|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
il–Kunsill |
|
|
2020/C 24/01 |
Lista ta’ ħatriet li saru mill-Kunsill Awwissu – Diċembru 2019 (qasam soċjali) |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 24/02 |
||
|
2020/C 24/03 |
||
|
2020/C 24/04 |
||
|
2020/C 24/05 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta Il-Każ M.8436 — General Electric Company/LM Wind Power Holding (Artikolu 14(1)) ( 1 ) |
|
|
2020/C 24/06 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ April 2019 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ M.8436 — General Electric Company/LM Wind Power Holding (Artikolu 14(1)) (notifikat taħt dokument C(20fs19)2569) ( 1 ) |
|
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2020/C 24/07 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 24/08 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 24/09 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9718 — Cobepa/Gerflor) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
|
24.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/1 |
Lista ta’ ħatriet li saru mill-Kunsill
Awwissu – Diċembru 2019 (qasam soċjali)
(2020/C 24/01)
|
Kumitat |
Tmiem tal-mandat |
Pubblikazzjoni fil-ĠU |
Persuna sostitwita |
Riżenja |
Membru/supplenti |
Kategorija |
Pajjiż |
Persuna maħtura |
Affiljazzjoni |
Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill |
|
Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2022 |
Is-Sa Julia SCHITTER |
Riżenja |
Supplenti |
Min iħaddem |
Awstrija |
Is-Sa Stephanie PROPST |
Industriellenvereinigung |
4.10.2019 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2022 |
Is-Sa My BILLSTAM |
Riżenja |
Membru |
Trade unions |
Żvezja |
Is-Sa Cyrene WAERN |
Landorganisationen i Sverige (LO) |
28.11.2019 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
28.2.2022 |
Is-Sa Rosa SANTOS FERNÁNDEZ |
Riżenja |
Membru |
Min iħaddem |
Spanja |
Is-Sa Miriam PINTO LOMEÑA |
CEOE |
2.12.2019 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema |
24.9.2020 |
Is-Sa Anja DANGUBIČ |
Riżenja |
Supplenti |
Gvern |
Slovenja |
Is-Sa Tanja GAŠPERŠIČ |
Ministeru għax-Xogħol, il-Familja, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs |
8.11.2019 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema |
24.9.2020 |
Is-Sur Milan MOLOKÁČ |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Slovakkja |
Is-Sa Martina JANÍKOVÁ |
Ministeru għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Familja tar-Repubblika Slovakka |
8.11.2019 |
|
|
Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema |
24.9.2020 |
Is-Sa Sonja MALEC |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Slovenja |
Is-Sa Nuša MAJHENC |
Ministeru għax-Xogħol, il-Familja, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs |
16.12.2019 |
|
Kumitat |
Tmiem tal-mandat |
Pubblikazzjoni fil-ĠU |
Persuna sostitwita |
Riżenja |
Membru/supplenti |
Kategorija |
Pajjiż |
Persuna maħtura |
Affiljazzjoni |
Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill |
|
Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali |
19.10.2020 |
Is-Sa Anje VRIJ |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Netherlands |
Is-Sur Wiebren van DIJK |
Ministeru għall-Affarijiet Soċjali u l-Impjiegi |
16.9.2019 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali |
19.10.2020 |
Is-Sa Marina GORDÓN ORTÍZ |
Riżenja |
Membru |
Min iħaddem |
Spanja |
Is-Sa Olimpia del AGUILA CAZORLA |
CEOE |
4.10.2019 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali |
19.10.2020 |
Is-Sur Martin GLEITSMANN |
Riżenja |
Membru |
Min iħaddem |
Awstrija |
Is-Sa Caroline GRAF-SCHIMEK |
Wirtschaftskammer Österreich |
4.10.2019 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali |
19.10.2020 |
Is-Sa Sandra FRANKIĆ |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Kroazja |
Is-Sa Blaženka KAMENJAŠEVIĆ |
Ministeru għax-Xogħol u s-Sistema tal-Pensjonijiet |
14.10.2019 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali |
19.10.2020 |
Is-Sur Kieran LEA |
Riżenja |
Supplenti |
Gvern |
Irlanda |
Is-Sa Dearbháil NIC GIOLLA MHICÍL |
Dipartiment għall-Affarijiet tal-Impjiegi u l-Protezzjoni Soċjali |
24.10.2019 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali |
19.10.2020 |
Is-Sur Stanisław RÓŻYCKI |
Riżenja |
Membru |
Trade Unions |
Polonja |
Is-Sa Katarzyna DUDA |
OPZZ |
8.11.2019 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali |
19.10.2020 |
Is-Sa Christina BREIT |
Riżenja |
Membru |
Min iħaddem |
Ġermanja |
Is-Sur Stefan MONDORF |
Bundesvereinigung der Deutschen Arbeitgeberverbände |
8.11.2019 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali |
19.10.2020 |
Is-Sa Anne SCHOLZ |
Riżenja |
Supplenti |
Min iħaddem |
Ġermanja |
Is-Sa Carmen BÂRSAN |
Bundesvereinigung der Deutschen Arbeitgeberverbände |
8.11.2019 |
|
|
Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali |
19.10.2020 |
Is-Sa Tuuli GLANTZ |
Riżenja |
Membru |
Trade Unions |
Finlandja |
Is-Sa Pirjo VÄÄNÄNEN |
L-Organizzazzjoni Ċentrali tat-Trade Unions Finlandiżi (SAK) |
8.11.2019 |
|
Kumitat |
Tmiem tal-mandat |
Pubblikazzjoni fil-ĠU |
Persuna sostitwita |
Riżenja |
Membru/supplenti |
Kategorija |
Pajjiż |
Persuna maħtura |
Affiljazzjoni |
Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill |
|
Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sa Rosa SANTOS FERNÁNDEZ |
Riżenja |
Membru |
Min iħaddem |
Spanja |
Is-Sa Miriam PINTO LOMEÑA |
CEOE |
2.12.2019 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sa Viktória SZŰCS |
Riżenja |
Membru |
Trade unions |
Ungerija |
Is-Sur Gyula PALLAGI |
MSZSZ |
4.10.2019 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sur Péter DOROGI |
Riżenja |
Supplenti |
Trade unions |
Ungerija |
Is-Sa Viktória SZŰCS |
SZEF |
4.10.2019 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sa Jonna JONSSON |
Riżenja |
Membru |
Gvern |
Żvezja |
Is-Sa Viktoria BERGSTRÖM |
Ministeru għall-Impjiegi |
8.11.2019 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sa Rossella BENEDETTI |
Riżenja |
Membru |
Trade unions |
L-Italja |
Is-Sur Andrea MONE |
Konfederazzjoni Taljana tat-Trade Unions tal-Ħaddiema (CISL) |
8.11.2019 |
|
|
Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol |
31.3.2023 |
Is-Sur Orlando MONTORO PEINADO |
Riżenja |
Supplenti |
Gvern |
Spanja |
Is-Sa María CALLE GARCÍA |
Ministeru għax-Xogħol, il-Migrazzjoni u s-Sigurtà Soċjali |
28.11.2019 |
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/4 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-23 ta' Jannar 2020
(2020/C 24/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1091 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
121,50 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4732 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84498 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,5473 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0734 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
137,80 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,9678 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,159 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
337,19 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2439 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7788 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,5771 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6149 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4599 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,6201 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6797 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4971 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 295,15 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,9503 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,6897 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4438 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 141,43 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5140 |
|
PHP |
Peso Filippin |
56,514 |
|
RUB |
Rouble Russu |
68,6301 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
33,883 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,6253 |
|
MXN |
Peso Messikan |
20,7527 |
|
INR |
Rupi Indjan |
79,0965 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
24.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/5 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta’ Frar 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ M.8436 — General Electric Company/LM Wind Power Holding (Art.14(1) proc.)
Relatur: Ir-Rumanija
(2020/C 24/03)
1.
Il-Kumitat Konsultattiv (disa’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li GE b’mod negliġenti ppreżentat informazzjoni skorretta fil-Formola CO fil-Każ M.8283 — GE/LM WIND bi ksur tal-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (1) u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (2). Stat Membru wieħed jastjeni.
2.
Il-Kumitat Konsultattiv (għaxar Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq GE skont l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjoni bejn impriżi (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir- “Regolament ta’ Implimentazzjoni”) (ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2008 (ĠU L 279, 22.10.2008, p. 3) u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013 (ĠU L 336, 14.12.2013, p. 1).
|
24.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/6 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-għaqdiet fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta’ Marzu 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ M.8436 – General Electric Company/LM Wind Power Holding
(Art.14(1) proc.)
Relatur: Il-Belġju
(2020/C 24/04)
1.
Il-Kumitat Konsultattiv (erba’ Stati Membri) jaqbel mal-fatturi li tqiesu mill-Kummissjoni biex jiġi stabbilit il-livell tal-multi li għandhom jiġu imposti fuq GE skont l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (1).
2.
Il-Kumitat Konsultattiv (erba’ Stati Membri) jaqbel mal-livell attwali tal-multi proposti mill-Kummissjoni.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).
|
24.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/7 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Il-Każ M.8436 — General Electric Company/LM Wind Power Holding (Artikolu 14(1))
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 24/05)
Introduzzjoni u sfond
|
1. |
Dan ir-rapport jikkonċerna abbozz ta’ deċiżjoni (l-“Abbozz ta’ Deċiżjoni”) skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) (“EUMR”). L-Abbozz ta’ Deċiżjoni jsib li General Electric Company (“GE”) b’mod negliġenti ppreżentat informazzjoni skorretta f’notifika (il-“Formola Oriġinali CO”) magħmula skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet fil-kuntest tal-Każ M.8283 — General Electric Company/LM Wind Power Holding (il-“Proċedimenti ta’ Awtorizzazzjoni”). |
|
2. |
Il-Proċedimenti ta’ Awtorizzazzjoni kkonċernaw konċentrazzjoni (il-“Konċentrazzjoni Riveduta”) fejn GE kisbet kontroll uniku, għall-finijiet tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet, ta’ LM Wind Power Holding A/S. Il-Konċentrazzjoni Riveduta kienet innotifikata fil-11 ta’ Jannar 2017 permezz tal-Formola Oriġinali CO. |
|
3. |
Fl-1 ta’ Frar 2017, id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni (“DĠ Kompetizzjoni”) informa lil GE f’laqgħa li l-Kummissjoni kienet se tikkunsidra l-possibbiltà li tiftaħ investigazzjoni ta’ ksur kontra GE għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni skorretta jew qarrieqa fil-Formola Oriġinali CO. |
|
4. |
GE rtirat il-Formola Oriġinali CO fit-2 ta’ Frar 2017 u ssostitwietha fit-13 ta’ Frar 2017. Il-Kummissjoni awtorizzat il-Konċentrazzjoni Riveduta fl-20 ta’ Marzu 2017. |
Il-proċedimenti preżenti
|
5. |
Permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni indikat lil GE li hija kienet fetħet proċedimenti f’dan il-każ (M.8436) li setgħu jwasslu għall-impożizzjoni ta’ multa skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet għal nuqqas ta’ sottomissjoni, fil-Formola Oriġinali CO, ta’ informazzjoni korretta u mhux qarrieqa. Din l-ittra ddeskriviet id-dokumenti li kienu se jiġu inklużi fil-fajl tal-investigazzjoni għal din il-kawża. |
|
6. |
Fis-6 ta’ Jannar ta’ 2017, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet indirizzata lill-GE (id-“DO”). Il-konklużjoni proviżorja tal-Kummissjoni fid-DO kienet li GE, fir-rigward tal-pjanijiet ta’ żvilupp tal-prodotti offshore tagħha, “b’mod intenzjonali jew tal-inqas b’negliġenza tat informazzjoni skorretta jew qarrieqa fil-Formola Oriġinali CO”. |
|
7. |
Fit-13 ta’ Lulju 2017, GE kisbet aċċess għal materjal dwar il-fajl ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni fil-każ preżenti li ma kienx diġà fil-pussess ta’ GE fil-kuntest tal-Proċedura ta’ Awtorizzazzjoni. |
|
8. |
L-iskadenza inizjali għal GE biex twieġeb bil-miktub għad-DO kienet il-31 ta’ Awwissu 2017. Id-DĠ Kompetizzjoni rreveda din l-iskadenza għal diversi drabi, inizjalment biex jippermetti lil GE tesplora magħha l-possibbiltà, li hija disponibbli fil-prattika deċiżjonali reċenti tal-Kummissjoni, ta’ proċedura kkaratterizzata minn multa mnaqqsa li tirrifletti aktar kooperazzjoni. |
|
9. |
Tali “proċedura ta’ kooperazzjoni”, b’mod partikolari – l-istess bħall-proċedura għar-riżoluzzjoni disponibbli f’każijiet ta’ kartell skont l-Artikolu 10a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (3) — tirrifletti l-effiċjenzi proċedurali li jirriżultaw mir-rikonoxximent tal-fatti u tar-responsabbiltà ta’ parti permezz ta’ tnaqqis tal-multa li altrimenti tista’ tiġi imposta mill-Kummissjoni fl-aħħar ta’ proċedura standard (hawnhekk, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet). Sabiex tgħin lill-parti kkonċernata tiddeċiedi b’mod liberu u infurmat dwar jekk għandhiex tapplika tali proċedura ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tiżvela lil dik il-parti firxa ta’ multi probabbli li tkun applikabbli taħt proċedura ta’ kooperazzjoni. |
|
10. |
F’ċerti laqgħat fl-2017, id-DĠ Kompetizzjoni ddiskuta l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ kooperazzjoni ma’ GE. Barra minn hekk, fl-2017, GE ssottomettiet, “mingħajr preġudizzju” (għal kull risposta għad-DO), abbozzi ta’ dokumenti li jistabbilixxu fatti u ċirkustanzi mitiganti li hija qieset rilevanti. |
|
11. |
F’laqgħa tas-7 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni kkomunikat lil GE t-tnaqqis perċentwali fil-kooperazzjoni kif ukoll fil-firxa korrispondenti ta’ multi disponibbli li kieku GE għażlet proċedura ta’ kooperazzjoni. Għall-finijiet ta’ din il-laqgħa, il-Kulleġġ tal-Membri tal-Kummissjoni Ewropea (il-“Kulleġġ tal-Kummissarji” jew il- “Kulleġġ”) qabel kien approva dak it-tnaqqis u dik il-firxa ta’ multi. |
|
12. |
Fit-12 ta’ Marzu 2018, GE irrifjutat li ssegwi proċedura ta’ kooperazzjoni. Il-proċedimenti għaldaqstant komplew wara l-proċedura standard. |
|
13. |
GE ppreżentat it-tweġiba bil-miktub tagħha għad-DO dwar l-iskadenza riveduta applikabbli tas-6 ta’ April 2018. Din it-tweġiba (it-“Tweġiba għad-DO”) ikkontestat il-konklużjonijiet proviżorji tal-Kummissjoni fid-DO. Hija qajmet ukoll żewġ oġġezzjonijiet proċedurali. |
Oġġezzjonijiet proċedurali fit-Tweġiba għad-DO
Pretensjoni ta’ kunflitt ta’ interess ta’ tim inkarigat bi grupp ta’ każijiet li jwassal għal (dehra ta’) preġudizzju
|
14. |
GE tinnota li essenzjalment l-istess tim inkarigat bi grupp ta’ każijiet fid-DĠ Kompetizzjoni (“tim inkarigat bi grupp ta’ każijiet”) mexxa (i) il-Proċedura ta’ Awtorizzazzjoni, (ii) proċedimenti separati iżda parzjalment simultanji f’każ dwar l-istess settur bħall-Proċedura ta’ Awtorizzazzjoni u (iii) l-investigazzjoni li wasslet għad-DO. GE ssostni li dan jagħti lok għal kunflitt ta’ interess “li joħloq mill-inqas id-dehra ta’ preġudizzju min-naħa tal-Kummissjoni”. Skont GE, dan huwa minħabba li inerenti fil-każ ta’ GE fil-proċedimenti preżenti hija “kritika tal-falliment tat-[tim inkarigat bi grupp ta’ każijiet] li jagħmel użu xieraq mill-informazzjoni pprovduta minn GE fil-Proċedura ta’ Awtorizzazzjoni u l-proċedimenti l-oħra ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni. Għal GE, deċiżjoni fuq il-mertu ta’ dik il-kritika “tinvolvi lil dak it-tim li jiddeċiedi dwar id-diliġenza u l-adegwatezza tal-kondotta tal-imġiba tiegħu stess”. Għalhekk, GE tesprimi “biża’ li t-[tim inkarigat bi grupp ta’ każijiet] mhuwiex imparzjali, jikser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u jnaqqas id-dehra ta’ proċess ġust ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet”. GE tindika wkoll li hija kienet tal-fehma li “l-użu nnifsu ta’ seduta ta’ smigħ orali huwa eżerċizzju bla utilità”. |
|
15. |
Bħala istituzzjoni tal-UE, il-Kummissjoni hija soġġetta għall-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”). Dan il-prinċipju jinvolvi, fost affarijiet oħra, id-dover tal-istituzzjoni kompetenti li teżamina b’reqqa u b’imparzjalità l-aspetti rilevanti kollha tal-każ individwali (4). Id-dritt korrispondenti, affermat fl-Artikolu 41(1) tal-Karta, ta’ kull persuna li jkollha l-affarijiet tagħha ttrattati b’mod imparzjali jinkludi, minn naħa, imparzjalità suġġettiva, sa fejn l-ebda uffiċjal tal-istituzzjoni kkonċernata ma jista’ juri preġudizzju jew preġudizzju personali, u, min-naħa l-oħra, imparzjalità oġġettiva, sa fejn għandu jkun hemm garanziji suffiċjenti sabiex jiġi eskluż kull dubju dwar il-preġudizzju min-naħa tal-istituzzjoni kkonċernata (5). Jirriżulta mill-ġurisprudenza li l-imparzjalità suġġettiva hija preżunta sakemm ma jiġix ipprovat mod ieħor (6). |
|
16. |
Inkwantu GE tissuġġerixxi li t-tim inkarigat bi grupp ta’ każijiet u, b’estensjoni, il-Kummissjoni huma suġġettivament preġudikati, GE ma ressqet l-ebda evidenza biex tappoġġa dan is-suġġeriment. L-iktar l-iktar, fir-rigward tat-tim inkarigat biss bi grupp ta’ każijiet, GE tillimita ruħha li tafferma l-eżistenza ta’ kunflitt ta’ interessi. Tali affermazzjoni mhijiex tali li turi li t-tim inkarigat bi grupp ta’ każijiet jew il-Kummissjoni naqqsu mill-oġġettività f’din il-proċedura (7). Għaldaqstant, f’konformità mal-ġurisprudenza msemmija hawn fuq, jista’ jiġi preżunt li dawn il-proċedimenti ma jiġux affettwati minn preġudizzju soġġettiv. Fi kwalunkwe każ, hekk kif jirriżulta mill-punti 17 sa 21 hawn taħt (b’mod partikolari l-punt 21), anki jekk GE kienet uriet preġudizzju suġġettiv min-naħa ta’ membru wieħed jew aktar membri tat-tim inkarigat bi grupp ta’ każijiet, dan ma huwiex biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li l-Kummissjoni bħala istituzzjoni kienet suġġettivament preġudikata, hekk kif jidher li qed jiġi ssuġġerit minn GE (8). |
|
17. |
Fir-rigward tal-allegazzjoni ta’ preġudizzju oġġettiv ta’ GE fil-proċedimenti odjerni, din tinjora (i) il-fatt li deċiżjoni finali f’dawn il-proċedimenti mhijiex waħda tat-tim inkarigat bi grupp ta’ każijiet iżda tal-Kummissjoni bħala istituzzjoni, li taġixxi permezz tal-Kulleġġ, fi tmiem proċedura li tinvolvi diversi atturi apparti mit-tim inkarigat bi grupp ta’ każijiet, u (ii) il-kontrolli u l-bilanċi interni assoċjati fi proċedimenti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet. |
|
18. |
Anki qabel abbozz ta’ deċiżjoni f’każ partikolari skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet jiġi ddeliberat fil-Kulleġġ (ara l-paragrafu 21 ulterjuri hawn taħt), l-atturi rilevanti apparti mit-tim inkarigat bi grupp ta’ każijiet li jittratta l-każ fid-DĠ Kompetizzjoni jinkludu:
|
|
19. |
Is-sistema ta’ kontrolli u bilanċi applikabbli tinkludi, fost l-oħrajn, id-dritt ta’ destinatarju ta’ dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet li jiżviluppa l-argumenti tiegħu waqt seduta orali. Pjuttost milli tkun, hekk kif tafferma GE, “eżerċizzju bla ebda utilità”, seduta orali f’din il-kawża kienet isservi, fost affarijiet oħra, sabiex tiġi rrettifikata l-impressjoni ta’ GE apparenti mit-Tweġiba għad-DO li l-kors u l-eżitu tal-proċedimenti odjerni kienu qed jiġu ddeterminati esklużivament, jew saħansitra primarjament, mit-tim inkarigat bi grupp ta’ każijiet. Il-biċċa l-kbira jekk mhux l-atturi rilevanti kollha msemmija hawn fuq kienu jkunu rappreżentati f’tali seduta. |
|
20. |
Dik is-sistema tinkludi wkoll il-possibbiltà ta’ eżerċizzju ta’ “rieżami bejn il-pari” fi ħdan il-Kummissjoni (14). Mhijiex il-prassi tad-DĠ Kompetizzjoni li tiżvela l-organizzazzjoni ta’ “bordijiet ta’ rieżami bejn il-pari” f’każijiet partikolari (15). Madankollu, f’dan il-każ, ikun idoneu li jiġi żvelat, b’mod eċċezzjonali, li d-DĠ Kompetizzjoni organizza bord għar-rieżami bejn il-pari fil-proċedimenti odjerni, li fih ħadna sehem jien u s-Servizz Legali. L-iżvelar tiegħi hawnhekk tal-organizzazzjoni ta’ dan l-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni bejn il-pari huwa prekawzjoni li għandha l-għan li tevita kull dehra, mill-perspettiva ta’ GE, ta’ preġudizzju tal-Kummissjoni li jirriżulta mill-kritika indiretta lejn it-tim inkarigat bi grupp ta’ każijiet min-naħa ta’ GE kif deskritt fil-paragrafu 14 hawn fuq. |
|
21. |
Fi tmiem proċedura għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet, l-azzjoni tal-Kummissjoni hija rregolata mill-prinċipju tal-kolleġġjalità li joħroġ mill-Artikolu 250 TFUE (16). Dan il-prinċipju huwa bbażat fuq il-parteċipazzjoni ugwali tal-Kummissarji fl-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet, li minnhom jirriżulta b’mod partikolari li d-deċiżjonijiet ikunu s-suġġett ta’ deliberazzjoni kollettiva (17). Għaldaqstant, mill-ġurisprudenza jirriżulta li dikjarazzjonijiet minn kummissarju responsabbli għal kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni jew membru f’tim inkarigat bi grupp ta’ każijiet li huma pperċepiti mill-parti kkonċernata bħala prova ta’ preġudizzju mhumiex, minnhom infushom, ta’ natura li tivvizzja l-legalità ta’ deċiżjoni finali, peress li tali deċiżjoni ma hijiex adottata mill-Kummissarju jew mill-uffiċjal inkwistjoni, iżda mill-Kulleġġ (18). |
|
22. |
Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, l-allegazzjonijiet ta’ preġudizzju ta’ GE mhumiex konvinċenti. |
|
23. |
Barra minn hekk, ta’ min jinnota – għalkemm mhux parti mis-sostenn għall-konklużjoni ta’ hawn fuq – li l-multa proposta fl-Abbozz ta’ Deċiżjoni hija ferm aktar baxxa mill-anqas multa fi ħdan il-firxa ta’ multi approvata mill-Kulleġġ għal xi proċedura ta’ kooperazzjoni (ara l-paragrafu 11 hawn fuq). |
Affermazzjoni li l-Kulleġġ tal-Kummissarji ddeċieda minn qabel dan il-każ qabel ma sema lill-GE
|
24. |
GE tikkunsidra li kellha tingħata l-opportunità li tesprimi ruħha qabel ma l-Kulleġġ approva firxa ta’ multi għal xi proċedura ta’ kooperazzjoni li tikkorrispondi għal tnaqqis ta’ perċentwali partikolari ta’ dak li setgħet kienet il-multa f’każ ieħor (ara l-punt 11 hawn fuq). Minn dan, GE tiddeduċi li, billi ma semax l-ewwel is-sottomissjonijiet ta’ GE dwar, b’mod partikolari, iċ-ċirkustanzi ta’ gravità u ta’ mitigazzjoni, il-Kulleġġ “jidher li effettivament iddeċieda minn qabel il-livell xieraq ta’ piena”. |
|
25. |
Dan l-ilment jinjora l-fatt li l-approvazzjoni mill-Kulleġġ ta’ firxa ta’ multi saret biss għall-finijiet ta’ xi deċiżjoni adottata fil-kuntest ta’ proċedura ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 9 preċedenti. Peress li deċiżjoni dwar il-multi hija waħda li tittieħed mill-Kulleġġ, id-DĠ Kompetizzjoni ma setax jindika huwa stess kull firxa bħal din mingħajr l-approvazzjoni tal-Kulleġġ. Madankollu, l-approvazzjoni tal-Kulleġġ ma kellha l-ebda effett fuq l-ammont ta’ multi li jistgħu jiġu imposti skont il-proċedura standard għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet. |
|
26. |
Fl-aħħar nett, GE ddeċidiet li ssegwi din il-proċedura standard bi preferenza għal proċedura ta’ kooperazzjoni. Dan kien ifisser li l-firxa ta’ multi approvati mill-Kulleġġ ma kellha ebda skop. Fil-fatt, l-abbandun tal-possibbiltà ta’ proċedura ta’ kooperazzjoni fisser li l-kwistjonijiet reġgħu lura għal lavanja nadifa skont il-proċedura standard, b’responsabbiltà li għad trid tiġi determinata (19). Għalhekk, GE setgħet tikkontesta b’mod sħiħ id-DO b’mod sħiħ u xorta kellha l-possibbiltà li teżerċita bis-sħiħ dawk id-drittijiet proċedurali li huma kkawżati mill-ħruġ ta’ dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet, b’mod partikolari d-dritt ta’ aċċess għall-fajl u d-dritt li twieġeb għad-DO bil-miktub u fi smigħ orali formali. |
|
27. |
Kif rifless fl-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta, id-dritt għal smigħ xieraq jirriżulta qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura li taffettwa b’mod negattiv lid-destinatarju ta’ dik il-miżura. GE ma kinitx id-destinatarja tal-approvazzjoni tal-Kulleġġ. Iktar importanti minn hekk, GE ma ġietx milquta b’mod negattiv minn dik l-approvazzjoni. Għall-kuntrarju, dik l-approvazzjoni affettwat b’mod pożittiv lil GE peress li tatha l-għażla ta’ proċedura ta’ kooperazzjoni, apparti mill-għażla normali (li baqgħet mhux affettwata) li tikkontesta d-DO skont il-proċedura standard. Għalhekk ma kienx hemm bżonn li GE tinstema’ qabel l-approvazzjoni mill-Kulleġġ ta’ firxa ta’ multi abbażi tal-ipoteżi li GE kienet tagħżel li tiġi adottata deċiżjoni skont proċedura ta’ kooperazzjoni. |
|
28. |
Għal dawn ir-raġunijiet, l-oġġezzjoni ta’ GE msemmija fil-paragrafu 24 mhijiex konvinċenti. |
Kummenti tal-għeluq
|
29. |
Meta mqabbla mal-konklużjonijiet proviżorji tal-Kummissjoni fid-DO, l-Abbozz ta’ Deċiżjoni ma jikkonkludix li GE “intenzjonalment jew tal-inqas b’mod negliġenti” ipprovdiet informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa fil-Formola Oriġinali CO. Pjuttost, l-Abbozz ta’ Deċiżjoni jipprovdi li GE tat informazzjoni skorretta b’mod negliġenti. Barra minn hekk, l-Abbozz ta’ Deċiżjoni ma jqisx l-impatt ta’ dik l-informazzjoni skorretta fuq kwalunkwe każ għajr il-Proċedimenti ta’ Awtorizzazzjoni. Fid-dawl ta’ din iċ-ċirkostanza, b’mod partikolari, il-multa proposta fl-Abbozz ta’ Deċiżjoni hija inqas mill-firxa ta’ multi preċedentement approvati mill-Kulleġġ għall-fini ta’ xi proċedura ta’ kooperazzjoni (ara l-paragrafu 11 hawn fuq). |
|
30. |
Jien ma rċevejt ebda talba jew ilment fir-rigward ta’ din il-proċedura. Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-Abbozz tad-Deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom GE ngħatat l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha. Nikkonkludi li jagħmel dan. B’mod ġenerali, inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ġie osservat matul il-proċedimenti odjerni. |
Brussell, l-1 ta’ April 2019.
Wouter WILS
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).
(3) Ir--Regolament tal-Kummissjoni (KE) numru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).
(4) Ara s-sentenzi ta’ Technische Universität München, C-269/90, UE:C:1991:438, paragrafu 14, u Teva vs. Il-Kummissjoni, T-679/14, UE:T:2018:919, paragrafu 54.
(5) Ara s-sentenza f’Ziegler vs. Il-Kummissjoni, C-439/11 P, UE:C:2013:513, paragrafu 155; ICAP vs. Il-Kummissjoni, T-180/15, UE:T:2017:795, paragrafu 272; KF vs. SatCen T-286/15, UE:T:2018:718, paragrafu 176; Teva vs. Il-Kummissjoni, T-679/14, UE:T:2018:919, paragrafu 54; u Servier vs. Il-Kummissjoni, T-691/14, UE:T:2018:922, paragrafu 119.
(6) Ara, għal dak il-għan, is-sentenzi fi Chronopost u La Poste v UFEX et., C-341/06 P u C-342/06 P, UE:C:2008:375, paragrafu 54; u IDDE vs. Il-Parlament, T-118/17, UE:T:2018:76, paragrafu 27.
(7) Ara, b’analoġija, is-sentenzi f’Volkswagen vs. Il-Kummissjoni (T‐62/98, UE:T:2000:180, il-paragrafu 272); Teva vs. Il-Kummissjoni, T-679/14, UE:T:2018:919, il-paragrafu 58; u Servier vs. Il-Kummissjoni, T-691/14, UE:T:2018:922, il-paragrafu 137.
(8) Ara, b’analoġija, is-sentenza fi ABB Asea Brown Boveri vs. Il-Kummissjoni T-31/99, UE:T:2002:77, il-paragrafu 104.
(9) Fil-proċedimenti odjerni, minħabba s-suġġett tagħhom, it-Tim tal-Ekonomista Prinċipali ma kienx involut.
(10) Is-Servizz Legali, li huwa indipendenti mid-DĠ Kompetizzjoni u jirrapporta direttament lill-President tal-Kummissjoni, iwettaq rwol konsultattiv u ta’ reviżjoni importanti, imfassal biex jiżgura s-solidità legali tal-azzjonijiet u tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. Skont ir-regoli u l-prattiki interni tal-Kummissjoni, is-Servizz Legali ġie kkonsultat regolarment matul il-proċedimenti odjerni.
(11) Skont is-suġġett involut, id-Direttorati Ġenerali apparti d-DĠ Kompetizzjoni huma wkoll ikkonsultati bħala “servizzi assoċjati” matul it-tfassil ta’ abbozz ta’ deċiżjoni għall-konsiderazzjoni tal-Kulleġġ. Fil-proċedimenti odjerni, ġew ikkonsultati d-Direttorati Ġenerali għall-Enerġija (DĠ Enerġija) u għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (id-DĠ GROW).
(12) Ir-rwol ewlieni tal-Uffiċjal tas-Seduta, li GE ma għamlitx riferiment għalih fil-proċedimenti odjerni, huwa li “jiġi ssalvagwardjat l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali matul il-proċedimenti tal-kompetizzjoni quddiem il-Kummissjoni” (ara l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE). Inkluż ma’ dan ir-rwol huwa rapport intern ta’ rappurtaġġ u ta’ konsultazzjoni fi ħdan il-Kummissjoni. Pereżempju, l-Uffiċjal tas-Seduta jista’ “jippreżenta kwalunkwe osservazzjoni dwar kwalunkwe kwistjoni li tirriżulta minn kwalunkwe proċediment ta’ kompetizzjoni lill-membru kompetenti tal-Kummissjoni” (l-Artikolu 3(5) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE). Tali osservazzjonijiet mhumiex neċessarjament limitati għal kwistjonijiet ta’ proċess ġust. Skont l-Artikolu 3(7) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, jekk kwistjoni rigward l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ma tkunx tista’ tiġi riżolta mad-DĠ Kompetizzjoni, din tista’ tiġi riferuta lill-Uffiċjal tas-Seduta għal rieżami indipendenti. Meta jkun hemm seduta orali, l-Uffiċjal tas-Seduta jipproduċi rapport interim intern u jista’ wkoll joħroġ rapport intern separat dwar “il-progress ulterjuri u l-imparzjalità tal-proċedimenti” (ara l-Artikolu 14(1) u (2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE). Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/KE, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina, fost affarijiet oħra, jekk abbozz ta’ deċiżjoni quddiem il-Kumitat Konsultattiv jew il-Kulleġġ jittratta biss dwar l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-parti kkonċernata ngħatat l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha. Skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, l-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi b’mod indipendenti.
(13) Skont l-Artikolu 19(3) u (7) tal-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet.
(14) F’xi każijiet, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ Kompetizzjoni, bi qbil mal-Kummissarju, jiddeċiedi li jwettaq “rieżami bejn il-pari”. Tim ta’ rieżami bejn il-pari li jikkonsisti minn persunal tad-DĠ Kompetizzjoni li jiġi minn barra t-tim rilevanti inkarigat bi grupp ta’ każijiet, jissoġġetta l-valutazzjoni ta’ ħidma proviżorja ta’ dak it-tim inkarigat bi grupp ta’ każijiet għal skrutinju approfondit. Wara, bord ta’ rieżami bejn il-pari ppresedut minn uffiċjal ta’ skrutinju jitlaqqa’ sabiex ikun hemm diskussjoni miftuħa fil-Kummissjoni dwar il-każ. Fost affarijiet oħra, il-bord ta’ rieżami bejn il-pari jista’ jidentifika oqsma fejn hija meħtieġa ħidma ulterjuri, jidentifika l-oġġezzjonijiet li jenħtieġ li jiġu miċħuda, jew jirrakkomanda li każ ma jitkomplix (ara t-test intitolat “Proċedimenti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE: Atturi ewlenin u kontrolli u bilanċi “ippubblikati mid-DĠ Kompetizzjoni f’Settembru 2011, aċċessibbli fuq http://ec.europa.eu/competition/antitrust/key_actors_en.pdf).
(15) Kif innotat fis-sentenza fi Servier vs. Il-Kummissjoni, T-691/14, UE:T:2018:922, paragrafu 138.
(16) Sentenza fi Servier vs. Il-Kummissjoni, T-691/14, UE:T:2018:922, paragrafu 127.
(17) Ara, fost l-oħrajn, is-sentenzi fi Vlaamse Televisie Maatschapij vs. Il-Kummissjoni T-266/97, UE:T:1999:144, il-paragrafu 49; BASF vs. Il-Kummissjoni, T-15/02, UE:T:2006:74, il-paragrafu 611; u Imperial Chemical Industries vs. Il-Kummissjoni, T-66/01, UE:T:2010:255, il-paragrafi 175, 176 u 178.
(18) Ara, għal dan il-għan, is-sentenzi fi Vlaamse Televisie Maatschapij vs. Il-Kummissjoni, T-266/97, UE:T:1999:144, il-paragrafu 49, u ABB Asea Brown Boveri vs. Il-Kummissjoni, T-31/99, UE:T:2002:77, il-paragrafu 104.
(19) Ara, b’analoġija, is-sentenza fi Timab Industries u CFPR vs. Il-Kummissjoni, T-456/10, UE:T:2015:296, il-paragrafi 104 u 105, li ġiet ikkonfermata fl-appell fis-sentenza fi Timab Industries u CFPR vs. Il-Kummissjoni, C-411/15 P, UE:C:2017:11, il-paragrafi 120 sa 122.
|
24.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/12 |
SOMMARJU TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ April 2019
li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ M.8436 — General Electric Company/LM Wind Power Holding (Artikolu 14(1))
(notifikat taħt dokument C(20fs19)2569)
(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 24/06)
Fit-8 ta’ April 2019 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) , u partikolarment l-Artikolu 14(1) ta’ dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa tista’ tinstab fil-lingwa awtentika tal-każ fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm?clear=1&policy_area_id=2
I. IL-PARTIJIET
|
(1) |
General Electric Company (“GE”, l-Istati Uniti tal-Amerika) hija kumpanija globali diversifikata li tinkludi għadd ta’ unitajiet tan-negozju, kull waħda bil-fergħat tagħha stess. GE Renewable Energy hija l-unità kummerċjali li tipproduċi u tipprovdi turbini tar-riħ fuq bażi globali. GE Offshore Wind hija l-unità tan-negozju fi ħdan GE Renewable Energy li hija responsabbli għall-manifattura u l-provvista ta’ turbini tar-riħ lil hinn mill-kosta. |
|
(2) |
LM Wind Power Holding (“LM Wind”, id-Danimarka) hija attiva fid-disinn, l-ittestjar, il-manifattura u l-provvista tax-xfafar tat-turbini tar-riħ, kemm fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) kif ukoll madwar id-dinja. |
II. IL-PROĊEDURA
|
(3) |
Fil-11 ta’ Jannar 2017, GE nnotifikat formalment lill-Kummissjoni bl-akkwist propost tagħha ta’ LM Wind. Fin-notifika, GE ddikjarat li “bħalissa hija m’għandha l-ebda pjattaforma tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta li tipproduċi enerġija ogħla fl-iżvilupp”. Wara n-notifika, il-Kummissjoni sabet, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta minn parti terza, li GE diġà kienet qed tikkummerċjalizza b’mod attiv u toffri lill-klijenti tagħha turbina ogħla tar-riħ lil hinn mill-kosta li hija kienet qed tiżviluppa. |
|
(4) |
Fid-9 ta’ Marzu 2017, permezz ta’ ittra, is-servizzi tal-Kummissjoni infurmaw lil GE bl-investigazzjoni li kienet għaddejja dwar id-dispożizzjoni possibbli ta’ informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa. Fis-6 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni indirizzat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) lil GE li tikkomunika l-fehma preliminari tagħha dwar il-ksur proċedurali. |
|
(5) |
Ġiet diskussa l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ kooperazzjoni ma’ GE. Wara li l-Kummissjoni kkomunikat il-firxa ta’ multi u t-tnaqqis offrut lil GE fil-każ ta’ kooperazzjoni, GE ċaħdet il-proċedura ta’ kooperazzjoni u mbagħad wieġbet għad-DO fis-6 ta’ April 2018. |
|
(6) |
Fuq dik il-bażi, u wara li qieset l-argumenti ta’ GE, id-deċiżjoni timponi multa skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament dwar il-Fużjonijiet għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni żbaljata fin-notifika tal-każ M.8283 — GENERAL ELECTRIC COMPANY/LM WIND POWER HOLDING (id-“Deċiżjoni”). |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni ġiet ikkonsultata mal-Istati Membri matul il-Kumitati Konsultattivi dwar il-Konċentrazzjonijiet fl-20 ta’ Frar 2019 u fid-29 ta’ Marzu 2019, li pprovdew opinjoni favorevoli. L-Uffiċjal tas-Seduta ta l-opinjoni favorevoli tiegħu dwar il-proċedimenti fir-rapport tiegħu li ġie ppreżentat fl-1 ta’ April 2019. |
III. SOMMARJU
|
(8) |
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li timponi multi għal diversi ksur negliġenti jew intenzjonali tal-obbligi proċedurali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”). |
|
(9) |
B’mod partikolari, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet jipprovdi li l-Kummissjoni tista’ permezz ta’ deċiżjoni timponi fuq impriżi multi li ma jaqbżux 1 % tar-rikavat mill-bejgħ totali tal-impriżi kkonċernati “fejn, intenzjonalment jew b’negliġenza: (a) jagħtu informazzjoni mhux korretta jew qarrieqa […] notifikazzjoni […] skont l-Artikolu 4”. |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni tiddikjara li GE kisret l-Artikolu 14(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni billi tat informazzjoni skorretta b’negliġenza fin-notifika tal-akkwist ta’ LM Wind fil-11 ta’ Jannar 2017. Għalhekk, id-Deċiżjoni timponi multa fuq GE skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
IV. MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
A. Il-ksur
|
(11) |
It-Tranżazzjoni kkonsistiet fl-integrazzjoni vertikali ta’ GE – manifattur fost oħrajn ta’ turbini tar-riħ – u tal-manifattur Daniż tax-xfafar tat-turbini tar-riħ LM Wind. Bħala kuntest, il-Kummissjoni kienet qed twettaq investigazzjoni oħra dwar is-suq tat-turbini tar-riħ fl-istess ħin, għall-akkwist ta’ Gamesa minn Siemens (il-każ M.8134 – SIEMENS/GAMESA). Iż-żewġ investigazzjonijiet fil-biċċa l-kbira tagħhom saru b’mod parallel. Madankollu, il-ksur jikkonċerna biss is-sottomissjonijiet ta’ GE fl-investigazzjoni tal-akkwist tagħha ta’ LSE Wind. |
|
(12) |
Fin-notifika tat-Tranżazzjoni, GE ddikjarat li “bħalissa hija m’għandha l-ebda pjattaforma tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta li tipproduċi enerġija ogħla fl-iżvilupp”. Wara n-notifika, il-Kummissjoni sabet, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta b’mod spontanju minn parti terza, li GE diġà kienet qed toffri lill-klijenti turbina ogħla tar-riħ lil hinn mill-kosta li kienet qed tiġi żviluppata. |
|
(13) |
Minbarra n-notifika, kemm qabel kif ukoll wara n-notifika fiż-żewġ każijiet, il-Kummissjoni ressqet mistoqsijiet lil GE fir-rigward tal-iżvilupp ta’ turbina offshore ta’ output ogħla. GE għamlet diversi sottomissjonijiet fil-fażi ta’ qabel in-notifika, ripetutament u b’mod konsistenti biex tnaqqas l-istatus tal-pjanijiet ta’ żvilupp tagħha. |
|
(14) |
Matul l-investigazzjoni, klijent wera spontanjament lill-Kummissjoni li l-iżvilupp tal-prodott ta’ GE kien b’mod sinifikanti aktar avvanzat minn dak iddikjarat preċedentement minn GE. Din is-sottomissjoni kkontradixxiet id-dikjarazzjoni ta’ GE li ma kinitx qed tiżviluppa turbina tar-riħ offshore ta’ output ogħla. |
|
(15) |
Fuq il-bażi tal-intervent ta’ din il-parti terza, il-Kummissjoni – għal darb’oħra – talbet għal informazzjoni dettaljata u dokumenti interni fir-rigward tal-proġetti ta’ żvilupp ta’ GE. Kien biss f’dan il-punt li GE bagħtet informazzjoni korretta dwar il-proġetti R&D tagħha. Deher li GE kienet qiegħda tikkummerċjalizza b’mod attiv turbina tar-riħ offshore ta’ output ogħla li kienet qed tiġi żviluppata, f’kuntrast mad-dikjarazzjonijiet tagħha fin-notifika. |
|
(16) |
Fl-1 ta’ Frar 2017, rappreżentanti ta’ GE ltaqgħu mal-Kummissjoni u kienu informati li s-servizzi tagħha qisu n-notifika, minn tal-anqas, bħala waħda inkompleta. Il-jum ta’ wara, GE formalment irtirat in-notifika. |
|
(17) |
Sussegwentement, GE reġgħet innotifikat il-konċentrazzjoni fit-13 ta’ Frar 2017. In-notifika riveduta kien fiha informazzjoni materjali fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ żvilupp ta’ prodotti offshore ta’ GE li kienu assenti min-notifika oriġinali. Parti sinifikanti minn din l-informazzjoni kienet iddatata qabel il-preżentata tan-notifika oriġinali tat-Tranżazzjoni tal-GE/LM Wind. |
B. Negliġenza ta’ GE
|
(18) |
Il-Kummissjoni tqis li GE b’mod negliġenti ipprovdiet informazzjoni mhux korretta fin-notifika tat-Tranżazzjoni. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-mistoqsijiet R&D huma taqsimiet standard li jinsabu fil-mudell tal-Formola CO u huma evidenti. Barra minn hekk, GE hija kumpanija sofistikata, għandha esperjenza vasta fil-preżentata ta’ notifiki lill-Kummissjoni u hija familjari mal-Formola CO. Dan huwa kkonfermat mill-fatt li GE pprovdiet informazzjoni estensiva fir-rigward tal-proġetti ta’ pajplines tal-kompetituri tagħha f’dawk it-taqsimiet. |
|
(19) |
Barra minn hekk, GE kienet ripetutament mitluba l-istess mistoqsijiet fir-rigward tal-proġetti R&D tagħha, hija kellha diversi okkażjonijiet biex tippreżenta l-informazzjoni korretta. GE kellha tkun taf ukoll dwar l-importanza tal-informazzjoni mitluba, mhux biss minħabba li kienet attur attiv fis-suq u għalhekk kienet taf dwar ir-rwol ta’ prodotti ta’ pajplines biex tkun kompetittiva, iżda wkoll għaliex dan kien espliċitament indikat mill-Kummissjoni. |
|
(20) |
Fl-aħħar nett, GE kienet espliċitament informata dwar l-importanza tal-provvista ta’ informazzjoni korretta u mhux qarrieqa, u wisset dwar il-possibbiltà ta’ multi. Bl-iffirmar tal-Formola CO, GE ddikjarat li l-informazzjoni li tinsab fiha kienet korretta u li kienet konxja mill-possibbiltà ta’ multi. |
C. Il-gravità
|
(21) |
Il-ksur ta’ GE huwa ta’ natura serja. Il-Formola CO hija sors essenzjali ta’ informazzjoni għall-Kummissjoni biex tfassal l-investigazzjoni tas-suq. Barra minn hekk, l-informazzjoni li ġiet ippreżentata b’mod skorrett f’dan il-każ kienet tikkonċerna l-prodott ewlieni ta’ wieħed miż-żewġ swieq taħt investigazzjoni, jiġifieri prodotti ta’ pajplines għal turbini tar-riħ lil hinn mill-kosta, fis-suq tat-turbini tar-riħ lil hinn mill-kosta. |
|
(22) |
Barra minn hekk, il-prodotti tal-pajplines għandhom rwol vitali fid-determinazzjoni tal-kompetittività tal-fornituri ta’ turbini tar-riħ lil hinn mill-kosta. Minħabba ż-żminijiet twal ta’ tmexxija ta’ proġetti ta’ enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta, il-fornituri ta’ spiss jitfgħu offerti għal turbini pajplines li jkunu żviluppati bis-sħiħ sakemm ikollhom jiġu installati. B’hekk, il-Kummissjoni ġiet prekluża milli tevalwa korrettament il-kompetittività ta’ GE billi ma kellhiex din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni kellha bżonn twettaq analiżi ta’ esklużjoni sabiex tivvaluta jekk GE kellhiex xi inċentiv biex teskludi r-rivali billi twaqqaf il-bejgħ tax-xfafar ta’ LW Wind lill-kompetituri tagħha downstream. Dik il-valutazzjoni kienet tiddependi ħafna fuq il-pożizzjoni kompetittiva ta’ GE fis-suq downstream tat-turbini tar-riħ lil hinn mill-kosta, li min-naħa tagħha kienet tiddependi fuq il-prodotti tal-pajpline ta’ GE minħabba l-karatteristiċi tas-suq fit-tul. |
|
(23) |
Filwaqt li l-eżitu tal-investigazzjoni kien jibqa’ l-istess peress li l-akkwist ta’ LSE Wind minn GE ma kienx jagħti lok għal tħassib dwar il-kompetizzjoni, kif jidher fid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni finali mingħajr kundizzjonijiet, il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjoni ma kinitx tkun preċiża mingħajr l-informazzjoni korretta. |
|
(24) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li GE b’mod negliġenti, bil-kontra ta’ intenzjonalment, ipprovdiet informazzjoni mhux korretta fin-notifika tat-Tranżazzjoni. |
V. MULTI
|
(25) |
Skont l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, multa ta’ mhux aktar minn 1 % tal-fatturat aggregat tal-impriża kkonċernata fis-sena ta’ qabel id-deċiżjoni ta’ ksur tista’ tiġi imposta għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni skorretta f’notifika skont l-Artikolu 4. Id-deċiżjoni dwar ksur hija adottata fl-2019. Il-fatturat li jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-multi huwa għalhekk ir-rikavat akkumulat ta’ GE fl-2018, li kien jammonta għal USD […] biljun (EUR […] biljun). |
|
(26) |
Meta l-Kummissjoni timponi penali skont l-Artikolu 14 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, tqis il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-multi jkollhom effett suffiċjentement dissważiv u deterrenti. |
|
(27) |
Fil-kalkolu tal-multa f’dan il-każ, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni n-natura serja tal-ksur imwettaq minn GE. F’termini ta’ gravità, il-Kummissjoni tqis li l-ksur huwa r-riżultat ta’ negliġenza min-naħa ta’ GE. Tqis ukoll li GE hija impriża sofistikata b’esperjenza fi proċeduri ta’ fużjoni u kienet konxja mill-obbligi tagħha skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-konsegwenzi marbuta ma’ ksur tal-Artikolu 14(1). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjoni kompetittiva fil-każ M.8283 — General Electric Company/Lm Wind Power Holding ma kinitx tkun eżatta li kieku l-informazzjoni skorretta ma ġietx skoperta. |
|
(28) |
Rigward it-tul taż-żmien, ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet huwa ksur instantanju, imwettaq fid-data tal-implimentazzjoni (il-11 ta’ Jannar 2017). |
|
(29) |
Fl-aħħar nett, meta ffissat l-ammont tal-multa, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni fir-rigward tal-proporzjonalità l-valur tat-tranżazzjoni (EUR […] biljun) kif ukoll il-fatturat tan-negozju rilevanti, b’mod partikolari l-fatt li GE Renewable Energy fl-2018 kellha rikavat ta’ USD […] biljun (EUR […] biljun), fir-rigward tar-rikavat akkumulat ta’ GE. |
VI. KONKLUŻJONI
|
(30) |
Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, id-Deċiżjoni tikkonkludi li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq GE għall-ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 4 (1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
Il-Qorti tal-Awdituri
|
24.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/16 |
Rapport Speċjali Nru 02/2020
It-tħaddim tal-Istrument għall-SMEs: programm effettiv u innovattiv li qed jiffaċċja xi sfidi
(2020/C 24/07)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 02/2020 “It-tħaddim tal-Istrument għall-SMEs: programm effettiv u innovattiv li qed jiffaċċja xi sfidi” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/17 |
Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga li joriġinaw mill-Bjelorussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja
(2020/C 24/08)
Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u r-Russja (“il-pajjiżi kkonċernat”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Talba għal rieżami
It-talba ġiet ippreżentata fil-25 ta’ Ottubru 2019 mill-Kumitat tad-Difiża tal-industrija tat-tubi tal-azzar iwweldjati tal-Unjoni Ewropea (’l-applikant’) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti tubi u pajpijiet iwweldajti tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga.
Verżjoni miftuħa tat-talba u l-analiżi tal-grad ta’ sostenn għat-talba mill-produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl għall-partijiet interessati.
2. Il-prodott taħt rieżami
Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa tubi u pajpijiet iwweldjati, tal-ħadid jew azzar mhux illigat, ta’ wiċċ ċirkolari u ta’ dijametru ta’ barra mhux aktar minn 168.3 mm, ħlief pajp tal-linja ta’ tip użat għal linji tal-pajpijiet għaż-żejt jew gass, kejsing u tubi ta’ tip użat għat-tħaffir għaż-żejt jew il-gass, tubi ta’ preċiżjoni u tubi u pajpijiet b’fittings magħhom, tajbin għat-twassil ta’ gassijiet jew likwidi għall-użu f’inġenji tal-ajru ċivili, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7306 30 41, ex 7306 30 49, ex 7306 30 72 u ex 7306 30 77 (kodiċijiet TARIC 7306304120, 7306304920, 7306307280 u 7306307780) u li joriġinaw fil-Belarus, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja (“il-prodott li qed jiġi rieżaminat”).
3. Il-miżuri eżistenti
Il-miżuri li hemm fis-seħħ bħalissa huma dazju definittiv ta’ anti-dumping impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/110 (3).
4. Raġunijiet għar-rieżami
It-talba hija msejsa fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li tirriżulta fil-kontinwazzjoni jew fir-rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.
4.1. Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping
4.1.1. Il-Bjelorussja
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, l-applikant stabbilixxa l-valur normali għall-importazzjonijiet mill-Belarussja fuq il-bażi tal-prezz f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, jiġifieri l-Ukrajna. L-allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn ir-Russja, peress li attwalment ma hemmx volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet mill-Bjelorussja lejn l-Unjoni.
Abbażi tat-tqabbil ta’ hawn fuq, li juri li hemm id-dumping, l-applikant jargumenta li x’aktarx li jkun hemm rikorrenza ta’ dumping min-naħa tal-Bjelorussja.
4.1.2. Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
Biex juri li kien hemm dumping, l-applikant sostna li mhux xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina(’ir-RPĊ’) minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fit-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.
Biex jissostanzja l-allegazzjonijiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti, l-applikant qagħad fuq l-informazzjoni li hemm fir-rapport li sar mis-servizzi tal-Kummissjoniital-20 ta’ Diċembru 2017 ("Report on Significant Distortions in the Economy of the PRC for the purposes of the trade defence investigations" (Rapport dwar distorsjonijet sinifikanti fl-ekonomija tar-RPĊ għall-finijiet ta’ l-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ, jew ir-rapport dwar il-pajjiż), li jiddeskrivi ċ-ċirkustanzi speċifiċi tas-suq fil-pajjiż kkonċernat. B’mod partikolari, l-applikant sostna li l-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt rieżami huma potenzjalment affettwati mid-distorsjonijiet imsemmija fost l-oħrajn fil-kapitlu dwar distorsjonijiet trażversali u fit-taqsima “settur tal-azzar”.
Barra minn hekk, l-applikant jallega li l-materja prima, prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, huma wkoll soġġetti għal distorsjonijiet u sussidji, kif diġà ġie identifikat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (4).
B’hekk, fir-rigward tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, l-allegazzjoni ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali maħdum fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Filippini, il-Perù, il-Myanmar u n-Niġerja b’ħarsa lejn in-nuqqas preżenti ta’ volumi ta’ importazzjonijiet sinifikanti mir-RPĊ lejn l-Unjoni. Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet ta’ dumping li ġew ikkalkolati huma sinifikanti.
Fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li jeżistu biżżejjed evidenza, skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku, li turi li, minħabba li hemm distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet, l-użu ta’ prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ mhuwiex xieraq, u dan jirrikjedi li jingħata bidu għal investigazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.
Ir-rapport dwar il-pajjiż huwa disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni minn partijiet interessati u fis-sit web ta’ DĠ Kummerċ (5).
4.1.3. Ir-Russja
Fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-Russja, l-allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn id-destinazzjonijiet kollha peress li attwalment ma hemmx volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet mir-Russja lejn l-Unjoni.
Abbażi tal-paraguni ta’ hawn fuq, li juru li hemm dumping, l-applikant jallega li hemm il-probabilità ta’ rikorrenza ta’ dumping min-naħa tar-Russja.
4.2. Allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu
L-applikant jallega l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni u rikorrenza ta’ dannu. F’dan ir-rigward l-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li, li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi konċernati lejn l-Unjoni x’aktarx jiżdied minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata ta’ faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-prodotturi esportaturi fil-pajjiżi konċernati u minħabba li s-suq tal-Unjoni Ewropea huwa attraenti f’termini ta’ daqs u prossimità ġeografika (tal-aħħar fir-rigward tal-Bjelorussja, u r-Russja).
Barra minn hekk, l-applikant jallega li kwalunkwe żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat x’aktarx li twassal għal aktar dannu għall-industrija tal-Unjoni, jekk dawn il-miżuri jitħallew jiskadu.
5. Proċedura
Wara li ġie ddeterminat, b’segwitu għal konsultazzjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li teżisti biżżejjed evidenza ta’ probabbiltà ta’ dumping u dannu biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
Ir-rieżami tal-iskadenza se jiddetermina jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tad-dumping tal-prodott li qed jiġi rieżaminat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.
Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), li daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Ġunju 2018, (il-pakkett tal-Modernizzazzjoni tat-TDI) daħħal tibdiliet sinifikanti fl-iskeda ta’ żmien u fl-iskadenzi li kienu applikabbli preċedentement fil-proċedimenti anti-dumping. Il-limiti ta’ żmien biex il-partijiet interessati jimmanifestaw ruħhom, b’mod partikolari fl-istadju bikri tal-investigazzjonijiet, tqassru. Għalhekk, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati jirrispettaw il-passi proċedurali u l-iskadenzi pprovduti f’din in-Notifika kif f’komunikazzjonijiet ulterjuri mill-Kummissjoni.
5.1. Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-istħarriġ tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).
5.2. Kummenti dwar it-talba u l-bidu tal-investigazzjoni
Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar l-inputs u l-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (SA) ipprovduti fit-talba (7) fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (8).
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar l-ilment (inklużi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-dannu u mar-rabta ta’ kawżalità) jew dwar kwalunkwe aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għall-ilment) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
5.3. Proċedura għad-determinazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping
F’rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni teżamina l-esportazzjonijiet li saru lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u, irrispettivament mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, tqis jekk is-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu u li jbigħu l-prodott taħt rieżami fil-pajjiżi kkonċernati hijiex tali li l-esportazzjonijiet bi prezzijiet oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni x’aktarx li jitkomplew jew jirrikorru jekk il-miżuri jiskadu.
Għaldaqstant, il-produtturi kollha (9) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati, irrispettivament minn jekk esportawx il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni tul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew le, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.3.1. Il-produtturi investigaturi fil-pajjiżi kkonċernati
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi fil-pajjiżi kkonċernati li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma hawnhekk mitluba biex jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom mitluba fl-Anness I ta’ din in-Notifika fi żmien sebat (7) ijiem mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Il-Kummissjoni, sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi fil-pajjiżi kkonċernati, se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi fil-pajjiżi kkonċernati.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa fil-pajjiżi kkonċernati, l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi fil-pajjiżi kkonċernati se jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk dawn humiex inklużi fil-kampjun. Il-produtturi fil-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni żżid nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifikazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.
Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi fil-pajjiżi kkonċernati hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (10).
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi li kkooperaw iżda mhumiex inklużi fil-kampjun”).
5.3.2. Proċedura addizzjonali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetta għal distorsjonijiet sinifikanti
Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jwasslu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Skont il-punt (e) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, ftit wara l-bidu tal-investigazzjoni, permezz ta’ nota għall-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, tinforma lill-partijiet fl-investigazzjoni dwar is-sorsi rilevanti li beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Dan ikun ikopri s-sorsi kollha, inkluża l-għażla ta’ pajjiż terz rappreżentattiv xieraq fejn ikun xieraq. Il-partijiet fl-investigazzjoni għandhom jingħataw 10 ijiem mid-data li fiha dik in-nota tiddaħħal fil-fajl biex jippreżentaw kumment.
Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, pajjiż terz rappreżentattiv possibbli għar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f’dan il-każ huwa l-Messiku. Bl-għan li finalment tagħżel pajjiż terz rappreżentattiv xieraq, il-Kummissjoni se teżamina jekk hemmx pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ, li fihom isiru l-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt rieżami u li fihom hemm data rilevanti disponibbli minnufih. F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż wieħed bħal dan, se tingħata preferenza, meta jkun il-każ, lill-pajjiżi b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.
Fir-rigward tas-sorsi rilevanti, il-Kummissjoni tistieden lill-produtturi kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdulha l-informazzjoni mitluba f’Anness III ta’ din in-Notifika fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Barra minn hekk, kull preżentazzjoni ta’ informazzjoni fattwali biex jiġu vvalutati l-ispejjeż u l-prezzijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku trid issir fi żmien 65 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Tali informazzjoni fattwali jenħtieġ li tittieħed esklużivament minn sorsi disponibbli għall-pubbliku.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li għandha bżonn għall-investigazzjoni fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tagħmel disponibbli wkoll kwestjonarju lill-gvern tar-RPĊ.
5.3.3. L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (11) (12)
Importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni(jiet) li wasslu għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.
Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ importaturi li mhumiex relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi li mhumiex relatati u li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness II għal din in-Notifika.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-importaturi mhux relatati magħrufa kollha u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa ta’ importaturi kollha dwar il-kumpaniji li jkunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.
Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifikazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.
Sabiex tikseb informazzjoni li tqis bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati fil-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jibgħatu l-kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Kopja tal-kwestjonarju għall-importaturi mhux relatati hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (13).
5.4. Proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu
Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.4.1. Investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
Minħabba li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex ittemm l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid ta’ kampjun isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
B’mod proviżorju, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li jista’ jiġi eżaminat mill-partijiet interessati. B’hekk, il-partijiet interessati huma mistiedna jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Barra minn hekk, produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom jiġu inklużi fil-kampjun, iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kummenti kollha dwar il-kampjun proviżorju jridu jaslu fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u/jew lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji li fl-aħħar mill-aħħar ikunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.
Il-produtturi tal-Unjoni li jkunu parti mill-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (14).
5.5. Proċedura għall-valutazzjoni tal-interessi tal-Unjoni
Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.
Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interessi tal-Unjoni. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.
L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta jew f’format ħieles jew inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott taħt rieżami, hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (15). Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 21 se titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.
5.6. Il-partijiet interessati
Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi fil-pajjiżi kkonċernati, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.
Il-produtturi fil-pajjiżi kkonċernati, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li rendew disponibbli informazzjoni b’konformità mal-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.3 u 5.4 jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.
Partijiet oħra jkunu jistgħu jieħdu sehem biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument li fih jippreżentaw lilhom infushom, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi rieżaminat. Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ Tron.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq din il-paġna sabiex ikollok aċċess.
5.7. Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub
Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
B’mod partikolari, il-kummenti mill-partijiet interessati rigward id-definizzjoni tal-prodott u l-ambitu tal-prodott iridu jsiru fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
5.8. Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.
Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess tal-amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.
5.9. Istruzzjonijiet għat-tfassil ta’ preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza
L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment ta’ difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Ristretti (16) ”. Il-partijiet li jippreżentaw tagħrif matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.
Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba jfasslu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “” Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati tant li jippermettu li l-qofol tat-tagħrif imressaq b’mod kunfidenzjali jinftiehem raġonevolment. Jekk parti li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali tagħrif sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li t-tagħrif huwa korrett.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ) ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali li jaħdem u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u informazzjoni ulterjuri dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet permezz ta’ TRON.tdi u bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Office: CHAR 04/039 |
|
1049 Bruxelles/Brussels |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) |
Email għal aspetti ta’ dannu: TRADE-R713-WPT-INJURY@ec.europa.eu
Email għal aspetti ta’ dumping mill-Belarussja TRADE-R713-WPT-DUMPING-BY@ec.europa.eu
Email għal aspetti ta’ dumping miċ-Ċina TRADE-R713-WPT-DUMPING-CN@ec.europa.eu
Email għal aspetti ta’ dumping mir-Russja TRADE-R713-WPT-DUMPING-RU@ec.europa.eu
6. L-iskeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni għandha normalment tiġi konkluża fi żmien 12-il xahar, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku.
7. Tressiq tal-informazzjoni
Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss l-informazzjoni fil-perjodi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsima 5 ta’ din in-Notifika.
Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi obbligatorji, il-Kummissjoni mhijiex se taċċetta iktar sottomissjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali addizzjonali.
8. Possibbiltà għal kummenti dwar is-sottomissjonijiet ta’ partijiet oħra
Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fis-sottomissjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.
Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tal-konklużjonijiet definittivi, jiġu ppreżentati fi żmien ħamest (5) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar il-konklużjonijiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti mressqa minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal dan l-iżvelar ulterjuri jsiru fi żmien ġurnata (1) mill-iskadenza għall-kummenti dwar dan l-iżvelar ulterjuri, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
L-iskeda ta’ żmien deskritta hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.
9. Estensjoni tal-iskadenzi speċifikati f’din in-Notifika
L-estensjonijiet tal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jistgħu jingħataw fuq talba min-naħa tal-partijiet interessati li jkollhom raġuni valida.
L-estensjonijiet tal-iskadenzi għat-tweġibiet għall-kwestjonarji u għal limiti ta’ żmien kif inhu speċifikat f’din in-Notifika jew li jkunu previsti f’komunikazzjonijiet speċifiċi mal-partijiet interessati se jkunu limitati għal mhux aktar minn tlett (3) ijiem addizzjonali. Tali estensjoni tkun tista’ tiġi estiża sa massimu ta’ sebat (7) ijiem meta l-parti rikjedenti tagħti prova tal-eżistenza ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali.
10. Nonkooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Jekk jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u għalhekk is-sejbiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun iwassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew kost addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata jenħtieġ li tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih.
11. Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża ta’ partijiet interessati u partijiet terzi kif dawn jinqalgħu matul il-proċedimenti.
L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Dawn is-seduti ta’ smigħ jenħtieġ li jsiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.
Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan il-għan, il-partijiet interessati jenħtieġ li jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. Meta t-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu ppreżentati lil hinn mill-iskedi ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.
12. Possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku
Billi dan ir-rieżami ta’ skadenza qed jinbeda skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jiġu revokati jew jinżammu f’konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti interessata tqis li jkun ġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’din in-notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.
13. Ipproċessar ta’ data personali
Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) ..
Notifika dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/
(2) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/110 tas-26 ta’ Jannar 2015 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li joriġinaw fil-Bjelorussja, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja u li jtemm il-proċediment fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat li joriġinaw fl-Ukraina wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 6).
(4) ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17.
(5) https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf .
Dokumenti msemmija fir-rapport tal-pajjiż jistgħu jinkisbu wkoll fuq talba raġunata kif xieraq.
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 143, 7.6.2018, p. 1).
(7) Informazzjoni dwar il-kodiċijiet SA tingħata wkoll fis-sommarju eżekuttiv tat-talba għal rieżami, disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ (http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2435).
(8) Ir-referenzi kollha għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika se jkunu referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
(9) Produttur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi l-prodott taħt rieżami, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami.
(10) http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2435
(11) Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss importaturi li mhumiex relatati ma’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu bħala membri tal-istess familja jekk ikollhom xi waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(12) Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti milli biex jiġi stabbilit id-dumping.
(13) http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2435
(14) http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2435
(15) http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2435
(16) Dokument “Ristrett” huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(17) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS I
|
☐ |
Verżjoni “Ristretta” |
|
☐ |
Verżjoni “Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati” |
|
(immarka l-kaxxa rilevanti) |
|
PROĊEDIMENT ANTIDUMPING DWAR L-IMPORTAZZJONIJIET TA' ĊERTI TUBI U PAJPIJIET IWWELDJATI TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR MHUX LIGA LI JORIĠINAW MILL-BJELORUSSJA, MIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA (IR-RPĊ) U MIR-RUSSJA
INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TAL-PRODUTTURI FIL-BJELORUSSJA U FIR-RUSSJA
Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-produtturi fil-Bjelorussja, fir-RPĊ u fir-Russja jwieġbu għat-talba għal informazzjoni rigward il-kampjunar li saret fil-punt 5.3.1 tan-Notifika ta’ Bidu.
Kemm il-verżjoni “Ristretta” kif ukoll il-verżjoni “Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati” jenħtieġ li jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-Notifika ta’ Bidu.
1. DETTALJI TA’ KUNTATT U IDENTITA
Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:
|
Isem il-kumpanija |
|
|
Indirizz |
|
|
Pajjiż |
|
|
Persuna ta’ kuntatt |
|
|
Indirizz elettroniku |
|
|
Numru tat-telefon |
|
|
Faks |
|
2. FATTURAT, IL-VOLUM TAL-BEJGĦ, IL-PRODUZZJONI U L-KAPAĊITÀ TAL-PRODUZZJONI
Fir-rigward tal-prodott taħt rieżami kif definit fin-Notifika ta’ Bidu u li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat, għall-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami definit fit-Taqsima 5.1 tan-Notifika, jekk jogħġbok indika l-bejgħ f’esportazzjonijiet lejn l-Unjoni għal kull wieħed mit-28 Stat Membru (1) separatament u kumplessivament, il-bejgħ bl-esportazzjoni lejn il-bqija tad-dinja (bħala total u l-ħames l-ikbar pajjiżi importaturi), il-bejgħ domestiku, il-produzzjoni u l-kapaċità ta’ produzzjoni. Iddikjara l-unità tal-piż jew tal-volum u l-munita użata.
Tabella I
Fatturat, volum tal-bejgħ
|
|
Speċifika l-unità ta’ kejl |
Valur fil-munita tal-kontabbiltà Speċifika l-munita użata |
|
|
Bejgħ f’esportazzjonijiet lejn l-Unjoni għal kull wieħed mit-28 Stat Membru separatament u kollha f’daqqa, tal-prodott taħt rieżami, manifatturat mill-kumpanija tiegħek |
Total |
|
|
|
Semmi kull Stat Membru (2): |
|
|
|
|
Bejgħ f’esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami, manifatturat mill-kumpanija tiegħek lejn il-bqija tad-dinja |
Total |
|
|
|
Semmi l-ħames (5) pajjiżi li l-aktar jimportaw u agħti l-volumi u l-valuri rispettivi (2) |
|
||
|
Il-bejgħ domestiku tal-prodott taħt rieżami, manifatturat mill-kumpanija tiegħek |
|
|
|
Tabella II
Produzzjoni u kapaċità tal-produzzjoni
|
|
Speċifika l-unità ta’ kejl |
|
Il-produzzjoni kumplessiva tal-kumpanija tiegħek tal-prodott taħt rieżami |
|
|
Il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-kumpanija tiegħek tal-prodott taħt rieżami |
|
3. ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U TAL-KUMPANIJI RELATATI (3)
Agħti dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija u tal-kumpaniji relatati kollha (elenkahom u ddikjara r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u / jew fil-bejgħ (f’esportazzjonijiet u / jew domestiku) tal-prodott taħt rieżami. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott taħt rieżami jew il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti ta’ sottokuntrattar, jew l-ipproċessar jew in-negozjar tal-prodott taħt rieżami, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.
|
Isem u lokalità tal-kumpanija |
Attivitajiet |
Relazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4. INFORMAZZJONI OHRA
Agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li l-kumpanija tqis li tkun utli biex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.
5. ĊERTIFIKAZZJONI
Meta tipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssirilha żjara fil-post sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għall-produtturi esportaturi li ma jikkooperawx jissejsu fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.
Firma tal-uffiċjal awtorizzat:
Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:
Data:
(1) It-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma: Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja, u r-Renju Unit.
(2) Żid aktar ringieli jekk ikun meħtieġ.
(3) F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu bħala membri tal-istess familja jekk ikollhom xi waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
ANNESS II
|
☐ |
Verżjoni “Ristretta” |
|
☐ |
Verżjoni “Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati” |
|
(immarka l-kaxxa rilevanti) |
|
PROĊEDIMENT ANTIDUMPING DWAR L-IMPORTAZZJONIJIET TA' ĊERTI TUBI U PAJPIJIET IWWELDJATI TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR MHUX LIGA LI JORIĠINAW MILL-BJELORUSSJA, MIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA (IR-RPĊ) U MIR-RUSSJA
INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TA’ IMPORTATURI MHUX RELATATI
Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-importaturi mhux relatati jwieġbu għat-talba għal informazzjoni rigward il-kampjunar li saret fil-punt 5.3.3 tan-Notifika ta’ Bidu.
Kemm il-verżjoni “Ristretta” kif ukoll il-verżjoni “Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati” jenħtieġ li jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-Notifika ta’ Bidu.
1. DETTALJI TA’ KUNTATT U IDENTITÀ
Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:
|
Isem il-kumpanija |
|
|
Indirizz |
|
|
Persuna ta’ kuntatt |
|
|
Indirizz elettroniku |
|
|
Numru tat-telefon |
|
|
Faks |
|
2. FATTURAT U VOLUM TAL-BEJGĦ
Indika l-fatturat totali tal-kumpanija f’euro (EUR) tal-kumpanija, u l-fatturat u l-piż jew il-volum għall-importazzjonijiet fl-Unjoni (1) u l-bejgħ fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mil-Bjelorussja u/jew mir-RPĊ u/jew mir-Russja, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta' ċerti tubi u pajpijiet iwweldjati tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga kif definit fin-Notifika ta’ Bidu u l-piz jew volum korrispondenti. Indika l-unità tal-piż jew tal-volum li ntużat.
|
|
Speċifika l-unità ta’ kejl |
Valur f’euro (EUR) |
|
Fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euro (EUR) |
|
|
|
Importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott taħt rieżami |
|
|
|
Il-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mill-Belorussja tal-prodott soġġett għal rieżami |
|
|
|
Il-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara importazzjoni mir-RPĊ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat. |
|
|
|
Il-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mir-Russja tal-prodott soġġett għal rieżami |
|
|
3. ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U TAL-KUMPANIJI RELATATI (2)
Agħti dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija u tal-kumpaniji relatati kollha (elenkahom u ddikjara r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u / jew fil-bejgħ (f’esportazzjonijiet u / jew domestiku) tal-prodott taħt rieżami. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott taħt rieżami jew il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti ta’ sottokuntrattar, jew l-ipproċessar jew in-negozjar tal-prodott taħt rieżami, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.
|
Isem u lokalità tal-kumpanija |
Attivitajiet |
Relazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
4. INFORMAZZJONI OĦRA
Agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li l-kumpanija tqis li tkun utli biex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.
5. ĊERTIFIKAZZJONI
Meta tipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssirilha żjara fil-post sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx jissejsu fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.
Firma tal-uffiċjal awtorizzat:
Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:
Data:
(1) It-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma: Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja, u r-Renju Unit.
(2) F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu bħala membri tal-istess familja jekk ikollhom xi waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
ANNESS III
|
☐ |
Verżjoni “Ristretta” |
|
☐ |
Verżjoni “Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati” |
|
(immarka l-kaxxa rilevanti) |
|
PROĊEDIMENT ANTIDUMPING DWAR L-IMPORTAZZJONIJIET TA' ĊERTI TUBI U PAJPIJIET IWWELDJATI TAL-ĦADID JEW TAL-AZZAR MHUX LIGA LI JORIĠINAW MILL-BJELORUSSJA, MIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA (IR-RPĊ) U MIR-RUSSJA
TALBA TA’ INFORMAZZJONI DWAR L-INPUTS UŻATI MILL-PRODUTTURI FIR-RPĊ
Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jwieġbu għat-talba għal informazzjoni għall-input li saret fil-punt 5.3.2. tan-Notifika ta’ bidu.
Jenħtieġ li kemm il-verżjoni “Ristretta” kif ukoll “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati” jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-Notifika ta’ Bidu.
It-talba għal informazzjoni mitluba jenħtieġ li tintbagħat lura lill-Kummissjoni fl-indirizz speċifikat fin-Notifika tal-bidu fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
1. DETTALJI TA’ KUNTATT U IDENTITÀ
Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:
|
Isem il-kumpanija |
|
|
Indirizz |
|
|
Persuna ta’ kuntatt |
|
|
Indirizz elettroniku |
|
|
Numru tat-telefon |
|
|
Faks |
|
2. INFORMAZZJONI DWAR L-INPUTS UŻATI MILL-KUMPANIJA TIEGĦEK U KUMPANIJI RELATATI
Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-proċess(i) ta’ produzzjoni tal-prodott taħt rieżami.
Jekk jogħġbok elenka l-materjali kollha (prima u pproċessata) u l-enerġija użata fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami kif ukoll il-prodotti sekondarji kollha u l-iskart li huma mibjugħa jew imdaħħla (mill-ġdid) fil-proċess ta’ produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Fejn xieraq, ipprovdi l-kodiċi ta’ klassifikazzjoni korrispondenti tas-Sistema Armonizzata (SA) (1) għal kull wieħed mill-oġġetti mdaħħla fit-tliet tabelli. Jekk jogħġbok imla l-Anness separat għal kull kumpanija relatata li tipproduċi l-prodott taħt rieżami fil-każ li l-proċess tal-produzzjoni jkun differenti. Kumpaniji relatati li huma involuti fil-manifattura tal-inputs użati upstream fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami għandhom ukoll jimlew Anness separat u jidentifikaw l-input(s) fornut(i).
|
Materja Prima / enerġija |
Kodiċi SA |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(Żid ringieli addizzjonali jekk meħtieġ) |
|
|
Prodotti sekondarji u skart |
Kodiċi SA |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(Żid ringieli addizzjonali jekk meħtieġ) |
|
Il-kumpanija b’dan tiddikjara li l-informazzjoni mogħtija hawn fuq hi korretta sa fejn taf hi.
Firma tal-uffiċjal awtorizzat:
Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:
Data
(1) Is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija, ġeneralment imsejħa s-“Sistema Armonizzata” jew sempliċiment “SA” hija nomenklatura tal-prodotti internazzjonali bi skopijiet multipli żviluppati mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO - World Customs Organization).
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/33 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9718 — Cobepa/Gerflor)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 24/09)
1.
Fis-16 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Cobepa SA (“Cobepa”, il-Belġju), ikkontrollata minn Vedihold SA, |
|
— |
Topfloor SAS, il-kumpanija finalment azzjonarja tal-Gerflor Group (“Gerflor”, Franza). |
Cobepa takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Gerflor kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Cobepa: kumpanija privata tal-investiment li tinvesti fl-Ewropa u l-Amerka ta’ Fuq, |
|
— |
Gerflor: manifattura u provvista ta’ soluzzjonijiet ta’ madum u finituri tal-ħitan għal klijenti professjonali u mhux professjonali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9718 — Cobepa/Gerflor
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ara r-‘“Regolament dwar l-Għaqdiet”).