Ir-Regolament propost jirrikjedi l-ħażna u l-komunikazzjoni tad-data personali kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-entitajiet privati, u f’ xi każijiet, l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi. Dan jinvolvi limitazzjonijiet fuq iż-żewġ drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali ggarantiti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta. Sabiex ikunu legali, tali limitazzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 52(1) tal-Karta u b’mod partikolari jissodisfaw il-kundizzjoni tal-ħtieġa.

71.

L-EDPS l-ewwel iqis li alternattivi oħra li jipprovdu salvagwardji akbar filwaqt li jiksbu l-istess għanijiet għandhom jiġu vvalutati ulterjorment.

72.

It-tieni, l-EDPS jieħu nota li r-Regolament propost diġà jinkludi numru ta’ salvagwardji proċedurali. Madankollu, l-EDPS huwa mħasseb li r-responsabbiltà importanti tar-rieżami tal-konformità tal-EPOC u tal-EPOC-PR mal-Karta hija fdata lill-fornituri tas-servizzi u jirrakkomanda li kemm jista’ jkun malajr għandhom ikunu involuti awtoritajiet ġudizzjarji fil-proċess tal-ġbir ta’ evidenza elettronika maħtura mill-Istat Membru li jeżegwixxi.

73.

L-EDPS jirrakkomanda li tiġi żgurata aktar konsistenza bejn id-definizzjonijiet ta’ kategoriji ta’ data ta’ evidenza elettronika u d-definizzjonijiet ta’ kategoriji speċifiċi ta’ data eżistenti skont il-liġi tal-UE u li tiġi kkunsidrata mill-ġdid il-kategorija ta’ data ta’ aċċess, jew biex il-kundizzjonijiet sottoposti għall-aċċess għal din id-data ikunu simili għal dawk għall-aċċess għall-kategoriji ta’ data tranżazzjonali u data ta’ kontenut. Ir-Regolament propost għandu jistabbilixxi definizzjonijiet ċari u diretti ta’ kull kategorija ta’ data sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-partijiet interessati kollha involuti. Huwa jirrakkomanda wkoll li tiġi emendata d-definizzjoni proposta tal-kategorija tad-data tal-abbonati sabiex tkun iktar speċifika.

74.

Huwa jirrakkomanda wkoll li ssir valutazzjoni mill-ġdid tal-bilanċ bejn it-tip ta’ reati li għalihom jistgħu jinħarġu EPOs u l-kategoriji ta’ data kkonċernati, waqt li titqies il-każistika rilevanti riċenti tal-QĠUE. B’mod partikolari, il-possibbiltà li tinħareġ EPO biex tipproduċi data tranżazzjonali u data ta’ kontenut għandha tkun limitata għal reati serji. L-EDPS idealment jiffavorixxi d-definizzjoni ta l ista magħluqa ta’ reati kriminali serji speċifiċi għall-EPOs biex tkun prodotta data tranżazzjonali u data ta’ kontenut, li żżid ukoll iċ-ċertezza legali għall-partijiet interessati kollha involuti.

75.

L-EDPS jagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet li għandhom l-għan li jiżguraw ir-rispett għall-protezzjoni tad-data u d-drittijiet tal-privatezza filwaqt li jiksbu ġbir ta’ evidenza b’mod mgħaġġel għall-iskop ta’ proċeduri kriminali speċifiċi. Huma jiffukaw fuq is-sigurtà tat-trażmissjoni tad-data bejn il-partijiet interessati kollha involuti, l-awtentiċità tal-ordnijiet u ċ-ċertifikati u l-preservazzjoni limitata ta’ data skont l-EPO-PR.

76.

Minbarra l-kummenti ġenerali u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin hawn fuq, l-EDPS f’din l-Opinjoni għamel rakkomandazzjonijiet addizzjonali fir-rigward tal-aspetti li ġejjin tal-Proposti:

ir-referenza għall-qafas ta’ protezzjoni tad-data applikabbli;

id-drittijiet tas-suġġetti tad-data (trasparenza mtejba u d-dritt għal rimedju legali);

is-suġġetti tad-data jibbenefikaw minn immunitajiet u privileġġi;

il-ħatra ta’ rappreżentanti legali għall-ġbir ta’ evidenza f’materji kriminali;

il-limiti ta’ żmien biex ikun hemm konformità mal-EPOC u tiġi prodotta d-data;

il-possibbiltà għall-fornituri tas-servizz li joġġezzjonaw għal ordnijiet ibbażati fuq raġunijiet limitati.

77.

Fl-aħħar nett, l-EDPS huwa konxju tal-kuntest usa’ li fih tressqet l-inizjattiva u taż-żewġ Deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati, waħda dwar it-Tieni Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità fil-Kunsill tal-Ewropa u waħda dwar il-ftuħ tan-negozjati mal-Istati Uniti. Huwa jitlob għal iktar ċarezza dwar l-interazzjoni tar-Regolament propost mal-ftehimiet internazzjonali. L-EDPS huwa ħerqan li jikkontribwixxi b’mod kostruttiv sabiex jiżgura l-konsistenza u l-kompatibilità bejn it-testi finali u l-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-UE.

Brussell, is-6 ta’ Novembru 2019.

Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI

Assistent Kontrollur


(1)  Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Valutazzjoni tal-Impatt, SWD(2018) 118 final (minn hawn ’il quddiem “il-Valutazzjoni tal-Impatt”), disponibbli fuq: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=SWD%3A2018%3A118%3AFIN.

(2)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordnijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika f’materji kriminali, COM (2018) 225 finali.

(3)  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-ħatra ta’ rappreżentanti legali għall-finijiet tal-ġbir tal-evidenza fi proċeduri kriminali, COM(2018) 226 final.

(4)  Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali, ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1; ara l-Artikolu 23 tar-Regolament propost.

(5)  Id-Direttiva OIE tipprovdi għal kooperazzjoni diretta bejn l-awtorità emittenti fi Stat Membru u l-awtorità ta’ eżekuzzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew, skont il-każ, permezz tal-awtorità/awtoritajiet ċentrali maħtura mill-Istat(i) konċernat(i). Hija għandha l-għan li tiffaċilita u tħaffef din il-kooperazzjoni billi tipprovdi forom standardizzati u limiti ta’ żmien stretti u tneħħi bosta ostakoli għall-kooperazzjoni transfruntiera; pereżempju, “[l]-awtorità emittenti tista’ toħroġ OIE bil-ħsieb li tiġi evitata provviżorjament il-qerda, it-trasformazzjoni, it-tneħħija, it-trasferiment jew ir-rimi ta’ oġġett li jista’ jintuża bħala prova” u “l-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tiddeċiedi u tikkomunika d-deċiżjoni dwar il-miżura proviżorja malajr kemm jista’ jkun u, kull fejn ikun possibbli, fi żmien 24 siegħa mir-riċezzjoni tal-OIE” (Artikolu 32); kif ukoll l-eżekuzzjoni ta’ OIE għall-identifikazzjoni ta’ persuni li għandhom abbonament ta’ numru tat-telefon speċifikat jew indirizz IP mhux soġġett għar-rekwiżit ta’ kriminalità doppja (l-Artikolu 10(2)(e) flimkien mal-Artikolu 11(2)).

(6)  L-Istati Membri kollha tal-UE minbarra d-Danimarka u l-Irlanda.

(7)  L-Istati Membri parteċipanti kollha implimentaw id-Direttiva OIE fil-liġijiet nazzjonali tagħhom fl-2017 jew fl-2018. Ara l-istatus ta’ implimentazzjoni tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew: https://www.ejn-crimjust.europa.eu/ejn/EJN_Library_StatusOfImpByCat.aspx?CategoryId=120.

(8)  L-EDPB, li kien stabbilit bl-Artikolu 68 tal-GDPR, ġie wara l-Grupp ta’ Ħidma stabbilit bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE, li tħassar. Simili għall-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29, l-EDPB huwa kompost minn rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data u l-EDPS.

(9)  Opinjoni 23/2018 tas-26 ta’ Settembru 2018 dwar proposti tal-Kummissjoni dwar l-Ordnijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika f’materji kriminali (Art. 70.1.b) (minn hawn ’il quddiem “l-Opinjoni EDPB 23/2018”), disponibbli fuq: https://edpb.europa.eu/sites/edpb/files/files/file1/edpb-2018-09-26-eevidence_mt.pdf.

(10)  https://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2018/12/07/regulation-on-cross-border-access-to-e-evidence-council-agrees-its-position/#.

(11)  https://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2019/03/08/e-evidence-package-council-agrees-its-position-on-rules-to-appoint-legal-representatives-for-the-gathering-of-evidence/.

(12)  Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati bil-ħsieb ta’ ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar l-aċċess transfruntier għal evidenza elettronika għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, COM (2019) 70 final.

(13)  Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-parteċipazzjoni fin-negozjati tat-tieni Protokoll Addizzjonali lill-Kunsill tal-Ewropa għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità (CETS Nru 185), COM (2019) 71 final. Sal-lum, l-Istati Membri kollha tal-UE ffirmaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar kooperazzjoni internazzjonali msaħħa dwar iċ-ċiberkriminalità u l-evidenza elettronika u kważi kollha rratifikawha. L-Irlanda u l-Iżvezja għadhom fil-proċess li jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità. Il-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità hija strument internazzjonali vinkolanti li jeħtieġ li l-Partijiet Kontraenti jistabbilixxu reati kriminali speċifiċi mwettqa kontra jew permezz ta’ netwerks elettroniċi fil-liġi nazzjonali tagħhom u jistabbilixxi setgħat speċifiċi u proċeduri li jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom iwettqu l-investigazzjonijiet kriminali tagħhom, inkluż għall-ġbir ta’ evidenza ta’ reat f’forma elettronika. Hija trawwem ukoll kooperazzjoni internazzjonali bejn il-Partijiet Kontraenti. Hemm miżuri speċifiċi biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw mill-volatilità tad-data. F’dan ir-rigward, il-Konvenzjoni tipprovdi għall-preservazzjoni mgħaġġla tad-data tal-kompjuter maħżuna. Minħabba li t-trasferiment tal-evidenza garantita lill-istat rikjedenti huwa soġġett għal deċiżjoni finali dwar it-talba formali ta’ Assistenza Legali Reċiproka, il-preservazzjoni m’għandhiex tkun soġġetta għas-sett sħiħ ta’ raġunijiet għal rifjut, b’mod partikolari l-kriminalità doppja għandha tkun rikjesta f’każijiet eċċezzjonali biss (l-Artikolu 29).

(14)  Opinjoni 2/2019 tal-EDPS dwar il-mandat għan-negozjar ta’ ftehim UE-US dwar aċċess transfruntier għal evidenza elettronika u l-Opinjoni 3/2019 tal-EDPS dwar il-parteċipazzjoni fin-negozjati bil-ħsieb tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità ta’ Budapest.

(15)  Disponibbli fuq: https://www.congress.gov/bill/115th-congress/house-bill/1625/text.

(16)  https://edpb.europa.eu/our-work-tools/our-documents/letters/epdb-edps-joint-response-libe-committee-impact-us-cloud-act_fr.

(17)  https://www.gov.uk/government/publications/ukusa-agreement-on-access-to-electronic-data-for-the-purpose-of-countering-serious-crime-cs-usa-no62019.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

31.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/15


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Impożizzjoni ta’ obbligi tas-servizz pubbliku marbuta mas-servizzi tal-ajru skedati

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 32/05)

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Cayenne – Camopi

Saint Georges – Camopi

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

1 ta’ Lulju 2020

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test, u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligu ta’ servizz pubbliku

Délibération n° AP-2019-94 du 18 décembre 2019 – Nouvelles Obligations de Service Public relatives au transport aérien intérieur [Id-Deċiżjoni nru AP-2019-94 tat-18 ta’ Diċembru 2019— Obbligi Ġodda ta’ ServizzPubbliku b’rabta mat-trasport intern bl-ajru]

https://www.ctguyane.fr/deliberations/


31.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/16


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Modifika tal-obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 32/06)

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Cayenne – Maripasoula;

Cayenne – Saül;

Cayenne – Grand Santi;

St Laurent du Maroni – Grand Santi;

St Laurent du Maroni – Maripasoula

Data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

30 ta’ Lulju 1996 (Cayenne – Maripasoula u Cayenne – Saül)

25 ta’ April 2005 (Saint Laurent du Maroni – Grand Santi)

1 ta’ Ġunju 2005 (Cayenne – Grand Santi u St Laurent du Maroni – Maripasoula)

Data tad-dħul fis-seħħ tal-modifiki

1 ta’ Lulju 2020

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test, u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligu ta’ servizz pubbliku

Délibération n° AP-2019-94 du 18 décembre 2019 – Nouvelles Obligations de Service Public relatives au transport aérien intérieur [Id-Deċiżjoni Nru AP-2019-94 tat-18 ta’ Diċembru 2019 – Obbligi Ġodda ta’ Servizz Pubbliku rigward it-trasport intern bl-ajru]

https://www.ctguyane.fr/deliberations/


31.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/17


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi ta’ servizz pubbliku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 32/07)

Stat Membru

Franza

Rotot ikkonċernati

Lott 1 (Lvant):

Cayenne – Camopi

San Ġorġ – Camopi

Lott 2 (Punent):

Cayenne – Maripasoula

Cayenne – Saül

Cayenne – Grand-Santi

ST, Laurent du Maroni – Grand Santi

ST Laurent du Maroni – Maripasoula

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

5 snin

Data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

31 ta’ Marzu 2020

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Hotel de la Collectivité Territoriale de Guyane

Carrefour de Suzini – 4179, route de Montabo

BP 47025 – 97307 Cayenne Cedex

https://www.ctguyane.fr/marches-publics/


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

31.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/18


TIS 2020 — Sejħa għall-Proposti

Ideat li jbiddlu d-dinja: It-Turnew tal-Innovazzjoni Soċjali tal-IBEI għall-2020

(2020/C 32/08)

L-Istitut tal-BEI jorganizza d-disa’ Turnew għall-Innovazzjoni Soċjali tiegħu

It-TIS jippromwovi ideat innovattivi u jippremja l-opportunitajiet li joħolqu impatt soċjetali u ambjentali, li jkopru proġetti f'firxa wiesgħa ta' oqsma – mill-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-ħolqien ta' impjiegi, għal teknoloġiji, sistemi u proċessi ġodda. Il-proġetti kollha jikkompetu għal żewġ premji f’Kategorija Ġenerali, u proġetti li jindirizzaw it-tema ta’ din is-sena tal-ambjent (b’enfasi speċjali fuq il-bijodiversità u l-konservazzjoni tal-ekosistema) ser jikkompetu wkoll għal żewġ premji fil-Kategorija Speċjali. Il-proġetti rebbieħa fiż-żewġ kategoriji ser jingħataw l-Ewwel Premju u t-Tieni Premju ta' EUR 50 000 jew EUR 20 000 rispettivament.

Segwina fuq Facebook: www.facebook.com/EibInstitute

Għal aktar informazzjoni dwar dan it-turnew u kif tissottometti proposta innovattiva, żur: http://institute.eib.org/programmes/social/social-innovation-tournament/


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

31.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/19


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9434 — UTC/Raytheon)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 32/09)

1.   

Fl-24 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

United Technologies Corporation (“UTC”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Raytheon Company (“Raytheon”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

UTC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Raytheon kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew kwalunkwe mezz ieħor.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

UTC: provvista ta’ prodotti u servizzi ta’ teknoloġija għolja għas-sistemi tal-bini u l-industriji ajruspazjali. UTC bħalissa tikkonsisti fl-unitajiet tan-negozju prinċipali li ġejjin: Otis Elevator Company; Carrier; Pratt & Whitney; u Collins Aerospace Systems (il-kombinazzjoni ta’ United Technologies Aerospace Systems u Rockwell Collins li dan l-aħħar ingħatat isem ġdid),

Raytheon: kuntrattur tad-difiża. Raytheon tissupplixxi armi gwidati, sensuri, elettronika, u servizzi professjonali għal klijenti militari u kummerċjali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9434 — UTC/Raytheon

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 229-64301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussell

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

31.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/20


Pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 .

(2020/C 32/10)

Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (1) (UE) 2019/33.

AVVIŻ DWAR L-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Brachetto d’Acqui / ACQUI”

Numru ta’ referenza: PDO-IT-A1382-AM04

Data tal-avviż: 25 ta’ Settembru 2019

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA

1.   Deskrizzjoni tal-inbejjed

Deskrizzjoni u raġunijiet

Għall-“Brachetto d’Acqui” jew l-“Acqui” fil-verżjonijiet lixxi u frizzanti tagħhom, l-aċidità totali minima tinbidel minn 5 g/l għal 4.5 g/l.

Barra minn hekk, għall-inbid frizzanti, il-kontenut minimu ta’ estratt mingħajr zokkor tnaqqas minn 18 g/l għal 17 g/l.

Raġunijiet:

Il-bidliet fil-kundizzjonijiet klimatiċi influwenzaw l-istadji fenoloġiċi u l-maturazzjoni tal-għeneb, li ħafna drabi qed tkun antiċipata u akkumpanjata minn tnaqqis fil-komponent ta’ aċidità tal-most, u għaldaqstant f’dak tal-inbejjed miksuba. Għalhekk, tqies xieraq li jitnaqqas il-livell minimu ta’ aċidità totali ta’ 0,5 grammi għal kull litru.

It-tnaqqis ta’ gramma/litru tal-estratt mingħajr zokkor jikkostitwixxi bidla formali fir-rigward tal-metodu uffiċjali, f’dak li għandu x’jaqsam mal-valur tal-estratt niexef nett kurrenti.

Dawn l-emendi jikkonċernaw it-taqsima 1.4 tad-Dokument Uniku u l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

2.   Żona tal-vinifikazzjoni u tal-ibbottiljar tal-inbid

Deskrizzjoni u raġunijiet

a)

riformulazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar iż-żona tal-vinifikazzjoni u tal-ibbottiljar u d-derogi minnhom, billi jinġabru flimkien l-operazzjonijiet kollha, diġà previsti fl-Artikolu 5(1) u (11) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fil-paragrafi 1 u 2 tal-istess Artikolu;

b)

il-proċess kollu tal-vinifikazzjoni/tal-produzzjoni tal-inbid jiġi permess, skont id-deroga prevista fil-leġiżlazzjoni attwali tal-UE, fit-territorju kollu tar-reġjun tal-Piemonte, minflok fil-provinċji ta’ Asti, Cuneo u Alessandria;

c)

għat-tipi ta’ “Brachetto d’Acqui” jew “Acqui” frizzanti b’kontenut ta’ zokkor minn extrabrut sa demi-sec, ġew permessi l-operazzjonijiet ta’ fermentazzjoni sekondarja, skont id-deroga prevista mil-leġiżlazzjoni tal-UE fis-seħħ, fit-territorju amministrattiv tar-reġjuni ġirien tal-Liguria, il-Lombardia, l-Emilia-Romagna u l-Valle d’Aosta.

Raġunijiet:

a) u b) Dawn huma emendi formali li permezz tagħhom id-dispożizzjonijiet dwar il-vinifikazzjoni/tal-produzzjoni tal-inbid u l-ibbottiljar tal-inbid u d-derogi rilevanti għat-tipi differenti ta’ nbid ġew deskritti b’mod organiku u konsistenti mal-leġiżlazzjoni tal-UE fis-seħħ;

c) l-estensjoni taż-żona fejn jistgħu jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ vinifikazzjoni bid-deroga, għal ċerti tipi ta’ nbid frizzanti biss, hija maħsuba biex toħloq opportunitajiet ġodda għall-produtturi fir-rigward ta’ ħtiġijiet ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni.

Dawn l-emendi jikkonċernaw il-punt 1.9 tad-Dokument Uniku (Rekwiżiti oħra applikabbli) u l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

3.   Tikkettar

Deskrizzjoni u raġunijiet

Fid-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tal-inbejjed b’denominazione di origine controllata e garantita (DOCG) “Brachetto d’Acqui” jew “Acqui” u “Brachetto d’Acqui” jew “Acqui” frizzanti, id-dettalji tal-kontenut taz-zokkor ma għandhomx għalfejn jiġu ripetuti f’karattri differenti minn dawk użati għad-denominazzjoni.

Raġunijiet: titneħħa r-restrizzjoni li tippermetti lill-produtturi li jagħżlu l-identità grafika tat-tikketta.

Dawn l-emendi jikkonċernaw il-punt 1.9 tad-Dokument Uniku (Rekwiżiti oħra applikabbli) u l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Brachetto d’Acqui

Acqui

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

6.

Inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/tal-inbejjed

“Brachetto d’Acqui” jew “Acqui”

Inbid magħmul minn għeneb Brachetto, b’aroma karatteristika u distintivabi prevalenza skont il-metodu użat għall-vinifikazzjoni. L-għeneb jitkabbar f’żona definita sew fil-Piemonte, f’26 komun bejn il-provinċji ta’ Asti u Alessandria.

Karatteristiċi mal-konsum:

Kulur: minn lewn ir-rubin u b’intensità medja, li jxaqleb lejn il-granata ċar jew roża, jew rożè;

Riħa: karatteristika, delikata ħafna, u xi kultant ta’ frott, li toqrob lejn aroma mħawra meta jkollu kontenut aktar baxx ta’ zokkor;

Togħma: delikata, karatteristika, minn xotta għal ħelwa.

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 11,50 % li minnhom

5,00 % f’alkoħol miksub;

estratt minimu mingħajr zokkor 18,0 g/l

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

5,0

Aċidità totali minima

4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Acidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

“Brachetto d’Acqui” jew “Acqui” frizzanti

Inbid magħmul minn għeneb Brachetto, b’aroma karatteristika u distintivabi prevalenza skont il-metodu użat għall-vinifikazzjoni. L-għeneb jitkabbar f’żona definita sew fil-Piemonte, f’26 komun bejn il-provinċji ta’ Asti u Alessandria.

Karatteristiċi mal-konsum:

Ragħwa: fina, li ddum;

Kulur: minn lewn ir-rubin u b’intensità medja, li jxaqleb lejn il-granata ċar jew roża, jew rożè;

Riħa: karatteristika, delikata ħafna, u xi kultant ta’ frott, li toqrob lejn aroma mħawra meta jkollu kontenut aktar baxx ta’ zokkor;

Togħma: delikata, karatteristika, minn xotta għal ħelwa.

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 12,00 % li minnhom

6,00 % f’alkoħol miksub; Estratt minimu mingħajr zokkor 17 g/l

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

6,0

Aċidità totali minima

4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Acidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

“Brachetto d’Acqui” jew “Acqui” passito

Huwa nbid aromatiku ħelu, li l-għeneb tiegħu jitkabbar f’żona definita sew fil-Piemonte, f’26 komun biss bejn il-provinċji ta’ Asti u Alessandria.

Karatteristiċi mal-konsum

Kulur: minn lewn ir-rubin b’intensità li tvarja, xi drabi li jxaqleb lejn lewn il-granata;

Riħa: aroma ta’ misk, delikata ħafna, tipika tal-varjetà tal-Brachetto, xi drabi b’xamma ta’ njam;

Togħma: ħelwa, aroma ta’ misk, armonjuża, bellusija, xi drabi b’xamma ta’ njam;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 16,00%

estratt minimu mingħajr zokkor 20 g/l

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,0

Aċidità totali minima

4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Acidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiċi enoloġiċi essenzjali

MHUX APPLIKABBLI

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

“Brachetto d’Acqui” jew “Acqui” anki frizzanti u passito

8 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-għeneb maħsub għall-produzzjoni tal-inbejjed bid-DOCG “Brachetto d’Acqui” jew “Acqui”, fit-tipoloġiji varji tagħhom, irid jiġi prodott fir-reġjun tal-Piemonte fis-26 komun bejn il-provinċja ta’ Asti u ta’ Alessandria, kif speċifikat hawn taħt:

Il-provinċja ta’ Asti:

it-territorju amministrattiv kollu tal-komuni li ġejjin: Vesime, Cessole, Loazzolo, Bubbio, Monastero Bormida, Rocchetta Palafea, Montabone, Fontanile, Mombaruzzo, Maranzana, Quaranti, Castel Boglione, Castel Rocchero, Sessame, Castelletto Molina, Calamandrana, Cassinasco, kif ukoll Nizza Monferrato sal-parti tat-territorju li jinsab fuq il-lemin tax-xmara Belbo;

Il-provinċja ta’ Alessandria:

it-territorju amministrattiv kollu tal-komuni li ġejjin: Acqui Terme, Terzo, Bistagno, Alice Bel Colle, Strevi, Ricaldone, Cassine, Visone.

7.   Varjetà jew varjetajiet ewlenin tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Brachetto N.

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

DOCG “Brachetto d’Acqui” jew “Acqui”

Il-karatteristiċi tal-“Brachetto d’Acqui” DOCG ġejjin prinċipalment mill-kwalitajiet tat-territorju tal-produzzjoni, l-Alto Monferrato. Fuq dan it-territorju, mifrux fuq 26 komun bejn il-provinċja ta’ Asti u dik ta’ Alessandria, insibu art taflija fiż-żona ta’ Nizza Monferrato filwaqt li nsibu ramel u ġir fin-naħat madwar l-Acqui Terme. Dawn il-karatteristiċi jinfluwenzaw direttament u b’mod importanti l-kwalitajiet olfattivi tal-għeneb, u tal-inbejjed prodotti minnu.

Il-konvenjenza taż-żona għat-tkabbir tad-dwieli, bil-morfoloġija u l-kundizzjonijiet klimatiċi partikolari tagħha u l-ħiliet u t-tradizzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbid tagħha, għamlitha possibbli li “jagħżlu”, matul is-snin, il-Brachetto bħala l-varjetà tad-dielja l-aktar adattata għall-ambjent tal-madwar.

Fl-1817, in-naturalista Gallesio ddeskrivieh bħala “VINO CELEBRE”, u kklassifikah bħala nbid għad-deżerta alkoħoliku u ta’ kulur dgħajjef, li huwa u jimmatura jsir jixbah lill-Porto jew lill-inbid ta’ Xeres, u jirrapporta li l-Brachetto, kemm ħelu u kemm frizzanti, kien magħruf sew u kkummerċjalizzat fis-swieq tal-Amerka t’Isfel: minn dan jista’ jiġi konkluż li l-produzzjoni f’dak il-perjodu kellha titqies bħala xi ħaġa li ta’ min wieħed jinnotaha. L-ewwel definizzjoni formali tmur lura lejn l-1922, iffirmata minn Garino Canina, li kien il-klassifikatur xjentifiku veru: “Il-Brachetto jappartjeni għall-kategorija ta’ nbejjed ta’ lussu ħelwin u aromatiċi ħomor: huwa fil-fatt inbid b’riħa speċjali, moderatament alkoħoliku u ħelu, li ma tantx għandu kulur, u li fil-biċċa l-kbira tiegħu jiġi kkunsmat bħala nbid effervexxenti jew frizzanti...”

Fost il-kitbiet differenti ta’ Canina, importanti ħafna mil-lat storiku, insibu wieħed mill-każijiet l-iktar interessanti, li jirrigwarda l-fatt li l-Brachetto kien mifrux b’mod partikolari f’ Acqui u Nizza Monferrato, iżda li l-produzzjoni tiegħu għas-suq kienet ta’ 500 ettolitru biss.

X’kien li wassal biex dan l-inbid kważi jisparixxi, minkejja li sa 50 sena qabel kien jiġi esportat fi kwantitajiet kbar?

Il-wasla tal-epidemija tal-Phylloxera kienet qerdet id-dwieli fi tmiem l-Ewwel Gwerra Dinjija: fiż-żmien tat-tħawwil mill-ġdid, il-produtturi tal-inbid kienu ffavorew varjetajiet oħra li kellhom it-tendenza li jsostnu x-xejriet tas-suq, għad-detriment ta’ din il-varjetà li kienet teħtieġ attenzjoni u kura speċjali. Kien proprju dan li ta bidu għat-tieni waqfa fil-produzzjoni ta’ dan l-inbid. Ir-rinaxximent tiegħu huwa pjuttost reċenti: tul il-ħamsinijiet, fl-irdumijiet tal-Piemonte fejn il-Brachetto kien għadu qed jiġi prodott minn gruppi żgħar ta’ produtturi li jħobbuh, Arturo Bersano, produttur li, filwaqt li jirrispetta t-tradizzjoni, kien qed iħares ’il quddiem, żviluppa l-Brachetto frizzanti f’autoklava bl-użu tal-metodu “charmat”. Minn dak iż-żmien, il-Brachetto kompla bi triqtu bħala protagonist fost l-inbejjed aromatiċi l-kbar, li jiddistingwi ruħu bil-kwalitajiet speċjali tiegħu u bil-fatt li huwa apprezzat min-nies li l-iktar japprezzaw l-inbid. Madankollu, il-Brachetto għandu tradizzjoni fil-produzzjoni tal-verżjoni mhux ħelwa, kif jidher mill-produzzjoni tal-varjetajiet tal-Brachetto mhux ħelwin tas-seklu 20 fiż-żoni ta’ Strevi, Alto Monferrato, Acqui Terme, fil-verżjoni nofs misjur tal-Cantine Spinola, rebbieħ anki f’konkorsi enoloġiċi (il-Brachetto d’Acqui rosato Rosato semixott tal-1987 u l-Brachetto xott tal-1964), imsemmi fir-rivista Barolo e Co (1985), li tirreferi għall-“Brachetto” bħala “varjetà tipikament lokali u li tista’ tinbiegħ ukoll fil-verżjoni xotta”. Issir referenza wkoll f’rakkont storiku dwar il-Brachetto xott “ta’ Carlo Lazzeri, il-proprjetarju tal-Enoteca Regionale di Acqui ’Terme e Vino’, fejn fit-tmeninijiet kienu jservu t-tazzi tal-Brachetto xott prodott minn Cantine Spinola”, speċjalment bħala aperitif, li kien popolari immens minħabba n-natura ħafifa u mhux daqstant ħelwa tiegħu. F’dawk is-snin, il-Brachetto ntgħażel ukoll matul il-kompetizzjonijiet enoloġiċi f’Acqui Terme.” Wara esperimentazzjoni mill-2008 lil hawn, beda jiġi prodott inbid frizzanti xott u aromatiku 100% mill-għeneb Brachetto, u ġie ddikjarat “prodott apprezzat u kkonsmat lokalment, u esportat ukoll bħala prodott niċċa fil-Ġappun, il-Korea t’Isfel u l-Istati Uniti”.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Deroga għall-produzzjoni fiż-żona ġeografika ddefinita

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga għall-produzzjoni fiż-żona ġeografika ddefinita

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-operazzjonijiet ta’ tnixxif tal-għeneb, tat-tagħsir, tal-vinifikazzjoni u tat-tieni fermentazzjoni, minbarra li jsiru fiż-żona ddefinita tal-produzzjoni huma permessi wkoll fit-territorju kollu tar-reġjun tal-Piemonte.

Barra minn hekk, għat-tipoloġiji tal-“Brachetto d’Acqui” jew l-“Acqui” frizzanti b’kontenut ta’ zokkor minn extrabrut għal nofs misjur, l-operazzjonijiet tat-tieni fermentazzjoni jistgħu jsiru fit-territorju amministrattiv tar-reġjuni tal-Liguria, il-Lombardia, l-Emilia-Romagna u l-Valle d’Aosta, skont il-leġiżlazzjoni tal-UE fis-seħħ.

Ibbottiljar fiż-żona ġeografika ddefinita

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Ibbottiljar fiż-żona ġeografika ddefinita

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-ibbottiljar irid isir fiż-żona tal-produzzjoni, inkluż fiż-żoni fejn huma permessi l-vinifikazzjoni / il-produzzjoni tal-inbid bid-deroga.

F’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, din id-dispożizzjoni hija bbażata fuq ir-raġunijiet għaż-żamma tal-kwalità u l-immaġni tal-inbejjed “Brachetto d’Acqui” jew “Acqui” DOP, li jiżguraw l-oriġini tagħhom u li jiżguraw l-effikaċja u l-puntwalità tal-kontrolli relatati. Tabilħaqq, dawn il-kundizzjonijiet huma żgurati aħjar bl-ibbottiljar fiż-żona, peress li l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli tekniċi kollha dwar it-trasport u l-ibbottiljar jitwettqu minn azjendi agrikoli fiż-żona tal-produzzjoni.

Barra minn hekk, is-sistema ta’ kontroll mill-korp kompetenti, li għaliha huma soġġetti l-operaturi fl-istadji kollha tal-produzzjoni, hija aktar effettiva fiż-żona demarkata.

Indikazzjonijiet dwar it-tikkettar

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet supplimentari dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Fid-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tal-inbejjed b’Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata u Garantita “Brachetto d’Acqui” jew “Acqui” u “Brachetto d’Acqui” jew “Acqui” frizzanti, id-dettalji tal-kontenut taz-zokkor ma għandhomx għalfejn jiġu ripetuti f’karattri differenti minn dawk użati għad-denominazzjoni; barra minn hekk, dawn id-dettalji ma jistgħux jidhru ikbar mill-karattri użati għad-Denominazzjoni fuq it-tikkettar.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/14376


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.