|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 2/01 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 2/02 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9658 — Daiwa Securities Group/Aquila Holding/Aquila Capital Holding) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2020/C 2/03 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9687 — CPPIB/OTPP/IDEAL) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2/1 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
0,00 % fl-1 ta' Jannar 2020
Rata tal-kambju tal-euro (2)
It-3 ta' Jannar 2020
(2020/C 2/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1147 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
120,54 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4731 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85115 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,4858 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0840 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
136,90 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,8315 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,360 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
330,53 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2493 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7784 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,6587 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6031 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4471 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,6713 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6718 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5047 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 300,32 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,9222 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7712 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4463 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 536,69 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5725 |
|
PHP |
Peso Filippin |
56,983 |
|
RUB |
Rouble Russu |
69,1190 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
33,614 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,5271 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,1433 |
|
INR |
Rupi Indjan |
80,0085 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2/2 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9658 — Daiwa Securities Group/Aquila Holding/Aquila Capital Holding)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 2/02)
1.
Fid-19 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Daiwa Securities Group Inc. (“Daiwa”), il-Ġappun; |
|
— |
Aquila Holding GmbH (“Aquila Holding”), il-Ġermanja; |
|
— |
Aquila Capital Holding GmbH (“Aquila Capital”), il-Ġermanja, ikkontrollata minn AquilaHolding. |
Daiwa u Aquila Holding jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Aquila Capital kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Daiwa hija kumpanija tas-servizzi finanzjarji kkwotata fil-Borża ta’ Tokjo, u li tipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi finanzjarji; |
|
— |
Aquila Holding hija kumpanija azzjonarja bi proprjetarji privati, li l-uniku għan tagħha huwa li jkollha ishma f’Aquila Capital. L-azzjonisti ta’ Aquila Holding għandhom investimenti oħra ta’ kontroll f’negozji differenti; |
|
— |
Aquila Capital tiġġestixxi assi u investimenti li jiffukaw fuq soluzzjonijiet ta’ investimenti fit-tul u sostenibbli. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9658 — Daiwa Securities Group/Aquila Holding/Aquila Capital Holding
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
6.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9687 — CPPIB/OTPP/IDEAL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 2/03)
1.
Fit-18 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Kanada Pension Plan Investment Board (“CPPIB”, il-Kanada), |
|
— |
Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”, il-Kanada), |
|
— |
Impulsora del Desarrollo y el Empleo en America Latina S.A.B. de C.V. (“IDEAL”, il-Messiku). |
CPPIB u OTPP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ IDEAL.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-21 ta’ Novembru 2019.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CPPIB: organizzazzjoni ta’ ġestjoni tal-investiment li tinvesti f’ekwitajiet pubbliċi, ekwitajiet privati, proprjetà immobbli, infrastruttura u strumenti ta’ introjtu fiss, |
|
— |
OTPP: L-ikbar pjan tal-pensjonijiet għal professjoni waħda fil-Kanada, li għandu portafoll dinji divers ta’ assi, |
|
— |
IDEAL: L-iżvilupp, il-promozzjoni, it-tħaddim ta’ proġetti tal-infrastruttura fil-Messiku u fl-Amerka Latina bi 17-il konċessjoni tal-infrastruttura f’setturi differenti fil-Messiku, fosthom toroq bi ħlas, l-ilma, l-enerġija, l-infrastruttura soċjali u terminal tal-loġistika. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9687 — CPPIB/OTPP/IDEAL