ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
Werrej |
Paġna |
|
|
||
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
2019/C 433/02 |
||
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
2019/C 433/03 |
||
2019/C 433/04 |
||
2019/C 433/05 |
||
2019/C 433/06 |
||
2019/C 433/07 |
||
2019/C 433/08 |
||
2019/C 433/09 |
||
2019/C 433/10 |
||
2019/C 433/11 |
||
2019/C 433/12 |
||
2019/C 433/13 |
||
2019/C 433/14 |
||
2019/C 433/15 |
||
2019/C 433/16 |
||
2019/C 433/17 |
||
2019/C 433/18 |
||
2019/C 433/19 |
||
2019/C 433/20 |
||
2019/C 433/21 |
||
2019/C 433/22 |
||
2019/C 433/23 |
||
2019/C 433/24 |
|
III Atti preparatorji |
|
|
IL-PARLAMENT EWROPEW |
|
2019/C 433/25 |
||
2019/C 433/26 |
||
2019/C 433/27 |
||
2019/C 433/28 |
||
2019/C 433/29 |
||
2019/C 433/30 |
||
2019/C 433/31 |
||
2019/C 433/32 |
||
2019/C 433/33 |
||
2019/C 433/34 |
||
2019/C 433/35 |
||
2019/C 433/36 |
||
2019/C 433/37 |
||
2019/C 433/38 |
||
2019/C 433/39 |
||
2019/C 433/40 |
||
2019/C 433/41 |
||
MT |
|
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/1 |
IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2018‒2019
Dati tas-seduti: 10-13 ta’ Settembru 2018
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 227, 5.7.2019.
TESTI ADOTTATI
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/2 |
P8_TA(2018)0323
L-impatt tal-politika ta' koeżjoni tal-UE fuq l-Irlanda ta' Fuq
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar l-impatt tal-politika ta' koeżjoni tal-UE fuq l-Irlanda ta' Fuq (2017/2225(INI))
(2019/C 433/02)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-impatt tal-politika ta' koeżjoni tal-UE fuq l-Irlanda ta' Fuq, |
— |
wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Belfast tal-1998 (il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0240/2018), |
A. |
billi l-politika ta' koeżjoni tal-UE fl-Irlanda ta' Fuq topera permezz ta' diversi strumenti, inklużi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, il-Programm PEACE għall-Irlanda ta' Fuq u r-Reġjuni mal-Fruntiera u l-programmi transfruntiera tal-Interreg; |
B. |
billi huwa ċar li l-Irlanda ta' Fuq hija reġjun li bbenefika ħafna mill-politika ta' koeżjoni tal-UE; billi l-impenn ta' finanzjament futur fl-abbozz tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) tal-Kummissjoni għall-2027-2021 qed jintlaqa' b'mod pożittiv ferm; |
C. |
billi, apparti l-fondi aktar ġenerali tal-politika ta' koeżjoni, l-Irlanda ta' Fuq ibbenefikat b'mod partikolari minn programmi transfruntiera u programmi interkomunitarji u transkomunitarji speċjali, inkluż il-Programm PEACE; |
D. |
billi l-politika ta' koeżjoni tal-UE, b'mod partikolari permezz tal-Programm PEACE, ikkontribwiet b'mod deċiżiv għall-proċess ta' paċi fl-Irlanda ta' Fuq, tappoġġja l-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira u tkompli tappoġġja r-rikonċiljazzjoni tal-komunitajiet; |
E. |
billi wara l-ħolqien tal-ewwel Programm PEACE fl-1995, intefqu aktar minn EUR 1,5 biljun bl-għan doppju li tiġi promossa l-koeżjoni bejn il-komunitajiet involuti fil-kunflitt fl-Irlanda ta' Fuq u fil-kontej mal-fruntiera tal-Irlanda, kif ukoll l-istabbiltà ekonomika u soċjali; |
F. |
billi s-suċċess tal-finanzjament ta' koeżjoni tal-UE jirriżulta parzjalment mill-fatt li dan jitqies bħala "flus newtrali", jiġifieri flus mhux marbuta direttament mal-interessi tal-ebda waħda minn dawn il-komunitajiet; |
1. |
Jenfasizza l-kontribuzzjoni importanti u pożittiva tal-politika ta' koeżjoni tal-UE fl-Irlanda ta' Fuq, partikolarment fir-rigward tal-assistenza għall-irkupru ta' oqsma urbani u rurali li jinsabu fil-bżonn, l-indirizzar tat-tibdil fil-klima u l-bini ta' kuntatti transkomunitarji u transfruntiera fil-kuntest tal-proċess ta' paċi; jinnota, b'mod partikolari, li l-assistenza għal żoni urbani u rurali li jinsabu fil-bżonn spiss tieħu l-forma ta' appoġġ għal żvilupp ekonomiku ġdid li jippromwovi l-ekonomija tal-għarfien, bħalma huma l-Parks tax-Xjenza f'Belfast u f'Derry/Londonderry; |
2. |
Jenfasizza li aktar minn EUR 1 biljun f'assistenza finanzjarja tal-UE ser jintefqu fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali fl-Irlanda ta' Fuq u fir-reġjuni ġirien fil-perjodu finanzjarju kurrenti, li minnhom EUR 230 miljun ser jiġu investiti fil-Programm PEACE tal-Irlanda ta' Fuq (b'baġit totali ta' kważi EUR 270 miljun) u EUR 240 miljun fil-programm Interreg V-A għall-Irlanda ta' Fuq, l-Irlanda u l-Iskozja (b'baġit totali ta' EUR 280 miljun); |
3. |
Jikkunsidra li l-programmi speċjali tal-UE għall-Irlanda ta' Fuq, speċjalment il-Programm PEACE, huma ta' importanza ewlenija biex jinżamm il-proċess ta' paċi, peress li jrawmu r-rikonċiljazzjoni u l-kuntatti interkomunitarji, transkomunitarji u transfruntiera; jinnota li ċ-ċentri soċjali transkomunitarji u transfruntiera u s-servizzi kondiviżi huma partikolarment importanti f'dan ir-rigward; |
4. |
Jilqa' l-passi importanti 'l quddiem li ttieħdu fl-Irlanda ta' Fuq permezz tal-Programm PEACE, u jirrikonoxxi l-ħidma tal-partijiet kollha f'dan il-proċess; |
5. |
Josserva li l-miżuri interkomunitarji u transkomunitarji għall-bini tal-fiduċja, u l-miżuri għal koeżistenza paċifika, bħalma huma l-ispazji kondiviżi u n-netwerks ta' appoġġ, kellhom rwol ewlieni fil-proċess ta' paċi, peress li l-ispazji kondiviżi jippermettu lill-komunitajiet fl-Irlanda ta' Fuq jinġabru flimkien bħala komunità waħda għal attivitajiet konġunti u jiżviluppaw fiduċja u rispett reċiproċi, u b'hekk jgħinu biex titfejjaq il-firda; |
6. |
Jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità u tal-approċċ minn isfel għal fuq, li jinkoraġġixxu lill-komunitajiet kollha jieħdu s-sjieda tal-proġetti, u b'hekk jissaħħaħ il-proċess ta' paċi; |
7. |
Jinnota l-impenn tal-partijiet interessati kollha fl-Irlanda ta' Fuq għall-kontinwazzjoni tal-għanijiet tal-politika ta' koeżjoni tal-UE fir-reġjun; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza ta' governanza f'diversi livelli kkoordinata u fuq il-prinċipju tas-sħubija; |
8. |
Huwa tal-opinjoni, madankollu, li jista' jsir aktar biex jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u l-viżibilità ġenerali tal-impatt u l-bżonn ta' finanzjament tal-UE fl-Irlanda ta' Fuq, b'mod partikolari billi l-pubbliku ġenerali jiġi informat dwar l-impatt tal-proġetti ffinanzjati mill-UE għall-proċess ta' paċi u l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun; |
9. |
Jilqa' l-fatt li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll fir-reġjuni qegħdin jaħdmu kif suppost u li għaldaqstant l-assistenza finanzjarja tal-UE qiegħda tintefaq b'mod effettiv; jisħaq, madankollu, li meta tiġi vvalutata l-prestazzjoni ta' dan il-programm, iridu dejjem jitqiesu, apparti l-konformità, l-objettivi sottostanti tal-Programm PEACE; |
10. |
Mingħajr ħsara għan-negozjati li għaddejjin bejn l-UE u r-Renju Unit, jemmen li, wara l-2020, huwa kruċjali għall-Irlanda ta' Fuq li tkun kapaċi tipparteċipa f'ċerti programmi speċjali tal-UE, bħal pereżempju l-Programm PEACE u l-programm Interreg V-A għall-Irlanda ta' Fuq, l-Irlanda u l-Iskozja, peress li dan ikun ta' benefiċċju kbir għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli, b'mod partikolari fiż-żoni rurali, żvantaġġati u mal-fruntiera, billi jitnaqqsu d-differenzi eżistenti; iħeġġeġ, barra minn hekk, fil-kuntest tal-QFP ta' wara l-2020, li jintużaw l-istrumenti finanzjarji rilevanti kollha sabiex jippermettu t-tkomplija tal-objettivi tal-politika ta' koeżjoni; |
11. |
Iqis li, wara l-2020, mingħajr ħsara għan-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn l-UE u r-Renju Unit, l-appoġġ tal-UE għall-kooperazzjoni territorjali, speċjalment fir-rigward ta' proġetti transfruntiera u transkomunitarji, għandu jitkompla fid-dawl tal-kisbiet tal-programmi ta' koeżjoni tal-UE speċjali għall-Irlanda ta' Fuq, jiġifieri l-Programm PEACE u l-programmi Interreg, li huma partikolarment importanti għall-istabbiltà tar-reġjun; jibża' li, jekk jintemmu dawn il-programmi, jiġu pperikolati l-attivitajiet transfruntiera u dawk interkomunitarji u transkomunitarji għall-bini ta' fiduċja u, bħala konsegwenza, il-proċess ta' paċi; |
12. |
Jenfasizza li 85 % tal-finanzjament għall-programmi PEACE u Interreg jiġi mill-UE; iqis, għaldaqstant, li huwa importanti li l-UE għandha tkompli tagħmel kuntatt mal-komunitajiet fl-Irlanda ta' Fuq wara l-2020 billi jkollha rwol attiv fl-amministrazzjoni tal-finanzjament tal-koeżjoni u dawk interkomunitarji u transkomunitarji disponibbli tal-UE fl-Irlanda ta' Fuq, u b'hekk jiġu megħjuna jegħlbu d-diviżjonijiet soċjetali; f'dan il-kuntest, jemmen li l-finanzjament għandu jinżamm f'livell adegwat wara l-2020; jisħaq fuq il-fatt li dan huwa importanti biex jippermetti li tkompli l-ħidma għall-bini tal-paċi; |
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-esperjenza tal-Irlanda ta' Fuq b'finanzjament tal-koeżjoni, speċjalment bil-Programm PEACE, bħala eżempju ta' kif l-UE qed tindirizza l-kunflitti interkomunitarji u d-diviżjonijiet fil-komunità; jisħaq fuq il-fatt, f'dan ir-rigward, li l-proċess ta' rikonċiljazzjoni fl-Irlanda ta' Fuq huwa eżempju pożittiv għal żoni oħra fl-UE li jkunu esperjenzaw kunflitt; |
14. |
Jisħaq fuq il-fatt li prattiki tajba b'finanzjament tal-koeżjoni u l-Programm PEACE għandhom jittieħdu bħala mudell tal-UE u promossi sabiex jegħlbu n-nuqqas ta' fiduċja fost il-komunitajiet f'kunflitt u biex tinkiseb il-paċi dejjiema f'partijiet oħra tal-Ewropa u anke madwar id-dinja; |
15. |
Iqis li huwa essenzjali li l-poplu tal-Irlanda ta' Fuq, u b'mod partikolari ż-żgħażagħ, għandu jibqa' jkollu aċċess għall-iskambji ekonomiċi, soċjali u kulturali madwar l-Ewropa, partikolarment għall-programm Erasmus+; |
16. |
Jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi t-tkomplija tal-programmi PEACE u Interreg fil-proposta tagħha għall-QFP 2021-2027. jinnota, barra minn hekk, id-dokument ta' pożizzjoni tar-Renju Unit dwar il-futur tal-Politika ta' Koeżjoni ta' April 2018, li fih ir-Renju Unit jiddikjara r-rieda tiegħu li jesplora suċċessur potenzjali għal PEACE IV, kif ukoll Interreg V-A, għall-perjodu ta' wara l-2020 mal-Eżekuttiv tal-Irlanda ta' Fuq, il-Gvern Irlandiż u l-UE, kif ukoll l-impenn tiegħu li jonora l-impenji għal PEACE u Interreg taħt il-QFP kurrenti; |
17. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Assemblea u l-Eżekuttiv tal-Irlanda ta' Fuq, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom. |
RIŻOLUZZJONIJIET
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/5 |
P8_TA(2018)0324
Miżuri speċifiċi għall-Greċja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri speċifiċi għall-Greċja skont ir-Regolament (UE) 2015/1839 (2018/2038(INI))
(2019/C 433/03)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2015 intitolata "Bidu ġdid għat-tkabbir u l-impiegi fil-Greċja"(COM(2015)0400), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/1839 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi għall-Greċja (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/825 dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perijodu mill-2017 sal-2020 (SRSP) (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tad-19 ta' Settembru 2016 dwar evalwazzjonijiet ex post tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni 2007-2013 (SWD(2016)0318), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Ministeru Grieg tal-Ekonomija u l-Iżvilupp dwar l-użu tal-ammonti taħt ir-Regolament (UE) 2015/1839 (perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013) (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Mistoqsija Orali lill-Kummissjoni dwar l-Implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2015/1839 dwar miżuri speċifiċi għall-Greċja (O-000100/2017(B8-0001/2018), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0244/2018), |
A. |
billi l-politika ta' koeżjoni hija espressjoni ta' solidarjetà u l-istrument ewlieni ta' investiment tal-UE, u tkopri r-reġjuni kollha u tnaqqas id-disparitajiet; billi l-importanza tal-valur miżjud u tal-flessibbiltà tagħha matul il-kriżi ekonomika u finanzjarja ġew ikkonfermati f'diversi okkażjonijiet; billi, bir-riżorsi baġitarji eżistenti, il-politika ta' koeżjoni kkontribwiet biex jinżammu opportunitajiet tant meħtieġa ta' investiment pubbliku, għenet biex żammet il-kriżi milli taggrava u ppermettiet lill-Istati Membri u r-reġjuni jadottaw risponsi mfassla apposta bil-għan li tiżdied ir-reżiljenza tagħhom fil-konfront ta' avvenimenti mhux mistennija u xokkijiet esterni; |
B. |
billi l-appoġġ bejn l-2007 u l-2015 mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni fil-Greċja ammonta għal EUR 15,8 biljun, ekwivalenti għal madwar 19 % tat-total tan-nefqa kapitali tal-gvern; |
C. |
billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja kienet wasslet għal rati ta' tkabbir negattivi persistenti fil-Greċja, li ma setgħux jiġu indirizzati mit-tliet pakketti ta' salvataġġ internazzjonali, kif ukoll għal problemi ta' likwidità serji u nuqqas ta' fondi pubbliċi; |
D. |
billi l-Greċja u l-gżejjer Griegi ntlaqtu u għadhom qed jintlaqtu b'mod partikolari mill-kriżi tar-rifuġjati u tal-migrazzjoni u jinsabu taħt pressjoni kbira mill-flussi akbar ta' migranti u rifuġjati, u dan issarraf f'daqqa ta' ħarta kbira lill-ekonomika lokali, b'mod partikolari fil-qasam tat-turiżmu; |
E. |
billi bejn l-2007 u l-2013, il-PDG tal-Greċja naqas b'26 % f'termini reali u filwaqt li r-reċessjoni ntemmet fl-2014, it-tkabbir matul is-sentejn ta' wara kien inqas minn 1 %. billi r-rata tal-impjiegi niżlet minn 66 % għal 53 % fl-2013, u dan jimplika li kienu biss nofs in-nies fl-età tax-xogħol li kellhom impjieg, waqt li l-qgħad żdied minn 8,4 % għal 27,5 % matul l-istess perjodu, u dan kellu impatt qawwi fuq il-kapaċità tal-akkwist tal-popolazzjoni Griega u laqat ħażin ħafna lil diversi setturi, inkluża s-saħħa; billi skont l-aktar data reċenti tal-Eurostat, ir-rata ta' qgħad hija ta' 20,8 %, b'livell għoli ta' qgħad fost iż-żgħażagħ; |
F. |
billi l-Kummissjoni u l-koleġiżlaturi rrikonoxxew, fl-2015, li l-Greċja ntlaqtet mill-kriżi b'mod uniku, li seta' kellu impatt enormi kemm fuq il-finalizzazzjoni tal-operazzjonijiet taħt il-programmi operazzjonali 2000-2006 u 2007-2013 kif ukoll fuq il-bidu tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-politika ta' koeżjoni 2014-2020; |
G. |
billi l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1839 kienet maħsuba biex tipprovdi lill-Greċja b'likwidità f'mument kruċjali qabel ma l-implimentazzjoni ta' programmi kienet intemmet u l-opportunitajiet ta' investiment meħtieġa kienu ntilfu, minħabba li ammonti sostanzjali kienu jiġu rkuprati f'każ ta' nuqqas ta' tlestija tal-proġetti mill-perjodi 2000-2006 u 2007-2013; |
H. |
billi r-Regolament (UE) 2015/1839 stabbilixxa prefinanzjament inizjali addizzjonali għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 ta' żewġ pagamenti ta' 3,5 % kull wieħed tal-ammont ta' appoġġ mill-fondi tal-politika ta' koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), kif ukoll l-applikazzjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 ta' rata ta' kofinanzjament ta' 100 % għan-nefqa eliġibbli u r-rilaxx bikri tal-aħħar 5 % tal-pagamenti tal-UE li fadal, li kellhom jinżammu sa tmiem il-programmi; |
I. |
billi r-Regolament ġie adottat bil-għan li jirrispondi mill-aktar fis possibbli għal sitwazzjoni ta' kriżi serja u li jiżgura li l-Greċja jkollha biżżejjed fondi biex tlesti l-proġetti taħt il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 u biex tibda l-implimentazzjoni taħt il-perjodu attwali; |
J. |
billi skont l-Artikolu 152(6)2, il-Greċja kellha tippreżenta, sa tmiem l-2016, rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-applikazzjoni tar-rata ta' kofinanzjament ta' 100 % u mal-limitu massimu għall-pagamenti għall-programmi fi tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni; |
K. |
billi l-UE ħallset ukoll 95 % tal-ispiża totali tal-investiment fil-perjodu ta' finanzjament 2007-2013 fil-Greċja (il-massimu ta' 85 % normalment applikabbli), permezz tar-Regolament (UE) Nru 1311/2011 li jippermetti l-hekk imsejħa miżura "supplimentari"; |
L. |
billi f'Ottubru 2015 ġie stabbilit kont delimitat, li fih ġew trasferiti l-fondi kollha allokati għall-finanzjament ta' proġetti ffinanzjati mill-UE sabiex ikun żgurat li dawn jintużaw biss għal pagamenti lil benefiċjarji u operazzjonijiet taħt il-programmi operazzjonali; |
M. |
billi l-Greċja rċeviet ukoll appoġġ mill-2011 permezz tat-Task Force għall-Greċja tal-Kummissjoni, li pprovdiet assistenza teknika għall-proċess ta' riforma tal-pajjiż, u mill-2015 permezz tas-Servizz ta' Sostenn għar-Riforma Strutturali li pprovda assistenza għat-tħejjija, għat-tfassil, għall-implimentazzjoni u għall-evalwazzjoni ta' riformi li jsaħħu t-tkabbir; billi r-Regolament (UE) 2017/825 dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) għall-perijodu mill-2017 sal-2020 daħal fis-seħħ fl-20 ta' Mejju 2017 u kien mument importanti għall-impenji tas-Servizz ta' Sostenn għar-Riforma Strutturali mal-Istati Membri interessati, inkluża l-Greċja; |
1. |
Itenni r-rwol importanti li tiżvolġi l-politika ta' koeżjoni fl-ilħuq tal-objettivi tal-UE ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, ġlieda kontra l-qgħad, tnaqqis fl-inugwaljanzi u tisħiħ tal-kompetittività fir-reġjuni kollha tal-UE, fl-espressjoni tas-solidarjetà Ewropea u fl-ikkomplementar ta' politiki oħra; ifakkar, barra minn hekk, li l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) huma l-akbar sors ta' investiment dirett fil-Greċja; |
2. |
Jieħu nota tar-rapport dwar l-użu tal-ammonti taħt ir-Regolament (UE) 2015/1839 relatat mal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 li kien dovut fl-aħħar tal-2016; jinnota li r-rapport tressaq mill-awtoritajiet Griegi f'Mejju 2017 u tpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Parlament f'Diċembru 2017, wara ħafna talbiet; japprezza li l-Kummissjoni pprovdiet lill-Parlament b'valutazzjoni proviżorja tal-lista ta' 181 proġett ta' prijorità, li jammontaw għal EUR 11,5 biljuni u ekwivalenti għal madwar 55 % tat-total tal-allokazzjonijiet tal-FEŻR, FK u FSE lill-Greċja, li minnhom 118 kienu diġà ġew implimentati b'suċċess sa tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni u 24 meqjusa li ġew eliminati gradwalment; |
3. |
Jenfasizza li, skont id-data pprovduta fir-rapport imsemmi hawn fuq, wara l-adozzjoni tar-Regolament fir-rigward tal-miżuri speċifiċi għall-Greċja, l-impatt dirett fuq il-likwidità fl-2015 kien ta' EUR 1 001 709 731,50 u fl-2016 l-inputs ammontaw għal EUR 467 674 209,45; madankollu, jinnota li flimkien maż-żieda tal-prefinanzjament inizjali għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, il-Greċja rċeviet madwar EUR 2 biljun fl-2015-2016; |
4. |
Japprezza l-fatt li l-ammonti mħallsa ġew allokati għal firxa wiesgħa ta' proġetti: it-trasport u infrastrutturi oħra (l-ambjent, it-turiżmu, il-kultura, ir-riġenerazzjoni urbana u rurali, l-infrastrutturi soċjali), proġetti ta-soċjetà tal-informazzjoni, u azzjonijiet biex jiġu żviluppati riżorsi umani; barra minn hekk, jilqa' l-fatt li 63 % tal-pagamenti totali għal proġetti ta' għajnuna mill-Istat ikkonċernaw għajnuna għall-impriżi u l-proġetti kummerċjali, li kkontribwew direttament għall-kompetittività u għat-tnaqqis tar-riskju intraprenditorjali, filwaqt li 37 % ikkonċernaw azzjonijiet ta' għajnuna mill-Istat għal proġetti ta' infrastrutura, u b'hekk issupplementaw l-arranġamenti rigward il-kundizzjonijiet tas-suq u t-titjib kummerċjali; |
5. |
Japprezza l-fatt li r-rapport imressaq mill-awtoritajiet Griegi jirrikonoxxi li ż-żieda tal-likwidità rrappreżentat fl-istess ħin titjib tad-dħul finanzjarju, b'madwar EUR 1,5 biljun, u tal-programm ta' investiment pubbliku għall-2015-2016; |
6. |
Jilqa' l-effetti tal-miżuri fir-rigward tat-titjib tal-attività ekonomika, in-normalizzazzjoni u l-konsolidazzjoni tal-fatturat u l-kapital operatorju ta' numru sinifikanti ta' negozji, il-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi, u t-tlestija ta' infrastrutturi tal-produzzjoni importanti, riflessi wkoll f'impatt sinifikanti fuq id-dħul mit-taxxa fil-baġit; |
7. |
Jifhem li l-fondi mħallsa mill-UE li rriżultaw mill-implimentazzjoni tar-Regolament intużaw fl-2015 għat-tlestija tal-proġetti taħt il-Programmi Operazzjonali sa tmiem il-perjodu ta' eliġibbiltà, u li fl-2016, l-ammont li fadal li tħallas flimkien mar-riżorsi nazzjonali kkontribwixxa wkoll għat-tlestija ta' proġetti oħra; |
8. |
Japprezza l-fatt li l-awtoritajiet Griegi impenjaw ruħhom li jorganizzaw mill-ġdid il-klassifikazzjoni tal-proġetti u jidentifika proġetti ewlenin li għandhom jintgħażlu għal tlestija; jissottolinja li dan għen b'mod sinifikanti biex jingħelbu l-ostakli istituzzjonali u amministrattivi u biex jiġu stabbiliti azzjonijiet prijoritarji li għandhom jiġu implimentati bla dewmien ulterjuri, u b'hekk anke jiġu prevenuti l-korrezzjonijiet finanzjarji; jilqa' l-fatt li l-fondi mħallsa mill-UE taħt ir-Regolament (UE) 2015/1839 naqqsu b'mod sinifikanti n-numru ta' proġetti ddikjarati bħala mhux kompluti; jinnota li, meta mqabbel mal-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006, li fih madwar 900 proġett ma kinux tlestew, 79 proġett kien għadhom ma tlestewx fi żmien tas-sottomissjoni tat-talbiet finali għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, iżda li dawn huma mistennija li jitlestew bl-użu ta' fondi nazzjonali; |
9. |
Jissottolinja li l-assorbiment tal-fondi strutturali tjieb notevolment, u li sa tmiem Marzu 2016, ir-rata tal-pagamenti fil-Greċja għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 kienet aktar minn 97 % (5) u li skont il-livell ta' eżekuzzjoni tal-pagamenti totali u tal-impenji pendenti ("reste à liquider"(RAL)) għall-programmi għall-2017-2013 fil-31 ta' Marzu 2018, il-Greċja ma kellha l-ebda RAL taħt l-Intestatura 1b (6); jilqa' l-fatt li l-Greċja kienet l-ewwel Stat Membru li ħadet ir-riżorsi disponibbli kollha u laħqet rata ta' assorbiment ta' 100 % meta mqabbla mal-medja tal-UE ta' 96 %; |
10. |
Jirrikonoxxi, madankollu, li r-rati ta' assorbiment jipprovdu biss informazzjoni indikattiva u li enfasi fuq l-assorbiment tal-fondi m'għandhiex issir askapitu tal-effikaċja, il-valur miżjud u l-kwalità tal-investimenti; jinnota li l-miżuri speċifiċi huma ta' natura makroekonomika u li l-effetti tagħhom huma diffiċli li jiġu ttraċċati għal proġetti individwali; |
11. |
Ifakkar li l-FSIE għandhom impatt sinifikanti fuq il-PDG u indikaturi oħra f'diversi Stati Membri, kif ukoll fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali b'mod ġenerali, u li l-investiment sostnut mill-politiki ta' koeżjoni u tal-iżvilupp rurali fil-Greċja huwa stmat li fl-2015 żied il-PDG, fi tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti, b'aktar minn 2 % 'l fuq mil-livell li kien jilħaq mingħajr il-fondi pprovduti; ifakkar li l-użu tal-fondi strutturali tal-UE jeħtieġ li jiffoka dejjem fuq it-twettiq tal-objettivi bbażati fuq it-Trattat u fuq il-kisba ta' valur miżjud reali tal-UE, jimmira fuq il-prijoritajiet tal-UE u jmur lil hinn minn sempliċi tkabbir tal-PDG; |
12. |
Jieħu nota tal-analiżi primarjament kwantitattiva tar-rapport imressaq mill-awtoritajiet Griegi dwar l-użu tal-ammonti taħt ir-Regolament (UE) 2015/1839 b'rabta mal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, li jikkonforma mar-rekwiżiti legali; jirrikonoxxi li l-effett tal-miżuri speċifiċi ma jistax jiġi separat mill-impatt ġenerali tal-FSIE fil-Greċja iżda jikkunsidra li valutazzjoni kwalitattiva, minkejja li hi diffiċli biex titwettaq, tgħin biex tiġi komplementata l-analiżi u biex jiġu mifhuma r-riżultati miksuba; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi aktar informazzjoni f'termini ta' żieda fil-kompetittività u l-produttività u s-sostenibbiltà fl-aspetti soċjali u ekoloġiċi; |
13. |
Japprezza l-fatt li, skont id-data finali kkomunikata mill-Kummissjoni fil-31 ta' Diċembru 2016, l-ammont ta' talbiet għall-ħlas mill-awtoritajiet Griegi kien ta' EUR 1,6 biljun u li l-Greċja wriet, mill-31 ta' Marzu 2018, rata ta' implimentazzjoni ta' 28 % għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 (7), li jfisser li kienet fost l-Istati Membri bl-aqwa prestazzjoni, b'mod ġenerali, minkejja xi differenzi li ġew innotati rigward il-livell ta' tqassim jew ir-rata ta' assorbiment skont il-fond; japprova, barra minn hekk, l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1839 bħala miżura importanti, xierqa biex tipprovdi appoġġ imfassal apposta f'mument kruċjali għall-Greċja; jilqa' l-fatt li kif mitlub, il-prefinanzjament addizzjonali kien kompletament kopert minn talbiet intermedji għal ħlas mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, filwaqt li nnota li ma kienx kompletament kopert mill-FSE (madwar 4 %) jew l-FEMS; |
14. |
Ifakkar fl-importanza tar-riformi strutturali rilevanti; jirrikonoxxi l-isforzi magħmula u jistieden lill-Greċja biex tkompli tagħmel użu sħiħ mill-possibbiltajiet ta' assistenza taħt il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali sabiex jinħoloq ambjent tan-negozju sod għall-użu effiċjenti u effettiv tal-FSIE u għall-massimizzazzjoni tal-impatt soċjoekonomiku tagħhom;, sabiex |
15. |
Jirrikonoxxi li bis-sostenn tal-investiment pubbliku u l-implimentazzjoni flessibbli tal-investimenti tal-UE, permezz tar-riprogrammazzjoni tal-fondi jew biż-żieda tar-rata ta' kofinanzjament, il-politika reġjonali taffiet l-impatt tal-kriżi finanzjarja u tal-konsolidazzjoni fiskali sostnuta f'diversi Stati Membri; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza li jiġi żgurat il-finanzjament xieraq tagħhom fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss; itenni madankollu li l-politika ta' koeżjoni għandha titqies bħala l-għodda ewlenija ta' investiment pubbliku u bħala katalizzatur biex jiġi attirat finanzjament pubbliku u privat addizzjonali, u li miżuri simili li jirriżultaw fi tnaqqis fil-kwoti ta' kofinanzjament nazzjonali meħtieġa għall-għoti ta' finanzjament għall-programmi operazzjonali ffinanzjati mill-Fondi Strutturali, għall-Greċja jew Stat Membru ieħor, għandhom ikunu previsti fuq bażi eċċezzjonali biss u qabel l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom, għandhom jiġu analizzati mill-perspettiva tal-effikaċja tagħhom, u ġustifikati kif jixraq; |
16. |
Jinnota li xi reġjuni jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet biex jikkofinanzjaw proġetti taħt l-FSIE; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tikkunsidra, bħala kwistjoni ta' urġenza, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u l-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, l-impatt fuq il-kalkolu tad-defiċits tal-gvern tal-istrumenti reġjonali kkofinanzjati permezz tal-FSIE, speċjalment ta' dawk fir-reġjuni inqas żviluppati; |
17. |
Ifakkar lill-awtoritajiet Griegi fl-importanza li jiżguraw komunikazzjoni u viżibbiltà xierqa tal-proġetti taħt l-FSIE; |
18. |
Jilqa' l-valutazzjoni preliminari li l-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 huwa mistenni li jingħalaq mingħajr ebda telf ta' fondi għall-Greċja; jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar ir-riżultati tal-proċess ta' għeluq, li hu mistenni li jiġi konkluż fl-ewwel nofs tal-2018, kif ukoll tipprovdi aġġornament dwar il-proġetti li għandhom jitlestew b'fondi nazzjonali u dawk li kienu għadhom ma tlestewx fil-31 ta' Marzu 2018; |
19. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(2) ĠU L 270, 15.10.2015, p. 1.
(3) ĠU L 129, 19.5.2017, p. 1.
(4) Ateni, Mejju 2017.
(5) Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar evalwazzjonijiet ex post tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni 2007-2013.
(6) Livell ta' eżekuzzjoni tal-pagamenti totali u livell tar-"reste à liquider"(RAL) għall-Intestatura 1b (programmi 2007-2013) - Ħatra ta' awtoritajiet nazzjonali u livell ta' eżekuzzjoni tal-pagamenti interim tal-Programmi Operazzjonali 2014-2020 tal-FSIE (Status fil-31 ta' Marzu 2018).
(7) Livell ta' eżekuzzjoni tal-pagamenti totali u livell tar-"reste à liquider"(RAL) għall-Intestatura 1b (programmi 2007-2013) - Ħatra ta' awtoritajiet nazzjonali u livell ta' eżekuzzjoni tal-pagamenti interim tal-Programmi Operazzjonali 2014-2020 tal-FSIE (Status fil-31 ta' Marzu 2018).
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/9 |
P8_TA(2018)0325
Mezzi possibbli ta' reintegrazzjoni tal-ħaddiema li qed jirkupraw minn korriment u mard f'impjieg ta' kwalità
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-mezzi possibbli ta' reintegrazzjoni tal-ħaddiema li qed jirkupraw minn korriment u mard f'impjieg ta' kwalità (2017/2277(INI))
(2019/C 433/04)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea tat-3 ta' Mejju 1996, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (‘l-Ugwaljanza fl-Impjiegi’) (1), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Alleanza Ewropea għall-Mard Kroniku ta' Novembru 2017 dwar "Improving the employment of people with chronic diseases in Europe"(Intejbu l-impjieg tal-persuni b'mard kroniku fl-Ewropa), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (NU CRPD) u d-dħul fis-seħħ tagħha fl-UE fil-21 ta' Jannar 2011 f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol 2014-2020 (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-2014 mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) dwar "Riskji psikosoċjali fl-Ewropa – Prevalenza u strateġiji ta' prevenzjoni", |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Novembru 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD (4), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Philadelphia tal-10 ta' Mejju 1944 dwar l-għanijiet u l-objettivi tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-promozzjoni tax-xogħol diċenti għal kulħadd (5), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2008 bit-titolu "Aġenda soċjali mġedda: Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà fl-Ewropa tas-seklu 21"(COM(2008)0412), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Frar 2011 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas tas-sħab soċjali Ewropej dwar l-Istress fuq il-Post tax-Xogħol (SEC(2011)0241), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2007 bit-titolu "Intejbu l-kwalità u l-produttività fuq ix-xogħol: strateġija Komunitarja 2007-2012 għas-saħħa u s-siġurtà fuq il-post tax-xogħol"(COM(2007)0062), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (6), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/78/KE kontra d-diskriminazzjoni u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠUE) bħall-Kawżi Magħquda C-335/11 u C-337/11 tal-11 ta' April 2013 (HK Danimarka), li flimkien jistabbilixxu l-projbizzjoni għal min iħaddem li jiddiskrimina meta mard fit-tul jista' jiġi assimilat ma' diżabilità, kif ukoll l-obbligu għal min iħaddem li jagħmel adattamenti raġonevoli għall-kondizzjonijiet tax-xogħol, |
— |
wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta dwar is-Saħħa u l-Benessri Mentali mnedija fl-2013, |
— |
wara li kkunsidra l-kampanja tal-UE-OSHA bit-titolu "Inqas Stress għal iktar Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol", |
— |
wara li kkunsidra l-proġett pilota tiegħu, dwar is-saħħa ta' ħaddiema kbar fl-età, imwettaq mill-EU-OSHA, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-EU-OSHA tal-2016 bit-titolu "Riabilitazzjoni u ritorn għax-xogħol: Rapport ta' analiżi dwar il-politiki, l-istrateġiji u l-programmi tal-UE u l-Istati Membri", |
— |
wara li kkunsidra r-"Rapport dwar l-opportunitajiet ta' xogħol għal persuni b'mard kroniku"tal-2014, tal-Eurofound, |
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' Business Europe tal-2012 dwar "Il-prattiki ta' min iħaddem għal Tixjiħ Attiv", |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0208/2018), |
A. |
billi l-istress relatat max-xogħol huwa problema li qed tikber kif ukoll it-tieni l-aktar problema tas-saħħa relatata max-xogħol irrapportata b'mod frekwenti fl-Ewropa; billi 25 % (7) tal-ħaddiema jirrapportaw li jesperjenzaw stress relatat max-xogħol; billi l-istress fuq il-post tax-xogħol jista' jimmina d-dritt tal-individwu għal kondizzjonijiet tax-xogħol sani; billi l-istress relatat max-xogħol ikompli jikkontribwixxi għall-assenteiżmu u għal livell baxx ta' sodisfazzjon fl-impjieg, filwaqt li jaffettwa b'mod negattiv il-produttività u jammonta għal kważi nofs l-ammont ta' jiem ta' xogħol mitlufa kull sena; |
B. |
billi t-tixjiħ tal-forza tax-xogħol Ewropea tippreżenta sfidi ġodda fir-rigward tal-ambjent tax-xogħol u l-evoluzzjoni tal-organizzazzjoni tax-xogħol; billi t-tixjiħ huwa akkumpanjat minn riskju ogħla ta' żvilupp ta' problemi kroniċi tas-saħħa mentali kif ukoll ts-saħħa fiżika, inklużi diżabilitajiet u mard, li jagħmlu l-prevenzjoni, ir-reintegrazzjoni u r-riabilitazzjoni linji ta' politika importanti sabiex il-postijiet tax-xogħol kif ukoll is-sistemi tal-pensjonijiet u tas-sigurtà soċjali jinżammu sostenibbli; billi l-mard kroniku ma jikkonċernax biss il-popolazzjoni kbira fl-età; |
C. |
billi l-assenza mix-xogħol fit-tul għandha impatt negattiv fuq is-saħħa mentali u fiżika, kif ukoll spejjeż soċjali u ekonomiċi għolja, u tista' timpedixxi r-ritorn għax-xogħol; billi s-saħħa u l-benessri jaqdu rwol ċentrali fil-bini ta' ekonomiji sostenibbli; billi huwa importanti li wieħed iqis l-impatt finanzjarju serju ta' mard jew diżabilità fuq il-familji jekk il-persuni kkonċernati ma jistgħux jirritornaw għax-xogħol; |
D. |
billi filwaqt li teżisti distinzjoni bejn diżabilità, korriment, mard u kundizzjonijiet assoċjati mal-età, dawn ta' spiss jikkoinċidu u jirrikjedu approċċ komprensiv iżda fuq il-bażi ta' każ b'każ b'mod individwali; |
E. |
billi t-tixjiħ huwa wieħed mill-isfidi soċjali ewlenin li qed tiffaċċja l-UE; billi għalhekk hemm il-bżonn ta' politiki li jippromwovu t-tixjiħ attiv biex il-persuni jkunu jistgħu jibqgħu attivi u fl-impjieg sal-età tal-irtirar, jew lil hinn jekk din tkun ix-xewqa tagħhom; billi l-ġenerazzjoni aktar anzjana u l-esperjenza tagħha huma indispensabbli għas-suq tax-xogħol; billi l-persuni kbar fl-età li jixtiequ jibqgħu jaħdmu ta' spiss ifittxu sigħat flessibbli jew arranġamenti ta' xogħol speċifiċi għalihom; billi l-mard, id-diżabilità u l-esklużjoni mix-xogħol għandhom konsegwenzi finanzjarji serji; |
F. |
billi t-tipjip, l-alkoħol u l-abbuż mid-drogi huma fost l-aktar fatturi sinifikanti ta' riskju għas-saħħa tal-persuni fl-età tax-xogħol fl-UE, marbuta kemm ma' korrimenti kif ukoll ma' diversi mard li ma jitteħidx (8); billi bejn l-20 % u l-25 % tal-inċidenti kollha fuq il-post tax-xogħol jinvolvu persuni taħt l-influwenza tal-alkoħol (9), u billi huwa stmat li bejn il-5 % u l-20 % tal-popolazzjoni attiva fl-Ewropa għandhom problemi serji relatati mal-użu tal-alkoħol (10); billi r-reintegrazzjoni tal-ħaddiema li sofrew minn problemi ta' abbuż tad-drogi f'impjieg ta' kwalità tippreżenta sfidi speċifiċi għal min iħaddem; |
G. |
billi l-persuni b'diżabilità jew mard kroniku, jew dawk li jkunu qed jirkupraw minn korriment jew mard jinsabu f'qagħda vulnerabbli u għandhom jibbenefikaw minn appoġġ individwalizzat meta jirritornaw fuq il-post tax-xogħol tagħhom jew fis-suq tax-xogħol; billi xi persuni b'kundizzjonijiet kroniċi ma jixtiqux jew ma jistgħux jirritornaw għax-xogħol; |
H. |
billi l-qasam ta' riabilitazzjoni tax-xogħol u r-ritorn għax-xogħol jistgħu jipprovdu opportunitajiet siewja ta' volontarjat, pereżempju billi wieħed iwettaq xogħol ta' volontarjat wara li jirtira; billi l-volontarjat għandu jiġi appoġġjat fi kwalunkwe età; |
I. |
billi l-ewwel u qabel kollox jeħtieġ li min iħaddem jippromwovi kultura tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol; billi l-fatt li wieħed jieħu sehem minn jeddu f'attivitajiet relatati mas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol (OSH), bħall-gruppi ta' ħidma, jista' jikkontribwixxi wkoll sabiex ikun hemm tibdil fil-kultura; |
J. |
billi x-xogħol għandu rwol importanti fl-iffaċilitar tal-proċess ta' rkupru u ta' riabilitazzjoni minħabba l-benefiċċji psikosoċjali pożittivi ewlenin li x-xogħol iġib għall-impjegati (OSH); billi l-prattiki tajba fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huma kruċjali għal forza tax-xogħol produttiva u motivata, li jgħinu lill-kumpaniji jibqgħu kompetittivi u innovattivi, jiżguraw il-benessri tal-ħaddiema u jgħinu biex jippreservaw il-ħiliet u l-esperjenza professjonali prezzjuża, biex tonqos ir-rotazzjoni tal-persunal u jiġu evitati l-esklużjoni, l-inċidenti u l-korrimenti; billi, għalhekk, il-Kummissjoni hija mħeġġa tqis il-kostijiet tal-ispejjeż kollha fil-qasam tal-inklużjoni attiva u soċjali; billi l-adozzjoni ta' approċċi xierqa u mfassla b'mod individwali lejn ir-reintegrazzjoni tal-persuni li jkunu qed jirkupraw minn korriment jew mard f'impjieg ta' kwalità hija fattur importanti sabiex jiġi evitat assenteiżmu addizzjonali jew preżenteiżmu f'każ ta' mard; |
K. |
billi d-definizzjoni ta' persuna b'kapaċità ta' xogħol ridotta tista' tvarja minn Stat Membru għall-ieħor; |
L. |
billi l-SMEs u l-mikrointrapriżi għandhom ħtiġijiet partikolari f'dan ir-rigward peress li għandhom inqas riżorsi meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligi assoċjati mal-prevenzjoni tal-mard u tal-inċidenti u, għalhekk, spiss jeħtieġu appoġġ sabiex jilħqu l-għan tagħhom tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH); billi, min-naħa l-oħra, prattiki tajba tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huma kruċjali għall-SMEs u l-mikrointrapriżi, partikolarment għas-sostenibbiltà tan-negozji tagħhom; billi diversi programmi ffinanzjati mill-UE joffru possibilitajiet għal skambju siewi ta' innovazzjonijiet u l-aħjar prattiki sostenibbli fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH); |
M. |
billi fatturi psikosoċjali negattivi fuq il-post tax-xogħol mhumiex marbuta biss mal-eżiti tas-saħħa iżda anke ma' żieda fl-assenteiżmu u ma' livell baxx ta' sodisfazzjon fl-impjieg; billi miżuri tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol imfassla b'mod individwali jistgħu jippermettu li individwu b'bidla fil-kapaċitajiet tax-xogħol jibqa' jaħdem u jkun ta' benefiċċju għall-forza tax-xogħol fl-intier tagħha; billi filwaqt li assenza mix-xogħol xi drabi hija meħtieġa medikament, hemm ukoll effetti negattivi oħra psikosoċjali għal persuni li jqattgħu żmien itwal 'il bogħod mix-xogħol u li, minħabba f'hekk, hemm inqas probabilità li xi darba jirritornaw għax-xogħol; billi l-kura bikrija kkoordinata, bil-għan ewlieni jkun il-benessri tal-impjegat, hija kruċjali sabiex jittejbu l-eżiti tar-ritorn għax-xogħol u jiġu evitati konsegwenzi negattivi fit-tul għall-individwu; |
N. |
billi d-disponibbiltà u l-komparabbiltà tad-data dwar il-mard ikkaġunat mix-xogħol fil-livell tal-UE ta' spiss mhumiex suffiċjenti; billi skont il-Eurofound kważi 28 % tal-Ewropej jirrapportaw li għandhom problema tas-saħħa kronika fiżika jew mentali, mard jew diżabilità (11); billi huwa stmat li persuna minn kull erbgħa fl-età tax-xogħol tgħix bi problemi tas-saħħa fit-tul (12); billi d-diżabilità u l-mard jistgħu simultanjament ikunu l-kawżi u l-konsegwenza tal-faqar; billi studju tal-OECD sab li l-introjtu tal-persuni b'diżabilità huwa, bħala medja, 12 % inqas mill-bqija tal-popolazzjoni (13); billi f'xi pajjiżi din id-diskrepanza fl-introjtu tammonta għal 30 %; billi studju li twettaq fl-2013 wera li 21,8 % tal-pazjenti morda bil-kanċer ta' bejn it-18 u s-57 sena jisfaw qiegħda eżattament wara li ssirilhom id-dijanjożi, b'91,6 % ta' dan il-grupp jisfaw qiegħda 15-il xahar wara d-dijanjożi (14); billi l-istudju tal-Eurostat tal-2011 (15) sab li fost il-persuni impjegati li għandhom kapaċitajiet tax-xogħol limitati minħabba problema ta' saħħa u/jew diffikultà bażika fl-attivitajiet għal tul ta' żmien, 5.2 % biss jirrapportaw li jagħmlu użu minn arranġamenti tax-xogħol speċjali; billi skont l-istess studju tal-Eurostat 24,2 % ta' dawk li huma qiegħda jippreċiżaw li se jeħtieġu arranġamenti tax-xogħol speċjali biex jiġi ffaċilitat ir-ritorn għax-xogħol tagħhom; |
O. |
billi d-diġitalizzazzjoni x'aktarx li twassal għal trasformazzjonijiet kbar fir-rigward tal-organizzazzjoni tax-xogħol u tista' tgħin sabiex jittejbu l-opportunitajiet għall-ħaddiema li għandhom, pereżempju, kapaċitajiet fiżiċi ridotti; billi l-ġenerazzjonijiet kbar fl-età tista' tiffaċċja sett uniku ta' sfidi f'dan ir-rigward; billi dawn għandhom ukoll jibbenefikaw minn dawn il-bidliet; |
P. |
billi d-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità ta' kull ħaddiem huwa minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u billi l-kundizzjonijiet tax-xogħol tajba għandhom valur pożittiv fihom infushom; billi bi qbil mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, kull persuna għandha d-dritt għal standard ta' għajxien adegwat għas-saħħa u l-benessri tagħha ,kif ukoll id-dritt għax-xogħol u għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u favorevoli; billi t-titjib tas-saħħa u l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema żiedu l-benessri ġenerali tas-soċjetà u għandhom benefiċċji ekonomiċi għall-Istati Membri, l-impjegati u min iħaddem, inklużi ħaddiema kbar fl-età u individwi li għandhom kundizzjonijiet mediċi, kif ukoll għenu biex jiġu ppreservati sal-età tal-irtirar il-ħiliet li inkella kienu jintilfu; billi min iħaddem, il-ħaddiema, il-familji u l-komunitajiet jibbenefikaw meta diżabilità għax-xogħol tiġi trasformata f'kapaċità għax-xogħol; |
Prevenzjoni u interventi bikrija
1. |
Iqis bħala essenzjali t-titjib tal-ġestjoni tal-assenzi minħabba mard fl-Istati Membri kif ukoll li l-postijiet tax-xogħol isiru aktar adattabbli għall-kundizzjonijiet kroniċi u d-diżabilitajiet, billi tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni bl-infurzar aħjar tad-Direttiva 2000/78/KE dwar l-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol; jirrikonoxxi li, biex iseħħ it-titjib, irid ikun hemm leġiżlazzjoni li tiffunzjona b'sorveljanza effettiva fl-Istati Membri biex jiġi żgurat li min iħaddem jagħmel il-postijiet tax-xogħol aktar inklużivi għal dawk li jbatu minn kundizzjonijiet kroniċi u minn diżabilitajiet, inkluż pereżempju billi jimmodifika l-kompiti, it-tagħmir u l-iżvilupp tal-ħiliet; iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġjaw adattamenti raġonevoli għall-postijiet tax-xogħol biex jiżguraw ritorn f'waqtu lejn ix-xogħol; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi miżuri ta' integrazzjoni u ta' riabilitazzjoni u tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri billi tqajjem kuxjenza u tidentifika u tikkondividi l-aħjar prattiki dwar l-akkomodazzjonijiet u l-aġġustamenti fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, li huma marbuta mar-ritorn għax-xogħol, biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-ostakli mhux mediċi potenzjali għar-ritorn għax-xogħol, u biex jikkoordinaw l-azzjonijiet sabiex jidentifikawhom u jindirizzawhom; |
3. |
Iħeġġeġ lill-Eurofound tkompli teżamina u tanalizza l-opportunitajiet ta' impjieg u l-livell ta' impjegabbiltà ta' persuni b'mard kroniku; jitlob li l-użu ta' politika bbażata fuq l-evidenza jsir prattika standard u jifforma l-bażi tal-approċċi relatati mar-ritorn għax-xogħol; jistieden lil dawk li jfasslu l-politika biex jieħdu r-riedni ħalli jiżguraw li min iħaddem u l-impjegati tagħhom ikollhom aċċess sew għall-informazzjoni u sew għall-kura medika, u li dawn l-aħjar prattiki jiġu promossi fil-livell Ewropew; |
4. |
Huwa tal-fehma li l-Qafas Strateġiku tal-UE li jmiss dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol wara l-2020 għandu jipprijoritizza aktar l-investimenti permezz tal-fondi tal-UE mmirati lejn il-prolungament u l-promozzjoni ta' ħajjiet tax-xogħol aktar sani, u ta' arranġamenti tax-xogħol individwalizzati, kif ukoll dwar l-appoġġ għall-faċilitazzjoni ta' reklutaġġ u r-ritorn adattat għax-xogħol, meta mixtieq jew meta l-kundizzjonijiet mediċi jippermettu; iqis li parti integrali ta' din l-istrateġija hija l-investiment f'mekkaniżmi ta' prevenzjoni primarja u sekondarja permezz ta’, pereżempju, il-provvista ta' teknoloġiji elettroniċi tas-saħħa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprijoritizzaw il-prevenzjoni tar-riskji u tal-mard fuq il-post tax-xogħol; |
5. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ fil-kampanja Ewropea 2020-2022 li ġejja dwar il-prevenzjoni ta' mard muskoloskeletali marbut max-xogħol (MSDs) biex isibu soluzzjonijiet innovattivi mhux leġiżlattivi u biex jiskambjaw informazzjoni u prattiki tajba mas-sħab soċjali; jitlob l-involviment attiv tal-Istati Membri fit-tixrid ta' informazzjoni pprovduta mill-EU-OSHA; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta, mingħajr dewmien, att legali dwar l-MSDs; jistieden lill-Istati Membri jwettqu studji – imqassma skont il-ġeneru, l-età u l-qasam ta' attività ekonomika – fl-inċidenza ta' MSDs, bil-ħsieb li jimpedixxu u jiġġieldu l-ħolqien ta' mard bħal dan u biex tiġi żviluppata strateġija komprensiva tal-UE għall-prevenzjoni u l-interventi bikrija kontra l-mard kroniku; |
6. |
Jistieden lill-Istati Membri u lil min iħaddem biex jaqdu rwol proattiv fl-integrazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-EU-OSHA fil-politiki u l-programmi tal-post tax-xogħol tagħhom; jilqa' t-tnedija reċenti ta' taqsima fuq is-sit web tal-EU-OSHA dedikat għal mard relatat max-xogħol, ir-riabilitazzjoni u r-ritorn lura għax-xogħol, bil-għan li tipprovdi informazzjoni dwar il-politika u l-prattiki ta' prevenzjoni; |
7. |
Huwa tal-fehma li prevenzjoni sistematika tar-riskji psikosoċjali hija karatteristika essenzjali tal-postijiet tax-xogħol moderni; jinnota bi tħassib iż-żieda f'każijiet rapportati ta' problemi ta' saħħa mentali u psikosoċjali tul dawn l-aħħar snin, u l-fatt li l-istress relatat max-xogħol huwa problema li qed tikber għall-impjegati u għal min iħaddem; jistieden lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali, sabiex jipprovdu appoġġ lin-negozji fl-implimentazzjoni ta' ġabra koerenti ta' politiki u programmi fuq il-post tax-xogħol biex tissaħħaħ il-prevenzjoni ta' dawn il-problemi, tiġi indirizzata l-istigma u tiġi appoġġjata s-saħħa mentali tal-individwi li qed jiffaċċjaw kundizzjonijiet eżistenti, billi jippermettu aċċess għal appoġġ psikoloġiku; jenfasizza, bil-għan li jimmotiva lill-ħaddiema jieħdu azzjoni ulterjuri, il-benefiċċji – inkluż ir-redditu fuq l-investiment ippruvat – li jinkisbu bil-prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali u bil-promozzjoni tas-saħħa; jinnota li l-leġiżlazzjoni u r-rikonoxximent tar-riskji psikosoċjali u tal-problemi mentali u tas-saħħa, bħall-istress kroniku u l-eżawriment, ivarjaw fost l-Istati Membri; |
8. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu aġġornati u pprovduti indikaturi tas-saħħa komuni u definizzjonijiet ta' mard relatat max-xogħol, inkluż l-istress fuq il-post tax-xogħol, u d-data statistika għall-UE kollha bil-ħsieb li jiġu stabbiliti miri biex titnaqqas l-inċidenza ta' mard ikkawżat mix-xogħol; |
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw programm għall-monitoraġġ, il-ġestjoni u l-appoġġ b'mod sistematiku għall-ħaddiema affettwati minn riskji psikosoċjali, inklużi l-istress, id-dipressjoni u l-eżawriment sabiex, fost l-oħrajn, ifasslu rakkomandazzjonijiet u linji gwida effettivi li jiġġieldu kontra dawn ir-riskji; jenfasizza li l-istress kroniku fuq il-post tax-xogħol huwa rikonoxxut bħala ostaklu ewlieni għall-produttività u għall-kwalità tal-ħajja; jinnota li r-riskji psikosoċjali u l-istress relatat max-xogħol huma problemi strutturali marbuta mal-organizzazzjoni tax-xogħol u li l-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' dawn ir-riskji huma possibbli; jenfasizza l-ħtieġa li jitwettqu studji, titjieb il-prevenzjoni, u jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u l-għodod għall-integrazzjoni mill-ġdid tal-persuni milquta fis-suq tax-xogħol; |
10. |
Jitlob it-tmiem tal-istigmatizzazzjoni ta' problemi ta' saħħa mentali u ta' persuni b'diżabilitajiet fit-tagħlim; iħeġġeġ inizjattivi li jissensibilizzaw u jappoġġjaw il-bidla f'dan ir-rigward bl-iżvilupp ta' politiki u ta' azzjonijiet ta' prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali fil-livell tal-kumpaniji; ifaħħar, f'dan il-kuntest, l-azzjonijiet tas-sħab soċjali fl-Istati Membri li qed jikkontribwixxu għal bidla pożittiva; ifakkar l-importanza li l-fornituri tas-servizzi tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol kif ukoll l-ispetturi tax-xogħol jiġu mħarrġa kif suppost fir-rigward tal-prattiki dwar il-ġestjoni tar-riskju psikosoċjali; jitlob kooperazzjoni msaħħa u rivitalizzazzjoni ta' inizjattivi tal-UE li jindirizzaw riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol u li l-kwistjoni tiġi pprijoritizzata fil-qafas strateġiku li jmiss tal-EU OSHA; |
11. |
Jirrikonoxxi l-fatt li r-reintegrazzjoni tal-ħaddiema li sofrew minn problemi ta' abbuż mid-drogi tippreżenta sfidi speċifiċi għal min iħaddem; jinnota, f'dan ir-rigward, l-eżempju tal-mudell Alna mmexxi mis-sħab soċjali Żvediżi (16) li jappoġġja lill-postijiet tax-xogħol biex jieħdu miżuri proattivi u ta' intervent bikri kif ukoll biex jassisti fil-proċess ta' riabilitazzjoni tal-impjegati li kellhom problemi marbuta mal-abbuż mid-drogi; |
12. |
Jilqa' l-kampanja "Inqas Stress għal iktar Saħħa fuq ix-Xogħol"; jenfasizza li inizjattivi li jindirizzaw l-istress marbut max-xogħol iridu jinkludu d-dimensjoni tal-ġeneru, b'konsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi tax-xogħol fir-rigward tan-nisa; |
13. |
Jenfasizza l-importanza ta' aktar investiment fil-politiki ta' prevenzjoni tar-riskji u l-appoġġ ta' kultura ta' prevenzjoni; jirrimarka li l-kwalità tas-servizzi preventivi hija ċentrali biex jingħata appoġġ lill-kumpaniji; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw politiki effettivi dwar id-dieti tajbin għas-saħħa, il-konsum tal-alkoħol u t-tabakk u dwar il-kwalità tal-arja u jippromwovu tali politiki fuq il-post tax-xogħol; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jiżviluppaw servizzi tas-saħħa integrati ma' servizzi soċjali, psikoloġiċi u tax-xogħol kif ukoll tal-mediċina okkupazzjonali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu lill-ħaddiema b'aċċess xieraq għall-kura tas-saħħa sabiex jiġi identifikat minn kmieni l-bidu ta' mard fiżiku u mentali u jiġi ffaċilitat il-proċess ta' reintegrazzjoni; ifakkar li investiment bikri u azzjoni preventiva jistgħu jnaqqsu l-impatt psikosoċjali fit-tul fuq l-individwu, kif ukoll l-ispejjeż ġenerali għas-soċjetà fuq medda twila ta' żmien; |
14. |
Jitlob li l-politiki ta' reintegrazzjoni għandhom ikunu:
|
15. |
Iqis li l-Istati Membri għandhom jipprovdu benefiċċji addizzjonali mmirati għall-persuni b'diżabilità jew b'mard kroniku, li jkopru spejjeż addizzjonali b'rabta, fost affarijiet oħra, ma' appoġġ u għajnuna personali, l-użu ta' faċilitajiet speċifiċi u kura medika u soċjali, filwaqt li jistabbilixxu fost l-oħrajn livelli ta' prezzijiet affordabbli għall-mediċini għal gruppi soċjali inqas vantaġġjati; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati livelli diċenti ta' pensjonijiet tal-invalidità u ta' rtirar mix-xogħol; |
Ritorn lejn ix-xogħol
16. |
Jirrikonoxxi li x-xogħol hu sors importanti ta' benessri psikosoċjali pożittiv għall-individwi u li l-integrazzjoni f'impjieg, fir-rigward ta' individwi qiegħda għal żmien twil permezz ta' miżuri mfassla individwalment, hija fattur ewlieni għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u għandha wkoll benefiċċji psikosoċjali preventivi oħra; jenfasizza li l-integrazzjoni ta' persuni li jirritornaw għax-xogħol wara korriment jew mard, kemm fiżiku kif ukoll mentali, tħalli effetti pożittivi multipli: dan huwa ta' benefiċċju għall-benessri tal-individwi kkonċernati, inaqqas l-ispejjeż għas-sistemi tas-sigurtà soċjali nazzjonali u għall-intrapriżi individwali, jappoġġja l-ekonomija b'mod aktar wiesa’, bħal pereżempju billi jagħmel is-sistemi tal-pensjonijiet u tas-sigurtà soċjali aktar sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet futuri; jinnota d-diffikultajiet li jaffaċċjaw il-ħaddiema fil-ġestjoni tas-sistemi ta' kumpens li jistgħu jirriżultaw f'dewmien bla bżonn biex dawn jiksbu l-kura, u li f'xi każijiet jistgħu jwasslu biex jitilfu l-interess; jitlob b'mod urġenti approċċ iċċentrat fuq il-klijenti għall-proċeduri amministrattivi kollha assoċjati mar-reintegrazzjoni tal-ħaddiema; jistieden lill-Istati Membri jaġixxu, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-aġenziji tal-UE rilevanti, biex jingħelbu l-effetti negattivi fit-tul tal-assenza mix-xogħol, bħall-iżolament, id-diffikultajiet psikosoċjali, il-konsegwenzi soċjoekonomiċi u l-kapaċità ta' impjegabbiltà ridotta; |
17. |
Huwa tal-fehma li l-Istati Membri u min iħaddem għandhom jieħdu approċċ pożittiv u orjentat lejn ix-xogħol għall-ħaddiema b'diżabilità, ħaddiema kbar fl-età u ħaddiema li sofrew minn mard mentali jew fiżiku jew korriment, inklużi persuni li ġew dijanjostikati b'mard terminali, b'iffukar fuq evalwazzjoni bikrija tal-kapaċità u r-rieda għax-xogħol li jkun fadallu l-individwu, u l-organzizzazzjoni ta' counselling psikoloġiku, soċjali u tal-impjieg fi stadju bikri u l-adattament tal-post tax-xogħol, b'kont meħud tal-profil professjonali u s-sitwazzjoni soċjoekonomika tal-persuna kif ukoll is-sitwazzjoni tal-intrapriża; iħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu d-dispożizzjonijiet fis-sistemi ta' sigurtà soċjali tagħhom li jiffavorixxu r-ritorn għax-xogħol dment li dan ikun mixtieq mill-impjegat u jekk jippermettu l-kundizzjonijiet mediċi; |
18. |
Jinnota r-rwol pożittiv li qdew l-intrapriżi soċjali, speċifikament l-Intrapriżi Soċjali għall-Integrazzjoni fix-Xogħol (WISEs), fir-reintegrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul fil-forza tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu r-rikonoxximent u l-appoġġ tekniku meħtieġa għal dawn l-intrapriżi; |
19. |
Iħeġġeġ f'dan ir-rigward ir-referenzi għall-Konvenzjoni tan-UN CRDP u l-Protokoll Fakultattiv tagħha (A/RES/61/106), u l-użu tal-Klassifikazzjoni internazzjonali tal-funzjonament, tad-diżabilità u tas-saħħa (ICF) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għall-miżuri u l-politiki rilevanti kollha; jaqbel mal-fehma li d-diżabilità hija esperjenza tas-saħħa li tippreżenta ruħha f'kuntest soċjoekonomiku; |
20. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw u jipprovdu linji gwida dwar l-aħjar prattiki kif ukoll ikkowċjar, appoġġ u konsulenza għal min iħaddem dwar kif jiġu żviluppati u implimentati l-pjanijiet ta' reintegrazzjoni, filwaqt li jiżguraw djalogu kontinwu bejn is-sħab soċjali, bil-ħsieb li l-impjegati jkunu konxji mid-drittijiet tagħhom sa mill-bidu nett tar-ritorn għax-xogħol; jinkoraġġixxi aktar l-iskambju tal-aħjar prattiki fi ħdan u bejn l-Istati Membri, il-komunitajiet professjonali, is-sħab soċjali, l-NGOs u dawk li jfasslu l-politika dwar l-integrazzjoni mill-ġdid ta' ħaddiema li qed jirkupraw minn mard jew korriment; |
21. |
Jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw mas-sħab soċjali biex jipprovdu appoġġ estern li jiżgura gwida u appoġġ tekniku għall-SMEs u l-mikrointrapriżi b'esperjenza limitata fir-riabilitazzjoni professjonali kif ukoll miżuri għar-ritorn għax-xogħol; jirrikonoxxi l-importanza li jitqiesu sew is-sitwazzjoni u l-bżonnijiet u l-isfidi speċifiċi fir-rigward tal-konformità li qed jiffaċċjaw mhux biss l-SMEs u l-mikrointrapriżi iżda wkoll ċerti setturi tas-servizz pubbliku fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-miżuri fil-livell tal-kumpaniji; jenfasizza li s-sensibilizzazzjoni, l-iskambju tal-aħjar prattiki, il-konsultazzjoni u l-pjattaformi online huma ta' importanza assoluta sabiex l-SMEs u l-mikrointrapriżi jkunu megħjuna f'dan il-proċess; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jiżviluppaw għodod u linji gwida prattiċi, li jistgħu jappoġġjaw l-SMEs u l-mikrointrapriżi b'esperjenza limitata fir-riabilitazzjoni professjonali kif ukoll miżuri għar-ritorn għax-xogħol; jirrikonoxxi l-importanza ta' investiment f'taħriġ għall-ġestjoni; |
22. |
Jinnota r-riskju li approċċi aktar oriġinali għar-reintegrazzjoni ta' dawk l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol jistgħu jkunu neqsin minn finanzjament favur approċċ aktar limitat ibbażat fuq riżultati li jistgħu jitkejlu; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex ittejjeb il-finanzjament ta' approċċi minn isfel għal fuq taħt il-Fondi Strutturali, b'mod partikolari l-FSE; |
23. |
Jieħu nota tas-suċċess tal-approċċ tal-ġestjoni tal-każijiet ta' programmi ta' reintegrazzjoni u jenfasizza l-ħtieġa għal appoġġ imfassal individwalment u integrat mill-ħaddiema soċjali u l-konsulenti maħtura; jemmen li huwa essenzjali għall-kumpaniji li jżommu kuntatt mill-qrib mal-ħaddiema, jew mar-rappreżentanti tagħhom, matul l-assenza tagħhom minħabba mard jew korriment; |
24. |
Jemmen li l-politiki ta' ritorn għax-xogħol għandhom jiġu inklużi f'approċċ olistiku usa' favur ħajja tax-xogħol sana bil-għan li jiżguraw ambjent tax-xogħol fiżikament u mentalment sigur u ħieles mill-periklu tul il-ħajja tax-xogħol tal-persuni kif ukoll favur tixjiħ attiv u b'saħħtu għall-ħaddiema kollha; jenfasizza l-importanza ewlenija tal-komunikazzjoni, l-għajnuna ta' speċjalisti fil-ġestjoni ta' riabilitazzjoni tax-xogħol (assistenti tax-xogħol) u approċċ integrat li jinvolvi l-partijiet kollha kkonċernati lejn ir-riabilitazzjoni fiżika u tax-xogħol tal-ħaddiema b'suċċess; jemmen li l-post tax-xogħol għandu jkun il-fokus ċentrali tas-sistemi ta' ritorn għax-xogħol; ifaħħar is-suċċess tal-approċċ prattiku u mhux burokratiku tal-programm Awstrijak 'fit2work' (17) bl-enfasi tiegħu fuq komunikazzjoni faċli aċċessibbli għall-ħaddiema kollha (bħal pereżempju l-użu ta' lingwaġġ simplifikat); |
25. |
Jenfasizza l-importanza li persuni b'kapaċità ta' xogħol ridotta jibqgħu jaħdmu, inkluż billi jiġi żgurat li l-SMEs u l-mikrointrapriżi jkollhom ir-riżorsi li jeħtieġu biex iwettqu dan b'mod effettiv; iħeġġeġ bil-qawwa r-reintegrazzjoni tal-ħaddiema li jkunu qed jirkupraw minn mard jew korriment f'impjieg ta' kwalità jekk dan ikun mixtieq mill-impjegat u jekk il-kundizzjonijiet mediċi jippermettu, permezz ta' taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet fis-suq tax-xogħol miftuħ; jenfasizza l-importanza li d-dispożizzjonijiet ta' politika jiġu ffukati fuq il-kapaċità għax-xogħol tal-individwi u fuq il-fatt li min iħaddem jara l-benefiċċji taż-żamma tal-esperjenza u l-għarfien ta' ħaddiem li jinsab f'riskju li jitlef l-impjieg tiegħu kaġun ta' liv permanenti minħabba l-mard; jirrikonoxxi, madankollu, l-importanza li jkun hemm fis-seħħ xibka ta' sikurezza permezz ta' sistema tas-sigurtà soċjali nazzjonali għall-individwi li ma jistgħux jirritornaw għax-xogħol; |
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu politiki attivi tas-suq tax-xogħol u inċentivi ta' politika għal min iħaddem biex jappoġġjaw l-impjieg ta' persuni b'diżabilità u mard kroniku, inkluż billi jsiru aġġustamenti xierqa biex jingħelbu l-ostakli fuq il-post tax-xogħol ħalli jiffaċilitaw l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom; ifakkar li huwa essenzjali li l-kumpaniji u l-persuni kkonċernati jkunu infurmati dwar l-inċentivi u d-drittijiet eżistenti; |
27. |
Jirrikonoxxi f'dan ir-rigward li arranġamenti flessibbli, imfasslin b'mod individwali u adattabbli tax-xogħol – bħat-telexogħol, il-ħin flessibbli tax-xogħol u t-tnaqqis fis-sigħat u fl-ammont tax-xogħol – għandhom rwol importanti biex dawn il-ħaddiema jirritornaw għax-xogħol; jenfasizza l-importanza li jiġi inkoraġġit minn kmieni u/jew b'mod gradwali r-ritorn għax-xogħol (jekk il-kundizzjonijiet mediċi jippermettu), u dan jista' jiġi akkumpanjat minn benefiċċji tal-mard parzjali li jassiguraw li l-individwi kkonċernati ma jsofrux telf ta' dħul mar-ritorn għax-xogħol, filwaqt li jinżammu l-inċentivi finanzjarji għan-negozji; jenfasizza li dawn l-arranġamenti, li jinkludu flessibbiltà ġeografika, temporali u funzjonali, iridu jkunu fattibbli kemm għall-ħaddiema kif ukoll għal min iħaddem, filwaqt li jiffaċilitaw il-ġestjoni tal-organizzazzjoni tax-xogħol u jqisu l-varjazzjonijiet fiċ-ċikli tal-produzzjoni; |
28. |
Ifaħħar il-programmi u l-inizjattivi nazzjonali li għenu sabiex tiġi ffaċilitata r-reintegrazzjoni f'impjieg ta' kwalità ta' persuni b'mard kroniku, bħall-programm Ġermaniż "Job4000" (18) li juża approċċ integrat biex itejjeb l-integrazzjoni professjonali stabbli ta' persuni b'diżabilità serja u li jkollhom diffikultajiet partikolari biex isibu impjieg, u l-istabbiliment ta' aġenziji ta' reintegrazzjoni li jgħinu persuni b'mard kroniku jsibu impjieg li jkun adatt għas-sitwazzjoni u l-abilitajiet tagħhom (19); |
29. |
Jinnota l-benefiċċji psikoloġiċi importanti u ż-żieda fil-produttività assoċjata b'livelli għolja ta' awtonomija fuq il-post tax-xogħol; iqis li livell ta' awtonomija fuq il-post tax-xogħol jista' jkun essenzjali fl-iffaċilitar tal-proċess tar-reintegrazzjoni ta' ħaddiema b'mard jew korriment b'kundizzjonijiet u ħtiġijiet differenti; |
30. |
Jirrikonoxxi l-valur tar-ritorn għax-xogħol fil-proċess tal-kura, peress li għal bosta individwi x-xogħol jippermetti indipendenza finanzjarja u jtejjeb il-ħajja, filwaqt li xi kultant jista' jkun fattur kruċjali fi proċess ta' rkupru; |
31. |
Jistieden lill-Istati Membri ma jwaqqfux immedjatament il-benefiċċji soċjali meta l-persuni b'mard kroniku jiksbu impjieg sabiex jgħinuhom jevitaw in-"nassa tal-benefiċċji"; |
It-tibdil fl-attitudnijiet lejn ir-reintegrazzjoni tal-ħaddiema
32. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f'kooperazzjoni mas-sħab soċjali, biex fil-komunikazzjonijiet tagħhom jiżguraw linji gwida u politiki sabiex min iħaddem jara l-proċess ta' reintegrazzjoni bħala opportunità li biha jibbenefika mill-ħiliet, il-kompetenzi u l-esperjenza tal-ħaddiema; huwa tal-fehma li min iħaddem u r-rappreżentanti tal-ħaddiema huma atturi importanti mill-bidu nett fil-proċess ta' ritorn għax-xogħol u huma parti mill-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet; |
33. |
Ifakkar l-Artikoli 26 u 27 tal-UN CRDP li jorbtu lill-Istati parti biex jorganizzaw, isaħħu u jestendu s-servizzi u l-programmi ta' riabilitazzjoni, b'mod partikolari fl-oqsma tas-saħħa, l-impjieg, l-edukazzjoni u s-servizzi soċjali u biex jippromwovu opportunitajiet ta' impjiegi u avvanz fil-karriera għal persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol, kif ukoll għajnuna fir-ritorn għax-xogħol; |
34. |
Jenfasizza li s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riabilitazzjoni professjonali u l-politiki u l-programmi ta' ritorn għax-xogħol kif ukoll it-titjib tal-kultura tal-kumpaniji huma fatturi essenzjali ta' suċċess fil-proċess għar-ritorn għax-xogħol u fil-ġlieda kontra l-attitudnijiet negattivi kif ukoll fl-indirizzar tal-preġudizzji u d-diskriminazzjoni; huwa tal-fehma li timijiet ta' esperti bħall-psikologi u l-kowċis imħarrġa fir-riabilitazzjoni professjonali jistgħu jiġu kondiviżi b'mod effettiv bejn diversi kumpaniji sabiex kumpaniji żgħar ikunu jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-għarfien espert tagħhom; huwa tal-fehma li f'dan il-proċess hemm lok ukoll għal appoġġ u impenn kumplimentari mill-NGOs u l-voluntiera; |
35. |
Ifaħħar dawk l-intrapriżi li ħadu inizjattivi biex jappoġġjaw persuni bi problemi tas-saħħa, diżabilitajiet jew kapaċità tax-xogħol mibdula billi pprovdew, pereżempju programmi ta' prevenzjoni, modifika tal-kompiti, taħriġ u taħriġ mill-ġdid, jew billi ħejjew impjegati oħra għall-kapaċitajiet mibdula tal-ħaddiema li jkunu rritornaw, u b'hekk għenu fir-reintegrazzjoni tagħhom; iħeġġeġ bil-qawwa aktar intrapriżi biex jinvolvu ruħhom f'dan is-sens u jressqu inizjattivi bħal dawn; iqis li huwa essenzjali li miżuri li jiffaċilitaw ir-reintegrazzjoni tal-ħaddiema fil-kumpaniji jkunu parti integrali mill-kultura tal-kumpanija; |
36. |
Jappella għal fehim aħjar tal-isfidi u d-diskriminazzjoni li jwasslu għal inqas opportunitajiet għal persuni bi problemi tas-saħħa jew b'diżabilitajiet, speċjalment sfidi bħan-nuqqas ta' għarfien, il-preġudizzju, il-perċezzjonijiet dwar produttività baxxa u l-istigma soċjali; |
37. |
Hu tal-fehma li l-edukazzjoni u l-bidliet fil-kultura tal-kumpaniji, kif ukoll kampanji madwar l-UE bħal "Vision Zero", għandhom rwol importanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-opinjoni popolari; jitlob kuxjenza akbar tal-isfidi demografiċi li qed jiffaċċjaw is-swieq tax-xogħol Ewropej; iqis bħala inaċċettabbli li persuni akbar fl-età spiss huma esposti għax-xjuħija; jenfasizza l-importanza ta' kampanji għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età tal-ħaddiema, il-promozzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni u tas-saħħa u ta' sigurtà fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri u lill-Unjoni jikkunsidraw ir-riżultati tal-Proġett pilota tal-Parlament Ewropew dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema kbar fl-età; |
38. |
Huwa tal-fehma li l-oqsfa nazzjonali ta' politika għandhom impatt deċiżiv fuq il-ħolqien ta' ambjent li jappoġġja l-immaniġġjar tal-età u t-tixjiħ attiv u b'saħħtu; iqis ukoll li dan jista' jiġi appoġġjat b'mod effettiv permezz ta' azzjonijiet tal-UE, bħalma huma l-linji ta' politika, il-linji ta' gwida, l-iskambju tal-għarfien u l-użu ta' diversi strumenti finanzjarji, bħall-FSE u l-FSIE; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu miżuri ta' riabilitazzjoni u reintegrazzjoni tal-ħaddiema kbar fl-età, meta possibbli u mixtieq mill-individwi kkonċernati, pereżempju billi jimplimentaw ir-riżultati tal-proġett pilota tal-UE dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema kbar fl-età; |
39. |
Jirrikonoxxi l-fatt li l-persuni li jkunu ġew dijanjostikati b'marda terminali jżommu d-dritt fundamentali għax-xogħol; jirrikonoxxi wkoll li dawn l-individwi jaffaċċjaw sett uniku ta' sfidi relatat mas-sitwazzjoni tal-impjieg tagħhom li huwa differenti mill-isfidi li jaffaċċjaw gruppi oħra ta' pazjenti, peress li ħafna drabi dawn ikollhom ftit żmien biex jadattaw għat-tibdil fil-kundizzjonijiet tagħhom u biex isiru aġġustamenti fuq il-post tax-xogħol; ifaħħar l-inizjattivi bħall-kampanja "Dying to Work"biex titqajjem kuxjenza dwar din is-sensiela ta' problemi speċifiċi; iħeġġeġ lil min iħaddem biex iżomm djalogu kemm jista' jkun ma' impjegati li kellhom dijanjosi terminali, sabiex jassigura li jistgħu jittieħdu l-miżuri neċessarji u l-adattamenti possibbli kollha biex il-ħaddiem iwettaq ħidmietu jekk hu jew hi hekk jixtiequ; huwa tal-opinjoni li, għal bosta pazjenti, il-fatt li wieħed jibqa' jaħdem huwa ħtieġa personali, psikoloġika jew ekonomika imperattiva u ċentrali għad-dinjità u l-kwalità tal-ħajja; iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġjaw l-adattament raġonevoli tal-postijiet tax-xogħol għas-sett uniku ta' sfidi li qed jiffaċċja dan il-grupp ta' persuni; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza n-nuqqas ta' data dwar l-istatus tal-impjieg tal-persuni b'kanċer u tappoġġja l-ġbir aħjar tad-data, li tkun paragunabbli fost l-Istati Membri, sabiex jittejbu s-servizz ta' appoġġ għalihom; |
40. |
Jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-iżvilupp u l-aġġornament tal-ħiliet tal-ħaddiema, it-tqabbil tal-ħtiġijiet tal-kumpaniji mal-ħtiġijiet tas-suq, b'enfasi speċjali fuq il-ħiliet diġitali, billi l-ħaddiema jingħataw taħriġ rilevanti u aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja; jenfasizza ż-żieda tad-diġitalizzazzjoni tas-suq tax-xogħol; jirrimarka li t-titjib tal-ħiliet diġitali jista' jkun parti integrali mit-tħejjija għar-ritorn għax-xogħol, partikolarment għall-popolazzjoni kbira fl-età; |
41. |
Jinnota li kemm il-persuni li jipprovdu l-kura b'mod formali kif ukoll b'mod informali għandhom rwol ewlieni x'jaqdu fir-riabilitazzjoni professjonali; jirrikonoxxi li 80 % tal-kura li tingħata fl-Ewropa hi mogħtija bla ħlas minn persuni li jipprovdu l-kura (20) u li l-att tal-għoti tal-kura jnaqqas b'mod sinifikanti l-prospetti ta' impjieg fit-tul ta' dan il-grupp ta' persuni; jirrikonoxxi wkoll li, minħabba l-fatt li l-parti l-kbira tal-persuni li jipprovdu l-kura huma nisa, hemm dimensjoni ċara tal-ġeneru fil-kwistjoni tas-sitwazzjoni tal-impjieg ta' dawn il-persuni; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u lil min iħaddem jagħtu konsiderazzjoni speċjali lill-implikazzjonijiet tal-impjieg għal dawk li jipprovdu l-kura; |
o
o o
42. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 204, 13.6.2018, p. 179.
(2) ĠU C 366, 27.10.2017, p. 117.
(3) Testi Adottati, P8_TA(2017)0474.
(4) ĠU C 101, 16.3.2018, p. 138.
(5) ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 321.
(6) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(7) https://osha.europa.eu/en/tools-and-publications/publications/reports/psychosocial-risks-eu-prevalence-strategies-prevention/view
(8) Istitut tal-Metrika u l-Evalwazzjoni tas-Saħħa (2016) Viżwalizzazzjoni tat-Tqabbil tad-Data GBD. http:// vizhub.healthdata.org/gbd-compare
(9) Grupp Xjentifiku tal-Forum Ewropew dwar l-Alkoħol u s-Saħħa (2011) "Alcohol, Work and Productivity"(L-Alkoħol, ix-Xogħol u l-Produttività). https://ec.europa.eu/health//sites/health/files/alcohol/docs/science_02_en.pdf
(10) Eurofound (2012), "Use of alcohol and drugs at the workplace"(L-użu tal-alkoħol u d-droga fuq il-post tax-xogħol). https://www.eurofound.europa.eu/sites/default/files/ef_files/docs/ewco/tn1111013s/tn1111013s.pdf
(11) Eurofound’s Third European Quality of Life Survey 2001–2012, https://www.eurofound.europa.eu/surveys/european-quality-of-life-surveys/european-quality-of-life-survey-2012
(12) p. 7 fi https://ec.europa.eu/health//sites/health/files/social_determinants/docs/final_sum_ecorys_web.pdf
(13) p. 7, riżultati ewlenin https://www.oecd.org/els/emp/42699911.pdf
(14) p. 5 https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/policies/docs/2017_chronic_framingdoc_en.pdf
(15) Eurostat, 2011 LFS ad hoc module, imsemmi fi: https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/policies/docs/2017_chronic_framingdoc_en.pdf
(16) http://www.alna.se/in-english
(17) "EU-OSHA Case Study on Austria — Fit2Work programme"https://osha.europa.eu/en/tools-and-publications/publications/austria-fit2work/view
(18) Sors: Riżultat tanġibbli 5.2 tal-proġett Pathways "Scoping Paper on the Available Evidence on the Effectiveness of Existing Integration and Re-Integration into Work Strategies for Persons with Chronic Conditions"(Dokument ta' Deskrizzjoni dwar l-Evidenza Disponibbli dwar l-Effettività ta' Strateġiji Eżistenti ta' Integrazzjoni u Reintegrazzjoni għall-Persuni b'Kundizzjonijiet Kroniċi)
(19) Sors: Servizzi ta' assistenza professjonali rigward ir-ritorn għax-xogħol għal persuni b'mard kroniku minn "esperti b'esperjenza"ċċertifikati: in-Netherlands. Studju tal-Każ. EU-OSHA
(20) http://www.ecpc.org/WhitePaperOnCancerCarers.pdf
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/19 |
P8_TA(2018)0326
Relazzjonijiet bejn l-UE u pajjiżi terzi li jikkonċernaw ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tas-servizzi finanzjarji
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u pajjiżi terzi li jikkonċernaw ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tas-servizzi finanzjarji (2017/2253(INI))
(2019/C 433/05)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-25 ta' Frar 2009 tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-UE, ippresedut minn Jacques de Larosière, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2014 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar ir-Rieżami tas-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF) (1), |
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-15 ta' Mejju 2014 bit-titolu "Rieżami Ekonomiku tal-Aġenda tar-Regolamentazzjoni Finanzjarja"(SWD(2014)0158), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-8 ta' Awwissu 2014 dwar l-operat tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u s-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF) (COM(2014)0509), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar ir-rwol tal-UE fil-qafas tal-istituzzjonijiet u l-korpi internazzjonali finanzjarji, monetarji u regolatorji (2), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Sejħa għal Evidenza – Qafas regolatorju tal-UE għal servizzi finanzjarji"(COM(2016)0855), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar "Analiżi u sfidi tar-Regolament tal-UE dwar is-Servizzi Finanzjarji: l-impatt u t-triq 'il quddiem lejn qafas tal-UE aktar effiċjenti u effikaċi għal Regolamentazzjoni Finanzjarja u Unjoni tas-Swieq Kapitali" (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-27 ta' Frar 2017 bit-titolu "Id-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza tal-UE fil-politika dwar is-servizzi finanzjarji: valutazzjoni"(SWD(2017)0102), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-qafas tar-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u r-Renju Unit (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0263/2018), |
A. |
billi sa mill-kriżi finanzjarja, ġew adottati aktar minn 40 test ġdid ta' leġiżlazzjoni finanzjarja tal-UE, li minnhom 15 jinkludu "dispożizzjonijiet relatati mal-pajjiżi terzi"li jagħtu lill-Kummissjoni, f'isem l-UE, id-diskrezzjoni biex tiddeċiedi unilateralment jekk dispożizzjonijiet regolatorji ta' ġurisdizzjonijiet barranin jistgħux jitqiesu ekwivalenti; |
B. |
billi l-ekwivalenza u d-drittijiet ta' passaport huma kunċetti differenti ħafna, li jipprovdu drittijiet u obbligi differenti għar-regolaturi, is-superviżuri, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-parteċipanti tas-suq; billi deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza ma jagħtux "drittijiet ta' passaport"lil istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti f'pajjiżi terzi peress li dan il-kunċett huwa marbut inseparabbilment mas-suq intern bil-qafas regolatorju, superviżorju, ta' infurzar u ġudizzjarju komuni tiegħu; |
C. |
billi l-ebda ftehim kummerċjali konkluż mill-UE għadu ma inkorpora dispożizzjonijiet dwar l-aċċess reċiproku transfruntier għas-servizzi finanzjarji; |
D. |
billi m'hemmx qafas uniku li jifforma l-bażi għad-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza; billi kull att leġiżlattiv jistabbilixxi reġim ta' ekwivalenza speċifiku magħmul apposta għall-objettivi ta' politika tiegħu; billi d-dispożizzjonijiet dwar l-ekwivalenza attwali joffru approċċi differenti li jippermettu firxa ta' benefiċċji possibbli skont il-fornitur tas-servizzi finanzjarji u tas-suq li fih jopera; |
E. |
billi l-ekwivalenza hija, fost affarijiet oħra, għodda li tippromwovi l-konverġenza regolatorja internazzjonali, li tista' twassal għal aktar kompetizzjoni fis-suq intern tal-UE b'kundizzjonijiet ekwi, filwaqt li tevita l-arbitraġġ regolatorju, tipproteġi l-konsumaturi u l-investituri, tippreserva l-istabbiltà finanzjarja tal-UE u żżomm il-konsistenza fi ħdan is-suq uniku tagħha; billi l-ekwivalenza hi wkoll għodda li tiżgura trattament regolatorju u superviżorju ġust u ugwali bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE u dawk ta' pajjiżi terzi; |
F. |
billi d-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza huma bbażati fuq ġabra unika ta' regoli tal-UE u huma bbażati fuq valutazzjoni teknika; billi, madankollu, dawn għandhom ikunu suġġett għal livell ogħla ta' skrutinju mill-Parlament; |
G. |
billi l-Kummissjoni tiddeskrivi l-ekwivalenza bħala "strument ewlieni li jiġġestixxi b'mod effikaċi l-attività transfruntiera ta' parteċipanti tas-suq f'ambjent prudenzjali sod u sigur ma' ġurisdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi li jaderixxu mal-istess standards għoljin ta' regoli prudenzjali bħall-UE, jimplimentawhom u jinfurzawhom b'mod rigoruż"; |
H. |
billi l-ħruġ futur tar-Renju Unit mill-UE potenzjalment ser ikollu impatt sinifikanti fuq ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tas-servizzi finanzjarji, minħabba r-rabta mill-qrib li attwalment teżisti bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam; billi n-negozjati għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE għadhom għaddejjin; |
I. |
billi fil-każ li jiġi miftiehem u ratifikat il-Ftehim tal-Irtirar, inkluż il-perjodu ta' tranżizzjoni, l-istituzzjonijiet finanzjarji jkollhom perjodu itwal biex jadattaw għall-Brexit; billi, fin-nuqqas ta' perjodu ta' tranżizzjoni, il-Kummissjoni u l-ASE jridu jkunu lesti jipproteġu l-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq intern u l-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet fl-UE; |
J. |
billi huwa neċessarju, għall-iskop tal-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni, li titqies bis-sħiħ l-interkonnettività bejn is-swieq ta' pajjiżi terzi u s-suq uniku tal-UE; |
K. |
billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar "Analiżi u sfidi tar-Regolament tal-UE dwar is-Servizzi Finanzjarji", il-Parlament stieden lill-Kummissjoni "tipproponi pjan konsistenti, koerenti, trasparenti u qafas prattiku għal proċeduri u deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza ta' pajjiżi terzi, b'kont meħud ta' analiżi bbażata fuq ir-riżultati u ta' standards jew ftehimiet internazzjonali"; |
Ir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi minn wara l-kriżi
1. |
Jinnota li minn wara l-kriżi finanzjarja, l-UE żviluppat aktar ir-regolamentazzjoni finanzjarja tagħha permezz ta' riformi wiesgħa u tal-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali; jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda fil-kooperazzjoni regolatorja u superviżorja bejn l-UE u pajjiżi terzi; jirrikonoxxi li dan ikkontribwixxa biex titjieb il-konsistenza globali fir-regolamentazzjoni finanzjarja u kkontribwixxa biex għamel lill-UE aktar reżiljenti għal xokkijiet finanzjarji globali; |
2. |
Iqis li l-UE għandha tippromwovi riformi regolatorji finanzjarji globali speċifiċi biex jitnaqqas ir-riskju sistemiku u tissaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja, u għandha taħdem lejn sistema finanzjarja miftuħa, integrata, effiċjenti u reżiljenti li tappoġġja t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv, il-ħolqien tal-impjiegi u l-investimenti; jenfasizza li kwalunkwe qafas ta' kooperazzjoni regolatorja u superviżorja internazzjonali għandu jissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni u jirrispetta s-sistema u l-istandards regolatorji u superviżorji tagħha u l-applikazzjoni tagħhom; |
3. |
Jinnota bi tħassib li l-kooperazzjoni internazzjonali qed issir dejjem iżjed diffiċli biex tintlaħaq minħabba l-interessi nazzjonali differenti u l-inċentiv inerenti li r-riskji jiġu orjentati lejn ġurisdizzjonijiet oħrajn; |
Il-proċeduri dwar l-ekwivalenza tal-UE
4. |
Jinnota li diversi atti leġiżlattivi tal-UE fihom dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kooperazzjoni regolatorja ma' pajjiżi terzi, relatati ma' kooperazzjoni superviżorja u miżuri prudenzjali; |
5. |
Jenfasizza li l-għoti ta' ekwivalenza hija deċiżjoni unilaterali meħuda mill-UE, abbażi ta' standards tal-UE; iqis li f'xi każijiet speċifiċi l-kooperazzjoni internazzjonali tista' titħeġġeġ ukoll bis-saħħa ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni bejn l-UE u pajjiżi terzi; |
6. |
Jenfasizza li l-UE għandha tinkoraġġixxi ġurisdizzjonijiet oħrajn biex jagħtu aċċess għas-swieq finanzjarji tagħhom lill-parteċipanti tas-suq tal-UE; |
7. |
Jenfasizza li, permezz tar-relazzjoni tal-UE ma' pajjiżi terzi dwar ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tas-servizzi finanzjarji, l-UE għandha ssaħħaħ il-kooperazzjoni fiskali ma' pajjiżi terzi, f'konformità mal-istandards internazzjonali u tal-UE; jemmen li deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza għandhom isiru dipendenti fuq regoli sodisfaċenti ta' pajjiżi terzi dwar il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ħasil tal-flus; |
8. |
Jirrikonoxxi li r-reġim ta' ekwivalenza tal-UE huwa parti integrali minn għadd ta' atti leġiżlattivi regolatorji u superviżorji tagħha għas-servizzi finanzjarji u jista' joffri bosta benefiċċji, bħal: aktar kompetizzjoni, aktar flussi ta' kapital lejn l-UE, u aktar strumenti u għażliet ta' investiment għall-kumpaniji tal-UE u għall-investituri, aktar protezzjoni għall-investituri u għall-konsumaturi u stabbiltà finanzjarja; |
9. |
Itenni li, f'bosta każijiet, id-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza ma jagħtux id-dritt lill-istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti f'pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi finanzjarji fl-UE kollha; jirrimarka li f'xi każijiet dawn jistgħu jagħtu lill-istituzzjonijiet ta' pajjiżi terzi aċċess limitat għas-suq uniku għal ċerti prodotti jew servizzi; |
10. |
Jissottolinja min-naħa l-oħra li "passaport tal-UE"jagħti lill-impriżi d-dritt li jipprovdu servizzi finanzjarji fil-pajjiżi kollha taż-ŻEE, skont il-liċenzja maħruġa minn pajjiżhom u taħt is-superviżjoni ta' pajjiżhom u li, għaldaqstant, ma tkunx disponibbli għal istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti f'pajjiżi mhux taż-ŻEE minħabba li dan jiddependi fuq ġabra ta' rekwiżiti prudenzjali armonizzati fl-ambitu tad-dritt tal-UE u fuq ir-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji; |
11. |
Jenfasizza li r-reġim ta' ekwivalenza tal-UE għandu l-għan li jippromwovi l-konverġenza regolatorja internazzjonali u jsaħħaħ il-kooperazzjoni superviżorja abbażi tal-istandards tal-UE u dawk internazzjonali u li jiżgura trattament ugwali bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u dawk ta' pajjiżi terzi filwaqt li jippreserva l-istabbiltà finanzjarja tal-UE u jipproteġi lill-investituri u lill-konsumaturi; |
12. |
Iqis li, kif inhuma l-affarijiet bħalissa, il-proċess tal-UE għall-għoti tal-ekwivalenza jibbenefika minn trasparenza akbar fir-rigward tal-Parlament Ewropew; jemmen li t-trasparenza tista' tittejjeb permezz ta' qafas strutturat, orizzontali u prattiku flimkien ma' linji gwida dwar ir-rikonoxximent ta' oqfsa superviżorji ta' pajjiżi terzi kif ukoll minn livell ta' granularità tal-valutazzjoni ta' oqfsa bħal dawn; |
13. |
Jemmen li d-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza għandhom ikunu oġġettivi, proporzjonati, sensittivi għar-riskju filwaqt li jżommu l-istandards għolja tar-regolamentazzjoni tal-UE; barra minn hekk, iqis li d-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza għandhom jittieħdu fl-aħjar interessi tal-Unjoni, tal-Istati Membri tagħha u taċ-ċittadini tagħha, filwaqt li titqies l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investitur u tal-konsumatur u l-funzjonament tas-suq intern; |
14. |
Iqis li l-valutazzjonijiet tal-ekwivalenza huma ta' natura teknika, iżda jinnota li d-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza għandhom dimensjoni politika ċara, u possibbilment joħolqu bilanċ bejn objettivi differenti ta' politika; jinsisti li l-proċess għall-għoti tal-ekwivalenza lil pajjiż terz fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għandu dejjem ikun suġġett għall-iskrutinju tal-Parlament u tal-Kunsill u li, għall-finijiet ta' trasparenza akbar, dawn id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu permezz ta' atti delegati, u fejn meħtieġ faċilitati minn proċedura bikrija ta' nuqqas ta' oġġezzjoni; |
15. |
Jinnota li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2017 li tagħti l-ekwivalenza lill-pjattaformi Svizzeri tan-negozjar ta' ishma bħala parti mill-proċedura ta' ekwivalenza MiFID/MiFIR – limitata għal perjodu ta' 12-il xahar bil-possibbiltà ta' estensjoni, dment li jsir progress suffiċjenti dwar qafas istituzzjonali komuni – kellha dimensjoni politika ċara; |
16. |
Jinnota li l-Kummissjoni għandha d-dritt li tirtira d-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza, partikolarment f'każijiet ta' diverġenza regolatorja materjali ta' pajjiż terz, u jemmen li l-Parlament għandu jiġi kkonsultat kif xieraq, fil-prinċipju qabel ma tittieħed deċiżjoni ta' rtirar bħal din; jitlob l-introduzzjoni ta' proċeduri trasparenti li jirregolaw l-adozzjoni, l-irtirar jew is-sospensjoni ta' deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza; |
17. |
Iqis li għandu jiġi żviluppat qafas konsistenti għal superviżjoni kontinwa ta' reġim ekwivalenti ta' pajjiż terz; iqis li l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) għandu jkollhom is-setgħa li jagħtu pariri lill-Kummissjoni u jirrieżaminaw żviluppi regolatorji u superviżorji f'pajjiżi terzi, minħabba li dawn l-iżviluppi jista' jkollhom effett fuq l-Unjoni permezz tal-interkonnettività tas-sistema finanzjarja; jitlob li l-Parlament jinżamm infurmat dwar ir-rieżamijiet regolatorji u superviżorji kontinwi ta' pajjiżi terzi; jinnota, f'dan ir-rigward, il-pakkett leġiżlattiv dwar ir-rieżami tas-sistema Ewropea ta' sorveljanza finanzjarja, li jipprevedi żieda fil-monitoraġġ wara deċiżjoni dwar l-ekwivalenza, fost l-oħrajn fir-rigward ta' kwistjonijiet regolatorji, ta' superviżjoni u infurzar u dwar is-sitwazzjoni fis-suq tal-pajjiż terz; |
18. |
Iqis li permezz tal-qafas futur tal-UE dwar l-ekwivalenza, il-pajjiżi terzi jridu jżommu lill-ASE infurmati dwar kwalunkwe żvilupp regolatorju nazzjonali u li d-deċiżjoni dwar l-ekwivalenza għandha tirrikjedi kooperazzjoni regolatorja u superviżorja tajba u skambju tal-informazzjoni; iqis li, bl-istess mod, il-pajjiżi terzi għandhom iżommu djalogu mill-qrib mal-UE; |
19. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina u tipprovdi qafas ċar għall-applikazzjoni trasparenti, koerenti u konsistenti ta' proċeduri ta' ekwivalenza li jintroduċi proċess imtejjeb għad-determinazzjoni, ir-rieżami, is-sospensjoni jew l-irtirar tal-ekwivalenza; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-benefiċċji tal-introduzzjoni ta' proċess ta' applikazzjoni għall-għoti tal-ekwivalenza għal pajjiżi terzi; |
20. |
Jitlob li d-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza jkunu suġġetti għal monitoraġġ kontinwu mill-ASE rilevanti u sabiex ir-riżultat ta' dan il-monitoraġġ jiġi ppubblikat; jenfasizza li tali monitoraġġ għandu jindirizza l-leġiżlazzjoni, il-prattiki ta' infurzar u l-prattiki superviżorji rilevanti, kif ukoll l-emendi leġiżlattivi ewlenin u l-iżviluppi tas-suq, fil-pajjiż terz ikkonċernat; jistieden barra minn hekk lill-ASE sabiex jagħmlu valutazzjonijiet ad hoc tal-iżviluppi f'pajjiżi terzi abbażi ta' talbiet motivati mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni; |
21. |
Jitlob lill-Kummissjoni tirrifletti dwar l-ekwivalenza tar-reġim attwali u biex tivvaluta jekk dan jikkontribwixxix biex jintlaħqu kundizzjonijiet ekwi bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE u ta' pajjiżi terzi, filwaqt li tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investitur u tal-konsumatur u l-funzjonament tas-suq intern; iqis li dan ir-rieżami, flimkien ma' proposti għal titjib fejn applikabbli, għandhom isiru pubbliċi; |
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew b'kull deċiżjoni dwar l-ekwivalenza, inkluża l-ekwivalenza mogħtija, sospiża u rtirata, u biex tispjega r-raġunijiet għal dawk id-deċiżjonijiet; |
23. |
Ifakkar fl-importanza tal-ASE fl-analiżi u l-monitoraġġ tal-oqfsa superviżorji u regolatorji ta' pajjiżi terzi, u jitlob, f'dan ir-rigward, li l-ASE rilevanti jkollhom il-kapaċità u s-setgħat li jiġbru, iqabblu u janalizzaw id-data; ifakkar fir-rwol tal-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti fil-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji li jixtiequ jiddelegaw parti mill-immaniġġjar tal-portafoll tagħhom jew tal-ġestjoni tar-riskji lill-fornituri ta' servizzi f'pajjiżi terzi fejn ir-reġim regolatorju huwa komparabbli ma' dak tal-UE, kif ukoll fl-importanza tal-konverġenza superviżorja; jilqa' r-rieżami li għaddej tal-ASE, b'mod partikolari l-proposti dwar is-superviżjoni tad-delegazzjoni, l-esternalizzazzjoni jew l-arranġamenti ta' trasferiment tar-riskju minn istituzzjonijiet finanzjarji; iqis li l-ASE u l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jaqsmu l-aħjar prattiki u jiżguraw implimentazzjoni uniformi tal-kooperazzjoni u l-attivitajiet regolatorji ma' pajjiżi terzi; |
Ir-rwol tal-UE fl-iffissar tal-istandards globali għal regolamentazzjoni finanzjarja
24. |
Jissottolinja l-importanza tar-rwol attiv tal-UE fl-iffissar tal-istandards globali bħala mezz li jwassal għall-konsistenza internazzjonali fir-regolamentazzjoni finanzjarja, bil-għan li tiġi mmassimizzata l-istabbiltà finanzjarja, jitnaqqsu r-riskji sistemiċi, jiġu protetti l-konsumaturi u l-investituri u jiġu evitati l-lakuni regolatorji bejn il-ġurisdizzjonijiet u tiġi żviluppata sistema finanzjarja internazzjonali effiċjenti; |
25. |
Jitlob il-parteċipazzjoni attiva tal-Unjoni u tal-Istati Membri f'korpi li jistabbilixxu l-istandards globali fis-servizzi finanzjarji; ifakkar fit-talbiet magħmula mill-Kummissjoni fir-rapport tagħha dwar ir-rwol tal-UE fil-qafas tal-istituzzjonijiet u l-korpi internazzjonali finanzjarji, monetarji u regolatorji; |
26. |
Barra minn hekk, għal dan il-għan jitlob li l-Forum Finanzjarju Regolatorju Konġunt bejn l-UE u l-Istati Uniti jiġi aġġornat sabiex jinkludi laqgħat aktar regolari bil-għan ta' koordinazzjoni aktar frekwenti u konsistenti; |
27. |
Jirrimarka li t-titjib tar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u t-tisħiħ tas-swieq tal-kapital tal-UE ma jridux jitqiesu bħala reċiprokament esklużivi; jenfasizza għalhekk il-ħtieġa li jsir progress fir-rigward tal-proġett tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali; |
o
o o
28. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0202.
(2) Testi adottati, P8_TA(2016)0108.
(3) Testi adottati, P8_TA(2016)0006.
(4) Testi adottati, P8_TA(2018)0069.
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/24 |
P8_TA(2018)0327
It-tisħiħ tat-tkabbir u tal-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE (2018/2054(INI))
(2019/C 433/06)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) kif ukoll l-Artikoli 4, 162, 174 sa 178 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) (3), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (4), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2017 bit-titolu "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE"(COM(2017)0534), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2017 li jakkumpanja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE"(SWD(2017)0307), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2018 dwar ir-reġjuni li għadhom lura fl-UE (5), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2018 dwar it-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE: is-seba' rapport tal-Kummissjoni Ewropea (6), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2017 dwar l-elementi fundamentali għal politika ta' koeżjoni tal-UE wara l-2020 (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2017 dwar iż-żieda fl-involviment tas-sħab u l-viżibilità fil-prestazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2017 dwar it-taħlita ta' finanzjament it-tajba għar-reġjuni mal-Ewropa: ibbilanċjar tal-istrumenti u l-għotjiet finanzjarji fil-politika ta' koeżjoni tal-UE (9), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar l-investiment f'impjiegi u tkabbir – nimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej: evalwazzjoni tar-rapport skont l-Artikolu 16(3) tas-CPR (10), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Frar 2017 dwar il-konnessjonijiet neqsin fit-trasport fir-reġjuni tal- fruntiera (11), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar il-Politika ta' Koeżjoni u l-Istrateġiji ta' Riċerka u Innovazzjoni għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3) (12), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea – l-aħjar prattiki u miżuri innovattivi (13), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2016 dwar għodod ġodda għall-iżvilupp territorjali fil-politika ta' koeżjoni 2014-2020: Investiment Territorjali Integrat (ITI) u Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD) (14), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar is-semplifikazzjoni għall-benefiċjarji tal-Fondi SIE, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0266/2018), |
A. |
billi l-UE u l-ġirien immedjati tagħha fi ħdan l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) għandhom 40 fruntiera interna fuq l-art u reġjuni tal-fruntieri interni tal-UE, u dawn ir-reġjuni jkopru 40 % tat-territorju tal-Unjoni, jammontaw għal 30 % tal-popolazzjoni tal-UE u jipproduċu kważi terz tal-PDG tal-UE; |
B. |
billi r-reġjuni tal-fruntiera, speċjalment dawk b'densità tal-popolazzjoni aktar baxxa, x'aktarx li jiffaċċjaw kundizzjonijiet aktar imwiegħra għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku, u ġeneralment il-prestazzjoni ekonomika tagħhom tkun aktar batuta minn reġjuni fi ħdan l-Istati Membri, u l-potenzjal ekonomiku sħiħ tagħhom mhuwiex utilizzat; |
C. |
billi l-ostakli fiżiċi u/jew ġeografiċi jikkontribwixxu wkoll għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali ristretta bejn ir-reġjuni tal-fruntiera, kemm fi ħdan kif ukoll barra l-UE, b'mod partikolari fil-każ ta' reġjuni muntanjużi; |
D. |
billi, minkejja l-isforzi li diġà saru, l-ostakli – magħmula prinċipalment minn ostakli amministrattivi, lingwistiċi u legali – għadhom jippersistu u jxekklu t-tkabbir, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-koeżjoni bejn u fir-reġjuni tal-fruntieri; |
E. |
billi fl-2017 il-Kummissjoni stmat li t-tneħħija ta' 20 % biss tal-ostakli eżistenti fir-reġjuni tal-fruntieri ser twassal għal żieda fil-PDG tagħhom ta' 2 %, jew madwar EUR 91 biljun, li tissarraf f'madwar miljun impjieg ġdid; billi ġie rikonoxxut b'mod ġenerali li l-kooperazzjoni territorjali, inkluża l-kooperazzjoni transfruntiera, tissarraf f'valur miżjud ġenwin u viżibbli, b'mod partikolari għaċ-ċittadini tal-UE li jgħixu tal-fruntieri interni; |
F. |
billi n-numru totali ta' ħaddiema u studenti transfruntiera li huma attivi f'pajjiż ieħor tal-UE huwa ta' madwar 2 miljun, li minnhom 1.3 miljun huma ħaddiema, jirrappreżentaw 0,6 % tal-impjegati kollha madwar l-UE-28; |
G. |
billi fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali (QFP), 95 % tal-fondi tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) huma allokati għat-taqsimiet ewlenin ta' TEN-T, filwaqt li proġetti żgħar dwar in-netwerk komprensiv u l-interventi marbuta man-netwerk TEN-T, minkejja li essenzjali għas-soluzzjoni ta' problemi speċifiċi u għall-iżvilupp ta' konnessjonijiet u ekonomiji transfruntiera, spiss mhumiex eliġibbli għal kofinanzjament jew għal finanzjament nazzjonali; |
H. |
billi l-Kummissjoni għandha l-ħsieb ukoll li tippreżenta l-pożizzjoni tagħha dwar ir-reġjuni tal-fruntieri marittimi interni; |
I. |
billi d-diversi sfidi li r-reġjuni tal-fruntieri esterni tal-UE jiffaċċjaw, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi, iż-żoni rurali, iż-żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali u r-reġjuni fl-Unjoni li jsofru mid-distanza, insularità jew żvantaġġi naturali jew demografiċi oħrajn gravi u permanenti fl-ambitu tal-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), ikun jistħoqqilhom ukoll pożizzjoni adottata mill-Kummissjoni; |
1. |
Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE"li, bħala r-riżultat ta' sentejn ta' riċerka u djalogu, tipprovdi informazzjoni siewja dwar l-isfidi u l-ostakli li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-reġjuni tal-fruntieri interni tal-UE; jissottolinja, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-użu u l-pubblikazzjoni ta' prattiki tajba u stejjer ta' suċċess, kif tagħmel din il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, u jħeġġeġ segwitu b'analiżi simili rigward ir-reġjuni tal-fruntieri esterni tal-UE; |
Immirar lejn l-ostakli persistenti
2. |
Jirrimarka li l-aċċess għas-servizzi pubbliċi, skont l-iżvilupp tagħhom, huwa kruċjali għall-popolazzjoni ta' żoni transfruntiera interni li tammonta għal 150 miljun, u ta' spiss huwa mxekkel minn bosta ostakli legali u amministrattivi, inklużi dawk lingwistiċi; jappella, għaldaqstant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu l-aktar sforzi possibbli u jżidu l-kooperazzjoni biex ineħħu dawn l-ostakli u jippromwovu u jistabbilixxu l-użu ta' Gvern-e, speċjalment fir-rigward tas-servizzi tas-saħħa, it-trasport, il-bini ta' infrastruttura fiżika kruċjali, l-edukazzjoni, il-kultura, l-isport, il-komunikazzjoni, il-mobilità tax-xogħol, l-ambjent, kif ukoll ir-regolamentazzjoni, il-kummerċ transfruntier u l-iżvilupp tan-negozju; |
3. |
Jissottolinja li l-problemi u l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-reġjuni tal-fruntieri huma komuni sa ċertu punt, imma wkoll ivarjaw minn reġjun għal ieħor, jew bejn l-Istati Membri, u jiddependu mill-ispeċifiċitajiet legali, amministrattivi, ekonomiċi u ġeografiċi partikolari ta' reġjun partikolari, u dan ifisser li huwa meħtieġ approċċ individwali għal kull wieħed minn dawn ir-reġjuni; jirrikonoxxi l-potenzjal tal-iżvilupp komuni tar-reġjuni transfruntiera b'mod ġenerali; jinkoraġġixxi approċċi mfassla apposta, integrati u bbażati fuq il-post, bħall-Iżvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD); |
4. |
Jissottolinja li l-oqfsa legali u istituzzjonali differenti tal-Istati Membri jistgħu jwasslu għal inċertezza tad-dritt fir-reġjuni tal-fruntieri, li tirriżulta f'żieda fiż-żmien meħtieġ u l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tal-proġetti, u tikkostitwixxi ostaklu addizzjonali għaċ-ċittadini, l-istituzzjonijiet u l-intrapriżi fir-reġjuni tal-fruntiera u li ta' spiss ixxekkel inizjattivi pożittivi; jenfasizza, għalhekk, li huwa tajjeb li jkun hemm aktar komplementarjetà, koordinazzjoni u komunikazzjoni aħjar, interoperabbiltà u rieda sabiex jitneħħew l-ostakli bejn l-Istati Membri, jew tal-inqas fil-livell tar-reġjuni tal-fruntiera; |
5. |
Jirrikonoxxi s-sitwazzjoni speċjali ta' ħaddiema transfruntiera, li huma dawk li jiġu milquta bl-aktar mod serju mill-isfidi preżenti fir-reġjuni tal-fruntieri, inkluż, b'mod partikolari, ir-rikonoxximent ta' diplomi u kwalifiki oħra miksuba wara t-taħriġ mill-ġdid, il-kura tas-saħħa, it-trasport u aċċess għal informazzjoni dwar postijiet tax-xogħol battala, sistemi ta' sigurtà soċjali u ta' tassazzjoni; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jegħlbu dawn l-ostakli u jippermettu għal aktar setgħat, fondi u biżżejjed flessibilità biex l-awtoritajiet reġjonali u lokali fir-reġjuni tal-fruntiera jikkoordinaw aħjar is-sistemi nazzjonali legali u amministrattivi ġirien sabiex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' ħaddiema transfruntiera; jissottolinja f'dan il-kuntest l-importanza tat-tixrid u l-użu tal-aħjar prattiki madwar l-UE kollha; jisħaq li dawn il-problemi huma aktar kumplessi għal ħaddiema transfruntiera lejn u minn pajjiżi li mhumiex fl-UE; |
6. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-isfidi relatati ma' attivitajiet kummerċjali mwettqa fir-reġjuni tal-fruntieri, b'mod partikolari meta jkunu relatati mal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġijiet tax-xogħol u dawk kummerċjali, it-tassazzjoni, l-akkwist pubbliku u s-sistemi tas-sigurtà soċjali; jappella lill-Istati Membri u lir-reġjuni sabiex jallinjaw jew jarmonizzaw aħjar id-dispożizzjonijiet legali rilevanti mal-isfidi ta' ċerti żoni transfruntiera, u jippromwovu l-komplimentarjetà u jiksbu konverġenza fl-oqfsa regolatorji sabiex jippermettu aktar koerenza u flessibbiltà legali fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif ukoll sabiex itejbu t-tixrid tal-informazzjoni dwar kwistjonijiet transfruntiera, pereżempju billi joħolqu punti uniċi ta' servizz li jippermettu lill-ħaddiema u lill-kumpaniji jonoraw l-obbligi tagħhom u jwettqu d-drittijiet tagħhom b'mod sħiħ, hekk kif mitlub mis-sistema leġiżlattiva tal-Istat Membru fejn jipprovdu s-servizzi tagħhom; jappella għal użu aħjar mis-soluzzjonijiet eżistenti u garanziji għal finanzjament għall-istrutturi ta' kooperazzjoni eżistenti; |
7. |
Jesprimi diżappunt li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma inkludietx valutazzjoni speċifika ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), inkluż appoġġ addizzjonali li jista' jingħatalhom; jemmen li l-SMEs jiffaċċjaw sfidi partikolari fir-rigward ta' interazzjoni transfruntiera li tinkludi, iżda mhijiex limitata għal, dawk relatati mal-lingwa, il-kapaċità amministrattiva, id-differenzi kulturali u d-diverġenza legali; jisħaq li huwa tassew importanti li din l-isfida tiġi indirizzata billi l-SMEs jimpjegaw 67 % tal-ħaddiema fis-setturi kummerċjali mhux finanzjarji tal-UE u jiġġeneraw 57 % tal-valur miżjud (15); |
8. |
Jindika li f'reġjuni transfruntiera, speċjalment dawk b'densità tal-popolazzjoni aktar baxxa, it-trasport, b'mod partikolari s-servizzi tat-trasport pubbliku transfruntier, għadu mhux żviluppat u kkoordinat biżżejjed, parzjalment minħabba konnessjonijiet nieqsa jew mhux użati, li jxekklu l-mobilità transfruntiera u l-prospettivi għall-iżvilupp ekonomiku; jenfasizza, barra minn hekk, li l-infrastruttura tat-trasport transfruntier hija wkoll partikolarment affettwata ħażin minn arranġamenti regolatorji u amministrattivi kumplessi; jissottolinja l-potenzjal eżistenti għall-iżvilupp ta' trasport sostenibbli, primarjament abbażi tat-trasport pubbliku, u f'dan ir-rigward jistenna l-istudju li jmiss tal-Kummissjoni dwar il-konnessjonijiet ferrovjarji nieqsa tul il-fruntieri interni tal-UE; jissottolinja li kwalunkwe studju jew rakkomandazzjonijiet futuri bħal dawn għandhom ikunu bbażati, fost oħrajn, fuq informazzjoni u esperjenzi tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali u jieħdu kont ta' kwalunkwe proposti għall-kooperazzjoni transfruntiera u, fejn dan huwa diġà fis-seħħ, għal konnessjonijiet transfruntiera aħjar transkonfinali u jappella lill-awtoritajiet reġjonali transfruntiera biex jipproponu modi kif jiġu indirizzati n-nuqqasijiet eżistenti fin-netwerks tat-trasport; ifakkar li xi infrastruttura ferrovjarja eżistenti mhijiex qiegħda tintuża aktar minħabba nuqqas ta' appoġġ; jisħaq fuq il-benefiċċji għall-ekonomiji lokali u reġjonali li jistgħu jirriżultaw minn żvilupp ulterjuri tal-passaġġi fuq l-ilma; jappella għal assi tas-CEF, b'baġit adegwat, li jkun dedikat għat-tneħħija tal-konnessjonijiet nieqsa fl-infrastruttura tat-trasport sostenibbli fir-reġjuni tal-fruntiera; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-ostakli fit-trasport li jxekklu l-attivitajiet ekonomiċi bħat-trasport, it-turiżmu u l-ivvjaġġar taċ-ċittadini; |
9. |
Jieħu nota li l-attrazzjoni taż-żoni transfruntiera għall-għajxien u l-investiment tiddependi ħafna fuq il-kwalità tal-ħajja, id-disponibbiltà ta' servizzi pubbliċi u kummerċjali għaċ-ċittadini u n-negozji u l-kwalità tat-trasport – kundizzjonijiet li jistgħu jintlaħqu u jinżammu biss permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll man-negozji fuq kull naħa tal-fruntiera; |
10. |
Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-proċeduri differenti u kumplessi ta' awtorizzazzjoni preliminari għas-servizzi tal-kura tas-saħħa u l-metodi ta' pagament u rimborż użati, il-piżijiet amministrattivi għall-pazjenti fir-rigward ta' konsultazzjonijiet transfruntiera mal-ispeċjalisti, l-inkompatibbiltajiet fl-użu tat-teknoloġija u fil-kondiviżjoni tad-data tal-pazjenti kif ukoll in-nuqqas ta' informazzjoni unifikata aċċessibbli mhux biss jillimitaw l-aċċessibbiltà għal kull naħa tal-fruntiera, u għalhekk ifixklu l-użu komplut tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, iżda wkoll jimpedixxu lis-servizzi ta' emerġenza u salvataġġ fit-twettiq tal-interventi transfruntiera tagħhom; |
11. |
Jenfasizza r-rwol li r-reġjuni tal-fruntiera tal-UE jista' jkollhom rigward l-ambjent u l-preservazzjoni tiegħu, billi t-tniġġis ambjentali u d-diżastri naturali ta' spiss huma kwistjonijiet transfruntiera; jappoġġja, f'dan il-kuntest, proġetti transfruntiera dwar il-protezzjoni ambjentali għar-reġjuni tal-fruntieri esterni tal-UE, billi dawn ir-reġjuni spiss jiffaċċjaw sfidi ambjentali kkawżati minn standards ambjentali u regolamentazzjoni legali differenti fil-pajjiżi ġirien tal-UE; jappella wkoll għal kooperazzjoni u koordinazzjoni aħjar dwar il-ġestjoni tal-ilma intern biex jiġu evitati diżastri naturali bħall-għargħar; |
12. |
Jappella lill-Kummissjoni biex b'mod urġenti tindirizza l-problemi li jirriżultaw mill-ostakli fiżiċi u ġeografiċi eżistenti bejn ir-reġjuni tal-fruntiera; |
Tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-fiduċja
13. |
Iqis li l-fiduċja reċiproka, ir-rieda politika u approċċ flessibbli fost id-diversi livelli tal-partijiet ikkonċernati, kemm fil-livell lokali kif ukoll f'dak nazzjonali, huma kruċjali sabiex jiġu indirizzati l-ostakli persistenti msemmija hawn fuq; jemmen li l-valur tal-politika ta' koeżjoni għar-reġjuni tal-fruntiera huwa bbażat fuq l-għan li tingħata spinta lill-impjiegi u t-tkabbir u li din l-azzjoni għandha tinbeda fil-livell tal-Unjoni, dak tal-Istati Membri, dak reġjonali u dak lokali; jappella, għaldaqstant, għal koordinazzjoni u djalogu aħjar, skambju aktar effettiv tal-informazzjoni u aktar skambju tal-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet, partikolarment fil-livell lokali u dak reġjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu din il-kooperazzjoni u jipprovdu finanzjament għall-istrutturi ta' kooperazzjoni sabiex tiġi żgurata awtonomija funzjonali u finanzjarja adegwata tal-awtoritajiet lokali u reġjonali rispettivi; |
14. |
Jissottolinja l-importanza tal-edukazzjoni u l-kultura, u, b'mod partikolari, l-opportunitajiet biex jiżdiedu l-isforzi għall-promozzjoni tal-multilingwiżmu u d-djalogu interkulturali fir-reġjuni tal-fruntiera; jenfasizza l-potenzjal tal-iskejjel u l-mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa lokali f'dawn l-isforzi u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-muniċipalitajiet tal-fruntieri interni sabiex jintroduċu t-tagħlim tal-lingwi tal-pajjiżi ġirien fil-kurrikuli tagħhom mill-edukazzjoni preskolari; jisħaq, barra minn hekk, fuq l-importanza li jiġi promoss approċċ multilingwi fil-livelli amministrattivi kollha; |
15. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffaċilitaw u jinkoraġġixxu r-rikonoxximent reċiproku u fehim aħjar taċ-ċertifikati, id-diplomi, u l-kwalifiki vokazzjonali u professjonali bejn reġjuni ġirien; jinkoraġġixxi, għaldaqstant, l-inklużjoni ta' ħiliet speċifiċi fil-kurrikulu bl-għan li jiżdiedu l-opportunitajiet ta' impjieg transfruntier, inklużi l-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħiliet; |
16. |
Jinkoraġġixxi diversi miżuri li għandhom l-għan li jiġġieldu lill-forom kollha ta' diskriminazzjoni fir-reġjuni tal-fruntiera u li jneħħu l-ostakli għall-persuni vulnerabbli biex isibu impjieg u jiġu integrati fis-soċjetà; jappoġġja, f'dan ir-rigward, il-promozzjoni u l-iżvilupp ta' intrapriżi soċjali fir-reġjuni tal-fruntiera bħala sors ta' ħolqien ta' impjiegi, b'mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli bħalma huma ż-żgħażagħ qiegħda u l-persuni b'diżabilità; |
17. |
Jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni dwar Gvern-e għall-2016-2020 (16) bħala għodda biex tinkiseb amministrazzjoni pubblika effiċjenti u inklużiva, u jirrikonoxxi l-valur partikolari ta' dan il-pjan għal miżuri ta' semplifikazzjoni fir-reġjuni tal-fruntieri; jinnota li l-interoperabilità tas-sistemi eżistenti ta' gvern-e hija meħtieġa fil-livelli amministrattivi nazzjonali, reġjonali u lokali; huwa mħasseb madankollu dwar l-inkonsistenzi fl-implimentazzjoni tal-pjan f'xi Stati Membri; huwa wkoll imħasseb dwar l-interoperabbiltà ta' spiss inadegwata tas-sistemi elettroniċi tal-awtoritajiet u l-livell baxx ta' servizzi online disponibbli għal intraprendituri barranin li jibdew negozju f'pajjiż ieħor; jappella, għaldaqstant, biex l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiffaċilitaw l-aċċess, inklużi l-għodod lingwistiċi, għas-servizzi diġitali tagħhom għal utenti potenzjali minn żoni ġirien u jappella lill-awtoritajiet fir-reġjuni transfruntiera biex jistabbilixxu portali elettroniċi għall-iżvilupp ta' inizjattivi kummerċjali transfruntiera; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, reġjonali u lokali biex iżidu l-isforzi tagħhom fuq proġetti ta' gvern-e li jħallu impatt pożittiv fuq il-ħajja u x-xogħol taċ-ċittadini tal-fruntiera; |
18. |
Jinnota li xi reġjuni tal-fruntieri interni u esterni qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' sfidi serji ta' migrazzjoni li ta' spiss imorru lil hinn mill-kapaċità tar-reġjuni tal-fruntiera, u jinkoraġġixxi l-użu xieraq ta' programmi Interreg, kif ukoll l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fiż-żoni tal-fruntieri, fil-qafas tal-integrazzjoni tar-rifuġjati taħt il-protezzjoni internazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa għal appoġġ u koordinazzjoni fil-livell Ewropew, kif ukoll ħtieġa li l-gvernijiet nazzjonali jappoġġjaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-indirizzar ta' dawn l-isfidi; |
19. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta l-perspettivi tagħha dwar l-indirizzar tal-isfidi ppreżentati lir-reġjuni marittimi interni kif ukoll dawk tal-fruntieri esterni; jappella għal aktar appoġġ għall-proġetti transfruntiera bejn ir-reġjuni tal-fruntieri esterni tal-UE u r-reġjuni tal-fruntiera ta' pajjiżi ġirien, b'mod partikolari reġjuni ta' dawk il-pajjiżi terzi li huma involuti fil-proċess ta' integrazzjoni tal-UE; itenni, f'dan il-kuntest, li l-karatteristiċi u l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-reġjuni tal-fruntieri kollha huma komuni sa ċertu punt, filwaqt li jeħtieġu approċċ differenzjat imfassal apposta; jisħaq fuq il-ħtieġa li jingħataw attenzjoni speċjali u appoġġ adegwat lir-reġjuni ultraperiferiċi tal-fruntieri esterni tal-UE; |
20. |
Jisħaq li l-politika ta' koeżjoni futura għandha tqis b'mod adegwat u tipprovdi appoġġ lir-reġjuni tal-UE l-aktar milquta mill-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari dawk li, bħala riżultat ta' dan, ser isibu ruħhom tal-fruntiera tal-UE (art jew baħar); |
21. |
Jappella lill-Istati Membri biex itejbu l-komplementarjetà tas-servizzi tas-saħħa tagħhom fir-reġjuni tal-fruntiera u jiżguraw kooperazzjoni ġenwina fl-għoti ta' servizzi ta' emerġenza transfruntiera bħall-interventi għall-kura tas-saħħa, tal-pulizija u tas-servizzi tat-tifi tan-nar sabiex b'hekk jiżguraw li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-pazjenti, kif previst fid-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transfruntiera, kif ukoll jiżdiedu d-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi; jappella lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-muniċipalitajiet biex jikkonkludu ftehimiet qafas bilaterali jew multilaterali dwar il-kooperazzjoni rigward il-kura tas-saħħa transfruntiera u, f'dan il-kuntest, jiġbed l-attenzjoni għaż-żoni hekk imsejħa ZOAST (Zones Organisées d'Accès aux Soins Transfrontaliers) fejn ir-residenti tat-territorji tal-fruntiera jistgħu jirċievu kura tas-saħħa fuq kull naħa tal-fruntiera f'istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa apposta mingħajr ebda ostaklu amministrattiv jew finanzjarju u li saru punti ta' riferiment għall-kooperazzjoni dwar il-kura tas-saħħa transfruntiera madwar l-Ewropa; |
22. |
Jappella lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltajiet li ttejjeb il-kooperazzjoni u tegħleb l-ostakli għall-iżvilupp reġjonali tal-fruntieri esterni ma' reġjuni ġirien, b'mod partikolari, mar-reġjuni ta' dawk il-pajjiżi li qegħdin iħejju għall-adeżjoni mal-UE; |
23. |
Jenfasizza l-importanza ta' proġetti fuq skala żgħira u transfruntiera bil-għan li jgħaqqdu lin-nies u b'hekk jinħoloq potenzjal ġdid għall-iżvilupp lokali; |
24. |
Jissottolinja l-importanza li nitgħallmu mill-potenzjal tal-istejjer ta' suċċess minn xi reġjuni tal-fruntiera u nagħmlu użu ulterjuri minnu; |
25. |
Jissottolinja l-importanza tal-isport bħala għodda li tiffaċilita l-integrazzjoni ta' komunitajiet li jgħixu fir-reġjuni tal-fruntiera u jappella lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex jallokaw riżorsi ekonomiċi xierqa għal programmi ta' kooperazzjoni territorjali biex tiġi ffinanzjata l-infrastruttura għall-isport lokali; |
L-isfruttar ta' għodod tal-UE għal koerenza mtejba
26. |
Jissottolinja r-rwol importanti u pożittiv ħafna tal-programmi tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (ETC), u b'mod partikolari l-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali u fil-koeżjoni tar-reġjuni tal-fruntiera inklużi reġjuni marittimi u tal-fruntieri esterni; jilqa' l-fatt li fil-proposta tal-Kummissjoni għall-QFP 2021-2027, l-ETC inżamm bħala objettiv importanti bi rwol aktar distint fi ħdan il-politika ta' koeżjoni wara l-2020 u jappella għal żieda sinifikanti fil-baġit, partikolarment għall-komponent transfruntier; jissottolinja l-valur miżjud Ewropew perċepit tal-ETC u jappella lill-Kunsill biex jadotta l-approprjazzjonijiet proposti f'dan ir-rigward; jissottolinja fl-istess waqt il-ħtieġa li jiġu ssimplifikati l-programmi, tiġi żgurata koerenza aħjar tal-ETC mal-għanijiet ġenerali tal-UE u l-programmi jingħataw flessibilità sabiex jindirizzaw aħjar l-isfidi lokali u reġjonali, jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għall-benefiċjarji u jiġi ffaċilitat aktar investiment fi proġetti ta' infrastruttura sostenibbli permezz tal-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera; jappella lill-awtoritajiet fir-reġjuni transfruntiera biex jagħmlu użu aktar intensiv mill-appoġġ mogħti permezz ta' dawn il-programmi; |
27. |
Jappella lill-Kummissjoni biex regolarment tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew dwar lista ta' ostakli li jkunu tneħħew fil-qasam tal-kooperazzjoni transfruntiera; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-użu ta' għodod innovattivi eżistenti, li jikkontribwixxu għall-modernizzazzjoni u l-approfondiment li għaddejjin bħalissa tal-kooperazzjoni transfruntiera, bħall-Punt Fokali tal-Fruntieri, SOLVIT imsaħħaħ, kif ukoll il-Gateway Diġitali Unika, bl-għan li jiġi organizzat għarfien espert u pariri dwar aspetti reġjonali transfruntiera, u li jiġu żviluppati ulterjorment oħrajn ġodda; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex l-amministrazzjonijiet pubbliċi jagħmluhom diġitali b'mod standard sabiex jiżguraw servizzi pubbliċi diġitali mill-bidu sal-aħħar għaċ-ċittadini u għan-negozji fir-reġjuni tal-fruntiera; |
28. |
Jissottolinja l-importanza li l-Kummissjoni tiġbor informazzjoni dwar l-interazzjoni transfruntiera bil-għan ta' proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet aħjar u aktar informat f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet, u tappoġġja u tiffinanzja proġetti pilota, programmi, studji, analiżi u riċerka territorjali; |
29. |
Jappella biex isir użu aħjar mill-potenzjal tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE fl-indirizzar tal-isfidi relatati mar-reġjuni tal-fruntiera; |
30. |
Jemmen li l-politika ta' koeżjoni għandha tkun aktar orjentata lejn l-investiment fin-nies billi l-ekonomiji tar-reġjuni tal-fruntiera jistgħu jingħataw spinta permezz ta' ġabra effettiva ta' investimenti fl-innovazzjoni, fil-kapital uman, fil-governanza tajba u fil-kapaċità istituzzjonali; |
31. |
Jiddispjaċih li l-potenzjal tar-Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali mhux qiegħed jiġi sfruttat bis-sħiħ, li jista' jkun parzjalment dovut għar-riżervi tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, u parzjalment għall-biża' tagħhom dwar trasferiment ta' kompetenzi u nuqqas attwali ta' sensibilizzazzjoni fir-rigward tal-kompetenzi rispettivi tagħhom; jappella sabiex kwalunkwe kawża oħra possibbli ta' din is-sitwazzjoni tiġi identifikata u indirizzata malajr; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri biex jingħelbu l-ostakli għall-applikazzjoni effettiva ta' dan l-istrument; ifakkar li r-rwol prinċipali tal-Kummissjoni fil-programmi tal-ETC għandu jkun li tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri; |
32. |
Iħeġġeġ li tingħata konsiderazzjoni lill-esperjenzi tal-bosta Euroregions li jeżistu u li qegħdin joperaw bejn ir-reġjuni tal-fruntiera interna u esterna tal-UE sabiex jittejbu l-opportunitajiet għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini li jgħixu fir-reġjuni tal-fruntiera; jappella sabiex issir valutazzjoni tal-ħidma ta' Euroregions fil-qasam tal-kooperazzjoni reġjonali u fir-relazzjoni tagħhom mal-inizjattivi u l-ħidma tar-reġjuni tal-fruntiera tal-UE, sabiex jiġu kkoordinati u ottimizzati r-riżultati tal-ħidma tagħhom f'dan il-qasam; |
33. |
Jissottolinja li l-Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali tikkontribwixxi għal fehim aħjar tal-impatt spazjali tal-politiki; jappella lill-Kummissjoni tikkunsidra tagħti rwol aktar b'saħħtu lill-Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali meta jiġu proposti inizjattivi leġiżlattivi tal-UE; |
34. |
Jemmen bis-sħiħ li konvenzjoni Ewropea transfruntiera (ECBC) li tippermetti, fil-każ ta' infrastruttura jew servizz transfruntieri territorjalment limitati (pereżempju sptar jew linja tat-tramm), l-applikazzjoni tal-qafas normattiv nazzjonali u/jew l-istandards ta' wieħed miż-żewġ pajjiżi jew aktar ikkonċernati tkompli tnaqqas l-ostakli transfruntiera; jilqa' f'dan il-kuntest il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f'kuntest transfruntier (COM(2018)0373) li ġiet ippubblikata reċentement; |
35. |
Jistenna l-proposta prospettiva għal regolament tal-Kummissjoni dwar għodda ta' ġestjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera sabiex tiġi vvalutata l-utilità tagħha għar-reġjuni kkonċernati; |
o
o o
36. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, lill-KtR u lill-KESE. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.
(3) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19.
(5) Testi adottati, P8_TA(2018)0067.
(6) Testi adottati, P8_TA(2018)0105.
(7) Testi Adottati, P8_TA(2017)0254.
(8) Testi adottati, P8_TA(2017)0245.
(9) Testi adottati, P8_TA(2017)0222.
(10) Testi adottati, P8_TA(2017)0053.
(11) ĠU C 207, 30.6.2017, p. 19.
(12) Testi adottati, P8_TA(2016)0320.
(13) Testi adottati, P8_TA(2016)0321.
(14) Testi adottati, P8_TA(2016)0211.
(15) Rapport Annwali dwar l-SME Ewropej, 2016/2017, p. 6.
(16) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 2016 intitolata "Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Gvern elettroniku għall-2016-2020 – Inħaffu t-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika"(COM(2016)0179).
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/31 |
P8_TA(2018)0331
Miżuri biex jiġu evitati u miġġielda l-mobbing u l-fastidju sesswali fil-post tax-xogħol, fl-ispazji pubbliċi, u fil-ħajja politika fl-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-fastidju morali u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol, fi spazji pubbliċi, u fil-ħajja politika fl-UE (2018/2055(INI))
(2019/C 433/07)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 8, 10, 19 u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li daħlet fis-seħħ bit-Trattat ta' Lisbona f'Diċembru 2009 (1), u, b'mod partikolari, l-Artikoli 1, 20, 21, 23 u 31 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tal-2014 bit-titlu "Violence against women: an EU-wide survey"(Il-vjolenza fuq in-nisa: stħarriġ madwar l-UE) (2), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (3), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi, li tiddefinixxi u tikkundanna l-fastidju u l-fastidju sesswali (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), |
— |
wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-EIGE ta' Ġunju 2017 bit-titlu "Il-vjolenza ċibernetika kontra n-nisa u l-bniet", |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-Triju ta' Presidenzi tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tad-19 ta' Lulju 2017 mill-Estonja, il-Bulgarija u l-Awstrija, |
— |
wara li kkunsidra l-istrumenti legali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u b'mod partikolari tad-drittijiet tan-nisa, bħalma huma l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patti Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Protokoll tagħha, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra, |
— |
wara li kkunsidra strumenti oħra tan-NU dwar il-fastidju sesswali u l-vjolenza fuq in-nisa, bħalma huma d-Dikjarazzjoni ta' Vjenna u l-Programm ta' Azzjoni tal-25 ta' Ġunju 1993 adottati mill-Konferenza Dinjija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, id-Dikjarazzjoni mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa tal-20 ta' Diċembru 1993, ir-Riżoluzzjoni dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-kriminalità u għall-ġustizzja kriminali sabiex tiġi eliminata l-vjolenza kontra n-nisa tal-21 ta' Lulju 1997, ir-rapporti mir-Rapporteurs Speċjali tan-NU dwar il-vjolenza fuq in-nisa, u r-rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 19 mill-kumitat CEDAW, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Beijing u l-Pjattaforma ta' Azzjoni adottata mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995, u d-dokumenti ta' eżitu sussegwenti adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-NU Beijing +5 (2000), Beijing +10 (2005), Beijing +15 (2010) u Beijing +20 (2015), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (5) (id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 2012 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati (Direttiva dwar in-Nisa fuq Bordijiet) (COM(2012)0614), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar il-Fastidju u l-Vjolenza fuq il-Post tax-Xogħol tas-26 ta' April 2007 bejn KETU/CES, BUSINESSEUROPE, UEAPME u CEEP, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tan-Netwerk Ewropew għall-korpi tal-ugwaljanza (EQUINET) bit-titlu "The Persistence of Discrimination, Harassment and Inequality for Women. The work of equality bodies informing a new European Commission Strategy for Gender Equality"(Il-Persistenza tad-Diskriminazzjoni, il-Fastidju u l-Inugwaljanza fil-konfront tan-Nisa. Ix-xogħol tal-korpi tal-ugwaljanza li jinfurmaw dwar Strateġija ġdida tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi), ippubblikat fl-2015, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport EQUINET bit-titlu "Harassment on the Basis of Gender and Sexual Harassment: Supporting the Work of Equality Bodies"(Fastidju Abbażi tal-Fastidju Sesswali u dak ibbażat fuq il-Ġeneri: Appoġġ għall-Ħidma tal-Korpi tal-Ugwaljanza), ippubblikat fl-2014, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 40 tagħha (6), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-20 ta' Settembru 2001 dwar il-fastidju fuq il-post tax-xogħol (8), tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa (9), tal-5 ta' April 2011 dwar prijoritajiet u punti prinċipali ta' qafas politiku ġdid tal-UE rigward il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (10), tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rieżami ta' nofs il-perjodu tal-istrateġija Ewropea 2007-2012 dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (11), tal-25 ta' Frar 2014 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-Vjolenza Fuq in-Nisa (12) u l-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew li takkumpanjahom ta' Novembru 2013, u tal-24 ta' Novembru 2016 dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (13), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu 2017 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2014-2015 (14), tal-10 ta' Marzu 2015 dwar progress dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013 (15), tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar miżuri leġittimi għall-ħarsien ta' informaturi li jkunu qed jaġixxu fl-interess pubbliku meta jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali dwar kumpaniji u korpi pubbliċi (16), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (17), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions bit-titlu "Safe at home, safe at work – Trade union strategies to prevent, manage and eliminate work-place harassment and violence against women"(Sikuri d-dar, sikuri fuq il-post tax-xogħol – Strateġiji tat-trade unions sabiex jiġu evitati, ġestiti u eliminati l-fastidju u l-vjolenza fuq in-nisa fuq il-post tax-xogħol), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport għal-Laqgħa ta' Esperti dwar il-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Irġiel fid-Dinja tax-Xogħol (3-6 ta' Ottubru 2016), organizzata mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, |
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-Unjoni Interparlamentari bit-titlu "Sexism, harassment and violence against women parliamentarians (2016)"(Sessiżmu, fastidju u vjolenza fuq il-parlamentari nisa, ippubblikat fl-2016 (18), |
— |
wara li kkunsidra l-istudju bit-titlu "Bullying and sexual harassment at the workplace, in public spaces, and in political life in the EU"(il-Bullying u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol, fi spazji pubbliċi, u fil-ħajja politika fl-UE, ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu f'Marzu 2018 (19), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0265/2018), |
A. |
billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija valur fundamentali tal-UE, rikonoxxut fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; billi l-vjolenza bbażata fuq is-sessi tirriżulta minn bilanċ ta' poter u responsabbiltajiet mhux ugwali fir-relazzjonijiet bejn l-irġiel u n-nisa u hija marbuta mal-patrijarkiżmu u d-diskriminazzjoni persistenti bbażata fuq is-sessi; |
B. |
billi l-anzjani, speċjalment in-nisa waħedhom aktar anzjani, jirrappreżentaw grupp soċjali partikolarment vulnerabbli meta jħabbtu wiċċhom ma' fastidju psikoloġiku u fiżiku u bullying; |
C. |
billi l-fastidju sesswali huwa ddefinit fid-Direttiva 2002/73/KE bħala "fejn kwalunkwe forma ta' mġiba mhux mixtieqa verbali jew mhux verbali ta' natura sesswali sseħħ bl-iskop jew bl-effett li twaqqa' d-dinjità ta' persuna, b'mod partikolari meta toħloq intimidazzjoni, ambjent ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv"; |
D. |
billi din id-definizzjoni għandha tiġi riformulata fid-dawl tal-iżviluppi u d-drawwiet soċjali u teknoloġiċi, li maż-żmien raw evoluzzjoni u tibdil; |
E. |
billi l-ġlieda kontra l-fastidju minħabba raġunijiet ta' tqala u ta' maternità hija meħtieġa sabiex jinkiseb bilanċ reali bejn ix-xogħol u l-ħajja għan-nisa; |
F. |
billi l-fastidju sesswali huwa forma ta' vjolenza u huwa l-aktar forma estrema, saħansitra persistenti, ta' diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi; billi madwar 90 % tal-vittmi ta' fastidju sesswali huma nisa u madwar 10 % huma rġiel; billi, skont studju tal-FRA li twettaq fl-2014 madwar l-UE bit-titlu "Violence against women"(Il-vjolenza fuq in-nisa), mara waħda minn kull tlieta esperjenzat vjolenza fiżika jew sesswali matul il-ħajja adulta tagħha; billi sa 55 % tan-nisa ġarrbu fastidju sesswali fl-UE; billi 32 % tal-vittmi kollha fl-UE rrappurtaw li l-awtur kien superjur, kollega jew klijent; billi 75 % tan-nisa fi professjonijiet li jirrikjedu kwalifiki speċifiċi jew f'impjiegi ta' maniġment superjuri ġarrbu fastidju sesswali; billi 61 % tan-nisa impjegati fis-settur tas-servizzi kienu soġġetti għal fastidju sesswali; billi, b'mod globali, bejn 5 % u 10 % tal-forza tax-xogħol Ewropea qed tkun soġġetta għal bullying fi kwalunkwe ħin speċifiku; |
G. |
billi l-fastidju sesswali u dak psikoloġiku huma pprojbiti fl-impjiegi fil-livell tal-UE, inkluż fir-rigward tal-aċċess għall-impjiegi, it-taħriġ vokazzjonali u l-promozzjoni, u jaqgħu taħt il-kunsiderazzjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà; |
H. |
billi hija r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE li jkomplu jtejbu l-mekkaniżmi fis-seħħ billi jimplimentaw ir-regoli l-aktar effiċjenti sabiex jissensibilizzaw dwar id-definizzjoni ta' fastidju sesswali u jipproteġu lill-ħaddiema; |
I. |
billi l-każijiet ta' fastidju sesswali huma rrappurtati b'mod sinifikantement aktar baxx minħabba s-sensibilizzazzjoni soċjali baxxa dwar il-kwistjoni, il-biża' u l-mistħija assoċjati mat-taħdit ma' persuni oħra dwar is-suġġett, il-biża' mit-tkeċċija, id-diffikultajiet fil-ksib ta' evidenza ir-rappurtar insuffiċjenti, il-kanali għall-monitoraġġ u l-protezzjoni tal-vittmi, u n-normalizzazzjoni tal-vjolenza; |
J. |
billi r-rappurtar ta' fastidju sesswali fuq ix-xogħol jista' f'ħafna każijiet iwassal għal tkeċċija jew iżolament tal-vittma fuq il-post tax-xogħol; billi reati anqas serji, meta jitħallew mhux ittrattati, jipprovdu motivazzjoni għal reati aktar serji; |
K. |
billi l-bullying u l-fastidju sesswali jkomplu jirrappreżentaw problemi serji f'varjetà ta' kuntesti soċjali, inkluż il-post tax-xogħol, l-ispazji pubbliċi, l-ispazji virtwali bħall-internet, u l-ħajja politika, u qed jitwettqu dejjem aktar bl-użu ta' teknoloġiji ġodda, pereżempju siti web jew netwerks soċjali, li jippermettu lil dawk li jwettqu r-reati jħossuhom sikuri fl-anonimità; |
L. |
billi fil-kuntest ta' forom ġodda emerġenti tal-organizzazzjoni tax-xogħol u tal-ħajja soċjali u nuqqas ta' ċarezza fil-konfini bejn il-ħajja privata, professjonali u soċjali, l-imġiba negattiva lejn individwi jew gruppi soċjali tista' tiġi intensifikata; billi l-bullying fuq il-post tax-xogħol jista' ħafna drabi jieħu varjetà ta' forom, u jseħħ kemm fir-relazzjonijiet vertikali (imwettqa minn superjur jew minn subordinati) kif ukoll fir-relazzjonijiet orizzontali (imwettqa minn kollegi tax-xogħol fl-istess livell tal-ġerarkija); |
M. |
billi l-fastidju sesswali u dak psikoloġiku huma fenomeni li jinvolvu vittmi u awturi ta' kull età, sfond edukattiv u kulturali, introjti u pożizzjonijiet soċjali, u billi dan il-fenomenu għandu konsegwenzi fiżiċi, sesswali, emozzjonali u psikoloġiċi għall-vittmi; billi l-isterjotipi tas-sessi u s-sessiżmu, inkluż diskors ta' mibegħda sessista, offline u online, huma l-kawżi prinċipali ta' bosta forom ta' vjolenza u diskriminazzjoni kontra n-nisa u jipprevjenu l-emanċipazzjoni tan-nisa; |
N. |
billi d-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi tiddefinixxi l-vjolenza bbażata fuq is-sessi bħala ksur tal-libertajiet fundamentali tal-vittma u tinkludi vjolenza sesswali (inklużi stupru, attakki u fastidji sesswali); billi l-vittmi nisa ta' vjolenza bbażata fuq is-sessi u t-tfal tagħhom ta' spiss jirrikjedu appoġġ u protezzjoni speċjali minħabba r-riskju għoli li jiġu ripetuti l-vittimizzazzjoni, l-intimidazzjoni u r-ritaljazzjoni marbuta ma' tali vjolenza; |
O. |
billi l-vjolenza fid-dinja tax-xogħol ta' spiss hija indirizzata b'mod sporadiku, li primarjament jiffoka fuq forom aktar viżibbli, bħall-vjolenza fiżika; billi, madankollu, il-fastidju sesswali u dak psikoloġiku jista' jkollhom effetti distruttivi saħansitra akbar fuq l-individwu kkonċernat; |
P. |
billi l-atti ta' sessiżmu u l-fastidju sesswali li jirriżulta, li n-nisa jistgħu jkunu soġġetti għalihom fuq il-post tax-xogħol, huma fattur kontribwenti li jimbuttahom 'il barra mis-suq tax-xogħol, li għandu effett negattiv fuq l-indipendenza ekonomika u fuq id-dħul tal-familja tagħhom; |
Q. |
billi n-nisa li huma vittmi ta' fastidju u vjolenza f'żoni rurali u remoti fl-UE normalment ikollhom aktar diffikultà biex jiksbu l-assistenza sħiħa u l-protezzjoni mill-aggressuri; |
R. |
billi l-effetti kemm tal-fastidju fiżiku kif ukoll dak verbali, inkluż dak imwettaq online, għandhom effetti ta' ħsara mhux biss fuq terminu qasir iżda wkoll fuq terminu twil, u jistgħu jinkludu per eżempju l-istress u d-depressjoni klinika severa u anki jwasslu lill-vittmi għas-suwiċidju, kif intwera miż-żieda fir-rapporti ta' tali każijiet; billi, flimkien mar-riżultati negattivi tas-saħħa, il-bullying u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol għandhom ukoll impatti negattivi fuq il-karriera ta' individwu, fuq l-organizzazzjonijiet u fuq is-soċjetà, bħal żieda fl-assenteiżmu, produttività u kwalità tas-servizz imnaqqsa, u t-telf ta' kapital uman; |
S. |
billi d-dritt tal-UE jirrikjedi lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE li jiżguraw li jkun stabbilit korp tal-ugwaljanza biex jipprovdi għajnuna indipendenti lill-vittmi ta' fastidju, iwettaq stħarriġ indipendenti, jiġbor data rilevanti, diżaggregata u komparabbli, iwettaq riċerka dwar definizzjonijiet u klassifikazzjonijiet, jippubblika rapporti indipendenti u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-impjieg u t-taħriġ, dwar l-aċċess għall-oġġetti u s-servizzi u l-provvista tagħhom, u għal dawk impjegati għal rashom; |
T. |
billi n-nisa fl-UE mhumiex protetti b'mod ugwali kontra l-vjolenza bbażata fuq is-sessi u l-fastidju sesswali u psikoloġiku minħabba l-fatt li l-politiki u l-leġiżlazzjoni jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor; billi s-sistemi ġudizzjarji mhux dejjem jipprovdu biżżejjed appoġġ lin-nisa; billi l-awturi tal-vjolenza bbażata fuq is-sessi ta' spiss ikunu persuni li l-vittma diġà tkun tafhom, u billi, f'ħafna każijiet, il-vittmi jkunu f'pożizzjoni ta' dipendenza, filwaqt li dan il-fatt iżid il-biża' tagħhom biex jirrappurtaw il-vjolenza; |
U. |
billi l-Istati Membri kollha ffirmaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul, iżda mhux kollha rratifikawha, u billi dan id-dewmien qed jimpedixxi l-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni; |
V. |
billi s-sessiżmu u l-fastidju sesswali u psikoloġiku tan-nisa parlamentari huma reali u mifruxa; billi l-awturi tal-fastidju u tal-voljenza ma jappartjenux biss għall-gradi ta' avversarji politiċi, iżda jistgħu jkunu wkoll membri tal-istess partit politiku, kif ukoll mexxejja reliġjużi, awtoritajiet lokali, u saħansitra membri tal-familja; |
W. |
billi l-politiċi, bħala rappreżentanti eletti taċ-ċittadini, għandhom responsabbiltà kruċjali li jaġixxu bħala mudelli pożittivi fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-fastidju sesswali fis-soċjetà; |
X. |
billi l-leġittimità tan-nisa fl-isfera politika għadha xi kultant tiġi sfidata, u billi n-nisa huma vittmi ta' sterjotipi, li jiskoraġġuhom milli jinvolvu ruħhom fil-politika, fenomenu li huwa partikolarment kospikwu kull fejn in-nisa fil-politika jkunu inqas rappreżentati; |
Y. |
billi la l-parlamenti nazzjonali u reġjonali kollha, u lanqas il-kunsilli lokali kollha m'għandhom fis-seħħ strutturi u regoli interni speċifiċi li jistabbilixxu mezzi xierqa sabiex jiġu żgurati tressiq u trattament sikuri, kunfidenzjali ta' lmenti dwar fastidju; billi t-taħriġ dwar il-fastidju sesswali u psikoloġiku jenħtieġ li jkun obbligatorju għall-persunal kollu u għall-membri kollha tal-parlament, inkluż il-Parlament Ewropew; |
Z. |
billi l-vjolenza domestika hija wkoll kwistjoni ta' post tax-xogħol, peress li jista' jkollha impatt fuq il-parteċipazzjoni, il-prestazzjoni u s-sikurezza tax-xogħol tal-vittma; |
AA. |
billi l-fastidju sesswali u psikoloġiku ma jsirux biss fuq il-post tax-xogħol, iżda anke fi spazji pubbliċi, inkluż f'ambjenti edukattivi formali u informali, f'faċilitajiet tal-kura tas-saħħa u ta' rikreazzjoni, fit-toroq u fit-trasport pubbliku; |
AB. |
billi l-istalking ċibernetiku u l-fastidju ċibernetiku jinvolvu l-użu ta' teknoloġiji ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni biex iwettqu stalking, jagħtu fastidju, jikkontrollaw jew jimmanipulaw persuna; billi l-fastidju ċibernetiku huwa problema partikolari għaż-żgħażagħ nisa minħabba li dawn jagħmlu użu akbar minn dawn il-mezzi; billi 20 % taż-żgħażagħ nisa (ta' bejn it-18 u d-29 sena) fl-UE-28 esperjenzaw fastidju ċibernetiku; |
AC. |
billi studju tal-2016 sab li aktar minn nofs in-nisa esperjenzaw xi forma ta' fastidju sesswali fuq il-postijiet tax-xogħol fir-Renju Unit, iżda erbgħa minn kull ħamsa ma rrappurtawx il-fastidju lil min iħaddimhom (20); |
AD. |
billi t-teknoloġiji ġodda għandhom ukoll il-potenzjal li jkunu alleat fl-analiżi, il-fehim u l-prevenzjoni ta' każijiet ta' vjolenza; |
AE. |
billi n-nisa, in-nisa żgħażagħ b'mod partikolari, qed jiġu soġġetti għal bullying u fastidju sesswali li jinvolvu l-użu ta' teknoloġiji ġodda, pereżempju siti web u netwerks soċjali, xi drabi organizzati permezz ta' fora jew gruppi sigrieti fuq il-midja soċjali; billi dawn l-atti jinkludu theddid ta' stupru, theddid tal-mewt, attentati ta' hacking u l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni privata u ritratti; billi, fil-kuntest tal-użu mifrux tal-midja online u soċjali, huwa stmat li waħda minn kull għaxar bniet kienet diġà esperjenzat, sal-età ta' 15-il sena, xi forma ta' vjolenza ċibernetika, inkluż stalking ċibernetiku u fastidju; billi n-nisa li jkollhom rwol pubbliku, fost l-oħrajn il-ġurnalisti u b'mod partikolari LGBTI u nisa b'diżabbiltà, huma l-mira ewlenija ta' bullying ċibernetiku u vjolenza online, u billi xi wħud kellhom iħallu n-netwerks soċjali bħala riżultat, peress li jkunu esperjenzaw biża' fiżika, stress, problemi ta' konċentrazzjoni, biża' li jmorru d-dar u inkwiet dwar l-għeżież tagħhom; |
AF. |
billi l-prevenzjoni ta' fastidju f'ambjenti tax-xogħol tista' tinkiseb biss meta kemm il-kumpaniji privati kif ukoll dawk pubbliċi joħolqu kultura li fiha n-nisa jiġu ttrattati bħala ugwali u l-impjegati jittrattaw lil xulxin b'rispett; |
AG. |
billi r-riċerka wriet li l-fastidju huwa komuni ħafna fil-postijiet tax-xogħol fejn l-irġiel jiddominaw il-maniġment u n-nisa għandhom ftit poter, bħall-industriji tad-divertiment u tal-midja, iżda li dan jiġri wkoll f'kumpaniji tat-teknoloġija u tal-liġi, fil-bejgħ u f'ħafna setturi oħra jekk timijiet ta' maniġment iddominati mill-irġiel jittolleraw it-trattament sesswalizzat tal-ħaddiema; billi kumpaniji b'aktar nisa fil-maniġment għandhom inqas fastidju sesswali; |
Rakkomandazzjonijiet ġenerali
1. |
Jikkundanna bil-qawwa kull tip ta' vjolenza kontra n-nisa (VAW) kif deskritt f'CEDAW u l-Konvenzjoni ta' Istanbul; |
2. |
Jenfasizza li l-fastidju sesswali huwa ksur tad-drittijiet tal-bniedem marbut ma' strutturi ta' poter patrijarkali li jeħtieġ li jingħata sura ġdida bħala kwistjoni ta' urġenza; |
3. |
Jenfasizza r-rwol ċentrali tal-irġiel kollha sabiex jitneħħew il-forom kollha ta' fastidju u vjolenza sesswali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha jinvolvu b'mod attiv lill-irġiel f'kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' prevenzjoni, kif ukoll f'kampanji edukattivi għall-ugwaljanza bejn is-sessi; jenfasizza li l-kampanji ta' prevenzjoni jeħtieġ ukoll li jiffokaw fuq reati inqas serji; |
4. |
Isostni li miżuri ta' sensibilizzazzjoni u kampanji għall-prevenzjoni tal-vjolenza kontra tfajliet u nisa għandhom jiġu estiżi għas-subien ukoll u għandhom jiġu organizzati matul l-istadji inizjali tal-edukazzjoni; |
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw l-implimentazzjoni korretta tad-direttivi tal-UE li jipprojbixxu l-fastidju sesswali; |
6. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet ta' azzjoni u leġiżlazzjoni nazzjonali komprensivi dwar il-VAW, filwaqt li jagħtu attenzjoni xierqa biex jipprovdu riżorsi adegwati, inkluż imma mhux limitat għal taħriġ tal-persunal u ffinanzjar suffiċjenti, għall-korpi tal-ugwaljanza; |
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkompila eżempji tal-aħjar prattiki fil-ġlieda kontra l-fastidju sesswali u psikoloġiku u l-fastidju rigward it-tqala u l-maternità fuq il-post tax-xogħol u fi sferi oħra, u xxerred ir-riżultati ta' din il-valutazzjoni b'mod wiesa'; |
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw mekkaniżmi ta' finanzjament xierqa u adegwati għal programmi u azzjonijiet kontra l-fastidju sesswali u psikoloġiku kontra n-nisa fil-livelli kollha, b'enfasi partikolari fuq l-użu ta' teknoloġiji ġodda u l-mezzi pprovduti mill-innovazzjoni, pereżempju permezz ta' investiment akbar fi proċessi ta' riċerka u innovazzjoni li jfittxu li jittimbraw dan il-fenomenu; |
9. |
Jistieden lill-Ombudsman Ewropew tiġbor data dwar ir-regoli ta' protezzjoni differenti li jeżistu fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE u toħroġ konklużjonijiet vinkolanti sabiex tarmonizza r-regoli bl-aħjar standards; |
10. |
Jiddispjaċih li xi Stati Membri għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni ta' Istanbul u jistieden lill-Istati Membri kollha li għadhom ma għamlux dan, biex jirratifikawha u jimplimentawha bis-sħiħ mingħajr dewmien; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri li diġà rratifikaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul biex jimplimentawha b'mod sħiħ; |
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiksbu stampa ċara tal-kwistjoni dwar il-fastidju sesswali madwar l-UE bi studji aħjar u xjentifikament aktar sodi, inklużi sfidi ġodda bħall-bullying ċibernetiku; |
12. |
Jilqa' d-dibattitu pubbliku ġdid mifrux, inkluż fuq il-midja soċjali, li qed jikkontribwixxi għat-tfassil mill-ġdid tal-konfini fir-rigward tal-fastidju sesswali u tal-imġiba aċċettabbli; jilqa', b'mod partikolari, inizjattivi bħall-moviment #MeToo u jappoġġja bis-sħiħ lin-nisa u lit-tfajliet kollha li pparteċipaw fil-kampanja, inklużi dawk li ddenunzjaw lill-awturi tagħhom; |
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta biex tikkumbatti l-fastidju morali u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol, fi spazji pubbliċi u fil-ħajja politika, u biex tinkludi fiha definizzjoni aġġornata u komprensiva ta' fastidju (kemm sesswali kif ukoll mod ieħor) u fastidju morali; |
14. |
Jenfasizza l-bżonn li jiġu miġġielda l-fastidju jew l-intimidazzjoni persistenti u prolongati tal-ħaddiema li jikkawżaw, jew huma maħsuba biex jikkawżaw l-umiljazzjoni jew l-iżolament tagħhom jew l-esklużjoni tagħhom mit-tim ta' koħaddiema tagħhom; |
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, f'kooperazzjoni mal-Eurostat u l-EIGE, itejbu, jippromwovu u jiżguraw il-ġbir sistematiku ta' data rilevanti, komparabbli, diżaggregata abbażi tas-sessi u l-età, dwar każijiet ta' diskriminazzjoni sesswali u dik ibbażata fuq is-sessi u l-fastidju psikoloġiku, inkluż il-fastidju ċibernetiku, fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali; iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, lit-trade unions u lill-impjegaturi biex jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċess tal-ġbir tad-data, billi jipprovdu għarfien espert speċifiku għas-settur u għax-xogħol; |
16. |
Jinnota li biex jinkisbu ċifri komparabbli dwar il-prevalenza tal-fastidju sesswali u tal-bullying madwar l-Istati Membri, għandhom jiġu prijoritizzati aktar is-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-problemi permezz ta' sforzi konċertati biex tinxtered l-informazzjoni u jingħata t-taħriġ; |
17. |
Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tissottometti proposta għal direttiva sabiex jiġu indirizzati l-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-vjolenza bbażata fuq is-sessi, li għandha tinkludi definizzjonijiet komuni tat-tipi differenti ta' VAW, inkluża definizzjoni aġġornata u komprensiva tal-fastidju (b'mod sesswali jew mod ieħor) u l-fastidju morali, u standards legali komuni dwar il-kriminalizzazzjoni tal-VAW; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija komprensiva tal-UE kontra kull forma ta' vjolenza bbażata fuq is-sessi, inklużi l-fastidju sesswali u l-abbuż tan-nisa u l-bniet, li tkun ibbażata fuq testimonjanzi fil-forma ta' stejjer tan-nisa u esperjenza diretta; |
18. |
Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu finanzjament pubbliku adegwat biex jiżguraw li l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, l-imħallfin u l-uffiċjali ċivili kollha li jittrattaw każijiet ta' bullying u ta' fastidju sesswali jkunu mħarrġa biex jifhmu l-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol u lil hinn minnu; |
19. |
Jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu servizzi speċjalizzati ta' kwalità għolja, faċilment aċċessibbli u ffinanzjati b'mod adegwat għall-vittmi tal-vjolenza bbażata fuq is-sessi u tal-fastidju sesswali u dik psikoloġika, u jirrikonoxxu li dawn il-manifestazzjonijiet ta' VAW huma interkonnessi u li jridu jiġu indirizzati permezz ta' approċċ olistiku li jfittex kemm li jkopri l-aspetti soċjokulturali li jagħtu lok għal VAW u li jippermetti lil servizzi speċjalizzati jattrezzaw lilhom infushom b'għodod ta' prevenzjoni u mmaniġġjar teknoloġiku; |
20. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-gvernijiet lokali u reġjonali jipprevedu pjanijiet u riżorsi adegwati sabiex jiggarantixxu li l-vittmi tal-vjolenza u l-fastidju fiż-żoni rurali u remoti ma jiċċaħħdux mill-aċċess, jew ikunu ristretti fl-aċċess tagħhom, għall-assistenza u l-protezzjoni; |
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza forom emerġenti ta' vjolenza bbażata fuq is-sessi, bħall-fastidju online, billi tespandi d-definizzjoni ta' diskors ta' mibegħda illegali kif definit fil-liġi tal-UE fid-Deċiżjoni Qafas dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali biex tinkludi l-misoġinija, u tiżgura li l-Kodiċi tal-Kondotta dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda online illegali jkopri wkoll dawn ir-reati; jitlob l-iżvilupp ta' programmi edukattivi biex in-nisa jitħeġġu jtejbu l-ħiliet tagħhom fl-użu tat-teknoloġiji l-ġodda, sabiex ikunu jistgħu jiffaċċjaw aħjar il-forom kollha ta' fastidju sesswali u tal-bullying fiċ-ċiberspazju, u jħeġġeġ servizzi speċjalizzati biex jaħdmu flimkien biex jistabbilixxu data u sistemi ta' riżorsi kapaċi li jissorveljaw u janalizzaw il-problema tal-vjolenza bbażata fuq is-sessi mingħajr ma jiksru r-Regolament Ġenerali l-ġdid dwar il-Protezzjoni tad-Data (ir-Regolament (UE) 2016/679); |
22. |
Jikkundanna, barra minn hekk, l-okkorrenza wiesgħa ta' fastidju sesswali u tipi oħra ta' abbuż, b'mod partikolari fil-logħob online u fil-midja soċjali, u jinkoraġġixxi lill-kumpaniji tal-midja u l-operaturi jimmonitorjaw u jirreaġixxu mingħajr dewmien għal kwalunkwe każ ta' fastidju; jitlob, għalhekk, għal miżuri differenti, inklużi s-sensibilizzazzjoni, taħriġ speċjali u regoli interni dwar sanzjonijiet dixxiplinari fil-konfront ta' min iwettaq il-fastidju, u appoġġ psikoloġiku u/jew legali għall-vittmi ta' dawn il-prattiki, għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-bullying u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kif ukoll f'ambjenti online; |
Vjolenza fuq il-post tax-xogħol
23. |
Jenfasizza l-ħtieġa urġenti għall-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi u t-trade unions li jifhmu l-ostakoli li jiffaċċjaw in-nisa meta jirrappurtaw każijiet ta' fastidju sesswali, diskriminazzjoni u vjolenza bbażata fuq is-sessi, u, għalhekk, joffru appoġġ sħiħ u inkoraġġiment għan-nisa biex jirrapportaw każijiet ta' fastidju sesswali, diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi, fastidju minħabba raġunijiet ta' tqala u ta' maternità u bullying, fost l-oħrajn, mingħajr biża' ta' konsegwenzi possibbli, u jistabbilixxu mekkaniżmi li jagħtu s-setgħa u jappoġġjaw lin-nisa fir-rappurtar sikur ta' każijiet ta' abbuż; |
24. |
Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw politiki attivi u effettivi biex jipprevjenu u jiġġieldu kontra kull forma ta' vjolenza kontra n-nisa, inkluż fastidju sesswali u atti ta' sessiżmu u fastidju morali li l-maġġoranza tan-nisa huma soġġetti għalihom fuq il-post tax-xogħol; |
25. |
Jenfasizza l-ħtieġa urġenti ta' standards dwar il-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol, li għandhom jipprovdu qafas leġiżlattiv għall-gvernijiet, l-impjegaturi, il-kumpaniji u l-azzjoni tat-trade unions fil-livelli kollha; |
26. |
Jinnota li xi setturi u xogħol huma esposti aktar għall-vjolenza, b'mod partikolari l-kura tas-saħħa, is-servizzi pubbliċi tal-emerġenza, il-politika, l-edukazzjoni, it-trasport, ix-xogħol domestiku, l-agrikoltura u l-ekonomija rurali, kif ukoll is-setturi tat-tessuti, tal-ħwejjeġ, tal-ġilda u taż-żraben; |
27. |
Jinnota li xi gruppi ta' ħaddiema jistgħu jiġu affettwati aktar mill-bullying u l-vjolenza fuq il-post tax-xogħol, speċjalment nisa tqal u ġenituri, nisa b'diżabbiltà, nisa migranti, nisa indiġeni, persuni LGBTI u nisa li jaħdmu part-time, bħala trainees jew b'kuntratti temporanji; |
28. |
Jinnota li mġiba mhux mixtieqa tista' toriġina simultanjament minn sorsi differenti jew tkun relatata simultanjament ma' ħajja professjonali, privata jew soċjali, li għandha effett negattiv fuq l-individwi, il-gruppi professjonali jew il-gruppi soċjali kollha f'dawk l-isferi; |
29. |
Jistieden lill-Istati Membri jintroduċu miżuri li jipprevjenu u jiġġieldu l-vjolenza u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol permezz ta' politiki li jistabbilixxu miżuri ta' prevenzjoni, proċeduri effettivi, trasparenti u kunfidenzjali biex jittrattaw l-ilmenti, sanzjonijiet b'saħħithom u dissważivi għall-awturi, informazzjoni u korsijiet ta' taħriġ komprensivi sabiex jiżguraw li l-ħaddiema jifhmu l-politiki u l-proċeduri, u appoġġ għall-kumpaniji biex ifasslu pjanijiet ta' azzjoni ħalli jimplimentaw dawn il-miżuri kollha; jenfasizza li dawn il-miżuri m'għandhomx jiġu inkorporati fi strutturi eżistenti jekk dawn l-istrutturi diġà jkollhom ostakoli inerenti relatati mas-sessi; |
30. |
Jistieden lill-Istati Membri jinvestu fit-taħriġ tal-ispetturi tax-xogħol, f'kollaborazzjoni ma' psikologi speċjalisti, u jiżguraw li l-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet jipprovdu appoġġ professjonali u psikosoċjali speċjalizzat għall-vittmi; |
31. |
Jistieden lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali jiżguraw li kemm il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet pubbliċi kif ukoll dawk privati jorganizzaw taħriġ obbligatorju dwar il-fastidju sesswali u l-bullying għall-impjegati kollha u dawk fi rwoli maniġerjali; jenfasizza li taħriġ effettiv għandu jkun interattiv, kontinwu, imfassal għall-post tax-xogħol partikolari u mogħti minn esperti esterni; |
32. |
Jenfasizza n-nuqqas serju ta' rappurtar ta' każijiet ta' fastidju u jenfasizza l-importanza tal-preżenza ta' kunsilliera kunfidenzjali mħarrġa f'kull organizzazzjoni biex jappoġġjaw lill-vittmi, jassistu fir-rappurtar u jipprovdu assistenza legali; |
33. |
Jenfasizza li l-kumpaniji għandu jkollhom approċċ ta' tolleranza żero għall-fastidju sesswali u politiki li jwasslu għalih, u li kumpaniji jridu jiżguraw li l-impjegati kollha jkunu konxji minn dawn il-politiki, proċeduri ta' rappurtar u drittijiet u responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol; |
34. |
Jistieden lill-kumpaniji tal-midja jipproteġu u jappoġġjaw lill-ġurnalisti li huma vittmi ta' bullying ċibernetiku u jadottaw sensiela ta' prattiki tajbin bħalma huma l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni, it-taħriġ adegwat ta' mmaniġġjar inkluż dwar il-prevenzjoni tal-għoti ta' kolpevolezza lill-vittmi u tal-vittimizzazzjoni sekondarja, il-miżuri li jtejbu ċ-ċibersigurtà u l-għoti ta' appoġġ legali meta jitressaq ilment lill-persuna kkonċernata; |
35. |
Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw paga ugwali għan-nisa u l-irġiel bħala mezz biex jiġi evitat l-abbuż tal-poter u tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi u r-rispett għad-dinjità tal-bniedem, li huma fundamentali għall-ġlieda kontra l-VAW; jenfasizza li paga ugwali għandha tiġi garantita permezz ta' trasparenza fil-pagi, u billi jinżamm id-dritt għall-informazzjoni għal vittmi preżunti, filwaqt li jiġu żgurati t-trattament ugwali u l-opportunitajiet ta' impjieg bejn in-nisa u l-irġiel, u billi jiġu żgurati u ffaċilitati l-aċċess tan-nisa għal karigi ta' teħid ta' deċiżjonijiet u ta' maniġment superjuri, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, biex b'hekk tiġi żgurata rappreżentazzjoni bbilanċjata tan-nisa fil-bordijiet tad-diretturi; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jżidu l-isforzi tagħhom biex jiżblokkaw id-Direttiva dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet, li ilha wieqfa fil-Kunsill mill-2013; |
36. |
Iqis li huwa meħtieġ approċċ komprensiv għall-vjolenza fuq il-post tax-xogħol, li għandu jinkludi r-rikonoxximent tal-koeżistenza tal-bullying u l-fastidju sesswali u fastidju abbażi tat-tqala u l-maternità b'diversi forom ta' xogħol mhux imħallas fl-ekonomiji formali u informali (bħall-agrikoltura ta' sussistenza, it-tħejjija tal-ikel, il-kura tat-tfal u l-anzjani) u firxa ta' skemi ta' esperjenzi tax-xogħol (bħall-apprendistati, l-internships u x-xogħol volontarju); |
37. |
Jitlob l-adozzjoni rapida tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar id-Dikjarazzjoni bil-Miktub (id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE); |
38. |
Jirrikonoxxi li l-vjolenza domestika ta' spiss ikollha riperkussjonijiet fuq il-post tax-xogħol, b'impatt negattiv fuq il-ħajja tal-ħaddiema u l-produttività tal-intrapriżi, u li din ir-riperkussjoni tista' tmur ukoll fid-direzzjoni opposta, mill-post tax-xogħol għad-dar; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tipprovdi gwida dwar l-applikabbiltà ta' ordnijiet Ewropej ta' protezzjoni fuq il-post tax-xogħol u tiċċara l-kwistjoni tar-responsabbiltajiet tal-impjegaturi; |
39. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu dan il-fenomenu ta' fastidju abbażi ta' tqala u maternità fl-impjieg; |
Vjolenza fil-ħajja politika
40. |
Jistieden lill-politiċi kollha jżommu l-ogħla standards ta' mġiba u jaġixxu bħala mudelli responsabbli fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-fastidju sesswali fil-parlamenti u lil hinn; |
41. |
Jikkundanna l-forom kollha ta' fastidju fil-konfront tal-politiċi nisa fuq il-midja soċjali fil-forma ta' "trolling", li jinvolvi l-ippowstjar ta' messaġġi sessisti u abbużivi, inkluż theddid ta' mewt u ta' stupru; |
42. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti politiki u proċeduri bejn il-partiti biex jipproteġu lill-individwi eletti f'karigi politiċi, kif ukoll lill-impjegati; |
43. |
Jirrikonoxxi l-fatt li l-listi ta' parità fil-livelli kollha għandhom rwol essenzjali biex jippermettu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika u jsawru mill-ġdid l-istrutturi tal-poter li jiddiskriminaw kontra n-nisa; jistieden lill-Istati Membri jintroduċu listi bħal dawn għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew; |
44. |
Jistieden lill-partiti politiċi kollha, inklużi dawk rappreżentati fil-Parlament Ewropew, jieħdu passi konkreti biex jindirizzaw din il-problema, inkluża l-introduzzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni u r-reviżjoni tar-regolamenti dwar il-partiti interni biex jintroduċu politika ta' tolleranza żero, miżuri preventivi, proċeduri biex jiġu indirizzati l-ilmenti u sanzjonijiet xierqa għal min iwettaq fastidju sesswali u bullying tan-nisa fil-politika; |
45. |
Jistieden lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali u lill-kunsilli lokali jappoġġjaw bis-sħiħ lill-vittmi fil-qafas ta' proċeduri interni u/jew mal-pulizija, jinvestigaw każijiet, iżommu reġistru kunfidenzjali ta' każijiet tul iż-żmien, jiżguraw taħriġ obbligatorju għall-persunal kollu u l-membri kollha dwar ir-rispett u d-dinjità, u jadottaw azzjonijiet oħra tal-aqwa prassi sabiex jiggarantixxu tolleranza żero fil-livelli kollha fl-istituzzjonijiet rispettivi tagħhom; |
46. |
Iħeġġeġ lill-atturi rilevanti kollha jiżguraw l-implimentazzjoni komprensiva u rapida tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju sesswali u l-abbuż fl-UE; iqis li huwa dmir tiegħu li jiżgura tolleranza żero tal-fastidju sesswali u li jipproteġi b'mod adegwat lill-vittmi u jappoġġjahom; jitlob, f'dan ir-rigward għal:
|
47. |
Jistieden lill-politiċi jħeġġu t-taħriġ fil-maniġment u jattendu t-taħriġ huma nfushom sabiex jiġu evitati attitudnijiet ta' laissez-faire min-naħa tat-tmexxija u jiġu identifikati sitwazzjonijiet li fihom isseħħ il-VAW; |
Vjolenza fi spazji pubbliċi
48. |
Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta definizzjoni ta' spazju pubbliku, filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tat-teknoloġiji tal-komunikazzjoni u għalhekk tinkludi f'dik id-definizzjoni spazji pubbliċi "virtwali"bħal netwerks soċjali u siti web; |
49. |
Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw li jintroduċu leġiżlazzjoni speċifika dwar il-fastidju fi spazji pubbliċi, inklużi programmi ta' intervent, b'fokus speċifiku fuq ir-rwol ta' intervent minn dawk il-persuni li jkunu fil-qrib; |
50. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu aktar riċerka dwar il-kawżi u l-konsegwenzi tal-fastidju sesswali fi spazji pubbliċi, inkluż l-impatt li r-reklami sessisti u sterjotipati jista' jkollhom fuq l-inċidenza ta' vjolenza u fastidju; |
51. |
Jenfasizza li l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni għall-ġlieda kontra l-isterjotipi tas-sessi u r-relazzjonijiet ta' poter patrijarkali u l-promozzjoni ta' tolleranza żero tal-fastidju sesswali huma fost l-aħjar għodod biex jgħinu jindirizzaw il-vjolenza bbażata fuq is-sessi fi spazji pubbliċi; |
52. |
Jenfasizza li l-edukazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi f'kull livell hija għodda fundamentali għall-evitar u l-eliminazzjoni ta' dawn il-forom ta' mġiba ħażina, it-tibdil tal-inklinazzjonijiet mentali u t-tnaqqis tat-tolleranza kulturali tas-sessiżmu u l-fastidju sesswali; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu introdotti programmi edukattivi u dibattiti dwar is-suġġett fl-iskejjel; jinnota li, f'kooperazzjoni ma' NGOs u korpi għall-ugwaljanza rilevanti, dawn il-programmi u dibattiti għandhom, fejn meħtieġ u xieraq, jinkludu informazzjoni u diskussjonijiet dwar il-prevenzjoni tal-fastidju sesswali u l-miżuri kontrieh sabiex iqajmu kuxjenza dwar id-drittijiet tal-vittmi u jfakkru lin-nies tar-rabtiet tiegħu mal-oġġettifikazzjoni tan-nisa; |
53. |
Jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu kampanji ta' sensibilizzazzjoni fl-iskejjel sekondarji u jinkludu l-kwistjoni tal-bullying ċibernetiku f'kurrikuli edukattivi, fl-iskejjel u fl-universitajiet; jitlob, b'mod partikolari, għat-tkomplija tal-kampanja ta' suċċess "Aqta' l-Bullying Ċibernetiku"u l-inizjattiva "Internet Aktar Sikur", bil-għan li jiġġieldu l-bullying u l-fastidju sesswali sabiex jgħinu liż-żgħażagħ, iċ-ċittadini futuri tal-UE, jifhmu l-bżonn li nersqu eqreb lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi u nirrispettaw lin-nisa; |
54. |
Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' rapporti fl-iskejjel biex jinżamm rendikont tal-każijiet kollha tal-bullying ċibernetiku; |
55. |
Jinnota li xi miżuri li ttieħdu mill-Istati Membri wrew li huma effettivi biex inaqqsu l-fastidju fi spazji pubbliċi, bħas-sorveljanza formali (iż-żieda fil-preżenza tal-pulizija u/jew persunal tat-trasport fuq it-trasport pubbliku, televiżjoni b'ċirkwit magħluq (CCTV)) u sorveljanza naturali (viżibbiltà aħjar u dawl aħjar); |
56. |
Jistieden lill-Istati Membri jfakkru lill-fornituri tas-servizz tal-internet dwar id-dmir tagħhom li jipproteġu lill-klijenti online tagħhom billi jindirizzaw każijiet ta' abbuż ripetittiv jew stalking sabiex jipproteġu lill-vittma, jinfurmaw lill-awturi li dawn ma jistgħux jaġixxu b'impunità, u b'hekk ibiddlu l-imġiba tal-awtur; |
57. |
Jistieden lill-Istati Membri, bl-għajnuna ta' esperti tal-IT u korpi superviżorji xierqa, pereżempju forzi tal-pulizija postali, jeżerċitaw skrutinju akbar fuq il-websajts sabiex jipproteġu lill-vittmi tal-bullying u l-fastidju sesswali u, fejn meħtieġ, jipprevjenu u jikkastigaw ir-reati; |
58. |
Jistieden lill-Istati Membri jużaw il-mezzi meħtieġa biex jeliminaw il-lingwaġġ użata fil-midja, il-politika u d-diskors pubbliku li jinkoraġġixxi mġiba vjolenti u jmaqdar lin-nisa, u b'hekk jikser id-dinjità umana tagħhom; |
59. |
Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jarmonizzaw il-leġiżlazzjoni tagħhom u d-definizzjoni tagħhom ta' vjolenza bbażata fuq is-sessi f'konformità mad-definizzjoni tal-VAW fil-Konvenzjoni ta' Istanbul, sabiex tiżdied l-effettività tal-liġijiet kontra l-fastidju u l-fastidju morali; |
60. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ għall-implimentazzjoni adegwata tal-leġiżlazzjoni tal-UE li tipprojbixxi l-fastidju sesswali u jiżguraw li l-korpi tal-ugwaljanza f'kull Stat Membru jkollhom riżorsi suffiċjenti biex jaġixxu kontra d-diskriminazzjoni; |
o
o o
61. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391.
(2) http://fra.europa.eu/en/publication/2014/violence-against-women-eu-wide-survey-main-results-report
(3) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(4) ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.
(5) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.
(6) https://rm.coe.int/168008482e
(7) Testi adottati, P8_TA(2017)0329.
(8) ĠU C 77 E, 28.3.2002, p. 138.
(9) ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 53.
(10) ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 26.
(11) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 102.
(12) ĠU C 285, 29.8.2017, p. 2.
(13) Testi adottati, P8_TA(2016)0451.
(14) Testi adottati, P8_TA(2017)0073.
(15) ĠU C 316, 30.8.2016, p. 2.
(16) Testi adottati, P8_TA(2017)0402.
(17) Testi adottati, P8_TA(2017)0417.
(18) https://www.ipu.org/resources/publications/reports/2016-10/sexism-harassment-and-violence-against-women-parliamentarians
(19) Studju – "Bullying and sexual harassment at the workplace, in public spaces, and in political life in the EU"(Il-Bullying u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol, fi spazji pubbliċi, u fil-ħajja politika fl-UE), il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, id-Dipartiment tal-Politika għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali, Marzu 2018.
(20) https://www.tuc.org.uk/sites/default/files/SexualHarassmentreport2016.pdf
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/42 |
P8_TA(2018)0332
L-ugwaljanza tal-lingwi fl-era diġitali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar l-ugwaljanza tal-lingwi fl-era diġitali (2018/2028(INI))
(2019/C 433/08)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 21(1) u 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2003 għall-Ħarsien tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (1), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (2), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabilità u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (Programm ISA2) bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2008 dwar strateġija Ewropea għall-multilingwiżmu (2008/C 320/01) (4), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UN CRPD), irratifikata mill-UE fl-2010, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Settembru 2008 intitolata "Il-Multilingwiżmu: vantaġġ għall-Ewropa u impenn komuni"(COM(2008)0566), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Awwissu 2010 intitolata "Aġenda Diġitali għall-Ewropa"(COM(2010)0245), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2012 intitolata "Qafas koerenti għall-bini ta' fiduċja fis-Suq Uniku Diġitali tal-kummerċ elettroniku u tas-servizzi online"(COM(2011)0942), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2015 intitolata "Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa"(COM(2015)0192), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Aġenda Diġitali għall-Ewropea"(COM(2010)0245) (6), |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni dwar il-Promozzjoni u l-Użu tal-Multilingwiżmu u l-Aċċess Universali għaċ-Ċiberspazju adottata mill-Konferenza Ġenerali tal-UNESCO fit-32 sessjoni tagħha f'Pariġi fil-15 ta' Ottubru 2003, |
— |
wara li kkunsidra l-Ewrobarometru Speċjali 386 "L-Ewropej u l-Lingwi tagħhom"ippubblikat f'Ġunju 2012, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Barċellona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002 (SN 100/1/02 REV 1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 1988 dwar il-lingwi tas-sinjali għall-persuni neqsin mis-smigħ (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2004 dwar "Il-preservazzjoni u l-promozzjoni tad-diversità kulturali: ir-rwol tar-reġjuni Ewropej u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-UNESCO u l-Kunsill tal-Ewropa" (8), u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2003 dwar "Lingwi Ewropej reġjonali u li jintużaw anqas – l-ilsna tal-minoranzi fl-UE – fil-kuntest tat-tkabbir u tad-diversità kulturali" (9), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-multilingwiżmu: vantaġġ għall-Ewropa u impenn komuni (10), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2013 dwar il-lingwi Ewropej fil-periklu ta' estinzjoni u d-diversità lingwistika fl-Unjoni Ewropea (11), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2018 dwar il-protezzjoni u n-nondiskriminazzjoni fir-rigward tal-minoranzi fl-Istati Membri tal-UE (12), |
— |
wara li kkunsidra l-istudju tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) u tal-Unità tal-Prospettiva Xjentifika (STOA) intitolat "L-ugwaljanza tal-lingwi fl-era diġitali – Lejn Proġett tal-Lingwi Umani", ippubblikat f'Marzu 2017, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0228/2018), |
A. |
billi t-teknoloġiji tal-lingwi jistgħu jagħmlu l-komunikazzjoni aktar faċli għall-persuni torox u b'diffikultajiet ta' smigħ, għall-persuni għomja u b'vista batuta u għall-persuni b'dislessija, u billi, għall-finijiet ta' dan ir-rapport, "it-teknoloġija tal-lingwa"tirreferi għal teknoloġija li tirfed mhux biss il-lingwi mitkellma, iżda wkoll il-lingwi tas-sinjali, fl-għarfien li l-lingwi tas-sinjali huma element importanti tad-diversità lingwistika tal-Ewropa; |
B. |
billi l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-lingwa (TL) jkopri bosta oqsma ta' riċerka u dixxiplini, fosthom il-lingwistika komputazzjonali, l-intelliġenza artifiċjali, ix-xjenza tal-informatika u l-lingwistika, b'applikazzjonijiet bħall-ipproċessar tal-lingwi naturali, l-analitika tat-testi, it-teknoloġija tat-taħdit u l-estrazzjoni tad-data, fost oħrajn; |
C. |
billi, skont ir-rapport tal-Ewrobarometru Speċjali 386 intitolat "L-Ewropej u l-Lingwi Tagħhom", ftit aktar minn nofs (54 %) tal-Ewropej huma kapaċi jżommu konversazzjoni għaddejja b'tal-anqas lingwa waħda addizzjonali, kwart (25 %) jafu jitkellmu b'tal-anqas żewġ lingwi addizzjonali u wieħed minn kull għaxra (10 %) jafu tal-anqas tliet lingwi; |
D. |
billi hemm 24 lingwa uffiċjali u aktar minn 60 lingwa nazzjonali, reġjonali u minoritarja fl-Unjoni Ewropea, minbarra l-lingwi tal-migranti u, taħt il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD), id-diversi lingwi tas-sinjali li jgawdu rikonoxximent statali; billi l-multilingwiżmu huwa wieħed mill-akbar assi tad-diversità kulturali fl-Ewropa, u fl-istess ħin, jirrappreżenta waħda mill-aktar sfidi sinifikanti għall-ħolqien ta' suq tal-UE tassew integrat; |
E. |
billi l-apoġġ għall-komunitajiet lokali, bħal dawk indiġeni, rurali jew imbiegħda, biex jegħlbu l-ostakli ġeografiċi, soċjali u ekonomiċi għall-aċċess għall-broadband huwa prerekwiżit kruċjali għal politika effiċjenti tal-UE rigward il-multilingwiżmu; |
F. |
billi l-multilingwiżmu jaqa' fl-ambitu ta' sensiela ta' oqsma ta' politika tal-UE, fosthom il-kultura, l-ekonomija, is-suq uniku diġitali, it-tagħlim tul il-ħajja, l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, il-kompetittività, iż-żgħażagħ, is-soċjetà ċivili, il-mobilità, ir-riċerka u l-midja; billi jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni għat-twarrib tal-ostakli għad-djalogu bejn il-kulturi u bejn il-lingwi, u għal stimoli għall-komprensjoni reċiproka; |
G. |
billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li s-Suq Uniku Diġitali jrid ikun multilingwi; billi ma ġiet proposta l-ebda politika komuni tal-UE biex tindirizza l-problema tal-ostakli lingwistiċi; |
H. |
billi t-teknoloġiji tal-lingwa jintużaw f'tista' tgħid il-prodotti u s-servizzi diġitali kollha ta' kuljum, minħabba li l-parti l-kbira tagħhom jużaw il-lingwa fi gradi differenti, speċjalment il-prodotti kollha relatati mal-internet bħalma huma magni ta' tiftix, networks soċjali u servizzi tal-kummerċ elettroniku billi l-użu tat-teknoloġiji tal-lingwa għandu impatt ukoll fuq setturi ta' importanza fundamentali għall-benessri ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej, bħal dawk tal-edukazzjoni, tal-kultura u tas-saħħa; |
I. |
billi l-kummerċ elettroniku transfruntiera huwa baxx ħafna, hekk li fl-2015 biss 16 % taċ-ċittadini Ewropej xtraw online minn pajjiżi oħra tal-UE; billi t-teknoloġiji tal-lingwa jistgħu jikkontribwixxu għal komunikazzjoni transfruntiera u translingwistika fl-Ewropa tal-ġejjieni, jagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku u lill-istabilità soċjali u jnaqqsu l-ostakli naturali, u b'hekk jirrispettaw u jippromwovu l-koeżjoni u l-konverġenza u jsaħħu l-kompetittività tal-UE madwar id-dinja; |
J. |
billi l-iżvilupp teknoloġiku qed jibbaża dejjem aktar fuq il-lingwi u għandu konsegwenzi għat-tkabbir u għas-soċjetà; billi hemm ħtieġa urġenti ta' politiki li jkunu aktar konxji mil-lingwa, u ta' riċerka u edukazzjoni teknoloġika, iżda anke ġenwinament multidixxiplinari, dwar il-komunikazzjoni diġitali u t-teknoloġiji tal-lingwa u dwar ir-relazzjoni tagħhom mat-tkabbir u mas-soċjetà; |
K. |
billi t-twettiq tal-objettiv ta' Barċellona li ċ-ċittadini jkunu kapaċi jikkomunikaw tajjeb bil-lingwa materna tagħhom u b'żewġ lingwi oħra jkun ifisser li n-nies ikollhom aktar opportunitajiet biex jaċċedu għall-kontenuti kulturali, edukattivi u xjentifiċi fil-forma diġitali u jipparteċipaw bħala ċittadini, minbarra li jaċċedu għas-suq uniku diġitali; billi mezzi u għodod addizzjonali, speċjalment dawk ipprovduti mit-teknoloġiji tal-lingwa, huma essenzjali għall-ġestjoni tajba tal-multilingwiżmu Ewropew u għall-promozzjoni tal-multilingwiżmu tal-individwi; |
L. |
billi saru avvanzi sostanzjali fl-intelliġenza artifiċjali, u billi t-teknoloġiji tal-lingwa żviluppaw b'pass mgħaġġel; billi l-intelliġenza artifiċjali ċċentrata fuq il-lingwa toffri opportunitajiet ġodda għall-komunikazzjoni diġitali, għall-komunikazzjoni mtejba diġitalment, għall-komunikazzjoni abilitata bit-teknoloġija, u għall-kooperazzjoni bil-lingwi Ewropej kollha (u lil hinn minnhom), hekk li kelliema ta' lingwi differenti jkollhom aċċess ugwali għall-informazzjoni u għall-għarfien, u li l-funzjonalitajiet tan-networks tal-IT jittejbu; |
M. |
billi l-valuri komuni Ewropej ta' kooperazzjoni, solidarjetà, ugwaljanza, rikonoxximent u rispett għandhom ifissru li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess sħiħ u ugwali għat-teknoloġiji diġitali, b'mod li mhux biss jittejbu l-koeżjoni u l-benessri fl-Ewropa, imma wkoll li jiġi abilitat Suq Uniku Diġitali u multilingwi; |
N. |
billi d-disponibilità ta' għodod teknoloġiċi bħal-logħob tal-kompjuter jew l-applikazzjonijiet edukattivi b'lingwi minoritarji u li jintużaw anqas hija ċentrali għall-iżvilupp tal-ħiliet lingwistiċi, speċjalment fost it-tfal; |
O. |
billi jeħtieġ li dawk li jitkellmu b'lingwi Ewropej li jintużaw anqas ikunu jistgħu jesprimu ruħhom b'modi li jkollhom sinifikat kulturali u li joħolqu l-kontenuti kulturali proprji tagħhom bil-lingwi lokali; |
P. |
billi l-feġġ ta' metodi bħat-tagħlim profond, imsejsa fuq it-tkattir tal-kapaċità komputazzjonali u fuq l-aċċess għal ammonti enormi ta' data, qed jagħmel it-teknoloġiji tal-lingwa soluzzjoni reali għall-għelib tal-ostakli lingwistiċi; |
Q. |
billi l-ostakli lingwistiċi għandhom effett konsiderevoli fuq il-bini tal-identità Ewropea u fuq il-ġejjieni tal-proġett tal-integrazzjoni Ewropea; billi t-teħid ta' deċiżjonijiet u l-politiki tal-UE għandhom jiġu kkomunikati liċ-ċittadini tal-UE bl-ilsien nattiv tagħhom, sew online u sew offline; |
R. |
billi l-lingwa tirrappreżenta parti kbira ħafna tal-ġid dejjem jikber tal-big data; |
S. |
billi ammont enormi ta' data huwa espress f'lingwi umani; billi l-ġestjoni tat-teknoloġiji tal-lingwa tista' tagħti lok għal firxa wiesgħa ta' prodotti u servizzi innovattivi tal-IT fl-industrija, fil-kummerċ, fil-gvern, fir-riċerka, fis-servizzi pubbliċi u fl-amministrazzjoni, filwaqt li tnaqqas l-ostakli naturali u l-ispejjeż tas-suq; |
L-ostakli kurrenti għall-ilħiq tal-ugwaljanza tal-lingwi fl-era diġitali fl-Ewropa
1. |
Jiddispjaċih li, minħabba n-nuqqas ta' politiki adegwati, bħalissa fl-Ewropa d-distakk teknoloġiku bejn il-lingwi mogħnija b'biżżejjed riżorsi u dawk li għandhom anqas riżorsi qiegħed jikber, sew jekk tal-aħħar humiex lingwi uffiċjali, kouffiċjali jew mhux uffiċjali fl-UE; jiddispjaċih, barra minn hekk, għall-fatt li aktar minn 20 lingwa Ewropea jinsabu fil-periklu tal-estinzjoni diġitali; jinnota li l-UE u l-istituzzjonijiet tagħha għandhom id-dmir li jtejbu, jippromwovu u jħaddnu d-diversità lingwistika fl-Ewropa; |
2. |
Jirrimarka li, matul l-aħħar għaxar snin, it-teknoloġija diġitali kellha impatt sinifikanti fuq l-evoluzzjoni tal-lingwi, impatt li l-evalwazzjoni tiegħu għadha diffiċli; jirrakkomanda li min ifassal il-politiki jikkunsidra serjament studji li juru li l-komunikazzjoni diġitali qed tnaqqar il-ħiliet tal-qari fost l-adulti żgħażagħ, b'mod li jwassal għal barrieri ta' grammatika u ta' litteriżmu bejn il-ġenerazzjonijiet u għal ftaqir ġenerali tal-lingwi; huwa tal-fehma li l-komunikazzjoni diġitali għandha taqdi biex twessa', tarrikkixxi u tavvanza l-lingwi, u li dawn l-iżviluppi għandhom ikunu riflessi fl-edukazzjoni għal-litteriżmu u fil-politiki nazzjonali tal-litteriżmu; |
3. |
Jenfasizza li lingwi Ewropej li jintużaw anqas għandhom żvantaġġ sinifikanti minħabba nuqqas akut ta' għodod, riżorsi u finanzjament għar-riċerka, li qed jirrestrinġi u jċekken l-ambitu tax-xogħol tar-riċerkaturi li, anke meta jkollhom il-ħiliet teknoloġiċi meħtieġa, ma jkunux jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mit-teknoloġiji tal-lingwa; |
4. |
Jinnota d-distakk diġitali bejn il-lingwi li jintużaw fil-wisa' u dawk li jintużaw anqas, kif ukoll id-diġitalizzazzjoni dejjem akbar tas-soċjetà Ewropea, fatturi li qed iwasslu għal disparitajiet f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-informazzjoni, b'mod partikolari għall-persuni bi ftit ħiliet, għall-anzjani, għal dawk bi dħul baxx u għal dawk minn sfondi żvantaġġati; jenfasizza li l-inugwaljanza titnaqqas jekk il-kontenut isir disponibbli b'diversi lingwi tal-UE; |
5. |
Jinnota li, filwaqt li għandha bażi xjentifika soda fl-inġinerija u fit-teknoloġiji tal-lingwa, u fi żmien meta dawn tal-aħħar jikkostitwixxu opportunità enormi, kemm mil-lat ekonomiku u kemm minn dak kulturali, l-Ewropa għadha lura ħafna, minħabba l-frammentazzjoni tas-suq, investiment inadegwat fl-għarfien u fil-kultura, nuqqasijiet fil-koordinament tar-riċerka, finanzjament insuffiċjenti u ostakli legali; jinnota wkoll li s-suq bħalissa jiddominawh atturi mhux Ewropej, li mhumiex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta' Ewropa multilingwi; jirrileva l-ħtieġa li din il-paradigma tinbidel u li r-rwol mexxej tal-Ewropa fit-teknoloġiji tal-lingwa jissaħħaħ billi jinħoloq proġett imfassal apposta għall-ħtiġijiet u għad-domanda tal-Ewropa; |
6. |
Jinnota li t-teknoloġiji tal-lingwa jsiru disponibbli l-ewwel bl-Ingliż; huwa konxju li l-manifatturi u l-kumpaniji Ewropej u dinjija kbar spiss jiżviluppaw it-teknoloġiji tal-lingwa wkoll għal-lingwi Ewropej ewlenin li għandhom swieq relattivament kbar: l-Ispanjol, il-Franċiż u l-Ġermaniż (dawn il-lingwi diġà huma nieqsa minn riżorsi f'ċerti oqsma sekondarji); jenfasizza, madankollu, li għandha tittieħed azzjoni ġenerali fil-livell tal-UE (politika, finanzjament, riċerka u edukazzjoni) biex tiżgura li jiġu żviluppati teknoloġiji tal-lingwa għal-lingwi uffiċjali tal-UE li ma tantx huma mitkellma u li jinbdew azzjonijiet speċjali fil-livell tal-UE (politika, finanzjament, riċerka u edukazzjoni) biex il-lingwi reġjonali u minoritarji jiġu inklużi u inkuraġġuti f'dan l-iżvilupp; |
7. |
Jinsisti fuq il-ħtieġa li jsir użu aħjar ta' approċċi teknoloġiċi ġodda, imsejsa fuq aktar qawwa komputazzjonali u aċċess aħjar għal ammonti mdaqqsa ta' data, sabiex jitrawwem l-iżvilupp tan-networks newronali tat-tagħlim profond li qed jagħmlu t-teknoloġiji tal-lingwa umana (HLTs) soluzzjoni reali għall problema tal-ostakoli lingwistiċi; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tissalvagwardja biżżejjed finanzjament biex tappoġġja dan l-iżvilupp teknoloġiku; |
8. |
Jinnota li l-lingwi b'anqas kelliema jeħtieġu appoġġ adatt minn għadd ta' partijiet ikkonċernati, inklużi disinji tat-tipa għall-marki dijakritiċi, manifatturi tat-tastieri u sistemi tal-ġestjoni tal-kontenuti, biex ikunu jistgħu jaħżnu, jipproċessaw u juru l-kontenuti b'dawn il-lingwi; jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta kif dan l-appoġġ jista' jiġi instigat u kif jista' jiġi rrakkomandat fil-proċess ta' akkwist fi ħdan l-UE; |
9. |
Jistieden lill-Istati Membri jagħtu spinta lill-użu ta' għadd ta' lingwi fis-servizzi diġitali, bħall-applikazzjonijiet tal-mobile; |
10. |
Jinnota bi tħassib li s-Suq Uniku Diġitali għadu frammentat minħabba għadd ta' ostakli, fosthom ostakli lingwistiċi, b'mod li jfixkel il-kummerċ online, il-komunikazzjoni permezz tan-networks soċjali u kanali ta' komunikazzjoni oħra, u l-iskambju transfruntier ta' kontenuti kulturali, kreattivi u awdjoviżivi, kif ukoll l-użu aktar mifrux ta' servizzi pubbliċi pan-Ewropej; jenfasizza li d-diversità kulturali u l-multilingwiżmu fl-Ewropa jistgħu jibbenefikaw mill-aċċess transfruntier għall-kontenut, b'mod partikolari għal finijiet edukattivi; jitlob li l-Kummissjoni tiżviluppa strateġija robusta u koordinata għas-Suq Uniku Diġitali multilingwi; |
11. |
Jinnota li t-teknoloġiji tal-lingwa bħalissa ma għandhom l-ebda rwol fl-aġenda politika Ewropea, minkejja l-fatt li r-rispett għad-diversità lingwistika huwa minqux fit-Trattati; |
12. |
Ifaħħar ir-rwol importanti ta' networks ta' riċerka preċedenti ffinanzjati mill-UE, bħal FLaReNet, CLARIN, HBP u META-NET (inkluż META-SHARE) talli kienu minn ta' quddiem fil-bini ta' pjattaforma Ewropea tat-teknoloġiji tal-lingwa; |
It-titjib tal-qafas istituzzjonali għal politiki tat-teknoloġiji tal-lingwa fil-livell tal-UE
13. |
Jitlob li l-Kunsill ifassal rakkomandazzjoni dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika fl-Unjoni, inkluż fl-isfera tat-teknoloġiji tal-lingwa; |
14. |
Jirrakkomanda li, sabiex tagħti aktar prominenza lit-teknoloġiji tal-lingwa fl-Ewropa, il-Kummissjoni talloka l-qasam "multilingwiżmu u teknoloġiji tal-lingwa"lill-portafoll ta' Kummissarju; iqis li l-Kummissarju responsabbli għandu jingħata l-kompitu li jippromwovi d-diversità u l-ugwaljanza tal-lingwi fil-livell tal-UE, fid-dawl tal-importanza tad-diversità lingwistika għall-futur tal-Ewropa; |
15. |
Jissuġġerixxi li s-60 lingwa reġjonali u minoritarja jiġu żgurati protezzjoni legali fil-livell tal-UE, flimkien ma' rikonoxximent tad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi fid-dinja diġitali, u tagħlim bil-lingwa nattiva għal dawk li jitkellmu bil-lingwi uffiċjali u mhux uffiċjali tal-UE; |
16. |
Lil dawk l-Istati Membri li diġà żviluppaw b'suċċess l-istrateġiji ta' politika tagħhom fil-qasam tat-teknoloġiji tal-lingwa, iħeġġiġhom jaqsmu l-esperjenzi u l-prattiki tajbin mal-oħrajn biex jgħinu lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali oħra jiżviluppaw l-istrateġiji proprji tagħhom; |
17. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw politiki komprensivi relatati mal-lingwi, jallokaw riżorsi u jużaw għodod xierqa biex jippromwovu u jiffaċilitaw id-diversità lingwistika u l-multilingwiżmu fl-isfera diġitali; jenfasizza r-responsabilità konġunta tal-UE u tal-Istati Membri, flimkien mal-universitajiet u mal-istituzzjonijiet pubbliċi oħrajn, li jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-lingwi tagħhom fid-dinja diġitali u fl-iżvilupp ta' bażijiet tad-data u ta' teknoloġiji tat-traduzzjoni għal-lingwi kollha tal-UE, inklużi l-lingwi li ma tantx huma mitkellma; jitlob li jkun hemm koordinament bejn ir-riċerka u l-industrija, bl-objettiv komuni li jissaħħu l-possibilitajiet diġitali għat-traduzzjoni tal-lingwi u b'aċċess miftuħ għad-data meħtieġa għal avvanzi teknoloġiċi; |
18. |
Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji u azzjonijiet ta' politika li jiffaċilitaw il-multilingwiżmu fis-suq diġitali; f'dan il-kuntest, jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiddefinixxu r-riżorsi lingwistiċi minimi li l-lingwi Ewropej kollha għandu jkollhom biex jevitaw l-estinzjoni diġitali, bħalma huma settijiet ta' data, lessiki, reġsitrazzjonijiet ta' taħdit, memorji tat-traduzzjoni, korpora annotati u kontenuti enċiklopediċi; |
19. |
Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tikkunsidra li toħloq ċentru għad-diversità lingwistika li jsaħħaħ il-kuxjenza dwar l-importanza tal-lingwi li jintużaw anqas u tal-lingwi reġjonali u minoritarji, inkluż fl-isfera tat-teknoloġiji tal-lingwa; |
20. |
Jitlob li l-Kummissjoni tirrevedi l-Istrateġija Qafas għall-Multilingwiżmu tagħha u tipproponi pjan ta' azzjoni ċar dwar il-promozzjoni tad-diversita lingwistika u l-għelib tal-ostakli lingwistiċi fil-qasam diġitali; |
21. |
Jitlob li l-Kummissjoni tagħti prijorità lit-teknoloġiji tal-lingwa f'dawk l-Istati Membri li huma ta' daqs żgħir u li għandhom lingwa tagħhom, biex tagħti importanza lill-isfidi lingwistiċi li jiffaċċjaw; |
22. |
Jitlob li l-Kummissjoni tappoġġja finanzjarjament is-sottotitolar, id-doppjaġġ, u t-traduzzjoni ta' logħob tal-kompjuter u ta' applikazzjonijiet tas-software b'lingwi minoritarji u li jintużaw anqas; |
23. |
Jenfasizza l-ħtieġa li d-distakk teknoloġiku bejn il-lingwi jitnaqqas permezz tat-tisħiħ tal-għarfien u t-trasferiment tat-teknoloġiji; |
24. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri joħorġu b'modi effikaċi biex iseddqu l-lingwi nattivi tagħhom; |
Rakkomandazzjonijiet għall-politiki tal-UE dwar ir-riċerka
25. |
Jitlob li l-Kummissjoni tistabbilixxi programm koordinat ta' finanzjament fuq skala kbira u fit-tul għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fil-qasam tat-teknoloġiji tal-lingwa, fil-livelli Ewropej, nazzjonali u reġjonali, imfassla speċifikament għall-ħtiġijiet u d-domanda tal-Ewropa; jenfasizza li l-programm għandu jkollha l-għan li jittratta l-fehim profond tal-lingwa naturali u li jkabbar l-effiċjenza permezz tal-iskambju ta' għarfien, infrastrutturi u riżorsi, bil-ħsieb li jiżviluppa teknoloġiji u servizzi innovattivi ħalli jkun jista' jsir l-avvanz xjentifiku li jmiss f'dan il-qasam, u jgħin biex jitnaqqas id-distakk teknoloġiku bejn il-lingwi Ewropej; jenfasizza li dan għandu jsir bil-parteċipazzjoni ta' ċentri tar-riċerka, id-dinja akkademika, l-intrapriżi (speċjalment SMEs u start-ups) u partijiet interessati rilevanti oħra; jenfasizza wkoll li dan il-proġett għandu jkun miftuħ, ibbażat fil-cloud u interoperabbli, u għandu jipprovdi għodod bażiċi li jkunu jistgħu jitħaddmu fuq skali differenti u jkollhom prestazzjoni tajba, għal diversi applikazzjonijiet tat-teknoloġiji tal-lingwa; |
26. |
Jemmen li l-integraturi tal-ICT fl-UE għandhom jingħataw inċentivi ekonomiċi sabiex jaċċeleraw il-provvista ta' servizzi bbażati fil-cloud, sabiex it-teknoloġiji tal-lingwa umana ikun jistgħu jiġu integrati bla xkiel fl-applikazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku tagħhom, b'mod partikolari biex jiġi żgurat li l-SMEs igawdu mill-benefiċċji tat-traduzzjoni awtomatizzata; |
27. |
Jenfasizza li l-Ewropa jeħtiġilha tiżgura l-pożizzjoni ta' tmexxija tagħha fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali ċċentrata fuq il-lingwi; ifakkar li l-kumpaniji tal-UE huma fl-aħjar pożizzjoni biex jipprovdu soluzzjonijiet adattati għall-ħtiġijiet kulturali, soċjetali u ekonomiċi speċifiċi tagħna; |
28. |
Jemmen li programmi speċifiċi fi ħdan l-iskemi ta' finanzjament tal-lum, bħal Orizzont 2020, kif ukoll il-programmi ta' finanzjament li jiġu wara, għandhom jagħtu spinta lir-riċerka bażika mifruxa fuq medda twila kif ukoll lit-trasferiment tal-għarfien u tat-teknoloġiji bejn il-pajjiżi u r-reġjuni; |
29. |
Jirrakkomanda li tinħoloq pjattaforma teknoloġika tal-lingwi Ewropej, b'rappreżentanti minn kull lingwa Ewropea, li permezz tagħha jkun jista' jsir qsim ta' riżorsi, servizzi u pakketti ta' kodiċi open source relatati mat-teknoloġiji tal-lingwa, b'mod partikolari bejn l-universitajiet u ċ-ċentri ta' riċerka, filwaqt li tiżgura li kwalunkwe skema ta' finanzjament tkun tista' sew taħdem mal-komunità open source u tkun aċċessibbli għal dik il-komunità; |
30. |
Jirrakkomanda li jiġu stabbiliti jew estiżi proġetti bħal, fost oħrajn, il-Proġett tad-Diversità tal-Lingwi Diġitali, li jwettqu riċerka dwar il-ħtiġijiet diġitali tal-lingwi Ewropej kollha, minn dawk b'għadd żgħir ta' kelliema sa dawk b'numri kbar ħafna ta' kelliema, biex id-distakk diġitali jiġi indirizzat u biex dawn il-lingwi jiġu megħjuna jħejju għal futur diġitali sostenibbli; |
31. |
Jirrakkomanda li jsir aġġornament tas-sensiela ta' white papers ta' META-NET, stħarriġ pan-Ewropew ippubblikat fl-2012 dwar l-istatus tar-riżorsi tat-teknoloġiji tal-lingwa għall-ilsna Ewropej kollha u dwar informazzjoni rigward ostakli lingwistiċi u politiki marbuta mat-tema, biex b'hekk ikunu jistgħu jiġu vvalutati u żviluppati politiki dwar it-teknoloġiji tal-lingwa; |
32. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi pjattaforma ta' finanzjament ta' teknoloġiji tal-lingwa umana, ibbażata fuq l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku, l-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropea (FNE); iqis, barra minn hekk, li l-Kummissjoni għandha tagħmel enfasi fuq l-oqsma ta' riċerka meħtieġa biex jiżguraw fehim profond tal-lingwa, bħal-lingwistika komputazzjonali, il-lingwistika, l-intelliġenza artifiċjali, it-teknoloġiji tal-lingwa, ix-xjenza tal-informatika u x-xjenza konjittiva; |
33. |
Jirrimarka li l-lingwa tista' tkun ostaklu għat-trasferiment tal-għarfien xjentifiku; jinnota li l-maġġoranza tal-ġurnali xjentifiċi influwenti ħafna jippubblikaw bil-lingwa Ingliża, fatt li jwassal għal bidla maġġuri fil-ħolqien u d-distribuzzjoni tal-għarfien akkademiku; jenfasizza l-ħtieġa li dawn il-kundizzjonijiet ta' produzzjoni tal-għarfien jiġu riflessi fil-politiki u l-programmi Ewropej ta' riċerka u innovazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfittex soluzzjonijiet biex tiżgura li l-għarfien xjentifiku jsir disponibbli b'lingwi oħra għajr il-lingwa Ingliża, u tappoġġja l-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali għal-lingwi naturali; |
Politiki tal-edukazzjoni biex itejbu l-ġejjieni tat-teknoloġiji tal-lingwa fl-Ewropa
34. |
Jemmen li, minħabba s-sitwazzjoni tal-lum fejn is-suq tat-teknoloġiji tal-lingwa jiddominawh atturi mhux Ewropej, il-politiki Ewropej dwar l-edukazzjoni għandu jkollhom l-għan li jżommu t-talent fl-Ewropa, għandhom janalizzaw il-ħtiġijiet edukattivi tal-lum relatati mat-teknoloġiji tal-lingwa (inklużi l-oqsma u d-dixxiplini kollha involuti) u, fuq din il-bażi, jipprovdu linji gwida għall-implimentazzjoni ta' azzjoni konġunta u koeżiva fil-livell Ewropew, u għandhom iqajmu kuxjenza fost it-tfal tal-iskola u fost l-istudenti dwar l-opportunitajiet ta' karrieri fl-industrija tat-teknoloġiji tal-lingwa. inkluż fl-industrija tal-intelliġenza artifiċjali ċċentrata fuq il-lingwa; |
35. |
Huwa tal-fehma li materjali diġitali għat-tagħlim iridu jiġu żviluppati wkoll bil-lingwi minoritarji u reġjonali – ħaġa importanti mil-lat tan-nondiskriminazzjoni – jekk irridu nistabbilixxu l-ugwaljanza ta' opportunitajiet u ta' trattament; |
36. |
Jirrileva l-ħtieġa li l-parteċipazzjoni dejjem akbar tan-nisa fil-qasam tal-istudji Ewropej dwar it-teknoloġiji tal-lingwa tiġi promossa bħala fattur deċiżiv fl-iżvilupp tar-riċerka u tal-innovazzjoni; |
37. |
Jipproponi li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jippromwovu l-użu tat-teknoloġiji tal-lingwa fi ħdan l-iskambji kulturali u edukattivi bejn iċ-ċittadini Ewropej bħal Erasmus+, pereżempju l-Appoġġ Lingwistiku Online (OLS) ta' Erasmus+, bil-għan li jċekknu l-ostakli li d-diversità lingwistika tista' tirrappreżenta għad-djalogu bejn il-kulturi u għall-fehim reċiproku, b'mod partikolari fl-espressjoni bil-kitba u f'dik awdjoviżiva; |
38. |
Jirrakkomanda li l-Istati Membri jiżviluppaw ukoll programmi ta' litteriżmu diġitali bil-lingwi minoritarji u reġjonali tal-Ewropa u jintroduċu taħriġ u għodod tat-teknoloġija lingwistika fil-kurrikuli tal-iskejjel, tal-universitajiet u tal-kulleġġi vokazzjonali tagħhom; jisħaq fuq il-fatt, barra minn hekk, li l-litteriżmu jibqa' fattur sinifikanti u prerekwiżit assolut biex isir progress fl-inklużjoni diġitali tal-komunitajiet; |
39. |
Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ lill-istituzzjonijiet edukattivi biex itejbu d-diġitalizzazzjoni tal-lingwi fl-UE; |
It-teknoloġiji tal-lingwa: benefiċċji sew għall-kumpaniji privati u sew għall-korpi pubbliċi
40. |
Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi sostnut l-iżvilupp ta' strumenti ta' investiment u ta' programmi li jaċċeleraw l-iżvilupp ta' kumpaniji ġodda li jkollhom l-għan li jkattru l-użu tat-teknoloġiji tal-lingwa fis-settur kulturali u kreattiv, b'konċentrazzjoni speċjali fuq komunitajiet li għandhom anqas riżorsi, u li jiġi inkuraġġut l-iżvilupp ta' kapaċitajiet tat-teknoloġiji tal-lingwa f'oqsma fejn is-settur ikun dgħajjef; |
41. |
Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' azzjonijiet u ta' finanzjament adatt bil-għan li jabilita lil SMEs u start-ups Ewropej u jagħtihom is-setgħa biex jaċċedu għat-teknoloġiji tal-lingwa u jużawhom faċilment billi jidħlu fi swieq u opportunitajiet ta' żvilupp ġodda, b'tali mod li jagħtu spinta lil-livelli ta' innovazzjoni tagħhom u lill-ħolqien tal-impjiegi; |
42. |
Jitlob li l-istituzzjonijiet tal-UE jqajmu kuxjenza dwar il-benefiċċji għall-kumpaniji, għall-korpi pubbliċi u għaċ-ċittadini mid-disponibilità online ta' servizzi, kontenuti u prodotti b'diversi lingwi, inklużi lingwi li jintużaw anqas, dawk reġjonali u dawk minoritarji, bil-ħsieb li jegħlbu l-ostakli lingwistiċi u jgħinu fil-ħarsien tal-wirt kulturali tal-komunitajiet lingwistiċi; |
43. |
Jappoġġja l-iżvilupp ta' servizzi elettroniċi pubbliċi multilingwi fl-amministrazzjonijiet Ewropej, nazzjonali u, fejn ikun f'loku. dawk reġjonali u lokali b'teknoloġiji tal-lingwa innovattivi, inklussivi assistivi, li jnaqqsu l-inugwaljanzi bejn il-lingwi u l-komunitajiet lingwistiċi, jippromwovu aċċess ugwali għas-servizzi, jistimolaw il-mobilità tan-negozji, taċ-ċittadini u tal-ħaddiema fl-Ewropa u jiżguraw it-twettiq ta' Suq Uniku Diġitali multilingwi inklussiv; |
44. |
Jitlob li l-amministrazzjonijiet fil-livelli kollha jtejbu l-aċċess għal servizzi u informazzjoni online b'lingwi differenti, speċjalment għas-servizzi f'reġjuni transfruntiera u għal kwistjonijiet relatati mal-kultura, u li jużaw it-teknoloġiji tal-lingwa b'xejn u open-source li diġà jeżistu, fosthom it-traduzzjoni awtomatika, l-għarfien tat-taħdit, it-taħdit mill-kitba u s-sistemi lingwistiċi intelliġenti, bħas-sistemi multilingwi għall-irkupru tal-informazzjoni, għall-ġenerazzjoni ta' sommarji u sunti, u għall-fehim tat-taħdit, biex itejbu l-aċċessibilità ta' dawk is-servizzi; |
45. |
Jirrileva l-importanza tat-tekniki tal-estrazzjoni tal-informazzjoni mid-data u mit-testi għall-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-lingwa; Jissottolinja l-ħtieġa li l-kollaborazzjoni bejn l-industrija u s-sidien tad-data tissaħħaħ; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-qafas regolatorju jiġi adattat u li jiġi żgurat li r-riżorsi lingwistiċi jintużaw u jinġabru b'mod aktar miftuħ u interoperabbli; jinnota li informazzjoni sensittiva ma għandhiex tingħadda f'idejn kumpaniji kummerċjali u s-software tagħhom li huwa disponibbli b'xejn, peress li mhuwiex ċar kif dawn jistgħu jużaw l-għarfien li jiġbru, bħal fil-każ ta' data tas-saħħa; |
o
o o
46. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90.
(2) ĠU L 175, 27.6.2013, p. 1.
(3) ĠU L 318, 4.12.2015, p. 1.
(4) ĠU C 320, 16.12.2008, p. 1.
(5) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965.
(6) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 58.
(7) ĠU C 187, 18.7.1988, p. 236.
(8) ĠU C 92 E, 16.4.2004, p. 322.
(9) ĠU C 76 E, 25.3.2004, p. 374.
(10) ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 59.
(11) ĠU C 93, 9.3.2016, p. 52.
(12) Testi adottati, P8_TA(2018)0032.
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/50 |
P8_TA(2018)0333
Ġestjoni trasparenti u responsabbli tar-riżorsi naturali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw: il-każ tal-foresti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-ġestjoni trasparenti u responsabbli tar-riżorsi naturali fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw: il-każ tal-foresti (2018/2003(INI))
(2019/C 433/09)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) (Settembru 2001) u l-Ftehimiet ta' Sħubija Volontarja (VPAs) dwar l-FLEGT ma' pajjiżi terzi, |
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikolu 208 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (1) (ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam), |
— |
wara li kkunsidra s-Sħubija ta' Busan tal-2011 favur Kooperazzjoni Effikaċi għall-Iżvilupp, |
— |
wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2015-2030, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi li ntlaħaq fil-21 Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport finali tal-istudju tal-Kummissjoni dwar L-impatt tal-konsum tal-UE fuq id-deforestazzjoni: Analiżi komprensiva tal-impatt tal-konsum tal-UE fuq id-deforestazzjoni (2013), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' studju tal-fattibbiltà dwar l-għażliet biex tiżdied l-azzjoni tal-UE kontra d-deforestazzjoni, ikkummissjonat mid-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent tal-Kummissjoni (2017), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2008 bit-titlu "Nindirizzaw l-isfidi tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti sabiex niġġieldu t-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità" (COM(2008)0645), |
— |
wara li kkunsidra l-Consumer Goods Forum (Forum tal-Prodotti għall-Konsumatur) tal-2010, netwerk globali tal-industrija magħmul minn bejjiegħa bl-imnut, manifatturi u fornituri ta' servizzi, li adotta mira li sal-2020 ma jkun hemm ebda deforestazzjoni fil-ktajjen ta' provvista tas-sħab tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Bonn Challenge (Sfida ta' Bonn) tal-2011, li hija sforz globali sabiex 150 miljun ettaru ta' art deforestata u degradata fid-dinja jiġu restawrati sal-2020, u 350 miljun ettaru sal-2030, |
— |
wara li kkunsidra t-Tropical Forest Alliance (Alleanza tal-Foresti Tropikali) tal-2020, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' New York dwar il-Foresti u l-Aġenda ta' Azzjoni tal-2014, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2016 dwar infurzar tal-liġi, tmexxija u kummerċ fis-settur forestali, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Amsterdam "Towards Eliminating Deforestation from Agricultural Commodity Chains with European Countries" (Lejn l-Eliminazzjoni tad-Deforestazzjoni mill-Ktajjen ta' Prodotti Agrikoli Bażiċi Agrikoli ma' Pajjiżi Ewropej) ta' Diċembru 2015, |
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Kummissjoni "Kummerċ għal Kulħadd" (2015), |
— |
wara li kkunsidra l-mekkaniżmu tal-Programm tan-NU dwar it-Tnaqqis tal-Emissjonijiet mid-Deforestazzjoni u d-Degradazzjoni tal-Foresti (REDD+), |
— |
wara li kkunsidra l-Pjan Strateġiku tan-NU dwar il-Foresti (UNSPF) tal-2017-2030, li jiddefinixxi sitt Għanijiet Globali dwar il-Foresti u 26 mira assoċjata li għandhom jintlaħqu sal-2030, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU għall-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni adottata fis-17 ta' Ġunju 1994, |
— |
wara li kkunsidra l-iżvilupp mill-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP) ta' pjattaformi nazzjonali għal prodotti bażiċi sostenibbli, |
— |
wara li kkunsidra l-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni Bilaterali dwar l-Infurzar u Governanza tal-Liġi tal-Foresti (BCM-FLEG) maċ-Ċina (2009), |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tal-1966, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-1969, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli tal-1987, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) Nru 169 dwar il-Popli Indiġeni u Tribali tal-1989, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP) tal-2007, |
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida Volontarji tal-2012 dwar il-Pussess tal-Art (VGGT) tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO), |
— |
wara li kkunsidra l-Prinċipji tal-2014 tal-FAO dwar Investiment Responsabbli fis-Sistemi tal-Agrikoltura u tal-Ikel, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport "Planetary Boundaries" l-aktar reċenti, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) tal-1973, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tal-1992 u l-Protokoll assoċjat ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza tal-2000 u l-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom tal-2010, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-Finanzi Sostenibbli, |
— |
wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, approvati mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2011, kif ukoll il-Linji Gwida tal-OECD dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali, aġġornati fl-2011, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2017 dwar iż-żejt tal-palm u d-deforestazzjoni tal-foresti pluvjali (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar ir-responsabbiltà tal-kumpaniji għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' April 2018 minn rappreżentanti tas-soċjetà ċivili dwar ir-Rwol tal-UE fil-Protezzjoni tal-Foresti u tad-Drittijiet, |
— |
wara li kkunsidra l-Programm Globali tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità marbuta mal-Organiżmi Selvaġġi u l-Foresti, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-12 ta' Settembru 2017 dwar l-impatt tal-kummerċ internazzjonali u tal-politiki kummerċjali tal-UE fuq il-ktajjen ta' valur mondjali (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0249/2018), |
A. |
billi l-foresti b'diversità bijoloġika jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u għall-konservazzjoni tal-bijodiversità; |
B. |
billi 300 miljun persuna jgħixu fil-foresti u 1,6 biljun persuna jiddependu direttament fuq il-foresti għall-għajxien tagħhom, inklużi aktar minn 2 000 grupp indiġenu; billi l-foresti għandhom rwol kruċjali fl-iżvilupp tal-ekonomiji lokali; billi huwa stmat li l-foresti fihom madwar 80 % tal-ispeċi terrestri kollha u għaldaqstant huma riżerva importanti ta' bijodiversità; billi, skont l-FAO, madwar 13-il miljun ettaru ta' foresti jintilfu kull sena; |
C. |
billi d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti jseħħu l-aktar fl-emisfera tan-Nofsinhar u l-foresti tropikali; |
D. |
billi l-foresti jipprevjenu d-degradazzjoni u d-deżertifikazzjoni tal-art u b'hekk jitnaqqas ir-riskju ta' għargħar, uqigħ tal-art u nixfa; |
E. |
billi l-foresti huma vitali għal agrikoltura sostenibbli u titjib fis-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni; |
F. |
billi l-foresti jipprovdu wkoll servizzi essenzjali tal-ekosistema li jappoġġjaw l-agrikoltura sostenibbli permezz tar-regolazzjoni tal-flussi tal-ilma, l-istabbiliment tal-ħamrija, iż-żamma tal-fertilità tal-ħamrija, ir-regolazzjoni tal-klima u l-iffaċilitar ta' ħabitats vijabbli għad-dakkara selvaġġi u l-predaturi ta' pesti agrikoli; |
G. |
billi l-prodotti tal-forestrija jirrappreżentaw 1 % tal-PDG dinji; |
H. |
billi r-restawr tal-foresti huwa wieħed mill-istrateġiji vitali biex jiġi limitat it-tisħin globali għal 1,5 gradi; billi l-gvernijiet kollha għandhom jaċċettaw ir-responsabbiltajiet tagħhom u jieħdu miżuri biex inaqqsu l-ispejjeż tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra f'pajjiżhom; |
I. |
billi d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti huma t-tieni l-akbar kawża umana tal-emissjonijiet tal-karbonju u huma responsabbli għal madwar 20 % tal-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra; |
J. |
billi l-fjuwil mill-injam għadu l-aktar prodott importanti tal-foresti fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u l-aktar sors importanti ta' enerġija f'bosta pajjiżi Afrikani u Asjatiċi; billi fl-Afrika sub-Saħarjana, erbgħa minn kull ħames persuni għadhom jużaw l-injam għat-tisjir; |
K. |
billi l-foresti primarji għandhom bijodiversità rikka u jżommu 30 sa 70 fil-mija aktar karbonju minn foresti maqtugħin jew degradati; |
L. |
billi informazzjoni ċara, konsistenti u aġġornata dwar il-kopertura tal-foresti hija kruċjali għal monitoraġġ effettiv u l-infurzar tal-liġi; |
M. |
billi filwaqt li l-FLEGT-VPAs kienu siewja biex tittejjeb il-governanza tal-foresti, dawn għad għandhom bosta nuqqasijiet; |
N. |
billi l-FLEGT-VPAs jiffukaw fuq il-qtugħ tas-siġar fuq skala industrijali, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-qtugħ illegali tas-siġar joriġina mill-qtugħ tas-siġar artiġjanali u mill-injam tal-azjendi agrikoli; |
O. |
billi l-FLEGT-VPAs għandhom definizzjoni wisq ristretta ta' "legalità", xi drabi jitħallew barra kwistjonijiet kruċjali relatati mad-dominju tal-art u d-drittijiet tal-popli lokali; |
P. |
billi l-FLEGT-VPAs, ir-REDD+ u ċ-ċertifikazzjoni baqgħu inizjattivi separati, li jeħtiġilhom jiġu kkoordinati aktar; |
Q. |
billi l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-FLEGT tiddependi ħafna fuq il-pajjiżi ewlenin tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċ, bħaċ-Ċina, ir-Russja, l-Indja, il-Korea t'Isfel u l-Ġappun, u l-impenn tagħhom li jindirizzaw il-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ tal-prodotti illegali tal-injam, u billi s'issa d-djalogi politiċi bilaterali ma' dawn is-sħab ma wasslux għal riżultati sodisfaċenti; |
R. |
billi l-għan tar-Regolament tal-UE dwar l-Injam (EUTR) huwa li jiżgura li l-ebda injam illegali ma jitqiegħed fis-suq tal-UE; billi r-rieżami tal-2016 tal-EUTR ikkonkluda li l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-regolament ma kinux kompluti; billi tnediet konsultazzjoni pubblika fil-bidu ta' din is-sena dwar bidliet possibbli tal-ambitu tal-EUTR; |
S. |
billi ż-żoni protetti għandhom ikunu fil-qalba ta' kwalunkwe approċċ strateġiku għall-konservazzjoni tal-ħajja selvaġġa; billi dawn għandhom ikunu żoni siguri u inklużivi għall-iżvilupp ekonomiku, abbażi ta' biedja sostenibbli, enerġija, kultura u turiżmu, u jwasslu għall-iżvilupp ta' governanza tajba; |
T. |
billi s-sħubijiet pubbliċi-privati għandhom rwol importanti fl-iżvilupp sostenibbli ta' parks fl-Afrika sub-Saħarjana, li jirrispettaw id-drittijiet tal-komunitajiet forestali; |
U. |
billi l-korruzzjoni u istituzzjonijiet dgħajfa jirrappreżentaw ostakli ewlenin għall-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-foresti; billi rapport konġunt tal-2016 tal-Programm tan-NU għall-Ambjent (UNEP) u l-INTERPOL (5) jidentifika li r-reati relatati mal-foresti huma fost l-akbar ħames sfidi ewlenin sabiex jintlaħqu l-SDGs u jistqarr li l-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam jammonta għal bejn 15 u 30 % tal-kummerċ globali legali; billi, skont il-Bank Dinji, il-pajjiżi affettwati jitilfu madwar USD 15 biljun kull sena fir-rigward tal-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ tal-injam; |
V. |
billi l-kriminalità forestali tieħu sura differenti, prinċipalment l-isfruttament illegali ta' speċi tal-injam li huma fil-periklu u li huma ta' valur għoli (CITES elenkati); il-qtugħ illegali tal-injam għall-materjal tal-bini u għall-għamara; il-qtugħ illegali tas-siġar u s-sekwestru tal-injam permezz ta' pjantaġġuni u kumpaniji agrikoli abbużivi għall-forniment ta' polpa lill-industrija tal-karta flimkien mal-użu ta' fjuwil mill-injam, li mhux regolat, u l-kummerċ tal-faħam sabiex jinħeba l-qtugħ illegali tas-siġar fi ħdan u barra miż-żoni protetti; |
W. |
billi l-urbanizzazzjoni, il-governanza ħażina, id-deforestazzjoni fuq skala kbira għall-agrikoltura, il-minjieri u l-iżvilupp tal-infrastruttura qegħdin jikkawżaw ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem b'impatti devastanti fuq il-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali bħalma huma l-ħtif tal-art, l-iżgumbrar furzat, il-fastidju mill-pulizija, l-arresti arbitrarji u l-kriminalizzazzjoni tal-mexxejja tal-komunità, id-difensuri u l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem; |
X. |
billi l-Aġenda 2030 tan-NU tistabbilixxi l-mira li sal-2020 jitwaqqfu u jittaffew l-effetti tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti; billi dan l-impenn huwa mtenni fil-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u m'għandux jiġi differit; |
Y. |
billi l-SDG 15 isemmi b'mod espliċitu l-ħtieġa ta' ġestjoni tajba tal-foresti, filwaqt li l-foresti jista' jkollhom rwol fejn jgħinu sabiex jintlaħqu ħafna aktar SDGs oħra; |
Z. |
billi r-REDD+ wassal għal benefiċċji ambjentali u soċjali f'bosta pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw bħall-konservazzjoni tal-bijodiversità, l-iżvilupp rurali u t-titjib tal-governanza tal-foresti; billi, madankollu, ta' spiss ġie kkritikat li jqiegħed pressjoni fuq il-komunitajiet tal-foresti; |
AA. |
billi hemm ġabra ta' evidenza, li dejjem qiegħda tikber, li l-iżgurar tal-pussess tal-art mill-komunitajiet iwassal għal tnaqqis fid-deforestazzjoni u ġestjoni aktar sostenibbli tal-foresti; |
AB. |
billi l-agrikoltura tirrappreżenta 80 % tad-deforestazzjoni madwar id-dinja kollha; billi t-trobbija tal-bhejjem u l-pjantaġġuni industrijali kbar, b'mod partikolari dawk tas-sojja u taż-żejt tal-palm, huma l-kawżi ewlenin tad-deforestazzjoni, partikolarment fil-pajjiżi tropiċi, minħabba domanda dejjem akbar għal dawn il-prodotti fil-pajjiżi żviluppati u fl-ekonomiji emerġenti u l-espansjoni tal-agrikoltura industrijali madwar id-dinja; billi fl-2013 studju tal-Kummissjoni żvela li l-UE-27 kienet l-akbar importatur dinji nett tad-deforestazzjoni reali (bejn l-1990 u l-2008); billi għaldaqstant l-UE għandha rwol deċiżiv fil-ġlieda kontra d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, partikolarment fir-rigward tad-domanda tagħha u r-rekwiżiti tagħha dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward ta' prodotti bażiċi agrikoli; |
AC. |
billi l-espansjoni tas-sojja wasslet għal problemi soċjali u ambjentali, bħall-erożjoni tal-ħamrija, it-tniġġis tal-ilma, il-kontaminazzjoni mill-pestiċidi u l-ispostament sfurzat tal-popli; billi l-komunitajiet indiġeni kienu fost dawk l-aktar affettwati; |
AD. |
billi l-espansjoni tal-pjantaġġuni taż-żejt tal-palm wasslet għal qerda massiva tal-foresti u kunflitti soċjali li qiegħdu l-kumpaniji tal-pjantaġġuni kontra l-gruppi indiġeni u l-komunitajiet lokali; |
AE. |
billi f'dawn l-aħħar snin, is-settur privat wera impenn dejjem akbar lejn il-protezzjoni tal-foresti u billi aktar minn 400 kumpanija impenjaw ruħhom li jeliminaw id-deforestazzjoni mill-prodotti u l-katini ta' provvista tagħhom, f'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' New York dwar il-Foresti, b'enfasi partikolari fuq il-prodotti bażiċi bħaż-żejt tal-palm, is-sojja, iċ-ċanga u l-injam; billi l-miżuri pubbliċi maħsuba għall-prodotti agrikoli madankollu għadhom relattivament rari; |
1. |
Ifakkar li l-Aġenda 2030 tirrikonoxxi li l-foresti b'diversità bijoloġika għandhom rwol kruċjali fl-iżvilupp sostenibbli kif ukoll għall-Ftehim ta' Pariġi; itenni li l-immaniġġjar sostenibbli u inklużiv tal-foresti u l-użu responsabbli tal-prodotti bażiċi mill-foresti huma l-aktar sistema naturali li hija effettiva u irħisa għall-qbid u l-ħżin tal-karbonju; |
2. |
Jitlob lill-UE tappoġġja l-integrazzjoni tal-objettivi dwar il-governanza tal-foresti u tal-art fil-Kontributi Stabbiliti fil-Livell Nazzjonali ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u li għandhom il-foresti; |
3. |
Ifakkar li l-Ftehim ta' Pariġi jirrikjedi li l-Partijiet kollha jieħdu azzjoni sabiex jikkonservaw u jsaħħu l-bjar, inklużi l-foresti; |
4. |
Jinnota li t-twaqqif tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti, u l-fatt li l-foresti jitħallew jerġgħu jikbru, jipprovdi mill-inqas 30 % tal-azzjoni ta' mitigazzjoni kollha meħtieġa biex it-tisħin globali jiġi limitat għal 1,5 C (6); |
5. |
Jinnota li d-deforestazzjoni hija responsabbli għal 11 % tal-emissjonijiet antropoġeniċi globali ta' gassijiet serra, aktar mill-karozzi tal-passiġġieri kollha f'daqqa; |
6. |
Jafferma r-rilevanza tat-tip ta' ġestjoni tal-foresti għall-bilanċ tal-karbonju fit-tropiċi, kif enfasizzat fid-dokumenti reċenti (7), li indikaw li forom aktar sottili ta' degradazzjoni, u mhux biss deforestazzjoni fuq skala kbira kif kien maħsub qabel, x'aktarx huma sors sinifikanti ħafna ta' emissjonijiet tal-karbonju li jammontaw għal aktar min-nofs l-emissjonijiet; |
7. |
Jinnota li r-riforestazzjoni, it-tiġdid tal-foresti degradati eżistenti u ż-żieda fil-kopertura tas-siġar fuq pajsaġġi agrikoli permezz tal-agroforestrija jirrappreżentaw l-uniċi sorsi disponibbli ta' emissjonijiet negattivi b'potenzjal sinifikanti biex jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi; |
8. |
Ifakkar l-Isfida ta' Bonn (8), li l-għan tagħha huwa li jiġu restawrati 350 miljun ettaru ta' art degradata u deforestata sal-2030 li jistgħu jiġġeneraw madwar USD 170 biljun fis-sena f'benefiċċji netti minn protezzjoni tal-magħqad tal-ilma, rendiment tal-għelejjel u prodotti tal-foresti mtejba, u jistgħu jissekwestraw sa ekwivalenza ta' 1,7 gigatunnellati ta' diossidu tal-karbonju kull sena; |
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni tonora l-impenji internazzjonali tal-UE, inter alia, dawk magħmula fil-qafas tal-COP21, il-Forum tan-NU dwar il-Foresti (UNFF), il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (UNCBD), id-Dikjarazzjoni ta' New York dwar il-Foresti u l-SDG 15, b'mod partikolari l-Mira 15.2 intiż biex tiġi promossa l-implimentazzjoni ta' ġestjoni sostenibbli tat-tipi kollha ta' foresti, titwaqqaf id-deforestazzjoni, jiġu restawrati l-foresti degradati u jiżdiedu b'mod sostanzjali t-tisġir u r-riforestazzjoni globalment sal-2020; |
10. |
Ifakkar speċifikament li l-Unjoni impenjat ruħha għall-miri tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika ta' Aichi, li jirrikjedu li 17 % tal-ħabitats kollha jiġu kkonservati, 15 % tal-ekosistemi degradati jiġu rrestawrati u t-telf tal-foresti jinġieb qrib iż-żero, jew tal-inqas jitnaqqas bin-nofs sal-2020; |
11. |
Jinnota li l-industrija tal-avjazzjoni tiddependi ħafna fuq il-kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju, inklużi l-foresti; jenfasizza, madankollu, li l-kumpens għall-foresti qiegħed jiffaċċja kritika serja, billi dawn huma diffiċli li jitkejlu u impossibbli li jiġu garantiti; iqis li l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) għandha teskludi l-kumpens għall-foresti mill-Iskema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA); |
12. |
Jissottolinja li l-kawżi tad-deforestazzjoni jmorru lil hinn mis-settur tal-foresti nnifsu u huma relatati ma' firxa varjata ta' kwistjonijiet bħad-dominju tal-art, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-popli indiġeni, il-politiki agrikoli u t-tibdil fil-klima; jappella lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha rigward l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-FLEGT-VPAs u sabiex tindirizza d-deforestazzjoni b'mod olistiku permezz ta' qafas ta' politika koerenti, jiġifieri billi jiġi żgurat ir-rikonoxximent effettiv u r-rispett tad-drittijiet tad-dominju ta' art ta' komunitajiet li jiddependu mill-foresti, b'mod partikolari fil-każ ta' finanzjament tal-UE għall-iżvilupp, kif ukoll fil-proċess ta' skrinjar tal-FLEGT-VPAs, u b'dan il-mod tkun possibbli s-sussistenza fil-komunità forestali lokali filwaqt li tiġi żgurata l-konservazzjoni tal-ekosistemi; |
13. |
Jappella lill-Kummissjoni sabiex kull sentejn tfassal rapport dwar il-progress tal-Pjan ta' Azzjoni tal-FLEGT; jisħaq li dan għandu jinkludi valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-VPA, l-iskadenzi skedati, kwalunkwe diffikultajiet misjuba u l-miżuri meħuda jew ippjanati; |
14. |
Jinnota li l-implimentazzjoni tal-VPAs ser ikollha aktar ċans li tirnexxi jekk tipprevedi aktar appoġġ immirat għall-gruppi vulnerabbli involuti fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-injam (bdiewa żgħar, intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (MSMEs), operaturi indipendenti fis-settur "informali"); jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-proċessi ta' ċertifikazzjoni jirrispettaw l-interessi tal-gruppi aktar vulnerabbli involuti fil-ġestjoni tal-foresti; |
15. |
Jissottolinja l-importanza li jiġi miġġieled il-kummerċ illegali fl-injam tropikali; jissuġġerixxi lill-Kummissjoni sabiex in-negozjati futuri tal-liċenzji ta' esportazzjoni FLEGT għal prodotti tal-injam legali vverifikati esportati lejn l-UE jqisu l-esperjenza miksuba bis-sistema Indoneżjana, li ilha effettiva minn Novembru 2016; jitlob li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt awtonoma tal-implimentazzjoni tas-sistema Indoneżjana ta' verifika tal-legalità tal-injam, li għandha tiġi ppreżentata f'perjodu ta' żmien xieraq; |
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jindirizzaw ir-riskju ta' kunflitti relatati mal-injam, biex jiżguraw li jiġi definit bħala illegali permezz tal-proċess tal-VPA; jemmen li d-definizzjoni tal-legalità tas-Sistema ta' Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Injam (TLAS) għandha tevolvi sabiex fil-VPAs kollha tinkludi d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet komunitarji tad-dominju tal-art; |
17. |
Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw id-"djalogu strutturat FLEGT" propost sabiex titwettaq valutazzjoni xierqa tar-riskji ta' korruzzjoni fis-settur tal-foresti u jiġu żviluppati miżuri li jsaħħu l-parteċipazzjoni, it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità bħala aspetti ta' strateġija kontra l-korruzzjoni; |
18. |
Jappella biex l-UE tiżviluppa politika ta' akkwist tal-injam ekoloġiku li tappoġġja l-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tal-foresti madwar id-dinja; |
19. |
Jinnota bi tħassib li s-settur tal-foresti huwa partikolarment vulnerabbli għal governanza dgħajfa, inklużi l-korruzzjoni, il-frodi u l-kriminalità organizzata, li jgawdu minn livell sinifikanti ta' impunità; jiddeplora l-fatt li anke f'pajjiżi li għandhom liġijiet tajba tal-foresti, l-implimentazzjoni għadha dgħajfa; |
20. |
Jirrikonoxxi li r-reati b'rabta mal-foresti, bħall-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam, ġew stmati li jirrappreżentaw valur ta' USD 50-152 biljun globalment fl-2016, żieda ta' aktar minn 30-100 biljun fl-2014 u kklassifikati bħala l-ewwel f'termini ta' dħul fost ir-reati ambjentali; jinnota li l-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam għandu rwol sostanzjali fil-finanzjament tal-kriminalità organizzata u għaldaqstant ifaqqar b'mod sinifikanti lill-gvernijiet, lin-nazzjonijiet u lill-komunitajiet lokali minħabba dħul mhux miġbur (9); |
21. |
Jinsab allarmat li l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, il-ħtif tal-art u s-sekwestru tal-artijiet indiġeni intensifikaw, kawża tal-espansjoni tal-infrastruttura u l-pjantaġġuni tal-monokultura għall-ikel, il-fjuwil u l-fibra, il-qtugħ tas-siġar u l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni tal-karbonju bħall-bijofjuwils, il-gass naturali jew l-iżviluppi idroelettriċi fuq skala kbira; |
22. |
Jinnota bi tħassib li madwar 300 000 Popli Forestali (imsejħa wkoll "pygmies" jew "batwas") fil-foresta pluvjali tal-Afrika Ċentrali qegħdin jiffaċċjaw pressjonijiet bla preċedent fuq l-artijiet, ir-riżorsi tal-foresti u s-soċjetajiet tagħhom, billi l-foresti qegħdin jinqatgħu, jiġu żgumbrati għall-agrikoltura jew jinbidlu f'żoni esklużivi għall-konservazzjoni tal-ħajja selvaġġa; |
23. |
Iħeġġeġ bis-sħiħ li l-Kummissjoni ssegwi l-punti li saru fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar ir-responsabbiltà tal-kumpaniji għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (10), inkluż b'referenza għall-korporazzjonijiet li joperaw f'dan il-qasam; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex b'mod partikolari tagħti bidu għall-miżuri msemmija f'din ir-riżoluzzjoni sabiex tidentifika u tikkastiga lil dawk responsabbli, meta tali azzjonijiet jistgħu jiġu allokati direttament jew indirettament lil korporazzjonijiet multinazzjonali li joperaw fil-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru; |
24. |
Jenfasizza li l-qtugħ illegali tas-siġar jikkawża telf ta' dħul mit-taxxa għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; jiddeplora b'mod partikolari l-fatt li r-rifuġji fiskali delokalizzati u l-iskemi ta' evitar tat-taxxa qegħdin jintużaw biex jiffinanzjaw kumpaniji u sussidjarji fittizji ta' kumpaniji ewlenin tal-polpa, tal-qtugħ tas-siġar għall-injam u tal-minjieri assoċjati mad-deforestazzjoni, kif ikkonfermat mill-Panama Papers u mill-Paradise Papers, f'kuntest fejn l-effetti tal-globalizzazzjoni finanzjarja mhux regolata jista' jkollha impatt negattiv fuq il-konservazzjoni tal-foresti u s-sostenibbiltà ambjentali; iħeġġeġ għal darb'oħra sabiex l-UE turi rieda politika u determinazzjoni qawwija fil-ġlieda kontra l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa, kemm domestikament kif ukoll ma' pajjiżi terzi; |
25. |
Jilqa' l-pubblikazzjoni tal-istudju tal-fattibbiltà li ilu mistenni dwar l-għażliet biex tiżdied l-azzjoni tal-UE kontra d-deforestazzjoni (11), ikkummissjonat mid-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea; jinnota li dan l-istudju jiffoka prinċipalment fuq seba' prodotti forestali ta' riskju, jiġifieri ż-żejt tal-palm, is-sojja, il-gomma, iċ-ċanga, il-qamħirrum, il-kawkaw u l-kafè, u jirrikonoxxi li "B'mod ċar l-UE hija parti mill-problema tad-deforestazzjoni globali"; |
26. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tniedi minnufih valutazzjoni tal-impatt dettaljata u konsultazzjoni ġenwina mal-partijiet ikkonċernati, b'mod partikolari bl-involviment tal-popli lokali u n-nisa, bil-ħsieb li jiġi stabbilit ta' Pjan ta' Azzjoni tal-UE sinifikanti dwar id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti li jinkludi miżuri regolatorji konkreti u koerenti, inkluż mekkaniżmu ta' monitoraġġ, biex tiggarantixxi li l-ebda katina ta' provvista jew tranżazzjoni finanzjarja marbuta mal-UE ma jikkawżaw deforestazzjoni, degradazzjoni tal-foresti jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jappella biex dan il-Pjan ta' Azzjoni jippromwovi aktar assistenza finanzjarja u teknika lill-pajjiżi produtturi bil-għan speċifiku li jipproteġi, iżomm u jirrestawra l-foresti u l-ekosistemi kritiċi, u jtejjeb l-għajxien tal-komunitajiet li jiddependu mill-foresti; |
27. |
Ifakkar li n-nisa indiġeni u l-bdiewa nisa għandhom rwol ċentrali fil-protezzjoni tal-ekosistemi tal-foresti; jinnota bi tħassib, madankollu, in-nuqqas ta' inklużjoni u l-emanċipazzjoni tan-nisa fil-proċess tal-ġestjoni tar-riżorsi naturali; jiddeplora n-nuqqas ta' edukazzjoni dwar il-forestrija; jemmen li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni dwar il-forestrija hija punt ewlieni fil-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, li għandha tiġi riflessa fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE; |
28. |
Jieħu nota tal-ftuħ tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott tar-Regolament dwar l-Injam; iqis li l-possibbiltà li ssir għażla fil-kwestjonarju dwar it-tnaqqis tal-kamp ta' applikazzjoni li għandu jiġi kopert mir-Regolament mhijiex waħda ġġustifikata minħabba li l-kummerċ illegali jiffjorixxi fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni attwali tar-Regolament; jinnota wkoll il-pożizzjoni favorevoli tal-Konfederazzjoni Ewropea tal-Industriji tax-Xogħol tal-Injam dwar l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Injam għall-prodotti kollha tal-injam; |
29. |
Jinnota li ma kienx possibbli li ssir valutazzjoni, fir-rieżami tal-2016 tal-EUTR (SWD(2016)0034), dwar jekk il-penali stipulati mill-Istati Membri humiex effettivi, proporzjonati u dissważivi peress li l-għadd ta' sanzjonijiet applikati s'issa kien baxx ħafna; għandu dubju dwar l-applikazzjoni minn uħud mill-Istati Membri tal-kriterju "tal-kundizzjonijiet ekonomiċi nazzjonali" għal penali stabbiliti, minħabba l-aspett internazzjonali tar-reat u l-fatt li dan huwa kklassifikat bħala l-ewwel fir-reati ambjentali fid-dinja; |
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod sħiħ u jinfurzaw l-EUTR, u sabiex l-EUTR ikopri l-prodotti kollha li huma jew jistgħu jkunu magħmula mill-injam, u li jkun fihom jew jista' jkun fihom l-injam; jenfasizza l-ħtieġa li jitwettqu kontrolli adegwati u effettivi, inkluż fuq ktajjen tal-provvista kumplessi u fuq importazzjonijiet minn pajjiżi ta' pproċessar, u jitlob sanzjonijiet robusti u dissważivi għall-operaturi ekonomiċi kollha, peress li dan huwa reat internazzjonali li jiġġenera l-akbar qligħ fost ir-reati ambjentali; |
31. |
Jinnota li ġie żvelat li l-liċenzji tal-esportazzjoni tal-FLEGT jippermettu li l-injam miksub b'mod illegali jitħallat mal-injam legali u għalhekk jista' potenzjalment jiġi esportat lejn l-UE bħala konformi mal-EUTR (12); |
32. |
Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-gwida tar-Regolament tal-UE dwar l-Injam sabiex tindirizza l-injam ta' kunflitt u tirrakkomanda aktar miżuri dettaljati ta' mitigazzjoni tar-riskji sabiex jissaħħaħ l-infurzar kif ukoll titlob diliġenza dovuta mill-operaturi li jimportaw minn żoni affettwati minn kunflitt jew żoni ta' riskju għoli, termini u kundizzjonijiet kontra t-tixħim f'kuntratti ma' fornituri, l-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet ta' konformità kontra l-korruzzjoni, dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati, u awditi kontra l-korruzzjoni; |
Governanza tal-foresti u tal-art
33. |
Jirrikonoxxi l-ħidma importanti mwettqa fi ħdan il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU (UNECE) u l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU (FAO) fir-rigward tal-ġestjoni sostenibbli globali tal-foresti, li għandha rwol essenzjali fil-kummerċ sostenibbli tal-prodotti tal-foresti; |
34. |
Jistieden lill-UE tistabbilixxi kooperazzjoni aktar b'saħħitha u sħubiji effettivi mal-pajjiżi li l-aktar jikkunsmaw l-injam u partijiet ikkonċernati internazzjonali, bħan-NU, b'mod partikolari l-FAO, iċ-Ċentru għal Riċerka Internazzjonali dwar il-Foresti (CIFOR) u l-Programm tal-Bank Dinji dwar il-Foresti (PROFOR), għal tnaqqis aktar effettiv fil-kummerċ ta' injam maqtugħ illegalment fil-livell globali u titjib fil-governanza tal-foresti b'mod ġenerali; |
35. |
Jenfasizza li l-foresti sekondarji, li jiġu ġġenerati l-aktar permezz ta' proċessi naturali wara disturb tal-bniedem jew disturb naturali sinifikanti tal-foresti primarji, jipprovdu wkoll, flimkien mal-foresti primarji, servizzi kruċjali tal-ekosistema, għajxien għall-popolazzjoni lokali kif ukoll provvista tal-injam; iqis li peress li s-sopravivenza tagħhom hija mhedda wkoll mill-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam, kwalunkwe azzjoni li tindirizza t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont tal-ġestjoni tal-foresti għandu jkollha fil-mira wkoll il-foresti sekondarji, u mhux biss dawk primarji; |
36. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li titħeġġeġ ġestjoni parteċipatorja u komunitarja tal-foresti permezz tat-tisħiħ tal-involviment tas-soċjetà ċivili fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-proġetti dwar il-ġestjoni tal-foresti li jissensibilizzaw u jiżguraw li l-komunitajiet lokali jaqsmu l-benefiċċji tar-riżorsi tal-foresti; |
37. |
Jinnota bi tħassib li l-pussess komunitarju mhux sigur tal-art mill-popli tal-foresti jikkostitwixxi ostaklu ewlieni għall-ġlieda kontra d-deforestazzjoni; |
38. |
Ifakkar li governanza responsabbli tal-pussess tal-art u tal-foresti hija essenzjali sabiex jiġu żgurati stabbiltà soċjali, użu sostenibbli tal-ambjent u investiment responsabbli għall-iżvilupp sostenibbli; |
39. |
Jinnota l-eżistenza ta' mudelli ta' dritt għall-pussess tal-art tal-forestrija komunitarja/dritt konswetudinarju għall-pussess tal-art kollettiv li jistgħu jġibu għadd ta' benefiċċji (13), inkluża żieda fiż-żona tal-foresta u fir-riżorsi tal-ilma disponibbli, tnaqqis fil-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam billi jiġu stabbiliti regoli ċari dwar l-aċċess għall-injam u sistema b'saħħitha ta' monitoraġġ tal-foresti; jipproponi li jkun hemm aktar riċerka u appoġġ sabiex ikunu jistgħu jiġu żviluppati oqfsa legali dwar il-forestrija komunitarja; |
40. |
Iħeġġeġ lill-pajjiżi sħab jirrikonoxxu u jipproteġu d-dritt tal-komunitajiet lokali li jiddependu fuq il-foresti u tal-popli indiġeni, b'mod partikolari n-nisa indiġeni, fir-rigward tas-sjieda abitwali u l-kontroll tal-artijiet, it-territorji u r-riżorsi naturali tagħhom, kif stabbilit fl-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem bħall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, UNDRIP u l-Konvenzjoni tal-ILO Nru 169; jappella lill-UE tappoġġja lill-pajjiżi sħab f'dan l-isforz u fl-applikazzjoni preċiża tal-prinċipju ta' kunsens liberu u infurmat minn qabel (FPIC) għall-akkwisti ta' art fuq skala kbira; |
41. |
Jiddenunzja l-ispazju li qiegħed jiċkien u l-għadd li qiegħed jikber ta' attakki fuq il-libertà ta' espressjoni tal-komunitajiet tas-soċjetà ċivili u dawk lokali fir-rigward tal-governanza tal-foresti; |
42. |
Jappella lill-Kummissjoni sabiex il-VGGT tal-FAO isiru vinkolanti għall-Pjan ta' Investiment Estern; jisħaq fuq il-fatt li l-konformità mal-VGGT tirrikjedi l-eżistenza ta' monitoraġġ u infurzar effettivi indipendenti, inklużi mekkaniżmi adegwati għas-soluzzjoni tat-tilwim u l-ilmenti; jinsisti li l-istandards dwar id-dominju ta' art jiġu inklużi fit-tfassil tal-proġetti, il-monitoraġġ u r-rapportar annwali u jsiru vinkolanti għall-azzjoni esterna kollha tal-UE ffinanzjata minn assistenza uffiċjali għall-iżvilupp (ODA); |
43. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu, bħala pass immedjat, mekkaniżmu effettiv ta' lmenti amministrattivi għall-vittmi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u impatti dannużi oħra kkawżati minn attivitajiet iffinanzjati mill-ODA sabiex jinbdew proċessi ta' investigazzjoni u ta' rikonċiljazzjoni; jindika li dan il-mekkaniżmu għandu jkollu proċeduri standardizzati, ikun ta' natura amministrattiva, u għaldaqstant ikun komplementari għall-mekkaniżmi ġudizzjarji, u li d-Delegazzjonijiet tal-UE jistgħu jaġixxu bħala punti ta' dħul; |
44. |
Jappella sabiex l-UE tadotta regoli dwar l-iżvelar obbligatorju ta' informazzjoni dwar id-deforestazzjoni li joffri prova ta' investimenti finanzjarji marbuta mal-produzzjoni jew mal-ipproċessar ta' prodotti bażiċi li huma ta' theddida għall-foresti; |
45. |
Ifakkar li l-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sas-27 ta' Novembru 2018 dwar il-funzjonament tad-Direttiva 2013/50/UE dwar it-Trasparenza li tintroduċi rekwiżit ta' żvelar għall-pagamenti lill-gvernijiet minn kumpaniji kbar elenkati u mhux elenkati b'attivitajiet fl-industrija estrattiva u li jinvolvi l-qtugħ tas-siġar għall-injam tal-foresti (naturali u seminaturali) primarji; jinnota wkoll li dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva; fid-dawl ta' rieżami possibbli, jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-estensjoni tal-obbligu lil setturi tal-industrija oħra li jaffettwaw lill-foresti, u lil foresti oħra għajr il-foresti primarji; |
46. |
Jiddeplora n-nuqqas ta' parteċipazzjoni lokali u n-nuqqas ta' ftehimiet dwar il-foresti komunitarji fiż-żonar tal-użu tal-art u l-allokazzjoni tal-konċessjonijiet huma komuni f'bosta pajjiżi; huwa tal-fehma li t-TLAS għandha tinkludi salvagwardji proċedurali li jagħtu saħħa lill-komunitajiet, bil-għan li titnaqqas il-probabbiltà ta' allokazzjoni korrotta jew inġusta jew trasferimenti ta' art; |
47. |
Jisħaq fuq il-fatt li trasparenza tad-data, kartografija aħjar, monitoraġġ indipendenti, għodod għall-awditjar u kondiviżjoni tal-informazzjoni huma essenzjali għat-titjib tal-governanza, għall-kooperazzjoni internazzjonali u għall-iffaċilitar tal-konformità mal-impenji ta' ebda deforestazzjoni; jappella lill-UE sabiex iżżid l-appoġġ finanzjarju u tekniku lill-pajjiżi sħab sabiex tikseb dawn l-għanijiet u biex tgħinhom jiżviluppaw l-għarfien espert meħtieġ biex itejbu l-istrutturi ta' governanza tal-foresti lokali u r-responsabbiltà; |
Ktajjen ta' provvista u finanzjament responsabbli
48. |
Jinnota li l-importazzjonijiet tal-injam u tal-prodotti tal-injam għandhom jiġu kkontrollati aktar bir-reqqa fil-fruntieri tal-UE, sabiex jiġi żgurat li l-prodotti importati tassew jikkonformaw mal-kriterji meħtieġa biex jidħlu fl-UE; |
49. |
Jinnota li aktar minn nofs il-prodotti bażiċi mmanifatturati u esportati fis-suq globali huma prodotti tad-deforestazzjoni illegali; jindika li, b'kont meħud tal-prodotti bażiċi li huma ta' riskju għall-foresti u li huma relatati mal-agrikoltura, huwa stmat li fir-rigward tal-esportazzjonijiet taċ-ċanga 65 % minn dik tal-Brażil u 9 % minn dik tal-Arġentina u fir-rigward tal-esportazzjoni tas-sojja 41 % minn dik tal-Brażil, 5 % minn dik tal-Arġentina u 30 % minn dik tal-Paragwaj x'aktarx li jkunu marbuta mad-deforestazzjoni illegali; jinnota wkoll li l-produtturi tal-UE jimportaw ammonti sinifikanti ta' għalf u ta' proteini mill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (14); |
50. |
Jenfasizza r-rwol ewlieni tas-settur privat sabiex jinkisbu l-miri internazzjonali dwar il-foresti, inkluż ir-restawr tal-foresti; jisħaq, madankollu, fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-ktajjen ta' provvista globali u l-flussi finanzjarji jappoġġjaw biss produzzjoni sostenibbli u mingħajr deforestazzjoni li tkun legali, u ma jwasslux għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem; |
51. |
Jilqa' l-fatt li l-atturi ewlenin tas-settur privat (spiss mill-UE) wiegħdu li ser jeliminaw id-deforestazzjoni mill-ktajjen ta' provvista u mill-investimenti tagħhom; jinnota madankollu li l-UE jeħtiġilha tilqa' l-isfida u ssaħħaħ l-isforzi tas-settur privat permezz ta' politiki u ta' miżuri xierqa li joħolqu linja bażi komuni għall-kumpaniji kollha u li jintroduċu kundizzjonijiet ekwi; iqis li dan jagħti spinta lill-wegħdiet, joħloq fiduċja u jżomm lill-kumpaniji aktar responsabbli għall-impenji tagħhom; |
52. |
Ifakkar li l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar il-Kummerċ u d-Drittijiet tal-Bniedem iridu jiġu rrispettati; jappoġġja n-negozjati kontinwi sabiex jinħoloq strument vinkolanti tan-NU dwar korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi kummerċjali oħra fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u jisħaq fuq l-importanza li l-UE tkun involuta b'mod attiv f'dan il-proċess; |
53. |
Jinkoraġġixxi lill-korporazzjonijiet jieħdu azzjoni biex jipprevjenu l-korruzzjoni fil-prattiki kummerċjali tagħhom, partikolarment dawk relatati mal-allokazzjoni ta' drittijiet tad-dominju ta' art, u sabiex jiżdiedu s-sistemi ta' monitoraġġ estern tagħhom dwar l-istandards tax-xogħol biex jinkludu impenji aktar inklużivi relatati mad-deforestazzjoni; |
54. |
Jappella biex l-UE tintroduċi rekwiżiti obbligatorji sabiex l-industrija finanzjarja twettaq diliġenza dovuta b'saħħitha fil-valutazzjoni tar-riskji finanzjarji u mhux finanzjarji għall-ambjent, għas-soċjetà u għall-governanza; jappella bl-istess mod għad-divulgazzjoni pubblika tal-proċess ta' diliġenza dovuta, permezz tar-rapportar annwali maħsub għall-investituri; |
55. |
Jappella biex l-UE tindirizza d-deforestazzjoni globali billi tirregola l-kummerċ Ewropew u l-konsum ta' prodotti bażiċi ta' riskju għall-foresti, bħas-sojja, iż-żejt tal-palm, l-eucalyptus, iċ-ċanga, il-ġilda u l-kawkaw, abbażi tal-esperjenzi meħuda mill-Pjan ta' Azzjoni FLEGT, ir-Regolament dwar l-Injam, ir-Regolament dwar il-Minerali ta' Kunflitt, id-Direttiva dwar ir-Rapportar mhux Finanzjarju, il-leġiżlazzjoni dwar is-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat (IUU) u inizjattivi oħra tal-UE biex tirregola l-katini ta' provvista; |
56. |
Jikkunsidra li dan il-qafas regolatorju għandu
|
57. |
Jistieden sabiex l-UE tiżgura li l-miżuri mdaħħla fis-seħħ u l-qafas regolatorju ma jagħtux lok għal piżijiet żejda fuq il-produtturi żgħar u ta' daqs medju jew jipprevjenu l-aċċess tagħhom għas-swieq u l-kummerċ internazzjonali; |
58. |
Jappella bl-istess mod sabiex l-UE tippromwovi qafas regolatorju vinkolanti simili fil-livell internazzjonali u sabiex tintegra d-diplomazija dwar il-foresti fil-politika tagħha dwar il-klima, bil-għan li tinkoraġġixxi lill-pajjiżi, li jipproċessaw u/jew jimportaw kwantitajiet sinifikanti ta' injam tropikali, bħaċ-Ċina u l-Vjetnam, sabiex jadottaw leġiżlazzjoni effettiva li tipprojbixxi l-importazzjoni ta' injam maqtugħ illegalment u li tirrikjedi li l-operaturi jwettqu diliġenza dovuta (simili għall-EUTR); għal dan il-għan, jappella lill-Kummissjoni biex ittejjeb it-trasparenza fir-rigward tad-diskussjonijiet u l-azzjonijiet meħuda taħt il-BCM-FLEGT maċ-Ċina; |
59. |
Jiddeplora l-isfida tal-gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) rigward il-moratorju fuq l-għoti ta' liċenzji ġodda lil żewġ kumpaniji Ċiniżi għall-qtugħ tas-siġar fil-foresti pluvjali tar-RDK; jappella sabiex il-moratorju jinżamm sakemm il-kumpaniji tal-qtugħ tas-siġar, il-gvern u l-komunitajiet lokali li jiddependu fuq il-foresti jilħqu qbil dwar protokolli li jiżguraw ġestjoni ambjentali u soċjali sodisfaċenti; |
60. |
Jappella lill-UE biex tintroduċi kriterji ta' kundizzjonalità għall-għalf tal-annimali fir-riforma tal-politika agrikola komuni (PAK) bl-objettiv li jiġi żgurat li s-sussidji pubbliċi jingħataw lil prodotti alimentari sostenibbli u mhux mid-deforestazzjoni, titnaqqas l-importazzjoni ta' għalf tal-proteina għall-għelejjel u l-bhejjem, filwaqt li tiġi diversifikata u tissaħħaħ il-produzzjoni domestika tal-għelejjel tal-proteina u titneħħa l-importazzjoni ta' prodotti bażiċi li huma ta' riskju għall-foresti (eż. sojja, qamħirrum) minn appoġġ dirett jew indirett fil-politika futura tal-UE dwar l-ikel u l-biedja; |
61. |
Jenfasizza li l-PAK il-ġdida trid tkun allinjata mal-impenji internazzjonali tal-UE, inkluża l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima; |
62. |
Jappella sabiex l-indikaturi tal-SDG jintużaw għall-valutazzjoni tal-effetti esterni tal-PAK, kif issuġġerit mill-OECD; |
63. |
Ifakkar li l-Malasja u l-Indoneżja huma l-produtturi ewlenin taż-żejt tal-palm, b'madwar 85-90 % tal-produzzjoni globali, u li d-domanda li dejjem qiegħda tikber għal dan il-prodott bażiku twassal għal deforestazzjoni, titfa' pressjoni fuq l-użu tal-art u għandha effetti sinifikanti fuq il-komunitajiet lokali, is-saħħa u t-tibdil fil-klima; jisħaq fuq il-punt, f'dan il-kuntest, li n-negozjati għal ftehimiet kummerċjali mal-Indoneżja u l-Malasja għandhom jintużaw sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni fil-prattika; |
64. |
Fir-rigward taż-żejt tal-palm jirrikonoxxi l-kontribut pożittiv tal-iskemi ta' ċertifikazzjoni eżistenti, iżda jinnota b'dispjaċir li r-Roundtable dwar iż-Żejt tal-Palm Responsabbli (RISPO), iż-Żejt tal-Palm Sostenibbli tal-Indoneżja (ISPO), iż-Żejt tal-Palm Sostenibbli tal-Malasja (MPSO), u l-iskemi ta' ċertifikazzjoni rikonoxxuti ewlenin l-oħra kollha ma jipprojbixxux b'mod effettiv lill-membri tagħhom milli jikkonvertu l-foresti pluvjali jew it-torbieri fi pjantaġġuni tal-palm; iqis, għalhekk, li dawn l-iskemi ta' ċertifikazzjoni ewlenin qegħdin jonqsu milli jillimitaw b'mod effettiv l-emissjonijiet tal-gassijiet serra matul l-istabbiliment u t-tħaddim tal-pjantaġġuni, u b'konsegwenza ta' dan ma setgħux jevitaw nirien kbar fil-foresta u fit-torbieri; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jitwettqu monitoraġġ u awditjar indipendenti ta' dawn l-iskemi ta' ċertifikazzjoni, sabiex tiggarantixxi li ż-żejt tal-palm li jitqiegħed fis-suq tal-UE jikkonforma mal-istandards meħtieġa kollha u jkun sostenibbli; jinnota li l-kwistjoni tas-sostenibbiltà fis-settur taż-żejt tal-palm ma tistax tiġi indirizzata b'politiki u miżuri volontarji biss, iżda l-kumpaniji taż-żejt tal-palm għandhom ikunu soġġetti wkoll għal regoli vinkolanti u għal skema ta' ċertifikazzjoni obbligatorja; |
65. |
Jisħaq fuq il-bżonn li titjieb l-affidabilità tal-iskemi ta' ċertifikazzjoni volontarji, permezz ta' tikkettar, bil-għan li jiġi garantit li jkun biss iż-żejt tal-palm ħieles mid-deforestazzjoni, mid-degradazzjoni tal-foresti, mill-approprjazzjoni illeġittima tal-art u minn ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem li jidħol fis-suq tal-UE, skont ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar ir-responsabbiltà tal-kumpaniji għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (15), u li skemi bħall-RSPO jinkludu lil dawk kollha li jużaw iż-żejt tal-palm; jenfasizza, barra minn hekk, li jeħtieġ li l-konsumaturi jiġu informati aħjar dwar l-effetti ħżiena tal-produzzjoni mhux sostenibbli taż-żejt tal-palm fuq l-ambjent bl-għan aħħari jkun li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-konsum taż-żejt tal-palm; |
66. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri kollha li għadhom m'għamlux dan, biex jaħdmu lejn l-istabbiliment ta' impenn fil-livell tal-UE kollha favur l-akkwist ta' żejt tal-palm iċċertifikat sostenibbli biss sal-2020 billi, inter alia, jiffirmaw u jimplimentaw id-Dikjarazzjoni ta' Amsterdam "Towards Eliminating Deforestation from Agricultural Commodity Chains with European Countries" (Lejn l-Eliminazzjoni tad-Deforestazzjoni mill-Ktajjen ta' Prodotti Bażiċi Agrikoli ma' Pajjiżi Ewropej), u li jaħdmu lejn l-istabbiliment ta' impenn tal-industrija billi, inter alia, jiffirmaw u jimplimentaw id-Dikjarazzjoni ta' Amsterdam "In Support of a Fully Sustainable Palm Oil Supply Chain by 2020" (Appoġġ Favur Katina tal-Provvista Kompletament Sostenibbli għaż-Żejt tal-Palm sal-2020); |
Koerenza tal-politiki għall-iżvilupp
67. |
Ifakkar li l-SDGs jistgħu jintlaħqu biss jekk il-katini tal-provvista jsiru sostenibbli u jinħolqu sinerġiji bejn il-politiki; jinsab allarmat li d-dipendenza għolja tal-UE fuq l-importazzjoni ta' għalf tal-annimali fil-forma ta' fażola tas-sojja tikkawża deforestazzjoni f'pajjiżi barra minnha; jinsab imħasseb dwar l-impatt ambjentali taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-bijomassa u ż-żieda fid-domanda għall-injam fl-Ewropa, b'mod partikolari biex jintlaħqu l-miri tal-UE għall-enerġija rinnovabbli; jappella lill-UE biex tikkonforma mal-prinċipju ta' koerenza tal-politiki għall-iżvilupp (PCD), kif minqux fl-Artikolu 208 tat-TFUE, billi dan huwa aspett fundamentali tal-kontribut tal-UE għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, tal-Ftehim ta' Pariġi u tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp; jappella, għaldaqstant, lill-UE biex tiżgura konsistenza bejn l-iżvilupp, il-kummerċ, l-agrikoltura, l-enerġija u l-politiki dwar il-klima tagħha; |
68. |
Jappella lill-Kummissjoni tarmonizza u tikkoordina aħjar l-isforzi tagħha fil-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar fi ħdan il-politiki differenti tal-UE u s-servizzi tagħha involuti fil-politiki; jappella lill-Kummissjoni biex tinnegozja standards għall-importazzjoni tal-injam fil-ftehimiet relatati mal-kummerċ fuq livell bilaterali jew multilaterali fil-ġejjieni, b'mod li ma jiddgħajfux is-suċċessi li nkisbu permezz tal-Pjan ta' Azzjoni FLEGT flimkien mal-pajjiżi li jipproduċu l-injam; |
69. |
Ifakkar li 80 % tal-foresti huma l-artijiet u t-territorji tradizzjonali ta' popli indiġeni u komunitajiet lokali; jinnota bi tħassib li r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet ta' popli indiġeni rrapportat li rċeviet għadd dejjem jikber ta' allegazzjonijiet dwar sitwazzjonijiet fejn il-proġetti dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima affettwaw b'mod negattiv id-drittijiet ta' popli indiġeni, b'mod partikolari l-proġetti għal enerġija rinnovabbli bħall-produzzjoni tal-bijofjuwil u l-bini ta' digi idroelettriċi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati d-drittijiet ta' pussess tal-art għall-komunitajiet lokali tal-foresti, inklużi d-drittijiet abitwali; jindika li l-pagamenti bbażati fuq ir-riżultati u r-REDD+ huma opportunità biex jissaħħu l-governanza tal-foresti, id-drittijiet tad-dominju tal-art u l-għajxien; |
70. |
Jisħaq fuq ir-rwol vitali tal-popli indiġeni fil-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-konservazzjoni tal-bijodiversità; ifakkar li l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) tappella lill-istati partijiet tagħha jirrispettaw l-għarfien u d-drittijiet tal-popli indiġeni bħala salvagwardji fl-implimentazzjoni ta' REDD+; iħeġġeġ lill-pajjiżi sħab jadottaw miżuri sabiex jinvolvu b'mod effettiv lill-popli indiġeni fil-miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu; |
71. |
Jappella lill-UE u lill-Istati Membri jsaħħu s-sinerġiji bejn il-FLEGT-VPA u r-REDD+; |
72. |
Jesprimi tħassib serju dwar l-espansjoni tal-użu industrijali fuq skala kbira tal-foresti għall-enerġija permezz tal-monokultura, li jaċċellera it-telf globali tal-bijodiversità u d-deterjorament tas-servizzi tal-ekosistemi; |
73. |
Ifakkar li l-politika tal-UE dwar il-bijokarburanti għandha tkun konsistenti mal-SDGs u mal-prinċipju tal-PCD; itenni li l-UE għandha telimina gradwalment l-inċentivi kollha ta' politika għall-agrokarburanti sa mhux aktar tard mill-2030; |
74. |
Jiddeplora l-fatt li r-reviżjoni li għaddejja tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED II) ma tintroduċix kriterji dwar is-sostenibbiltà soċjali u konsegwenzi oħra dwar l-użu indirett tal-art li jqisu r-riskji tal-ħtif tal-art; ifakkar li d-Direttiva għandha tkun konsistenti mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet għaż-żamma tal-art, jiġifieri l-Konvenzjoni tal-ILO Nru 169 u l-Linji Gwida Volontarji tal-FAO dwar iż-Żamma tal-Arti u l-Prinċipji għall-Investiment Responsabbli fis-Sistemi tal-Agrikoltura u l-Ikel; jenfasizza bl-istess mod il-ħtieġa li jiġu introdotti kriterji aktar stretti fuq il-bijomassa tal-foresti sabiex tiġi evitata l-promozzjoni tal-bijoenerġija li toħloq deforestazzjoni barra mill-pajjiż; |
75. |
Jinnota l-volum sostanzjat ta' evidenza li l-konverżjoni ta' foresta tropikali għall-agrikoltura, għall-pjantaġġuni u għal użi oħra tal-art tikkawża telf sinifikanti ta' speċijiet u b'mod partikolari ta' speċijiet tipiċi tal-foresti; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu restawrati l-foresti naturali u li huma bijoloġikament varjati bħala mezz għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-ħarsien tal-bijodiversità, f'konformità mal-objettivi tal-Aġenda 2030, b'mod partikolari l-Għan 15; jemmen li programmi ta' restawr tal-foresti għandhom jirrikonoxxu d-drittijiet tal-art tal-antenati lokali, ikunu inklużivi u adatti għall-kundizzjonijiet lokali u jippromwovu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura bħar-restawr tal-pajsaġġ tal-foresti (FLR) sabiex jiġu bbilanċjati l-użi tal-art, inklużi ż-żoni protetti, l-agroforestrija, is-sistemi tal-biedja, il-pjantaġġuni fuq skala żgħira u r-residenzi tal-bniedem; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-impatt tal-konsum tal-UE fuq id-deforestazzjoni barra mill-pajjiż jiġi indirizzat fid-dawl tal-objettivi stabbiliti mill-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità għall-2020; |
76. |
Jistieden lill-UE tappoġġja inizjattivi minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li għandhom ħafna foresti, bil-għan li jikkontrobilanċjaw l-espansjoni bla xkiel ta' prattiki agrikoli u attivitajiet ta' estrazzjoni li kellhom impatt negattiv fuq l-immaniġġjar tal-foresti, u fuq l-għajxien u l-integrità kulturali tal-popli indiġeni kif ukoll konsegwenzi detrimentali għall-istabbiltà soċjali u s-sovranità tal-ikel tal-bdiewa; |
77. |
Itenni li katini tal-valur tal-injam sostenibbli li joriġinaw minn foresti ġestiti b'mod sostenibbli, inklużi l-pjantaġġuni tal-foresti u l-biedja tal-familja, jistgħu jagħtu kontributi importanti biex jintlaħqu l-SDGs u l-impenji dwar it-tibdil fil-klima; jinsisti, f'kuntest fejn id-degradazzjoni jew it-telf tal-foresti jammontaw għal 68,9 % ta' telf kumplessiv tal-karbonju fl-ekosistemi tropikali (16), li ebda finanzjament pubbliku li joriġina mill-finanzjament għall-klima u l-fondi għall-iżvilupp ma jintuża biex jappoġġja l-espansjoni tal-agrikoltura, il-qtugħ tas-siġar fuq skala industrijali, il-minjieri, l-estrazzjoni tar-riżorsi jew l-iżvilupp tal-infrastruttura f'pajsaġġi forestali mhux mittiefsa, filwaqt li b'mod aktar ġenerali l-finanzjament minn fondi pubbliċi għandu jkun soġġett għal kriterji ta' sostenibbiltà robusti; jappella wkoll lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jikkoordinaw il-politiki tad-donaturi f'dan ir-rigward (17); |
78. |
Iqis li l-isforzi biex tieqaf id-deforestazzjoni jridu jinkludu għajnuna u appoġġ għall-użu l-aktar effettiv ta' uċuħ tar-raba' eżistenti, li jkunu applikati f'rabta ma' approċċ ta' raħal intelliġenti; jirrikonoxxi li l-prattiki agroekoloġiċi għandhom potenzjal qawwi biex jimmassimizzaw il-funzjonijiet tal-ekosistemi u r-reżiljenza permezz tat-tħawwil imħallat u ta' diversità għolja, l-agroforestrija u t-tekniki ta' permakultura rilevanti wkoll għal prodotti agrikoli bħaż-żejt tal-palm, il-kawkaw jew tal-gomma, u jwasslu wkoll għal aktar benefiċċji f'termini ta' eżiti soċjali, diversifikazzjoni tal-produzzjoni u tal-produttività, mingħajr ma jirrikorru għal konverżjoni ulterjuri tal-foresti; |
Kriminalità tal-foresti
79. |
Jinnota li, skont il-UNEP u l-INTERPOL, il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u l-kummerċ tal-injam huma wieħed mill-aktar ħames setturi importanti tal-kriminalità ambjentali, bi gruppi transnazzjonali ta' kriminalità organizzata jkollhom rwol akbar; |
80. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-ġlieda kontra l-kummerċ internazzjonali illegali teħtieġ azzjoni komuni u inklużiva biex titwaqqaf il-qerda, id-deforestazzjoni, il-qtugħ illegali tas-siġar u jiġu miġġielda l-frodi, il-qtil u t-talba għal prodotti bażiċi u ħajja selvaġġa tal-foresti; |
81. |
Jissottolinja li l-kriminalità tal-foresti, bħall-ħruq mhux regolat jew illegali tal-faħam jew il-kriminalitajiet fuq skala kbira mill-kumpaniji li jinvolvu l-injam, il-karta u l-polpa, għandhom impatt kbir fuq l-emissjonijiet globali, ir-riżervi tal-ilma, id-deżertifikazzjoni u x-xejriet tax-xita; |
82. |
Jinnota bi tħassib li, skont l-UNEP u l-INTERPOL, il-leġiżlazzjoni li tindirizza l-kriminalità ambjentali hija meqjusa bħala inadegwata f'bosta pajjiżi, minħabba, fost oħrajn, nuqqas ta' għarfien espert u persunal, multi żgħar jew l-assenza ta' sanzjonijiet kriminali, eċċ., li huma ostakli għall-ġlieda effettiva kontra dawn il-kriminalitajiet; |
83. |
Jisħaq fuq l-importanza li jintużaw pieni li jkunu tassew deterrenti u effettivi fil-pajjiżi produtturi sabiex jiġu missielta l-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ tal-injam; |
84. |
Jappella lill-Kummissjoni tespandi l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2008/99/KE dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (18) sabiex din tinkludi l-qtugħ illegali tas-siġar; |
85. |
Jinkoraġġixxi lill-UE tipprovdi assistenza fit-tisħiħ tas-sorveljanza tad-deforestazzjoni u l-attivitajiet illegali; |
86. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kawżi sottostanti tal-kriminalità ambjentali, bħall-faqar, il-korruzzjoni u l-governanza mhux adegwata, permezz ta' approċċ integrat u olistiku, inkoraġġiment tal-kooperazzjoni finanzjarja transfruntiera u użu tal-istrumenti kollha rilevanti għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata internazzjonali, inkluż il-ħtif u l-konfiska ta' assi kriminali, u azzjoni kontra l-ħasil tal-flus; |
87. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-oqfsa ġuridiċi domestiċi, jiġi appoġġjat l-istabbiliment ta' netwerks nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u t-t-titjib tal-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dritt internazzjonali rilevanti għall-promozzjoni ta' ġestjoni trasparenti u responsabbli tal-foresti permezz, fost l-oħrajn, tal-iskambju tal-aħjar prattiki, l-iżvelar rigoruż tal-informazzjoni, il-valutazzjonijiet robusti tal-impatt għas-sostenibilità u s-sistemi ta' monitoraġġ u rapportar, b'kont meħud tal-ħtieġa li jiġu protetti l-gwardji tal-foresti; jappella għal aktar kollaborazzjoni bejn is-setturi u bejn l-aġenziji kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak internazzjonali, partikolarment mal-INTERPOL u l-UNODC, inklużi l-kondiviżjoni tal-intelligence u l-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-espansjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) sabiex din tkopri l-kriminalità ambjentali; |
88. |
Ifakkar li aċċess akbar għad-data doganali dwar l-importazzjonijiet li jidħlu fl-UE jkun jista' jżid it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-katina tal-valur globali; jistieden lill-Kummissjoni testendi l-obbligi fil-qasam tad-data doganali u tinkludi lill-esportatur u lill-manifattur bħala elementi obbligatorji tad-data doganali, b'hekk jissaħħu t-trasparenza u t-traċċabbiltà tal-ktajjen tal-valur globali; |
Kwistjonijiet Kummerċjali
89. |
Jenfasizza li n-negozjati kummerċjali tal-Unjoni jridu jkunu konformi mal-impenji tal-Unjoni li tieħu azzjoni sabiex tnaqqas id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, u sabiex issaħħaħ l-istokkijiet tal-karbonju tal-foresti fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; |
90. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu estiżi u rinforzati l-arranġamenti għall-prevenzjoni, il-monitoraġġ u l-verifika tal-impatti ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem li jirriżultaw minn ftehimiet ta' kummerċ u ta' investiment ħieles (FTAs) bilaterali u multilaterali tal-UE, inkluż permezz ta' indikaturi verifikabbli u inizjattivi ta' monitoraġġ u ta' rapportar indipendenti bbażati fil-komunità; |
91. |
Iħeġġeġ lill-UE sabiex, fil-kapitoli tagħha dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli (TSD), tinkludi dejjem dispożizzjonijiet vinkolanti u infurzabbli sabiex jintemmu l-qtugħ illegali, id-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti u l-ħtif tal-art, u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem li huwa soġġett għal mekkaniżmi xierqa u effettivi għas-soluzzjoni ta' tilwim, u sabiex tqis, fost diversi metodi ta' infurzar, mekkaniżmu bbażat fuq is-sanzjonijiet u dispożizzjonijiet li jiggarantixxu d-dritt għall-proprjetà, konsultazzjoni minn qabel u kunsens infurmat; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi tali dispożizzjonijiet f'FTAs konklużi diġà permezz ta' klawżola ta' reviżjoni, b'mod partikolari l-impenn li jiġi implimentat b'mod effettiv il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima; jenfasizza l-importanza li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu mmonitorjati u l-ħtieġa li jitnedew proċeduri ta' konsultazzjoni tal-gvern mingħajr dewmien f'każ li s-sħab kummerċjali ma jirrispettawx dawn ir-regoli, u li jidħlu fis-seħħ mekkaniżmi ta' infurzar eżistenti bħall-mekkaniżmi għas-soluzzjoni ta' tilwim stabbiliti fi ħdan il-qafas tal-kapitoli TSD; |
92. |
Jappella lill-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet ambizzjużi speċifiċi għall-foresti fil-ftehimiet kollha kummerċjali u ta' investiment tal-UE; jisħaq fuq il-fatt li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu vinkolanti u infurzabbli permezz ta' mekkaniżmi effettivi ta' monitoraġġ u sanzjonijiet li jippermettu lill-individwi u lill-komunitajiet, barra jew fi ħdan l-UE, sabiex ifittxu rimedju; |
93. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-korruzzjoni marbuta mal-qtugħ illegali għandha tiġi indirizzata fil-politika kummerċjali tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi fl-FTAs tagħha, dispożizzjonijiet kontra l-korruzzjoni relatati mal-qtugħ illegali li huma infurzabbli u li jridu jiġu implimentati b'mod effettiv u bis-sħiħ; |
94. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi prattiki illegali marbuta mal-foresti, bħall-ipprezzar baxx tal-injam f'konċessjonijiet, il-ħsad ta' siġar protetti minn korporazzjonijiet kummerċjali, il-kuntrabandu ta' prodotti tal-foresti bejn il-fruntieri, il-qtugħ u l-ipproċessar illegali ta' materja prima tal-foresti mingħajr liċenzja, fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet infurzabbli kontra l-korruzzjoni fl-FTAs; |
95. |
Jinnota li r-Regolament dwar Skema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP) għad għandu kamp ta' applikazzjoni limitat għall-protezzjoni u l-ġestjoni responsabbli tar-riżorsi tal-foresti; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-konvenzjonijiet rilevanti għall-foresti koperti mill-iskemi SĠP u SĠP+ jiġu mmonitorjati kif xieraq, inkluż minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-foresti f'pajjiżi sħab, inkluża l-possibbiltà li jiġi stabbilit mekkaniżmu tal-ilmenti sabiex jiġi żgurat li l-ilmenti tal-partijiet interessati jitqiesu kif xieraq; jisħaq fuq il-fatt li dan il-mekkaniżmu jrid jagħti attenzjoni speċjali lid-drittijiet tal-persuni indiġeni, tal-komunitajiet li jiddependu fuq il-foresti, u lid-drittijiet mogħtija taħt il-Konvenzjoni C169 tal-ILO dwar il-Popli Indiġeni u Tribali; |
96. |
Ifakkar fl-importanza ta' aċċess xieraq għall-ġustizzja, rimedji legali u protezzjoni effettiva għall-informaturi fil-pajjiżi li jesportaw riżorsi naturali sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni jew inizjattiva; |
o
o o
97. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.
(2) Testi adottati, P8_TA(2017)0098.
(3) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 125.
(4) Testi adottati, P8_TA(2017)0330.
(5) Nellemann, C. (Kap Editur); Henriksen, R., Kreilhuber, A., Stewart, D., Kotsovou, M., Raxter, P., Mrema, E., and Barrat, S. (Eds),, The Rise of Environmental Crime – A Growing Threat to Natural Resources, Peace, Development And Security, A UNEP-INTERPOL Rapid Response Assessment, Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent u r-Rispons Rapidu RHIPTO, Norwegian Centre for Global Analyses, www.rhipto.org, 2016.
(6) Goodman, R.C. and Herold, M., Why Maintaining Tropical Forests is Essential and Urgent for Maintaining a Stable Climate, Dokument ta' Ħidma 385, Centre for Global Development, Washington DC, 2014; McKinsey & Company, Pathways to a Low-Carbon Economy, 2009; McKinsey & Company, Pathways to a Low-Carbon Economy: Version 2 of the Global Greenhouse Gas Abatement Cost Curve, 2013.
(7) Baccini, A. et al., 'Tropical forests are a net carbon source based on aboveground measurements of gain and loss', Science, Vol. 358, Ħarġa 6360, 2017, p. 230-234.
(8) Ara https://www.iucn.org/theme/forests/our-work/forest-landscape-restoration/bonn-challenge
(9) Nellemann, C. (Kap Editur); Henriksen, R., Kreilhuber, A., Stewart, D., Kotsovou, M., Raxter, P., Mrema, E., u Barrat, S. (Eds), The Rise of Environmental Crime – A Growing Threat to Natural Resources, Peace, Development And Security, A UNEP-INTERPOL Rapid Response Assessment, Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent u Rispons Rapidu RHIPTO, Norwegian Centre for Global Analyses, www.rhipto.org, 2016.
(10) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 125.
(11) http://ec.europa.eu/environment/forests/pdf/feasibility_study_deforestation_kh0418199enn_main_report.pdf
(12) Ir-Rapport dwar Reati Permessi tal-2014 tal-Aġenzija tal-Investigazzjoni Ambjentali (EIA) u tan-Netwerk ta' Monitoraġġ tal-Foresti tal-Indoneżja (Jaringan Pemantau Independen Kehutanan/JPIK) sab li xi kumpaniji liċenzjati TLAS huma involuti fil-"ħasil tal-injam," li jħallat l-injam miksub b'mod illegali mal-injam legali. Illum il-ġurnata, dan l-injam jista' potenzjalment jiġi esportat lejn l-UE bħala injam bil-liċenzja FLEGT. Disponibbli hawn: http://www.wri.org/blog/2018/01/indonesia-has-carrot-end-illegal-logging-now-it-needs-stick; sors primarju: https://eia-international.org/wp-content/uploads/Permitting-Crime.pdf
(13) Każ min-Nepal ippreżentat minn ClientEarth, disponibbli fuq https://www.clientearth.org/what-can-we-learn-from-community-forests-in-nepal/
(14) Forest Trends Report Series: Consumer Goods and Deforestation: An Analysis of the Extent and Nature of Illegality in Forest Conversion for Agriculture and Timber Plantations, 2014.
(15) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 125.
(16) Baccini, A. et al., 'Tropical forests are a net carbon source based on aboveground measurements of gain and loss', Science, Vol. 358, Ħarġa 6360, 2017, p. 230-234, http://science.sciencemag.org/content/early/2017/09/27/science.aam5962
(17) Baccini, A. et al., op. cit.
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/66 |
P8_TA(2018)0340
Is-sitwazzjoni fl-Ungerija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2018 dwar proposta li titlob lill-Kunsill jiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta' riskju ċar ta' ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni (2017/2131(INL))
(2019/C 433/10)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 u l-Artikolu 7(1) tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-Protokolli tagħha, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra t-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Kunsill tal-Ewropa, bħalma huma l-Karta Soċjali Ewropea u l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Mejju 2017 dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 (2) u tal-10 ta' Ġunju 2015 (3) dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2013 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali: standards u prattiki fl-Ungerija (skont ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012) (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta' Frar 2012 dwar l-iżviluppi politiċi reċenti fl-Ungerija (5) u tal-10 ta' Marzu 2011 dwar il-liġi tal-media fl-Ungerija (6), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-20 ta' April 2004 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea: Ir-rispett u l-promozzjoni tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni (8), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-15 ta' Ottubru 2003 mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea - Ir-rispett u l-promozzjoni tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni (9), |
— |
wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 45, 52 u 83 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0250/2018), |
A. |
billi l-Unjoni hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jappartjenu lil minoranzi, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u kif rifless fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u inkorporati fit-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, u billi dawk il-valuri, li huma komuni għall-Istati Membri u li għalihom l-Istati Membri kollha ssottoskrivew liberament, jikkostitwixxu l-pedament tad-drittijiet li jgawdu dawk li jgħixu fl-Unjoni; |
B. |
billi kwalunkwe riskju ċar ta' ksur serju min-naħa ta' Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE ma jikkonċernax biss lill-Istat Membru individwali fejn jimmaterjalizza r-riskju iżda għandu impatt fuq l-Istati Membri l-oħra, fuq il-fiduċja reċiproka ta' bejniethom, u fuq in-natura proprja tal-Unjoni u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tagħha taħt id-dritt tal-Unjoni; |
C. |
Billi, kif indikat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea mhuwiex limitat għall-obbligi taħt it-Trattati, bħal fl-Artikolu 258 tat-Trattat dwar l-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u billi l-Unjoni tista' tivvaluta l-eżistenza ta' riskju ċar ta' ksur serju tal-valuri komuni f'oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Istati Membri; |
D. |
billi l-Artikolu 7(1) tat-TUE jikkostitwixxi fażi preventiva li tagħti lill-Unjoni l-kapaċità li tintervjeni fil-każ ta' riskju ċar ta' ksur serju tal-valuri komuni; billi azzjoni preventiva tali tipprevedi djalogu mal-Istat Membru kkonċernat u għandha l-għan li tevita s-sanzjonijiet possibbli; |
E. |
billi, filwaqt li l-awtoritajiet Ungeriżi kienu konsistentement lesti li jiddiskutu l-legalità ta' kwalunkwe miżura speċifika, is-sitwazzjoni ma ġietx indirizzata u għad hemm ħafna tħassib. Dan għandu impatt negattiv fuq l-immaġni tal-Unjoni, kif ukoll l-effikaċja u l-kredibilità tagħha fid-difiża tad-drittijiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija globalment, u juri l-ħtieġa li dan it-tħassib jiġi indirizzat permezz ta' azzjoni miftiehma tal-Unjoni; |
1. |
Jiddikjara li t-tħassib tal-Parlament jirrigwarda l-kwistjonijiet li ġejjin:
|
2. |
Jemmen li l-fatti u x-xejriet imsemmija fl-Anness għal din ir-riżoluzzjoni meħuda flimkien jirrappreżentaw theddida sistemika kontra l-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE u jikkostitwixxu riskju ċar ta' ksur serju tagħhom; |
3. |
Jinnota l-eżitu tal-elezzjonijiet parlamentari fl-Ungerija, li saru fit-8 ta' April 2018; jenfasizza l-fatt li kwalunkwe gvern Ungeriż huwa responsabbli għall-eliminazzjoni tar-riskju ta' ksur serju tal-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE, anki jekk dan ir-riskju huwa konsegwenza dejjiema tad-deċiżjonijiet tal-politika ssuġġeriti jew approvati minn gvernijiet preċedenti; |
4. |
Jippreżenta, għalhekk, skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE, il-proposta motivata annessa lill-Kunsill, filwaqt li jistieden lill-Kunsill biex jiddetermina jekk hemmx riskju ċar ta' ksur serju mill-Ungerija tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE u biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Ungerija f'dan ir-rigward; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-proposta motivata għal deċiżjoni tal-Kunsill annessa hawnhekk, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2017)0216.
(2) ĠU C 399, 24.11.2017, p. 127.
(3) ĠU C 407, 4.11.2016, p. 46.
(4) ĠU C 75, 26.2.2016, p. 52.
(5) ĠU C 249 E, 30.8.2013, p. 27.
(6) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 154.
(7) ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.
(8) ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 408.
(9) COM(2003)0606.
ANNESS GĦAL RIŻOLUZZJONI
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta' riskju ċar ta' ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta motivata mill-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
L-Unjoni hija msejsa fuq il-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li huma komuni għall-Istati Membri u li jinkludu r-rispett għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem. Skont l-Artikolu 49 tat-TUE, l-adeżjoni mal-Unjoni tirrikjedi r-rispett u l-promozzjoni tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE. |
(2) |
L-adeżjoni tal-Ungerija kienet att volontarju bbażat fuq deċiżjoni sovrana, b'kunsens wiesa' fl-ispettru politiku kollu tal-Ungerija. |
(3) |
Fil-proposta motivata tiegħu, il-Parlament Ewropew ippreżenta t-tħassib tiegħu rigward is-sitwazzjoni fl-Ungerija. B'mod partikolari, it-tħassib prinċipali jirrigwarda l-funzjonament tas-sistema kostituzzjonali u elettorali, l-indipendenza tal-ġudikatura u ta' istituzzjonijiet oħra, id-drittijiet tal-imħallfin, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta' interess, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà akkademika, il-libertà tar-reliġjon, il-libertà ta' assoċjazzjoni, id-dritt għal trattament ugwali, id-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi, inklużi r-Rom u l-Lhud, u l-protezzjoni kontra dikjarazzjonijiet ta' mibegħda kontra minoranzi tali, id-drittijiet fundamentali tal-migranti, ta' dawk li jfittxu l-asil u tar-rifuġjati, u d-drittijiet ekonomiċi u soċjali. |
(4) |
Il-Parlament Ewropew innota wkoll li l-awtoritajiet Ungeriżi kienu lesti konsistentement li jiddiskutu l-legalità ta' kwalunkwe miżura iżda naqsu milli jieħdu l-azzjonijiet kollha rakkomandati fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu. |
(5) |
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Mejju 2017 dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija, il-Parlament Ewropew iddikjara li s-sitwazzjoni attwali fl-Ungerija tirrappreżenta riskju ċar ta' ksur serju tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE u tiġġustifika li tinbeda l-proċedura tal-Artikolu 7(1) tat-TUE. |
(6) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2003 dwar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni enumerat bosta sorsi ta' informazzjoni li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi mmonitorjat ir-rispett u l-promozzjoni tal-valuri komuni, bħar-rapporti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, rapporti ta' NGOs u d-deċiżjonijiet tal-qrati reġjonali u internazzjonali. Firxa wiesgħa ta' atturi fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali esprimew it-tħassib serju tagħhom dwar is-sitwazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Ungerija, inklużi l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, il-Kunsill tal-Ewropa, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), in-Nazzjonijiet Uniti (NU), kif ukoll diversi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, iżda dawn għandhom jitqiesu bħala opinjonijiet li mhumiex vinkolanti legalment, peress li hija biss il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tista' tinterpreta d-dispożizzjonijiet tat-Trattati. |
Il-funzjonament tas-sistema kostituzzjonali u elettorali
(7) |
Il-Kummissjoni ta' Venezja esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-proċess tat-tfassil tal-kostituzzjoni fl-Ungerija f'bosta okkażjonijiet, kemm fir-rigward tal-Liġi Fundamentali kif ukoll fir-rigward tal-emendi għaliha. Il-Kummissjoni ta' Venezja laqgħet il-fatt li l-Liġi Fundamentali tistabbilixxi ordni kostituzzjonali bbażat fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali bħala prinċipji sottostanti, u rrikonoxxiet l-isforzi biex jiġi stabbilit ordni kostituzzjonali konformi mal-valuri u l-istandards demokratiċi Ewropej komuni u biex id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jiġu regolati f'konformità ma' strumenti internazzjonali vinkolanti. Il-kritika ffukat fuq in-nuqqas ta' trasparenza tal-proċess, l-involviment inadegwat tas-soċjetà ċivili, in-nuqqas ta' konsultazzjoni sinċiera, l-ipperikolar tas-separazzjoni tas-setgħat u l-fatt li s-sistema nazzjonali ta' kontrokontrolli kienet iddgħajfet. |
(8) |
Il-kompetenzi tal-Qorti Kostituzzjonali Ungeriża kienu ristretti bħala riżultat tar-riforma kostituzzjonali, fosthom fir-rigward ta' kwistjonijiet baġitarji, l-abolizzjoni tal-actio popularis, il-possibilità għall-Qorti li tirreferi għall-ġurisprudenza tagħha ta' qabel l-1 ta' Jannar 2012 u l-limitazzjoni fuq il-kapaċità tal-Qorti li tagħmel rieżami tal-kostituzzjonalità ta' kwalunkwe tibdil għal-Liġi Fundamentali bl-eċċezzjoni ta' tibdil ta' natura proċedurali. Il-Kummissjoni ta' Venezja esprimiet tħassib serju dwar dawk il-limitazzjonijiet u dwar il-proċedura għall-ħatra tal-imħallfin, u għamlet rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet Ungeriżi biex ikunu żgurati l-kontrokontrolli neċessarji fl-Opinjoni tagħha dwar l-Att CLI tal-2011 dwar il-Qorti Kostituzzjonali tal-Ungerija adottata fid-19 ta' Ġunju 2012 u fl-Opinjoni tagħha dwar ir-Raba' Emenda għal-Liġi Fundamentali tal-Ungerija adottata fis-17 ta' Ġunju 2013. Fl-opinjonijiet tagħha, il-Kummissjoni ta' Venezja identifikat ukoll għadd ta' elementi pożittivi fir-riformi, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-garanziji baġitarji, id-deċiżjoni kontra l-elezzjoni mill-ġdid tal-imħallfin u l-għoti tad-dritt lill-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali li jibda proċedimenti għal rieżami ex post. |
(9) |
Fl-osservazzjonijiet konklużivi tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU esprima tħassib li l-proċedura attwali tal-ilmenti kostituzzjonali tippermetti aċċess aktar limitat għall-Qorti Kostituzzjonali, ma tipprevedix limitu ta' żmien għall-eżerċizzju ta' rieżami kostituzzjonali u m'għandhiex effett sospensiv fuq leġiżlazzjoni kkontestata. Semma wkoll li d-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Qorti Kostituzzjonali l-ġdid idgħajfu s-sigurtà taż-żamma tal-imħallfin fil-kariga u jżidu l-influwenza tal-gvern fuq il-kompożizzjoni u l-operat tal-Qorti Kostituzzjonali billi jibdlu l-proċedura għall-ħatriet tal-ġudikatura, l-għadd ta' mħallfin fil-Qorti u l-età tal-irtirar tagħhom. Il-Kumitat kien imħasseb ukoll dwar il-limitazzjoni tal-kompetenza u tas-setgħat tal-Qorti Kostituzzjonali biex jagħmlu rieżami ta' leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet baġitarji. |
(10) |
Fir-rapport tagħha adottat fis-27 ta' Ġunju 2018, il-missjoni limitata ta' osservazzjoni tal-elezzjoni mwettqa mill-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem qalet li l-amministrazzjoni teknika tal-elezzjonijiet kienet professjonali u trasparenti, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ġew rispettati b'mod ġenerali, iżda ġew eżerċitati fi klima negattiva. L-amministrazzjoni tal-elezzjoni wettqet il-mandat tagħha b'mod professjonali u trasparenti, gawdiet fiduċja ġenerali fost il-partijiet ikkonċernati u b'mod ġenerali tqies li kienet imparzjali. Il-kampanja kienet animata iżda r-retorika ostili u intimidanti tal-kampanja llimitat l-ispazju għal dibattitu sustantiv u naqqset il-ħila tal-votanti li jagħmlu għażla infurmata. Il-finanzjament tal-kampanji pubbliċi u l-limiti massimi tan-nefqa kellhom l-għan li jiżguraw opportunitajiet indaqs għall-kandidati kollha. Madankollu, il-ħila tal-kandidati li jikkompetu fuq bażi ugwali kienet kompromessa b'mod sinifikanti mill-infiq eċċessiv tal-gvern fuq riklami ta' informazzjoni pubbliċi li amplifikaw il-messaġġ tal-kampanja tal-koalizzjoni fil-gvern. Minħabba li mhemmx rekwiżiti ta' rappurtar għajr għal wara l-elezzjonijiet, il-votanti fil-verità kienu mċaħħda mill-informazzjoni dwar il-finanzjament tal-kampanja, li hija kruċjali biex issir għażla infurmata. Il-missjoni esprimiet ukoll tħassib dwar id-delinjazzjoni ta' kostitwenzi b'membru wieħed. Tħassib simili ġie espress fl-Opinjoni Konġunta tat-18 ta' Ġunju 2012 rigward l-Att dwar l-Elezzjonijiet tal-Membri tal-Parlament tal-Ungerija adottata mill-Kummissjoni ta' Venezja u l-Kunsill għal Elezzjonijiet Demokratiċi, li fiha ntqal li d-delimitazzjoni tal-kostitwenzi jrid isir b'mod trasparenti u professjonali permezz ta' proċess imparzjali u mhux partiġġjan, jiġifieri billi jiġu evitati objettivi politiċi għal żmien qasir. |
(11) |
Fis-snin reċenti, il-Gvern Ungeriż uża l-konsultazzjonijiet nazzjonali b'mod estensiv, u espanda d-demokrazija diretta fil-livell nazzjonali. Fis-27 ta' April 2017, il-Kummissjoni indikat li l-konsultazzjoni nazzjonali "Let's stop Brussels" kien fiha bosta dikjarazzjonijiet u allegazzjonijiet li kienu fattwalment żbaljati jew qarrieqa ħafna. Il-Gvern Ungeriż wettaq ukoll konsultazzjonijiet intitolati "Il-migrazzjoni u t-terroriżmu" f'Mejju 2015, u kontra l-hekk imsejjaħ "Pjan Soros", f'Ottubru 2017. Dawn il-konsultazzjonijiet ħolqu paralleli bejn it-terroriżmu u l-migrazzjoni, u b'hekk wasslu għal mibegħda lejn il-migranti u kienu mmirati b'mod partikolari kontra l-Unjoni u kontra l-persuna ta' George Soros. |
L-indipendenza tal-ġudikatura u ta' istituzzjonijiet oħra u d-drittijiet tal-imħallfin
(12) |
Bħala riżultat tat-tibdiliet estensivi fil-qafas legali ppromulgat fl-2011, ingħataw setgħat estensivi lill-president tal-Uffiċċju Ġudizzjarju Nazzjonali, li kien għadu kemm ġie stabbilit. Il-Kummissjoni ta' Venezja kkritikat dawk is-setgħat estensivi fl-Opinjoni tagħha, adottata fid-19 ta' Marzu 2012, dwar l-Att CLXII tal-2011 dwar l-Istatus Legali u r-Remunerazzjoni tal-Imħallfin u l-Att CLXI tal-2011 dwar l-Organizzazzjoni u l-Amministrazzjoni tal-Qrati tal-Ungerija, u fl-Opinjoni tagħha dwar l-Atti Kardinali dwar il-Ġudikatura, adottata fil-15 ta' Ottubru 2012. Fid-29 ta' Frar 2012 u fit-3 ta' Lulju 2013 tqajjem tħassib simili mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-indipendenza tal-imħallfin u tal-avukati, kif ukoll mill-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO), fir-rapport tiegħu adottat fis-27 ta' Marzu 2015. Dawk l-atturi kollha enfasizzaw il-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol tal-korp kollettiv, il-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali (NJC), bħala istanza ta' sorveljanza, għaliex il-president tal-NJO, li jiġi elett mill-Parlament Ungeriż, ma jistax jitqies bħala organu ta' awtogovernanza ġudizzjarja. Wara r-rakkomandazzjonijiet internazzjonali, l-istatus tal-president tal-NJO inbidel u s-setgħat tal-president ġew ristretti sabiex jiżguraw bilanċ aħjar bejn il-president u l-NJC. |
(13) |
L-Ungerija ilha mill-2012 tieħu passi pożittivi biex tittrasferixxi ċerti funzjonijiet mill-president tal-NJO għall-NJC infisha, sabiex toħloq bilanċ aħjar bejn dawn iż-żewġ organi. Madankollu, għad hemm il-ħtieġa għal aktar progress. Il-GRECO, fir-rapport tiegħu adottat fis-27 ta' Marzu 2015, talab għall-minimizzazzjoni tar-riskji potenzjali ta' deċiżjonijiet diskrezzjonarji min-naħa tal-president tal-NJO. Il-president tal-NJO jista', fost l-oħrajn, jittrasferixxi u jassenja l-imħallfin, u għandu rwol fid-dixxiplina ġudizzjarja. Barra minn hekk, il-president tal-NJO jagħmel rakkomandazzjoni lill-President tal-Ungerija dwar il-ħatra u t-tneħħija tal-kapijiet ta' tal-qrati, inklużi l-presidenti u l-viċi presidenti tal-Qorti tal-Appell. Il-GRECO laqa' l-Kodiċi ta' Etika għall-Imħallfin li ġie adottat reċentement, iżda jqis li dan jista' jsir aktar espliċitu u jkun akkumpanjat minn taħriġ waqt is-servizz. Ir-rapport GRECO rrikonoxxa wkoll l-emendi li saru fir-regoli dwar ir-reklutaġġ ġudizzjarju u l-proċeduri tal-għażla bejn l-2012 u l-2014 fl-Ungerija, li permezz tagħhom l-NJC ingħata funzjoni superviżorja aktar b'saħħitha fil-proċess ta' selezzjoni; Fit-2 ta' Mejju 2018, l-NJC organizza sessjoni li fiha adotta b'mod unanimu deċiżjonijiet dwar il-prattika tal-president tal-NJO li jiċħad sejħiet għal applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet ġudizzjarji u pożizzjonijiet għolja. Id-deċiżjonijiet sabu li l-prattika tal-president kienet illegali. |
(14) |
Fid-29 ta' Mejju 2018, il-Gvern Ungeriż ippreżenta abbozz tas-Seba' Emenda għal-Liġi Fundamentali (T/332), li ġie adottat fl-20 ta' Ġunju 2018. L-emenda introduċiet sistema ġdida ta' qrati amministrattivi. |
(15) |
Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-"Qorti tal-Ġustizzja") tas-6 ta' Novembru 2012 fil-Kawża C-286/12, il-Kummissjoni vs l-Ungerija (1), li ddeċidiet li meta adottat skema nazzjonali li tirrikjedi l-irtirar obbligatorju tal-imħallfin, prosekuturi u nutara meta jagħlqu 62 sena, l-Ungerija naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont id-dritt tal-Unjoni, il-Parlament Ungeriż adotta l-Att XX tal-2013 li ppreveda li l-età tal-irtirar ġudizzjarja kellha tonqos gradwalment għal 65 sena fuq perjodu ta' għaxar snin u stabbilixxa l-kriterji għal ingaġġ mill-ġdid jew kumpens. Skont l-Att, kien hemm possibilità għall-imħallfin irtirati li jirritornaw fil-karigi li okkupaw fl-istess qorti bl-istess kundizzjonijiet li kien hemm qabel ma ħarġu r-regolamenti dwar l-irtirar, jew jekk ma xtaqux jirritornaw, kellhom jirċievu somma ta' 12-il xahar bħala kumpens għar-remunerazzjoni mitlufa u setgħu japplikaw quddiem il-qorti għal kumpens ulterjuri, iżda d-dħul lura f'karigi amministrattivi ewlenin ma kinitx garantita. Madankollu, il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-miżuri tal-Ungerija biex tagħmel il-liġi tal-irtirar tagħha kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. Fir-rapport tiegħu ta' Ottubru 2015, l-Istitut tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kamra tal-Avukati Internazzjonali ddikjara li l-maġġoranza tal-imħallfin imneħħija ma marrux lura għall-karigi oriġinali tagħhom, parzjalment għax il-pożizzjonijiet preċedenti tagħhom kienu ġew okkupati diġà. L-Istitut qal ukoll li l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura Ungeriża ma jistgħux ikunu garantiti u li l-istat tad-dritt għadu mdgħajjef. |
(16) |
Fis-sentenza tagħha tas-16 ta' Lulju 2015, Gaszó vs l-Ungerija, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) iddeċidiet li kien hemm ksur tad-dritt ta' proċess ġust u tad-dritt għal rimedju effettiv. Il-QEDB waslet għall-konklużjoni li l-ksur oriġina fi prattika li permezz tagħha l-Ungerija naqset b'mod rikorrenti li tiżgura li l-proċedimenti li jiddeterminaw id-drittijiet u l-obbligi ċivili jitlestew fi żmien raġonevoli u li tieħu miżuri li jippermettu lill-applikanti jitolbu rimedju għal proċedimenti ċivili eċċessivament twal fuq livell domestiku. L-eżekuzzjoni ta' dik is-sentenza għadha pendenti. Kodiċi ta' Proċedura Ċivili ġdid, adottat fl-2016, jipprevedi l-aċċelerazzjoni tal-proċedimenti ċivili bl-introduzzjoni ta' proċedura ta' fażi doppja. L-Ungerija infurmat lill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa li l-liġi l-ġdida li toħloq rimedju effettiv għal proċeduri estiżi se tiġi adottata sa Ottubru 2018. |
(17) |
Fis-sentenza tagħha tat-23 ta' Ġunju 2016, Baka vs l-Ungerija, il-QEDB iddeċidiet li kien hemm ksur tad-dritt tal-aċċess għal qorti u tal-libertà tal-espressjoni ta' András Baka, li kien ġie elett bħala President tal-Qorti Suprema għal terminu ta' sitt snin f'Ġunju 2009, iżda waqaf jokkupa din il-kariga skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji fil-Liġi Fundamentali, li jipprevedu li l-Curia kellha tkun is-suċċessur legali għall-Qorti Suprema. L-eżekuzzjoni ta' dik is-sentenza għadha pendenti. Fl-10 ta' Marzu 2017, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa talab li jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni ta' aktar tneħħijiet prematuri ta' mħallfin għal raġunijiet simili, biex b'hekk ikun hemm salvagwardja kontra kwalunkwe abbuż f'dan ir-rigward. Il-Gvern Ungeriż innota li dawk il-miżuri mhumiex relatati mal-implimentazzjoni tas-sentenza. |
(18) |
Fid-29 ta' Settembru 2008, is-Sur András Jóri inħatar Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data għal perjodu ta' sitt snin. Madankollu, b'effett mill-1 ta' Jannar 2012, il-Parlament Ungeriż iddeċieda li jirriforma s-sistema tal-protezzjoni tad-data u jissostitwixxi lill-Kummissarju b'awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-data u l-libertà tal-informazzjoni. Is-Sur Jóri kellu jħalli l-kariga qabel kien skada t-terminu sħiħ tiegħu. Fit-8 ta' April 2014, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-indipendenza tal-awtoritajiet superviżorji neċessarjament tinkludi l-obbligu li jitħallew iservu l-mandat sħiħ tagħhom u li l-Ungerija naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-Ungerija emendat ir-regoli dwar il-ħatra tal-Kummissarju, ippreżentat apoloġija u ħallset is-somma tal-kumpens miftiehma. |
(19) |
Il-Kummissjoni ta' Venezja identifikat bosta nuqqasijiet fl-Opinjoni tagħha dwar l-Att CLXIII tal-2011 dwar is-Servizz ta' Prosekuzzjoni u l-Att CLXIV tal-2011 dwar l-Istatus tal-Prosekutur Ġenerali, il-Prosekuturi u Impjegati oħra tal-Prosekuzzjoni u l-Karriera tal-Prosekuzzjoni fl-Ungerija, adottata fid-19 ta' Ġunju 2012. Fir-rapport tiegħu adottat fis-27 ta' Marzu 2015, il-GRECO ħeġġeġ lill-awtoritajiet Ungeriżi jieħdu passi addizzjonali biex jevitaw l-abbuż u jżidu l-indipendenza tas-servizz tal-prosekuzzjoni billi, fost l-oħrajn, ineħħu l-possibilità li l-Prosekutur Ġenerali jiġi elett mill-ġdid. Barra minn hekk, il-GRECO talab biex il-proċedimenti dixxiplinari kontra prosekuturi ordinarji jsiru aktar trasparenti u biex id-deċiżjonijiet biex kawża titmexxa mingħand prosekutur wieħed għal għand ieħor ikunu ggwidati minn kriterji u ġustifikazzjonijiet legali stretti. Skont il-Gvern Ungeriż, ir-Rapport ta' Konformità tal-GRECO tal-2017 irrikonoxxa l-progress li sar mill-Ungerija fir-rigward tal-prosekuturi (il-pubblikazzjoni għadha mhix awtorizzata mill-awtoritajiet Ungeriżi, minkejja l-appelli mil-Laqgħat Plenari tal-GRECO). It-Tieni Rapport ta' Konformità għadu pendenti. |
Il-korruzzjoni u l-kunflitti ta' interess
(20) |
Fir-rapport tiegħu adottat fis-27 ta' Marzu 2015, il-GRECO talab li jiġu stabbiliti kodiċijiet ta' kondotta għall-membri tal-Parlament Ungeriż (MP) dwar gwida f'każijiet ta' kunflitti ta' interess. Barra minn hekk, il-MP għandhom ikollhom l-obbligu jirrapportaw kunflitti ta' interess li jinqalgħu b'mod ad hoc, u dan għandu jkun akkumpanjat b'obbligu aktar robust li jiġu sottomessi dikjarazzjonijiet tal-assi. Dan għandu jkun ukoll akkumpanjat b'dispożizzjonijiet li jippermettu sanzjonijiet għas-sottomissjoni ta' dikjarazzjonijiet tal-assi mhux preċiżi. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni tal-assi għandha tiġi ppubblikata online għal sorveljanza popolari vera. Għandha tiġi stabbilita bażi ta' data elettronika standard biex ikun possibbli li d-dikjarazzjonijiet u l-modifiki kollha tagħhom ikunu aċċessibbli b'mod trasparenti. |
(21) |
Fir-rapport tagħha adottat fis-27 ta' Ġunju 2018, il-missjoni limitata ta' osservazzjoni elettorali tal-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem ikkonkludiet li l-monitoraġġ limitat tal-infiq fuq il-kampanji u n-nuqqas ta' rapportar bir-reqqa dwar is-sorsi tal-fondi tal-kampanji sa wara l-elezzjonijiet jimminaw it-trasparenza tal-finanzjament tal-kampanji u l-kapaċità tal-votanti li jagħmlu għażla informata, kuntrarjament għall-obbligi internazzjonali u l-prattika tajba. Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ tagħżel mekkaniżmu ta' monitoraġġ u verifika ex post. L-Uffiċju tal-Awditjar tal-Istat għandu l-kompetenza li jimmonitorja u jivverifika jekk ir-rekwiżiti legali jkunux ġew issodisfati. Ir-rapport ma kienx jinkludir-rapport ta' awditjar uffiċjali tal-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat dwar l-elezzjonijiet parlamentari tal-2018, għax sa dak iż-żmien kien għadu ma ġiex ippubblikat. |
(22) |
Fis-7 ta' Diċembru 2016, il-Kumitat ta' Tmexxija tas-Sħubija ta' Gvern Miftuħ (OGP) irċieva ittra mingħand il-Gvern Ungeriż li fiha ħabbar l-irtirar immedjat tiegħu mis-sħubija, li tiġbor fiha, b'mod volontarju, 75 pajjiż u mijiet ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-Gvern tal-Ungerija kien ilu minn Lulju 2015 jiġi analizzat mill-OGP minħabba tħassib imqajjem mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari rigward l-ispazju tagħhom biex joperaw fil-pajjiż. L-Istati Membri tal-UE mhux kollha huma membri tal-OGP. |
(23) |
L-Ungerija tibbenefika minn finanzjament tal-Unjoni li jammonta għal 4,4 % tal-PDG tagħha jew aktar minn nofs l-investiment pubbliku. Is-sehem tal-kuntratti mogħtija wara proċeduri ta' akkwist pubbliku li rċevew offerta waħda biss għadu għoli, b'perċentwal ta' 36 % fl-2016. L-Ungerija għandha l-ogħla perċentwal fl-Unjoni ta' rakkomandazzjonijiet finanzjarji mill-OLAF rigward il-Fondi Strutturali u l-Agrikoltura għall-perjodu 2013-2017. Fl-2016, l-OLAF ikkonkluda investigazzjoni dwar proġett tat-trasport ta' EUR 1,7 biljun fl-Ungerija, li fih l-atturi ewlenin kienu bosta kumpaniji internazzjonali speċjalizzati tal-kostruzzjoni. L-investigazzjoni żvelat irregolaritajiet serji ħafna, kif ukoll il-possibilità ta' frodi u korruzzjoni fl-implimentazzjoni tal-proġetti. Fl-2017, l-OLAF sab "irregolaritajiet serji" u "kunflitti ta' interess" matul l-investigazzjoni tiegħu f'35 kuntratti ta' dwal tat-toroq mogħtija lill-kumpanija li dak iż-żmien kienet ikkontrollata mir-raġel ta' bint il-Prim Ministru Ungeriż. L-OLAF bagħat ir-rapport finali tiegħu b'rakkomandazzjonijiet finanzjarji lid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana tal-Kummissjoni li tirkupra EUR 43,7 miljun u rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji lill-Prosekutur Ġenerali tal-Ungerija. Investigazzjoni transfruntiera konkluża mill-OLAF fl-2017 kienet tinvolvi allegazzjonijiet relatati mal-potenzjal ta' użu ħażin tal-fondi tal-Unjoni f'31 proġett ta' Riċerka u Żvilupp. L-investigazzjoni, li saret fl-Ungerija, il-Latvja u s-Serbja, skopriet skema ta' subkuntrattar użata biex iżżid l-ispejjeż tal-proġett b'mod artifiċjali u taħbi l-fatt li l-fornituri aħħara kienu kumpaniji marbuta ma' xulxin. L-OLAF għalhekk ikkonkluda l-investigazzjoni b'rakkomandazzjoni finanzjarja lill-Kummissjoni biex tirkupra EUR 28,3 miljun u rakkomandazzjoni ġudizzjarja lill-awtoritajiet ġudizzjarji Ungeriżi. L-Ungerija ddeċidiet li ma tipparteċipax fit-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew responsabbli għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u t-tressiq quddiem il-ġustizzja tal-awturi u tal-kompliċi f'reati kriminali li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
(24) |
Skont is-Seba' Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali, l-effikaċja governattiva fl-Ungerija naqset mill-1996, u l-Ungerija hija wieħed mill-Istati Membri bl-aktar livell baxx ta' effikaċja governattiva fl-Unjoni. Ir-reġjuni kollha tal-Ungerija huma ferm taħt il-medja tal-Unjoni f'termini ta' kwalità governattiva. Skont ir-Rapport kontra l-Korruzzjoni ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fl-2014, il-korruzzjoni hija meqjusa li hi mifruxa (89 %) fl-Ungerija. Skont ir-Rapport dwar il-Kompetittività Globali 2017-2018 ippubblikat mill-Forum Ekonomiku Dinji, il-livell għoli ta' korruzzjoni kien wieħed mill-aktar fatturi problematiċi għan-negozju fl-Ungerija. |
Il-privatezza u l-protezzjoni tad-data
(25) |
Fis-sentenza tagħha tat-12 ta' Jannar 2016, Szabó uVissy vs l-Ungerija, il-QEDB sabet li d-dritt tar-rispett tal-ħajja privata nkiser minħabba l-garanziji legali insuffiċjenti kontra l-possibilità ta' sorveljanza sigrieta illegali għal finijiet ta' sigurtà nazzjonali, inkluż b'rabta mal-użu tat-telekomunikazzjonijiet. L-applikanti ma allegawx li kienu suġġetti għal xi miżura ta' sorveljanza sigrieta, u għalhekk deher li ma kinux meħtieġa miżuri individwali oħra. L-emenda tal-leġiżlazzjoni rilevanti hija meħtieġa bħala miżura ġenerali. Il-proposti għal emenda tal-Att dwar is-Servizzi tas-Sigurtà Nazzjonali qed jiġu diskussi attwalment mill-esperti tal-ministeri kompetenti tal-Ungerija. L-eżekuzzjoni ta' din is-sentenza għadha, għalhekk, pendenti. |
(26) |
Fl-osservazzjonijiet konklużivi tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU esprima tħassib li l-qafas legali tal-Ungerija dwar is-sorveljanza sigrieta għall-finijiet tas-sigurtà nazzjonali jippermetti l-interċettazzjoni tal-massa ta' komunikazzjonijiet u ma fihx biżżejjed salvagwardji kontra l-interferenza arbitrarja fid-dritt għall-privatezza. Kien imħasseb ukoll dwar in-nuqqas ta' dispożizzjonijiet li jiżguraw rimedji effettivi f'każijiet ta' abbuż, u notifika lill-persuna kkonċernata mill-aktar fis possibbli, mingħajr ma jiġi pperikolat l-iskop tar-restrizzjoni, wara t-terminazzjoni tal-miżura ta' sorveljanza. |
Il-libertà tal-espressjoni
(27) |
Fit-22 ta' Ġunju 2015, il-Kummissjoni ta' Venezja adottat l-Opinjoni tagħha dwar il-Leġiżlazzjoni tal-Media (l-Att CLXXXV dwar is-Servizzi tal-Media u dwar il-Media tal-Massa, l-Att CIV dwar il-Libertà tal-Istampa, u l-Leġiżlazzjoni dwar it-Tassazzjoni tad-Dħul mir-Reklamar tal-Media tal-Massa) tal-Ungerija li talbet li jsiru diversi tibdiliet fl-Att dwar l-Istampa u fl-Att dwar il-Media, b'mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni ta' "kontenut illegali tal-media", l-iżvelar ta' sorsi ġurnalistiċi u s-sanzjonijiet fuq l-entitajiet tal-media. Tħassib simili kien ġie espress fl-analiżi kkummissjonata mill-Uffiċċju tar-Rappreżentant tal-OSKE dwar il-Libertà tal-Media fi Frar 2011, mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem preċedenti tal-Kunsill tal-Ewropa fl-opinjoni tiegħu dwar il-leġiżlazzjoni tal-media Ungeriża fid-dawl tal-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-libertà tal-media tal-25 ta' Frar 2011, kif ukoll mill-esperti tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-leġiżlazzjoni tal-media Ungeriża fl-għarfien espert tagħhom tal-11 ta' Mejju 2012. Fl-istqarrija tiegħu tad-29 ta' Jannar 2013, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa laqa' l-fatt li d-diskussjonijiet fil-qasam tal-media wasslu għal diversi bidliet importanti. Madankollu, it-tħassib pendenti ġie mtenni wkoll mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa fir-rapport ta' wara ż-żjara tiegħu fl-Ungerija, li ġie ppubblikat fis-16 ta' Diċembru 2014. Il-Kummissarju semma wkoll il-kwistjonijiet tal-konċentrazzjoni tas-sjieda tal-media u tal-awtoċensura u indika li l-qafas legali li jikkriminalizza d-diffamazzjoni għandu jiġi revokat. |
(28) |
Fl-Opinjoni tagħha tat-22 ta' Ġunju 2015 dwar il-Leġiżlazzjoni tal-Media, il-Kummissjoni ta' Venezja rrikonoxxiet l-isforzi tal-gvern Ungeriż, matul is-snin, biex itejjeb it-test oriġinali tal-Atti dwar il-Media, f'konformità mal-kummenti minn diversi osservaturi inkluż il-Kunsill tal-Ewropa, u nnotat b'mod pożittiv ir-rieda tal-awtoritajiet Ungeriżi li jkomplu d-djalogu. Madankollu, il-Kummissjoni ta' Venezja insistiet dwar il-ħtieġa li jinbidlu r-regoli li jirregolaw l-elezzjoni tal-membri tal-Kunsill tal-Media biex tiġi żgurata rappreżentazzjoni ġusta ta' gruppi politiċi u gruppi oħra soċjalment sinifikanti u li l-metodu tal-ħatra u l-pożizzjoni tal-President tal-Kunsill tal-Media jew tal-President tal-Awtorità tal-Media għandhom jiġu rieżaminati sabiex tonqos il-konċentrazzjoni tas-setgħat u tiġi żgurata n-newtralità politika; il-Bord tat-Trustees ukoll għandu jiġi riformat fuq dawk il-linji. Il-Kummissjoni ta' Venezja rrakkomandat ukoll id-deċentralizzazzjoni tal-governanza tal-fornituri tal-media tas-servizz pubbliku u li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Aħbarijiet ma tkunx il-fornitur esklużiv tal-aħbarijiet għall-fornituri tal-media tas-servizz pubbliku. Tħassib simili kien ġie espress fl-analiżi kkummissjonata mill-Uffiċċju tar-Rappreżentant tal-OSKE dwar il-Libertà tal-Media fi Frar 2011, mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem preċedenti tal-Kunsill tal-Ewropa fl-opinjoni tiegħu dwar il-leġiżlazzjoni tal-media Ungeriża fid-dawl tal-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-libertà tal-media tal-25 ta' Frar 2011, kif ukoll mill-esperti tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-leġiżlazzjoni tal-media Ungeriża fl-għarfien espert tagħhom tal-11 ta' Mejju 2012. Fl-istqarrija tiegħu tad-29 ta' Jannar 2013, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa laqa' l-fatt li d-diskussjonijiet fil-qasam tal-media wasslu għal diversi bidliet importanti. Madankollu, it-tħassib pendenti ġie mtenni wkoll mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa fir-rapport ta' wara ż-żjara tiegħu fl-Ungerija, li ġie ppubblikat fis-16 ta' Diċembru 2014. |
(29) |
Fit-18 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni ta' Venezja adottat l-Opinjoni tagħha dwar l-Att CXII tal-2011 dwar il-Privatezza tal-Informazzjoni u dwar il-Libertà tal-Informazzjoni tal-Ungerija. Minkejja l-valutazzjoni pożittiva ġenerali, il-Kummissjoni ta' Venezja identifikat il-ħtieġa għal aktar titjib. Madankollu, wara emendi sussegwenti għal dik il-liġi, id-dritt tal-aċċess għal informazzjoni governattiva ġie ristrett aktar, b'mod sinifikanti. Dawk l-emendi ġew ikkritikati fl-analiżi kkummissjonata mill-Uffiċċju tar-Rappreżentant tal-OSKE dwar il-Libertà tal-Media f'Marzu 2016. L-analiżi indikat li l-ammonti li għandhom jitħallsu għall-ispejjeż diretti jidhru li huma kompletament raġonevoli, iżda l-ħlas għall-ħin tal-uffiċjali pubbliċi biex iwieġbu t-talbiet huwa inaċċettabbli. Kif ġie rikonoxxut mir-rapport tal-pajjiż tal-2018 tal-Kummissjoni, il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data u l-qrati, inkluża l-Qorti Kostituzzjonali, ħadu pożizzjoni progressiva f'każijiet relatati mat-trasparenza. |
(30) |
Fir-rapport tagħha adottat fis-27 ta' Ġunju 2018, il-missjoni limitata ta' osservazzjoni elettorali tal-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem li segwiet l-elezzjonijiet parlamentari Ungeriżi tal-2018 ikkonkludiet li l-aċċess għall-informazzjoni kif ukoll il-libertajiet tal-media u ta' assoċjazzjoni ġew ristretti, inkluż permezz ta' tibdiliet legali reċenti u li l-kopertura tal-media tal-kampanja kienet estensiva, iżda polarizzata ferm u nieqsa mill-analiżi kritika minħabba l-politiċizzazzjoni tas-sjieda tal-media u l-influss tal-kampanji ta' pubbliċità tal-gvern. Ix-xandâr pubbliku wettaq il-mandat tiegħu li jipprovdi ħin ta' xandir b'xejn lill-kandidati, iżda l-aħbarijiet u l-kontributi editorjali tiegħu ffavorew b'mod ċar lill-koalizzjoni fil-gvern, kuntrarjament għall-istandards internazzjonali. Ħafna mix-xandara kummerċjali kienu partiġġjani fix-xandir tagħhom, u żammew jew mal-partit fil-gvern jew inkella ma' dawk tal-oppożizzjoni. Il-media online pprovdiet pjattaforma għal dibattitu politiku pluralistiku u orjentat fuq il-kwistjonijiet. Innotat ukoll li l-politiċizzazzjoni tas-sjieda, flimkien ma' qafas legali restrittiv u l-assenza ta' korp regolatorju indipendenti tal-media, kellhom effett negattiv fuq il-libertà editorjali, u dan fixkel l-aċċess tal-votanti għall-informazzjoni pluralistika. Semmiet ukoll li l-emendi introduċew restrizzjonijiet indebiti fuq l-aċċess għal informazzjoni billi wessgħu d-definizzjoni ta' informazzjoni mhux suġġetta għal żvelar u billi żiedu t-tariffa għat-trattament ta' talbiet għal informazzjoni. |
(31) |
Fl-osservazzjonijiet konklużivi tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU esprima tħassib dwar il-liġijiet u l-prattiki tal-media Ungeriżi li jillimitaw il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. Il-Kumitat kien imħasseb li, wara tibdiliet suċċessivi fil-liġi, il-qafas leġiżlattiv attwali ma jiżgurax għalkollox stampa mhux iċċensurata u mhux imfixkla. Innota bi tħassib li l-Kunsill tal-Media u l-Awtorità tal-Media m'għandhomx indipendenza biżżejjed biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom u għandhom setgħat regolatorji u ta' sanzjonar wiesgħa żżejjed. |
(32) |
Fit-13 ta' April 2018, ir-Rappreżentant tal-OSKE dwar il-Libertà tal-Media kkundanna b'mod qawwi l-pubblikazzjoni ta' lista ta' aktar minn 200 persuna minn entità tal-media Ungeriża li ddikjarat li aktar minn 2 000 persuna, fosthom dawk elenkati, allegatament kienu qed jaħdmu biex "iwaqqgħu l-gvern". Il-lista ġiet ippubblikata mir-rivista Ungeriża Figyelő fil-11 ta' April, u tinkludi ħafna ġurnalisti u ċittadini oħra. Fis-7 ta' Mejju 2018, ir-Rappreżentant tal-OSKE dwar il-Libertà tal-media esprima tħassib kbir dwar iċ-ċaħda ta' akkreditament lil diversi ġurnalisti indipendenti, li waqqfithom milli jirrapportaw mil-laqgħa inawgurali tal-parlament il-ġdid tal-Ungerija. Ġie nnotat ukoll li avveniment bħal dan m'għandux jintuża bħala għodda biex jitrażżan il-kontenut tar-rapportar kritiku u li din il-prattika tistabbilixxi preċedent ħażin għall-mandat il-ġdid tal-parlament Ungeriż. |
Il-libertà akkademika
(33) |
Fis-6 ta' Ottubru 2017, il-Kummissjoni ta' Venezja adottat l-Opinjoni tagħha dwar l-Att XXV tal-4 ta' April 2017 dwar l-Emenda tal-Att CCIV tal-2011 dwar l-Edukazzjoni Terzjarja Nazzjonali. Hija kkonkludiet li l-introduzzjoni ta' regoli aktar stretti mingħajr raġunijiet b'saħħithom ħafna, flimkien ma' skadenzi stretti u konsegwenzi legali serji, għal universitajiet barranin li huma diġà stabbiliti fl-Ungerija u li ilhom joperaw legalment f'dan il-pajjiż għal ħafna snin, tidher estremament problematika mill-perspettiva tal-istat tad-dritt u minn dik tal-prinċipji u l-garanziji tad-drittijiet fundamentali. Dawk l-universitajiet u l-istudenti tagħhom huma protetti mir-regoli domestiċi u internazzjonali dwar il-libertà akkademika, il-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda u d-dritt u l-libertà tal-edukazzjoni. Il-Kummissjoni ta' Venezja rrakkomandat li l-awtoritajiet Ungeriżi, b'mod partikolari, jiżguraw li r-regoli l-ġodda dwar ir-rekwiżit li wieħed ikollu permess tax-xogħol ma jaffettwawx b'mod sproporzjonat il-libertà akkademika u jiġu applikati b'mod nondiskriminatorju u flessibbli, mingħajr ma tiġi pperikolata l-kwalità u l-karattru internazzjonali tal-edukazzjoni diġà pprovduti mill-universitajiet eżistenti. It-tħassib dwar l-Emenda tal-Att CCIV tal-2011 dwar l-Edukazzjoni Terzjarja Nazzjonali kien kondiviż ukoll mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet għal-libertà tal-għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet kulturali, fid-dikjarazzjoni tagħhom tal-11 ta' April 2017. Fl-osservazzjonijiet konklużivi tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU nnota n-nuqqas ta' ġustifikazzjoni suffiċjenti għall-impożizzjoni ta' dawn ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-ħsieb, tal-espressjoni u ta' assoċjazzjoni, kif ukoll fuq il-libertà akkademika. |
(34) |
Fis-17 ta' Ottubru 2017, il-Parlament Ungeriż estenda l-iskadenza għall-universitajiet barranin li joperaw fil-pajjiż biex jilħqu l-kriterji l-ġodda sal-1 ta' Jannar 2019 fuq it-talba tal-istituzzjonijiet ikkonċernati u wara r-rakkomandazzjoni tal-Presidenza tal-Konferenza tar-Retturi Ungeriżi. Il-Kummissjoni ta' Venezja laqgħet din l-estensjoni. In-negozjati bejn il-Gvern Ungeriż u l-istituzzjonijiet barranin ta' edukazzjoni għolja milquta, b'mod partikolari l-Università tal-Ewropa Ċentrali, għadhom għaddejjin, filwaqt li l-limbu legali għall-universitajiet barranin jibqa', minkejja li l-Università tal-Ewropa Ċentrali kkonformat mar-rekwiżiti l-ġodda. |
(35) |
Fis-7 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ttella' lill-Ungerija quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għar-raġuni li l-Emenda tal-Att CCIV tal-2011 dwar l-Edukazzjoni Terzjarja Nazzjonali tillimita b'mod sproporzjonat lill-universitajiet tal-Unjoni u dawk li mhumiex fl-operazzjonijiet tagħhom u li l-Att jeħtieġ li jerġa' jiġi allinjat mad-dritt tal-Unjoni. Il-Kummissjoni sabet li l-leġiżlazzjoni l-ġdida tmur kontra d-dritt għal-libertà akkademika, id-dritt għall-edukazzjoni u l-libertà ta' intrapriża kif previsti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta") u l-obbligi legali tal-Unjoni skont il-liġi kummerċjali internazzjonali. |
(36) |
Fit-9 ta' Awwissu 2018, sar magħruf pubblikament li l-gvern Ungeriż biħsiebu jirtira l-programm ta' Masters fl-Istudji tal-Ġeneri fl-Università pubblika ta' Eötvös Loránd (ELTE) u jirrifjuta r-rikonoxximent tal-Masters fl-Istudji tal-Ġeneri mill-Università Ewropea Ċentrali, li hi privata. Il-Parlament jindika li interpretazzjoni ħażina tal-kunċett ta' ġeneru ddominat id-diskussjoni pubbika fl-Ungerija u jiddeplora din l-interpretazzjoni ħażina intenzjonata tat-termini "ġeneru" u "ugwaljanza bejn il-ġeneri". Il-Parlament Ewropew jikkundanna l-attakki fuq it-tagħlim u r-riċerka liberi, b'mod partikolari fir-rigward tal-istudji tal-ġeneri li għandhom l-għan li janalizzaw ir-relazzjonijiet ta' poter, id-diskriminazzjoni u r-relazzjonijiet bejn il-ġeneri fis-soċjetà u jsibu soluzzjonijiet għall-forom ta' inugwaljanza, u li saru l-mira ta' kampanji ta' diffamazzjoni. Il-Parlament jitlob li l-prinċipju demokratiku fundamentali tal-libertà tal-edukazzjoni jerġa' jiġi stabbilit u salvagwardat għalkollox. |
Il-libertà tar-reliġjon
(37) |
Fit-30 ta' Diċembru 2011, il-Parlament Ungeriż adotta l-Att CCVI tal-2011 dwar id-Dritt għal-Libertà ta' Kuxjenza u Reliġjon u l-Istatus Legali tal-Knejjes, Denominazzjonijiet u Komunitajiet Reliġjużi tal-Ungerija, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2012. L-Att għamel rieżami tal-personalità ġuridika ta' diversi organizzazzjonijiet reliġjużi u naqqas għal 14 l-għadd ta' knejjes rikonoxxuti legalment fl-Ungerija. Fis-16 ta' Diċembru 2011, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa kkondivida t-tħassib tiegħu dwar dan l-Att f'ittra mibgħuta lill-awtoritajiet Ungeriżi. Fi Frar 2012, b'reazzjoni għall-pressjoni internazzjonali, il-Parlament Ungeriż żied l-għadd ta' knejjes rikonoxxuti għal 31. Fid-19 ta' Marzu 2012, il-Kummissjoni ta' Venezja adottat l-Opinjoni tagħha dwar l-Att CCVI tal-2011 dwar id-Dritt għal-Libertà tal-Kuxjenza u tar-Reliġjon u dwar l-Istatus Legali tal-Knejjes, Denominazzjonijiet u Komunitajiet Reliġjużi tal-Ungerija, fejn indikat li l-Att jistabbilixxi firxa ta' rekwiżiti li huma eċċessivi u bbażati fuq kriterji arbitrarji fir-rigward tar-rikonoxximent ta' knisja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ta' Venezja indikat li l-Att wassal għal proċess ta' dereġistrazzjoni ta' mijiet ta' knejjes li qabel kienu rikonoxxuti legalment u li l-Att iwassal, sa ċertu punt, għal trattament mhux ugwali u anke diskriminatorju ta' twemmin u komunitajiet reliġjużi differenti, skont jekk humiex rikonoxxuti jew le. |
(38) |
Fi Frar 2013, il-Qorti Kostituzzjonali tal-Ungerija ddeċidiet li d-dereġistrazzjoni tal-knejjes rikonoxxuti ma kinitx kostituzzjonali. B'reazzjoni għad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, il-Parlament Ungeriż emenda l-Liġi Fundamentali f'Marzu 2013. F'Ġunju u f'Settembru 2013, il-Parlament Ungeriż emenda l-Att CCVI tal-2011, biex joħloq klassifikazzjoni b'żewġ livelli li tikkonsisti minn "komunitajiet reliġjużi" u "knejjes inkorporati". F'Settembru 2013, il-Parlament Ungeriż emenda wkoll il-Liġi Fundamentali b'mod espliċitu biex jagħti lilu nnifsu l-awtorità li jagħżel komunitajiet reliġjużi għal "kooperazzjoni" mal-istat fis-servizz ta' "attivitajiet ta' interess pubbliku", u fil-prattika jagħti lilu nnifsu setgħa diskrezzjonali biex jirrikonoxxi organizzazzjoni reliġjuża b'vot ta' żewġ terzi. |
(39) |
Fis-sentenza tagħha tat-8 ta' April 2014, Magyar Keresztény Mennonita Egyház u Oħrajn vs l-Ungerija, il-QEDB iddeċidiet li l-Ungerija kienet kisret il-libertà tal-assoċjazzjoni, fid-dawl tal-libertà tal-kuxjenza u tar-reliġjon. Il-Qorti Kostituzzjonali tal-Ungerija sabet li ċerti regoli li jirregolaw il-kundizzjonijiet tar-rikonoxximent bħala knisja ma kinux kostituzzjonali u ordnat lil-leġiżlatura biex tagħmel ir-regoli rilevanti konformi mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Għaldaqstant, l-Att rilevanti ġie ppreżentat lill-Parlament Ungeriż f'Diċembru 2015 iżda ma kisibx il-maġġoranza meħtieġa. L-eżekuzzjoni ta' dik is-sentenza għadha pendenti. |
Il-libertà tal-assoċjazzjoni
(40) |
Fid-9 ta' Lulju 2014, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa indika fl-ittra tiegħu lill-awtoritajiet Ungeriżi li kien imħasseb dwar ir-retorika stigmatizzanti użata mill-politiċi li tpoġġi f'dubju l-leġittimità tax-xogħol tal-NGOs fil-kuntest tal-awditi li twettqu mill-Uffiċċju tal-Kontroll tal-Gvern Ungeriż fir-rigward ta' NGOs li kienu operaturi u benefiċjarji tal-Fond għall-NGOs taż-ŻEE/Għotjiet tan-Norveġja. Il-Gvern Ungeriż iffirma ftehim mal-Fond u, b'riżultat ta' dan, il-pagamenti tal-għotjiet għadhom għaddejjin. Bejn it-8 u s-16 ta' Frar 2016, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem żar l-Ungerija u indika fir-rapport tiegħu li jeżistu sfidi sinifikanti minħabba l-qafas legali eżistenti li jirregola l-eżerċizzju ta' libertajiet fundamentali, bħad-drittijiet għal-libertajiet tal-opinjoni u tal-espressjoni, u tal-għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni, u li l-leġiżlazzjoni li tirrigwarda s-sigurtà nazzjonali u l-migrazzjoni jista' wkoll ikollha impatt restrittiv fuq l-ambjent tas-soċjetà ċivili. |
(41) |
F'April 2017 ġie introdott abbozz ta' liġi mill-Parlament Ungeriż dwar it-Trasparenza tal-Organizzazzjonijiet li Jirċievu Appoġġ minn Barra l-Pajjiż, bl-iskop iddikjarat li jiġu introdotti rekwiżiti relatati mal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tat-terroriżmu. Il-Kummissjoni ta' Venezja rrikonoxxiet fl-2013 li jista' jkun hemm diversi raġunijiet għalfejn stat jillimita l-finanzjament barrani, inkluż il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, iżda dawn l-għanijiet leġittimi m'għandhomx jintużaw bħala skuża biex l-NGOs jiġu kkontrollati jew biex tiġi ristretta l-ħila tagħhom li jwettqu l-ħidma leġittima tagħhom, b'mod partikolari d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem. Fis-26 ta' April 2017, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa indirizza ittra lill-President tal-Assemblea Nazzjonali Ungeriża li fiha nnota li l-abbozz ta' liġi ġie introdott fl-isfond ta' retorika antagonistika kontinwa minn ċerti membri tal-koalizzjoni fil-gvern, li b'mod pubbliku ttimbraw lil xi NGOs bħala "aġenti barranin" abbażi tas-sors tal-finanzjament tagħhom, u poġġew f'dubju l-leġittimità tagħhom. it-terminu "aġenti barranin", madankollu, ma kienx preżenti fl-abbozz. Tħassib simili kien ġie espress fid-dikjarazzjoni tas-7 ta' Marzu 2017 tal-President tal-Konferenza tal-INGOs tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-President tal-Kunsill tal-Esperti dwar il-Liġi tal-NGOs, kif ukoll fl-Opinjoni tal-24 ta' April 2017 imħejjija mill-Kunsill Espert dwar il-Liġi tal-NGOs, u fid-dikjarazzjoni tal-15 ta' Mejju 2017 mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. |
(42) |
Fit-13 ta' Ġunju 2017, il-Parlament Ungeriż adotta l-abbozz ta' liġi b'bosta emendi. Fl-Opinjoni tagħha tal-20 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni ta' Venezja rrikonoxxiet li t-terminu "organizzazzjoni li tirċievi appoġġ minn barra l-pajjiż" hu newtrali u deskrittiv, u li wħud minn dawk l-emendi kienu jirrappreżentaw titjib importanti iżda fl-istess ħin xi tħassib ieħor ma ġiex indirizzat u l-emendi ma kinux biżżejjed biex itaffu t-tħassib li l-liġi kienet se tikkawża interferenza sproporzjonata u mhux meħtieġa fil-libertajiet tal-assoċjazzjoni u tal-espressjoni, fid-dritt għall-privatezza, u fil-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni. Fl-osservazzjonijiet konklużivi tiegħu tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU nnota n-nuqqas ta' ġustifikazzjoni suffiċjenti għall-impożizzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti, li dehru li kienu parti minn tentattiv biex jiġu skreditati ċerti NGOs, inklużi NGOs iddedikati għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ungerija. |
(43) |
Fis-7 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċedimenti legali kontra l-Ungerija talli naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital, minħabba dispożizzjonijiet fil-Liġi tal-NGOs li, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, indirettament jiddiskriminaw u jillimitaw b'mod sproporzjonat id-donazzjonijiet lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili minn barra l-pajjiż. Barra minn hekk, il-Kummissjoni allegat li l-Ungerija kienet kisret id-dritt tal-libertà tal-assoċjazzjoni u d-drittijiet għall-protezzjoni tal-ħajja privata u tad-data personali minquxa fil-Karta, ikkunsidrati flimkien mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital, definit fl-Artikoli 26(2) u l-Artikoli 56 u 63 tat-TFUE. |
(44) |
Fi Frar 2018, pakkett leġiżlattiv magħmul minn tliet abbozzi ta' liġijiet (T/19776, T/19775, T/19774), ġie ppreżentat mill-Gvern Ungeriż. Fl-14 ta' Frar 2018, il-President tal-Konferenza tal-INGOs tal-Kunsill tal-Ewropa u l-President tal-Kunsill Espert dwar il-Liġi tal-NGOs għamlu dikjarazzjoni li tindika li l-pakkett ma jikkonformax mal-libertà tal-assoċjazzjoni, b'mod partikolari għall-NGOs li jkollhom x'jaqsmu mal-migranti. Fil-15 ta' Frar 2018, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa esprima tħassib simili. Fit-8 ta' Marzu 2018, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-ħarsien tad-dritt għal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, ir-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-Espert Indipendenti dwar id-drittijiet tal-bniedem u s-solidarjetà internazzjonali, ir-Rapporteur Speċjali dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, u r-Rapporteur Speċjali dwar il-forom kontemporanji ta' razziżmu, diskriminazzjoni razzjali, ksenofobija u intolleranza relatata wissew li l-abbozz ta' liġi kien se jwassal għal restrizzjonijiet żejda fuq il-libertà tal-assoċjazzjoni u l-libertà ta' espressjoni fl-Ungerija. Fl-osservazzjonijiet konklużivi tiegħu tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU esprima tħassib dwar il-fatt li permezz tar-referenzi għas-"sopravivenza tan-nazzjon" u l-protezzjoni taċ-ċittadini u tal-kultura, u billi jorbot ix-xogħol tal-NGOs ma' konfoffa internazzjonali allegata, il-pakkett leġiżlattiv kien se jistigmatizza lill-NGOs u jrażżan il-kapaċità tagħhom li jwettqu l-attivitajiet importanti tagħhom ta' appoġġ għad-drittijiet tal-bniedem u, b'mod partikolari, id-drittijiet tar-rifuġjati, ta' dawk li jfittxu l-asil u tal-migranti. Kien imħasseb ukoll li l-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-finanzjament barrani li jirċievu l-NGOs setgħet tintuża biex tiġi applikata pressjoni illeġittima fuqhom u biex ikun hemm indħil mhux ġustifikat fl-attivitajiet tagħhom. Wieħed mill-abbozzi ta' liġijiet kellu l-għan li jintaxxa kwalunkwe flus li l-NGO jirċievu minn barra l-Ungerija, inkluż il-finanzjament tal-Unjoni, b'rata ta' 25 %; barra minn hekk, il-pakkett leġiżlattiv kien se jċaħħad lill-NGOs minn rimedju legali biex jappellaw kontra deċiżjonijiet arbitrarji. Fit-22 ta' Marzu 2018, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa talab opinjoni mingħand il-Kummissjoni ta' Venezja dwar l-abbozz ta' pakkett leġiżlattiv. |
(45) |
Fid-29 ta' Mejju 2018, il-Gvern Ungeriż ippreżenta abbozz ta' liġi li temenda ċerti liġijiet fir-rigward ta' miżuri kontra l-immigrazzjoni illegali (T/333). L-abbozz huwa verżjoni riveduta tal-pakkett leġiżlattiv preċedenti u jipproponi penali kriminali għall-"faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali". Fl-istess jum, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati talab li l-proposta tiġi rtirata u esprima t-tħassib tiegħu li l-proposti, jekk jgħaddu, se jżommu lin-nies li jiġu mġiegħla jaħarbu minn djarhom milli jingħataw għajnuna u servizzi kritiċi, u se jkomplu jkebbsu d-diskors pubbliku mimli tensjoni u l-attitudnijiet ksenofobiċi li qed jiżdiedu. Fl-1 ta' Ġunju 2018, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa esprima tħassib simili. Fil-31 ta' Mejju 2018, il-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa kkonferma t-talba għal opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar il-proposta l-ġdida. L-abbozz ġie adottat fl-20 ta' Ġunju 2018 qabel il-ħruġ tal-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja. Fil-21 ta' Ġunju 2018, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem ikkundanna d-deċiżjoni tal-Parlament Ungeriż. Fit-22 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni ta' Venezja u l-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem indikaw li d-dispożizzjoni dwar ir-responsabilità kriminali tista' twaqqaf l-attività organizzativa u espressiva protetti u tikkostitwixxi ksur tad-dritt għal-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni u għandha, għalhekk, tiġi mħassra. Fid-19 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta' intimazzjoni lill-awtoritajiet Ungeriżi rigward leġiżlazzjoni ġdida li tikkriminalizza attivitajiet li jappoġġjaw l-applikazzjonijiet għal asil u residenza u jillimitaw aktar id-dritt li jintalab asil. |
Id-dritt għal trattament ugwali
(46) |
Bejn is-17 u s-27 ta' Mejju 2016, il-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-diskriminazzjoni kontra n-nisa fil-liġi u fil-prattika żar l-Ungerija. Fir-rapport tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma indika li m'għandux ikun hemm żbilanċ bejn forma konservattiva tal-familja, li l-protezzjoni tagħha hija garantita għax hi essenzjali għas-sopravivenza nazzjonali, u d-drittijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali tan-nisa u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa. Il-Grupp ta' Ħidma qal ukoll li d-dritt ta' mara għall-ugwaljanza ma jistax jitqies biss fid-dawl tal-protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli flimkien mat-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità, għaliex huma jagħmlu parti integrali minn dawn il-gruppi kollha. Il-kotba tal-iskola l-ġodda xorta għad fihom l-isterjotipi tas-sessi, juru n-nisa primarjament fir-rwol tagħhom ta' ommijiet u nisa miżżewġin, u f'xi każijiet, juru lill-ommijiet bħala inqas intelliġenti mill-missirijiet. Mill-banda l-oħra, il-Grupp ta' Ħidma rrikonoxxa l-isforzi tal-Gvern Ungeriż fit-tisħiħ tar-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja billi introduċa dispożizzjonijiet ġenerużi fis-sistema tal-appoġġ tal-familja u fir-rigward tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal. Fir-rapport tagħha adottat fis-27 ta' Ġunju 2018, il-missjoni limitata ta' osservazzjoni tal-elezzjoni mwettqa mill-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem għall-elezzjonijiet parlamentari tal-2018 fl-Ungerija qalet li n-nisa huma sottorappreżentati fil-ħajja politika u li ma jeżistux rekwiżiti legali għall-promozzjoni tal-ugwaljanza tas-sessi fl-elezzjonijiet. Għalkemm partit ewlieni wieħed poġġa mara fil-quċċata tal-lista nazzjonali u xi partijiet indirizzaw il-kwistjonijiet relatati mas-sessi fil-programmi tagħhom, l-emanċipazzjoni tan-nisa ma tantx ingħatat attenzjoni bħala kwistjoni fil-kampanja, inkluż fil-mezzi tax-xandir. |
(47) |
Fl-osservazzjonijiet konklużivi tiegħu tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU laqa' l-iffirmar tal-Konvenzjoni ta' Istanbul iżda esprima dispjaċir dwar il-fatt li l-attitudnijiet sterjotipiċi patrijarkali għadhom prevalenti fl-Ungerija fir-rigward tal-pożizzjoni tan-nisa fis-soċjetà, u nnota bi tħassib il-kummenti diskriminatorji magħmula minn esponenti politiċi kontra n-nisa. Innota wkoll li l-Kodiċi Kriminali Ungeriż ma jipproteġix għalkollox il-vittmi nisa tal-vjolenza domestika. Esprima wkoll it-tħassib li n-nisa mhumiex rappreżentati biżżejjed fil-pożizzjonijiet tat-teħid ta' deċiżjonijiet fis-settur pubbliku, partikolarment fil-ministeri tal-Gvern u fil-Parlament Ungeriż. Il-Konvenzjoni ta' Istanbul għadha ma ġietx ratifikata. |
(48) |
Il-Liġi Fundamentali tal-Ungerija tistipula dispożizzjonijiet obbligatorji għall-protezzjoni tal-postijiet tax-xogħol tal-ġenituri u għall-osservanza tal-prinċipju ta' trattament ugwali; konsegwentement, jeżistu regoli speċjali fil-liġi tax-xogħol għan-nisa u għall-ommijiet u l-missirijiet li qed irabbu t-tfal. Fis-27 ta' April 2017, il-Kummissjoni ħarġet opinjoni motivata li fiha talbet lill-Ungerija timplimenta b'mod korrett id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), billi l-liġi Ungeriża tipprovdi eċċezzjoni għall-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni għal raġunjiet ta' sess li hija ferm usa' mill-eċċezzjoni prevista minn dik id-Direttiva. Fl-istess data, il-Kummissjoni ħarġet opinjoni motivata lill-Ungerija dwar in-nuqqas ta' konformità mad-Direttiva 92/85/KEE tal-Kunsill (4) li tgħid li min iħaddem għandu dmir li jadatta l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema tqal jew li qed ireddgħu biex jiġi evitat riskju għas-saħħa u s-sikurezza tagħhom. Il-Gvern Ungeriż impenja ruħu li jemenda d-dispożizzjonijiet meħtieġa tal-Att CXXV tal-2003 dwar it-Trattament Ugwali u l-Promozzjoni ta' Opportunitajiet Ugwali, kif ukoll l-Att I tal-2012 dwar il-Kodiċi tax-Xogħol. Konsegwentement, fis-7 ta' Ġunju 2018 il-kawża ngħalqet. |
(49) |
Fl-osservazzjonijiet konklużivi tiegħu tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU esprima tħassib li l-projbizzjoni kostituzzjonali fuq id-diskriminazzjoni ma tinkludix b'mod espliċitu l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru mar-raġunijiet ta' diskriminazzjoni u li d-definizzjoni restrittiva tagħha ta' familja tista' twassal għal diskriminazzjoni għaliex ma tinkludix ċerti tipi ta' arranġamenti ta' familja, fosthom il-koppji tal-istess sess. Il-Kumitat kien imħasseb ukoll dwar atti ta' vjolenza u l-prevalenza ta' sterjotipi negattivi u preġudizzju kontra persuni leżbjani, omosesswali, bisesswali u transġeneru, b'mod partikolari fil-qasam tal-impjieg u tal-edukazzjoni. |
(50) |
Fl-osservazzjonijiet konklużivi tiegħu tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU semma wkoll it-tqegħid furzat f'istituzzjonijiet mediċi, l-iżolament u t-trattament furzat ta' għadd kbir ta' persuni b'diżabilità mentali, intellettwali u psikosoċjali, kif ukoll ir-rapporti ta' vjolenza u trattament krudili, inuman u degradanti u l-allegazzjonijiet ta' għadd kbir ta' mwiet mhux investigati f'istituzzjonijiet magħluqa. |
Id-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi, inklużi r-Rom u l-Lhud, u l-protezzjoni kontra dikjarazzjonijiet ta' mibegħda kontra minoranzi tali
(51) |
Fir-rapport tiegħu wara ż-żjara tiegħu fl-Ungerija, li ġie ppubblikat fis-16 ta' Diċembru 2014, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa qal li kien imħasseb dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni fir-rigward tar-razziżmu u l-intolleranza fl-Ungerija, li d-diskriminazzjoni kontra ż-żingari hi l-aktar forma sfaċċata ta' intolleranza, kif muri mill-vjolenza ħarxa b'mod distintiv immirata lejn il-persuni Rom u l-parati u r-rondi paramilitari fil-villaġġi fejn il-popolazzjoni hija Rom. Huwa indika wkoll li, minkejja l-pożizzjonijiet li ħadu l-awtoritajiet Ungeriżi biex jikkundannaw id-diskors anti-Semitiku, l-anti-Semitiżmu huwa problema rikorrenti, li toħroġ fid-dieher permezz ta' diskors ta' mibegħda u każijiet ta' vjolenza kontra persuni Lhud jew il-proprjetà tagħhom. Barra minn hekk, huwa semma r-rekrudexxenza tal-ksenofobija mmirata kontra l-migranti, inkluż dawk li jfittxu l-asil u r-rifuġjati, u tal-intolleranza li tolqot gruppi soċjali oħra bħall-persuni LGBTI, il-fqar u l-persuni bla dar. Il-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Ksenofobija (ECRI) semmiet tħassib simili fir-rapport tagħha dwar l-Ungerija ppubblikat fid-9 ta' Ġunju 2015. |
(52) |
Fir-Raba' Opinjoni tiegħu dwar l-Ungerija adottata fil-25 ta' Frar 2016, il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konvenzjoni Qafas għall-Protezzjoni tal-Minoranzi Nazzjonali nnota li r-Rom qed ikomplu jsofru minn diskriminazzjoni u inugwaljanza sistemiċi fl-oqsma kollha tal-ħajja, inklużi l-abitazzjoni, ix-xogħol, l-edukazzjoni, l-aċċess għas-saħħa u l-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali u politika. Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2017, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa rrakkomanda lill-awtoritajiet Ungeriżi biex jagħmlu sforzi sostnuti u effettivi biex jipprevjenu, jiġġieldu u jissanzjonaw l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni li jsofru r-Rom, biex itejbu, f'konsultazzjoni mill-qrib mar-rappreżentanti tar-Rom, il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa u l-impjieg tar-Rom, biex jieħdu miżuri effettivi biex iwaqqfu l-prattiki li jwasslu għas-segregazzjoni kontinwa tat-tfal Rom fl-iskola u jirduppjaw l-isforzi biex jirrimedjaw in-nuqqasijiet li jħabbtu wiċċhom magħhom it-tfal Rom fil-qasam tal-edukazzjoni, biex jiżguraw li t-tfal Rom ikollhom opportunitajiet indaqs ta' aċċess għal-livelli kollha ta' edukazzjoni ta' kwalità, u biex ikomplu jieħdu miżuri biex jipprevjenu li t-tfal jitqiegħdu b'mod żbaljat fi skejjel u klassijiet speċjali. Il-Gvern Ungeriż ħa diversi miżuri sostanzjali biex irawwem l-inklużjoni tar-Rom. Fl-4 ta' Lulju 2012 adotta l-Pjan ta' Azzjoni għall-Protezzjoni tal-Impjiegi biex jipproteġi l-impjieg ta' impjegati żvantaġġati u jrawwem l-impjieg ta' persuni li jkun ilhom qiegħda. Adotta wkoll l-Istrateġija Settorjali tal-Kura tas-Saħħa "Healthy Hungary (Ungerija b'Saħħitha) 2014-2020" biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa. Fl-2014 adotta strateġija għall-perjodu 2014-2020 biex jindirizza l-abitazzjoni ta' standard inaċċettabli fil-kwartieri segregati. Madankollu, skont ir-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali 2018 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, il-perċentwal ta' żgħażagħ Rom li bħalissa jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) żdied minn 38 % fl-2011 għal 51 % fl-2016. |
(53) |
Fis-sentenza tagħha tad-29 ta' Jannar 2013, Horváth u Kiss vs l-Ungerija, il-QEDB sabet li l-leġiżlazzjoni rilevanti Ungeriża kif applikata fil-prattika kienet nieqsa minn salvagwardji adegwati u rriżultat fir-rappreżentazzjoni żejda u s-segregazzjoni tat-tfal Rom fi skejjel speċjali minħabba dijanjożi ħażina sistematika ta' diżabilità mentali, li kienet tammonta għal ksur tad-dritt għall-edukazzjoni ħielsa mid-diskriminazzjoni. L-eżekuzzjoni ta' dik is-sentenza għadha pendenti. |
(54) |
Fis-26 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta' intimazzjoni lill-awtoritajiet Ungeriżi fir-rigward tal-leġiżlazzjoni u tal-prattiki amministrattivi Ungeriżi li jirriżultaw fir-rappreżentazzjoni żejda b'mod sproporzjonat tat-tfal Rom fi skejjel speċjali għal tfal b'diżabilità mentali u suġġetti għal livell konsiderevoli ta' edukazzjoni segregata fl-iskejjel regolari, b'mod li jostakola l-inklużjoni soċjali tagħhom. Il-Gvern Ungeriż involva ruħu b'mod attiv fi djalogu mal-Kummissjoni. L-Istrateġija tal-Inklużjoni Ungeriża tiffoka fuq il-promozzjoni ta' edukazzjoni inklużiva, it-tnaqqis tas-segregazzjoni, il-ksur tat-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi u l-istabbiliment ta' ambjent tal-iskola inklużiv. Barra minn hekk, l-Att dwar l-Edukazzjoni Pubblika Nazzjonali ġie estiż b'garanziji addizzjonali f'Jannar 2017, u l-Gvern Ungeriż beda awditi uffiċjali bejn l-2011 u l-2015, segwiti minn azzjonijiet minn uffiċċji tal-gvern. |
(55) |
Fis-sentenza tagħha tal-20 ta' Ottubru 2015, Balázs vs l-Ungerija, il-QEDB iddeċidiet li kien hemm ksur tal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fil-kuntest ta' nuqqas li jitqies l-allegat motiv anti-Rom ta' attakk. Fis-sentenza tagħha tat-12 ta' April 2016, R.B. vs l-Ungerija, u fis-sentenza tagħha tas-17 ta' Jannar 2017, Király u Dömötör vs l-Ungerija, il-QEDB iddeċidiet li kien hemm ksur tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata minħabba investigazzjonijiet inadegwati tal-allegazzjonijiet ta' abbuż b'motivi razzjali. Fis-sentenza tagħha tal-31 ta' Ottubru 2017, M.F. vs l-Ungerija, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li kien hemm ksur tal-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni flimkien mal-projbizzjoni ta' trattament inuman jew degradanti għax l-awtoritajiet naqsu milli jinvestigaw motivi possibilment razzisti fir-rigward tal-inċident konċernat. L-eżekuzzjoni ta' dawk is-sentenzi għadha pendenti. Wara s-sentenza Balázs vs l-Ungerija u R.B. vs l-Ungerija, madankollu, il-modifika tat-tendenza tal-fatti tad-delitt ta' "tixwix tal-vjolenza jew mibegħda kontra l-komunità" fil-Kodiċi Penali daħlet fis-seħħ fit-28 ta' Ottubru 2016 bil-għan li tiġi implimentata d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI (5) Fl-2011, il-Kodiċi Penali kien ġie emendat sabiex jipprevjeni kampanji ta' gruppi paramilitari tal-lemin estrem, billi ġie introdott dak li hu magħruf bħala "delitt bl-uniformi", li jikkastiga bi tliet snin priġunerija kwalunkwe mġiba antisoċjali provokattiva li toħloq il-biża' f'membru ta' komunità nazzjonali, etnika jew reliġjuża. |
(56) |
Bejn id-29 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju 2015, l-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem għamel żjara ta' valutazzjoni fil-post fl-Ungerija, wara rapporti dwar l-azzjonijiet meħuda mill-gvern lokali tal-belt ta' Miskolc li jikkonċernaw l-evizzjonijiet furzati ta' persuni Rom. L-awtoritajiet lokali adottaw mudell ta' miżuri kontra r-Rom, anke qabel il-bidla tad-digriet lokali tal-2014, u l-figuri pubbliċi fil-belt spiss għamlu dikjarazzjonijiet kontra r-Rom. Ġie rrapportat li fi Frar 2013, is-Sindku ta' Miskolc qal li ried inaddaf il-belt minn "persuni Rom antisoċjali u pervertiti" li allegatament ibbenefikaw b'mod illegali mill-programm Nest (il-programm Fészekrakó) għal benefiċċji tal-abitazzjoni u minn persuni li jgħixu f'appartamenti soċjali b'tariffi tal-kera u tal-manutenzjoni. Il-kliem tiegħu ta bidu għal sensiela ta' evizzjonijiet, u matul dak ix-xahar, tneħħew ħamsin appartament mill-273 appartament fil-kategorija xierqa – anke biex l-art titnaddaf għar-rinnovazzjoni ta' stadium. Abbażi tal-appell tal-uffiċċju governattiv inkarigat, il-Qorti Suprema annullat id-dispożizzjonijiet rilevanti fid-deċiżjoni tagħha tat-28 ta' April 2015. Il-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali u d-Deputat Kummissarju għad-Drittijiet tal-Minoranzi Nazzjonali ħarġu opinjoni konġunta fil-5 ta' Ġunju 2015 dwar il-ksur tad-drittijiet fundamentali konta r-Rom f'Miskolc, li l-gvern lokali naqas li jadotta r-rakkomandazzjonijiet tagħha. L-Awtorità għat-Trattament Ugwali tal-Ungerija wettqet ukoll investigazzjoni u tat deċiżjoni f'Lulju 2015, li fiha talbet lill-gvern lokali jwaqqaf l-evizzjonijiet kollha u jiżviluppa pjan ta' azzjoni dwar kif kellha tiġi offruta abitazzjoni konformi mad-dinjità tal-bniedem. Fis-26 ta' Jannar 2016, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa bagħat ittri lill-gvernijiet tal-Albanija, il-Bulgarija, Franza, l-Ungerija, l-Italja, is-Serbja u l-Iżvezja dwar evizzjonijiet furzati tar-Rom. L-ittra indirizzata lill-awtoritajiet Ungeriżi esprimiet tħassib dwar it-trattament tar-Rom f'Miskolc. Il-pjan ta' azzjoni ġie adottat fil-21 ta' April 2016 u sadanittant ġiet stabbilita wkoll aġenzija tal-abitazzjoni soċjali. Fid-deċiżjoni tagħha tal-14 ta' Ottubru 2016, l-Awtorità għat-Trattament Ugwali sabet li l-muniċipalità wettqet l-obbligi tagħha. Madankollu, l-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza semmiet fil-konklużjonijiet tagħha dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-Ungerija ppubblikati fil-15 ta' Mejju 2018 li, minkejja xi żviluppi pożittivi għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni tar-Rom, ir-rakkomandazzjoni tagħha ma kinitx ġiet implimentata. |
(57) |
Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2017, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa rrakkomanda li l-awtoritajiet Ungeriżi jkomplu jtejbu d-djalogu mal-komunità Lhudija, biex jagħmluh sostenibbli, u biex jagħtu l-ogħla prijorità lill-ġlieda kontra l-anti-Semitiżmu fi spazji pubbliċi, biex jagħmlu sforzi sostnuti biex jipprevjenu, jidentifikaw, jinvestigaw, iressqu quddiem il-ġustizzja u jissanzjonaw b'mod effettiv l-atti kollha b'motivi razzjali, etniċi jew anti-Semitiċi, inklużi l-atti ta' vandaliżmu u d-diskors ta' mibegħda, u biex jikkunsidraw li jemendaw il-liġi sabiex tiġi żgurata l-aktar protezzjoni legali wiesgħa possibbli kontra delitti razzisti. |
(58) |
Il-Gvern Ungeriż attwali ordna li l-vitalizju tas-superstiti tal-Olokawst għandu jiżdied b'50 % fl-2012, stabbilixxa, fl-2013, il-Kumitat ta' Tifkira tal-Olokawst Ungeriż, iddikjara s-sena 2014 bħala s-Sena ta' Tifkira tal-Olokawst, introduċa programmi ta' rinnovazzjoni u restawr għal diversi sinagogi Ungeriżi u ċimiterji Lhud u attwalment qed iħejji għal-Logħob Ewropew ta' Maccabi tal-2019 li se jiġi organizzat f'Budapest. Id-dispożizzjonijiet ġuridiċi Ungeriżi jidentifikaw diversi reati relatati mal-mibegħda jew l-inċitar tal-mibegħda, fosthom l-atti anti-Semitiċi jew l-atti li jinnegaw jew iżebilħu l-Olokawst: L-Ungerija ngħatat il-presidenza tal-Alleanza Internazzjonali ta' Tifkira tal-Olokawst (IHRA) fl-2015-2016. Madankollu, f'diskors li sar fit-15 ta' Marzu 2018 f'Budapest, il-Prim Ministru tal-Ungerija uża attakki polemiċi inklużi sterjotipi anti-Semitiċi ċari kontra George Soros, li setgħu jitqiesu bħala punibbli. |
(59) |
Fl-osservazzjonijiet konklużivi tiegħu tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU esprima tħassib dwar rapporti li l-komunità Rom qed tkompli ssofri diskriminazzjoni u esklużjoni mifruxa, qgħad, u segregazzjoni fl-abitazzjoni u fl-edukazzjoni. Jinsab imħasseb b'mod partikolari li, minkejja l-Att dwar l-Edukazzjoni Pubblika, is-segregazzjoni fl-iskejjel, b'mod speċjali fl-iskejjel tal-knisja u l-iskejjel privati, għadha prevalenti, u l-għadd ta' tfal Rom li jitpoġġew fi skejjel għal tfal b'diżabilità ħafifa għadu kbir b'mod sproporzjonat. Issemma wkoll it-tħassib dwar il-prevalenza ta' delitti ta' mibegħda u dwar diskors ta' mibegħda immirat lejn il-minoranzi fid-diskors politiku, fil-media u fuq l-internet, b'mod partikolari lejn ir-Rom, il-Musulmani, il-migranti u r-rifuġjati, fosthom fil-kuntest ta' kampanji sponsorjati mill-gvern. Il-Kumitat esprima t-tħassib tiegħu dwar il-prevalenza ta' sterjotipi anti-Semitiċi. Il-Kumitat innota wkoll bi tħassib l-allegazzjonijiet li l-għadd ta' delitti ta' mibegħda rreġistrati huwa estremament baxx għaliex il-pulizija spiss jonqsu milli jinvestigaw u jressqu quddiem il-ġustizzja l-każijiet kredibbli ta' delitti ta' mibegħda u ta' diskors ta' mibegħda kriminali. Finalment, il-Kumitat kien imħasseb dwar rapporti tal-prattika persistenti ta' tfassil ta' profil razzjali tar-Rom mill-pulizija. |
(60) |
F'każ li jirrigwarda r-raħal ta' Gyöngyöspata, fejn il-pulizija lokali kienet qed timponi l-multi esklussivament lir-Rom għal reati minuri tat-traffiku, is-sentenza tal-qorti tal-ewwel istanza sabet li l-prattika kienet tikkostitwixxi fastidju u diskriminazzjoni diretta kontra r-Rom, anki jekk il-miżuri individwali kienu legali. Il-qorti tat-tieni istanza u l-Qorti Suprema ddeċidew li l-Unjoni tal-Libertajiet Ċivili Ungeriża (HCLU), li kienet ippreżentat actio popularis, ma setgħetx tissostanzja diskriminazzjoni. Il-kawża tressqet quddiem il-QEDB. |
(61) |
Skont ir-Raba' Emenda tal-Liġi Fundamentali, "il-libertà ta' espressjoni ma tistax tiġi eżerċitata bil-għan li tmur kontra d-dinjità tan-nazzjon Ungeriż jew ta' kwalunkwe komunità nazzjonali, etnika, razzjali jew reliġjuża". Il-Kodiċi Penali Ungeriż jikkastiga l-inċitament għall-vjolenza jew mibegħda kontra membru ta' komunità. Il-Gvern stabbilixxa Grupp ta' Ħidma Kontra d-Delitti ta' Mibegħda li jipprovdi taħriġ għall-uffiċjali tal-pulizija u jgħin lill-vittmi jikkooperaw mal-pulizija u jirrapportaw l-inċidenti. |
Id-drittijiet fundamentali tal-migranti, il-persuni li jfittxu asil u r-rifuġjati
(62) |
Fit-3 ta' Lulju 2015, il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati esprima tħassib dwar il-proċedura rapida għall-emendi fil-liġi tal-asil. Fis-17 ta' Settembru 2015, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem esprima l-opinjoni tiegħu li l-Ungerija kisret id-dritt internazzjonali bil-mod kif trattat lir-rifuġjati u lill-migranti. Fis-27 ta' Novembru 2015, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa għamel dikjarazzjoni li r-reazzjoni tal-Ungerija għall-isfida tar-rifuġjati tmur kontra d-drittijiet tal-bniedem. Fil-21 ta' Diċembru 2015, il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem ħeġġew lill-Ungerija toqgħod lura minn politiki u prattiki li jippromwovu l-intolleranza u l-biża' u jkebbsu l-ksenofobija kontra r-rifuġjati u l-migranti. Fis-6 ta' Ġunju 2016, il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati esprima tħassib dwar in-numru dejjem jiżdied ta' allegazzjonijiet ta' abbuż, fl-Ungerija, min-naħa tal-awtoritajiet tal-fruntiera kontra l-persuni li jfittxu asil u l-migranti, u l-miżuri restrittivi usa' tal-fruntiera u leġiżlattivi, inkluż l-aċċess għall-proċeduri ta' asil. Fl-10 ta' April 2017, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati talab sospensjoni immedjata tat-trasferimenti ta' Dublin lejn l-Ungerija. Fl-2017, minn 3 397 applikazzjoni għall-għoti ta' protezzjoni internazzjonali magħmula fl-Ungerija, 2 880 applikazzjoni ġew miċħuda, jiġifieri rata ta' ċaħda ta' 69,1 %. Fl-2015, minn 480 appell ġudizzjarju relatati ma' applikazzjonijiet għall-għoti ta' protezzjoni internazzjonali, kien hemm 40 deċiżjoni pożittiva, jiġifieri 9 %. Fl-2016, minn 775 appell, 5 rriżultaw f'deċiżjoni pożittiva, jiġifieri 1 %, filwaqt li fl-2017 ma kien hemm ebda appell. |
(63) |
L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta żar l-Ungerija f'Ottubru 2016 u f'Marzu 2017, minħabba t-tħassib tal-Uffiċjal li l-Aġenzija setgħet kienet qed topera taħt kundizzjonijiet li ma jimpenjawx ruħhom għar-rispett, il-protezzjoni u t-twettiq tad-drittijiet tal-persuni li jaqsmu l-fruntiera bejn l-Ungerija u s-Serbja, li jista' jpoġġi lill-Aġenzija f'sitwazzjonijiet li de facto jikkostitwixxu ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali f'Marzu 2017 ikkonkluda li r-riskju ta' responsabilità kondiviża tal-Aġenzija fil-ksur tad-drittijiet fundamentali skont l-Artikolu 34 tar-Regolament Ewropew dwar il-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għadu għoli ħafna. |
(64) |
Fit-3 ta' Lulju 2014, il-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja indika li s-sitwazzjoni ta' dawk li jfittxu l-asil u tal-migranti f'sitwazzjonijiet irregolari teħtieġ titjib robust u attenzjoni għall-iżgurar kontra l-privazzjoni arbitrarja tal-libertà. Tħassib simili dwar id-detenzjoni, b'mod partikolari tal-minorenni mhux akkumpanjati, kien kondiviż mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa fir-rapport li segwa ż-żjara tiegħu fl-Ungerija, li ġie ppubblikat fis-16 ta' Diċembru 2014. Bejn il-21 u s-27 ta' Ottubru 2015, il-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u ta' Trattament jew Kastig Inuman jew Degradanti (CPT) żar l-Ungerija u fir-rapport tiegħu indika numru konsiderevoli ta' allegazzjonijiet minn ċittadini barranin (inklużi minorenni mhux akkumpanjati) li kienu suġġetti għal maltrattament fiżiku min-naħa ta' uffiċjali tal-pulizija u gwardji armati li jaħdmu fil-faċilitajiet ta' detenzjoni tal-immigrazzjoni u ta' dawk li jfittxu asil. Fis-7 ta' Marzu 2017, il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati esprima t-tħassib tiegħu dwar liġi ġdida li vvota fuqha l-Parlament Ungeriż li tipprevedi d-detenzjoni obbligatorja ta' dawk kollha li jfittxu l-asil, inkluż it-tfal, għat-tul kollu tal-proċedura ta' asil. Fit-8 ta' Marzu 2017, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa ħareġ dikjarazzjoni li b'mod simili tesprimi t-tħassib tiegħu dwar dik il-liġi. Fil-31 ta' Marzu 2017, is-Sottokumitat tan-NU dwar il-Prevenzjoni tat-Tortura ħeġġeġ lill-Ungerija tindirizza immedjatament l-użu eċċessiv tad-detenzjoni u tesplora l-alternattivi. |
(65) |
Fis-sentenza tagħha tal-5 ta' Lulju 2016, O.M. vs l-Ungerija, il-QEDB sabet li kien hemm ksur tad-dritt għal-libertà u għas-sigurtà fil-forma ta' detenzjoni li kienet prattikament arbitrarja. B'mod partikolari, l-awtoritajiet naqsu milli jeżerċitaw l-attenzjoni meta ordnaw id-detenzjoni tal-applikant, mingħajr ma qiesu sa liema punt l-individwi vulnerabbli – pereżempju persuni LGBT bħall-applikant – kienu sikuri jew mhux sikuri fil-kustodja fost persuni detenuti oħra, li ħafna minnhom kienu ġew minn pajjiżi bi preġudizzju kulturali jew reliġjuż mifrux kontra tali persuni. L-eżekuzzjoni ta' dik is-sentenza għadha pendenti. |
(66) |
Bejn it-12 u s-16 ta' Ġunju 2017, ir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-migrazzjoni u r-rifuġjati żar is-Serbja u żewġ żoni ta' tranżitu fl-Ungerija. Fir-rapport tiegħu, ir-Rappreżentant Speċjali ddikjara li l-pushbacks vjolenti ta' migranti u rifuġjati mill-Ungerija lejn is-Serbja jqajmu tħassib taħt l-Artikolu 2 (id-dritt għall-ħajja) u 3 (projbizzjoni tat-tortura) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Ir-Rappreżentant Speċjali nnota wkoll li l-prattiki restrittivi tal-ammissjoni ta' persuni li jfittxlu l-asil fiż-żoni ta' tranżitu ta' Röszke u Tompa sikwit iġiegħlu lil dawk li jfittxlu l-asil ifittxu modi illegali kif jaqsmu l-fruntiera, u jirrikorru għand il-kuntrabandisti u t-traffikanti, bir-riskji kollha li dan jinvolvi. Huwa indika li l-proċeduri ta' asil, li jitwettqu fiż-żoni ta' transitu, m'għandhomx salvagwardji adegwati sabiex jipproteġu lill-persuni li jfittxu asil kontra r-refoulement lejn pajjiżi fejn jissograw li jkunu suġġetti għal trattament li jmur kontra l-Artikoli 2 u 3 tal-KEDB. Ir-Rappreżentant Speċjali kkonkluda li huwa meħtieġ li l-leġiżlazzjoni u l-prattiki Ungeriżi jinġiebu f'konformità mar-rekwiżiti tal-KEDB. Ir-Rappreżentant Speċjali għamel bosta rakkomandazzjonijiet, inkluża talba lill-awtoritajiet Ungeriżi biex jieħdu l-miżuri meħtieġa, fosthom billi jirrevedu l-qafas leġiżlattiv rilevanti u jibdlu l-prattiki rilevanti, biex jiżguraw li ċ-ċittadini barranin kollha li jaslu fil-fruntiera jew li jkunu fuq territorju Ungeriż ma jiġux skoraġġuti milli jagħmlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Bejn il-5 u s-7 ta' Lulju 2017, delegazzjoni tal-Kumitat ta' Lanzarote tal-Kunsill tal-Ewropa (il-Kumitat tal-Partijiet għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tat-tfal kontra l-isfruttament u l-abbuż sesswali) żaret ukoll żewġ żoni ta' tranżitu u għamlet għadd ta' rakkomandazzjonijiet, inkluża talba biex il-persuni kollha taħt l-età ta' 18-il sena jiġu ttrattati bħala tfal mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-età tagħhom, biex jiġi żgurat li t-tfal kollha taħt il-ġuriżdizzjoni Ungeriża jkunu protetti mill-isfruttament u l-abbuż sesswali, u biex b'mod sistematiku jitpoġġew fl-istituzzjonijiet regolari għall-protezzjoni tat-tfal sabiex jiġi prevenut l-isfruttament u l-abbuż sesswali possibbli kontrihom min-naħa tal-adulti u tal-adolexxenti fiż-żoni ta' tranżitu. Bejn it-18 u l-20 ta' Diċembru 2017, delegazzjoni tal-Grupp ta' Esperti tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Azzjoni kontra t-Traffikar tal-Bnedmin (GRETA) żaret l-Ungerija, inklużi żewġ żoni ta' tranżitu, u kkonkludiet li żona ta' tranżitu, li effettivament hi post ta' ċaħda tal-libertà, ma tistax titqies bħala akkomodazzjoni xierqa u sikura għall-vittmi tat-traffikar. Hi talbet lill-awtoritajiet Ungeriżi biex jadottaw qafas legali għall-identifikazzjoni ta' vittmi tat-traffikar tal-bnedmin fost ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma kinux residenti legalment u biex iżidu l-proċeduri għall-identifikazzjoni ta' vittmi ta' dan it-traffikar fost dawk li jfittxu asil u l-migranti irregolari. Mill-1 ta' Jannar 2018 ġew introdotti regolamenti addizzjonali li jiffavorixxu l-minorenni b'mod ġenerali u l-minorenni mhux akkumpanjati b'mod speċifiku; fost l-oħrajn, ġie żviluppat kurrikulu speċifiku għall-minorenni li jfittxu asil. L-ECRI semmiet fil-konklużjonijiet tagħha dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-Ungerija, ippubblikati fil-15 ta' Mejju 2018, li filwaqt li tirrikonoxxi li l-Ungerija ħabbtet wiċċha ma' sfidi enormi wara l-wasliet massivi ta' migranti u rifuġjati, tħossha xxukkjata dwar il-miżuri li ttieħdu b'reazzjoni għal dan, u d-deterjorament serju fis-sitwazzjoni mill-ħames rapport tagħha. L-awtoritajiet għandhom, bħala kwistjoni ta' urġenza, itemmu d-detenzjoni fiż-żoni ta' tranżitu, partikolarment għall-familji bit-tfal u għall-minorenni mhux akkumpanjati kollha. |
(67) |
F'nofs Awwissu 2018, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni ma baqgħux jagħtu l-ikel lil persuni li jfittxu asil adulti li kienu qed jikkontestaw id-deċiżjonijiet inammissibilità fil-qorti. Diversi persuni li jfittxu asil kellhom ifittxu miżuri interim mill-QEDB biex jibdew jirċievu l-ikel. Il-QEDB tat miżuri interim f’żewġ każijiet fl-10 ta' Awwissu 2018 u f'każ ieħor fis-16 ta' Awwissu 2018 u ordnat il-forniment tal-ikel lill-applikanti. L-awtoritajiet Ungeriżi kkonformaw mas-sentenzi. |
(68) |
Fis-sentenza tagħha tal-14 ta' Marzu 2017, Ilias u Ahmed vs l-Ungerija, il-QEDB sabet li kien hemm ksur tad-dritt tal-applikanti għal-libertà u għas-sigurtà. Il-QEDB sabet ukoll li kien hemm ksur tal-projbizzjoni tat-trattament inuman jew degradanti fir-rigward tal-espulsjoni tal-applikanti lejn is-Serbja, kif ukoll ksur tad-dritt għal rimedju effettiv fir-rigward tal-kundizzjonijiet tad-detenzjoni fiż-żona ta' tranżitu ta' Röszke. Il-kawża attwalment tinsab pendenti quddiem l-Awla Manja tal-QEDB. |
(69) |
Fl-14 ta' Marzu 2018, Ahmed H., Sirjan residenti f'Ċipru li kien ipprova jgħin lill-membri tal-familja tiegħu jaħarbu mis-Sirja u jaqsmu l-fruntiera bejn is-Serbja u l-Ungerija f'Settembru 2015, ġie kkundannat minn qorti Ungeriża għal 7 snin ħabs u 10 snin espulsjoni mill-pajjiż fuq akkużi ta' "atti terroristiċi", u dan iqajjem il-kwistjoni ta' implimentazzjoni xierqa tal-liġijiet kontra t-terroriżmu fl-Ungerija, kif ukoll tad-dritt għal proċess ġust; |
(70) |
Fis-sentenza tagħha tas-6 ta' Settembru 2017 fil-Kawżi C-643/15 u C-647/15, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ċaħdet fl-intier tagħhom l-azzjonijiet imressqa mis-Slovakkja u l-Ungerija kontra l-mekkaniżmu proviżorju għar-rilokazzjoni obbligatorja tal-persuni li jfittxu l-asil skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601. Madankollu, minn meta ngħatat dik is-sentenza, l-Ungerija ma kkonformatx mad-Deċiżjoni. Fis-7 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li tressaq lir-Repubblika Ċeka, lill-Ungerija u lill-Polonja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea minħabba n-nuqqas ta' konformità tagħhom mal-obbligi legali tagħhom fir-rigward tar-rilokazzjoni. |
(71) |
Fis-7 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li tmexxi bil-proċedura ta' ksur kontra l-Ungerija fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tagħha dwar l-asil billi tibgħat opinjoni motivata. Il-Kummissjoni tqis li l-leġiżlazzjoni Ungeriża ma tikkonformax mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari mad-Direttivi 2013/32/UE (6), 2008/115/KE (7) u 2013/33/UE (8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u bosta dispożizzjonijiet tal-Karta. Fid-19 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirreferi l-Ungerija quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għal nuqqas ta' konformità tal-leġiżlazzjoni tagħha dwar l-asil u r-ritorn mad-dritt tal-Unjoni. |
(72) |
Fl-osservazzjonijiet konklużivi tiegħu tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU esprima tħassib li l-liġi Ungeriża adottata f'Marzu 2017, li tippermetti t-trasferiment awtomatiku lejn żoni ta' tranżitu tal-applikanti kollha għal asil matul il-perjodu tal-proċedura ta' asil tagħhom, bl-eċċezzjoni ta' tfal mhux akkumpanjati identifikati li jkunu taħt l-età ta' 14-il sena, ma tissodisfax l-istandards legali b'riżultat tal-perjodu twil u indefinit ta' reklużjoni permess, in-nuqqas ta' kwalunkwe rekwiżit legali biex jiġu analizzati b'ħeffa l-kundizzjonijiet speċifiċi ta' kull persuna milquta, u n-nuqqas ta' salvagwardji proċedurali biex jiġi kkontestat b'mod sinifikattiv it-trasferiment lejn iż-żoni ta' tranżitu. Il-Kumitat kien partikolarment imħasseb dwar ir-rapporti tal-użu estensiv ta' detenzjoni awtomatika tal-immigranti fil-faċilitajiet ta' akkoljenza fl-Ungerija u kien imħasseb li r-restrizzjonijiet fuq il-libertà personali ntużaw bħala deterrent ġenerali kontra d-dħul illegali, aktar milli bħala reazzjoni għad-determinazzjoni individwalizzata tar-riskju. Barra minn hekk, il-Kumitat kien imħasseb dwar l-allegazzjonijiet ta' kundizzjonijiet ħżiena f'xi faċilitajiet tad-detenzjoni. Innota bi tħassib il-liġi tal-push-back, li ġiet introdotta l-ewwel darba f'Ġunju 2016, li tippermetti l-espulsjoni sommarja mill-pulizija ta' kull min jaqsam il-fruntiera b'mod irregolari u jkun ġie detenut fit-territorju Ungeriż f'distanza ta' mhux aktar minn 8 kilometri mill-fruntiera, li sussegwentement ġiet estiża għat-territorju kollu tal-Ungerija, u d-digriet 191/2015 li jiddeżinja lis-Serbja bħala "pajjiż terz sikur" u b'hekk jippermetti l-push-backs fil-fruntiera tal-Ungerija mas-Serbja. Il-Kumitat innota bi tħassib ir-rapporti li l-push-backs ġew applikati b'mod indiskriminat u li l-persuni suġġetti għal din il-miżura għandhom opportunità limitata ħafna biex jissottomettu applikazzjoni għal asil jew dritt ta' appell. Innota wkoll, bi tħassib, rapporti ta' espulsjonijiet kollettivi u vjolenti, inklużi allegazzjonijiet ta' swat qawwi, attakki mill-klieb tal-pulizija u sparar bil-balal tal-lasktu, li wasslu għal ferimenti serji u, mill-inqas f'każ wieħed, fit-telf tal-ħajja ta' persuna li kienet qed tfittex asil. Kien imħasseb ukoll dwar rapporti li l-valutazzjoni tal-età tat-tfal li jfittxu asil u tal-minorenni mhux akkumpanjati mwettqa fiż-żoni ta' tranżitu mhijiex adegwata u tiddependi ħafna fuq l-eżami viżiv minn espert u mhix preċiża, u dwar rapporti li jallegaw in-nuqqas ta' aċċess adegwat minn dawn il-persuni li jfittxu asil għall-edukazzjoni, għas-servizzi soċjali u psikoloġiċi u għall-għajnuna legali. Skont il-proposta l-ġdida għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE, il-valutazzjoni medika tal-età medika se tkun miżura tal-aħħar għażla. |
Id-drittijiet ekonomiċi u soċjali
(73) |
Fil-15 ta' Frar 2012 u l-11 ta' Diċembru 2012, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-faqar estrem u d-drittijiet tal-bniedem u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għal abitazzjoni xierqa stiednu lill-Ungerija terġa' tikkunsidra l-leġiżlazzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet lokali jippenalizzaw il-kundizzjoni ta' persuna mingħajr dar u tirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali li ddekriminalizzat il-kundizzjoni ta' persuna mingħajr dar. Fir-rapport tiegħu wara ż-żjara tiegħu fl-Ungerija, li ġie ppubblikat fis-16 ta' Diċembru 2014, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa indika t-tħassib tiegħu dwar miżuri meħuda biex jipprojbixxu l-irqad fit-toroq u l-kostruzzjoni ta' griebeċ, li ġew deskritti b'mod wiesa' bħala l-kriminalizzazzjoni tal-kundizzjoni ta' persuna mingħajr dar fil-prattika. Il-Kummissarju ħeġġeġ lill-awtoritajiet Ungeriżi jinvestigaw il-każijiet irrapportati ta' evizzjonijiet furzati mingħajr soluzzjonijiet alternattivi u ta' tfal meħuda minn mal-familji tagħhom għal raġunijiet ta' kundizzjonijiet soċjoekonomiċi ħżiena. Fl-osservazzjonijiet konklużivi tiegħu tal-5 ta' April 2018, il-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU esprima tħassib dwar il-leġiżlazzjoni tal-istat u lokali, ibbażata fuq ir-Raba' Emenda għal-Liġi Fundamentali, li tiddeżinja l-projbizzjoni tal-irqad barra f'ħafna żoni pubbliċi, u għaldaqstant fir-realtà tikkastiga l-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar. Fl-20 ta' Ġunju 2018, il-Parlament Ungeriż adotta s-Seba' emenda għal-liġi Fundamentali li tipprojbixxi r-residenza abitwali fi spazju pubbliku. Fl-istess jum, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar abitazzjoni xierqa ddikjarat li l-mossa tal-Ungerija biex tikkriminalizza l-kundizzjoni ta' persuni bla dar kienet krudili u inkompatibbli mad-dritt internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem. |
(74) |
Il-Konklużjonijiet tal-2017 tal-Kumitat Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jiddikjaraw li l-Ungerija mhix konformi mal-Karta Soċjali Ewropea għar-raġuni li dawk li jaħdmu għal rashom u l-ħaddiema domestiċi, kif ukoll kategoriji oħra ta' ħaddiema, mhumiex protetti mir-regolamenti dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, li l-miżuri meħuda biex inaqqsu l-mortalità materna ma kinux biżżejjed, li l-ammont minimu tal-pensjoni tax-xjuħija huwa inadegwat, li l-ammont minimu tal-benefiċċji għall-persuni li qed ifittxu impjieg huwa inadegwat, li l-perjodu massimu ta' ħlas tal-benefiċċji lill-persuni li qed ifittxu impjieg huwa qasir wisq u li l-ammont minimu ta' benefiċċji għar-riabilitazzjoni u l-invalidità, f'ċerti każijiet, huwa inadegwat. Il-Kumitat ikkonkluda wkoll li l-Ungerija mhijiex konformi mal-Karta Soċjali Ewropea għax il-livell ta' assistenza soċjali mħallsa lil persuna waħedha mingħajr riżorsi, inklużi l-persuni anzjani, mhuwiex adegwat, l-aċċess ugwali għas-servizzi soċjali mhux garantit għaċ-ċittadini residenti legalment tal-Istati Parti kollha u għax ma ġiex stabbilit li hemm provvista adegwata ta' abitazzjoni għall-familji vulnerabbli. Fir-rigward tad-drittijiet tat-trade unions, il-Kumitat iddikjara li d-dritt tal-ħaddiema għal-liv imħallas mhuwiex iggarantit biżżejjed, li ma ttieħdet l-ebda miżura ta' promozzjoni favur il-konklużjoni ta' ftehimiet kollettivi, waqt li l-protezzjoni tal-ħaddiema bi ftehimiet kollettivi tali hija dgħajfa fl-Ungerija, u li fis-servizz pubbliku d-dritt li wieħed isejjaħ strajk huwa riżervat għat-trade unions li huma parti mill-ftehim konkluż mal-Gvern; il-kriterji wżati biex jiġu ddefiniti l-impjegati pubbliċi li huma mċaħħda mid-dritt tal-istrajk imorru lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta; it-trade unions tas-servizz pubbliku jistgħu jsejħu strajk biss jekk tapprovah il-maġġoranza tal-persunal ikkonċernat. |
(75) |
L-istrajkijiet fl-Ungerija kienu magħmula illegali fil-prinċipju, sa minn Diċembru 2010, meta l-gvern ta' Victor Orban għadda emenda għall-hekk imsejjaħ Att dwar l-istrajkijiet. It-tibdil ifisser li l-istrajkijiet, fil-prinċipju, se jkunu permessi f'kumpaniji assoċjati mal-amministrazzjoni tal-gvern permezz tal-kuntratti tas-servizz pubbliku. L-emenda ma tapplikax għal gruppi professjonali li sempliċement m'għandhomx dritt tali, bħas-sewwieqa tal-ferroviji, l-uffiċjali tal-pulizija, persunal mediku u l-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru. Il-problema qiegħda band'oħra, prinċipalment fil-perċentwal tal-impjegati li jeħtiġilhom jieħdu sehem fir-referendum tal-istrajk, biex isir importanti – sa 70 %. Imbagħad id-deċiżjoni dwar il-legalità tal-istrajk se tittieħed minn tribunal industrijali li huwa kompletament sottomess għall-istat. Fl-2011, ġew ippreżentati disa' applikazzjonijiet għal permessi ta' strajkijiet. F'seba' każijiet, dawn l-applikazzjonijiet ġew miċħuda mingħajr raġuni; tnejn minnhom ġew ipproċessati, iżda kien impossibbli li tinħareġ deċiżjoni. |
(76) |
Ir-rapport tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar "Concluding observations on the combined third, fourth and fifth periodic reports of Hungary" (Osservazzjonijiet konklużivi dwar it-tielet, ir-raba' u l-ħames rapporti perjodiċi kombinati tal-Ungerija), ippubblikat fl-14 ta' Ottubru 2014, esprima tħassib rigward għadd dejjem jiżdied ta' każijiet fejn it-tfal qed jittieħdu mill-familja tagħhom minħabba kundizzjoni soċjoekonomika ħażina. Il-ġenituri jistgħu jitilfu t-tifel jew tifla tagħhom minħabba l-qgħad, nuqqas ta' abitazzjoni soċjali, u nuqqas ta' spazju fl-istituzzjonijiet ta' abitazzjoni temporanja. Abbażi ta' studju miċ-Ċentru Ewropew għad-Drittijiet tar-Rom, din il-prattika tolqot b'mod sproporzjonat lill-familji u t-tfal Rom. |
(77) |
Fir-Rakkomandazzjoni tagħha tat-23 ta' Mejju 2018 għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Riforma Nazzjonali tal-Ungerija 2018 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konverġenza tal-Ungerija 2018, il-Kummissjoni indikat li l-proporzjon ta' persuni f'riskju ta' faqar u ta’ esklużjoni soċjali fl-2016 naqas għal 26,3 %, iżda xorta għadu ogħla mill-medja tal-Unjoni; it-tfal b'mod ġenerali huma iktar esposti għall-faqar minn gruppi ta' età oħrajn. Il-livell ta' benefiċċji tal-introjtu minimu huwa anqas minn 50 % tas-soll tal-faqar għal unità domestika b'membru wieħed, li jagħmlu fost l-iktar baxx fl-Unjoni. L-adegwatezza tal-benefiċċji tal-qgħad hija baxxa ħafna: id-durata massima ta' 3 xhur hija l-iqsar waħda fl-Unjoni u tirrappreżenta biss madwar kwart tal-ħin medju meħtieġ biex persuna ssib impjieg. Barra minn hekk, il-livelli ta' pagament huma fost l-iktar baxxi fl-UE. Il-Kummissjoni rrakkomandat li l-adegwatezza u l-kopertura tal-assistenza soċjali u l-benefiċċji tal-qgħad jittejbu. |
(78) |
Fi […] 2018, il-Kunsill sema' lill-Ungerija skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE. |
(79) |
Għal dawk ir-raġunijiet, għandu jiġi determinat, skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE, li jeżisti riskju ċar ta' ksur serju, min-naħa tal-Ungerija, tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Jeżisti riskju ċar ta' ksur serju min-naħa tal-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-Kunsill jirrakkomanda li l-Ungerija tieħu l-azzjonijiet li ġejjin fi żmien tliet xhur minn notifika ta' din id-Deċiżjoni: […]
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […] jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Novembru 2012, Il-Kummissjoni vs l-Ungerija, C-286/12, ECLI:EU:C:2012:687.
(2) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(3) Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1).
(5) Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55).
(6) Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).
(7) Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(8) Id-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 96).
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/86 |
P8_TA(2018)0341
Sistemi ta' armi awtonomi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2018 dwar sistemi ta' armi awtonomi (2018/2752(RSP))
(2019/C 433/11)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-Titolu V, l-Artikoli 21 u 21(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra "l-klawsola Martens"inkluża fil-Protokoll 1 tal-1977 addizzjonali għall-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra, |
— |
wara li kkunsidra l-Parti IV tal-Aġenda 2018 tan-NU għad-Diżarm, intitolata "Securing Our Common Future"(Niżguraw il-Futur Komuni Tagħna), |
— |
wara li kkunsidra l-istudju tiegħu tat-3 ta' Mejju 2013 dwar l-implikazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem mill-użu ta' drones u ta' robots awtonomi fil-gwerer, |
— |
wara li kkunsidra d-diversi pożizzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet tiegħu li jagħmlu sejħa għall-projbizzjoni ta' sistemi ta' armi awtonomi letali (LAWS), bħar-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2018 dwar it-73 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (1), il-mandat biex jinbdew negozjati adottat fil-plenarja fit-13 ta' Marzu 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp Industrijali fil-Qasam tad-Difiża, ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja 2016 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (2), ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2016 dwar il-71 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (3), u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar drones armati (4), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, Christof Heyns, tad-9 ta' April 2013 (A/HRC/23/47), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-UE dwar is-Sistemi ta' Armi Awtonomi Letali (LAWS) li saru lill-Grupp ta' Esperti Governattivi tal-partijiet fil-Konvenzjoni dwar Ċerti Armi Konvenzjonali f'Ġinevra, fil-laqgħat tiegħu tat-13 sas-17 ta' Novembru 2017, tad-9 sat-13 ta' April 2018 u tas-27 sal-31 ta' Awwissu 2018, |
— |
wara li kkunsidra l-kontributi li saru minn Stati differenti, inkluż mill-Istati Membri tal-UE, qabel il-laqgħat tal-2017 u tal-2018 tal-Grupp ta' Esperti Governattivi, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017 li ssejjaħ għal approċċ "bniedem fil-kmand"għall-intelliġenza artifiċjali u għal projbizzjoni ta' sistemi ta' armi awtonomi letali, |
— |
wara li kkunsidra s-sejħa mis-Santa Sede għal projbizzjoni ta' armi awtonomi letali, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra miftuħa ta' Lulju 2015 iffirmata minn aktar minn 3 000 riċerkatur tal-intelliġenza artifiċjali u tar-robotika u dik tal-21 ta' Awwissu 2017 iffirmata minn 116-il fundatur ta' kumpaniji ewlenin tar-robotika u tal-intelliġenza artifiċjali li jwissu dwar sistemi ta' armi awtonomi letali, u l-ittra minn 240 organizzazzjoni tat-teknoloġija u 3 089 individwu li jimpenjaw ruħhom li qatt ma jiżviluppaw, jipproduċu jew jużaw sistemi ta' armi awtonomi letali, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u l-inizjattivi tas-soċjetà ċivili, bħall-Kampanja għal Tmiem tar-Robots Letali, li tirrappreżenta 70 organizzazzjoni, fosthom Human Rights Watch, Article 36, PAX u Amnesty International, minn 30 pajjiż, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-politiki u l-azzjonijiet tal-UE huma ggwidati mill-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u mir-rispett tad-dinjità tal-bniedem, mill-prinċipji tal-Karta tan-NU u mid-dritt internazzjonali; billi dawn il-prinċipji għandhom jiġu applikati sabiex titħares il-paċi, jiġu evitati l-kunflitti u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali; |
B. |
billi t-terminu "sistemi ta' armi awtonomi letali"jirreferi għal sistemi ta' armi bla kontroll sinifikanti mill-bniedem fuq il-funzjonijiet kritiċi tal-għażla tal-objettivi individwali u tal-attakk fuqhom; |
C. |
billi huwa rrappurtat li għadd mhux magħruf ta' pajjiżi, industriji b'finanzjament pubbliku u industriji privati qed jirriċerkaw u jiżviluppaw sistemi ta' armi awtonomi letali, minn missili li kapaċi jagħżlu objettivi selettivament sa magni li jitgħallmu mogħnija b'ħiliet konjittivi biex jiddeċiedu kontra min, meta u fejn jiġġieldu; |
D. |
billi sistemi mhux awtonomi bħal sistemi awtomatizzati, dawk imħaddma mill-bogħod u dawk teleoperati ma għandhomx jitqiesu bħala sistemi ta' armi awtonomi letali; |
E. |
billi s-sistemi ta' armi awtonomi letali għandhom il-potenzjal li jibdlu l-gwerer b'mod fundamentali billi jagħtu lok għal tellieqa tal-armi mingħajr preċedent u mingħajr kontroll; |
F. |
billi l-użu ta' sistemi ta' armi awtonomi letali jqajjem mistoqsijiet etiċi u legali fundamentali dwar il-kontroll mill-bniedem, b'mod partikolari rigward funzjonijiet ta' importanza kritika, bħall-għażla tal-objettivi individwali u l-attakk fuqhom; billi l-magni u r-robots ma jistgħux jieħdu deċiżjonijiet bħal dawk li jieħdu l-bnedmin, li jinvolvu l-prinċipji legali ta' distinzjoni, proporzjonalità u prekawzjoni; |
G. |
billi l-involviment tal-bniedem u s-superviżjoni umana huma fundamentali għat-teħid ta' deċiżjonijiet letali, peress li huma l-bnedmin li jibqgħu responsabbli għad-deċiżjonijiet fuq il-ħajja u l-mewt; |
H. |
billi d-dritt internazzjonali, inklużi d-dritt umanitarju internazzjonali u dak dwar id-drittijiet tal-bniedem, japplika bis-sħiħ għas-sistemi ta' armi kollha u għall-operaturi tagħhom, u billi l-konformità mad-dritt internazzjonali hija rekwiżit fundamentali li l-istati jeħtiġilhom jissodisfaw, b'mod partikolari rigward ir-rispett ta' prinċipji bħall-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili jew it-teħid ta' prekawzjonijiet fl-attakki; |
I. |
billi l-użu ta' sistemi ta' armi awtonomi letali jqajjem mistoqsijiet ċentrali dwar l-applikabbiltà tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, tad-dritt umanitarju internazzjonali u tan-normi u tal-valuri Ewropej fir-rigward ta' azzjonijiet militari futuri; |
J. |
billi, f'Awwissu 2017, 116-il fundatur ta' kumpaniji internazzjonali ewlenin tar-robotika u tal-intelliġenza artifiċjali bagħtu ittra miftuħa lin-NU, li fiha talbu li l-gvernijiet "jipprevjenu t-tellieqa tal-armi f'dawn l-armamenti"u "jevitaw l-effetti destabilizzanti ta' dawn it-teknoloġiji"; |
K. |
billi kwalunkwe sistema ta' armi awtonomi letali tista' taħdem ħażin minħabba żball fil-programm jew minħabba attakk ċibernetiku mwettaq minn stat għadu jew minn attur mhux statali; |
L. |
billi l-Parlament Ewropew ripetutament talab li tiġi żviluppata u adottata b'urġenza pożizzjoni komuni dwar is-sistemi ta' armi awtonomi letali, għal projbizzjoni internazzjonali tal-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu ta' sistemi ta' armi awtonomi letali li jippermettu li jitwettqu attakki mingħajr kontroll sinifikanti mill-bniedem, kif ukoll li jinbdew negozjati effettivi għall-projbizzjoni tagħhom; |
1. |
Ifakkar fl-ambizzjoni tal-UE li tkun attur globali għall-paċi, u jitlob li r-rwol tagħha fl-isforzi globali ta' diżarm u nonproliferazzjoni jitwessa', u li l-azzjonijiet u l-politiki tagħha jaħdmu favur iż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali, filwaqt li jiżguraw ir-rispett tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll il-protezzjoni taċ-ċivili u tal-infrastruttura ċivili; |
2. |
Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), lill-Istati Membri u lill-Kunsill Ewropew biex jiżviluppaw u jadottaw, b'urġenza u qabel il-laqgħa ta' Novembru 2018 tal-Partijiet Kontraenti Għolja għall-Konvenzjoni dwar Ċerti Armi Konvenzjonali, pożizzjoni komuni dwar is-sistemi ta' armi awtonomi letali li tiżgura kontroll sinifikanti mill-bniedem fuq il-funzjonijiet kritiċi tas-sistemi tal-armi, inkluż waqt l-iskjerament, u jitlobhom jitkellmu b'leħen wieħed fil-fora rilevanti u jaġixxu skont dan; jistieden f'dan il-kuntest, lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri u lill-Kunsill biex jaqsmu l-aħjar prattiki u jiksbu kontributi mingħand esperti, akkademiċi u s-soċjetà ċivili; |
3. |
Iħeġġeġ lill-VP/RGħ, lill-Istati membri u lill-Kunsill biex jaħdmu favur il-ftuħ ta' negozjati internazzjonali dwar strument vinkolanti li jipprojbixxi sistemi ta' armi awtonomi letali; |
4. |
Jenfasizza, fid-dawl ta' dan, l-importanza fundamentali li ma jitħallewx isiru żvilupp u produzzjoni ta' kwalunkwe sistema ta' armi awtonomi letali li ma jkollhiex kontroll mill-bniedem fuq funzjonijiet kritiċi bħall-għażla tal-objettivi individwali u l-attakk fuqhom; |
5. |
Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2018 rigward ir-Regolament dwar l-Iżvilupp Industrijali Ewropew tad-Difiża, b'mod partikolari l-paragrafu 4 tal-Artikolu 6 (azzjonijiet eliġibbli), u jenfasizza r-rieda tiegħu li jadotta pożizzjoni simili fil-kuntest tal-programm ta' riċerka tad-difiża li ġej, il-programm ta' żvilupp fl-industrija tad-difiża u karatteristiċi rilevanti oħra tal-Fond Ewropew għad-Difiża ta' wara l-2020; |
6. |
Jissottolinja l-fatt li l-ebda arma jew sistema ta' armi mħaddma bħalissa mill-forzi tal-UE mhija sistema ta' armi awtonomi letali; ifakkar li l-armi u s-sistemi ta' armi ddisinjati speċifikament biex jiddefendu pjattaformi, forzi u popolazzjonijiet proprji kontra theddidiet dinamiċi ħafna bħal missili, munizzjonijiet u inġenji tal-ajru ostili ma jitqisux bħala sistemi ta' armi awtonomi letali; jenfasizza li deċiżjonijiet ta' attakk fuq inġenji tal-ajru bi bnedmin abbord għandhom jittieħdu minn operaturi umani; |
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lin-Nazzjonijiet Uniti u lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2018)0312.
(2) Testi adottati, P8_TA(2017)0494.
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/89 |
P8_TA(2018)0342
Il-qagħda tar-relazzjonijiet UE-Stati Uniti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2018 dwar il-qagħda tar-relazzjonijiet UE-Stati Uniti (2017/2271(INI))
(2019/C 433/12)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra d-dokument bit-titlu "Shared Vision, Common Action: A Stronger Europe – A Global Strategy for the European Union's Foreign and Security Policy" (Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa Aktar b'Saħħitha – Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea), ippreżentat mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika Soċjali (VP/RGħ) fit-28 ta' Ġunju 2016 u l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tas-7 ta' Ġunju 2017 dwar Approċċ Strateġiku għar-Reżiljenza fl-azzjoni esterna tal-UE (JOIN(2017)0021), |
— |
wara li kkunsidra l-eżiti tas-Summits UE-Stati Uniti li saru fit-28 ta' Novembru 2011 f'Washington, D.C., u fis-26 ta' Marzu 2014 fi Brussell, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tad-79 Laqgħa Interparlamentari tad-Djalogu Trans-Atlantiku bejn il-Leġiżlaturi (TLD) li saret fit-28 u fid-29 ta' Novembru 2016 f'Washington, D.C., tat-80 TLD li saret fit-2 u fit-3 ta' Ġunju 2017 fil-Belt Valletta, tal-81 TLD li saret fil-5 ta' Diċembru 2017 f'Washington, D.C., u tat-82 TLD li saret fit-30 ta' Ġunju 2018 f'Sofija, il-Bulgarija, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummisssjoni tat-28 ta' April 2015 bit-titolu "L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà" (COM(2015)0185), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-6 ta' April 2016 bit-titolu ‘'Qafas konġunt biex jiġi miġġieled it-theddid ibridu: reazzjoni tal-Unjoni Ewropea’ (JOIN(2016)0018), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni u tas-Segretarju Ġenerali tan-NATO tat-8 ta' Lulju 2016 dwar il-ġabra komuni ta' proposti approvati mill-Kunsill tal-UE u mill-Kunsill tan-NATO fil-5 u fis-6 ta' Diċembru 2016, u r-rapporti ta' progress dwar l-implimentazzjoni tagħhom fl-14 ta' Ġunju 2017 u fil-5 ta' Diċembru 2017, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni konġunta tal-UE u tan-NATO tal-2016, |
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija ta' Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti tat-18 ta' Diċembru 2017 u l-Istrateġija ta' Difiża Nazzjonali tal-Istati Uniti tad-19 ta' Jannar 2018, |
— |
wara li kkunsidra l-European Reassurance Initiative, |
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni għad-Diplomazija tal-UE dwar il-Klima adottat fl-2015 mill-Kunsill Affarijiet Barranin, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi, Deċiżjoni 1/CP.21, il-21 Konferenza tal-Partijiet (COP21) tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), kif ukoll il-11-il Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kyoto (CMP11) li saret f'Pariġi mit-30 ta' Novembru sal-11 ta' Diċembru 2015, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni estraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2018 dwar ir-rwol tar-reġjuni u l-bliet tal-UE fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi tas-COP 21 dwar it-tibdil fil-klima, b'mod partikolari l-paragrafu 13 (2) tagħha, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet trans-Atlantiċi, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar it-titjib tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-qafas ta' Ftehim ta' Sħubija Trans-Atlantika (3), ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2009 dwar l-istat tar-relazzjonijiet Trans-Atlantiċi wara l-elezzjonijiet fl-Istati Uniti (4), ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2011 dwar is-Summit bejn l-UE u l-USA tat-28 ta' Novembru 2011 (5), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rwol tal-UE fil-promozzjoni ta' Sħubija Trans-Atlantika usa' (6), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2016 dwar l-Unjoni Ewropea tad-Difiża (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) (9), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Frar 2018 dwar is-sitwazzjoni tal-UNRWA (10), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0251/2018), |
A. |
billi s-sħubija bejn l-UE u l-Istati Uniti hija bbażata fuq rabtiet politiċi, kulturali, ekonomiċi u storiċi b'saħħithom, fuq valuri komuni bħal-libertà, id-demokrazija, il-promozzjoni tal-paċi u l-istabbiltà, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, u fuq għanijiet komuni, bħall-prosperità, is-sigurtà, l-ekonomiji miftuħa u integrati, il-progress soċjali u l-inklużività, l-iżvilupp sostenibbli u s-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti, u billi kemm l-Istati Uniti kif ukoll l-UE huma demokraziji mibnija fuq l-istat tad-dritt b'sistemi ta' ekwilibriju ta' setgħat li jiffunzjonaw; billi din is-sħubija qiegħda taffaċċja għadd importanti ta' sfidi u tfixkil fit-terminu qasir, iżda li l-prinċipji fundamentali fit-tul għadhom b'saħħithom u l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti, bħala sħab tal-istess fehma, għadha kruċjali; |
B. |
billi l-UE u l-Istati Uniti, filwaqt li jibnu fuq il-bażi soda tal-valuri komuni u l-prinċipji kondiviżi tagħhom, għandhom jesploraw modi alternattivi biex isaħħu r-relazzjoni trans-Atlantika u jirrispondu b'mod effikaċi għall-isfidi importanti li qed naffaċċjaw billi jużaw il-kanali ta' komunikazzjoni disponibbli kollha; billi bħala leġiżlaturi, il-Kungress tal-Istati Uniti u l-Parlament Ewropew għandhom rwol importanti u influwenti fid-demokraziji tagħna u għandhom jużaw il-potenzjal sħiħ tal-kooperazzjoni tagħhom biex jippreservaw l-ordni demokratiku, liberali u multilaterali u jippromwovu l-istabbiltà u l-kontinwità fil-kontinent tagħna u fid-dinja; |
C. |
billi f'dinja globali, kumplessa u dejjem aktar multipolari, l-UE u l-Istati Uniti jrid ikollhom rwoli ta' protagonisti, li jkunu essenzjali u kostruttivi billi jsaħħu u jirrispettaw id-dritt internazzjonali, jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet u l-prinċipji fundamentali, u jindirizzaw b'mod konġunt il-kunflitti reġjonali u l-isfidi globali; |
D. |
billi l-UE u l-Istati Uniti qegħdin jaffaċċjaw żmien ta' tibdil ġeopolitiku u jridu jsibu tarf theddidiet kumplessi, kemm konvenzjonali kif ukoll ibridi, minn atturi statali u mhux statali li ġejjin min-Nofsinhar u mil-Lvant; billi l-attakki ċibernetiċi qegħdin isiru dejjem aktar komuni u sofistikati, u l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti permezz tan-NATO tista' tikkomplementa l-isforzi taż-żewġ partijiet u tipproteġi l-istrutturi governattivi tad-difiża u strutturi ta' informazzjoni oħra; billi dawn it-theddidiet jirrikjedu kooperazzjoni internazzjonali biex jiġu indirizzati; |
E. |
billi l-UE tirrikonoxxi l-appoġġ militari kontinwu tal-Istati Uniti biex jiżgura s-sigurtà u d-difiża tal-UE, u billi l-UE hija grata lejn l-Amerikani kollha li ssagrifikaw ħajjithom biex jiggarantixxu s-sigurtà fl-Ewropa fil-kunflitti fil-Kosovo u l-Bożnija; billi l-UE bħalissa qiegħda tfittex li tiggarantixxi s-sigurtà tagħha stess billi tibni awtonomija strateġika akbar; |
F. |
billi l-Istati Uniti ddeċidiet li tnaqqas il-baġit tagħha għaż-żamma tal-paċi fi ħdan in-NU b'USD 600 miljun; |
G. |
billi politika barranija aktar imprevedibbli tal-Istati Uniti qiegħda toħloq inċertezza akbar fir-relazzjonijiet internazzjonali u tista' tħalli lok biex atturi oħra jsiru aktar influwenti fix-xena globali, bħaċ-Ċina, li l-influwenza politika u ekonomika tagħha qiegħda tikber mad-dinja kollha; billi bosta pajjiżi ewlenin fl-Asja, li qabel kienu qrib tal-Istati Uniti, illum qegħdin idawru ħarsithom lejn iċ-Ċina; |
H. |
billi l-UE tibqa' impenjata bis-sħiħ favur il-multilateraliżmu u l-promozzjoni tal-valuri kondiviżi, inkluż id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem; billi ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli huwa ta' benefiċċju kemm għall-Istati Uniti kif ukoll għall-UE; billi, f'dan ir-rigward, huwa ta' importanza fundamentali li l-UE u l-Istati Uniti jaġixxu flimkien u f'sinerġija b'appoġġ għal ordni bbażat fuq ir-regoli li jkun iggarantit minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali u istituzzjonijiet internazzjonali b'saħħithom, kredibbli u effikaċi; |
I. |
billi s-sħubija bejn l-Istati Uniti u l-Ewropa kienet essenzjali għall-ordni globali fl-oqsma tal-ekonomija, tal-politika u tas-sigurtà għal aktar minn seba' deċennji; billi r-relazzjoni trans-Atlantika qiegħda taffaċċja ħafna sfidi u mill-elezzjoni tal-President Trump qiegħda tkun dejjem aktar taħt pressjoni fuq diversi kwistjonijiet; |
J. |
billi, bħala parti mill-Istrateġija Globali tal-UE, il-politika dwar it-tibdil fil-klima ġiet integrata fil-politika estera u ta' sigurtà, u ssaħħu r-rabtiet bejn l-enerġija u l-klima, is-sigurtà, l-għanijiet tal-iżvilupp, u l-migrazzjoni, kif ukoll il-kummerċ ġust u liberu; |
K. |
billi l-UE tibqa' impenjata bis-sħiħ favur sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, miftuħa u mhux diskriminatorja; billi d-WTO hija fil-qalba tas-sistema tal-kummerċ globali bħala l-unika istituzzjoni li tista' tiżgura kundizzjonijiet ekwi ġenwini; |
L. |
billi kemm l-Istati Uniti kif ukoll l-UE għandhom jappoġġaw l-aspirazzjonijiet tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex jingħaqdu mal-komunità trans-Atlantika; billi flimkien mal-impenn imsaħħaħ tal-UE, l-impenn kontinwu tal-Istati Uniti huwa kruċjali f'dan ir-rigward; |
M. |
billi l-UE għandha responsabbiltà dejjem akbar biex tagħti kont ta' għemilha fil-qasam tas-sigurtà tagħha, f'ambjent strateġiku li mar drastikament għall-agħar b'mod f'dawn l-aħħar snin; |
N. |
billi s-sigurtà Ewropea hija bbażata fuq l-ambizzjoni ta' awtonomija strateġika komuni, kif rikonoxxuta f'Ġunju 2016 mit-28 Kap ta' Stat u Gvern fl-Istrateġija Globali tal-Unjoni Ewropea; |
Qafas ġenerali bbażat fuq il-valuri kondiviżi
1. |
Ifakkar u jinsisti li s-sħubija u l-alleanza li għandhom minn żmien ilu l-UE u l-Istati Uniti hija bbażata, u għandha tkun ibbażata, fuq il-kondiviżjoni u l-promozzjoni b'mod konġunt ta' valuri komuni inklużi l-libertà, l-istat tad-dritt, il-paċi, id-demokrazija, l-ugwaljanza, il-multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli, l-ekonomija tas-suq, il-ġustizzja soċjali, l-iżvilupp sostenibbli u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi, kif ukoll is-sigurtà kollettiva, bir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti bħala prijorità; jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tar-relazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti, li hija waħda mill-assi ewlenin ta' kooperazzjoni f'dinja globalizzata, sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet; |
2. |
Jilqa' l-laqgħa bejn il-President tal-Kummissjoni Juncker u l-President tal-Istati Uniti Trump li saret f'Washington fil-25 ta' Lulju 2018 bħala sinjal ta' titjib fir-relazzjonijiet bilaterali; jieħu nota tad-dikjarazzjoni tagħhom u tar-rieda tagħhom li jaħdmu biex inaqqsu t-tensjonijiet trans-Atlantiċi fil-qasam tal-kummerċ; ifakkar, f'dan ir-rigward, l-impatt qerriedi tat-tariffi punittivi; itenni fl-istess ħin l-appoġġ tiegħu għal approċċ wiesa’ u komprensiv rigward il-ftehimiet kummerċjali u l-multilateraliżmu; |
3. |
Jenfasizza li r-relazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti hija l-garanti fundamentali għall-istabbiltà globali u ilha l-bażi tal-isforzi tagħna biex niżguraw paċi, prosperità u stabbiltà għas-soċjetajiet tagħna sa mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija, kif ukoll biex nibnu sistema multilaterali ta' kooperazzjoni u kummerċ, ta' natura ekonomika u politika, li tkun ibbażata fuq ir-regoli u l-valuri; jafferma mill-ġdid li r-relazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti hija strateġika u ġenwina, u li rabta trans-Atlantika b'saħħitha hija fl-interess taż-żewġ partijiet u tad-dinja; jemmen li l-politika unilaterali ta' bħalissa "America First" tippreġudika l-interessi kemm tal-UE kif ukoll tal-Istati Uniti, timmina l-fiduċja reċiproka u jista' jkollha wkoll implikazzjonijiet usa' għall-istabbiltà u l-prosperità globali; ifakkar l-interess tal-UE li tibni sħubijiet fit-tul u ta' benefiċċju reċiproku li jkunu bbażati fuq valuri u prinċipji kondiviżi li jkollhom preċedenza fuq il-qligħ tranżazzjonali fuq medda qasira ta' żmien; |
4. |
Jissottolinja li s-sħubija tmur ferm lil hinn minn politika barranija u kwistjonijiet kummerċjali stricto sensu, u tinkludi wkoll suġġetti oħra bħas-sigurtà (ċibernetika), kwistjonijiet ekonomiċi, diġitali u finanzjarji, it-tibdil fil-klima, l-enerġija, il-kultura kif ukoll ix-xjenza u t-teknoloġija; jenfasizza li dawn il-kwistjonijiet huma marbuta mill-qrib u għandhom jitqiesu taħt l-istess qafas ġenerali; |
5. |
Jinsab imħasseb dwar l-approċċi li ttieħdu mill-Istati Uniti biex jiġu indirizzati kwistjonijiet globali u kunflitti reġjonali sa mill-elezzjoni tal-President Trump; jenfasizza l-importanza, għall-UE, tar-relazzjonijiet trans-Atlantiċi u tad-djalogu kontinwu li jenfasizza s-sinifikat tal-kwistjonijiet li jgħaqqdu flimkien lill-UE u lill-Istati Uniti; ifittex li jikkjarifika jekk ir-relazzjoni trans-Atlantika tagħna, li ssawret matul bosta deċennji, għadx għandha l-istess rilevanza llum il-ġurnata għas-sħab Amerikani tagħna; jenfasizza li l-qafas ġenerali bbażat fuq il-valuri tas-sħubija tagħna huwa essenzjali sabiex tiġi żgurata u msaħħa ulterjorament l-istruttura tal-ekonomija u s-sigurtà globali; jissottolinja li l-kwistjonijiet li jgħaqqdu flimkien lill-Istati Uniti u lill-UE, fl-aħħar mill-aħħar, għandu jkollhom aktar rilevanza minn dawk li jifirduhom; |
6. |
Jenfasizza li, f'sistema internazzjonali kkaratterizzata b'mod permanenti mill-instabbiltà u mill-inċertezza, l-Ewropa għandha r-responsabbiltà li tibni l-awtonomija strateġika tagħha biex taffaċċja l-għadd li qiegħed jikber ta' sfidi komuni; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa għall-pajjiżi Ewropej li jżommu l-kapaċità tagħhom li jiddeċiedu u jaġixxu waħedhom biex jiddefendu l-interessi tagħhom; ifakkar li l-awtonomija strateġika hija kemm ambizzjoni leġittima għall-Ewropa kif ukoll objettiv prijoritarju li jrid ikun artikolat fl-oqsma industrijali u operattivi u f'termini ta' kapaċità; |
Tisħiħ tas-sħubija
7. |
Ifakkar il-potenzjal kbir u l-interess strateġiku ta' din is-sħubija kemm għall-Istati Uniti kif ukoll għall-UE, fl-għan tagħha li tikseb prosperità u sigurtà fuq bażi reċiproka u li ssaħħaħ ordni globali bbażat fuq ir-regoli u l-valuri sabiex tappoġġa l-istituzzjonijiet internazzjonali u tipprovdilhom il-mezzi biex titjieb il-governanza globali; jappella biex jitrawwem id-djalogu u l-impenn tagħna fuq l-elementi kollha ta' din is-sħubija u fil-livelli kollha ta' kooperazzjoni, inkluż mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jenfasizza li d-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tagħna għandhom impatt fuq l-istruttura tal-ekonomija u s-sigurtà globali, u għalhekk, għandhom imexxu bl-eżempju u jkunu għall-interessi taż-żewġ sħab; |
8. |
Jissottolinja r-responsabbiltajiet tal-Istati Uniti bħala setgħa globali, u jistieden lill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti tħaddan il-valuri fundamentali kondiviżi li huma s-sisien tar-relazzjonijiet trans-Atlantiċi, u tiżgura, fi kwalunkwe ċirkostanza, ir-rispett għad-dritt internazzjonali, għad-demokrazija, għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, f'konformità mal-Karta tan-NU u ma' strumenti internazzjonali oħra ffirmati jew ratifikati mill-Istati Uniti; |
9. |
Jissottolinja li l-UE u l-Istati Uniti huma l-aktar sħab importanti ta' xulxin f'dinja multipolari, u li ċaqliq unilaterali jservi biss biex idgħajjef is-sħubija trans-Atlantika, li trid tkun sħubija bejn partijiet ugwali li hija bbażata fuq id-djalogu u li għandha l-għan li tistabbilixxi mill-ġdid il-fiduċja reċiproka; |
10. |
Jiddispjaċih għad-dewmien twil biex jinħatar Ambaxxatur tal-Istati Uniti għall-Unjoni Ewropea, madankollu, jilqa' l-fatt tan-nomina tal-Ambaxxatur il-ġdid u l-konferma sussegwenti mis-Senat tal-Istati Uniti fid-29 ta' Ġunju 2018; |
11. |
Jikkritika bil-qawwa d-dikjarazzjonijiet tal-Ambaxxatur tal-Istati Uniti għall-Ġermanja l-ġdid, li ddikjara l-ambizzjoni tiegħu li jagħti s-setgħa lill-populisti nazzjonalisti madwar l-Ewropa, u jfakkar li r-rwol tad-diplomatiċi mhuwiex li jappoġġaw forzi politiċi individwali, iżda li jmexxu 'l quddiem il-fehim reċiproku u s-sħubija; barra minn hekk, iqis bħala ostili u inkompatibbli mal-ispirtu tas-sħubija trans-Atlantika d-dikjarazzjonijiet minn uffiċjali tal-amministrazzjoni ta' Trump li jesprimu disprezz fil-konfront tal-UE u sostenn għal forzi ksenofobiċi u populisti li jridu jeqirdu l-proġett Ewropew; |
12. |
Jistieden lill-VP/RGħ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni, il-koordinament, il-konsistenza u l-effikaċja tal-politika tal-UE fir-rigward tal-Istati Uniti, sabiex jippreżentaw lill-UE bħala attur internazzjonali maqgħud u effikaċi b'messaġġ koerenti; |
13. |
Ifakkar li l-Istati Uniti hija sieħba ewlieni minħabba l-konverġenza tal-interessi tad-difiża u tas-sigurtà u r-relazzjonijiet bilaterali b'saħħithom; jitlob biex jiġi organizzat summit bejn l-UE u l-Istati Uniti mill-aktar fis possibbli bl-għan li jingħelbu l-isfidi attwali u titkompla l-ħidma fuq kwistjonijiet globali u reġjonali ta' tħassib reċiproku; |
14. |
Iqis li l-preżenza tal-forzi militari tal-Istati Uniti hija importanti fil-pajjiżi Ewropej, fejn meħtieġ u f'konformità tat-twettiq kontinwu tal-impenji miftiehma; |
15. |
Jinsisti fuq il-fatt li djalogu strutturat u strateġiku dwar politika barranija fil-livell trans-Atlantiku, li jinvolvi wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kungress tal-Istati Uniti, huwa essenzjali għat-tisħiħ tal-istruttura trans-Atlantika, inkluż il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà, u jitlob biex jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tal-politika barranija tad-djalogu bejn l-UE u l-Istati Uniti; |
16. |
Ifakkar fis-suġġeriment tiegħu sabiex jinħoloq Kunsill Politiku Trans-Atlantiku (TPC) għal konsultazzjoni u koordinament sistematiċi dwar il-politika barranija u tas-sigurtà, li jkun immexxi mill-VP/RGħ u mis-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti u li jkun sostnut b'kuntatti regolari bejn id-diretturi politiċi; |
17. |
Jilqa' l-ħidma kontinwa u mingħajr interruzzjoni tat-TLD fit-trawwim tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti permezz ta' djalogu parlamentari u koordinament dwar kwistjonijiet ta' interess komuni; itenni l-importanza tal-kuntatt interpersonali u tad-djalogu fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet Trans-Atlantiċi; jappella, għalhekk, biex ikun hemm involviment intensifikat kemm tas-Senat kif ukoll tal-Kamra tar-Rappreżentanti u tal-Parlament Ewropew; jilqa' t-tnedija mill-ġdid tal-Caucus bipartiġġjan tal-Kungress tal-UE għall-115-il Laqgħa tal-Kungress, u jitlob lill-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLO) u lid-delegazzjoni tal-UE f'Washington biex jikkollaboraw aktar mill-qrib magħhom; |
18. |
Ifakkar li, kemm fl-UE kif ukoll fl-Istati Uniti, is-soċjetajiet tagħna huma b'saħħithom, ankrati fid-demokrazija liberali u fl-istat tad-dritt, u mibnija fuq pluralità ta' atturi, inklużi fost oħrajn il-gvernijiet, il-parlamenti, il-korpi u l-atturi deċentralizzati, id-diversi istituzzjonijiet politiċi, in-negozji u t-trade unions, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-gruppi tal-media liberi u indipendenti, il-gruppi reliġjużi u l-komunitajiet akkademiċi u ta' riċerka tagħna; jenfasizza li għandna nrawmu rabtiet trans-Atlantiċi biex nippromwovu l-merti u l-importanza tas-sħubija trans-Atlantika tagħna, inkluż billi nallokaw finanzjament xieraq, f'livelli differenti u madwar l-UE u l-Istati Uniti, mhux niffukaw biss fuq il-Kosti tal-Lvant u tal-Punent; jitlob li jkun hemm programmi mtejba u ddedikati b'finanzjament adatt għal dan il-għan; |
19. |
Jilqa' t-tisħiħ tar-rwol tar-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-istati federali u ż-żoni metropolitani tal-Istati Uniti fi ħdan ir-relazzjoni trans-Atlantika globali, b'mod partikolari fil-każ tar-relazzjonijiet ta' ġemellaġġ; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-kooperazzjoni li teżisti abbażi tal-Memorandum ta' Qbil Under2; jistieden lill-istati federali jsaħħu l-kuntatti tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE; |
20. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-iskambji kulturali permezz ta' programmi edukattivi huma fundamentali għall-promozzjoni u l-iżvilupp ta' valuri komuni u għall-bini ta' pontijiet bejn is-sħab trans-Atlantiċi; jappella, għalhekk, biex tissaħħaħ u tiżdied il-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-programmi ta' mobilità għall-istudenti bejn l-Istati Uniti u l-UE fl-ambitu ta' Erasmus+; |
21. |
Jesprimi ammirazzjoni partikolari għall-mod kif l-istudenti Amerikani wieġbu għall-ħafna traġedji li jinvolvu l-użu ta' armi tan-nar fl-iskejjel billi appellaw għal liġijiet aktar rigorużi dwar l-armi tan-nar u għal miżuri li jnaqqsu l-influwenza li għandha n-National Rifle Association fuq il-proċess leġiżlattiv; |
Naffaċċjaw l-isfidi globali flimkien
22. |
Jinsisti fuq il-fatt li l-UE u l-Istati Uniti għandhom jibqgħu jaqdu rwoli kostruttivi essenzjali billi jindirizzaw b'mod konġunt il-kunflitti reġjonali u l-isfidi globali abbażi tal-prinċipji tad-dritt internazzjonali; jisħaq fuq il-fatt li l-multilateraliżmu, li miegħu l-Ewropa hija tant marbuta, qiegħed jiġi kkontestat mill-attitudnijiet tal-Istati Uniti u ta' potenzi dinjija oħra; ifakkar fl-importanza tal-multilateraliżmu biex jinżammu l-paċi u l-istabbiltà, bħala mezz biex jiġu promossi l-valuri tal-istat tad-dritt u biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet globali, u jinsisti li dawn għandhom jiġu indirizzati fil-fora internazzjonali rilevanti; jinsab għalhekk imħasseb li d-deċiżjonijiet unilaterali reċenti tal-Istati Uniti – id-diżimpenn minn ftehimiet internazzjonali ewlenin, ir-revoka ta' ċerti impenji, id-dgħajfin tar-regoli internazzjonali, l-irtirar minn fora internazzjonali u l-instigazzjoni ta' tensjonijiet diplomatiċi u kummerċjali – jistgħu jbiegħdu minn dawn il-valuri komuni u joħolqu pressjoni fuq ir-relazzjoni u fl-istess ħin jippreġudikawha; jistieden lill-UE turi għaqda, ċertezza u proporzjonalità fir-reazzjonijiet tagħha għal tali deċiżjonijiet; jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, biex jevitaw kwalunkwe azzjoni jew mossa intiża li tikseb vantaġġi bilaterali għad-detriment ta' approċċ Ewropew komuni u koerenti; |
23. |
Jinnota li potenzi dinjija oħra, bħar-Russja u Ċ-Ċina, għandhom strateġiji politiċi u ekonomiċi robusti, li ħafna minnhom jistgħu jmorru kontra l-valuri kondiviżi, l-impenji internazzjonali, u s-sħubija trans-Atlantika tagħna, kif ukoll ipoġġuhom f'riskju; ifakkar li tali żviluppi jagħmlu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti ferm aktar essenzjali sabiex inkunu nistgħu nkomplu nħaddnu soċjetajiet miftuħa u nippromwovu u nipproteġu d-drittijiet, il-prinċipji u l-valuri komuni tagħna, inkluż il-konformità mad-dritt internazzjonali; jappella, f'dan ir-rigward, għal żieda fil-koordinament bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-allinjament u l-istabbiliment ta' politika ta' sanzjonijiet konġunta sabiex tiżdied l-effikaċja tagħha; |
24. |
Huwa tal-fehma li tenħtieġ risposta trans-Atlantika konġunta li tindirizza t-tentattivi tar-Russja li teżerċita pressjoni, tinfluwenza, tiddestabbilizza u tisfrutta d-dgħufijiet u l-għażliet demokratiċi tas-soċjetajiet tal-Punent; jemmen, għalhekk, li l-Istati Uniti u l-UE għandhom jagħtu prijorità lil azzjonijiet koordinati fir-rigward tar-Russja, bl-involviment tan-NATO fejn xieraq; jinnota bi tħassib, f'dan ir-rigward, id-dikjarazzjonijiet mill-Presidenti tal-Istati Uniti u tar-Russja fil-kuntest tal-laqgħa bejniethom fis-16 ta' Lulju 2018 f'Helsinki; ifakkar fil-periklu ċar għad-demokraziji tagħna li joħqolu l-aħbarijiet foloz, id-diżinformazzjoni u b'mod partikolari s-sorsi ta' ndħil malizzjużi; jappella għat-tnedija ta' djalogu politiku u soċjetali li jibbilanċja l-anonimat u r-responsabbiltà fil-midja soċjali; |
25. |
Jissottolinja li s-sigurtà hija multidimensjonali u minsuġa u li d-definizzjoni tagħha ma tkoprix biss aspetti militari iżda anke aspetti f'termini ambjentali, enerġetiċi, kummerċjali, ċibernetiċi, tal-komunikazzjonijiet, tas-saħħa, tal-iżvilupp, tar-responsabbiltà, umanitarji, eċċ.; jinsisti fuq il-fatt li l-kwistjonijiet tas-sigurtà għandhom jiġu indirizzati permezz ta' approċċ wiesa'; jiddispjaċih, f'dan il-kuntest, dwar it-tnaqqis sostanzjali propost fil-baġit, pereżempju t-tnaqqis mill-Istati Uniti għall-bini tal-istat fl-Afganistan, għall-għajnuna għall-iżvilupp fl-Afrika, għall-għajnuna umanitarja u għall-kontribuzzjonijiet għall-programmi, operazzjonijiet u aġenziji tan-NU; |
26. |
Jissottolinja li ftehim ta' kummerċ trans-Atlantiku, li jkun ibbilanċjat u ta' benefiċċju reċiproku, ikollu impatt li jmur lil hinn mill-aspetti kummerċjali u ekonomiċi; |
27. |
Isostni li n-NATO għadha l-garanti ewlieni għad-difiża kollettiva tal-Ewropa; jilqa' l-affermazzjoni mill-ġdid tal-impenn tal-Istati Uniti favur in-NATO u s-sigurtà Ewropea, u jissottolinja li l-approfondiment tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO jsaħħaħ ukoll is-sħubija trans-Atlantika; |
28. |
Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni, il-koordinament u l-effetti ta' sinerġija fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża; jissottolinja l-importanza ta' nfiq aħjar fuq id-difiża, u jinsisti, f'dan ir-rigward, li l-qsim tal-piżijiet ma għandux ikun iffukat biss fuq l-inputs (il-mira li jintefqu 2 % tal-PDG fuq id-difiża), iżda wkoll fuq l-outputs (il-kapaċitajiet imkejla fuq il-forzi li jistgħu jiġu skjerati, lesti u sostenibbli); ifakkar li dan l-input ikkwantifikat bħala objettiv, madankollu, jirrifletti sens li qiegħed jikber ta' responsabbiltà tal-Ewropej għas-sigurtà tagħhom stess, li qiegħed isir indispensabbli minħabba d-deterjorament tal-ambjent strateġiku tagħhom; jilqa' l-fatt li d-difiża qiegħda ssir qasam ta' prijorità ogħla għall-UE u għall-Istati Membri tagħha, li qiegħda tiġġenera aktar effiċjenzi militari għall-benefiċċju kemm tal-UE kif ukoll tan-NATO, u jilqa', f'dan il-kuntest, il-preżenza ta' truppi Amerikani fit-territorju tal-UE; isostni li n-NATO hija kruċjali għad-difiża kollettiva tal-Ewropa u tal-alleati tagħha (Artikolu 5 tat-Trattat ta' Washington); jenfasizza li l-kapaċità tan-NATO li twettaq il-kompiti tagħha għadha tiddependi mill-qrib mis-saħħa tar-relazzjoni trans-Atlantika; |
29. |
Jistieden lill-UE ssaħħaħ l-Unjoni tad-Difiża Ewropea bl-għan li tibni kapaċitajiet li jiżguraw ir-rilevanza strateġika tal-UE fid-difiża u s-sigurtà, bħal pereżempju fil-ħolqien ta' aktar sinerġiji u effiċjenzi fl-infiq għad-difiża, ir-riċerka, l-iżvilupp, l-akkwist pubbliku, il-manutenzjoni u t-taħriġ bejn l-Istati Membri; jinsisti li aktar kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża fil-livell tal-UE ssaħħaħ il-kontribut Ewropew għall-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà fil-livelli reġjonali u internazzjonali, u b'hekk javvanzaw ukoll l-objettivi tal-alleanza tan-NATO u tissaħħaħ ir-rabta trans-Atlantika tagħna; jappoġġa, għalhekk, l-isforzi reċenti sabiex tissaħħaħ l-istruttura Ewropea tad-difiża, inklużi l-Fond Ewropew għad-Difiża u l-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) li għadha kif ġiet stabbilita; |
30. |
Jilqa' t-tnedija tal-PESCO u jappoġġa l-ewwel proġetti tiegħu, bħall-mobilità militari; jenfasizza li l-PESCO huwa ta' interess komuni kemm għall-UE kif ukoll għan-NATO u għandu jkun ta' xprun għal kooperazzjoni ulterjuri bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet f'termini tal-iżvilupp tal-kapaċità u l-konsolidament tal-pilastru tal-UE fin-NATO, fi ħdan il-kuntest tal-kostituzzjoni nazzjonali ta' kull wieħed minnhom; |
31. |
Itenni l-ħtieġa għall-UE u għall-Istati Uniti li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam taċ-ċibersigurtà u taċ-ċiberdifiża, jiġifieri permezz tal-aġenziji u task forces speċjalizzati, bħall-ENISA, Europol, Interpol, strutturi futuri tal-PESCO u EDF, speċjalment biex jiġġieldu kontra l-attakki informatiċi u flimkien imexxu 'l quddiem l-isforzi biex jiġi żviluppat qafas internazzjonali komprensiv u trasparenti li jistabbilixxi standards minimi għall-politiki taċ-ċibersigurtà, filwaqt li jiġu rispettati l-libertajiet fundamentali; iqis li huwa essenzjali li l-UE u n-NATO jintensifikaw il-kondiviżjoni tal-intelligence sabiex jippermettu l-attribuzzjoni formali taċ-ċiberattakki u konsengwentement jippermettu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet restrittivi fuq dawk responsabbli għaċ-ċiberattakki; jissottolinja l-importanza u l-kontribut pożittiv li l-Inizjattiva European Reassurance tal-Istati Uniti kellha fuq is-sigurtà tal-Istati Membri tal-UE; |
32. |
Jissottolinja li s-sinifikat li qiegħed jikber tal-Intelliġenza Artifiċjali u tat-tagħlim awtomatiku jeħtieġ kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u l-Istati Uniti, u għandhom jittieħdu miżuri biex tavvanza l-kooperazzjoni bejn il-kumpaniji tat-teknoloġija Amerikani u Ewropej sabiex jiġi żgurat l-użu ottimali tas-sħubiji fil-qasam tal-iżvilupp u l-applikazzjoni; |
33. |
Jistieden lill-Kungress Amerikan jinkludi lill-Parlament Ewropew fil-programm tiegħu tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar it-theddid ċibernetiku mal-parlamenti tal-Awstralja, il-Kanada, New Zealand u r-Renju Unit; |
34. |
Jissottolinja l-ħtieġa ta' approċċ komuni li jirregola l-pjattaformi diġitali u biex tiżdied ir-responsabbiltà tagħhom sabiex jiġu diskussi l-kwistjonijiet taċ-ċensura tal-internet, id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet tad-detenturi, id-data personali u l-kunċett tan-newtralità tal-internet; itenni li jeħtieġ li naħdmu flimkien biex nippromwovu internet miftuħ, interoperabbli u sikur, irregolat minn mudell b'partijiet ikkonċernati multipli li jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-libertà tal-espressjoni, u jrawwem il-prosperità ekonomika u l-innovazzjoni, filwaqt li jirrispetta l-privatezza u jħares kontra l-qerq, il-frodi u s-serq; jappella biex jiġu mobilizzati sforzi konġunti biex jiġu żviluppati normi u regolamenti u biex jippromwovu l-applikabbiltà tad-dritt internazzjonali fiċ-ċiberspazju; |
35. |
Itenni li n-newtralità tal-internet hija mnaqqxa fid-dritt tal-UE; jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunikazzjoni Federali li jħassar ir-regoli dwar in-newtralità tal-internet; jilqa' l-vot reċenti tas-Senat tal-Istati Uniti biex titreġġa' lura din id-deċiżjoni; jistieden lill-Kungress tal-Istati Uniti jsegwi d-deċiżjoni tas-Senat sabiex jinżamm internet miftuħ, sigur u sikur li ma jippermettix trattament diskriminatorju tal-kontenut tal-internet; |
36. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' negozjati xierqa fir-rigward tal-istandardizzazzjoni, speċjalment fil-kuntest tal-iżvilupp dejjem aktar rapidu tat-teknoloġija, b'mod partikolari fil-qasam tal-IT; |
37. |
Jenfasizza li parti importanti tat-tisħiħ tal-isforzi tal-UE u tal-Istati Uniti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu tinkludi l-protezzjoni ta' infrastruttura kritika, inkluż billi jiġu avvanzati l-istandards komuni u stimolati l-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà, kif ukoll approċċ komprensiv għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, anke permezz ta' koordinament f'fora reġjonali, mulilaterali u globali u kooperazzjoni fi skambji ta' data rigward l-attivitajiet terroristiċi; itenni l-ħtieġa li jiġu appoġġati mekkaniżmi bħas-Sistema tal-UE ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u sforzi konġunti oħra li jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti u jagħmlu d-differenza fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu; ifakkar liż-żewġ partijiet li l-ġlieda kontra t-terroriżmu trid tkun konformi mad-dritt internazzjonali u mal-valuri demokratiċi, tirrispetta bis-sħiħ il-libertajiet ċivili u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem; |
38. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-ħatra reċenti ta' Gina Haspel bħala direttriċi tal-Aġenzija Ċentrali tal-Intelligence (CIA), minħabba r-riżultati fjakki tagħha fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-kompliċità tagħha fil-programm ta' trasferiment u detenzjoni sigrieta tas-CIA; |
39. |
Jinsab imħasseb bil-kbir dwar it-tneħħija rrapportata ta' restrizzjonijiet limitati għall-programm tad-droni mill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti, li se żżid ir-riskji ta' diżgrazzji ċivili u qtil illegali, kif ukoll dwar in-nuqqas ta' trasparenza fir-rigward tal-programm tad-droni tal-Istati Uniti u tal-għajnuna li qiegħda tingħata minn xi Stati Membri tal-UE; jistieden lill-Istati Uniti u lill-Istati Membri tal-UE jiżguraw li l-użu ta' droni armati jkun konformi mal-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt internazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, u li jiġu stabbiliti standards vinkolanti robusti sabiex jirregolaw l-għoti ta' kwalunkwe forma ta' għajnuna għal operazzjonijiet letali bid-droni; |
40. |
Jissottolinja li jeħtieġ li l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea jiġġieldu kontra l-evażjoni tat-taxxa u reati finanzjarji oħra u jiżguraw it-trasparenza; |
41. |
Iħeġġeġ aktar kooperazzjoni msaħħa fir-rigward tal-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa, il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, b'mod partikolari fil-qafas tal-ftehim TFTP-UE-Stati Uniti (Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu), li għandu jissaħħaħ sabiex jinkludi data dwar il-flussi finanzjarji assoċjati mal-indħil barrani jew mal-operazzjonijiet ta' intelligence illegali; jistieden, barra minn hekk, lill-UE u lill-Istati Uniti jikkooperaw fi ħdan l-OECD fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa billi jistabbilixxu regoli u normi internazzjonali biex jindirizzaw din il-problema globali; jenfasizza li t-tkomplija tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi hija kruċjali għat-tisħiħ tas-sigurtà komuni tagħna, u jistieden lill-Istati Uniti tiżgura kooperazzjoni bilaterali u multilaterali f'dan il-qasam; jiddeplora r-revoka parzjali ta' Dodd-Frank Act, li rriżultat fi tnaqqis sinifikanti tas-superviżjoni tal-banek Amerikani; |
42. |
Jenfasizza d-dgħufijiet persistenti tat-Tarka tal-Privatezza fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data; jilqa' u jappoġġa l-appelli lil-leġiżlatur tal-Istati Uniti sabiex jagħmel progress lejn att omnibus dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data; jirrimarka li fl-Ewropa l-protezzjoni tad-data personali hija dritt fundamentali u li l-Istati Uniti ma għandhiex regoli komparabbli mar-Regolament Ġenerali l-ġdid dwar l-Ipproċessar tad-Data (GDPR); |
43. |
Ifakkar fis-solidarjetà trans-Atlantika wiesgħa b'reazzjoni għall-ivvalenar ta' Skripal f'Salisbury, li rriżultat fit-tkeċċija ta' diplomatiċi Russi minn 20 Stat Membru tal-UE, kif ukoll mill-Kanada, l-Istati Uniti, in-Norveġja u minn 5 pajjiżi li jaspiraw li jkunu Stati Membri tal-UE; |
44. |
Itenni t-tħassib tiegħu dwar ir-rifjut tal-Kungress f'Marzu 2017 għar-regola mressqa mill-Kummissjoni Federali tal-Komunikazzjonijiet dwar il-"Protezzjoni tal-Privatezza tal-Klijenti tal-Broadband u ta' Servizzi Oħra tat-Telekomunikazzjoni", li fil-prattika telimina r-regoli tal-privatezza tal-broadband li kienu jesiġu li l-fornituri tas-servizz tal-Internet jiksbu l-kunsens espliċitu tal-konsumaturi qabel ma jbigħu jew jikkondividu d-data tal-ibbrawżjar tal-web u informazzjoni oħra privata ma' dawk li jirreklamaw u ma' kumpaniji oħra; iqis li din hija theddida oħra għas-salvagwardji tal-privatezza fl-Istati Uniti; |
45. |
Ifakkar li l-Istati Uniti tibqa' l-uniku pajjiż mhux tal-UE li qiegħed fuq il-lista tal-UE ta' eżenzjoni mill-obbligu ta' viża u li ma jagħtix aċċess mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Uniti ddaħħal il-ħames Stati Membri kkonċernati (il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, il-Polonja u r-Rumanija) fil-Programm għall-Eżenzjoni mill-Viża tal-Istati Uniti mill-aktar fis possibbli; ifakkar li l-Kummissjoni hija ġuridikament obbligata tadotta att delegat – biex tissospendi temporanjament l-eżenzjoni mill-obbligu tal-viża għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jkunux neħħew l-obbligu ta' viża għaċ-ċittadini ta' ċerti Stati Membri tal-UE – fi żmien 24 xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tan-notifiki f'dan ir-rigward, liema skadenza ntemmet fit-12 ta' April 2016; jistieden lill-Kummissjoni tadotta l-att delegat meħtieġ abbażi tal-Artikolu 265 tat-TFUE; |
46. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-UE hija impenjata biex issaħħaħ id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-prosperità, l-istabbiltà, ir-reżiljenza u s-sigurtà tal-ġirien tagħha b'mod dirett permezz ta' mezzi mhux militari, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni ta' ftehimiet ta' assoċjazzjoni; jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom u jikkoordinaw aħjar l-azzjonijiet, il-proġetti u l-pożizzjonijiet tagħhom fil-viċinat tal-UE, kemm tal-Lvant kif ukoll tan-Nofsinhar; ifakkar li l-politiki tal-iżvilupp u umanitarji tal-UE madwar id-dinja jikkontribwixxu wkoll għas-sigurtà globali; |
47. |
Ifaħħar l-enfasi strateġika u l-ftuħ tal-Istati Uniti fil-konfront tar-reġjun, u jfakkar li l-Balkani jirrappreżentaw sfida għall-Ewropa u għas-sigurtà tal-kontinent kollu; jistieden, għalhekk, lill-Istati Uniti biex tkun involuta fi sforzi konġunti ulterjuri fil-Balkani tal-Punent, b'mod partikolari fit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, tad-demokrazija, tal-libertà tal-espressjoni u fil-kooperazzjoni tas-sigurtà; jirrakkomanda aktar azzjonijiet komuni, bħal mekkaniżmi kontra l-korruzzjoni u l-bini tal-istituzzjonijiet, sabiex jipprovdu aktar sigurtà, stabbiltà, reżiljenza u prosperità ekonomika fil-pajjiżi tar-reġjun kif ukoll jibnu rwol fis-soluzzjoni ta' kwistjonijiet li ilhom pendenti; huwa tal-fehma li l-UE u l-Istati Uniti għandhom jibdew djalogu ġdid ta' livell għoli dwar il-Balkani tal-Punent sabiex jiżguraw li l-għanijiet tal-politika u l-programmi ta' assistenza jkunu allinjati, u, barra minn hekk, jieħdu l-miżuri rilevanti; |
48. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jkollhom rwol aktar attiv u effettiv fir-riżoluzzjoni tal-kunflitt fit-territorju tal-Ukrajna, u jappoġġaw l-isforzi kollha biex tinstab soluzzjoni paċifika dejjiema li tirrispetta l-unità, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna u li tipprevedi r-ritorn tal-Peniżola tal-Krimea lill-Ukrajna, u jħeġġu u jappoġġaw il-proċessi ta' riforma u l-iżvilupp ekonomiku fl-Ukrajna, li jeħtieġ li jkunu kompletament f'konformità mal-impenji tal-Ukrajna u mar-rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet internazzjonali; jesprimi d-diżappunt kbir tiegħu dwar in-nuqqas ta' progress ulterjuri fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk u dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja u tas-sigurtà fil-Lvant tal-Ukrajna; isostni, għalhekk, li s-sanzjonijiet kontra r-Russja għadhom meħtieġa u li l-Istati Uniti għandha tikkoordina l-isforzi tagħha mal-UE; jappella għal kooperazzjoni aktar mill-qrib dwar din il-kwistjoni bejn il-VP/RGħ u r-Rappreżentant Speċjali tal-Istati Uniti għall-Ukrajna; |
49. |
Ifakkar ukoll fl-importanza għall-UE u għall-Istati Uniti li tinstab soluzzjoni għall-kunflitti "ffriżati" fil-Georgia u fil-Moldova; |
50. |
Ifakkar li l-ordni internazzjonali huwa bbażat fuq ir-rispett ta' ftehimiet internazzjonali; jiddispjaċih, f'dan il-kuntest, bid-deċiżjoni tal-Istati Uniti li ma tapprovax il-konklużjonijiet tas-Summit tal-G7 fil-Kanada; itenni l-impenn tiegħu favur id-dritt internazzjonali u l-valuri universali, u b'mod partikolari l-obbligu ta' rendikont, in-nonproliferazzjoni nukleari u r-riżoluzzjoni paċifika tat-tilwim; jissottolinja li l-konsistenza tal-istrateġija tagħna dwar in-nonproliferazzjoni nukleari hija essenzjali għall-kredibbiltà tagħna bħala attur u negozjatur globali ewlieni; jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jikkooperaw biex jiffaċilitaw id-diżarm nukleari u l-miżuri effikaċi għat-tnaqqis tar-riskju nukleari; |
51. |
Jenfasizza li l-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK) mal-Iran huwa ftehim multilaterali sinifikanti u kisba diplomatika notevoli għad-diplomazija multilaterali u għad-diplomazija tal-UE għall-promozzjoni tal-istabbiltà fir-reġjun; ifakkar li l-UE hija determinata li tagħmel l-almu tagħha biex iżżomm il-PAKK mal-Iran bħala pilastru ewlieni tal-istruttura tan-nonproliferazzjoni internazzjonali, b'rilevanza wkoll għall-kwistjoni tal-Korea ta' Fuq, u bħala element kruċjali għas-sigurtà u l-istabbiltà tar-reġjun; itenni l-ħtieġa li jiġu indirizzati b'mod aktar kritiku l-attivitajiet Iranjani relatati mal-missili ballistiċi u l-istabbiltà reġjonali, b'mod speċjali l-involviment tal-Iran fid-diversi kunflitti fir-reġjun, u s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet tal-minoranzi fl-Iran, li huma separati mill-PAKK, fil-formati u l-fora rilevanti; jisħaq fuq il-fatt li l-kooperazzjoni trans-Atlantika fl-indirizzar ta' dawn il-kwistjonijiet hija essenzjali; jissottolinja li, skont il-bosta rapporti tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), l-Iran qiegħed jissodisfa l-impenji tiegħu skont il-PAKK; jikkritika bil-qawwa d-deċiżjoni tal-President Trump li joħroġ mill-PAKK b'mod unilaterali u li jimponi miżuri extraterritorjali fuq il-kumpaniji tal-UE li joperaw fl-Iran; jenfasizza li l-UE hija determinata li tipproteġi l-interessi tagħha u tal-kumpaniji u l-investituri tagħha fid-dawl tal-effett extraterritorjali tas-sanzjonijiet tal-Istati Uniti; jilqa', f'dan il-kuntest, id-deċiżjoni li jiġi attivat ir-"regolament tal-imblukkar" li għandu l-għan li jipproteġi l-interessi kummerċjali tal-UE fl-Iran mill-impatt tas-sanzjonijiet extraterritorjali tal-Istati Uniti, u jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jieħdu kwalunkwe miżura oħra xierqa biex jiġi salvagwardjat il-PAKK; |
52. |
Jinsab imħasseb dwar il-politika tas-sigurtà u tal-kummerċ tal-Istati Uniti fil-Lvant u x-Xlokk tal-Asja, inkluż il-vojt politiku li jirriżulta mill-irtirar tal-Istati Uniti mis-Sħubija Trans-Paċifika (TPP); itenni l-importanza tal-impenn kostruttiv min-naħa tal-UE fil-Lvant u x-Xlokk tal-Asja u fir-reġjun tal-Paċifiku, u jilqa' f'dak il-kuntest, il-politika kummerċjali attiva tal-UE f'dik il-parti tad-dinja u l-inizjattivi tal-UE relatati mas-sigurtà, b'mod partikolari kif imsemmija fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-approfondiment tal-kooperazzjoni tal-UE fil-qasam tas-sigurtà fl-Asja u mal-Asja, anke għal raġunijiet ta' bilanċ politiku u ekonomiku; |
53. |
Jilqa' l-ftuħ ta' djalogi ġodda ta' livell għoli mal-Korea ta' Fuq (RDPK) u s-summit reċenti f'Singapore tat-12 ta' Ġunju 2018; ifakkar li dawn it-taħditiet, li għad iridu juru xi riżultati tanġibbli u verifikabbli, għandhom bħala għan ir-riżoluzzjoni paċifika tat-tensjonijiet u b'hekk il-promozzjoni tal-paċi, tas-sigurtà u tal-istabbiltà reġjonali u globali; jissottolinja li, fl-istess ħin, il-komunità internazzjonali, inklużi l-UE u l-Istati Uniti, jeħtiġilha tkompli tagħmel pressjoni fuq il-Korea ta' Fuq sakemm hija ma tiddenuklearizzax b'mod kredibbli billi tirratifika t-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (CTBT) u tħalli lill-Kummissjoni Preparatorja tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (CTBTO) u lill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) jiddokumentaw id-denuklearizzazzjoni tagħha; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-progress insuffiċjenti li r-RDPK għamlet lejn id-denuklearizzazzjoni, li wassal biex, fl-24 ta' Awwissu 2018, il-President Trump ħassar it-taħditiet li kellhom isiru fir-RDPK mas-Segretarju tal-Istat Mike Pompeo; |
54. |
Ifakkar lill-Istati Uniti li hija għadha ma rratifikatx it-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari, minkejja li hija Stat li jinsab fl-Anness II fejn il-firma tiegħu hija meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat; jirrepeti l-appell tal-VP/RGħ li fiha ħeġġet lill-mexxejja dinjija jirratifikaw it-Trattat; jinkoraġġixxi lill-Istati Uniti tirratifika t-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari mill-aktar fis possibbli u biex tappoġġa ulterjorment lil CTBTO billi tipperswadi lill-Istati li jinsabu fl-Anness II sabiex huma wkoll jirratifikaw it-Trattat; |
55. |
Jinsisti fuq ir-rispett tad-dritt marittimu internazzjonali, inkluż fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Istati Uniti tirratifika l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS); |
56. |
Jitlob kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar ir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti reġjonali u tal-gwerra bi prokura fis-Sirja, peress li n-nuqqas ta' strateġija komuni jimmina r-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti, u jistieden lill-partijiet kollha u lill-atturi reġjonali involuti fil-kunflitt sabiex iżommu lura milli jirrikorru għall-vjolenza u kwalunkwe azzjoni oħra li tista' tiggrava s-sitwazzjoni; jafferma mill-ġdid il-preminenza tal-proċess ta' Ġinevra mmexxi min-NU fir-riżoluzzjoni tal-kunflitt Sirjan, f'konformità mar-riżoluzzjoni 2254 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, innegozjat mill-partijiet għall-kunflitt u b'appoġġ ta' atturi internazzjonali u reġjonali ewlenin; jappella biex ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li qed jinkisru mill-pajjiżi tan-negozjati ta' Astana, jiġu implimentati u rrispettati bis-sħiħ; jappella għal sforzi konġunti li jiggarantixxu aċċess umanitarju sħiħ lil dawk fil-bżonn, u biex ikun hemm investigazzjoni u prosekuzzjoni indipendenti, imparzjali, bir-reqqa u kredibbli ta' dawk responsabbli; jappella wkoll għall-appoġġ, inter alia, tal-ħidma tal-Mekkaniżmu Internazzjonali, Imparzjali u Indipendenti (MIII) dwar id-delitti internazzjonali kommessi fir-Repubblika Għarbija Sirjana sa minn Marzu 2012; |
57. |
Ifakkar li l-UE tappoġġa l-kontinwazzjoni tal-Proċess ta' Paċi sinifikanti fil-Lvant Nofsani favur soluzzjoni ta' żewġ stati, abbażi tal-fruntieri tal-1967, bi stat Palestinjan indipendenti, demokratiku, fattibbli u kontigwu f'koeżistenza paċifika u sigura mal-Istat ta' Iżrael sigur u l-pajjiżi ġirien l-oħra, u jinsisti li trid tiġi evitata kwalunkwe azzjoni li timmina dawn l-isforzi; jiddispjaċih profondament, f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni unilaterali tal-gvern tal-Istati Uniti li ċċaqlaq l-ambaxxata tagħha minn Tel Aviv għal Ġerusalemm u li tirrikonoxxi formalment l-belt bħala l-kapitali ta' Iżrael; jissottolinja li l-kwistjoni ta' Ġerusalemm trid tkun parti minn ftehim ta' paċi finali bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; jenfasizza li l-pjan direzzjonali konġunt għandu jissaħħaħ, u jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Uniti tikkoordina mas-sħab Ewropej tagħha fl-isforzi tagħha għal paċi fil-Lvant Nofsani; |
58. |
Ifaħħar lill-UNRWA u lill-persunal iddedikat tagħha għall-ħidma umanitarja u ta' żvilupp, notevoli u indispensabbli tagħhom, imwettqa favur ir-rifuġjati Palestinjani (fix-Xatt tal-Punent inkluż f'Ġerusalemm tal-Lvant, fl-Istrixxa ta' Gaża, fil-Ġordan, fil-Libanu u fis-Sirja), li hija essenzjali għas-sigurtà u għall-istabbiltà tar-reġjun; jiddispjaċih bil-kbir bid-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti li tnaqqas il-finanzjament tagħha lill-UNRWA u jitlob lill-Istati Uniti jerġgħu jikkunsidraw din id-deċiżjoni; jissottolinja s-sostenn konsistenti tal-Parlament Ewropew u tal-Unjoni Ewropea lill-Aġenzija u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jfornu finanzjament addizzjonali biex jiggarantixxu s-sostenibbiltà tal-attivitajiet tal-UNRWA fit-tul; |
59. |
Jinkoraġġixxi kooperazzjoni ulterjuri bejn il-programmi globali tal-UE u tal-Istati Uniti li jippromwovu d-demokrazija, il-libertajiet tal-media, l-elezzjonijiet ħielsa u ġusti u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet tar-rifuġjati u l-migranti, tan-nisa u tal-minoranzi razzjali u reliġjużi; jenfasizza l-importanza tal-valuri ta' governanza tajba, tal-obbligu ta' rendikont, tat-trasparenza u tal-istat tad-dritt li huma l-bażi tad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem; itenni l-pożizzjoni b'saħħitha u ta' prinċipju tal-UE kontra l-piena tal-mewt u favur moratorju universali fuq il-piena kapitali bl-għan li tiġi abolita fuq livell dinji; jissottolinja l-ħtieġa għal kooperazzjoni fil-prevenzjoni tal-kriżi u fil-konsolidament tal-paċi, kif ukoll fir-risposta għall-emerġenzi umanitarji; |
60. |
Itenni li l-UE u l-Istati Uniti għandhom interessi komuni fl-Afrika, fejn it-tnejn li huma jeħtiġilhom jikkoordinaw u jintensifikaw l-appoġġ tagħhom fil-livelli lokali, reġjonali u multinazzjonali għall-governanza tajba, għad-drittijiet tal-bniedem, għall-iżvilupp soċjali sostenibbli, għall-protezzjoni ambjentali, għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, għall-governanza ekonomika u kwistjonijiet ta' sigurtà, kif ukoll għar-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti reġjonali, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-tranżazzjonijiet finanzjarji illegali, il-vjolenza u t-terroriżmu; huwa tal-fehma li koordinament aħjar bejn l-UE u l-Istati Uniti, anki permezz ta' djalogu politiku msaħħaħ u tfassil ta' strateġiji konġunti dwar l-Afrika filwaqt li jitqiesu l-fehmiet tal-organizzazzjonijiet reġjonali u l-gruppi subreġjonali, jistgħu jwasslu għal azzjoni aktar effikaċi u l-użu tar-riżorsi; |
61. |
Jenfasizza l-importanza tal-interessi politiċi, ekonomiċi u tas-sigurtà komuni tal-UE u tal-Istati Uniti, fir-rigward tal-politiki ekonomiċi ta' pajjiżi bħaċ-Ċina u r-Russja, u jfakkar li l-isforzi konġunti, inkluż fil-livell tad-WTO, jistgħu jkunu ta' għajnuna biex jiġu indirizzati kwistjonijiet bħall-iżbilanċi attwali fil-kummerċ globali u s-sitwazzjoni fl-Ukrajna; jistieden lill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti biex ma tkomplix timblokka n-nomini tal-imħallfin għall-Korp tal-Appell tad-WTO; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib fir-rigward tal-istrateġija taċ-Ċina "One Belt One Road", inkluż permezz tal-iżvilupp ta' kooperazzjoni f'dan ir-rigward bejn l-UE u d-Djalogu Kwadrilaterali dwar is-Sigurtà (QUAD) bejn l-Istati Uniti, l-Indja, il-Ġappun u l-Awstralja; |
62. |
Jindika l-ħtieġa għal kooperazzjoni aħjar dwar il-politika dwar l-Artiku, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Kunsill tal-Artiku, speċjalment peress li bit-tibdil fil-klima jistgħu jinfetħu rotot ta' navigazzjoni ġodda u riżorsi naturali jistgħu jsiru disponibbli; |
63. |
Jinsisti li l-migrazzjoni hija fenomenu globali u għalhekk għandha tiġi indirizzata permezz ta' kooperazzjoni, sħubija u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tas-sigurtà,iżda anke billi jiġu ġestiti r-rotot migratorji u jiġi segwit approċċ globali fil-livell tan-NU bbażat fuq ir-rispett tad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari l-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 u l-Protokoll tagħha tal-1967; jilqa' l-isforzi li saru s'issa fin-NU sabiex jintlaħaq patt globali għal migrazzjoni sikura, ordnata u regolari kif ukoll patt globali dwar ir-refuġjati, u jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-Istati Uniti ta' Diċembru 2017 li tirtira mid-diskussjonijiet; jitlob li jkun hemm politika konġunta biex jiġu miġġielda l-kawżi profondi tal-migrazzjoni; |
64. |
Jappoġġa l-kooperazzjoni mtejba bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar kwistjonijiet tal-enerġija, inkluż l-enerġija rinnovabbli, li tibni fuq il-qafas tal-Kunsill tal-Enerġija bejn l-UE u l-Istati Uniti; għalhekk, iġedded l-appell tiegħu sabiex jitkomplew il-laqgħat; jappella, barra minn hekk, għal aktar kooperazzjoni dwar ir-riċerka fil-qasam tal-enerġija u tat-teknoloġiji ġodda, kif ukoll għal kooperazzjoni biex jiġu protetti infrastrutturi tal-enerġija kontra ċ-ċiberattakki; jinsisti dwar il-ħtieġa li naħdmu flimkien fuq il-provvisti tal-enerġija, u jenfasizza li tenħtieġ kjarifika ulterjuri dwar kif se jissokta r-rwol ta' tranżitu tal-Ukrajna; |
65. |
Jenfasizza t-tħassib tiegħu dwar il-Pipeline Nord Stream 2 u r-rwol potenzjalment diviżiv tiegħu fir-rigward tas-sigurtà tal-enerġija u s-solidità tal-Istati Membri, u jilqa' l-appoġġ tal-Istati Uniti biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-enerġija fl-Ewropa; |
66. |
Jiddispjaċih bl-irtirar tal-Istati Uniti mill-Ftehim ta' Pariġi, madankollu jfaħħar l-isforzi kontinwi ta' individwi, kumpaniji, bliet u stati fl-Istati Uniti li għadhom jaħdmu għat-twettiq tal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u jenfasizza l-ħtieġa ta' involviment akbar tal-UE ma' dawn l-atturi; jieħu nota li t-tibdil fil-klima ma għadux parti mill-Istrateġija dwar is-Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti; jafferma mill-ġdid l-impenn tal-UE għall-Ftehim ta' Pariġi u għall-Aġenda 2030 tan-NU, u jenfasizza l-ħtieġa li dawn jiġu implimentati sabiex jiggarantixxu sigurtà globali u żvilupp ta' ekonomija u soċjetà aktar sostenibbli, u jfakkar li l-bidla lejn ekonomija ekoloġika tinvolvi ħafna opportunitajiet għall-impjiegi u għat-tkabbir; |
67. |
Jinkoraġġixxi kooperazzjoni ulterjuri fl-oqsma tal-innovazzjoni, xjenza u t-teknoloġija, u jappella għat-tiġdid tal-Ftehim dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti; |
Niddefendu ordni kummerċjali bbażat fuq ir-regoli fi żminijiet diffiċli
68. |
Jinnota li fl-2017 l-Istati Uniti kienet l-akbar suq għall-esportazzjonijiet tal-UE u t-tieni l-akbar sors ta' importazzjonijiet tal-UE; jinnota li hemm differenzi fid-defiċits u fl-eċċessi kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti fir-rigward ta' kummerċ fi prodotti, kummerċ f'servizzi, kummerċ diġitali u f'investiment barrani dirett; jenfasizza li r-relazzjoni kummerċjali u ta' investiment UE-Stati Uniti – li hija l-akbar fid-dinja u waħda li kienet dejjem ibbażata fuq valuri komuni – hija waħda mill-aktar muturi importanti tat-tkabbir ekonomiku, tal-kummerċ u tal-prosperità fil-livell globali; jinnota, barra minn hekk, li l-UE għandha bilanċ eċċessiv li jammonta għal USD 147 biljun fi prodotti flimkien mal-Istati Uniti; jinnota li l-impriżi tal-UE jimpjegaw 4,3 miljun ħaddiem fl-Istati Uniti; |
69. |
Jenfasizza li l-UE u l-Istati Uniti huma żewġ protagonisti f'dinja globalizzata li qed tevolvi b'mod rapidu u b'intensità mingħajr preċedent, u b'kunsiderazzjoni tal-isfidi komuni, l-UE u l-Istati Uniti għandhom interess komuni biex jikkollaboraw u jikkoordinaw dwar kwistjonijiet tal-politika kummerċjali, bil-għan li jsawru s-sistema kummerċjali multilaterali fil-ġejjieni u l-istandards globali; |
70. |
Jindika li r-rwol ewlieni tad-WTO fi ħdan is-sistema multilaterali huwa l-aħjar għażla biex tiġi garantita sistema miftuħa, ġusta u msejsa fuq ir-regoli, li tikkunsidra u tibbilanċja l-bosta interessi differenti tal-membri tagħha; itenni l-appoġġ tiegħu biex is-sistema kummerċjali multilaterali tkompli tissaħħaħ; jappoġġa l-ħidma mwettqa mill-Kummissjoni sabiex flimkien mal-Istati Uniti tkompli taħdem biex tinstab risposta pożittiva komuni għall-isfidi istituzzjonali u sistemiċi attwali; |
71. |
Jenfasizza r-rwol tad-WTO biex tinstab soluzzjoni għat-tilwim relatat mal-kummerċ; jappella lill-membri kollha tad-WTO jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-sistema tad-WTO għar-riżoluzzjoni ta' tilwim; jiddispjaċih f'dan ir-rigward bl-imblukkar min-naħa tal-Istati Uniti ta' nomini ġodda biex jimtlew il-karigi battala fil-Korp tal-Appell, li qed thedded il-funzjonament stess tad-WTO f'dik li hi r-riżoluzzjoni ta' tilwim; jistieden lill-Kummissjoni u lill-membri kollha tad-WTO jesploraw modi biex jegħlbu dan l-imblokk rigward it-tiġdid tal-imħallfin fil-Korp tal-Appell tad-WTO u, jekk ikun meħtieġ, billi jirriformaw is-sistema ta' riżoluzzjoni tat-tilwim; iqis li dawn ir-riformi jista' jkollhom l-għan li jiżguraw l-ogħla livell possibbli ta' effiċjenza u indipendenza tas-sistema filwaqt li jibqgħu konsistenti mal-valuri u mal-approċċ ġenerali li l-UE ddefendiet b'mod kostanti sa mill-ħolqien tad-WTO, partikolarment, il-promozzjoni tal-kummerċ ħieles u ġust fuq bażi globali, skont l-istat tad-dritt, u l-ħtieġa li l-membri kollha tad-WTO jikkonformaw mal-obbligi kollha tad-WTO; |
72. |
Jilqa' bi pjaċir – minkejja li jiddispjaċih bin-nuqqas ta' riżultati miksuba waqt il-Ħdax-il Konferenza Ministerjali tad-WTO (MC11) – l-iffirmar tad-dikjarazzjoni konġunta dwar it-tneħħija ta' distorsjonijiet tas-suq inġusti u ta' prattiki protezzjonistiċi, mill-Istati Uniti, mill-UE u mill-Ġappun, li ġiet enfasizzata wkoll fl-istqarrija tal-G20 f'Lulju 2017; jitlob li jkun hemm aktar kooperazzjoni mal-Istati Uniti u mal-Ġappun dwar din il-kwistjoni biex jiġu indirizzati l-prattiki kummerċjali inġusti bħad-diskriminazzjoni, l-aċċess limitat għas-suq, id-dumping u s-sussidji; |
73. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex flimkien mal-Istati Uniti u ma' membri oħra tad-WTO, tistabbilixxi pjan ta' ħidma dwar it-tneħħija ta' sussidji ta' distorsjoni fis-setturi tal-qoton u tas-sajd (partikolarment fir-rigward tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU)); jappella għal kooperazzjoni biex isir progress fl-aġenda multilaterali dwar kwistjonijiet ġodda bħall-kummerċ elettroniku, il-kummerċ diġitali, inkluż l-iżvilupp diġitali, il-faċilitazzjoni tal-investiment, il-kummerċ u l-ambjent, u l-kummerċ u l-ugwaljanza bejn is-sessi, u wkoll biex jiġu promossi politiki speċifiċi li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (MSMEs) fl-ekonomija globali; |
74. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jippromwovu l-kooperazzjoni fil-livell internazzjonali sabiex jissaħħu l-ftehimiet internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku, partikolarment il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi; |
75. |
Jistieden lill-Kummissjoni tidħol fi djalogu mal-Istati Uniti bil-ħsieb li jitkomplew in-negozjati għall-Ftehimiet plurilaterali dwar il-Beni Ambjentali (EGA)u għal-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA); |
76. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jakkomunaw ir-riżorsi biex jiġġieldu kontra l-politiki u l-prattiki kummerċjali inġusti, filwaqt li jirrispettaw ir-regoli multilaterali u l-proċess tad-WTO għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, u jevitaw azzjonijiet unilaterali, peress li dawn huma ta' ħsara għall-ktajjen ta' valur globali li fihom joperaw il-kumpaniji tal-UE u tal-Istati Uniti; jiddispjaċih ferm bl-inċertezza fis-sistema kummerċjali internazzjonali li nħolqot minħabba l-użu mill-Istati Uniti ta' strumenti u għodod ta' politika (pereżempju t-Taqsima 232 mill-1962 u t-Taqsima 301 mill-1974) li kienu stabbiliti qabel il-ħolqien tad-WTO u tas-sistema għar-riżoluzzjoni tat-tilwim tagħha; jinnota f'dan ir-rigward li d-deċiżjoni tal-Istati Uniti li timponi dazji fuq l-azzar u tal-aluminju skont it-Taqsima 232 ma tistax tiġi ġġustifikata fuq il-bażi ta' sigurtà nazzjonali, u jistieden lill-Istati Uniti tagħti lill-UE u lill-alleati l-oħra eżenzjoni sħiħa u permanenti mill-miżuri; jistieden lill-Kummissjoni tirreaġixxi bis-sod jekk dawn it-tariffi jintużaw bħala mezz biex jitrażżnu l-esportazzjonijiet tal-UE; jisħaq ukoll fuq l-illeġitimità ta' kwalunkwe sanzjoni li tista' tittieħed mill-Istati Uniti bħala kontromiżura fuq il-beni Ewropej wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Korp tal-Appell għall-Konformità fil-qafas tal-ilment mill-Istati Uniti kontra l-UE dwar miżuri li jaffettwaw il-kummerċ f'ajruplani ċivili kbar, peress li 204 mill-218-il talba mressqa mill-Istati Uniti ġew rifjutati mid-WTO u għad baqa' rapport ulterjuri pendenti dwar il-każ relatat kontra s-sussidji illegali tal-Istati Uniti; |
77. |
Jieħu nota tal-fatt li l-kooperazzjoni bilaterali bejn l-UE u l-Istati Uniti baqgħet għaddejja fuq firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet regolatorji, kif evidenzjat permezz tal-ftehim bilaterali li ġie konkluż dan l-aħħar dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jew dwar il-ftehim ta' rikonoxximent reċiproku dwar ir-rikonoxximent ta' spezzjonijiet ta' produtturi tal-mediċini; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jirrispettaw bis-sħiħ ir-rwol tal-Parlament Ewropew f'dan il-proċess; |
78. |
Jisħaq fuq l-importanza kruċjali tal-proprjetà intellettwali għall-ekonomiji tal-UE u tal-Istati Uniti; jappella liż-żewġ partijiet jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku, jiggarantixxu livelli għoljin ta' protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, u jiżguraw li dawk li joħolqu prodotti innovattivi ta' kwalità għolja jkunu jistgħu jkomplu jagħmlu dan; |
79. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jtejbu l-aċċess għas-suq tal-SMEs li jesportaw lejn l-Istati Uniti u lejn l-UE, permezz ta' żieda fit-trasparenza dwar ir-regoli eżistenti u dwar il-ftuħ tas-suq fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku, pereżempju permezz ta' portal għall-SMEs; |
80. |
Jenfasizza l-importanza tas-suq tal-Istati Uniti għall-SMEs tal-UE; jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jindirizzaw l-effett sproporzjonat li t-tariffi, l-ostakli nontariffarji u l-ostakli tekniċi għall-kummerċ għandhom fuq l-SMEs fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku, li jkopru mhux biss it-tnaqqis fit-tariffi iżda wkoll semplifikazzjoni tal-proċeduri doganali u potenzjalment mekkaniżmi ġodda li għandhom l-għan li jgħinu lill-SMEs jiskambjaw l-esperjenzi u l-aħjar prattiki fix-xiri u l-bejgħ fis-swieq tal-UE u tal-Istati Uniti; |
81. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti, fil-qafas tal-kooperazzjoni bilaterali tagħhom, iżommu lura minn kompetizzjoni fiskali ma' xulxin, peress li din twassal biss għal tnaqqis fl-investiment fiż-żewġ ekonomiji; |
82. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jaqblu dwar qafas għal kummerċ diġitali li jirrispetta l-oqfsa ġuridiċi eżistenti u l-ftehimiet dwar il-protezzjoni tad-data u r-regoli tal-privatezza tad-data taż-żewġ naħat, li huma partikolarment rilevanti għas-settur tas-servizzi; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-UE u l-Istati Uniti għandhom jaħdmu flimkien biex iħeġġu lil pajjiżi terzi jadottaw standards għoljin ta' protezzjoni tad-data; |
83. |
Jappella lill-UE u lill-Istati Uniti biex iqawwu l-kooperazzjoni dwar it-tibdil fil-klima; jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jużaw negozjati kummerċjali attwali u futuri, fil-livelli kollha, biex jiżguraw l-applikazzjoni ta' standards miftiehma fuq livell internazzjonali bħalma huma l-Ftehim ta' Pariġi, biex jippromwovu l-kummerċ fi prodotti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, inkluża t-teknoloġija, u sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni globali tal-enerġija, b'aġenda kummerċjali internazzjonali ċara u koordinata, kemm biex jiġi protett l-ambjent kif ukoll biex jinħolqu opportunitajiet għall-impjiegi u t-tkabbir; |
84. |
Jemmen li ftehim potenzjali ġdid dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment bejn l-UE u l-Istati Uniti, la jista' jiġi negozjat taħt pressjoni u lanqas taħt theddid, u huwa biss ftehim wiesa', ambizzjuż, bilanċjat u komprensiv li jkopri l-oqsma kummerċjali kollha li jista' jkun ta' interess għall-UE; jinnota, f'dan ir-rigward, li tista' tkun ta' vantaġġ il-possibbiltà li jinħoloq mekkaniżmu speċifiku u permanenti ta' kooperazzjoni regolatorja u konsultattiva; jistieden lill-Kummissjoni tissokta n-negozjati mal-Istati Uniti fiċ-ċirkostanzi t-tajba; |
85. |
Jenfasizza li l-flussi kummerċjali jirrikjedu dejjem aktar modi ġodda, aktar rapidi u aktar siguri biex jiġu trasferiti prodotti u servizzi bejn il-fruntieri; jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti, bħala sħab kummerċjali ewlenin, u bl-għan li jiffaċilitaw il-kummerċ, jikkollaboraw fuq soluzzjonijiet ta' teknoloġija diġitali relatati mal-kummerċ; |
86. |
Ifakkar fl-importanza tad-djalogu u l-kooperazzjoni eżistenti bejn l-UE u l-Istati Uniti fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija; jirrikonoxxi r-rwol tal-isforzi bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni bħala l-muturi ewlenin tal-għarfien u t-tkabbir ekonomiku, u jappoġġa t-tkomplija u l-espansjoni tal-Ftehim dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti wara l-2018, bl-għan li jitrawmu r-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġiji ġodda emerġenti, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u l-ħolqien ta' aktar impjiegi u impjiegi aħjar, il-kummerċ sostenibbli u t-tkabbir inklużiv; |
87. |
Jikkondividi t-tħassib tal-Istati Uniti dwar il-kapaċità żejda fil-qasam tal-azzar globali; jiddispjaċih, fl-istess ħin, li l-miżuri unilaterali u mhux kompatibbli mad-WTO għandhom l-iskop biss li jdgħajfu l-integrità ta' ordni ta' negozjar ibbażat fuq ir-regoli; jissottolinja li anke jekk l-UE jkollha eżenzjoni permanenti mit-tariffi tal-Istati Uniti dan ma jilleġittimax din il-linja ta' azzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mal-Istati Uniti biex issaħħaħ l-isforzi ħalli tiġi miġġielda l-kapaċità żejda fil-qasam tal-azzar fi ħdan il-qafas tal-Forum Globali tal-G20, sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal enormi tal-azzjoni multilaterali; itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-azzjonijiet konġunti u miftiehma fi ħdan is-sistemi kummerċjali bbażati fuq ir-regoli huma l-aħjar mod biex jissolvew dawn il-problemi globali; |
88. |
Jafferma mill-ġdid l-importanza li l-UE u l-Istati Uniti jindirizzaw, b'mod ikkoordinat u kostruttiv, il-modernizzazzjoni meħtieġa tad-WTO, bil-għan li din issir aktar effikaċi, trasparenti u responsabbli, kif ukoll biex jiżguraw li, fil-proċess ta' tfassil ta' regoli u politiki kummerċjali internazzjonali, jiġu integrati b'mod xieraq id-dimensjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi, dawk soċjali, ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem; |
89. |
Jindika li l-UE tissimbolizza ekonomija tas-suq mingħajr distorsjoni, kif ukoll valuri miftuħa u msejsa fuq ir-regoli kif ukoll il-kummerċ ġust; itenni l-appoġġ tiegħu għall-istrateġija tal-Kummissjoni b'risposta għall-politika kummerċjali attwali tal-Istati Uniti, filwaqt li tikkonforma mar-regoli tas-sistema kummerċjali multilaterali; jappella għall-għaqda fost l-Istati Membri kollha tal-UE, u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa approċċ komuni biex tindirizza din is-sitwazzjoni; jisħaq fuq l-importanza li tiġi ppreservata l-unità tal-Istati Membri tal-UE f'dan ir-rigward, peress li l-azzjonijiet konġunti tal-UE fil-qafas tal-politika kummerċjali komuni u l-unjoni doganali tal-UE fil-livell internazzjonali, kif ukoll fil-livell bilaterali mal-Istati Uniti, urew li huma ferm aktar effikaċi minn kwalunkwe inizjattiva meħuda minn Stati Membri individwali; itenni li l-UE tinsab lesta biex taħdem mal-Istati Uniti dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku relatati mal-kummerċ fi ħdan ir-regoli tas-sistema kummerċjali multilaterali; |
90. |
Jiddispjaċih bid-deċiżjoni tal-President Trump li joħroġ lill-Istati Uniti mill-PAKK u l-effett li din id-deċiżjoni se jkollha fuq il-kumpaniji tal-UE li jinnegozjaw fl-Iran; jappoġġa l-isforzi kollha tal-UE mmirati biex tissalvagwardja l-interessi ta' kumpaniji tal-UE li jinvestu fl-Iran, b'mod partikolari d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tattiva l-Istatut ta' Imblukkar, li jixhed l-impenn tal-UE fir-rigward tal-PAKK; jemmen li l-istess statut jista' jintuża kull fejn huwa xieraq; |
91. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jsaħħu l-kooperazzjoni u l-isforzi biex jimplimentaw u jespandu skemi ta' diliġenza dovuta għall-impriżi sabiex isaħħu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fuq livell internazzjonali, inkluż fil-qasam tal-kummerċ ta' minerali u metalli li joriġinaw minn żoni milquta minn kunflitti; |
92. |
Jiddeplora d-diżimpenn tal-Istati Uniti mill-protezzjoni tal-ambjent; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, dwar id-deċiżjoni tal-President Trump – meta l-Istati Uniti hija l-akbar importatur ta' trofej tal-kaċċa tal-iljunfanti – li jneħħi l-projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' trofej bħal dawn minn ċerti pajjiżi Afrikani, inkluż iż-Żimbabwe u ż-Żambja; |
93. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jkomplu u jsaħħu l-kooperazzjoni parlamentari trans-Atlantika, li għandha twassal għal qafas politiku usa' u msaħħaħ biex jittejbu r-rabtiet kummerċjali u ta' investiment bejn l-UE u l-Istati Uniti; |
94. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-Istati Uniti u ċ-Ċina jistgħu jilħqu ftehim li ma jkunx kompletament kompatibbli mad-WTO, li jista' wkoll jimmina l-interessi tagħna u jixħet dell ikrah fuq ir-relazzjonijiet trans-Atlantiċi kummerċjali; jenfasizza, għalhekk, il-bżonn ta' ftehim aktar globali mas-sħab kummerċjali prinċipali tagħna, b'kunsiderazzjoni tal-interessi komuni tagħna madwar id-dinja. |
o
o o
95. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lis-SEAE u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-pajjiżi ta' adeżjoni u dawk kandidati, lill-President tal-Istati Uniti u lis-Senat u lill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti. |
(1) ĠU L 309, 29.11.1996, p. 1.
(2) Testi adottati, P8_TA(2018)0068.
(3) ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 226.
(4) ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 198.
(5) ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 124.
(6) ĠU C 65, 19.2.2016, p. 120.
(7) Testi adottati, P8_TA(2016)0435.
(8) Testi adottati, P8_TA(2017)0493.
(9) Testi adottati, P8_TA(2017)0492.
(10) Testi adottati, P8_TA(2018)0042.
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/103 |
P8_TA(2018)0343
Il-qagħda tar-relazzjonijiet UE-Ċina
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2018 dwar il-qagħda tar-relazzjonijiet UE-Ċina (2017/2274(INI))
(2019/C 433/13)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-fatt li r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-UE u ċ-Ċina ilhom stabbiliti mis-6 ta' Mejju 1975, |
— |
wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika bejn l-UE u ċ-Ċina varata fl-2003, |
— |
wara li kkunsidra l-qafas legali prinċipali għar-relazzjonijiet maċ-Ċina, jiġifieri l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Ekonomika bejn il-KEE u ċ-Ċina (1), iffirmat f'Mejju 1985, li jkopri r-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali u l-programm ta' kooperazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina, |
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda Strateġika għall-Kooperazzjoni UE-Ċina 2020 li ntlaħaq qbil dwarha fil-21 ta' Novembru 2013, |
— |
wara li kkunsidra d-djalogu politiku strutturat bejn l-UE u ċ-Ċina li ġie formalment stabbilit fl-1994 u d-Djalogu Strateġiku ta' Livell Għoli dwar kwistjonijiet strateġiċi u fil-qasam tal-politika barranija li ġie stabbilit fl-2010, b'mod partikolari l-Ħames u s-Seba' Djalogi Strateġiċi ta' Livell Għoli bejn l-UE u ċ-Ċina li saru f'Beijing fis-6 ta' Mejju 2015 u fid-19 ta' april 2017 rispettivament, |
— |
wara li kkunsidra n-negozjati għal Ftehim ġdid ta' Sħubija u Kooperazzjoni, li bdew fl-2007, |
— |
wara li kkunsidra n-negozjati għal Ftehim Bilaterali ta' Investiment li bdew f'Jannar 2014, |
— |
wara li kkunsidra d-Dsatax-il Summit UE-Ċina, li sar fi Brussell fl-1 u t-2 ta' Ġunju 2017; |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-22 ta' Ġunju 2016 intitolata "Elementi għal strateġija ġdida tal-UE dwar iċ-Ċina" (JOIN(2016)0030), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2016 dwar strateġija tal-UE dwar iċ-Ċina, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport konġunt mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-24 ta' April 2018 intitolat "Ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong: Rapport Annwali tal-2017" (JOIN(2018)0007), |
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Kunsill tal-15 ta' Ġunju 2012 dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-UE fl-Asja tal-Lvant, |
— |
wara li kkunsidra l-adozzjoni tal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali l-ġdida mill-Kumitat Permanenti tal-Kungress Popolari Nazzjonali Ċiniż fl-1 ta' Lulju 2015, |
— |
wara li kkunsidra l-White Paper dwar l-istrateġija militari taċ-Ċina tas-26 ta' Mejju 2015, |
— |
wara li kkunsidra d-djalogu UE-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem, varat fl-1995, u l-35 sessjoni tiegħu, li saret fi Brussell fit-22 u fit-23 ta' Ġunju 2017, |
— |
wara li kkunsidra aktar minn 60 djalogu settorjali bejn l-UE u ċ-Ċina, |
— |
wara li kkunsidra l-fatt li, fi Frar 2012, ġie stabbilit id-Djalogu Interpersonali ta' Livell Għoli bejn l-UE u ċ-Ċina, li jakkomoda l-inizjattivi konġunti kollha bejn l-UE u ċ-Ċina f'dan il-qasam, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u ċ-Ċina, li daħal fis-seħħ fis-sena 2000 (2), u l-Ftehim ta' Sħubija Xjentifika u Teknoloġika li ġie ffirmat fl-20 ta' Mejju 2009, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, li daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016, |
— |
wara li kkunsidra d-Djalogu dwar l-Enerġija bejn il-Komunità Ewropea u ċ-Ċina, |
— |
wara li kkunsidra r-Round Tables UE-Ċina, |
— |
wara li kkunsidra d-Dsatax-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina, li sar bejn it-18 u l-24 ta' Novembru 2017, |
— |
wara li kkunsidra l-"Liġi tat-Taxxa dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent" ippromulgata mill-Kungress Popolari Nazzjonali f'Diċembru 2016, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2018, |
— |
wara li kkunsidra l-fatt li l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni ddikjarat li l-fatturi ambjentali għandhom impatt fuq il-flussi ta' migrazzjoni nazzjonali u internazzjonali, meta n-nies jitilqu minn postijiet b'kundizzjonijiet ħarxa jew li qed jiddeterjoraw minħabba tibdil fil-klima aċċelerat (3), |
— |
wara li kkunsidra s-Sena tat-Turiżmu UE-Ċina 2018 (ECTY), varata f'Venezja fid-19 ta' Jannar 2018, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Klabb tal-Korrispondenti taċ-Ċina (FCCC) dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, maħruġ fit-30 ta' Jannar 2018 u intitolat "Access Denied – Surveillance, harassment and intimidation as reporting conditions in China deteriorate" (Aċċess Irrifjutat – Sorveljanza, fastidju u intimidazzjoni hekk kif qegħdin jiddetterjoraw il-kundizzjonijiet tar-rappurtar fiċ-Ċina), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-UE - Punt 4, maħruġa waqt is-37 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fit-13 ta' Marzu 2018 intitolata "Is-sitwazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem li tirrikjedi l-attenzjoni tal-Kunsill", |
— |
wara li kkunsidra l-41 laqgħa interparlamentari PE-Ċina, li saret f'Beijing f'Mejju 2018, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar iċ-Ċina, b'mod partikolari dawk tat-2 ta' Frar 2012 dwar il-politika barranija tal-UE rigward il-BRICS u setgħat emerġenti oħra: objettivi u strateġiji (4), u tat-23 ta' Mejju 2012 dwar l-UE u ċ-Ċina: kummerċ żbilanċjat? (5), tal-14 ta' Marzu 2013 dwar it-theddidiet nukleari u d-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (6), tal-5 ta' Frar 2014 dwar qafas tal-2030 għal politiki tal-klima u tal-enerġija (7), tas-17 ta' April 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Korea ta' Fuq (8), tal-21 ta' Jannar 2016 dwar il-Korea ta' Fuq (9), u tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar ir-Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) (10), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta' Settembru 2006 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina (11), tal-5 ta' Frar 2009 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi maċ-Ċina (12), tal-14 ta' Marzu 2013 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina (13), tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar in-negozjati UE-Ċina għal ftehim ta' investiment bilaterali (14) u dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u t-Tajwan (15), tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina (16), u r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar Hong Kong, 20 snin wara t-trasferiment (17), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar it-Tibet, b'mod partikolari r-reliġjużi nisa u rġiel li jaħarqu lilhom infushom (18), tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tibet (19), tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar it-tneħħija tal-organi fiċ-Ċina (20), u tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar il-każijiet tal-Akkademja Buddista Tibetana Larung Gar u ta' Ilham Tohti (21), tas-16 ta' Marzu 2017 dwar il-prijoritajiet tal-UE għas-sessjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2017 (22), tas-6 ta' Lulju 2017 dwar każijiet tal-lawreat Nobel Liu Xiabo u Lee Ming-che (23) u tat-18 ta' Jannar 2018 dwar każijiet ta' attivisti tad-drittijiet tal-bniedem Wu Gan Xie Yang, Lee Ming-che u Tashi Wangchuk, u l-patri Tibetan Choekyi (24), |
— |
wara li kkunsidra l-embargo fuq l-armi tal-UE introdott wara r-repressjoni ta' Tiananmen ta' Ġunju 1989, kif appoġġjat mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2006 dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-PESK (25), |
— |
wara li kkunsidra d-disa' ċikli ta' taħditiet li saru bejn l-2002 u l-2010 bejn rappreżentanti ta' livell għoli tal-gvern Ċiniż u d-Dalai Lama, dwar il-White Paper taċ-Ċina dwar it-Tibet, intitolata "Tibet's Path of Development Is Driven by an Irresistible Historical Tide" (Il-Passaġġ tat-Tibet lejn l-Iżvilupp hu Xprunat minn Marea Storika Irreżistibbli), li ġiet ippubblikata mill-Uffiċċju ta' Informazzjoni tal-Kunsill tal-Istat Ċiniż fil-15 ta' April 2015, u l-Memorandum tal-2008 u n-Nota tal-2009 dwar l-Awtonomija Ġenwina, it-tnejn li huma ppreżentati mir-Rappreżentanti tal-14-il Dalai Lama; |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0252/2018), |
A. |
billi d-Dsatax-il Summit UE-Ċina fl-2017 mexxa' 'l quddiem sħubija strateġika bilaterali, li għandha impatt globali, u li enfasizzat impenji konġunti biex jiġu indirizzati l-isfidi globali, it-theddidiet komuni ta' sigurtà u l-promozzjoni tal-multilateraliżmu; billi hemm ħafna oqsma fejn il-kooperazzjoni kostruttiva tista' twassal għal benefiċċji reċiproċi, inkluż f'fora internazzjonali bħan-NU u l-G20; billi l-UE u ċ-Ċina kkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jtejbu l-kooperazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 rigward il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, it-tnaqqis fl-użu tal-karburanti fossili, il-promozzjoni ta' enerġija nadifa u t-tnaqqis tat-tniġġis; billi hemm bżonn aktar kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn iż-żewġ naħat f'dan is-settur, inkluż fil-qasam tar-riċerka u fl-iskambju tal-aħjar prattiki; billi ċ-Ċina adottat skema għan-negozjar ta' emissjonijiet tal-karbonju bbażata fuq l-EU ETS; billi l-viżjoni tal-UE għal governanza multilaterali hija waħda ta' ordni abbażi tar-regoli u fuq valuri universali, bħad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, it-trasparenza u r-responsabbiltà; filwaqt li fil-kuntest ġeopolitiku attwali huwa aktar importanti minn qatt qabel li jiġu promossi l-multilateraliżmu u sistema bbażata fuq ir-regoli; billi l-UE tistenna li r-relazzjoni tagħha maċ-Ċina tkun waħda ta' benefiċċju reċiproku, kemm f'termini politiċi kif ukoll ekonomiċi; billi l-UE tistenna li ċ-Ċina tonora r-responsabbiltajiet tagħha b'konformità mal-impatt globali tagħha u li tappoġġja l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli li minnu tgawdi hija wkoll; |
B. |
billi l-kooperazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina dwar il-politika barranija, is-sigurtà u d-difiża, u fil-ġlieda kontra t-terroriżmu hija importanti immens; billi l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ naħat kienet essenzjali biex jiġi żgurat il-ftehim nukleari mal-Iran; billi l-pożizzjoni taċ-Ċina wettqet rwol ewlieni fil-ħolqien ta' spazju għal negozjati waqt il-kriżi tal-Korea ta' Fuq; |
C. |
billi, fi proċess li fil-parti l-kbira baqa' injorat fl-Ewropa, it-tmexxija Ċiniża qawwiet l-isforzi tagħha b'mod gradwali u sistematiku biex issarraf il-piż ekonomiku tagħha f'influwenza politika, partikolarment permezz ta' investimenti strateġiċi infrastrutturali u konnessjonijiet tat-trasport ġodda, kif ukoll b'komunikazzjoni strateġika li għandha l-għan li tinfluwenza lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-qasam politiku u ekonomiku Ewropew, il-midja, l-universitajiet u l-pubblikaturi akkademiċi u l-pubbliku inġenerali, sabiex issawwar il-perċezzjonijiet tagħhom dwar iċ-Ċina u toffri stampa pożittiva tal-pajjiż, billi tibni "netwerks" ta' organizzazzjonijiet Ewropej u ta' individwi madwar is-soċjetajiet li jagħtuha appoġġ; billi s-sorveljanza min-naħa taċ-Ċina tal-għadd kbir ta' studenti Ċiniżi li issa qegħdin jistudjaw madwar l-Ewropa hija kawża ta' tħassib, bħalma huma l-isforzi tagħha biex tikkontrolla lil dawk in-nies fl-Ewropa li ħarbu miċ-Ċina; |
D. |
billi l-format 16+1 bejn iċ-Ċina fuq naħa waħda, u 11-il Pajjiż tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (CEEs) u ħames pajjiżi Balkani fuq l-oħra, ġie stabbilit fl-2012 fid-dawl tal-kriżi finanzjarja u bħala parti mid-diplomazija subreġjonali Ċiniża intiża biex tiżviluppa proġetti ta' infrastruttura fuq skala kbira u ssaħħaħ il-kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali; billi l-investiment u l-finanzjament Ċiniż previst f'dawn il-pajjiżi huwa sostanzjali, iżda mhux importanti daqs l-investiment u l-parteċipazzjoni tal-UE; billi l-pajjiżi Ewropej li qegħdin jipparteċipaw f'dan il-format għandhom jikkunsidraw li jagħtu aktar importanza lill-kunċett ta' vuċi waħda għall-UE fir-relazzjonijiet tagħha maċ-Ċina; |
E. |
billi ċ-Ċina hija s-suq li qed jikber bl-aktar rata mgħaġġla għall-prodotti tal-ikel mill-UE; |
F. |
billi l-Inizjattiva "Belt and Road" (BRI) taċ-Ċina, flimkien mal-Politika dwar l-Artiku tagħha, hija l-aktar inizjattiva ta' politika barranija ambizzjuża li qatt ġiet adottata mill-pajjiż, u tinkludi dimensjonijiet ġeopolitiċi u b'rabta mas-sigurtà u għalhekk tmur lil hinn mill-iskop iddikjarat ta' politika ekonomika u kummerċjali; billi l-BRI kompliet tiġi msaħħa bl-istabbiliment tal-Bank Asjatiku tal-Investiment fl-Infrastruttura (AIIB) fl-2015; billi l-UE tinsisti fuq struttura ta' governanza multilaterali u fuq implimentazzjoni mhux diskriminatorja tal-BRI; billi l-parti Ewropea tixtieq tiggarantixxi li kull proġett ta' konnettività fil-qafas tal-BRI jonora l-obbligi li joħorġu mill-ftehim ta' Pariġi, kif ukoll li tiżgura li jinżammu kemm l-istandards ambjentali, tax-xogħol u soċjali internazzjonali oħrajn, kif ukoll id-drittijiet tal-popli indiġeni; billi l-proġetti ta' infrastruttura Ċiniżi se joħolqu djun kbar għall-gvernijiet Ewropej mal-banek tal-Istat taċ-Ċina li joffru self skont termini mhux trasparenti u li ftit jiġġeneraw impjiegi fl-Ewropa; billi xi proġetti infrastrutturali relatati mal-BRI diġà poġġew lil gvernijiet ta' pajjiżi terzi f'pożizzjoni ta' dejn żejjed; billi s'issa l-biċċa l-kbira tal-kuntratti relatati mal-BRI ngħataw lil kumpaniji Ċiniżi; billi ċ-Ċina, b'mod diskriminatorju, qiegħda tapplika wħud mill-istandards industrijali tagħha fi proġetti relatati mal-BRI; billi l-proġetti relatati mal-BRI ma jridux jingħataw permezz ta' proċess ta' sejħa għall-offerti mhux trasparenti; billi, fi ħdan il-BRI, iċ-Ċina qed tuża multipliċità ta' kanali; billi 27 ambaxxatur nazzjonali tal-UE f'Beijing dan l-aħħar ikkumpilaw rapport li jikkritika bl-aħrax il-proġett BRI, u kkundannawh bħala proġett imfassal biex ixekkel il-kummerċ ħieles u biex jagħti vantaġġ lill-kumpaniji Ċiniżi; billi, sfortunatament, il-BRI huwa nieqes minn kull tip ta' salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem; |
G. |
billi, jidher li d-diplomazija Ċiniża ħarġet mid-Dsatax-il Kungress tal-Partit u mill-Kungress Nazzjonali tal-Poplu ta' din is-sena bħala l-parteċipant l-aktar qawwi, b'minn tal-inqas ħames uffiċjali għolja jkunu responsabbli għall-politika barranija tal-pajjiż u bi spinta konsiderevoli għall-baġit tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin; billi l-Aġenzija ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp Internazzjonali tal-Istat il-ġdida se tkun responsabbli mill-koordinazzjoni tal-baġit dejjem akbar taċ-Ċina għall-għajnuna barranija; |
H. |
billi, fis-snin tmenin, iċ-Ċina introduċiet limitu għat-terminu massimu ta' mandat b'reazzjoni għall-eċċessi tar-Rivoluzzjoni Kulturali; billi, fil-11 ta' Marzu 2018, il-Kungress Nazzjonali tal-Poplu ivvota kważi b'mod unanimu favur li l-abrogazzjoni tal-limitu ta' żewġ mandati konsekuttivi għall-karigi ta' President u ta' Viċi President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina; |
I. |
billi t-tmexxija għolja taċ-Ċina, filwaqt li tiddikjara li ma tindaħalx fl-affarijiet interni ta' pajjiżi oħrajn, b'mod regolari timmina s-sistema politika tal-pajjiżi tal-Punent fil-komunikazzjonijiet uffiċjali tagħha; |
J. |
billi fil-11 ta' Marzu 2018 l-Kungress Nazzjonali tal-Poplu approva l-istabbiliment ta' Kummissjoni Superviżorja Nazzjonali, korp ġdid taħt il-kontroll tal-partit imfassal bil-għan li jistituzzjonalizza u jespandi l-kontroll fuq il-ħaddiema kollha taċ-ċivil taċ-Ċina, u elenka din il-Kummissjoni bħala korp statali fi ħdan il-Kostituzzjoni Ċiniża; |
K. |
billi fl-2014, il-Kunsill tal-Istat taċ-Ċina ħabbar pjanijiet dettaljati biex tinħoloq Sistema Soċjali ta' Kreditu bil-għan li tippremja dik l-imġiba li l-partit jikkunsidra finanzjarjament, ekonomikament u socjopolitikament responsabbli, filwaqt li tissanzjona n-nuqqas ta' konformità mal-politiki tiegħu; billi l-proġett ta' evalwazzjoni tal-kreditu soċjali x'aktarx li jkollu wkoll impatt fuq il-barranin li jgħixu u jaħdmu fiċ-Ċina, inklużi ċittadini tal-UE, u se jwassal għal konsegwenzi għal kumpaniji tal-UE u għal kumpaniji barranin oħrajn li joperaw fil-pajjiż; |
L. |
billi huwa ċar li f'ċerti reġjuni taċ-Ċina, l-għajxien tal-popolazzjoni rurali se jmur għall-agħar minħabba l-varjazzjonijiet fit-temperatura u fil-preċipitazzjoni u kaġun ta' avvenimenti klimatiċi estremi oħrajn; billi l-ippjanar tar-rilokazzjoni sar opzjoni effettiva ta' politika ta' adattament biex jitnaqqsu l-vulnerabbiltà u l-faqar kaġun tal-klima (26); |
M. |
billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina kompliet tmur għall-agħar peress li l-gvern iħarrax l-ostilità tiegħu fil-konfront tal-kontestazzjoni paċifika, il-libertà tal-espressjoni u tar-reliġjon, u l-istat tad-dritt; billi l-attivisti tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem qed jiġu miżmuma, imħarrka u kkundannati abbażi ta' akkużi vagi bħas-"sovversjoni tal-poter tal-Istat" u "illitikar u istigar ta' inkwiet", u spiss jinżammu mingħajr l-ebda kuntatt estern u f'postijiet mhux magħrufa, mingħajr aċċess għal kura medika jew għal rappreżentanza legali; billi xi kultant id-difensuri u l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem detenuti jinżammu taħt "sorveljanza residenzjali f'post apposta", metodu li jintuża biex id-detenuti ma jkollhom kuntatt ma' ħadd, u li spiss jagħti lok għal rapporti ta' tortura u ta' maltrattament; billi ċ-Ċina tkompli tiċħad il-libertà tal-kelma u l-libertà li wieħed jinforma, u billi għadd kbir ta' ġurnalisti, bloggers u vuċijiet indipendenti ntbagħtu l-ħabs; billi, fil-qafas strateġiku dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, l-UE wegħdet li se tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, u l-istat tad-dritt "fl-oqsma kollha tal-azzjoni esterna tagħha, mingħajr eċċezzjoni" u li l-UE se "tqiegħed id-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tar-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi terzi kollha, inklużi s-sħab strateġiċi tagħha"; billi s-summits UE-Ċina għandhom jintużaw biex iwasslu għal riżultati konkreti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment ir-rilaxx tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-avukati u tal-attivisti li jinsabu l-ħabs; |
N. |
billi l-awtoritajiet Ċiniżi xi drabi waqqfu lid-diplomatiċi tal-UE milli josservaw proċessi jew milli jżuru difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li hija ħidma li tikkonforma mal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem; |
O. |
billi ċ-Ċina ħolqot arkitettura statali mifruxa ta' sorveljanza diġitali, li tvarja minn kontroll preventiv sal-ġbir arbitrarju ta' data bijometrika f'ambjent li huwa nieqes minn kull dritt ta' privatezza; |
P. |
billi l-Gvern Ċiniż għadda kwantità kbira ta' liġijiet ġodda, b'mod partikolari l-Liġi dwar is-Sigurtà tal-Istat, li għaddiet fl-1 ta' Lulju 2015, il-Liġi dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, il-Liġi dwar iċ-Ċibersigurtà u l-Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi Barranin (liġi ONGO), li jqisu l-attiviżmu pubbliku u l-kritika paċifika fil-konfront tal-gvern bħala theddid għas-sigurtà tal-Istat, isaħħu ċ-ċensura, is-sorveljanza u l-kontroll tal-individwi u tal-gruppi soċjali u jiskoraġġixxu lill-individwi milli jagħmlu kampanji favur id-drittijiet tal-bniedem; |
Q. |
billi l-Liġi ONGO, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2017, hija waħda mill-akbar sfidi għall-NGOs internazzjonali (INGOs) minħabba li din il-liġi tirregola l-attivitajiet kollha fiċ-Ċina ffinanzjati mill-INGOs, u l-uffiċjali tas-sigurtà provinċjali huma primarjament responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Liġi ONGO; |
R. |
billi r-regolamenti l-ġodda dwar il-kwistjonijiet reliġjużi li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2018, huma aktar restrittivi fil-konfront ta' gruppi u attivitajiet reliġjużi u jġegħluhom jaderixxu aktar mill-qrib mal-politiki tal-partit; billi r-regoli l-ġodda jheddu l-persuni assoċjati ma' komunitajiet reliġjużi li m'għandhomx status legali fil-pajjiż, bl-impożizzjoni ta' multi meta huma jivvjaġġaw barra mill-pajjiż għal raġunijiet ta' edukazzjoni reliġjuża, fis-sens wiesa', u saħansitra aktar minn hekk għall-pellegrinaġġi, li huma soġġetti għal multi li jammontaw għal diversi drabi l-aktar salarju baxx; billi l-libertà reliġjuża u l-libertà tal-kuxjenza laħqu livell baxx ġdid minn mindu bdew ir-riformi ekonomiċi u mill-ftuħ taċ-Ċina lejn l-aħħar tas-sebgħinijiet; billi l-komunitajiet reliġjużi ilhom jiffaċċjaw repressjoni fiċ-Ċina, bl-Insara, kemm dawk fi knejjes illegali u dawk fi knejjes approvati mill-Istat, jispiċċaw fil-mira permezz tal-intimidazzjoni u d-detenzjoni ta' fidili, it-twaqqigħ ta' knejjes u t-trażżin ta' ġemgħat ta' Nsara; |
S. |
billi s-sitwazzjoni f'Xinjiang, fejn jgħixu 10 miljun Musulman Uyghur u Każakistani etniku, iddeterjorat b'mod rapidu, partikolarment sa mill-ħatra fil-poter tal-President Xi, peress li l-kontroll assolut ta' Xinjiang tqiegħed bħala prijorità ewlenija, b'konsegwenza tal-attakki terroristiċi perjodiċi fi Xinjiang jew li huma allegatment konnessi ma' Xinjiang u mwettqa mill-Uyghurs, kif ukoll minħabba l-pożizzjoni strateġika tar-Reġjun Awtonomu Uyghur ta' Xinjiang għall-BRI; billi ġie stabbilit programm ta' detenzjoni extraġudizzjarja għaż-żamma ta' għaxriet ta' eluf ta' nies li huma mġiegħla jgħaddu minn proċess ta' riedukazzjoni politika, kif ukoll ġie żviluppat netwerk sofistikat ta' sorveljanza diġitali invażiva, inklużi t-teknoloġija tar-rikonoxximent tal-wiċċ u l-ġbir tad-data, l-użu massiv tal-pulizija, u restrizzjonijiet stretti fuq il-prattiki reliġjużi u fuq il-lingwa u t-tradizzjonijiet tal-Uyghur; |
T. |
billi minkejja t-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp infrastrutturali tul dawn l-aħħar snin, is-sitwazzjoni fit-Tibet marret għall-agħar, bil-Gvern Ċiniż irażżan firxa wiesgħa ta' drittijiet tal-bniedem bl-iskuża tas-sigurtà u l-istabbiltà, u bl-involviment tiegħu f'attakki bla waqfien kontra l-identità u l-kultura Tibetana; billi miżuri ta' sorveljanza u kontroll ilhom jiżdiedu tul dawn l-aħħar ftit snin, bħad-detenzjonijiet arbitrarji, l-atti ta' tortura u ta' maltrattament; billi l-Gvern Ċiniż ħoloq fit-Tibet ambjent fejn ma hemm l-ebda limitu għal awtorità statali, fejn hemm klima ta' biża' pervażiv, u fejn kull aspett tal-ħajja pubblika u privata huwa kkontrollat u rregolat b'mod strett; billi fit-Tibet, kull att ta' kontestazzjoni jew ta' kritika tal-politiki tal-istat fil-konfront tal-minoranzi etniċi jew reliġjużi jista' jitqies bħala "separatista" u għalhekk jista' jiġi kriminalizzat; billi l-aċċess għar-Reġjun Awtonomu tat-Tibet illum huwa aktar ristrett minn qatt qabel għal persuni barranin, inklużi ċittadini tal-UE, b'mod partikolari għall-ġurnalisti, diplomatiċi u osservaturi indipendenti oħra, u hu saħansitra aktar diffiċli għal dawk iċ-ċittadini tal-UE li għandhom konnessjoni Tibetana; billi f'dawn l-aħħar ftit snin ma sar l-ebda progress biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi Tibetana, peress li l-aħħar sessjoni ta' taħditiet favur il-paċi saret fl-2010; billi d-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja fit-Tibet wassal għal żieda ta' każijiet ta' persuni li taw in-nar lilhom infushom, hekk li n-numru totali tela' għal 156 sa mill-2009; |
U. |
billi l-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ppubblika white paper dwar il-prattika tal-politika ta' "pajjiż wieħed, żewġ sistemi" f'Hong Kong fl-10 ta' Ġunju 2014, li tenfasizza li l-awtonomija tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong (SAR) hija fl-aħħar mill-aħħar soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina; billi matul is-snin in-nies ta' Hong Kong raw dimostrazzjonijiet tal-massa favur id-demokrazija, il-libertà tal-midja, u l-implimentazzjoni sħiħa tal-Liġi Bażika; billi s-soċjetà tradizzjonalment miftuħa ta' Hong Kong wittiet it-triq għall-iżvilupp ta' soċjetà ċivili ġenwina u indipendenti li b'mod attiv u kostruttiv tipparteċipa fil-ħajja pubblika tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali; |
V. |
billi l-iżviluppi politiċi kontrastanti tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ) u t-Tajwan, b'reġim ta' partit tal-istat dejjem aktar awtoritarju u nazzjonalistiku fuq naħa waħda u b'demokrazija b'diversi partiti, fuq l-oħra, iqajmu l-periklu li r-relazzjonijiet bejn naħa u oħra tal-istrett jeskalaw; billi l-UE taderixxi mal-politika ta' "Ċina waħda" fir-rigward tat-Tajwan, u tappoġġja l-prinċipju ta' "pajjiż wieħed, żewġ sistemi" fir-rigward ta' Hong Kong; |
W. |
billi, wara aktar minn tliet snin ta' taħditiet, iċ-Ċina u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) f'Awwissu 2017 qablu dwar qafas ta' referenza ta' paġna waħda bħala l-bażi għal diskussjonijiet futuri dwar Kodiċi ta' Kondotta (KtK) għall-partijiet kollha fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar; billi r-reklamazzjoni kkontesta tal-art miċ-Ċina fil-Gżejjer Spratly fil-parti l-kbira tagħha tlestiet, iżda baqgħet għaddejja s-sena li għaddiet fil-Gżejjer Parakel, aktar lejn it-Tramuntana; |
X. |
billi anke ċ-Ċina qed issir attur estern aktar attiv u importanti fil-Lvant Nofsani minħabba l-interessi ekonomiċi, ta' sigurtà u ġeopolitiċi evidenti tagħha; |
Y. |
billi ċ-Ċina qiegħda tipprovdi dejjem aktar Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) u qed tfeġġ bħala attur ewlieni fil-politika tal-iżvilupp, billi tipprovdi stimulu tant meħtieġ għall-politika tal-iżvilupp iżda fl-istess ħin qed tqajjem tħassib dwar is-sjieda lokali ta' proġetti; |
Z. |
billi l-preżenza taċ-Ċina u l-investimenti tagħha fl-Afrika qegħdin jiżdiedu ħafna, u billi dan wassal għall-isfruttar ta' riżorsi naturali, spiss mingħajr l-ebda konsultazzjoni mal-popolazzjonijiet lokali; |
1. |
Itenni li s-Sħubija Strateġika Komprensiva bejn l-UE u ċ-Ċina hija waħda mill-aktar sħubijiet importanti għall-UE u din ir-relazzjoni għad fadlilha ħafna aktar potenzjal ta' żvilupp fil-fond u ta' aktar kooperazzjoni fix-xena internazzjonali; jenfasizza l-importanza li jissaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinament fil-qasam tal-governanza globali u l-istituzzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari fil-livell tan-NU u tal-G20; jenfasizza li, f'kuntest ta' dinja kumplessa, globalizzata u multipolari fejn iċ-Ċina saret attur ekonomiku u politiku sinifikanti, l-UE trid isostni l-opportunitajiet għal djalogu u kooperazzjoni kostruttivi u tippromwovi r-riformi kollha meħtieġa fl-oqsma ta' interess komuni; ifakkar liċ-Ċina dwar l-obbligi u r-responsabilitajiet internazzjonali tagħha bħala membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, f'termini tal-kontribuzzjoni tagħha favur il-paċi u s-sigurtà globali; |
2. |
Ifakkar li s-Sħubija Strateġika Komprensiva bejn l-UE u ċ-Ċina hija bbażata fuq impenn kondiviż favur il-ftuħ u l-ħidma komuni bħala parti minn sistema internazzjonali bbażata fuq ir-regoli; jenfasizza li ż-żewġ naħat impenjaw ruħhom li jistabbilixxu sistema trasparenti, ġusta u ekwa ta' governanza globali, b'kondiviżjoni ta' responsabbiltà għall-promozzjoni tal-paċi, il-prosperità u l-iżvilupp sostenibbli; ifakkar li l-impenn tal-UE maċ-Ċina għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji, ikun prattiku u prammatiku, b'lealtà sħiħa mal-interessi u l-valuri tal-UE; jinsab imħasseb dwar il-fatt li, matul dawn l-aħħar għaxar snin, iż-żieda fis-saħħa ekonomika u politika globali taċ-Ċina ikkawżat pressjoni fuq l-impenji kondiviżi li jinsabu fil-qalba tar-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina; jissottolinja r-responsabbiltajiet taċ-Ċina bħala setgħa globali u jappella lill-awtoritajiet biex f'kull ċirkostanza jiżguraw ir-rispett tad-dritt internazzjonali, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, bi qbil mal-Karta tan-NU u mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u ma' strumenti internazzjonali oħra ffirmati jew irratifikati miċ-Ċina; jistieden lill-Kunsill, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-kooperazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina tissejjes fuq l-istat tad-dritt, l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem, l-impenji internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem imwettqa miż-żewġ naħat u l-impenn favur il-progress lejn il-ksib tal-ogħla standard ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li għandhom jissaħħu r-reċiproċità, l-ambjent ekwu u l-kompetizzjoni ġusta fost l-oqsma kollha ta' kooperazzjoni; |
3. |
Jenfasizza li l-indirizzar tal-isfidi globali u reġjonali, bħas-sigurtà, id-diżarm, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u ċ-ċiberspazju, il-kooperazzjoni dwar il-paċi, it-tibdil fil-klima, l-enerġija, l-oċeani u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, id-deforestazzjoni, it-traffikar tal-organiżmi selvaġġi, il-migrazzjoni, is-saħħa globali, l-iżvilupp u l-ġlieda kontra l-qerda ta' siti ta' wirt kulturali u s-serq u t-traffikar ta' antikitajiet illegali, kollha jeħtieġu sħubija ġenwina bejn l-UE u ċ-Ċina; iħeġġeġ lill-UE tikkapitalizza fuq l-impenn taċ-Ċina biex tindirizza l-problemi globali bħat-tibdil fil-klima, u biex tkompli testendi l-kooperazzjoni b'suċċess maċ-Ċina favur iż-żamma tal-paċi, bħala waħda mill-akbar kontributuri għall-baġit tan-NU u bħala kontributur dejjem akbar ta' truppi fl-operazzjonijiet ta' żamma tal-paċi tan-NU, kif ukoll lejn oqsma oħra ta' interess konġunt, filwaqt li tippromwovi l-multilateraliżmu u l-governanza globali bbażata fuq ir-rispett għad-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt internazzjonali umanitarju u dritt dwar id-drittijiet tal-bniedem; jilqa' f'dan ir-rigward il-kooperazzjoni b'suċċess kontra l-piraterija sa mill-2011 fil-Golf ta' Aden; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jippromwovu b'mod proattiv l-interessi ekonomiċi u politiċi tal-UE u jiddefendu l-valuri u l-prinċipji tal-UE; jenfasizza li l-multilateraliżmu huwa wieħed mill-valuri ewlenin tal-UE fir-rigward tal-governanza globali u li għandu jiġi salvagwardjat b'mod attiv fir-relazzjonijiet maċ-Ċina; |
4. |
Jinnota li l-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli u tal-Kummissjoni, intitolata "Elementi għal strateġija ġdida tal-UE dwar iċ-Ċina" flimkien mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2016, jipprovdu l-qafas politiku għall-parteċipazjoni tal-UE maċ-Ċina għas-snin li ġejjin. |
5. |
Jissottolinja li l-Kunsill ikkonkluda li fl-eżerċizzju tar-relazzjonijiet tagħhom maċ-Ċina, l-Istati Membri, ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw biex jiżguraw konsistenza mal-liġi, ir-regoli u l-politiki tal-UE, u biex ir-riżultat kumplessiv ikun ta' benefiċċju għall-UE kollha kemm hi; |
6. |
Ifakkar li hekk kif iċ-Ċina qed tkompli tikber u tintegra fl-ekonomija globali permezz tal-politika ta' "Going out" (globalizzazzjoni) kif imħabbra fl-2001, iċ-Ċina qed tfittex li tkabbar l-aċċess tagħha għas-suq Ewropew għall-prodotti u s-servizzi Ċiniżi u għat-teknoloġija u l-għarfien sabiex tappoġġja pjanijiet bħall-"Made in China 2025" u biex tqawwi l-influwenza politika u diplomatika tagħha fl-Ewropa; jenfasizza li dawn l-ambizzjonijiet ġew intensifikati partikolarment fil-perjodu ta' wara l-kriżi finanzjarja globali tal-2008, u ħolqu dinamiki ġodda fir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina; |
7. |
Jistieden lil dawk l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-format 16+1 jiżguraw li l-parteċipazzjoni tagħhom f'dan il-format tippermetti li l-UE jkollha vuċi waħda fir-relazzjoni tagħha maċ-Ċina; jappella lill-istess Stati Membri jwettqu analiżi u skrutinju sodi tal-proġetti infrastrutturali ssuġġeriti bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati kollha u jiżguraw li ma jiġux kompromessi l-interessi nazzjonali u Ewropej għal appoġġ finanzjarju fuq tul qasir ta' żmien u għal impenji fit-tul rigward il-parteċipazzjoni Ċiniża fi proġetti ta' infrastrutturali u l-potenzjal ta' influwenza politika aktar qawwija, li timmina l-pożizzjonijiet komuni tal-UE dwar iċ-Ċina; huwa konxju mill-influwenza dejjem akbar taċ-Ċina fuq l-infrastruttura u fuq is-swieq tal-pajjiżi kandidati tal-UE; jissottolinja l-bżonn ta' trasparenza tal-format billi jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE għal-laqgħat tiegħu u jżommhom infurmati b'mod sħiħ dwar l-attivitajiet tiegħu sabiex jiżgura li l-aspetti rilevanti kollha jkunu koerenti mal-politika u mal-leġiżlazzjoni tal-UE, u biex joffri lill-partijiet kollha l-istess benefiċċji u opportunitajiet; |
8. |
Jinnota l-interess taċ-Ċina f'investimenti infrastrutturali strateġiċi fl-Ewropa; jikkonkludi li l-Gvern Ċiniż qiegħed juża l-BRI bħala qafas ta' narrattiva effikaċi għal ċerti elementi tal-politika barranija tiegħu, u li fid-dawl ta' dan l-iżvilupp, hemm bżonn li l-UE ssaħħaħ l-isforzi tagħha fil-politika barranija kif ukoll fid-diplomazija pubblika; jappoġġja t-talba biex iċ-Ċina taderixxi mal-prinċipji ta' trasparenza fl-akkwist pubbliku, kif ukoll mal-istandards ambjentali u soċjali; jistieden lill-Istati Membri kollha jappoġġjaw ir-risposti tad-diplomazija pubblika tal-UE; jissuġġerixxi li d-data kollha dwar l-investimenti fl-infrastruttura Ċiniża fl-Istati Membri tal-UE u f'dawk il-pajjiżi li għaddejjin minn proċess ta' negozjati ta' adeżjoni mal-UE tiġi kondiviża mal-istituzzjonijiet tal-UE u ma' Stati Membri oħra; ifakkar li dawn l-investimenti huma parti minn strateġija ġenerali biex il-kumpaniji Ċiniżi kkontrollati mill-Istat, jew iffinanzjati minnu, jikkontrollaw is-settur bankarju u dak tal-enerġija, kif ukoll il-ktajjen ta' provvista oħrajn; jissottolinja sitt sfidi ġenerali tal-BRI: approċċ multilaterali għall-governanza tal-BRI; impjieg minimu ta' ħaddiema lokali, parteċipazzjoni limitata immens ta' kuntratturi mill-pajjiż riċeventi jew minn pajjiż terz (madwar 86 % tal-proġetti BRI jinvolvu kuntratturi Ċiniżi), materjali ta' kostruzzjoni u tagħmir importat miċ-Ċina, nuqqas ta' trasparenza fis-sejħiet għall-offerti, u l-użu potenzjali ta' standards Ċiniżi minflok ta' standards internazzjonali; jinsisti li l-BRI jrid jinkludi salvagwardji dwar id-drittijiet tal-bniedem, u jemmen li huwa ta' importanza assoluta li jiġu żviluppati sinerġiji u proġetti bi trasparenza sħiħa u bl-involviment tal-partijiet interessati kollha u f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE, filwaqt li jiġu kkomplementati l-politiki u l-proġetti tal-UE sabiex jitwasslu benefiċċji għall-pajjiżi skont ir-rotot ippjanati; jilqa' l-ħolqien ta' Pjattaforma ta' Konnessjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina, li tippromwovi l-kooperazzjoni fl-infrastruttura tat-trasport madwar il-kontinent Ewro-Asjatiku; jinnota b'sodisfazzjon li ġew identifikati bosta proġetti ta' infrastruttura, u jissottolinja li l-proġetti għandhom jiġu implimentati abbażi ta' prinċipji ewlenin bħall-promozzjoni ta' proġetti ekonomikament, soċjalment u ambjentalment sostenibbli, tal-bilanċ ġeografiku, u skont kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fost l-investituri u l-promoturi ta' proġetti, kif ukoll it-trasparenza; |
9. |
Jinnota bi pjaċir li l-politika tal-UE dwar iċ-Ċina tifforma parti minn approċċ politiku globali lejn ir-reġjun Asjatiku-Paċifiku, li jikseb vantaġġ sħiħ li jikkunsidra bis-sħiħ ir-relazzjonijiet mill-qrib tal-UE ma' sħab bħall-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel, il-pajjiżi tal-ASEAN, l-Awstralja u n-New Zealand; |
10. |
Jenfasizza li l-kooperazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina għandha tkun orjentata aktar lejn in-nies u għandha toffri aktar benefiċċji reali liċ-ċittadini sabiex jinbnew il-fiduċja u l-fehim reċiproku; jappella lill-UE u liċ-Ċina jonoraw il-wegħdiet magħmula fl-okkażjoni tar-Raba' Djalogu Interpersonali ta' Livell Għoli bejn l-UE u ċ-Ċina fl-2017, u jippromwovu aktar interazzjonijiet fost il-persuni, pereżempju billi jintensifikaw il-kooperazzjoni kulturali fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-ugwaljanza bejn is-sessi u inizjattivi konġunti fil-qasam tal-iskambju interpersonali; |
11. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn ta' aktar appoġġ għall-istudenti u l-akkademiċi miċ-Ċina li jinsabu fl-Ewropa, ħalli jkunu anqas vulnerabbli għal pressjoni mill-awtoritajiet Ċiniżi biex jissorveljaw lil xulxin u jsiru għodod tal-Istat Ċiniż, kif ukoll għall-importanza li l-finanzjament kontinentali sostanzjali mogħti lill-istituzzjonijiet akkademiċi madwar l-Ewropa jiġi eżaminat bir-reqqa; |
12. |
Jilqa' l-eżitu tar-Raba' Djalogu Interpersonali ta' Livell Għoli bejn l-UE u ċ-Ċina li seħħ fit-13 u fl-14 ta' Novembru 2017 f'Shanghai; jenfasizza li d-Djalogu Interpersonali ta' Livell Għoli bejn l-UE u ċ-Ċina għandu jgħin fil-bini ta' fiduċja reċiproka u biex jiġi kkonsolidat il-fehim interkulturali bejn l-UE u ċ-Ċina; |
13. |
Jilqa' s-Sena tat-Turiżmu UE-Ċina (ECTY) għall-2018; jenfasizza li, minbarra s-sinifikat ekonomiku tagħha, din hija eżempju tajjeb ta' diplomazija kulturali tal-UE fil-qafas tas-sħubija strateġika bejn l-UE u ċ-Ċina, kif ukoll bħala mezz biex jiġi żviluppat fehim aħjar bejn il-popli tal-Ewropa u taċ-Ċina; jenfasizza li s-Sena tat-Turiżmu bejn l-UE u ċ-Ċina għall-2018 tikkoinċidi mas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali u li għadd dejjem akbar ta' turisti Ċiniżi japprezzaw ir-rikkezza kulturali tal-Ewropa; |
14. |
Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex b'mod urġenti u deċiżiv jintensifikaw il-kollaborazzjoni u l-unità tagħhom rigward il-politiki dwar iċ-Ċina, inkluż fil-fora tan-NU, dan fid-dawl ta' falliment tal-UE għall-ewwel darba fl-istorja tagħha, li tippreżenta dikjarazzjoni konġunta dwar ir-rekords tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina waqt il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU f'Ġinevra f'Ġunju 2017; jissuġġerixxi bil-qawwa li jittieħed vantaġġ mis-setgħa ta' negozjar kollettiv ħafna akbar tal-Ewropa fil-konfront taċ-Ċina, kif ukoll li l-Ewropa tiddefendi d-demokraziji ħielsa tagħha sabiex tkun tista' tiffaċċja aħjar l-isforzi sistematiċi miċ-Ċina biex tinfluwenza l-politiċi u s-soċjetà ċivili Ewropea, bil-għan li ssawwar opinjoni aktar favorevoli għall-interessi strateġiċi taċ-Ċina; f'dak ir-rigward, jappella lill-akbar Stati Membri biex jużaw il-piż politiku u ekonomiku tagħhom fil-konfront taċ-Ċina ħalli jippromwovu l-interessi tal-UE; jinsab mħasseb li ċ-Ċina qed tipprova tinfluwenza wkoll lill-istituzzjonijiet edukattivi u akkademiċi, kif ukoll il-kurrikuli tagħhom; jipproponi li l-UE u l-Istati Membri jrawmu gruppi ta' riflessjoni Ewropej ta' kwalità għolja dwar iċ-Ċina sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' konsulenza esperta indipendenti għal orjentazzjonijiet strateġiċi u għat-teħid tad-deċiżjonijiet; |
15. |
Jissottolinja li l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt ser ikomplu jkunu parti ċentrali tal-involviment tal-UE maċ-Ċina. jikkundanna bis-sħiħ il-fastidju, l-arrest u l-prosekuzzjoni arbitrarja kontinwa ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, avukati, ġurnalisti, bloggers, akkademiċi u difensuri tad-drittijiet tax-xogħol u l-familji tagħhom mingħajr proċess xieraq, inklużi ċittadini barranin kemm fiċ-Ċina kif ukoll barra miċ-Ċina; jissottolinja li soċjetà ċivili vibranti u l-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem huma kruċjali għal soċjetà miftuħa u prospera; jenfasizza l-importanza li l-UE taġixxi bis-saħħa biex tippromwovi r-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tar-relazzjoni tagħha maċ-Ċina, billi tiffoka kemm fuq ir-riżultati immedjati, bħat-tmiem tar-ripressjoni tal-gvern kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-atturi tas-soċjetà ċivili u d-dissidenti, u t-tmiem tal-fastidju ġudizzjarju u l-intimidazzjoni kontrihom, u biex b'mod immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tirrilaxxa l-priġunieri politiċi kollha, inklużi ċ-ċittadini tal-UE u taħdem fuq l-għanijiet fuq il-perjodu medju u fit-tul ta' żmien bħar-riformi legali u ta' politika bi qbil mad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali, u biex tiżviluppa, timplimenta u tkompli tadotta strateġija ta' żamma tal-viżibbiltà tal-azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, inkluż dwar strateġija dwar il-komunikazzjonijiet pubbliċi; jinsisti li jeħtieġ li d-diplomatiċi tal-UE u tal-Istati Membri ma jiġux miżmuma jew ostakolati milli jimplimentaw il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem; jimpenja ruħu li l-UE trid tagħti prijorità lill-għoti ta' protezzjoni u appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju; |
16. |
jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsegwu approċċ politiku aktar ambizzjuż, magħqud u trasparenti fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina u jikkonsultaw u jipparteċipaw b'mod sostanzjali flimkien mas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari qabel il-laqgħat ta' livell għoli u d-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem; jissottolinja li l-UE, fil-35 sessjoni ta' Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina, enfasizzat is-sitwazzjoni ta' deterjorament tad-drittijiet ċivili u politiċi fiċ-Ċina, inklużi r-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-espressjoni; jistieden liċ-Ċina taġixxi fuq il-kwistjonijiet imqajma mid-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, biex tonora l-obbligi internazzjonali tagħha u tirrispetta s-salvagwardji kostituzzjonali tagħha stess għar-rispett tal-istat tad-dritt; jinsisti li jinżamm djalogu regolari, ta' livell għoli u orjentat lejn ir-riżultati dwar id-drittijiet tal-bniedem; jinsab imħasseb li l-evalwazzjoni tad-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem maċ-Ċina qatt ma kienet pubblika u qatt ma ġiet miftuħa għal gruppi indipendenti miċ-Ċina; jistieden lill-UE tistabbilixxi punti ta' referenza ċari għall-kejl tal-progress, tiżgura trasparenza akbar u tinvolvi vuċijiet Ċiniżi indipendenti fid-diskussjoni; jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jiżvelaw, jiġbru u jindirizzaw il-forom kollha ta' fastidju dwar il-viża (dewmien jew rifjut tal-ħruġ/aċċess għall-viża mingħajr ebda raġuni u l-pressjoni applikata mill-awtoritajiet Ċiniżi matul il-proċess ta' applikazzjoni permezz ta' "intervisti" ma' interlokuturi Ċiniżi li ma jkunux lesti li jidentifikaw lilhom infushom) fil-konfront ta' akkademiċi, ġurnalisti jew membri ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; |
17. |
Jinsab imħasseb serjament dwar is-sejbiet tar-rapport tal-FCCC għall-2017 li jindika li l-Gvern Ċiniż intensifika l-isforzi tiegħu biex jiċħad jew jillimita l-aċċess ta' ġurnalisti barranin għal partijiet kbar tal-pajjiż filwaqt li jżid l-użu tal-proċess ta' tiġdid tal-viża sabiex jixħet pressjoni fuq ġurnalisti u organizzazzjonijiet tal-aħbarijiet mhux mixtieqa; iħeġġeġ lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jitolbu lill-awtoritajiet Ċiniżi jirreċiprokaw il-libertà tal-istampa u jwissi kontra l-pressjoni li l-korrispondenti barranin qed jesperjenzaw f'pajjiżhom wara li diplomatiċi Ċiniżi jikkuntattjaw lill-kwartieri ġenerali tal-kumpaniji tal-midja sabiex jikkritikaw il-ħidma tal-ġurnalisti f'dan il-qasam; |
18. |
Jinnota li r-RPĊ hija t-tieni l-akbar sieħba kummerċjali tal-UE u li l-UE hija l-akbar sieħba kummerċjali tar-RPĊ; jisħaq fuq it-tkabbir kostanti fil-kummerċ bejn iż-żewġ partijiet iżda jqis li l-bilanċ tal-kummerċ ta' oġġetti huwa żbilanċjat għall-benefiċċju tar-RPĊ; jitlob approċċ kooperattiv u attitudni kostruttiva sabiex jiġu indirizzati b'mod effikaċi kwistjonijiet ta' tħassib u jiġi sfruttat il-potenzjal kbir tal-kummerċ bejn l-UE u r-RPĊ; jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-kooperazzjoni u d-djalogu mar-RPĊ; |
19. |
Jinnota s-sejbiet ta' investigazzjonijiet riċenti li mill-2008 'l hawn, iċ-Ċina akkwistat assi fl-Ewropa b'valur ta' USD 318-il biljun; jinnota li din iċ-ċifra ma tinkludix diversi fużjonijiet, investimenti u impriżi konġunti; |
20. |
Jinnota li r-RPĊ hija attur ewlieni fil-kummerċ globali, u li s-suq kbir tal-pajjiż jista', fil-prinċipju u b'mod partikolari fil-kuntest ta' kummerċ globali attwali, jirrappreżenta opportunità tajba għall-UE u għan-negozji Ewropej; ifakkar li l-kumpaniji Ċiniżi, inklużi l-intrapriżi tal-istat, qed jibbenefikaw minn swieq miftuħa beraħ fl-UE; jirrikonoxxi r-riżultati notevoli tar-RPĊ li ħarġet mijiet ta' miljuni ta' ċittadini mill-faqar matul dawn l-aħħar erba' deċennji; |
21. |
Jinnota li l-investiment dirett barrani (IDB) endoġenu tal-UE fir-RPĊ naqas b'mod stabbli mill-2012, b'mod partikolari fis-settur tradizzjonali tal-manifattura, b'żieda parallela fl-investiment f'servizzi ta' teknoloġija avvanzata, utilitajiet u servizzi agrikoli u ta' kostruzzjoni, filwaqt li l-investiment tar-RPĊ fl-UE kiber b'mod esponenzjali matul dawn l-aħħar ftit snin; jirrikonoxxi li, mill-2016, ir-RPĊ saret investitur nett fl-UE; jieħu nota tal-fatt li fl-2017, 68 % tal-investimenti Ċiniżi fl-Ewropa ġew minn intrapriżi tal-istat; jinsab imħasseb dwar l-akkwisti orkestrati mill-istat li jistgħu jfixklu l-interessi strateġiċi Ewropej, l-objettivi tas-sigurtà pubblika, il-kompetittività u l-impjiegi; |
22. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-mekkaniżmu ta' skrinjar tal-IDB fl-oqsma tas-sigurtà u l-ordni pubbliku, li tirrappreżenta waħda mill-isforzi tal-UE biex tadatta ruħha għal ambjent dinji li jinbidel, mingħajr ma speċifikament tpoġġi fil-mira kwalunkwe wieħed mis-sħab kummerċjali internazzjonali tal-UE; iwissi li l-mekkaniżmu ma għandux iwassal għal protezzjoniżmu moħbi; madankollu, jitlob l-adozzjoni rapida tiegħu; |
23. |
Jilqa' l-impenji mill-President Xi Jinping li s-suq Ċiniż jinfetaħ aktar għall-investituri barranin u jitjieb l-ambjent tal-investimenti, titlesta r-reviżjoni tal-lista negattiva dwar l-investiment barrani u jitneħħew ir-restrizzjonijiet għall-kumpaniji Ewropej filwaqt li tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u jiġu assigurati kundizzjonijiet ekwi billi jkun hemm aktar trasparenza u regolamentazzjoni aħjar tas-suq tar-RPĊ; jappella li dawn l-impenji jitwettqu; |
24. |
Itenni l-importanza li jieqfu l-prattiki diskriminatorji kollha kontra l-investituri barranin; ifakkar, f'dan ir-rigward, li dawn ir-riformi se jkunu ta' benefiċċju kemm għan-negozji Ċiniżi u kemm għal dawk Ewropej, speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (MSMEs); |
25. |
Jistlob lill-Kummissjoni tippromwovi r-Regolament Ġenerali ġdid tal-Unjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) bħala standard indipensabbli fir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha maċ-Ċina; jirrimarka l-ħtieġa ta' djalogu sistematiku maċ-Ċina u ma' sħab oħra tad-WTO dwar ir-rekwiżiti regolatorji relatati mad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomiji tagħna u l-impatt tagħha b'diversi aspetti fuq: il-kummerċ, il-ktajjen ta' produzzjoni, is-servizzi diġitali transfruntiera, l-istampar 3D, ix-xejriet tal-konsum, il-pagamenti, it-taxxi, il-protezzjoni tad-data personali, il-kwistjonijiet tad-drittijiet ta' proprjetà, l-għoti u l-protezzjoni ta' servizzi awdjoviżivi, il-midja u l-kuntatti bejn il-persuni; |
26. |
Jistieden lir-RPĊ tħaffef il-proċess ta' adeżjoni mal-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwisti Pubbliċi u tippreżenta offerta ta' adeżjoni sabiex tagħti lill-kumpaniji Ewropej aċċess għas-suq tagħha fuq bażi ekwivalenti tal-aċċess li l-kumpaniji Ċiniżi diġà jgawdu fl-UE; jiddispjaċih dwar il-fatt li s-suq tal-akkwist pubbliku Ċiniż għadu fil-biċċa l-kbira tiegħu magħluq għal fornituri barranin, filwaqt li n-negozji Ewropej isofru minn diskriminazzjoni u minn nuqqas ta' aċċess għas-suq Ċiniż; jistieden lir-RPĊ tippermetti aċċess nondiskriminatorju lin-negozji Ewropej u lill-ħaddiema dwar l-akkwist pubbliku; jistieden lill-Kunsill jadotta malajr l-Istrument ta' Akkwist Internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni toqgħod attenta għal kuntratti mogħtija lil intrapriżi barranin suspettati li jipprattikaw dumping u tieħu azzjoni, fejn meħtieġ; |
27. |
Jappella għal kooperazzjoni koordinata mar-RPĊ dwar l-Inizjattiva "Belt and Road" abbażi ta' reċiproċità, żvilupp sostenibbli, governanza tajba, u regoli miftuħa u trasparenti, b'mod partikolari rigward l-akkwist pubbliku; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, dwar il-fatt li l-Memorandum ta' Qbil iffirmat mill-Fond Ewropew tal-Investiment u mis-"Silk Road Fund" tar-RPĊ u dak iffirmat mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), mill-Bank Asjatiku tal-Iżvilupp, mill-Bank Asjatiku tal-Investiment fl-Infrastruttura, mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, mill-Bank il-Ġdid għall-Iżvilupp u mill-Bank Dinji għadhom ma tejbux l-ambjent tan-negozju għall-intrapriżi u għall-ħaddiema Ewropej; jiddispjaċih għan-nuqqas ta' valutazzjonijiet tal-impatt professjonali u sostenibbli f'diversi proġetti li għandhom x'jaqsmu mal-"Belt and Road" u jissottolinja l-importanza tal-kwalità tal-investiment, b'mod partikolari fir-rigward tal-effetti pożittivi fuq l-impjiegi, id-drittijiet tal-ħaddiema, il-produzzjoni li tirrispetta l-ambjent, u l-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima, skont governanza multilaterali u standards internazzjonali; |
28. |
Jappoġġja n-negozjati li għaddejjin dwar Ftehim ta' Investiment komprensiv bejn l-UE u r-RPĊ, li tvaraw fl-2013, u jistieden lir-RPĊ tinvolvi ruħha aktar f'dan il-proċess; jistieden liż-żewġ partijiet iġeddu l-isforzi tagħhom biex jagħmlu progress fin-negozjati, immirati biex jiksbu kundizzjonijiet ekwi ġenwini għan-negozji u għall-ħaddiema Ewropej, u jiżguraw reċiproċità fl-aċċess għas-suq, filwaqt li jfittxu li jiksbu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-SMEs u l-akkwist pubbliku; jistieden liż-żewġ partijiet, barra minn hekk, jaħtfu l-opportunità mogħtija mill-ftehim ta' investiment sabiex iżidu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tad-drittijiet ambjentali u tax-xogħol u jinkludu kapitlu dwar l-iżvilupp sostenibbli fit-test; |
29. |
Ifakkar li l-kumpaniji tal-UE jiffaċċjaw għadd dejjem akbar ta' miżuri restrittivi ta' aċċess għas-suq fir-RPĊ minħabba obbligi ta' inizjattivi bi sħab f'diversi setturi tal-industrija u rekwiżiti tekniċi diskriminatorji ulterjuri, li jinkludu lokalizzazzjoni furzata tad-data, u żvelar tal-kodiċi tas-sors, u regoli regolatorji tan-negozju barrani; jilqa', f'dan ir-rigward, l-Avviż dwar Diversi Miżuri rigward il-Promozzjoni ta' Aktar Trasparenza u Użu Attiv tal-Investiment Barrani, maħruġ mill-Kunsill tal-Istat tar-RPĊ fl-2017, iżda jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' skeda ta' żmien biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha; jistieden, għalhekk, lill-awtoritajiet Ċiniżi biex iwettqu malajr dawn l-impenji; |
30. |
lill-UE u lill-Istati Membri tagħha flimkien maċ-Ċina biex jintensifikaw il-kooperazzjoni ħalli jibnu ekonomiji ċirkolari, peress li din il-ħtieġa urġenti saret aktar viżibbli wara d-deċiżjoni leġittima taċ-Ċina li tipprojbixxi importazzjonijiet ta' skart tal-plastik mill-Ewropa; jistieden liż-żewġ sħab jintensifikaw il-kooperazzjoni ekonomika u teknoloġika sabiex jiġi evitat li l-ktajjen ta' produzzjoni globali, il-kummerċ u t-trasport, u s-servizzi turistiċi jikkawżaw akkumulazzjoni inaċċettabbli ta' skart tal-plastik fl-oċeani tagħna; |
31. |
Jistieden lir-RPĊ tistinka biex ikollha rwol responsabbli fix-xena globali, b'għarfien komplet tar-responsabbiltajiet li jirriżultaw mill-preżenza ekonomika tagħha u mill-prestazzjoni tagħha f'pajjiżi terzi u fis-swieq globali, inkluż billi tagħti l-appoġġ attiv tagħha lis-sistema ta' kummerċ multilaterali bbażata fuq ir-regoli u lid-WTO; jemmen, f'dan il-kuntest ta' ktajjen ta' valur globali, li tensjonijiet kummerċjali internazzjonali li qed jiżdiedu għandhom jiġu solvuti permezz ta' negozjati, filwaqt li tenna l-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet multilaterali; jappella, f'dan ir-rigward, għat-twettiq tal-obbligi stipulati fil-Protokoll tal-Adeżjoni tar-RPĊ mad-WTO u għall-protezzjoni tal-mekkanizmi operazzjonali tagħha; jissottolinja l-obbligi ta' notifika u trasparenza li jirriżultaw minn ftehimiet tad-WTO fir-rigward ta' sussidji u jesprimi tħassib dwar il-prattika attwali ta' sussidjar dirett jew indirett ta' kumpaniji Ċiniżi; jitlob li l-azzjonijiet u l-isforzi jsiru b'koordinazzjoni ma' sħab kummerċjali ewlenin tal-UE sabiex jiġu indirizzati u eliminati d-distorsjonijiet fis-suq maħluqa mill-istat li jaffettwaw il-kummerċ globali; |
32. |
Jiddispjaċih għall-fatt li r-RPĊ, minkejja li lestiet il-proċedura għar-riforma tal-metodoloġija Ewropea tal-kalkolu tad-dazji antidumping, għadha ma rtiratx il-każ tagħha kontra l-UE mill-korp tal-appell tad-WTO; |
33. |
Jesprimi tħassib dwar il-miżuri tariffarji li qed jeskalaw u li qed jittieħdu miċ-Ċina u mill-Istati Uniti; |
34. |
Jesprimi tħassib dwar l-għadd ta' restrizzjonijiet li l-kumpaniji Ewropej, u l-MSMEs b'mod partikolari, ikomplu jiffaċċjaw fir-RPĊ, inkluż fil-Katalogu tal-Investiment Barrani tal-2017 u fil-Lista Negattiva tal-2017 dwar iż-Żoni ta' Kummerċ Ħieles, kif ukoll f'setturi li jaqgħu taħt il-pjan "Made in China 2025"; jitlob li jkun hemm tnaqqis rapidu ta' dawn ir-restrizzjonijiet sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal ta' kooperazzjoni u s-sinerġiji bejn l-iskemi tal-Industrija 4.0 fl-Ewropa u l-istrateġija "Made in China 2025", fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu ristrutturati s-setturi produttivi tagħna lejn sistemi ta' manifattura intelliġenti, inkluża l-kooperazzjoni fl-iżvilupp u d-definizzjoni ta' standards industrijali rispettivi f'fora multilaterali; ifakkar fl-importanza li jitnaqqsu s-sussidji tal-gvern tar-RPĊ; |
35. |
Jistieden lir-RPĊ tieqaf tagħmel l-aċċess għas-suq dejjem aktar kondizzjonali fuq it-trasferimenti furzati tat-teknoloġija, kif iddikjarat fid-dokument ta' pożizzjoni tal-2017 tal-Kamra tal-Kummerċ tal-Ujoni Ewropea dwar iċ-Ċina; |
36. |
Jappella għat-tkomplija tan-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Beni Ambjentali (EGA), abbażi tal-kooperazzjoni produttiva bejn l-UE u r-RPĊ fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-impenn konġunt qawwi lejn l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi; jisħaq fuq il-potenzjal kummerċjali tal-kooperazzjoni teknoloġika dwar teknoloġiji nodfa; |
37. |
Jinnota bi tħassib il-konklużjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali f'pajjiżi terzi, li jsemmi lir-RPĊ bħala t-tħassib ewlieni; itenni l-ħtieġa li tiġi żgurata protezzjoni għal ekonomija Ewropea bbażata fuq l-għarfien; jistieden lir-RPĊ tiġġieled kontra l-użu illeċitu ta' liċenzji Ewropej minn kumpaniji Ċiniżi; |
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi l-preżenza tal-Unjoni Ewropea fl-Expo Internazzjonali taċ-Ċina dwar l-Importazzjonijiet li se ssir f'Shanghai f'Novembru 2018, u tipprovdi lill-SMEs, b'mod partikolari, l-opportunità li jesponu ħidmiethom; jistieden lill-Kummissjoni tikkuntattja lill-kmamar tal-kummerċ, b'mod partikolari fl-Istati Membri li bħalissa jinsabu inqas involuti fil-kummerċ maċ-Ċina, sabiex tippromwovi din l-opportunità; |
39. |
Jesprimi tħassib dwar il-miżuri tal-Istat tar-RPĊ li kkawżaw distorsjonijiet kummerċjali, inkluża l-kapaċità żejda industrijali fis-setturi tal-materja prima, bħal dawk tal-azzar u tal-aluminju, fost oħrajn; ifakkar fl-impenji li saru waqt l-ewwel laqgħa ministerjali tal-Forum Globali dwar il-Kapaċità Eċċessiva tal-Azzar fl-2017 sabiex jitwaqqaf l-għoti ta' sussidji li joħolqu distorsjoni fis-suq, iżda jiddispjaċih li d-delegazzjoni Ċiniża ma tatx data dwar il-kapaċità; jistieden lir-RPĊ biex, tissodisfa l-impenn tagħha li tidentifika u tiżvela data dwar is-sussidji u l-miżuri ta' appoġġ tagħha għall-industriji tal-azzar u tal-aluminju; jirrikonoxxi r-rabta bejn il-kapaċità żejda industrijali globali u ż-żieda f'miżuri kummerċjali protezzjonisti u jkompli jħeġġeġ il-kooperazzjoni multilaterali sabiex jiġi indirizzat it-tħassib strutturali dwar il-kapaċità eċċessiva; jilqa' l-azzjoni tripartitika proposta mill-Istati Uniti, mill-Ġappun u mill-UE fil-livell tad-WTO; |
40. |
Jenfasizza l-importanza ta' ftehim ambizzjuż bejn l-UE u r-RPĊ dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi (GIs), abbażi tal-ogħla standards internazzjonali, u jilqa' l-aħbar konġunta tal-2017 bejn l-UE u r-RPĊ dwar il-lista ta' 200 indikazzjoni ġeografiċi Ċiniżi u Ewropej, li l-protezzjoni għalihom se tkun is-suġġett ta' negozjati; iqis, madankollu, li peress li n-negozjati tnedew fl-2010, il-lista hija riżultat modest ħafna, u jiddispjaċih għan-nuqqas ta' progress f'dan ir-rigward; jitlob li jkun hemm konklużjoni bikrija tan-negozjati u jħeġġeġ liż-żewġ partijiet jikkunsidraw l-opportunità li jmiss tas-Summit bejn l-UE u r-RPĊ bħala okkażjoni tajba biex jinkiseb progress effettiv għal dan il-għan; itenni l-ħtieġa għal aktar kooperazzjoni fil-qasam tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji (SPS) biex jitnaqqsu l-piżijiet fuq l-esportaturi tal-UE; |
41. |
Jilqa' d-deċiżjoni taċ-Ċina li tittardja b'sena l-implimentazzjoni ta' ċertifikazzjonijiet ġodda għal ikel u xorb importat, li kienu jnaqqsu b'mod drammatiku l-importazzjonijiet tal-ikel mill-UE; jilqa', barra minn hekk, id-dewmien fl-implimentazzjoni ta' standards ġodda għal vetturi elettriċi u jappella għal djalogu sostantiv u aktar koordinazzjoni dwar inizjattivi bħal dawn; |
42. |
Jirrakkomanda li l-Unjoni u l-Gvern Ċiniż ivaraw inizjattiva konġunta fi ħdan il-G20 sabiex jistabbilixxu Forum Globali dwar il-Kapaċità Eċċessiva tal-Aluminju, b'mandat biex jindirizzaw il-katina sħiħa tal-valur tal-industrija tal-boksajt, tal-alumina u tal-aluminju, inklużi l-prezzijiet tal-materja prima u l-aspetti ambjentali; |
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod attiv timmonitorja l-miżuri ta' distorsjoni tal-kummerċ Ċiniż, li qed jaffettwaw il-pożizzjonijiet tal-kumpaniji tal-UE fis-swieq globali, u biex tieħu azzjoni xierqa fi ħdan id-WTO u f'fora oħrajn, inkluż permezz ta' soluzzjoni tat-tilwim; |
44. |
Jinnota li liġi ġdida Ċiniża dwar l-investiment barrani tinsab fil-proċess li tiġi abbozzata; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati Ċiniżi jirsistu għal trasparenza, obbligu ta' rendikont, prevedibbiltà u ċertezza legali, u jqisu l-proposti u l-istennijiet tad-djalogu attwali bejn l-UE u ċ-Ċina dwar ir-relazzjoni kummerċjali u ta' investiment; |
45. |
Jesprimi tħassib dwar il-liġi ġdida dwar iċ-ċibersigurtà, li tinkludi, inter alia, ostakli regolatorji ġodda għall-kumpaniji barranin li jbigħu tagħmir u servizzi tal-IT u tat-telekomunikazzjoni; jiddispjaċih dwar il-fatt li dawn il-miżuri adottati reċentement, flimkien mal-istabbiliment ta' gruppi tal-Partit Komunista Ċiniż fi ħdan kumpaniji privati, inklużi kumpaniji barranin, u miżuri bħalma huma l-liġi dwar l-NGOs, jagħmlu l-ambjent ġenerali tan-negozju fir-RPĊ aktar ostili għal operaturi ekonomiċi barranin u privati; |
46. |
Jinnota li fl-2016 is-sistema bankarja tar-RPĊ qabżet dik taż-żona tal-euro bħala l-akbar fid-dinja; jistieden lir-RPĊ tippermetti lill-intrapriżi bankarji barranin jikkompetu fuq l-istess livell ma' istituzzjonijiet domestiċi u tikkoopera mal-UE fil-qasam tar-regolamentazzjoni finanzjarja; jilqa' d-deċiżjoni tar-RPĊ li tnaqqas it-tariffi fuq 187 prodott tal-konsumatur u li tneħħi l-livelli limitu ta' sjieda barranija għall-banek; |
47. |
Ifakkar fir-rapport tiegħu tal-2015, dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-RPĊ, li fiha appella għat-tnedija ta' negozjati għal ftehim bilaterali ta' investiment mat-Tajwan; jirrimarka li l-Kummissjoni diversi drabi ħabbret il-varar ta' negozjati dwar l-investiment ma' Hong Kong u t-Tajwan, iżda jiddispjaċih li fil-fatt għadu ma ġie varat l-ebda negozjar bħal dan; itenni l-appoġġ tiegħu għal ftehim bilaterali ta' investiment mat-Tajwan u Hong Kong; jirrikonoxxi li ż-żewġ sħab jistgħu jaġixxu wkoll bħala punt ta' spinta għan-negozji tal-UE fiċ-Ċina kontinentali; |
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina mal-Istati Membri, u b'konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew, tifformula pożizzjoni Ewropea unika u strateġija ekonomika komuni fir-rigward tar-RPĊ; jistieden lill-Istati Membri kollha jaderixxu b'mod konsistenti ma' din l-istrateġija; |
49. |
Jissottolinja l-konsegwenzi potenzjali tas-sistema proposta ta' kreditu soċjali għall-ambjent tan-negozju, u jappella biex tiġi implimentata b'mod trasparenti, ġust u ekwu; |
50. |
Jilqa' l-progress leġiżlattiv fl-UE dwar ir-Regolament (UE) 2017/821 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli, u leġiżlazzjoni simili dwar il-minerali ta' kunflitt fiċ-Ċina bil-għan li tiżgura li l-kummerċ ta' dawn il-minerali ma jiffinanzjax kunflitti armati; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi evitat li l-minerali ta' kunflitt jiġu proċessati fil-mowbajls, fil-karozzi u fil-ġojjellerija tagħna; jistieden kemm lill-Kummissjoni u kemm lill-Gvern Ċiniż jistabbilixxu kooperazzjoni strutturata biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida u biex jipprevjenu b'mod effikaċi lill-funderiji u lir-raffineriji Ċiniżi u tal-UE milli jużaw minerali ta' kunflitt, jipproteġu lill-ħaddiema tal-minjieri, inklużi t-tfal, milli jiġu abbużati, u jesiġu li l-kumpaniji tal-UE u dawk Ċiniżi jiżguraw li jimportaw dawn il-minerali u l-metalli minn sorsi responsabbli biss. |
51. |
jinnota li waqt id-Dsatax-il Kungress tal-Partit li nżamm f'Ottubru 2017 u matul l-aħħar sessjoni tal-NPC, is-Segretarju Ġenerali u l-President Xi Jinping, saħħaħ il-pożizzjoni ta' poter tiegħu fi ħdan il-partit, u witta t-triq għall-estensjoni mingħajr limitu tal-mandat tiegħu, u saħħaħ il-kontroll tal-organi tal-partit tal-ħalq fuq l-apparat tal-istat u l-ekonomija, inkluż bil-ħolqien ta' ċelloli tal-partit f'intrapriżi barranin; jinnota li r-riforma radikali korrispondenti tas-sistema politika tar-RPĊ hija akkumpanjata minn bidla ulterjuri fl-enfasi politika lejn politika bbażata fuq sorveljanza mill-qrib fl-oqsma kollha; |
52. |
Jenfasizza li l-ħolqien tal-Kummissjoni Nazzjonali ta' Sorveljanza, li l-istatus legali tagħha huwa ekwivalenti għal dak tal-qrati u tal-prosekutur pubbliku, jirrappreżenta pass drastiku lejn l-amalgamazzjoni tal-funzjonijiet tal-partijiet u tal-istat, peress li tistabbilixxi korp superviżorju tal-Istat li jirċievi l-ordnijiet tiegħu mill-Kummissjoni Ċentrali għall-Ispezzjoni tad-Dixxiplina (CCDI) li magħha jikkondividi l-uffiċċji u l-persunal; jinsab imħasseb dwar il-konsegwenzi profondi ta' din l-estensjoni tas-sorveljanza tal-partit fuq numru kbir ta' persuni, peress li dan ifisser li l-kampanja kontra l-korruzzjoni tista' tiġi estiża biex jitħarrku mhux biss il-membri tal-partit iżda wkoll l-uffiċjali taċ-ċivil, ibda mill-maniġers tal-kumpaniji tal-istat, sa professuri universitarji u diretturi tal-iskejjel tar-raħal; |
53. |
Josserva li, filwaqt li għadha qed tinbena s-Sistema Soċjali ta' Kreditu, listi suwed ta' individwi li ma jikkonformawx u entitajiet legali, kif ukoll listi ħomor għal individwi u kumpaniji eċċellenti, jiffurmaw il-qalba tal-istadju ta' implimentazzjoni kurrenti, fejn l-attenzjoni ewlenija hija fuq l-ikkastigar tat-trasgressuri fuq listi suwed u l-premjazzjoni ta' dawk fuq listi ħomor; jinnota li fil-bidu tal-2017 il-Qorti Suprema tal-Poplu taċ-Ċina ddikjarat li aktar minn sitt miljun ċittadin Ċiniż kienu ġew ipprojbiti milli jtiru minħabba atti soċjali ħżiena; jiċħad bil-qawwa x-xandir u ċ-ċanfir pubbliku ta' persuni fuq il-lista s-sewda bħala parti integrali tas-Sistema Soċjali ta' Kreditu; jissottolinja l-importanza u l-ħtieġa ta' djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-kontrapartijiet Ċiniżi tagħhom dwar il-konsegwenzi soċjali serji kollha ta' dan l-ippjanar ċentrali kif ukoll dwar l-esperimenti lokali tas-Sistema Soċjali ta' Kreditu; |
54. |
Jesprimi tħassib enormi dwar is-sistemi massivi ta' sorveljanza taċ-ċiberspazju taċ-Ċina, u jitlob l-adozzjoni ta' regolament dwar id-drittijiet ta' privatezza infurzabbli; jikkundanna r-repressjoni kontinwa fuq il-libertà tal-internet mill-awtoritajiet Ċiniżi, b'mod partikolari l-libertà ta' aċċess għal siti web barranin, u jiddispjaċih għall-politika ta' awtoċensura li ġiet adottata minn xi kumpaniji tal-Punent li joperaw fiċ-Ċina; ifakkar li tmienja minn fost l-aktar 25 sit web popolari fid-dinja huma bblukkati fiċ-Ċina, inklużi siti web ta' kumpaniji ewlenin tal-IT; |
55. |
Jirrimarka li d-dikjarazzjoni ta' Xi dwar l-importanza ewlenija ta' "stabbiltà fit-tul" għas-suċċess tal-BRI f'Xinjiang wasslet biex jiġu intensifikati l-istrateġiji ta' kontroll li ilhom għaddejjin u li ssaħħew b'firxa ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi u b'żieda rapida fin-nefqa dwar is-sigurtà domestika, u l-użu ta' miżuri kontra t-terroriżmu biex jiġu kkriminalizzati l-kontestazzjoni u l-individwi dissidenti bl-użu tal-applikazzjoni ta' definizzjoni wiesgħa ta' terroriżmu; jinsab imħasseb dwar l-implimentazzjoni mill-Istat ta' miżuri li jiżguraw "is-superviżjoni komprensiva" tar-reġjun permezz tal-installazzjoni tas-sorveljanza elettronika Ċiniża "Skynet" f'żoni urbani ewlenin, l-installazzjonijiet ta' trackers tal-GPS fil-vetturi bil-mutur kollha, l-użu ta' scanners ta' rikonoxximent tal-wiċċ fil-punti ta' kontroll u fl-istazzjonijiet tal-ferrovija u fil-pompi tal-petrol, u l-isforz ta' ġbir tad-demm mill-pulizija ta' Xinjiang biex tkompli tiġi estiża d-databażi tad-DNA taċ-Ċina; jesprimi l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar il-bgħit ta' eluf ta' Uyghurs u ta' Każakistani etniċi f' "kampijiet ta' riedukazzjoni" politika, skont analiżi tad-data miġbura permezz ta' sistema ta' "pulizija preventiva", anke għas-sempliċi l-fatt li wieħed ikun ivvjaġġa barra mill-pajjiż jew inkella jekk jitqies li huwa devot wisq; jiġġudika li l-proklamazzjoni ta' Xi tgħid li BRI se "tibbenefika lil persuni madwar id-dinja kollha" peress li se tkun ibbażata fuq "l-ispirtu tat-Triq tal-Ħarir" jiġifieri dak ta' "paċi u kooperazzjoni, ftuħ u inklużività", s'issa għadha 'l bogħod mir-realtà ffaċċjata mill-Uyghurs u mill-Każakistani etniċi f'Xinjiang; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi jilliberaw lil dawk li allegatament ġew detenuti minħabba t-twemmin tagħhom jew minħabba l-prattiki kulturali u l-identitajiet tagħhom; |
56. |
Jisħaq li t-tisħiħ istituzzjonali u finanzjarju tad-diplomazija Ċiniża jirrifletti l-prijorità għolja mogħtija minn Xi Jimping lill-politika barranija bħala parti mill-viżjoni tiegħu biex iċ-Ċina tinbidel f'setgħa globali sal-2049; jinnota li ċ-ċaqliq tar-responsabbiltà għall-affarijiet barranin, li sar matul l-aħħar sessjoni tal-NPC, jixhed ir-rwol dejjem akbar tal-politika barranija fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Partit; jissottolinja l-fatt li l-istabbiliment tal-Aġenzija ta' Kooperazzjoni Internazzjonali għall-Iżvilupp tal-Istat huwa turija tal-importanza qawwija li t-tmexxija ta' Xi tattribwixxi għat-tisħiħ tal-interessi globali ta' sigurtà tagħha permezz ta' mezzi ekonomiċi, pereżmpju bi BRI "bi skop aħjar"; jikkonkludi, għalhekk, li matul il-ħames snin li jmiss, iċ-Ċina se tkun aktar preżenti u aktar parteċipi barra minn xtutha, permezz ta' inizjattivi diplomatiċi u ekonomiċi li għalihom l-UE u l-Istati Membri jridu jsibu risposti u strateġiji komuni; |
57. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati l-paċi u s-sigurtà fl-Ibħra tan-Nofsinhar u tal-Lvant taċ-Ċina għall-istabbiltà fir-reġjun; jissottolinja l-importanza li tiġi żgurata l-libertà u s-sikurezza tat-tbaħħir fir-reġjun għal ħafna stati Asjatiċi u Ewropej; jinnota li l-istrutturi li tlestew matul l-aħħar sena fuq artijiet kemm fil-gżejjer Spraatlys kif ukoll fil-gżejjer Parakels fil-Baħar tan-Nofsinhar taċ-Ċina jinkludu ħangars kbar tul runways twal 3 km, xelters rinfurzati għal pjattaformi ta' missili, żoni kbar ta' ħżin taħt l-art, ħafna bini amministrattiv, tagħmir ta' imblukkar radjufoniku militari, netwerks kbar ta' radar bi frekwenza għolja u radaru sensuri li jkopru lil hinn mill-orizzont, u li dan kollu jindika fażi ta' konsolidament u ta' tisħiħ ulterjuri ta' kapaċitajiet ta' sorveljanza fit-tul u militari, filwaqt li l-militarizzazzjoni ulterjuri tal-gżejjer permezz ta' kollokament ta' pjattaformi militari saħansitra aktar avvanzati jistgħu jservu għal skopijiet ta' ritaljazzjoni potenzjali għal azzjonijiet legali ġodda jew għal preżenza navali internazzjonali estiża; jistieden liċ-Ċina u l-ASEAN iħaffu l-konsultazzjonijiet dwar il-Kodiċi ta' Kondotta għas-soluzzjoni paċifika ta' tilwim u l-kontroversji f'dan il-qasam; jinsisti li l-kwistjoni għandha tiġi solvuta skont il-liġi internazzjonali taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS); jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri tagħha, bħala partijiet kontraenti għall-UNCLOS, jirrikonoxxu d-deċiżjoni tat-Tribunal tal-Arbitraġġ; itenni l-appell tiegħu liċ-Ċina biex taċċetta d-deċiżjoni tat-Tribunal; jissottolinja li l-UE tixtieq iżżomm l-ordni internazzjonali abbażi tal-istat tad-dritt; |
58. |
Huwa mħasseb ħafna dwar it-tnaqqis tal-ispazju ta' manuvrar għas-soċjetà ċivili minn meta Xi Jinping tela' fil-poter fl-2012, b'mod partikolari fid-dawl tal-Liġi dwar il-Ġestjoni tal-NGOs Barranin li daħlet fis-seħħ fit-1 ta' Jannar 2017, li tqiegħed lill-NGOs barranin kollha, inklużi t-think tanks u istituzzjonijiet akkademiċi, taħt piż amministrattiv u pressjoni ekonomika aktar qawwija u taħt il-kontroll strett tal-Unità ta' Sorveljanza affiljata mal-Ministeru tas-Sigurtà Pubblika, dan b'impatt negattiv qawwi fuq l-operat u l-finanzjament tagħhom; jistenna li l-NGOs Ewropej fiċ-Ċina jgawdu mill-istess libertajiet li jgawdu l-NGOs taċ-Ċina fl-UE; jitlob lill-awtoritajiet Ċiniżi li jirrevokaw il-leġiżlazzjoni restrittiva bħal-Liġi dwar l-NGOs Barranin, li hija inkonsistenti mad-dritt ta' libertà ta' assoċjazzjoni, ta' opinjoni u ta' espressjoni; |
59. |
jinsisti li l-awtoritajiet Ċiniżi jridu jiggarantixxu li dawk kollha li jinsabu f'detenzjoni jiġu ttrattati f'konformità mar-regoli internazzjonali u li għandhom jiġu pprovduti b'aċċess għal konsulent legali u għal trattament mediku, f'konformità mal-Korp ta' Prinċipji tan-NU għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha taħt Kull Formola ta' Detenzjoni jew Priġunerija; |
60. |
Iħeġġeġ liċ-Ċina hekk kif qed joqrob l-20 anniversarju tal-firma tagħha tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, biex tirratifikah u tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu, anke billi ttemm kull prattika abbużiva u tadotta l-leġiżlazzjoni tiegħu kif meħtieġ; |
61. |
Jikkundanna l-użu tal-piena tal-mewt, u jfakkar li ċ-Ċina eżegwit sentenzi tal-mewt fuq aktar persuni mill-pajjiżi l-oħrajn kollha flimkien u fl-2016 eżegwiet aktar minn 2 000 sentenza tal-mewt; iħeġġeġ liċ-Ċina tixħet dawl dwar l-iskala tal-eżekuzzjonijiet fil-pajjiż u tiżgura transparenza ġudizzjarja; jistieden lill-UE tqawwi l-isforzi diplomatiċi tagħha u tesiġi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt; |
62. |
Huwa mħasseb ħafna għall-fatt li l-kontenut ewlieni tar-regolamenti reliġjużi l-ġodda se jwassal biex ir-reliġjonijiet u l-assoċjazzjonijiet etiċi mhux reliġjużi kollha, irrispettivament minn jekk humiex awtorizzati jew le, jiġu ttimbrati mill-Gvern Ċiniż; jissottolinja l-fatt li hemm ħafna kongregazzjonijiet ta' knejjes fid-djar fiċ-Ċina li jirrifjutaw, għal raġunijiet teoloġiċi, li jingħaqdu fil-Moviment Patrijottiku Protestant u fil-Kunsill Nisrani sanzjonati mill-istat u mill-partit; jappella lill-Gvern Ċiniż jippermetti lil bosta knejjes fid-djar li huma lesti li jirreġistraw sabiex jagħmlu dan direttament tad-Dipartiment għall-Affarijiet Ċivili tal-gvern, sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-interessi tagħhom bħala organizzazzjonijiet soċjali; |
63. |
Iħeġġeġ liċ-Ċina tirrevedi l-politiki tagħha fit-Tibet; jappella liċ-Ċina tirrevedi u temenda l-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri li għaddew f'dawn l-aħħar snin li jxekklu bil-qawwa l-eżerċizzju tad-drittijiet ċivili u politiċi tat-Tibetani, inkluża l-libertà tal-espressjoni u l-libertà reliġjuża tagħhom; iħeġġeġ lill-mexxejja taċ-Ċina jkomplu jfasslu politiki ta' żvilupp u ambjentali li jirrispettaw id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali tat-Tibetani u li jinkludu l-popolazzjonijiet lokali, bi qbil mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti; jappella lill-gvern taċ-Ċina jinvestiga l-każijiet kontinwi ta' għajbien infurzat, tortura u trattament ħażin ta' Tibetani u jirrispetta d-drittijiet tagħhom għal-libertà ta' assoċjazzjoni, għal-liberta ta' għaqda paċifika u għal-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin, b'konformità mal-istandards internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li d-degradazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tibet għandha titqajjem sistematikament f'kull Summit UE-Ċina; jitlob li jitkompla d-djalogu kostruttiv bejn l-awtoritajiet tal-Gvern Ċiniż u r-rappreżentanti tal-poplu Tibetan; iħeġġeġ liċ-Ċina tagħti lid-diplomatiċi, lill-ġurnalisti u liċ-ċittadini tal-UE aċċess mingħajr xkiel għat-Tibet b'sens ta' reċiproċità għall-aċċess ħieles u miftuħ għall-vjaġġaturi Ċiniżi fit-territorji kollha tal-Istati Membri tal-UE; jappella lill-awtoritajiet Ċiniżi jippermettu lit-Tibetani fit-Tibet jivvjaġġaw b'mod ħieles u biex jirrispettaw id-dritt ta' dawn tal-aħħar għal-libertà ta' moviment; Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi jħallu lill-osservaturi indipendenti, inkluż lill-Kummissarja Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem jkollhom aċċess għat-Tibet; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jikkunsidraw serjament il-kwistjoni ta' aċċess għat-Tibet fid-diskussjonijiet dwar ftehim ta' faċilitazzjoni tal-viża UE-Ċina; |
64. |
Jinnota li r-Rapport Annwali għall-2017 dwar ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong (SAR) mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea jikkonkludi li minkejja xi sfidi, ġeneralment il-prinċipju ta' "pajjiż wieħed, żewġ sistemi" ħadem tajjeb, li l-istat tad-dritt huwa sovran u l-liberta tal-informazzjoni hija ġeneralment irrispettata, iżda dan ir-rapport jesprimi tħassib ukoll dwar it-tħassir gradwali tal-prinċipju ta' "pajjiż wieħed, żewġ sistemi", li jwassal għal mistoqsijiet leġittimi dwar l-implimentazzjoni tiegħu u dwar il-grad għoli ta' awtonomija ta' Hong Kong fit-tul; jissottolinja lir-Rapport Annwali josserva li saru aktar prominenti żewġ tendenzi negattivi rigward il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-informazzjoni, partikolarment l-awtoċensura fir-rapportar dwar l-iżviluppi ta' politika domestika u barranija u l-pressjoni fuq il-ġurnalisti; jappoġġja bis-sħiħ is-sostenn tal-UE lill-awtoritajiet tal-Hong Kong SAR u tal-Gvern Ċentrali biex terġa' tibda r-riforma elettorali bi qbil mal-Liġi Bażika u biex jintlaħaq ftehim dwar sistema elettorali li tkun demokratika, ġusta, miftuħa u trasparenti; jissottolinja li l-poplu ta' Hong Kong għandu d-dritt leġittimu li jkompli jafda fuq ġudikatura li hija fdata, fejn l-istat tad-dritt hu sovran u fejn hemm livelli baxxi ta' korruzzjoni, trasparenza, drittijiet tal-bniedem, libertà ta' opinjoni, u standards għoljin ta' saħħa u sikurezza pubblika; jissottolinja li r-rispett sħiħ tal-awtonomija ta' Hong Kong jista' jipprovdi mudell għal proċess ta' riformi politiċi demokratiċi profondi fiċ-Ċina u għal-liberalizzazzjoni gradwali u l-ftuħ tas-soċjetà Ċiniża; |
65. |
Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha biex jagħmlu ħilithom biex iħeġġu lir-RPĊ biex iżżomm lura minn aktar provokazzjoni militari fil-konfront tat-Tajwan u milli tipperikola l-paċi u l-istabbiltà fl-Istrett tat-Tajwan; jenfasizza li t-tilwim kollu bejn naħa u oħra tal-Istrett għandu jiġi riżolt b'mezzi paċifiċi abbażi tad-dritt internazzjonali; Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-deċiżjoni unilaterali min-naħa taċ-Ċina biex tibda tuża rotot ġodda ta' titjiriet fuq l-Istrett ta' Taiwan; jinkoraġġixxi t-tkomplija ta' djalogi uffiċjali bejn Beijing u Tajpej; itenni l-appoġġ konsistenti tiegħu għall-parteċipazzjoni sinifikanti tat-Tajwan f'organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), fejn l-esklużjoni kontinwi tat-Tajwan mhijiex konformi mal-interessi tal-UE; |
66. |
Ifakkar li bħala l-akbar sieħba kummerċjali tal-Korea ta' Fuq u s-sors ewlieni tal-ikel u tal-enerġija, iċ-Ċina għadha qed taqdi rwol ewlieni biex flimkien mal-komunità internazzjonali, tindirizza l-provokazzjonijiet ta' theddid globali tal-Korea ta' Fuq; Jilqa' għalhekk l-inklinazzjoni reċenti murija miċ-Ċina biex tinforza uħud mis-sanzjonijiet internazzjonali kontra Pyongyang, inkluża s-sospensjoni tal-importazzjonijiet tal-faħam mill-Korea ta' Fuq u r-restrizzjoni ta' attivitajiet finanzjarji ta' individwi u negozji mill-Korea ta' Fuq kif ukoll restrizzjonijiet kummerċjali fuq it-tessuti u l-frott tal-baħar; jilqa' wkoll l-isforzi ta' Beijing biex jiġi stabbilit djalogu ma' Pyongyang; Iħeġġeġ lill-UE titkellem b'unità maċ-Ċina sabiex taqdi rwol kostruttiv biex jingħata appoġġ għas-summit inter-Korean li jmiss, kif ukoll għas-summit bejn il-Korea ta' Fuq u l-Istati Uniti, bil-għan li tassisti b'mod attiv fid-denuklearizzazzjoni verifikabbli tal-Korea ta' Fuq u fl-istabbiliment ta' paċi permanenti fuq il-peniżola Koreana; |
67. |
Ifaħħar liċ-Ċina talli nfurzat s-sanzjonijiet kontra l-Korea ta' Fuq; jappella liċ-Ċina sabiex b'mod kostruttiv tikkontribwixxi biex tinstab soluzzjoni fil-peniżola Koreana u tkompli tapplika s-sanzjonijiet kontra l-Korea ta' Fuq sakemm din twettaq progress sinifikanti biex tirrinunzja għall-armi nukleari tagħha, tibdel ir-retorika tagħha fil-konfront tal-Korea t'Isfel u l-Ġappun u tibda tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem; |
68. |
Jissottolinja l-importanza tal-isforzi taċ-Ċina biex tikseb il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà fil-Peniżola Koreana; |
69. |
Jilqa' l-impenn taċ-Ċina għall-isforzi ta' żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Unjoni Afrikana; jirrimarka li l-UE għandha l-għan li ssaħħaħ l-impenn tagħha maċ-Ċina dwar il-politika barranija u l-kwistjonijiet ta' sigurtà billi tħeġġeġ liċ-Ċina timmobilizza r-riżorsi diplomatiċi tagħha u riżorsi oħra biex tappoġġja s-sigurtà internazzjonali, u tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà fil-viċinat tal-UE abbażi tad-dritt internazzjonali; jinnota li l-kooperazzjoni maċ-Ċina fil-qasam tal-kontroll tal-esportazzjoni, id-diżarm, il-kwistjonijiet tan-nonproliferazzjoni u d-denuklearizzazzjoni tal-peniżola Koreana hija essenzjali biex tiġi żgurata l-istabbiltà fir-reġjun tal-Asja tal-Lvant; |
70. |
Jilqa' l-għan taċ-Ċina li tiżviluppa f'ekonomija sostenibbli; Jenfasizza li l-UE tista' tappoġġja l-programm ta' riforma ekonomika taċ-Ċina bl-għarfien tagħha; Jissottolinja li ċ-Ċina hija sieħba ewlenija għall-UE fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-isfidi ambjentali globali; għandu l-ħsieb li jaħdem flimkien maċ-Ċina biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima; |
71. |
Jilqa' r-riformi mwettqa miċ-Ċina mit-tnedija tagħha tal-approċċ favur "ċivilizzazzjoni ekoloġika"; iqis l-istatus speċjali mogħti lill-NGOs ambjentali fil-qrati, il-verifiki tal-impatt ambjentali tal-ħidma tal-uffiċjali u l-investiment kbir fl-elettromobbiltà u fl-enerġija nadifa bħala riformi fid-direzzjoni t-tajba; |
72. |
Jilqa' l-pjan ta' azzjoni tal-2016 taċ-Ċina biex tindirizza r-reżistenza antimikrobika; jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni bejn iċ-Ċina, li tammonta għal nofs il-konsum dinji annwali tal-mediċina antimikrobika, u l-UE, f'li tiġi indirizzata din it-theddida globali; jinsisti li d-dispożizzjonijiet dwar il-benessri tal-annimali għandhom jiġu inklużi fi ftehimiet kummerċjali bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċina; |
73. |
Jieħu nota tad-deċiżjoni taċ-Ċina li tipprojbixxi l-importazzjoni ta' skart solidu, li tenfasizza l-importanza tal-proċess tat-tfassil, il-produzzjoni, it-tiswija, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-prodotti, b'enfasi partikolari fuq il-produzzjoni u l-użu tal-plastik; ifakkar fit-tentattiv riċenti min-naħa taċ-Ċina biex tipprojbixxi l-esportazzjoni ta' elementi terrestri rari u jitlob lill-Kummissjoni tqis l-interdipendenza tal-ekonomiji globali meta tipprijoritizza l-politiki tal-UE; |
74. |
Jemmen li jista' jkun hemm skop, interess u ħtieġa għall-UE u l-ASEAN sabiex jaħdmu flimkien sabiex jiżviluppaw strateġija b'ekonomija ċirkolari konġunta; jemmen li ċ-Ċina jista' jkollha rwol ewlieni fit-teħid 'il quddiem ta' din l-inizjattiva fl-ASEAN; |
75. |
Jargumenta li ċ-Ċina u l-Unjoni Ewropea se jibbenefikaw mill-promozzjoni tas-sostenibbiltà fl-ekonomiji tagħhom u mill-iżvilupp ta' bijoekonomija ċirkolari, sostenibbli u multisettorjali; |
76. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehim biex tiżdied il-kooperazzjoni dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni f'inizjattivi ewlenin bħal dawk dwar l-ikel, l-agrikoltura u l-bijoteknoloġiji, l-ambjent u l-urbanizzazzjoni sostenibbli, it-trasport fuq l-art, l-avjazzjoni aktar sikura u aktar ekoloġika, u l-bijoteknoloġiji għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem li ntlaħaq qbil dwarhom matul it-tielet Djalogu dwar il-Kooperazzjoni fl-Innovazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina f'Ġunju 2017 u l-Pjan Direzzjonali korrispondenti għall-kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika UE-Ċina ta' Ottubru 2017; jistieden lill-UE u liċ-Ċina jkomplu dawn l-isforzi u jpoġġu fil-prattika r-riżultati tal-proġetti ta' riċerka u ta' żvilupp; |
77. |
Jirrimarka li l-UE u ċ-Ċina huma dipendenti ħafna fuq il-fjuwils fossili u flimkien jammontaw għal madwar terz tat-total tal-konsum globali, li jpoġġi liċ-Ċina fuq nett fil-klassifikazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) f'dak li jirrigwardja t-tniġġis fatali tal-arja ta' barra; jenfasizza li żieda fil-kummerċ ta' prodotti tal-bijoekonomija magħmula minn materjali rinnovabbli tista' tgħin fit-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fossili tal-ekonomiji taċ-Ċina u tal-Unjoni; jitlob lill-UE u liċ-Ċina jsaħħu r-relazzjonijiet tagħhom f'oqsma oħra ta' mitigazzjoni tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra bħall-mobbiltà elettrika, l-enerġiji rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika, biex ikomplu u jwessgħu l-Pjan direzzjonali dwar il-kooperazzjoni fl-enerġija bejn l-UE u ċ-Ċina lil hinn mill-2020 u biex jintensifikaw l-isforzi konġunti dwar l-iżvilupp ta' strumenti għal finanzi ekoloġiċi, b'mod speċjali l-finanzjament għall-klima; jitlob liċ-Ċina u lill-UE biex jesploraw u jippromwovu l-ippjanar minn qabel u l-iżvilupp ta' linji ta' trażmissjoni tal-elettriku transkonfinali bl-użu ta' teknoloġija b'kurrent dirett b'vultaġġ għoli sabiex jagħmlu s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli aktar aċċessibbli; |
78. |
Iħeġġeġ lill-UE u liċ-Ċina jkomplu bis-sħubija tagħhom dwar l-urbanizzazzjoni sostenibbli inkluż f'oqsma bħat-trasport nadif, it-titjib fil-kwalità tal-arja, l-ekonomija ċirkolari u l-ekodisinn; jenfasizza l-ħtieġa ta' miżuri ulterjuri għall-protezzjoni ambjentali, filwaqt li jitqies li aktar minn 90 % tal-bliet ma jikkonformawx mal-istandard nazzjonali ta' tniġġis tal-arja ta' PM 2.5, u li fiċ-Ċina, aktar minn miljun ruħ imutu kull sena minħabba mard relatat mat-tniġġis tal-arja; |
79. |
Jissottolinja l-interess reċiproku tal-UE u ċ-Ċina fil-promozzjoni ta' żvilupp b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u fl-indirizzar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fi swieq tal-enerġija trasparenti, pubbliċi u rregolati tajjeb; jemmen fil-valur ta' sħubijiet strateġiċi bejn l-UE u ċ-Ċina bħala neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u għal ġlieda effettiva kontra t-tibdil fil-klima; jistieden lill-UE u liċ-Ċina jużaw il-piż politiku tagħhom biex jippromwovu l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi kif ukoll l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u jħeġġeġ approċċ kooperattiv waqt il-Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC kif ukoll il-Forum Politiku Għoli tan-NU; jistieden liż-żewġ naħat jadottaw dikjarazzjoni konġunta dwar it-tibdil fil-klima biex jintwera l-impenn komuni tagħhom għal implimentazzjoni b'saħħitha tal-Ftehim ta' Pariġi u parteċipazzjoni attiva fid-Djalogu ta' Talanoa 2018 kif ukoll fil-COP24; iħeġġeġ liż-żewġ naħat jaqdu rwol responsabbli fin-negozjati internazzjonali billi jikkontribwixxu għall-għan li jiġi limitat it-tisħin globali permezz tal-politiki dwar il-klima interni rispettivi tagħhom kif ukoll billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji jilħqu l-mira ta' USD 100 biljun kull sena sal-2020 għall-mitigazzjoni u l-adattament; |
80. |
Jilqa' l-varar ta' skema nazzjonali għan-negozjar tal-emissjonijiet fiċ-Ċina f'Diċembru 2017; jieħu nota tal-kooperazzjoni b'suċċess matul il-fażi ta' tħejjija bejn iċ-Ċina u l-UE li għamlet dan il-varar possibbli; jirrikonoxxi r-rieda tat-tmexxija Ċiniża li tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u jistenna b'interess ir-riżultati tal-ħidma kontinwa fuq il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika, li hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-sistema; jenfasizza l-importanza tal-azzjoni mal-ekonomija kollha dwar it-tibdil fil-klima, u jilqa' l-għan li tespandi l-kopertura tagħha biex tinkludi setturi industrijali u ttejjeb l-arranġamenti kummerċjali tas-sistema; jistieden lill-UE u liċ-Ċina jkomplu s-sħubija tagħhom fi ħdan il-proġett ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tas-suq tal-karbonju taċ-Ċina biex dan isir strument effettiv li joħloq inċentivi sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u biex jallinja ruħu aktar mas-sistema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet; jistieden liż-żewġ naħat ikomplu jippromwovu mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju f'pajjiżi u reġjuni oħrajn billi jużaw l-esperjenzi proprji u l-għarfien espert tagħhom u billi jiskambjaw l-aħjar prattika kif ukoll billi jinvolvu ruħhom fi sforzi għall-bini ta' kooperazzjoni bejn swieq tal-karbonju eżistenti sabiex jaħdmu lejn kundizzjonijiet ekwi fil-livell globali; |
81. |
Jittama li ċ-Ċina se tirfed it-tkabbir ekonomiku mid-degradazzjoni ekoloġika, billi tinkorpora l-protezzjoni tal-bijodiversità fl-istrateġiji globali tagħha li għaddejjin bħalissa, tiffaċilita l-kisba tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-SDGs, u timplimenta l-projbizzjoni tal-kummerċ fl-avorju b'mod effikaċi; jirrikonoxxi l-ħidma li saret mill-Mekkaniżmu ta' Koordinazzjoni Bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċina (BCM) dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti u l-Governanza (FLEG) biex jiġi miġġieled globalment il-qtugħ illegali tas-siġar; iħeġġeġ liċ-Ċina, madankollu, tinvestiga l-kummerċ sinifikanti mhux dokumentat fl-injam bejn l-Istati firmatarji tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja FLEGT u ċ-Ċina; |
82. |
Jirrakkomanda l-adozzjoni ta' linji gwida ta' politika Ċiniżi obbligatorji dwar investimenti responsabbli tal-forestrija barranin li għandhom jiġu implimentati b'mod konġunt mal-pajjiżi fornituri, bl-involviment ta' kumpaniji Ċiniżi fl-indirizzar tal-kummerċ illegali tal-injam. |
83. |
Jilqa' l-fatt li ċ-Ċina u l-UE ffirmaw Memorandum ta' Qbil (MtQ) fuq il-politika dwar l-ilma, bil-għan li jsaħħu d-djalogu dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma; jappoġġja bil-qawwa d-Dikjarazzjoni ta' Turku ta' Settembru 2017 iffirmata mill-UE u miċ-Ċina, li enfasizzat li l-governanza tajba tal-ilma għandha tagħti prijorità lill-ekoloġija u lill-iżvilupp ekoloġiku, tpoġġi l-konservazzjoni tal-ilma f'pożizzjoni prominenti, u tirrestawra l-ekosistemi tal-ilma; u jissottolinja li l-MtQ dwar l-istabbiliment ta' Djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar il-Politika dwar l-Ilma mhux biss jarrikkixxi l-kontenut ta' sħubija strateġika bejn iċ-Ċina u l-UE, iżda jispeċifika wkoll id-direzzjoni, il-kamp ta' applikazzjoni, il-metodoloġija u l-arranġamenti finanzjarji għall-kooperazzjoni; |
84. |
Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-proġett ta' kooperazzjoni ffinanzjat mill-Kummissjoni bejn l-organizzazzjonijiet Ewropej u Ċiniżi, implimentat fl-2014-2017 taħt l-awspiċi tal-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (INSC), fil-valutazzjoni tal-istandards u tal-arranġamenti tal-ġestjoni ta' emerġenza radjoloġika u nukleari fiċ-Ċina u fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Istitut ta' Riċerka dwar it-Teknoloġija tal-Enerġija Nukleari Ċiniż fl-oqsma ta' linji gwida għall-ġestjoni f'każ ta' inċidenti serji; |
85. |
Iħeġġeġ lill-investituri Ċiniżi u Ewropej jadottaw standards globali aħjar ta' responsabbiltà soċjali u ambjentali u sabiex itejbu l-istandards ta' sikurezza tal-industriji tagħhom ta' estrazzjoni madwar id-dinja; itenni li, fir-rigward tan-negozjati dwar Ftehim Komprensiv dwar l-Investiment (CAI) maċ-Ċina, l-Unjoni Ewropea jeħtiġilha tappoġġja inizjattivi ta' żvilupp sostenibbli billi tinkoraġġixxi l-investiment responsabbli u tippromwovi standards ambjentali u tax-xogħol fundamentali; jitlob lill-awtoritajiet Ċiniżi u Ewropej joħolqu inċentivi li jinkoraġġixxu lill-kumpaniji tal-estrazzjoni Ċiniżi u Ewropej iwettqu l-attivitajiet tagħhom f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp f'konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u sabiex jinkoraġġixxu l-investiment fil-bini tal-kapaċità għal trasferiment ta' għarfien, it-trasferiment tat-teknoloġija u tar-reklutaġġ lokali; |
86. |
Jilqa' t-tħabbira min-naħa taċ-Ċina fil-kuntest tal-One Planet Summit f'Diċembru 2017 li kienet se tagħmel aktar trasparenti l-impatti ambjentali tal-kumpaniji fiċ-Ċina u tal-investimenti Ċiniżi barra mill-pajjiż; jinsab imħasseb dwar il-fatt li proġetti ta' infrastruttura bħall-Inizjattiva "One Belt One Road (OBOR)" miċ-Ċina jista' jkollhom impatt negattiv fuq l-ambjent u l-klima, u jistgħu jwasslu għal użu akbar ta' fjuwils fossili f'pajjiżi oħra involuti jew milquta mill-iżvilupp tal-infrastruttura; jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u jinkludu klawżoli ta' sostenibbiltà f'kull proġett ta' kooperazzjoni fi ħdan il-qafas OBOR; jinsisti fuq it-twaqqif ta' kumitat konġunt, magħmul minn rappreżentanti tal-pajjiżi involuti u tal-partijiet terzi, biex jissorvelja l-impatt fuq l-ambjent u l-klima; jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni u tas-SEAE biex ifasslu strateġija ta' konnettività UE-Asja fl-ewwel nofs tal-2018; jinsisti li din l-istrateġija għandha tinkludi impenji qawwija favur is-sostenibbiltà, il-protezzjoni ambjentali u l-azzjoni dwar il-klima; |
87. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress taċ-Ċina fit-titjib tal-istandards tas-sikurezza tal-ikel, li huwa element ewlieni għall-protezzjoni tal-konsumaturi Ċiniżi u l-prevenzjoni tal-frodi alimentari; jenfasizza li t-titjib fl-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi huwa pass importanti fiż-żieda ta' kultura tal-konsumatur fiċ-Ċina; |
88. |
Iħeġġeġ lill-pulizija u lis-servizzi tal-infurzar tal-liġi Ċiniżi u Ewropej jieħdu azzjoni komuni biex tiġi jikkontrollaw l-esportazzjoni ta' drogi illegali u sabiex jikkondividu l-intelligence dwar it-traffikar tad-droga permezz tal-iskambju ta' informazzjoni sabiex jiġu identifikati individwi u netwerks kriminali; jinnota li, skont l-istudju intitolat "European Drug Report 2017: Trends and Developments" (Rapport Ewropew dwar id-Droga – Xejriet u Żviluppi) ippubblikat miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), ħafna mill-provvista ta' sustanzi psikoattivi ġodda għall-Ewropa toriġina miċ-Ċina, flimkien ma' sustanzi ġodda jiġu prodotti fi kwantità minn kumpaniji kimiċi u farmaċewtiċi fiċ-Ċina, minn fejn jintbagħtu lejn l-Ewropa, fejn jiġu pproċessati fi prodotti, ippakkjati u jinbigħu; |
89. |
Jirrikonoxxi li l-familji u l-individwi emigraw b'reazzjoni għan-nixfa u diżastri naturali oħrajn, u li, bħala rispons, l-awtoritajiet Ċiniżi ppjanaw proġetti ta' rilokazzjoni fuq skala kbira; jinsab imħasseb dwar rapporti mir-reġjun ta' Ningxia li jindikaw bosta problemi fil-bliet il-ġodda, u rappreżalji kontra n-nies li rrifjutaw li jiċċaqilqu; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li d-difensuri ambjentali qed jiġu detenuti, jiġu soġġetti għal proċeduri kriminali u jiġu kkundannati, u li l-NGOs ambjentali domestiċi rreġistrati qed jiffaċċjaw skrutinju akbar mill-awtoritajiet superviżorji Ċiniżi; |
90. |
Jitlob liċ-Ċina testendi aktar l-isforzi tagħha tal-infurzar tal-liġi biex twaqqaf is-sajd illegali, peress li d-dgħajjes tas-sajd Ċiniżi qed ikomplu jistadu illegalment f'ilmijiet barranin inkluż fil-Baħar tal-Punent tal-Korea, fil-Baħar tal-Lvant taċ-Ċina, fil-Baħar tan-Nofsinhar taċ-Ċina, fl-Oċean Indjan, u anke fl-Amerika t'Isfel; |
91. |
Jitlob lill-esportaturi Ċiniżi u lill-importaturi Ewropej inaqqsu r-residwi tossiċi fi ħwejjeġ immanifatturati ċ-Ċina billi jiġu stabbiliti regolamenti ta' ġestjoni kimika adegwati u billi jiġi eliminat gradwalment l-użu taċ-ċomb, tal-etossilati tan-nonilfenol (NPEs), tal-ftalati, tas-sustanzi kimiċi perfluworurati (PFCs), tal-formaldeid u ta' prodotti tossiċi oħrajn misjuba fit-tessuti. |
92. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u l-pajjiżi applikanti u dawk kandidati għas-sħubija, lill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lill-Kungress Nazzjonali tal-Poplu Ċiniż, lill-Gvern Tajwaniż u lill-Yuan Leġiżlattiv Tajwaniż. |
(1) ĠU L 250, 19.9.1985, p. 2.
(3) https://www.iom.int/migration-and-climate-change
(4) ĠU C 239 E, 20.8.2013, p. 1.
(5) ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 33.
(6) ĠU C 36, 29.1.2016, p. 123.
(7) ĠU C 93, 24.3.2017, p. 93.
(8) ĠU C 443, 22.12.2017, p. 83.
(9) Testi adottati, P8_TA(2016)0024.
(10) Testi adottati, P8_TA(2017)0493.
(11) ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 219.
(12) ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 132.
(13) ĠU C 36, 29.1.2016, p. 126.
(14) ĠU C 181, 19.5.2016, p. 45.
(15) ĠU C 181, 19.5.2016, p. 52.
(16) ĠU C 399, 24.11.2017, p. 92.
(17) Testi adottati, P8_TA(2017)0495.
(18) ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 121.
(19) ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 69.
(20) ĠU C 468, 15.12.2016, p. 208.
(21) Testi adottati, P8_TA(2016)0505.
(22) Testi adottati, P8_TA(2017)0089.
(23) Testi adottati, P8_TA(2017)0308.
(24) Testi adottati, P8_TA(2018)0014.
(25) ĠU C 288 E, 25.11.2006, p. 59.
(26) Y. Zhen, J. Pan, X. Zhang, "Relocation as a policy response to climate change vulnerability in Northern China" (Ir-rilokazzjoni bħala rispons politiku għall-vulnerabbiltà tat-tibdil fil-klima fit-Tramuntana taċ-Ċina), ISSC u UNESCO 2013, World Social Science Report 2013, Changing Global Environments (Rapport tax-Xjenza Soċjali tad-Dinja 2013, Nibdlu l-Ambjenti Globali), pp. 234-241.
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/121 |
P8_TA(2018)0344
L-Uganda, l-arrest ta' deputati tal-oppożizzjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-Uganda, l-arrest ta' deputati tal-oppożizzjoni (2018/2840(RSP))
(2019/C 433/14)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Uganda, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni lokali konġunta tas-17 ta' Awwissu 2018 tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea, tal-Kapijiet ta' Missjoni tal-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, in-Netherlands, l-Iżvezja u r-Renju Unit u tal-Kapijiet ta' Missjoni tan-Norveġja u l-Iżlanda dwar l-elezzjoni parzjali li saret fil-muniċipalità ta' Arua, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Diċembru 1948, li l-Uganda hi pajjiż firmatarju tagħha, |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali tal-1966 dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, irratifikat mill-Uganda fil-21 ta' Ġunju 1995, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1984 kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza (ACDEG), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ugandiża għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar kwistjonijiet emerġenti relatati mad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż wara l-elezzjoni parzjali li saret fil-muniċipalità ta' Arua fil-15 ta' Awwissu 2018, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport dwar l-Uganda maħruġ mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-Eżami Perjodiku Universali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE (il-Ftehim ta' Cotonou), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(4) tiegħu dwar in-nondiskriminazzjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Uganda tal-1995, emendata fl-2005, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-elezzjoni parzjali li saret fil-15 ta' Awwissu 2018 fil-muniċipalità ta' Arua fil-Majjistral tal-Uganda, li rriżultat fl-elezzjoni tal-kandidat indipendenti tal-oppożizzjoni Kassiano Wadri, kienet ikkaratterizzata mill-vjolenza; |
B. |
billi l-President tal-Uganda, Yoweri Museveni, u l-Membru Parlamentari indipendenti Robert Kyagulanyi Ssentamu, magħruf ukoll bħala Bobi Wine, flimkien ma' diversi politiċi oħrajn, għamlu kampanja f'Arua fit-13 ta' Awwissu 2018 fil-qafas ta' elezzjoni parzjali mimlija tensjoni, li saret minħabba l-assassinju ta' deputat f'Ġunju; |
C. |
billi Bobi Wine, mużiċista popolari, sar magħruf bħala kritiku influwenti tal-President Museveni wara li rebaħ siġġu fil-Parlament Ugandiż fl-2017; |
D. |
billi fi tmiem nhar it-13 ta' Awwissu 2018 ix-xufier ta' Bobi Wine, Yasin Kawuna, safa maqtul wara li sparawlu f'ċirkostanzi li mhumiex ċari, u billi, hekk kif il-President Museveni kien tielaq minn Arua, sostenituri ta' Kassiano Wadri allegatament attakkaw il-karozza tal-president bil-ġebel; |
E. |
billi l-pulizija arrestat żewġ ġurnalisti li jaħdmu għall-istazzjon televiżiv NTV Uganda, Herbert Zziwa u Ronald Muwanga, waqt li kienu qegħdin jagħmlu xandira diretta miż-żona fejn inqatel is-Sur Kawuma; |
F. |
billi kemm is-Sur Wine kif ukoll is-Sur Wadri, kif ukoll diversi persuni oħrajn, sfaw arrestati ftit wara; billi s-sur Wine ġie akkużat li kellu armi tan-nar fil-pussess tiegħu; |
G. |
billi 33 ruħ, inklużi s-Sur Wadri u erba' Membri Parlamentari (Robert Kyagulanyi, Francis Zaake, Gerald Karuhanga and Paul Mwiru), ġew akkużati bi tradiment l-għada tal-elezzjoni u s-Sur Wine ġie akkużat bil-pussess ta' armi min-nar illegali minn qorti militari; |
H. |
billi l-protesti li qamu f'Arua, Kampala u Mityana minħabba dawn l-arresti ġew repressi vjolentement mill-forzi tal-ordni Ugandiżi; billi ġie rrappurtat l-użu tal-gass tad-dmugħ u ta' munizzjoni attiv; |
I. |
billi fl-20 ta' Awwissu 2018 James Akena, fotografu li jaħdem ma' Reuters u li kien qed jirrapporta dwar il-protesti politiċi #freeBobiWine f'Kampala, safa msawwat mis-suldati, arrestat u detenut għal diversi sigħat; |
J. |
billi jeżistu rapporti li s-Sur Wine u persuni oħra detenuti ġew ittorturati waqt li kienu miżmumin taħt kustodja; billi, wara li inizjalment ċaħdu dawn l-allegazzjonijiet, l-awtoritajiet wiegħdu li jinvestigawhom; |
K. |
billi s-Sur Wine aktar tard ġie akkużat bi tradiment f'qorti ċivili, wara d-deċiżjoni tal-qorti militari biex jaqgħu l-akkużi ta' pussess illegali ta' armi tan-nar; |
L. |
billi sussegwentement is-Sur Wine nħeles fuq pleġġ u telaq mill-Uganda biex jingħata kura fl-Istati Uniti; |
M. |
billi Zeid Ra'ad al-Hussein, li qabel kien il-Kummissarju Għoli tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, ħeġġeġ lill-Gvern tal-Uganda jagħmel investigazzjoni bir-reqqa, indipendenti u imparzjali dwar l-allegazzjonijiet serji ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi każijiet ta' qtil extraġudizzjarju, użu eċċessiv tal-forza u t-tortura u forom oħra ta' maltrattament, u ħeġġu jtella' quddiem il-ġustizzja lil dawk responsabbli; |
N. |
billi Kizza Besigye, il-mexxej tal-Forum għall-Bidla Demokratika (FDC) u erba' darbiet kandidat presidenzjali, safa detenut f'diversi okkażjonijiet mill-pulizija jew mill-forzi militari bejn l-2001 u l-2017, l-aktar darba reċenti fil-25 ta' Settembru 2017; |
O. |
billi l-personalitajiet politiċi tal-oppożizzjoni jisfaw arrestati u jsofru intimidazzjoni b'mod regolari fl-Uganda; |
1. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-arrest ta' deputati tal-oppożizzjoni b'konnessjoni mal-elezzjoni parzjali ta' Arua; |
2. |
Jenfasizza li huwa vitali għad-demokrazija Ugandiża li l-President u l-Gvern tal-Uganda jirrispettaw l-indipendenza tal-Parlament tal-pajjiż bħala istituzzjoni u l-indipendenza tal-mandat tal-membri tiegħu u li jiżguraw li l-membri parlamentari kollha jkunu jistgħu jaqdu liberament il-mandati li għalihom ġew eletti; |
3. |
Jistieden lill-awtoritajiet Ugandiżi jwaqqgħu akkużi viżibbilment maqlugħin minn żniedhom kontra Bobi Wine u jwaqqfu r-repressjoni fil-konfront tal-politiċi u s-sostenituri tal-oppożizzjoni; |
4. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ugandiżi jniedu minnufih investigazzjoni effikaċi, imparzjali u indipendenti dwar il-qtil ta' Yasin Kawuma u r-rapporti ta' mwiet u l-użu eċċessiv tal-forza waqt il-protesti; jistenna li ssir investigazzjoni rapida u indipendenti dwar l-allegazzjonijiet ta' tortura u maltrattament fil-konfront tal-persuni arrestati f'Arua; jisħaq fuq il-ħtieġa li dawk responsabbli jittellgħu quddiem il-ġustizzja; |
5. |
Itenni l-impenn tiegħu favur il-libertà tal-espressjoni u jafferma mill-ġdid ir-rwol ewlieni li tiżvolġi l-midja f'soċjetà demokratika; jinnota bi tħassib li l-ġurnalisti li jirrappurtaw dwar id-dimostrazzjonijiet u l-irvellijiet li faqqgħu sfaw imsawta flimkien mal-parteċipanti u li żewġ ġurnalisti ġew arrestati; jistieden lill-awtoritajiet Ugandiżi joħolqu ambjent li fih il-ġurnalisti jkunu jistgħu jwettqu mingħajr xkiel il-ħidma tagħhom biex jinfurmaw lin-nies dwar l-iżviluppi politiċi fil-pajjiż; |
6. |
Ifakkar lill-awtoritajiet Ugandiżi fl-obbligu tagħhom li jiggarantixxu, jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet ċivili u politiċi taċ-ċittadini tal-pajjiż, fosthom il-libertà tal-kelma u l-libertà tal-għaqda; |
7. |
Ifakkar lill-Gvern tal-Uganda fl-obbligi internazzjonali tiegħu, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mar-rispett għal-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt u t-trattament tal-kawżi fil-qrati, speċjalment b'relazzjoni mad-dritt għal proċess ġust u imparzjali; |
8. |
Iħeġġeġ lill-entitajiet tal-infurzar tal-liġi jipproteġu l-libertajiet bażiċi mingħajr ebda forma ta' intimidazzjoni, u b'hekk jikkonformaw mal-Artikolu 24 tal-Kostituzzjoni Ugandiża, li tistabbilixxi li "ħadd ma għandu jkun soġġett għall-ebda forma ta' tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti"; |
9. |
Jistieden lill-forzi tas-sigurtà Ugandiżi juru moderazzjoni huma u jgħassu l-protesti, joqogħdu lura milli jużaw balal attivi, jaġixxu skont il-liġi u b'rispett sħiħ għad-dritt fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u jħallu lill-ġurnalisti jwettqu l-ħidma tagħhom ta' informazzjoni b'mod ħieles; |
10. |
Jappella fl-istess ħin biex il-persuni li jipprotestaw jaġixxu fir-rispett tal-liġi u biex jeżerċitaw id-drittijiet u l-libertajiet tagħhom fil-limiti preskritti mil-liġi; |
11. |
Jistieden lill-UE tieħu vantaġġ mill-influwenza politika li jeżerċitaw il-programmi ta' għajnuna għall-iżvilupp, speċjalment il-programmi ta' appoġġ baġitarju, bil-ħsieb li ttejjeb id-difiża u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Uganda; |
12. |
Ifaħħar il-ħidma mwettqa mill-Kummissjoni Ugandiża għad-Drittijiet tal-Bniedem wara l-arresti, il-qtil u t-tortura li ġraw minħabba l-elezzjoni parzjali f'Arua, inklużi rappurtar, żjarat f'ċentri ta' detenzjoni, investigazzjoni dwar l-inħawi fejn jinsabu persuni neqsin, kif ukoll interventi għall-garanzija tad-drittijiet tal-priġunieri, kura medika u żjarat minn familjari; |
13. |
Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni fl-Uganda; jenfasizza li l-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat dwar kwalunkwe sinjal ulterjuri li juri li l-membri tal-oppożizzjoni tal-Parlament Ugandiż qed jiġu mxekkla jew ostakolati fil-ħidma tagħhom bħala leġiżlaturi; |
14. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-President tar-Repubblika tal-Uganda, lill-President tal-Parlament Ugandiż, kif ukoll lill-Unjoni Afrikana u lill-istituzzjonijiet tagħha. |
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/124 |
P8_TA(2018)0345
Il-Myanmar, b'mod partikolari l-każ tal-ġurnalisti Wa Lone u Kyaw Soe Oo
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2018 dwar il-Myanmar, b'mod partikolari l-każ tal-ġurnalisti Wa Lone u Kyaw Soe Oo (2018/2841(RSP))
(2019/C 433/15)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Myanmar u dwar is-sitwazzjoni tar-Rohingya, b'mod partikolari dawk adottati fl-14 ta' Ġunju 2018 (1), l-14 ta' Diċembru 2017 (2), l-14 ta' Settembru 2017 (3), is-7 ta' Lulju 2016 (4) u l-15 ta' Diċembru 2016 (5), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tat-3 ta' Settembru 2018 dwar l-issentenzjar lill-ġurnalisti Wa Lone u Kyaw Soe Oo u dik tad-9 ta' Lulju 2018 dwar il-prosekuzzjoni ta' żewġ ġurnalisti tar-Reuters fil-Myanmar, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ottubru 2017 u tas-26 ta' Frar 2018 dwar il-Myanmar, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2018/655 tas-26 ta' April 2018 (6) u (PESK) 2018/900 tal-25 ta' Ġunju 2018 (7) fejn impona miżuri restrittivi ulterjuri fuq il-Myanmar, saħħaħ l-embargo tal-armi tal-UE u mmira l-armata u l-uffiċjali tal-pulizija tal-gwardja tal-fruntiera tal-Myanmar, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Missjoni Indipendenti Internazzjonali ta' Gbir ta' Informazzjoni dwar il-Myanmar tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tal-24 ta' Awwissu 2018, li se jiġi ppreżentat fid-39 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU mill-10 sat-28 ta' Settembru 2018, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-3 ta' Settembru 2018 mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michelle Bachelet, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport finali u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-Istat ta' Rakhine mmexxija minn Kofi Annan, |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, |
— |
wara li kkunsidra d-dritt umanitarju internazzjonali, il-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra u l-Protokolli tagħhom u l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) tal-1948, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-vjolenza sesswali relatata mal-kunflitt tat-23 ta' Marzu 2018, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Awla Preliminari I tal-QKI tas-6 ta' Settembru 2018, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi fit-12 ta' Diċembru 2017 żewġ ġurnalisti, Wa Lone u Kyaw Soe Oo, ġew arrestati arbitrarjament u miżmuma abbażi ta' allegazzjonijiet ta' rappurtar ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mit-Tatmadaw (Forzi Armati tal-Myanmar) fl-Istat ta' Rakhine; |
B. |
billi l-ġurnalisti Wa Lone u Kyaw Soe Oo ġew sussegwement ikkundannati taħt l-Atti dwar is-Sigrieti Uffiċjali tal-1923; billi fit-3 ta' Settembru 2018 ġew issentenzjati minn qorti fil-Myanmar għal seba' snin ħabs; filwaqt li din il-kawża storika timmina ulterjorment il-libertà tal-espressjoni, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar; |
C. |
billi d-diplomatiċi tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tal-UE kienu fost il-ħafna osservaturi internazzjonali preżenti f'kull seduta tal-qorti sa minn meta l-ġurnalisti kienu arrestati fit-12 ta' Diċembru 2017 u kontinwament qajmu l-kwistjoni mal-Gvern tal-Myanmar; |
D. |
billi l-atturi tas-soċjetà ċivili, inklużi l-ġurnalisti, l-avukati u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li jesprimu opinjonijiet kritiċi dwar l-awtoritajiet tal-Myanmar, notevolment it-Tatmandaw u forzi tas-sigurtà oħrajn tal-Myanmar u dwar l-atti mwettqa minnhom fl-Istat ta' Rakhine, huma allegatament arrestati, miżmuma jew iffastidjati arbitrarjament; billi l-kopertura tal-midja tal-vjolenza fl-Istat ta' Rakhine hija kkontrollata b'mod strett mill-militar u mill-gvern; |
E. |
billi l-attivista tad-drittijiet tal-bniedem Rohingya Wai Nu, li ġiet impriġunata mill-età ta' 18-il sena sakemm kellha 25 sena, tibqa' waħda mill-ħafna eżempji ta' attivisti fil-mira tal-awtoritajiet tal-Myanmar; |
F. |
billi dak li qabel kien suldat tifel, Aung Ko Htwe, qed iservi sentenza ta' sentejn u sitt xhur ħabs f'konnessjoni ma' intervista fil-midja li hu ta dwar l-esperjenzi tiegħu fil-militar tal-Myanmar; billi kien issentenzjat taħt it-Taqsima 505(b) tal-Kodiċi Penali tal-Myanmar, li hija dispożizzjoni bi kliem vag li ta' spiss kienet użata biex tikser il-libertà tal-espressjoni; |
G. |
billi għexieren ta' ġurnalisti ġew allegatament arrestati u miżmuma sa mill-2016; billi l-awtoritajiet tal-Myanmar jużaw għadd ta' liġijiet repressivi, inkluż l-Att dwar is-Sigrieti Uffiċjali, biex jarrestaw, iżommu, jissilenzjaw jew jinfastidixxu lil atturi tas-soċjetà ċivili, ġurnalisti, avukati u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jesprimu opinjonijiet kritiċi dwar il-Gvern tal-Myanmar jew dwar il-forzi tas-sigurtà tiegħu; billi l-Myanmar ikklassifika fil-159 post minn 198 pajjiż fil-klassifika tal-Libertà tal-Istampa tal-Freedom House tal-2017; |
H. |
billi r-rapport tal-24 ta' Awwissu 2018 tal-Missjoni Indipendenti Internazzjonali ta' Ġbir ta' Informazzjoni dwar il-Myanmar (IIFFMM), b'mandat min-NU, jikkonkludi li l-aktar ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u l-iktar delitti serji taħt id-dritt internazzjonali, inkluż il-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra, twettqu fl-Istati ta' Kachin, Rakhine u Shan mit-Tatmadaw, il-forza tal-pulizija tal-Myanmar, in-NaSaKa (li qabel kienu l-Kwartieri Ġenerali tal-Kontroll tal-Immigrazzjoni taż-Żona tal-Fruntiera), il-pulizija ta' gwardji tal-fruntieri tal-Myanmar u gruppi armati mhux statali; billi r-rapport jiddikjara wkoll li l-Armata tas-Salvazzjoni ta' Arakan Rohingya wettqet attakki kkoordinati fuq bażi militari u diversi postijiet tal-forza tas-sigurtà madwar it-Tramuntana tal-Istat ta' Rakhine biex iżżid il-pressjoni fuq il-komunitajiet Rohingya; billi r-rapport ikompli jitlob li kmandanti militari għolja fil-Myanmar u lil dawk responsabbli tad-delitti ta' atroċità kontra persuni Rohingya jiġu investigati u pproċessati internazzjonalment; billi l-Myanmar irrifjuta dawn is-sejbiet; |
I. |
billi r-rapport tal-IFFFMM jiddikjara li l-Kunsillier Statali tal-Myanmar, il-Premju Nobel għall-Paċi u r-rebbieħa tal-Premju Sakharov, Aung San Suu Kyi, naqset milli tuża l-pożizzjoni de facto tagħha bħala Kap tal-Gvern jew l-awtorità morali tagħha biex twaqqaf jew tipprevjeni l-avvenimenti li qed iseħħu fl-Istat ta' Rakhine; billi l-awtoritajiet ċivili taw ukoll kontribut għat-twettiq ta' delitti ta' atroċità permezz tal-atti u l-omissjonijiet tagħhom, b'mod speċifiku permezz tat-tixrid ta' narrattivi foloz, iċ-ċaħda tal-imġiba ħażina tat-Tatmadaw, l-imblukkar ta' investigazzjonijiet indipendenti u s-sorveljanza tal-qerda tal-evidenza; |
J. |
billi fit-8 ta' Settembru 2018 il-QKI kkonfermat li l-Qorti tista' teżerċita ġurisdizzjoni fuq l-allegata deportazzjoni tar-Rohingya mill-Myanmar lejn il-Bangladesh; |
K. |
billi ntużaw pjattaformi ta' midja soċjali fil-Myanmar biex jinxterdu kampanji ta' malafama u teoriji ta' komplott li jimmiraw lir-Rohingya u lill-Musulmani fil-pajjiż; |
L. |
billi r-Rohingya jirrappreżentaw l-akbar perċentwal ta' Musulmani fil-Myanmar, u l-maġġoranza tagħhom tgħix fl-Istat ta' Rakhine; billi stimi konservattivi jagħtu rata ta' mwiet ta' 10 000 persuna; billi minn Awwissu 2017, aktar minn 700 000 persuna Rohingya ħarbu għas-sigurtà lejn il-Bangladesh, li minnhom madwar 500 000 huma tfal, li l-biċċa l-kbir tagħhom ivvjaġġaw waħedhom wara li l-ġenituri tagħhom inqatlu jew wara li kienu separati mill-familji tagħhom; |
1. |
Jikkundanna bil-qawwa l-arrest arbitrarju u l-issentenzjar tal-ġurnalisti Wa Lone u Kyaw Soe Oo talli rrapportaw dwar is-sitwazzjoni fl-Istat ta' Rakhine; jistieden lill-awtoritajiet tal-Myanmar jeħilsuhom immedjatament u inkondizzjonalment u jwaqqgħu l-akkużi kollha kontrihom u kontra l-persuni kollha detenuti arbitrarjament, inklużi priġunieri politiċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti u ħaddiema tal-midja, sempliċement talli eżerċitaw id-drittijiet u l-libertajiet tagħhom; |
2. |
Jikkundanna l-atti kollha ta' intimidazzjoni, fastidju jew restrizzjoni tal-libertà tal-espressjoni, b'mod partikolari mill-militar u mill-forzi tas-sigurtà tal-Myanmar: jissottolinja li l-libertà tal-midja u l-ġurnaliżmu kritiku huma pilastri essenzjali tad-demokrazija, billi jippromwovu l-governanza tajba, it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u jistieden lill-awtoritajiet tal-Myanmar jiżguraw kundizzjonijiet adegwati għall-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-midja biex iwettqu xogħolhom mingħajr biża' ta' intimidazzjoni jew fastidju, arrest jew prosekuzzjoni indebiti; |
3. |
Itenni l-appell tiegħu lill-Gvern tal-Myanmar li jreġġa' lura d-deċiżjoni tiegħu li jtemm il-kooperazzjoni tiegħu mar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar u jagħti aċċess sħiħ u bla xkiel għall-Istat ta' Rakhine lill-organizzazzjonijiet tal-midja domestiċi u internazzjonali, lill-osservaturi indipendenti u lill-organizzazzjonijiet umanitarji, b'mod partikolari lir-Rapporteur Speċjali tan-NU, u jiżgura s-sikurezza tal-persunal tal-midja; |
4. |
Jesprimi tħassib serju rigward l-abbuż ta' dispożizzjonijiet legali repressivi li jillimitaw il-libertà tal-espressjoni; jistieden lill-awtoritajiet tal-Myanmar jirrevokaw, jirrieżaminaw jew jemendaw il-liġijiet kollha, inkluż l-Att dwar is-Sigrieti Uffiċjali tal-1923, li mhumiex konformi mal-istandards internazzjonali u li jikkriminalizzaw u jiksru d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika u għal-libertà ta' assoċjazzjoni; jistieden lill-Gvern tal-Myanmar jiżgura li l-leġiżlazzjoni kollha hija f'konformità mal-istandards u l-obbligi internazzjonali; |
5. |
Jikkundanna bil-qawwa l-attakki mifruxa u sistematiċi kontra l-poplu Rohingya li jinsab fl-Istat ta' Rakhine mit-Tatmadaw u forzi tas-sigurtà oħra tal-Myanmar, li skont l-IIFFMM, jammontaw għal ġenoċidju, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra – li huma l-aktar abbużi u ksur serji fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jinsab imħasseb profondament dwar il-gravità u l-iskala dejjem jikbru tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem permessi mill-Gvern tal-Myanmar; |
6. |
Jesprimi l-appoġġ kontinwu tiegħu lill-poplu Rohingya; jappella għal darb'oħra lill-Gvern tal-Myanmar u lill-forzi tas-sigurtà jwaqqfu b'mod immedjat il-ksur, il-qtil, il-qerda tal-proprjetà u l-vjolenza sesswali li qed iseħħu bħalissa kontra l-poplu Rohingya u l-minoranzi etniċi fit-Tramuntana tal-Myanmar u jiżguraw li s-sigurtà u l-istat tad-dritt jipprevalu fil-Myanmar, b'mod partikolari fl-Istati ta' Rakhine, Kachin u Shan; ifakkar lill-awtoritajiet tal-Myanmar dwar l-obbligi internazzjonali tagħhom għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' dawk responsabbli; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Myanmar u lill-Kunsilliera tal-Istat, Aung San Suu Kyi, jikkundannaw b'mod inekwivoku kull inċitament għall-mibegħda u jiġġieldu d-diskriminazzjoni soċjali u l-ostilitajiet fil-konfront tal-poplu Rohingya u tal-gruppi oħra ta' minoranza; |
7. |
Jieħu nota tas-sejbiet tal-IIFFMM u jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet tagħha; jilqa' d-deċiżjoni reċenti li l-QKI tista' teżerċita ġurisdizzjoni fil-konfront tal-allegata deportazzjoni tal-poplu Rohingya mill-Myanmar lejn il-Bangladesh; jirrikonoxxi, madankollu, li għadu meħtieġ rinviju mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (KSNU) għall-QKI għal investigazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni sħiħ tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kap Prosekutur tal-QKI jiftaħ investigazzjoni preliminari f'dan ir-rigward; jistieden lill-KSNU jirreferi s-sitwazzjoni fil-Myanmar lill-QKI mingħajr dewmien; jappoġġja l-appelli tal-IIFFMM u tad-Deputati tal-ASEAN għad-Drittijiet tal-Bniedem (APHR) għall-ġenerali militari responsabbli biex jiġu investigati u pproċessati; |
8. |
Jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jfittxu l-obbligu ta' rendikont fil-fora multilaterali għal dawk responsabbli mid-delitti fil-Myanmar; jappella lill-UE u lill-Istati Membri jieħdu rwol ta' tmexxija fil-KSNU dwar ir-reazzjoni rikjesta biex jirreferu s-sitwazzjoni lill-QKI, kif ukoll jieħdu rwol ta' tmexxija fl-Assemblea Ġenerali tan-NU u fid-39 sessjoni li jmiss tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u jżidu l-isforzi tagħhom għall-istabbiliment urġenti ta' mekkaniżmu internazzjonali, imparzjali u indipendenti tal-obbligu ta' rendikont biex jappoġġja l-investigazzjonijiet fid-delitti allegati ta' atroċità u l-prosekuzzjoni ta' dawk responsabbli; |
9. |
Itenni l-appell tiegħu lill-KSNU biex jimponi embargo tal-armi globali u komprensiv fuq il-Myanmar, li jissospendi l-provvisti diretti u indiretti kollha, il-bejgħ jew it-trasferimenti, inklużi t-tranżitu u t-trażbord tal-armi, il-munizzjon kollu u tagħmir militari u ta' sigurtà ieħor, kif ukoll il-forniment ta' taħriġ jew assistenza militari jew ta' sigurtà oħrajn; iħeġġeġ lill-KSNU jadotta sanzjonijiet individwali mmirati, inklużi projbizzjonijiet fuq vjaġġar u iffriżar tal-assi, kontra dawk li jidher li huma responsabbli għal delitti serji skont id-dritt internazzjonali; |
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra tiftaħ investigazzjoni taħt il-mekkaniżmi pprovduti fil-ftehim "Kollox Ħlief Armi", bil-għan li tirrieżamina l-preferenzi kummerċjali li minnhom jibbenefika l-Myanmar; |
11. |
Jilqa' l-adozzjoni mill-Kunsill fis-26 ta' April 2018 ta' qafas legali għal miżuri restrittivi mmirati kontra uffiċjali responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u t-tisħiħ tal-embargo tal-armi tal-UE u l-ewwel lista ta' nomini stabbilita fil-25 ta' Ġunju 2018; iħeġġeġ lill-Kunsill jimponi projbizzjonijiet fuq vjaġġar, sanzjonijiet finanzjarji mmirati u ffriżar tal-assi kontra uffiċjali tal-Myanmar identifikati mill-IIFFMM bħala responsabbli għal delitti ta' atroċità; |
12. |
Ifakkar li eluf ta' persuni Rohingya, li ħafna minnhom huma tfal, huma spostjati internament u fi bżonn urġenti ta' protezzjoni u assistenza umanitarja; jappella għal aċċess immedjat, bla xkiel u ħieles fil-pajjiż kollu għat-twassil tal-għajnuna umanitarja; jinsisti li l-Gvern tal-Myanmar jiggarantixxi r-ritorn sikur, volontarju u dinjituż, bis-sorveljanza sħiħa min-NU, lil dawk li jridu jirritornaw f'arthom; |
13. |
Jappella lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lill-komunità internazzjonali biex jindirizzaw il-ħtieġa ta' assistenza umanitarja miżjuda u fit-tul lill-poplu Rohingya fil-Bangladexx u l-komunitajiet ospitanti tagħhom; |
14. |
Ifakkar li l-istupru u l-vjolenza sesswali kienu karatteristiċi rikorrenti tal-immirar tal-popolazzjoni ċivili fl-Istati ta'' Kachin, Rakhine u Shan; jappella lill-UE, b'mod partikolari lid-dipartiment tal-Kummissjoni għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej (ECHO), u lill-Istati Membri biex jiggarantixxu titjib tal-protezzjoni minn vjolenza sessista fuq il-bniet u n-nisa Rohingya; |
15. |
Ifakkar fil-ħtieġa għall-provvista ta' assistenza medika u psikoloġika fil-kampijiet tar-rifuġjati, b'mod partikolari assistenza magħmula apposta għal gruppi vulnerabbli, inklużi n-nisa u t-tfal; jappella għal aktar servizzi ta' appoġġ għall-vittmi ta' stupru u attakki sesswali; |
16. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u lill-Parlament tal-Myanmar, lill-Kunsillier tal-Istat Aung San Suu Kyi, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Bangladesh, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lis-Segretarju Ġenerali tal-ASEAN, lill-Kummissjoni Intergovernattiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-ASEAN, lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2018)0261.
(2) Testi adottati, P8_TA(2017)0500.
(3) Testi adottati, P8_TA(2017)0351.
(4) ĠU C 101, 16.3.2018, p. 134.
(5) ĠU C 238, 6.7.2018, p. 112.
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/128 |
P8_TA(2018)0346
Il-Kambodja, b'mod partikolari l-każ ta' Kem Sokha
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2018 dwar il-Kambodja, b'mod partikolari l-każ ta' Kem Sokha (2018/2842(RSP))
(2019/C 433/16)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kambodja, b'mod partikolari dawk tal-14 ta' Settembru 2017 (1) u tal-14 ta' Diċembru 2017 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Kambodja tas-26 ta' Frar 2018, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-kelliem tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tat-30 ta' Lulju 2018 dwar l-elezzjonijiet ġenerali fil-Kambodja, |
— |
wara li kkunsidra l-missjoni ta' evalwazzjoni tal-Kummissjoni u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) fil-Kambodja mill-5 sal-11 ta' Lulju 2018, |
— |
wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-UE tal-2008 dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-kelliem tas-SEAE tas-16 ta' Novembru 2017 dwar ix-xoljiment tal-Cambodian National Rescue Party, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-1997 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Kambodja, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni lokali tal-UE tat-22 ta' Frar 2017 dwar is-sitwazzjoni politika fil-Kambodja, u d-dikjarazzjonijiet tal-kelliem tad-Delegazzjoni tal-UE tal-25 ta' Awwissu 2017 u tat-3 ta' Settembru 2017 dwar restrizzjonijiet tax-xena politika fil-Kambodja, |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 36/32 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tad-29 ta' Settembru 2017 u r-Rapport tas-Segretarju Ġenerali tat-2 ta' Frar 2018, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tad-Deputati u d-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-Unjoni Interparlamentari ta' Marzu 2018, |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni A/RES/53/144 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-8 ta' Marzu 1999 dwar id-dritt u r-responsabbiltà ta' individwi, gruppi u organi tas-soċjetà li jippromwovu u jħarsu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali rikonoxxuti universalment, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta' Paċi ta' Pariġi tal-1991, li fl-Artikolu 15 tagħhom jistabbilixxu impenn dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-Kambodja, anke min-naħa tal-firmatarji internazzjonali, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Kambodja, b'mod partikolari l-Artikolu 41 tagħha, li fiha huma minquxa d-drittijiet u l-libertajiet ta' espressjoni u ta' għaqda, l-Artikolu 35 dwar id-dritt ta' parteċipazzjoni politika u l-Artikolu 80 dwar l-immunità parlamentari, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Diċembru 1948, |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi fit-3 ta' Settembru 2017, Kem Sokha, il-President tal-Cambodia National Rescue Party (CNRP), ġie arrestat, u billi fis-16 ta' Novembru 2017, il-Qorti Suprema ħabbret ix-xoljiment tas-CNRP, fi tmiem seduta ta' smigħ ta' ġurnata; billi l-Qorti Suprema ppprojbiet ukoll lil 118-il politiku tas-CNRP milli jkunu attivi politikament għal ħames snin; |
B. |
billi l-Cambodian People's Party (CPP) li qiegħed fil-gvern kiseb 100 % tas-siġġijiet ikkontestati fl-elezzjoni tal-Assemblea Nazzjonali li saret fid-29 ta' Lulju 2018 u fl-elezzjoni tas-Senat li saret fil-25 ta' Frar 2018; |
C. |
billi d-dritt ta' parteċipazzjoni politika huwa minqux fl-Artikolu 35 tal-Kostituzzjoni tal-Kambodja; billi l-Liġi emendata tal-2017 dwar il-Partiti Politiċi tinkludi bosta restrizzjonijiet fuq il-parteċipazzjoni tal-partiti tal-oppożizzjoni, inkluż ix-xoljiment tal-partiti jekk il-mexxejja tagħhom ikollhom fedina penali; |
D. |
billi l-elezzjonijiet tal-2018 fil-Kambodja kienu de facto nonkompetittivi u naqsu milli jissodisfaw l-istandards internazzjonali minimi għal elezzjonijiet demokratiċi; billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka ssospendew l-assistenza finanzjarja tagħhom lill-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali tal-Kambodja u rrifjutaw li josservaw l-elezzjonijiet; |
E. |
billi d-deċiżjoni biex is-CNRP jiġi xolt kienet pass sinifikanti lejn il-ħolqien ta' stat awtoritarju; billi l-istruttura politika tal-Kambodja ma tistax tibqa' titqies bħala demokrazija; |
F. |
billi l-Gvern tal-Kambodja ħa firxa wiesgħa ta' miżuri biex jiżgura li s-CPP fil-gvern jikkontesta prattikament mingħajr oppożizzjoni kemm fl-elezzjonijiet tas-Senat kif ukoll f'dawk tal-Assemblea Nazzjonali; |
G. |
billi, wara li ġie arrestat fit-3 ta' Settembru 2017, Kem Sokha kien akkużat bi tradiment skont l-Artikolu 443 tal-Kodiċi Penali tal-Kambodja, minkejja l-immunità parlamentari tiegħu; billi dikjarazzjonijiet tal-Gvern tal-Kambodja kkompromettew id-dritt tiegħu għal proċess ġust kif ukoll il-preżunzjoni ta' innoċenza; billi jista' jeħel sa 30 sena ħabs jekk jinstab ħati; billi l-President tal-Qorti, Dith Munty, huwa membru tal-kumitat permanenti tal-partit fil-gvern; |
H. |
billi fit-28 ta' Awwissu 2018, l-awtoritajiet Kambodjani ħelsu lil 14-il membru tas-CNRP wara li ngħataw maħfra rjali; billi din il-maħfra hija marbuta mal-ħelsien ta' sitt attivisti u ġurnalisti; |
I. |
billi Kem Sokha ġie detenut għal aktar minn sena mingħajr proċess; billi l-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja ddikjara li d-detenzjoni qabel il-proċess tas-Sur Sokha kienet "arbitrarja"u "motivata politikament"; billi nħeles b'kawzjoni fl-10 ta' Settembru 2018; billi ma jistax jitbiegħed mill-viċinanzi ta' daru u m'għandux permess jikkomunika ma' membri oħra tal-oppożizzjoni jew tal-media; |
J. |
billi l-arrest u d-detenzjoni ta' Kem Sokha seħħew fost repressjoni mifruxa u sistematika tad-drittijiet politiċi u elettorali fil-Kambodja; billi kien hemm żieda kostanti fin-numru ta' każijiet ta' arrest u detenzjoni ta' membri tal-oppożizzjoni politika u ta' opinjonisti politiċi; billi l-President preċedenti tas-CNRP, Sam Rainsy, instab ħati ta' diffamazzjoni kriminali u issa jgħix eżiljat; |
K. |
billi l-awtoritajiet Kambodjani rażżnu wkoll lill-ġurnalisti u lir-reporters li kienu qed ikopru l-attakki fuq il-partiti tal-oppożizzjoni; billi James Ricketson, produttur tal-films ta' 69 sena u li rebaħ diversi premji, huwa waħda mill-vittmi ta' dawn l-attakki fuq il-media; billi s-Sur Ricketson ġie arrestat talli tajjar drone fuq rally ta' partit tal-oppożizzjoni f'Ġunju 2017; billi s-Sur Ricketson ġie kkundannat għal sitt snin ħabs fil-kapitali, Phnom Penh, fuq akkużi ta' spjunaġġ; |
L. |
billi kien hemm trażżin gravi tal-media indipendenti; billi n-netwerks tal-media soċjali ġew attakkati wkoll; billi f'Mejju 2018, il-Gvern ħareġ regolament li jirrestrinġi d-drittijiet tal-libertà tal-espressjoni, tal-istampa u tal-pubblikazzjoni u li jagħti s-setgħa lill-Gvern jissorvelja n-netwerks tal-media soċjali biex jiskopri u jsikket id-dissens online fil-Kambodja; |
M. |
billi s-sindakalisti, l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili qed joperaw fi spazju dejjem aktar ristrett fil-Kambodja u jħabbtu wiċċhom ma' fastidju, atti ta' intimidazzjoni u arrest arbitrarju; billi l-Liġi emendata tal-2015 dwar l-Assoċjazzjoni u l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi (LANGO) tirrestrinġi severament il-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni, anke billi tistabbilixxi kontroll u ċensura tal-gvern fuq il-ħidma tal-NGOs; billi l-Liġi dwar it-Trade Unions tirrestrinġi l-libertà ta' assoċjazzjoni u toħloq ostakli u piżijiet mhux meħtieġa fir-rigward tal-proċeduri ta' reġistrazzjoni u tal-operat tat-trade unions; |
N. |
billi ħames difensuri tad-drittijiet tal-bniedem affiljati mal-Assoċjazzjoni Kambodjana għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Iżvilupp (ADHOC), Nay Vanda, Ny Sokha, Yi Soksan, Lim Mony u Ny Chakrya, qed jiffaċċjaw akkużi li xaħħmu lil xhud u li huma kompliċi ta' tixħim ta' xhud; billi l-ħames difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għamlu 14-il xahar f'detenzjoni qabel il-proċess, qabel ma nħelsu b'kawzjoni; |
O. |
billi l-Kambodja tibbenefika mill-iktar skema favorevoli disponibbli taħt l-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP), jiġifieri l-iskema Kollox Barra l-Armi (EBA); billi l-UE allokat sa EUR 140 miljun lill-Kambodja għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu finanzjarju 2014-2020, li minnhom EUR 10 miljun huma għas-sostenn tal-proċess ta' riforma elettorali fil-Kambodja u bħalissa huma sospiżi; |
P. |
billi s-Segretarju Ġenerali tan-NU fakkar fid-dikjarazzjoni tiegħu ta' Lulju li proċess politiku inklużiv u pluralistiku jibqa' essenzjali għas-salvagwardja tal-progress li sar mill-Kambodja fil-konsolidament tal-paċi; |
Q. |
billi l-kunflitti rigward il-pjantaġġuni taz-zokkor għadhom ma ġewx solvuti; billi hemm tħassib kontinwu dwar evizzjonijiet mill-artijiet, dwar impunità kontinwa għal atti bħal dawn u dwar is-sitwazzjoni terribbli tal-komunitajiet milquta; billi l-Gvern tal-Kambodja għadu ma ffirmax it-Termini ta' Referenza tal-UE għall-Proċess ta' Awditjar tal-Kannamiela; |
1. |
Jiinota li Kem Sokha nħeles mill-ħabs b'kawzjoni taħt kundizzjonijiet stretti; jiddenunzja l-fatt li Kem Sokha tqiegħed taħt arrest domiċiljari; jitlob li l-akkużi kollha kontra Kem Sokha jitwaqqgħu u li jinħeles minnufih u kompletament; barra minn hekk, jitlob li akkużi u sentenzi oħra motivati politikament kontra politiċi tal-oppożizzjoni, inkluż Sam Rainsy, jitwaqqgħu minnufih; |
2. |
Huwa preokkupat dwar il-kundizzjoni tas-saħħa ta' Kem Sokha, u jistieden lill-awtoritajiet Kambodjani jħalluh jingħata trattament mediku xieraq; jitlob lill-Gvern jippermetti lil Kem Sokha jiltaqa' ma' membri barranin tal-korp diplomatiku, ma' uffiċjali tan-NU u ma' osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem; |
3. |
Jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li l-elezzjonijiet fil-Kambodja ma jistgħux jitqiesu bħala liberi u ġusti; jesprimi tħassib serju dwar it-tmexxija u r-riżultati tal-elezzjonijiet tal-2018 fil-Kambodja, li naqsu milli jipproduċu proċess kredibbli u li ġew ikkundannati b'mod wiesa' mill-komunità internazzjonali; |
4. |
Jistieden lill-Gvern tal-Kambodja jaħdem biex isaħħaħ id-demokrazija u l-istat tad-dritt u jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, li jfisser ukoll konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali dwar il-pluraliżmu u l-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni; barra minn hekk, jitlob lill-Gvern tal-Kambodja jħassar l-emendi reċenti kollha għall-Kostituzzjoni, il-Kodiċi Penali, il-Liġi dwar il-Partiti Politiċi, il-Liġi dwar it-Trade Unions, il-Liġi dwar l-NGOs u l-biċċiet l-oħra kollha ta' leġiżlazzjoni li jillimitaw il-libertà tal-kelma u l-libertajiet politiċi li mhumiex għalkollox konformi mal-obbligi tal-Kambodja u mal-istandards internazzjonali; |
5. |
Jenfasizza li proċess demokratiku kredibbli jirrikjedi ambjent li fih il-partiti politiċi, is-soċjetà ċivili u l-media jistgħu jwettqu r-rwoli leġittimi tagħhom mingħar biża', theddid jew restrizzjonijiet arbitrarji; jistieden lill-Gvern jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li x-xoljiment tas-CNRP jitreġġa' lura malajr; |
6. |
Itenni l-istedina tiegħu lill-Gvern tal-Kambodja biex itemm kull forma ta' fastidju, abbuż u akkużi kriminali motivati politikament kontra membri tal-oppożizzjoni politika, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, sindakalisti u sostenituri tad-drittijiet tal-ħaddiema, attivisti favur id-drittijiet tal-art u attivisti oħra tas-soċjetà ċivili, u ġurnalisti, fost oħrajn; jistieden lill-Gvern tal-Kambodja jeħles, mingħajr dewmien, liċ-ċittadini kollha li ġew detenuti talli eżerċitaw id-drittijiet tal-bniedem tagħhom, inkluż James Ricketson, u jwaqqa' l-akkużi kollha kontrihom; |
7. |
Jappoġġa d-deċiżjoni li jiġi sospiż is-sostenn elettorali tal-UE lill-Kambodja; ifakkar fl-obbligi nazzjonali u internazzjonali fir-rigward tal-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem li l-Kambodja impenjat ruħha li tirrispetta; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Kambodja jwettaq riformi sabiex isaħħaħ id-demokrazija u japplika standards minimi rikonoxxuti internazzjonalment għal proċessi elettorali futuri, inklużi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet multipartitiċi, liberi u ġusti, l-istabbiliment ta' Kummissjoni Elettorali Nazzjonali tassew indipendenti u l-involviment tal-NGOs u tal-media indipendenti fil-monitoraġġ u fir-rappurtar tal-elezzjonijiet; |
8. |
Ifakkar lill-Gvern tal-Kambodja li jrid jissodisfa l-obbligi u l-impenji tiegħu fir-rigward tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, li huma komponent essenzjali tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni UE-Kambodja u l-kundizzjonijiet fl-ambitu tal-EBA; |
9. |
Jilqa' l-missjoni riċenti tal-UE ta' ġbir ta' informazzjoni fil-Kambodja fir-rigward tal-EBA u jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta l-konklużjonijiet lill-Parlament mill-aktar fis possibbli; jistieden lill-Kummissjoni tqis il-konsegwenzi possibbli fil-kuntest tal-preferenzi kummerċjali li tgawdi l-Kambodja, inkluż il-varar ta' investigazzjoni fl-ambitu tal-mekkaniżmi previsti fil-qafas tal-EBA; |
10. |
Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jħejju lista ta' individwi responsabbli mix-xoljiment tal-oppożizzjoni u minn ksur serju ieħor tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja, bil-ħsieb li jiġu imposti fuqhom restrizzjonijiet possibbli tal-viża u ffriżar tal-assi; |
11. |
Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tissorvelja s-sitwazzjoni fil-Kambodja mill-qrib; jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni u jmexxu l-isforzi fid-39 sessjoni li jmiss tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU lejn l-adozzjoni ta' riżoluzzjoni b'saħħitha li tindirizza s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja; |
12. |
Jistieden lill-Gvern tal-Kambodja jġedded il-Memorandum ta' Qbil (MtQ) mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) tan-NU fil-Kambodja hekk kif jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2018; |
13. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lis-Segretarju Ġenerali tal-ASEAN, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tal-Kambodja. |
(1) Testi adottati, P8_TA(2017)0348.
(2) Testi adottati, P8_TA(2017)0497.
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/132 |
P8_TA(2018)0350
In-nirien ta' Lulju 2018 f'Mati fir-reġjun ta' Attika, il-Greċja, u r-reazzjoni tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2018 dwar in-nirien ta' Lulju 2018 f'Mati fir-reġjun ta' Attika, il-Greċja, u r-reazzjoni tal-UE (2018/2847(RSP))
(2019/C 433/17)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (COM(2017)0772), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Ftehim ta' Pariġi, adottati permezz tad-Deċiżjoni 1/CP.21 fil-21 Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC (COP 21), kif ukoll il-11-il Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (CMP 11) li saret f'Pariġi, Franza, mit-30 ta' Novembru sal-11 ta' Diċembru 2015, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi n-nirien ta' Lulju 2018 f'Mati fir-reġjun ta' Attika fil-Greċja traġikament irriżulta fil-mewt ta' 99 ruħ u ħalla mijiet ta' persuni feruti; |
B. |
billi dawn in-nirien qerdu d-djar, hekk li bosta mijiet ta' persuni kellhom jiġu evakwati, għamlu ħsarat kbar fl-infrastruttura lokali u reġjonali u fl-ambjent, ħallew impatt fuq l-agrikoltura u affettwaw attivitajiet ekonomiċi, inklużi s-setturi tat-turiżmu u tal-ospitalità; |
C. |
billi sitwazzjonijiet ta' nixfa estrema u nirien fil-foresti saru aktar frekwenti, gravi u kumplessi, u qed ikollhom impatt akbar madwar l-Ewropa kollha, u huma aggravati mill-bidla fil-klima; |
D. |
billi l-investiment għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima huwa miżura urġenti sabiex jiġu evitati l-katastrofi minħabba n-nixfa u n-nirien; |
E. |
billi l-Greċja, l-Iżvezja u l-Latvja lkoll talbu appoġġ mill-UE permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili fis-sajf tal-2018 minħabba nirien; |
1. |
Jesprimi l-kondoljanzi sinċiera tiegħu lill-familji ta' dawk kollha li tilfu ħajjithom fin-nirien fir-reġjun ta'Attika; |
2. |
Jesprimi s-simpatiji tiegħu lir-residenti kollha li ġew affettwati min-nirien fir-reġjun ta'Attika; |
3. |
Jagħti ġieħ lid-dedikazzjoni tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar, tal-gwardji tal-kosta, tal-voluntiera u ta' oħrajn li ssograw ħajjithom biex jitfu n-nirien u jsalvaw liċ-ċittadini sħabhom; |
4. |
Jirrileva r-rwol tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili fil-forniment ta' ajruplani, vetturi, persunal mediku u ħaddiema tat-tifi tan-nar minn madwar l-Unjoni Ewropea; |
5. |
Ifakkar li diversi fondi tal-UE, bħall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, jistgħu jintużaw għat-tiswija ta' infrastrutturi essenzjali u għall-operazzjonijiet ta' tindif wara diżastru naturali; |
6. |
Itenni l-importanza tal-appoġġ mill-fondi ta' koeżjoni tal-UE għall-prevenzjoni tan-nirien u r-reazzjoni ta' emerġenza, u jistieden lill-Istati Membri jisfruttaw dan il-finanzjament bis-sħiħ u jinfurmaw lill-pubbliku dwar ir-riskji tan-nirien fil-foresti; |
7. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li ssir aktar riċerka xjentifika fuq mekkaniżmi ta' valutazzjoni tar-riskju, sistemi ta' prevenzjoni u ta' identifikazzjoni bikrija, u fuq mezzi oħra għall-ġlieda kontra dawn il-fenomeni, kif ukoll li jittejbu l-iskambju ta' esperjenzi u l-qsim tal-aħjar prattiki fost ir-reġjuni u l-Istati Membri; |
8. |
Jenfasizza li dokument ippubblikat fl-1 ta' Awwissu 2018 mill-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (2) jipprovdi evidenza li l-mewġa ta' sħana fl-Ewropa fl-2018 hija marbuta mat-tibdil fil-klima; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu miri u jimplimentaw politiki dwar il-klima li jissodisfaw l-impenji magħmula fil-ftehim ta' Pariġi COP 21; |
9. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-prevenzjoni tal-għargħar tkun żgurata fiż-żoni affettwati min-nirien tal-foresti, sabiex jiġu evitati aktar diżastri; |
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni tqis il-ġestjoni tar-riskju ta' nirien fil-foresti u l-ġestjoni tal-foresti u tal-pajsaġġi abbażi tal-ekosistema meta tevalwa miżuri kurrenti tal-UE, bħall-istrateġija tal-UE għall-foresti u l-istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, u jistedinha taġġusta dawn l-istrateġiji jekk tidentifika xi lakuni; |
11. |
Jitlob li l-Kunsill u l-Kummissjoni jiffinalizzaw mal-Parlament in-negozjati interistituzzjonali dwar il-Mekkaniżmu ta' Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni u l-ħolqien ta' rescEU sa tmiem l-2018; |
12. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali taż-żoni affettwati min-nirien. |
(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) https://public.wmo.int/en/media/news/july-sees-extreme-weather-high-impacts
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/134 |
P8_TA(2018)0351
It-theddida ta' demolizzjoni ta' Khan al-Ahmar u ta' villaġġi Bedwini oħra
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2018 dwar it-theddida ta' demolizzjoni ta' Khan al-Ahmar u ta' villaġġi Bedwini oħra (2018/2849(RSP))
(2019/C 433/18)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) Federica Mogherini tas-7 ta' Settembru 2018 dwar l-aħħar żviluppi rigward id-demolizzjoni ppjanata ta' Khan al-Ahmar, |
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar id-Dritt Umanitarju Internazzjonali, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta ta' Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja, u r-Renju Unit tal-10 ta' Settembru 2018 dwar Khan al-Ahmar, |
— |
wara li kkunsidra r-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1949, b'mod partikolari l-Artikoli 49, 50, 51 u 53 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport ta' Sitt Xhur dwar id-Demolizzjonijiet u l-Konfiski ta' strutturi ffinanzjati mill-UE fix-Xatt tal-Punent inkluż Ġerusalemm tal-Lvant, Jannar-Ġunju 2018, ippubblikat mis-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna (SEAE) fl-24 ta' Awwissu 2018, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi fil-5 ta' Settembru 2018 il-Qorti Superjuri Iżraeljana ċaħdet il-petizzjonijiet mir-residenti ta' Khan al-Ahmar; billi l-Qorti Superjuri ddeċidiet li l-awtoritajiet rilevanti huma awtorizzati jeżerċitaw il-pjan ta' rilokazzjoni tar-residenti ta' Jahalin tal-Punent; billi l-Qorti Superjuri ppermettiet lill-awtoritajiet Iżraeljani jipproċedu bil-pjanijiet għad-demolizzjoni ta' Khan al-Ahmar; |
B. |
billi Khan al-Ahmar huwa wieħed mis-46 komunità Bedwina li n-NU tqis li tinsab f'riskju ta' trasferiment bil-forza fix-Xatt tal-Punent ċentrali; billi din il-komunità hija magħmula minn 32 familja u 173 persuna b'kollox, u 92 minnhom huma minuri; billi l-armata Iżraeljana ħarġet ordnijiet ta' demolizzjoni għall-istrutturi kollha fil-villaġġ; |
C. |
billi fl-2010 il-Qorti Superjuri Iżraeljana ddeċidiet li r-raggruppament sħiħ ta' strutturi ta' Khan al-Ahmar kien inbena illegalment, bi ksur tal-liġijiet tal-ippjanar u t-tqassim taż-żoni, u b'hekk kellu jiġi ddemolit; billi l-Qorti Superjuri enfasizzat ukoll li l-awtoritajiet Iżraeljani kellhom bżonn isibu alternattiva xierqa għall-iskola u għar-residenti tal-komunità; billi l-istat ta' Iżrael iddikjara bil-miktub dak li se jipprovdi lil dawk il-familji li jmorru joqogħdu f'Jahalin tal-Punent (Abu Dis), bil-prospett li jiżviluppa sit ieħor ta' rilokazzjoni lejn il-lvant ta' Ġeriko; billi l-komunità kkonċernata ta' Khan al-Ahmar rrifjutat li tkun spostata; |
D. |
billi t-trasferiment bil-forza ta' residenti ta' territorju okkupat, sakemm is-sigurtà tal-popolazzjoni jew ir-raġunijiet militari imperattivi jitolbu hekk, huwa pprojbit skont ir-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra, u jikkostitwixxi ksur gravi tad-dritt umanitarju internazzjonali; |
E. |
billi l-awtoritajiet ta' Iżrael jimponu reġim dwar il-bini restrittiv immens fuq ir-residenti Palestinjani fiż-Żona C fix-Xatt tal-Punent; billi dan ir-reġim jagħmilha kważi impossibbli li l-attivitajiet Palestinjani ta' bini jkunu legali fiż-żona, u jintuża bħala mezz għall-evizzjoni tal-Palestinjani u għall-espansjoni ta' attivitajiet ta' insedjament; billi l-insedjamenti Iżraeljani huma illegali skont id-dritt internazzjonali u jikkostitwixxu ostaklu ewlieni għall-isforzi favur il-paċi; billi, skont id-dritt internazzjonali, kwalunkwe parti terza, inklużi l-Istati Membri tal-UE, għandha dmir li ma tirrikonoxxix, ma tgħinx jew ma tassistix lill-insedjamenti f'territorju okkupat, kif ukoll dmir li topponihom b'mod effikaċi; |
F. |
billi Khan al-Ahmar jinsab fiż-żona tal-kurutur E1 fix-Xatt tal-Punent okkupat; billi ż-żamma tal-istatus quo f'din iż-żona hija ta' importanza fundamentali għall-vijabbiltà tas-soluzzjoni ta' żewġ stati u għall-istabbiliment ta' stat Palestinjan kontigwu u vijabbli fil-futur; billi l-Parlament oppona ripetutament kull azzjoni li ddgħajjef il-vijabbiltà tas-soluzzjoni ta' żewġ stati u ħeġġeġ liż-żewġ naħat juru, permezz ta' politiki u azzjonijiet, impenn ġenwin lejn soluzzjoni ta' żewġ stati sabiex tinbena mill-ġdid il-fiduċja; |
G. |
billi 10 Stat Membru tal-UE qed jappoġġjaw programmi umanitarji f'Khan al-Ahmar, inkluża l-kostruzzjoni ta' skola primarja, u valur stmat ta' EUR 315 000 f'assistenza umanitarja ffinanzjata mill-UE issa jinsab f'riskju; |
H. |
billi, skont l-Uffiċċju tar-Rappreżentant tal-UE fil-Palestina, il-qerda u l-konfiska ta' proprjetà Palestinjana fix-Xatt tal-Punent okkupat, inkluża Ġerusalemm tal-Lvant, komplew fl-ewwel nofs tal-2018; billi d-demolizzjoni ta' Khan al-Ahmar toħloq ir-riskju li jinħolqu preċedenti għal għexieren ta' komunitajiet Bedwini oħra madwar ix-Xatt tal-Punent; |
1. |
Jingħaqad mal-VP/RGħ, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit fis-sejħa tagħhom lill-Gvern Iżraeljan biex jirrinunzja l-pjan ta' rilokazzjoni li jwassal għad-demolizzjoni ta' Khan al-Ahmar u t-trasferiment bil-forza tal-popolazzjoni tiegħu f'post ieħor; jisħaq fuq l-importanza kbira li l-UE tkompli titkellem b'vuċi waħda dwar din il-kwistjoni; |
2. |
Iwissi lill-awtoritajiet Iżraeljani li d-demolizzjoni ta' Khan al-Ahmar u t-trasferiment bil-forza tar-residenti tiegħu jikkostitwixxu ksur gravi tad-dritt umanitarju internazzjonali; |
3. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-impatt tad-demolizzjoni ta' Khan al-Ahmar, li tkompli thedded il-vijabbiltà tas-soluzzjoni ta' żewġ stati u timmina l-prospetti għall-paċi; Itenni li l-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-vijabbiltà tas-soluzzjoni ta' żewġ stati hija l-prijorità immedjata tal-politiki u tal-azzjoni tal-UE fir-rigward tal-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina u tal-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani; |
4. |
Jinsisti li - jekk iseħħu d-demolizzjoni u l-evizzjoni ta' Khan al-Ahmar - ir-risposta tal-UE trid tkun proporzjonata mas-serjetà ta' dan l-iżvilupp u konsistenti mal-appoġġ li dejjem tat lill-komunità ta' Khan al-Ahmar. jistieden lill-VP/RGħ tagħti spinta lill-involviment tal-UE mal-awtoritajiet Iżraeljani fir-rigward tar-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-popolazzjoni Palestinjana fiż-Żona C u titlob kumpens mill-Iżrael għall-qerda tal-infrastruttura ffinanzjata mill-UE; |
5. |
Jitlob li l-Gvern Iżraeljan iwaqqaf minnufih il-politika tiegħu ta' theddid ta' demolizzjoni u evizzjoni reali kontra l-komunitajiet Bedwini li jgħixu fin-Negev u fiż-Żona C fix-Xatt tal-Punent okkupat; jenfasizza li d-demolizzjoni ta' djar, skejjel u infrastruttura vitali oħra fit-territorju Palestinjan okkupat hija illegali skont id-dritt umanitarju internazzjonali; |
6. |
Ifakkar li Iżrael huwa kompletament responsabbli għall-għoti tas-servizzi neċessarji, inklużi l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-assistenza soċjali, għall-persuni li jgħixu taħt l-okkupazzjoni tiegħu, f'konformità mar-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra; |
7. |
Jibqa' konvint bis-sħiħ li l-unika soluzzjoni dejjiema għall-kunflitt fil-Lvant Nofsani hija dik ta' żewġ stati demokratiċi, Iżrael u l-Palestina, f'koeżistenza paċifika fi ħdan fruntieri sikuri u rikonoxxuti, abbażi tal-fruntieri tal-1967 u b'Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ stati; jikkundanna kwalunkwe deċiżjoni jew azzjoni unilaterali li tista' tipperikola l-prospettivi ta' din is-soluzzjoni; |
8. |
Jistieden lill-awtoritajiet Iżraeljani biex b'mod immedjat itemmu u jreġġgħu lura l-politika ta' insedjament tagħhom; jitlob li l-UE tibqa' soda dwar din il-kwistjoni; |
9. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Koordinatur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, lill-Knesset u lill-Gvern ta' Iżrael, lill-President tal-Awtorità Palestinjana u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan. |
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/136 |
P8_TA(2018)0352
Strateġija Ewropea għall-Plastik f'Ekonomija Ċirkolari
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2018 dwar strateġija Ewropea għall-plastik f'ekonomija ċirkolari (2018/2035(INI))
(2019/C 433/19)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2018 dwar "Strateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari" (COM(2018)0028), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2018 dwar l-impatt tal-użu ta' plastik ossodegradabbli, inklużi basktijiet tal-plastik ossodegradabbli, fuq l-ambjent (COM(2018)0035), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni kif ukoll id-dokument ta' ħidma tal-persunal tas-16 ta' Jannar 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett tal-ekonomija ċirkolari: alternattivi li jindirizzaw l-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart (COM(2018)0032), |
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Ħidma dwar l-Ekodisinn 2016-2019 tal-Kummissjoni (COM(2016)0773), b'mod partikolari l-objettiv li jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar speċifiċi għall-prodott u aktar orizzontali f'oqsma bħad-durabbiltà, ir-riparabbiltà, it-titjib fil-kwalità, id-disinn għaż-żarmar u l-faċilità ta' użu mill-ġdid u riċiklaġġ, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 2015 bit-titolu "L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta' azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari" (COM(2015)0614), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (1), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'lanfills (2), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (3), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (4), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/720 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li temenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief (5), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (6) (minn hawn 'il quddiem "id-Direttiva dwar l-Ekodisinn") u r-regolamenti ta' implimentazzjoni u l-ftehimiet volontarji adottati skont dik id-direttiva, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 (7), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2017 dwar l-ekoinnovazzjoni biex tkun tista' ssir tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, |
— |
wara li kkunsidra l-Ewrobarometru Speċjali Nru 468 ta' Ottubru 2017 dwar l-attitudnijiet taċ-ċittadini Ewropej lejn l-ambjent, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima u l-21 Konferenza tal-Partijiet (COP 21) tal-UNFCCC, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti bit-titolu "Nittrasformaw id-dinja tagħna: L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli", adottata fis-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-25 ta' Settembru 2015, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2017 dwar ħajja itwal għall-prodotti: benefiċċji għall-konsumaturi u l-kumpaniji (9), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-16 ta' Jannar 2018 dwar il-governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna fil-kuntest tal-SDGs 2030 (10), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0262/2018]), |
A. |
billi l-plastik huwa materjal prezzjuż, li jintuża b'mod mifrux fit-totalità tal-ktajjen tal-valur u li huwa utli għas-soċjetà u l-ekonomija tagħna, jekk jintuża u jiġi ġestit b'mod responsabbli; |
B. |
billi l-mod li bih huwa manifatturat, użat u mormi l-plastik illum għandu effetti devastanti għal dak li jikkonċerna l-ambjent, il-klima u l-ekonomija, u potenzjalment għandu impatt avvers fuq is-saħħa ta' kemm il-bnedmin kif ukoll l-annimali; billi l-isfida ewlenija hija għalhekk li l-plastik jiġi prodott u jintuża b'mod responsabbli u sostenibbli sabiex titnaqqas il-produzzjoni ta' skart tal-plastik u biex jitnaqqas l-użu ta' sustanzi perikolużi fil-plastik, fejn possibbli; billi r-riċerka u l-innovazzjoni f'teknoloġiji ġodda u alternattivi għandhom rwol importanti f'dan ir-rigward; |
C. |
billi dawn l-effetti negattivi joħolqu tħassib għall-pubbliku ġenerali, fejn 74 % taċ-ċittadini tal-UE jesprimu tħassib dwar l-impatt tal-plastik fuq is-saħħa, filwaqt li 87 % jinsabu inkwetati dwar l-effetti tagħhom fuq l-ambjent. |
D. |
billi l-momentum politiku attwali għandu jintuża biex issir tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari sostenibbli tal-plastik li tagħti prijorità lill-prevenzjoni tal-produzzjoni tal-iskart tal-plastik, skont il-ġerarkija tal-iskart; |
E. |
billi diversi Stati Membri diġà stabbilew miżuri leġiżlattivi nazzjonali għall-projbizzjoni tal-mikroplastiks miżjuda intenzjonalment fil-kożmetiċi; |
F. |
billi l-pajjiżi Ewropej għandhom storja ta' esportazzjoni tal-iskart tal-plastik, inkluż lejn pajjiżi fejn sistemi ta' ġestjoni u ta' riċiklaġġ inadegwati jikkawżaw dannu ambjentali u huma ta' riskju għas-saħħa tal-komunitajiet lokali, b'mod partikolari ta' dawk li jimmaniġġaw l-iskart; |
G. |
billi l-iskart tal-plastik huwa kwistjoni globali u hemm bżonn ta' kooperazzjoni internazzjonali biex tiġi miġġielda l-isfida; billi l-UE hija impenjata li tilħaq l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, li ħafna minnhom huma rilevanti għall-konsum u l-produzzjoni sostenibbli tal-plastik sabiex jiġu limitati l-impatti tagħhom fuq il-baħar u l-art; |
H. |
billi l-produzzjoni annwali fid-dinja tal-plastik laħqet 322 miljun tunnellata fl-2015, u hija mistennija li tirdoppja matul l-20 sena li ġejjin; |
I. |
billi fl-UE, qed jiġu prodotti 25.8 miljun tunnellata ta' skart tal-plastik kull sena; |
J. |
billi fl-UE, 30 % biss tal-iskart tal-plastik jinġabar għar-riċiklaġġ; billi 6 % biss tal-plastik imqiegħed fis-suq huwa magħmul minn plastik riċiklat; |
K. |
billi r-rimi fil-miżbliet (31 %) u l-inċinerazzjoni (39 %) tal-iskart tal-plastik għadhom għoljin; |
L. |
billi madwar 95 % tal-valur tal-materjal tal-imballaġġ tal-plastik fil-preżent joħroġ mill-ekonomija u dan iwassal għal rata ta' telf annwali ta' bejn EUR 70 biljun u EUR 105 biljun; |
M. |
billi l-UE għandha mira li jiġi riċiklat 55 % tal-imballaġġ tal-plastik minn issa sal-2030; |
N. |
billi r-riċiklaġġ tal-plastik iġib miegħu benefiċċji sinifikanti għall-klima f'dak li għandu x'jaqsam mat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2; |
O. |
billi, fid-dinja, bejn 5 u 13-il miljun tunnellata ta' plastik jispiċċaw fl-oċeani tad-dinja kull sena u, sal-lum, huwa stmat li hemm aktar minn 150 miljun tunnellata ta' plastik fl-oċeani; |
P. |
billi bejn 150 000 u 500 000 tunnellata ta' skart tal-plastik jidħlu fl-ibħra u l-oċeani tal-EU kull sena. |
Q. |
billi, skont studji kkwotati min-NU, jekk ma jsir xejn, fl-2050 se jkun hemm aktar plastik milli ħut fl-oċeani; |
R. |
billi l-plastik jirrappreżenta 85 % tal-iskart fil-bajjiet u aktar minn 80 % tal-iskart fil-baħar; |
S. |
billi prattikament kull tip ta' materjal tal-plastik jista' jinstab fl-oċean – mir-roqgħa kbira ta' żibel fil-Paċifiku, li fiha mill-anqas 79 000 tunnellata ta' plastik f'wiċċ żona ta' 1.6 miljun kilometru kwadru, għaż-żoni l-aktar remoti tad-dinja bħall-art fonda oċeanika u l-Artiku; |
T. |
billi l-iskart fil-baħar jaffettwa b'mod negattiv anki l-attivitajiet ekonomiċi u l-katina alimentari tal-bniedem; |
U. |
billi 90 % tal-ghasafar tal-baħar kollha jibilgħu partikuli tal-plastik; |
V. |
billi l-impatt sħiħ tal-iskart tal-plastik fuq il-flora, il-fawna u s-saħħa tal-bniedem għadu mhux mifhum; billi l-konsegwenzi katastrofiċi fuq il-ħajja tal-baħar ġew iddokumentati, u aktar minn 100 miljun annimal tal-baħar jinqatlu kull sena minħabba l-fdalijiet tal-plastik fl-oċean; |
W. |
billi s-soluzzjonijiet għall-indirizzar tal-plastik fil-baħar ma jistgħux jiġu iżolati minn strateġija globali għall-plastik; billi l-Artikolu 48 tar-Regolament dwar il-Kontroll tas-Sajd (11), li fih miżuri mfassla biex jippromwovu l-irkupru ta' rkaptu tas-sajd mitluf, huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, iżda huwa limitat wisq fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, peress li l-Istati Membri qed jitħallew jeżentaw lill-maġġoranza l-kbira tal-bastimenti tas-sajd minn dan l-obbligu u l-obbligi ta' rappurtar għadhom ftit li xejn osservati; |
X. |
billi qed jiġi kkunsidrat finanzjament mill-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (KTE) għal proġetti fil-baħar Adrijatiku, bħal strumenti ġodda ta' governanza u prattiki tajba sabiex jittaffa, u, jekk jista' jkun, jiġi eliminat il-fenomenu tal-abbandun tar-rkaptu tas-sajd, filwaqt li l-flotot tas-sajd jingħataw rwol ġdid ta' sentinelli tal-baħar; |
Y. |
billi l-Istati Membri huma firmatarji tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri (MARPOL) u għandhom jimmiraw għall-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tagħha; |
Z. |
billi s-"sajd fantażma" jseħħ meta kreaturi tal-baħar jinqabdu jew jitħabblu fix-xbieki tas-sajd, fin-nases u fix-xlief mitlufa jew abbandunati u mhux bijodegradabbli, jew b'konsegwenza tagħhom ikorru, imutu bil-ġuħ jew jinqatlu; billi dan il-fenomenu jiġi kkawżat mit-telf u l-abbandun tal-irkaptu tas-sajd; billi r-Regolament dwar il-Kontroll tas-Sajd jirrikjedi l-immarkar obbligatorju tal-irkaptu u n-notifika u l-irkupru tal-irkaptu mitluf; billi, għalhekk, għadd ta' sajjieda jġibu lura lejn il-port, fuq inizjattiva tagħhom stess, xbieki mitlufa rkuprati mill-baħar; |
AA. |
billi għalkemm huwa diffiċli li wieħed jivvaluta bi preċiżjoni l-kontribut tal-akkwakultura għall-iskart tal-baħar, huwa stmat li 80 % tal-fdalijiet fil-baħar huma plastik u mikroplastik, u li bejn 20 % u 40 % tal-iskart tal-plastik fil-baħar huwa parzjalment marbut mal-attivitajiet tal-bniedem fuq il-baħar, inklużi l-bastimenti kummerċjali u tal-kruċieri, u l-bqija joriġina fuq l-art, u billi, skont studju riċenti tal-FAO (12), madwar 10 % ġej minn irkaptu tas-sajd mitluf jew mormi; billi l-irkaptu tas-sajd mitluf jew mormi huwa komponent wieħed tal-iskart tal-plastik fil-baħar u hu stmat li 94 % tal-plastik li jidħol fl-oċean jispiċċa f'qiegħ il-baħar, u għaldaqstant hemm il-ħtieġa li jintuża l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) sabiex is-sajjieda jkunu jistgħu jibbenefikaw direttament mill-iskemi "sajd għall-iskart fil-baħar", billi jingħatalhom ħlas jew inċentivi finanzjarji u materjali oħra; |
AB. |
billi bejn 75 000 u 300 000 tunnellati ta' mikroplastiks jiġu rilaxxati fl-ambjent tal-UE kull sena, inkluż il-mikroplastik li huwa intenzjonalment miżjud mal-prodotti tal-plastik, mikroplastik rilaxxat waqt l-użu ta' prodotti u dak iġġenerat mid-degradazzjoni tal-prodotti tal-plastik; |
AC. |
billi l-mikroplastik u l-partiċelli ta' daqs nano joħolqu sfidi speċifiċi għall-politika pubblika; |
AD. |
billi l-mikroplastik jinstab f'90 % tal-fliexken tal-ilma; |
AE. |
billi t-talba tal-Kummissjoni lill-ECHA biex teżamina l-bażi xjentifika sabiex jiġi limitat l-użu tal-mikroplastik miżjud intenzjonalment fil-prodotti għall-konsumaturi jew f'dawk għal użu professjonali hija milqugħa; |
AF. |
billi t-talba tal-Kummissjoni lill-ECHA biex tħejji proposta għal restrizzjoni possibbli fuq il-plastik ossodegradabbli hija milqugħa; |
AG. |
billi, skont l-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda hija soġġetta għal proċedura leġiżlattiva speċjali li tirrikjedi l-unanimità fost l-Istati Membri u l-konsultazzjoni tal-Parlament; |
Rimarki ġenerali
1. |
Jilqa' l-komunikazzjoni ta-l-Kummissjoni bit-titolu "Strateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari" (COM(2018)0028) bħala pass 'il quddiem fit-tranżizzjoni tal-UE minn ekonomija lineari għal ekonomija ċirkolari; jirrikonoxxi li l-plastik għandu rwol utli fl-ekonomija tagħna u fil-ħajja tagħna ta' kuljum iżda fl-istess ħin għandu żvantaġġi sinifikanti; iqis li l-isfida ewlenija għalhekk hija li l-plastik jiġi ġestit b'mod sostenibbli tul il-katina tal-valur kollha u b'hekk jinbidel il-mod ta' kif nipproduċu u nużaw il-plastik, b'tali mod li jinżamm il-valur fl-ekonomija tagħna, mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent, il-klima u s-saħħa pubblika; |
2. |
Jenfasizza li l-prevenzjoni tal-iskart tal-plastik minn qabel, kif definita fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, għandha tkun l-ewwel prijorità f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart; iqis, barra minn hekk, li t-tisħiħ sostanzjali tal-prestazzjoni tagħna tar-riċiklaġġ tal-plastik huwa esssenzjali għas-sostenn tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli kif ukoll għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa pubblika; jistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jikkunsidraw il-projbizzjoni Ċiniża riċenti fuq l-importazzjoni tal-iskart tal-plastik bħala opportunità biex isir investiment fil-prevenzjoni tal-iskart tal-plastik, anki billi jiġi inkoraġġut l-użu mill-ġdid u d-diżinn ċirkulari ta' prodott, u biex isir investiment f'faċiltajiet tal-aħħar teknoloġija għall-ġbir, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ fl-UE; jemmen li l-iskambju tal-aħjar prattiki f'dan ir-rigward huwa importanti, b'mod partikolari għall-SMEs; |
3. |
Huwa konvint li l-istrateġija għall-plastik għandha sservi wkoll bħala lieva biex jiġu inkoraġġuti mudelli ta' negozju, produzzjoni u konsum ġodda, intelliġenti, sostenibbli u ċirkolari li jkopru l-katina tal-valur kollha f'konformità mal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU Nru 12 dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli, anki permezz tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni; jistieden lill-Kummissjoni trawwem rabtiet ċari bejn il-politiki tal-Unjoni dwar l-iskart, il-kimika u l-prodotti għal dan il-għan, anki permezz tal-iżvilupp ta' ċikli ta' materjal mhux tossiku kif stabbilit fis-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali; |
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi politika għal wara l-2020 għall-ekonomija ċirkolari u l-bijoekonomija bbażata fuq pilastru sod ta' riċerka u innovazzjoni, u tiżgura li l-impenji meħtieġa jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) il-ġdid; jenfasizza, b'mod partikolari, l-importanza tar-riċerka biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi u biex jinftiehem l-impatt tal-makroplastik, tal-mikroplastik u tal-plastik ta' daqs nano fuq l-ekosistemi u fuq is-saħħa tal-bniedem; |
5. |
Jenfasizza li l-plastik huwa varjat u jista' jiġi applikat b'diversi modi, u li għaldaqstant huwa meħtieġ approċċ imfassal apposta – u ta' spiss speċifiku għall-prodott – għad-diversi ktajjen tal-valur, b'għadd ta' soluzzjonijiet varji li jieħdu kont tal-impatt ambjentali, l-alternattivi eżistenti, l-esiġenzi lokali u reġjonali u li jiggarantixxu li l-ħtiġijiet funzjonali tal-konsumaturi jiġu ssodisfati; |
6. |
Jisħaq fuq il-punt li huma neċessarji azzjonijiet konġunti u koordinati mill-partijiet ikkonċernati kollha fil-katina tal-valur kollha, inklużi l-konsumaturi, bl-għan li jinkiseb eżitu li jkun ta' vantaġġ kemm għall-ekonomija, l-ambjent, il-klima u s-saħħa pubblika; |
7. |
Jenfasizza li t-tnaqqis fil-produzzjoni tal-iskart huwa responsabbiltà kondiviża u li t-trasformazzjoni tat-tħassib ġenerali dwar l-iskart tal-plastik f'responsabbiltà pubblika tibqa' sfida importanti; jenfasizza li huwa essenzjali, f'dan ir-rigward, li jiġu żviluppati mudelli ġodda ta' konsum billi tiġi inkoraġġuta l-bidla fl-imġiba tal-konsumaturi; jappella għal żieda fl-għarfien tal-konsumaturi dwar l-impatt tat-tniġġis tal-plastik tal-iskart, l-importanza tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tajba tal-iskart u l-alternattivi eżistenti; |
Mid-disinn għar-riċiklaġġ għad-disinn għaċ-ċirkolarità
8. |
Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jiżguraw li l-acquis kollu relatat mal-prodotti u l-iskart jiġi implimentat u infurzat bis-sħiħ u malajr; jirrimarka li, fl-UE, 30 % biss tal-iskart tal-plastik jinġabar għar-riċiklaġġ u dan iwassal għal ħela enormi ta' riżorsi; jenfasizza li, sal-2030, il-plastik mhux se jibqa' jkun aċċettat fil-miżbliet u li l-Istati Membri għandhom jimmaniġġaw l-iskart tal-plastik tagħhom b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE; itenni li l-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart; jenfasizza l-importanza ta' ġbir separat u ta' faċilitajiet ta' separazzjoni biex ikun hemm riċiklaġġ ta' kwalità għolja u jiġi promoss l-użu ta' materja prima sekondarja ta' kwalità; |
9. |
Jistieden lill-partijiet ikkonċernati tal-industrija jibdew jieħdu azzjonijiet konkreti minn issa sabiex jiġi żgurat li l-imballaġġ tal-plastik kollu jkun jista' jintuża mill-ġdid jew jiġi riċiklat b'mod kosteffikaċi l-iktar tard sal-2030, jassoċjaw l-identità tad-ditta tagħhom ma' mudelli kummerċjali sostenibbli u ċirkolari u jużaw is-saħħa tagħhom fis-suq biex jippromwovu u jmexxu xejriet ta' konsum sostenibbli u ċirkolari; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja u tevalwa l-iżviluppi, tippromwovi l-aqwa prattiki u tivverifika l-allegazzjonijiet ambjentali biex jiġi evitat il-"greenwashing"; |
10. |
Jemmen li s-soċjetà ċivili għandha tkun involuta u infurmata kif xieraq sabiex tkun tista' żżomm l-industrija responsabbli għall-impenji u l-obbligi tagħha; |
11. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissodisfa l-obbligu tagħha li tirrevedi u ssaħħaħ ir-rekwiżiti essenzjali fid-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ sal-2020, filwaqt li tieħu kont tal-proprjetajiet relattivi ta' materjal ta' imballaġġ differenti fuq il-bażi ta' valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja u tindirizza b'mod partikolari l-prevenzjoni u d-disinn għaċ-ċirkolarità; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ b'rekwiżiti ċari, applikabbli u effettivi, inkluż dwar "imballaġġ tal-plastik li jista' jintuża mill-ġdid u riċiklabbli b'mod kosteffikaċi", u dwar l-imballaġġ eċċessiv; |
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u ċ-ċirkolarità prinċipji fundamentali, inkluż ir-rwol importanti li jista' jkollhom il-materjal, il-prodotti u s-sistemi ċirkolari, anki għall-oġġetti ta' plastik li ma jintużawx għall-imballaġġ; iqis li dan jista' jinkiseb, inter alia, permezz tar-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur, billi jiġu żviluppati standards tal-prodotti, isiru valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, jitwessa' l-qafas leġiżlattiv tal-ekodisinn biex ikopri l-gruppi ewlenin kollha tal-prodotti tal-plastik, jiġu adottati dispożizzjonijiet dwar l-ekotikkettar u jiġi implimentat il-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott; |
Il-ħolqien ta' suq uniku ġenwin għall-plastik riċiklat
13. |
Jinnota li hemm diversi raġunijiet għall-użu skars tal-plastik riċiklat fl-UE, fost l-oħrajn minħabba li l-prezzijiet tal-fjuwils fossili huma baxxi, parzjalment minħabba s-sussidji, in-nuqqas ta' fiduċja u n-nuqqas ta' provvista ta' kwalità għolja; jenfasizza li huwa meħtieġ suq intern stabbli għal materja prima sekondarja sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-ostakli li jiffaċċja dan is-suq u toħloq kundizzjonijiet ekwi; |
L-istandards tal-kwalità u l-verifika
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta malajr standards ta' kwalità bl-għan li tibni l-fiduċja u tinċentiva s-suq għall-plastik sekondarju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, meta tkun qed tiżviluppa dawn l-istandards ta' kwalità, tieħu kont tad-diversi gradi ta' riċiklaġġ li huma kompatibbli mal-funzjonalità ta' prodotti differenti, filwaqt li tissalvagwardja s-saħħa pubblika, is-sikurezza tal-ikel u l-ambjent; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-użu sikur tal-materjal riċiklat fil-materjal li jiġi f'kuntatt mal-ikel u tixpruna l-innovazzjoni; |
15. |
Jitlob lill-Kummissjoni tqis l-aħjar prattiki fiċ-ċertifikazzjoni ta' partijiet terzi indipendenti u tinkoraġġixxi ċ-ċertifikazzjoni ta' materjal riċiklat, peress li l-verifika hija essenzjali sabiex tiżdied il-fiduċja kemm tal-industrija kif ukoll tal-konsumaturi fil-materjal riċiklat; |
Kontenut riċiklat
16. |
Jitlob lill-atturi industrijali kollha jibdlu l-impenji pubbliċi tagħhom biex iżidu l-użu tal-plastik riċiklat f'impenji formali u jwettqu azzjonijiet konkreti; |
17. |
Jemmen li regoli obbligatorji dwar il-kontenut riċiklat jistgħu jkunu meħtieġa biex tingħata spinta lill-użu ta' materja prima sekondarja, peress li s-swieq għall-materjal riċiklat għandhom mhux qed jaħdmu; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra tintroduċi rekwiżiti għal kontenut riċiklat minimu għall-prodotti tal-plastik speċifiċi mqiegħda fis-suq tal-UE, filwaqt li tirrispetta r-rekwiżiti tas-sikurezza tal-ikel; |
18. |
Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw l-introduzzjoni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imnaqqsa għal prodotti li jkun fihom kontenut riċiklat; |
Akkwist ċirkolari
19. |
Jenfasizza li l-akkwist huwa strument essenzjali fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari peress li għandu s-setgħa li jsaħħaħ l-innovazzjoni fil-mudelli kummerċjali u jrawwem prodotti u servizzi effiċjenti fir-riżorsi; jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi netwerk ta' tagħlim tal-UE dwar l-akkwist ċirkolari sabiex jinġabru t-tagħlimiet miksuba minn proġetti pilota; jemmen li azzjonijiet volontarji għandhom iwittu t-triq, abbażi ta' valutazzjoni ta' impatt robusta, għal regoli vinkolanti tal-UE dwar l-akkwist pubbliku ċirkolari; |
20. |
Jistieden lill-Istati Membri jeliminaw b'mod gradwali l-inċentivi mhux raġonevoli kollha li jaħdmu kontra l-ilħuq tal-ogħla livelli possibbli ta' riċiklaġġ tal-plastik; |
Interfaċċa tal-iskart ta' sustanzi kimiċi
21. |
Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jottimizzaw il-kontrolli fuq il-materjal u l-prodotti importati sabiex jiżguraw u jinfurzaw il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi u dwar il-prodotti; |
22. |
Jirreferi għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett tal-ekonomija ċirkolari: alternattivi li jindirizzaw l-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart; |
Prevenzjoni tal-produzzjoni tal-iskart tal-plastik
Plastik b'użu uniku
23. |
Jinnota li għad m'hemm l-ebda soluzzjoni biex jiġu indirizzati l-effetti dannużi tal-plastik b'użu uniku, u jemmen li taħlita ta' miżuri volontarji u regolatorji, kif ukoll bidla fis-sensibilizzazzjoni, l-imġiba u l-parteċipazzjoni tal-konsumatur, huma għalhekk meħtieġa biex tissolva din il-kwistjoni kumplessa; |
24. |
Jieħu nota tal-azzjonijiet li diġà ttieħdu f'xi Stati Membri u għalhekk jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar qafas leġiżlattiv speċifiku għat-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent, b'mod partikolari l-plastik b'użu uniku; iqis li din il-proposta għandha tikkontribwixxi għal tnaqqis sinifikanti tal-iskart fil-baħar, li aktar minn 80 % minnu huwa plastik, u b'hekk tikkontribwixxi għall-għan tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli li jiġi impedit u mnaqqas b'mod sinifikanti t-tniġġis tal-baħar ta' kull tip; |
25. |
Jemmen li huwa importanti li dan il-qafas joffri sett ta' miżuri ambizzjużi lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li jkun kompatibbli mal-integrità tas-suq uniku, jipproduċi impatt ambjentali tanġibbli u pożittiv u impatt soċjoekonomiku u jipprovdi l-funzjonalità meħtieġa għall-konsumaturi; |
26. |
Jirrikonoxxi l-fatt li t-tnaqqis u r-restrizzjoni ta' prodotti tal-plastik b'użu uniku jistgħu joħolqu opportunitajiet għal mudelli kummerċjali sostenibbli; |
27. |
Jirreferi għall-ħidma li għaddejja fil-qafas tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja dwar din il-proposta; |
28. |
Jenfasizza li hemm diversi modi kif jistgħu jintlaħqu rati għoljin ta' ġbir separat u riċiklaġġ u tnaqqis fl-iskart tal-plastik, inklużi skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur (EPR) b'tariffi mmodulati, skemi ta' rifużjoni tad-depożitu u żieda fis-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku; jirrikonoxxi l-merti tar-reġimi stabbiliti fi Stati Membri differenti u l-potenzjal għall-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri; jissottolinja l-fatt li l-għażla ta' skema partikolari tibqa' fil-kompetenza tal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru; |
29. |
Jilqa' l-fatt li d-Direttiva 94/62/KE tistipula li, sa tmiem l-2024, l-Istati Membri jeħtieġ li jistabbilixxu skemi EPR obbligatorji għall-imballaġġ kollu u jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-possibbiltà li testendi dan l-obbligu għal prodotti tal-plastik oħra skont l-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE; |
30. |
Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (COM(2018)0325) għal kontribuzzjoni bbażata fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat; jisħaq fuq il-fatt li l-effett direzzjonali ta' tali kontribuzzjoni jrid ikun koerenti mal-ġerarkija tal-iskart; jenfasizza għalhekk li għandha tingħata prijorità lill-prevenzjoni tal-produzzjoni tal-iskart; |
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissieħbu fil-koalizzjoni internazzjonali għat-tnaqqis tat-tniġġis ikkawżat mill-basktijiet tal-plastik li tnediet fis-COP 22 f'Marrakexx f'Novembru 2016, u jappoġġawha; |
32. |
Jemmen li s-supermarkets jaqdu rwol kruċjali fit-tnaqqis tal-plastik b'użu uniku fl-UE; jilqa' l-inizjattivi bħal xkafef fis-supermarket mingħajr prodotti tal-plastik, li jipprovdu opportunitajiet għas-supermarkets biex jittestjaw bijomaterjali kompostabbli bħala alternattivi għall-imballaġġ tal-plastik; |
33. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet (COM(2018)0033), li l-għan tagħha huwa li tnaqqas b'mod sinifikanti l-piż u l-ispejjeż għas-sajjieda meta jieħdu l-irkaptu tas-sajd u l-iskart tal-plastik lura fil-port; jissottolinja r-rwol importanti li s-sajjieda jistgħu jaqdu, b'mod partikolari billi jiġbru skart tal-plastik mill-baħar matul l-attività tas-sajd tagħhom, u jġibuh lura fil-port biex jgħaddi minn ġestjoni xierqa tal-iskart; jisħaq fuq il-fatt li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinċentivaw din l-attività, sabiex s-sajjieda ma jintalbux iħallsu miżata għat-trattament; |
34. |
Jiddispjaċih li l-implimentazzjoni tal-Artikolu 48(3) tar-Regolament dwar il-Kontroll tas-Sajd dwar l-irkupru u l-obbligi ta' rapportar fir-rigward tal-irkaptu tas-sajd mitluf ma kinitx tidher fir-rapport tal-evalwazzjoni u tal-implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-2017; jenfasizza l-ħtieġa ta' valutazzjoni dettaljata tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tar-Regolament dwar il-Kontroll tas-Sajd f'termini ta' rkaptu tas-sajd; |
35. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lir-reġjuni jappoġġaw il-pjanijiet għall-ġbir tal-iskart fil-baħar bl-involviment, meta jkun possibbli, tal-bastimenti tas-sajd, u jintroduċu faċilitajiet tal-akkoljenza u tar-rimi fil-portijiet għall-iskart tal-baħar, kif ukoll skema ta' riċiklaġġ għal xbieki li ma jkunux għadhom jintużaw; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fil-Linji Gwida Volontarji tal-FAO dwar l-Immarkar tal-Irkaptu tas-Sajd, filwaqt li jikkollaboraw mill-qrib mas-settur tas-sajd biex jiġġieldu s-sajd fantażma; |
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lir-reġjuni jtejbu l-ġbir tad-data fil-qasam tal-plastik fil-baħar billi jistabbilixxu u jimplimentaw sistema ta' rapportar diġitali obbligatorja fl-UE kollha għall-irkaptu mitluf minn bastimenti tas-sajd individwali b'appoġġ għall-azzjoni ta' rkupru, bl-użu ta' data minn bażijiet tad-data reġjonali biex jikkondividu informazzjoni fil-bażi tad-data Ewropea ġestita mill-Aġenzija għall-Kontroll tas-Sajd jew jiżviluppaw is-SafeSeaNet f'sistema faċli biex tintuża u mifruxa mal-UE kollha, u b'hekk jippermettu lis-sajjieda jissenjalaw irkaptu mitluf; |
37. |
Jenfasizza l-bżonn li l-Istati Membri jagħmlu aktar sforzi sabiex jiżviluppaw strateġiji u pjanijiet li permezz tagħhom jitnaqqas it-tixrid fil-baħar tal-irkaptu tas-sajd, pereżempju permezz ta' għotjiet tal-FEMS, kif ukoll bl-appoġġ tal-Fondi Strutturali u tal-KTE u bl-involviment attiv meħtieġ tar-reġjuni; |
Il-plastik ibbażat fuq prodotti bijoloġiċi, il-bijodegradibbiltà u l-kompostabbiltà
38. |
Jappoġġa bil-qawwa lill-Kummissjoni fil-preżentazzjoni ta' standards ċari addizzjonali u regoli u definizzjonijiet ċari dwar il-kontenut b'bażi organika, il-bijodegradabbiltà (karatteristika indipendenti tal-materja prima) u l-kompostabbiltà bl-għan li jiġu indirizzati l-ideat żbaljati u n-nuqqas ta' fehim u li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni ċara; |
39. |
Jenfasizza l-fatt li t-trawwim ta' bijoekonomija sostenibbli jista' jikkontribwixxi biex titnaqqas id-dipendenza tal-Ewropa fuq il-materja prima importata; jenfasizza r-rwol potenzjali għall-plastik ibbażat fuq prodotti bijoloġiċi u l-plastik bijodegradabbli, fejn intwera li dawn huma ta' benefiċċju minn perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja; iqis li l-bijodegradabbiltà jeħtieġ li tiġi vvalutata skont il-kundizzjonijiet rilevanti tad-dinja reali; |
40. |
Jenfasizza li l-plastik bijodegradabbli u dak kompostabbli jistgħu jgħinu biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, iżda ma jistgħux jitqiesu bħala rimedju universali għall-iskart marittimu u lanqas m'għandhom jilleġittimizzaw applikazzjonijiet b'użu uniku mhux neċessarji; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tiżviluppa kriterji ċari għal prodotti u applikazzjonijiet utli magħmula minn plastik bijodegradabbli, inklużi l-imballaġġ u l-applikazzjonijiet fl-agrikoltura; jappella għal aktar investiment fir-riċerka u l-iżvilupp f'dan il-qasam; jenfasizza li l-plastik bijodegradabbli u dak mhux bijodegradabbli għandhom jiġu ttrattati b'mod differenti fid-dawl tal-ġestjoni xierqa tal-iskart; |
41. |
Jenfasizza li l-plastik ibbażat fuq prodotti bijoloġiċi joffri potenzjal għal differenzjazzjoni parzjali tal-materja prima, u jappella għal aktar investiment fir-riċerka u l-iżvilupp f'dan ir-rigward; jirrikonoxxi l-eżistenza ta' materjal innovattiv ibbażat fuq prodotti bijoloġiċi li diġà jeżisti fis-suq; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' trattament newtrali u ugwali tal-materjal ta' sostituzzjoni; |
42. |
Jappella għal projbizzjoni sħiħa fuq il-plastik ossodegradabbli fl-UE sal-2020, peress li dan it-tip ta' plastik mhuwiex bijodegradabbli għalkollox, mhuwiex kompostabbli, u jaffettwa b'mod negattiv ir-riċiklaġġ tal-plastik konvenzjonali u jonqos milli jagħti prova ta' benefiċċju ambjentali; |
Mikroplastik
43. |
Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi projbizzjoni fuq il-mikroplastik fil-kożmetiċi, il-prodotti ta' kura personali, id-deterġenti u l-prodotti tat-tindif sal-2020; jistieden lill-ECHA, barra minn hekk, tevalwa u tħejji, jekk ikun xieraq, projbizzjoni fuq il-mikroplastik li jiżdied intenzjonalment ma' prodotti oħra, filwaqt li tqis jekk hemmx alternattivi vijabbli disponibbli; |
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti minimi fil-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti biex jitnaqqas b'mod sinifikanti r-rilaxx ta' mikroplastik fis-sors, b'mod partikolari fir-rigward tat-tessuti, tajers, żebgħa u loqom tas-sigaretti; |
45. |
Jieħu nota tal-prattika tajba ta' Operation Clean Sweep u tal-inizjattivi varji tal-ebda telf ta' gerbub ("zero pellet loss"); jemmen li hemm lok li dawn l-inizjattivi jiġu replikati fil-livell tal-UE u dak globali; |
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistudja s-sorsi, id-distribuzzjoni, id-destin u l-effetti kemm tal-makroplastik kif ukoll tal-mikroplastiks fil-kuntest tat-trattament tal-ilma mormi u tal-ġestjoni tal-ilma tal-maltemp fil-kontrolli attwali dwar l-idoneità tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva dwar l-Għargħar; jistieden, barra minn hekk, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa u l-infurzar sħiħ tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi u tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tappoġġa r-riċerka fit-teknoloġiji tat-trattament tal-ħama tad-dranaġġ u tal-purifikazzjoni tal-ilma; |
Riċerka u innovazzjoni
47. |
Jilqa' l-istqarrija tal-Kummissjoni li fiha ħabbret li se tiġi investita s-somma addizzjonali ta' EUR 100 miljun fil-qafas tal-programm Orizzont 2020 sabiex tixpruna l-investiment lejn soluzzjonijiet ċirkolari u effiċjenti fl-użu ta' riżorsi, bħal għażliet ta' prevenzjoni u ta' disinn, diversifikazzjoni tal-materja prima u teknoloġiji innovattivi tar-riċiklaġġ bħal riċiklaġġ molekulari u kimiku, kif ukoll it-titjib tar-riċiklaġġ mekkaniku; jissottolinja l-potenzjal innovattiv tan-negozji ġodda f'dan ir-rigward; jappoġġa l-istabbiliment ta' Aġenda Strateġika ta' Riċerka u Innovazzjoni għaċ-ċirkolarità tal-materjal, b'enfasi speċifika fuq il-plastik u l-materjal li fih il-plastik, lil hinn mill-imballaġġ, bħala gwida għal deċiżjonijiet futuri ta' finanzjament fil-programm Orizzont Ewropa; jinnota li finanzjament adegwat se jkun meħtieġ biex jgħin fl-ingranaġġ ta' investiment privat; jenfasizza li s-sħubiji pubbliċi privati jistgħu jgħinu jaċċelleraw it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari; |
48. |
Jenfasizza l-potenzjal qawwi tar-rabta tal-aġenda diġitali mal-aġenda tal-ekonomija ċirkolari; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-ostakli regolatorji għall-innovazzjoni u jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-ftehimiet li tista' tagħmel l-UE fir-rigward tal-innovazzjoni sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-istrateġija għall-plastik u l-aġenda usa' tal-ekonomija ċirkolari; |
49. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lir-reġjuni jappoġġaw l-użu ta' rkaptu tas-sajd innovattiv billi jinkoraġġixxu lis-sajjieda jbiddlu x-xbieki qodma u jadattaw ix-xbieki eżistenti b'sistemi ta' traċċar u sensuri tax-xbieki konnessi ma' apps fuq l-ismart phones, ċipep ta' identifikazzjoni tal-frekwenzi tar-radju u sistemi ta' traċċar tal-bastimenti sabiex ikunu jistgħu jżommu rekord aktar preċiż tax-xbieki tagħhom u jirkuprawhom, jekk ikun meħtieġ; jagħraf ir-rwol li t-teknoloġija jista' jkollha fil-prevenzjoni tad-dħul tal-iskart tal-plastik fil-baħar; |
50. |
Jitlob li Orizzont Ewropa jinkludi "Missjoni ta' Oċean Ħieles mill-Plastik" sabiex juża l-innovazzjoni biex jitnaqqas l-ammont ta' plastik li jidħol fl-ambjent tal-baħar u jinġabar il-plastik preżenti fl-oċeani; itenni l-appell tiegħu dwar il-ġlieda kontra l-iskart fil-baħar (inklużi l-prevenzjoni, iż-żieda fil-litteriżmu dwar l-oċeani, iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni dwar l-isfida ambjentali tat-tniġġis tal-plastik u forom oħra ta' skart fil-baħar, u kampanji ta' tindif bħas-sajd għall-iskart u t-tindif tax-xtajtiet) kif imsemmi fil-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-10 ta' Novembru 2016 dwar "Il-governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna" (JOIN(2016)0049); jappella għal djalogu politiku tal-UE dwar l-iskart fil-baħar bejn dawk li jfasslu l-politika, il-partijiet ikkonċernati u l-esperti; |
Azzjoni Globali
51. |
Jistieden lill-UE tassumi rwol proattiv fl-iżvilupp ta' Protokoll Globali dwar il-Plastik u tiżgura li d-diversi impenji li ttieħdu kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell globali jkunu jistgħu jiġu ssorveljati b'mod integrat u trasparenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jassumu rwol ta' tmexxija attiva fil-grupp ta' ħidma stabbilit permezz tal-Assemblea tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent f'Diċembru 2017 biex jaħdem fuq ir-rispons internazzjonali għall-ġlieda kontra r-rimi tal-iskart tal-plastik fil-baħar u mikroplastik; jenfasizza li l-kwistjonijiet ta' tniġġis mill-plastik u tal-kapaċitajiet ta' ġestjoni tal-iskart għandhom ikunu parti mill-qafas tal-politika esterna tal-UE, peress li parti kbira mill-iskart tal-plastik fl-oċeani toriġina minn pajjiżi fl-Asja u fl-Afrika; |
52. |
Jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE biex, flimkien mal-Iskema ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali tal-UE, jiffokaw fuq il-prevenzjoni, jeżaminaw ir-regoli tal-akkwist interni u l-prattiki tal-ġestjoni tal-iskart tal-plastik tagħhom u jnaqqsu b'mod sinifikanti l-produzzjoni tal-iskart tal-plastik tagħhom, b'mod partikolari billi jissostitwixxu, inaqqsu u jirrestrinġu l-plastik b'użu uniku; |
o
o o
53. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 93.
(2) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 100.
(3) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 109.
(4) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 141.
(5) ĠU L 115, 6.5.2015, p. 11.
(6) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(7) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171.
(8) ĠU C 265, 11.8.2017, p. 65.
(9) Testi adottati, P8_TA(2017)0287.
(10) Testi adottati, P8_TA(2018)0004.
(11) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(12) Abandoned, lost or otherwise discarded fishing gear (Irkaptu tas-sajd abbandunat, mitluf jew mormi b'xi mod ieħor)
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/146 |
P8_TA(2018)0353
Alternattivi li jindirizzaw l-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett tal-ekonomija ċirkolari: alternattivi li jindirizzaw l-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart (2018/2589(RSP))
(2019/C 433/20)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 191 u 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, relatati mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u mal-ħarsien, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (1), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (2), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'landfills (3), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (4), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (5), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (6), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (7), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (8), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 – "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna" (9), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett tal-ekonomija ċirkolari: alternattivi li jindirizzaw l-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart (COM(2018)0032), |
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett tal-ekonomija ċirkolari: alternattivi li jindirizzaw l-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart (SWD(2018)0020), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2018 dwar Strateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari (COM(2018)0028), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2018 intitolata "Rapport Ġenerali tal-Kummissjoni dwar l-operat tar-REACH u rieżami ta' ċerti elementi – Konklużjonijiet u Azzjonijiet"(COM(2018)0116), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2016 intitolata "Pjan ta' Ħidma dwar l-Ekodisinn 2016-2019"(COM(2016)0773), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 2015 intitolata "L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta' azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari"(COM(2015)0614), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2011 intitolata "Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi"(COM(2011)0571), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2017 dwar ħajja itwal għall-prodotti: benefiċċji għall-konsumaturi u l-kumpaniji (10), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni ta' XXX tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni għall-użi tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari (12), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali (13), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Basilea dwar il-kontroll tal-movimenti li jaqsmu l-fruntieri tal-iskart ta' riskju u d-disponiment minnhom, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes, |
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett tal-ekonomija ċirkolari: alternattivi li jindirizzaw l-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart (O-000063/2018 – B8-0036/2018 u O-000064/2018 – B8-0037/2018), |
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi s-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali (EAP) jipprevedi l-iżvilupp ta' strateġija tal-Unjoni għal ambjent mhux tossiku, sabiex tiġi żgurata l-minimizzazzjoni tal-esponiment għal sustanzi kimiċi fil-prodotti, inklużi l-prodotti importati, bil-għan li jiġu promossi ċikli ta' materjali mhux tossiċi, sabiex l-iskart riċiklat ikun jista' jintuża bħala sors ewlieni u affidabbli ta' materja prima għall-Unjoni; |
B. |
billi l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2018/851 jiddisponi li l-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart iridu jnaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart, partikolarment l-iskart li mhuwiex adatt għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ; |
C. |
billi l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2018/851 jiddisponi wkoll li dawn il-miżuri jridu jippromwovu t-tnaqqis tal-kontenut ta' sustanzi perikolużi fil-materjali u l-prodotti, u jiżguraw li kwalunkwe fornitur ta' oġġett kif definit fil-punt 33 tal-Artikolu 3 tar-REACH jipprovdi informazzjoni skont l-Artikolu 33(1) tar-Regolament lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), u li l-ECHA trid tistabbilixxi u żżomm bażi ta' data għad-data li trid tiġi ppreżentata lilha f'dan il-kuntest, u tipprovdi aċċess għal din il-bażi ta' data lill-operaturi tat-trattament tal-iskart u, fuq talba, lill-konsumaturi; |
D. |
billi l-Artikolu 10(5) tad-Direttiva (UE) 2018/851 jistipula li, jekk ikun meħtieġ, għall-konformità mal-obbligu tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għal operazzjonijiet oħra ta' rkupru, u biex ikun iffaċilitat jew imtejjeb l-irkupru, l-Istati Membri jridu jieħdu l-miżuri meħtieġa, qabel jew matul l-irkupru, biex jitneħħew is-sustanzi, it-taħlitiet u l-komponenti perikolużi minn skart perikoluż bil-ħsieb li dawn jiġu trattati skont l-Artikoli 4 u 13 tad-Direttiva 2008/98/KE (14) dwar l-iskart; |
E. |
billi l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 jistipula li l-operazzjonijiet tar-rimi jew tal-irkupru li jistgħu jwasslu għall-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni jew l-użu mill-ġdid tas-sustanzi mniżżla fl-Anness IV (pollutanti organiċi persistenti (POPs)) iridu jiġu pprojbiti; |
Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. |
Jilqa' l-komunikazzjoni u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2018, kif ukoll il-proċess ta' konsultazzjoni, iżda jistenna li tittieħed azzjoni rapida sabiex jiġu indirizzati l-problemi ta' "interfaċċa"; jappoġġja l-viżjoni komprensiva mressqa mill-Kummissjoni, li hija konformi mal-objettivi tas-Seba' EAP; |
2. |
Iqis li l-għan ewlieni tal-Kummissjoni għandu jkun li jiġi evitat li sustanzi kimiċi perikolużi jidħlu fiċ-ċiklu tal-materjali, li tinkiseb konsistenza sħiħa bejn il-liġijiet li jimplimentaw il-politiki dwar l-iskart u s-sustanzi kimiċi u li tkun żgurata implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni kurrenti, filwaqt li jiġu indirizzati dawk il-lakuni regolatorji li jistgħu jaġixxu bħala ostakli għal ekonomija ċirkolari sostenibbli tal-UE fosthom, b'mod partikolari, fir-rigward ta' oġġetti importati; |
3. |
Jenfasizza li f'ekonomija tassew ċirkolari l-prodotti jridu jiġu ddisinjati b'tali mod li jiġu aġġornati, iservu għal żmien twil, ikunu jistgħu jissewwew, jintużaw mill-ġdid u jiġu rriċiklati, u bl-anqas użu ta' sustanzi ta' tħassib; |
4. |
Itenni li t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari tirrikjedi l-applikazzjoni stretta tal-ġerarkija tal-iskart u, fejn possibbli, l-eliminazzjoni gradwali ta' sustanzi ta' tħassib, b'mod partikolari fejn diġà jeżistu jew se jiġu żviluppati alternattivi aktar sikuri, sabiex ikun żgurat l-iżvilupp ta' ċikli ta' materjali mhux tossiċi, li jiffaċilitaw ir-riċiklaġġ u huma essenzjali għall-iżvilupp tajjeb ta' suq funzjonali għall-materja prima sekondarja; |
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, mingħajr aktar dewmien, strateġija tal-Unjoni għal ambjent mhux tossiku, kif stabbilit fis-Seba' EAP; |
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-ECHA, jintensifikaw l-attivitajiet regolatorji tagħhom għall-promozzjoni tas-sostituzzjoni ta' sustanzi ta' tħassib kbir ħafna u jirrestrinġu s-sustanzi li jġibu magħhom riskji mhux aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent fil-kuntest tar-REACH u tal-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur jew għall-prodott, sabiex l-iskart riċiklat ikun jista' jintuża bħala sors ewlieni u affidabbli ta' materja prima fl-Unjoni; |
7. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet lokali, nazzjonali, reġjonali u Ewropej billi jiġu involuti l-partijiet interessati kollha, bil-ħsieb li jiġu identifikati sustanzi kimiċi ta' tħassib fi flussi ta' riċiklaġġ u li jitneħħew minnhom; |
8. |
Jistieden lill-kumpaniji jħaddnu bis-sħiħ approċċ olistiku li jħares 'il quddiem għal ġestjoni progressiva tas-sustanzi kimiċi billi jaħtfu l-opportunità biex jissostitwixxu s-sustanzi tossiċi fil-prodotti u l-ktajjen tal-provvista, filwaqt li jaċċelleraw u jmexxu l-proċess ta' innovazzjoni tas-suq; |
9. |
Jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, il-prodotti u l-iskart tista' tirrappreżenta sfida għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs); jenfasizza li l-każ speċifiku tagħhom għandu jitqies meta jittieħdu azzjonijiet, mingħajr ma jiġi kompromess il-livell ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent; jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa ta' informazzjoni ċara u faċilment aċċessibbli sabiex ikun żgurat li l-SMEs ikollhom il-prerekwiżiti meħtieġa biex jikkonformaw bis-sħiħ mal-leġiżlazzjoni kollha fil-qasam; |
10. |
Iqis li, f'każ ta' riskju ta' trikkib tal-leġiżlazzjoni, huwa ta' importanza fundamentali li jiġu ċċarati r-rabtiet bejniethom, biex tiġi żgurata l-koerenza u biex jiġu sfruttati s-sinerġiji li jista' jkun hemm; |
11. |
Jissottolinja l-importanza assoluta li titjieb it-trasparenza dwar il-preżenza ta' sustanzi ta' tħassib fil-prodotti tal-konsumaturi sabiex tiġi stabbilita l-fiduċja tal-pubbliku fis-sikurezza tal-materja prima sekondarja; jirrimarka li t-trasparenza mtejba tkompli ssaħħaħ l-inċentivi biex jitneħħa gradwalment l-użu ta' sustanzi ta' tħassib; |
Nuqqas ta' informazzjoni dwar sustanzi ta' tħassib fil-prodotti u l-iskart
12. |
Iqis li s-sustanzi ta' tħassib huma dawk li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-REACH bħala sustanzi ta' tħassib kbir ħafna, sustanzi pprojbiti skont il-Konvenzjoni ta' Stokkolma (POPs), sustanzi speċifiċi ristretti fl-oġġetti mniżżla fl-Anness XVII tar-REACH u sustanzi speċifiċi rregolati skont leġiżlazzjoni speċifika għas-settur u/jew għall-prodott; |
13. |
Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tissodisfa l-impenji tagħha li tipproteġi s-saħħa taċ-ċittadini u l-ambjent minn sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali; jistenna li l-Kummissjoni, mingħajr aktar dewmien, twettaq l-istrateġija tagħha dwar is-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali biex jitnaqqas l-esponiment taċ-ċittadini tal-UE għal dawn is-sustanzi, lil hinn mill-pestiċidi u l-bijoċidi; |
14. |
Jenfasizza li s-sustanzi kollha ta' tħassib għandhom jiġu traċċati mill-aktar fis possibbli, u li l-informazzjoni relatata ma' dawn is-sustanzi, inklużi l-kompożizzjoni u l-konċentrazzjoni tagħhom, għandha tkun disponibbli bis-sħiħ għal dawk kollha involuti fil-katina tal-provvista, għal min jirriċikla u għall-pubbliku, filwaqt li jitqiesu s-sistemi eżistenti u filwaqt li tiġi kkunsidrata l-possibbiltà ta' soluzzjonijiet ta' traċċar speċifiċi għas-settur; jilqa', bħala l-ewwel pass f'din id-direzzjoni, id-dispożizzjonijiet il-ġodda inklużi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2018/851 dwar l-iskart; |
15. |
Jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, flimkien mal-ECHA, iżidu l-isforzi tagħhom biex jiġi żgurat li, sal-2020, is-sustanzi kollha rilevanti ta' tħassib kbir ħafna, inklużi s-sustanzi li jissodisfaw il-kriterju rigward il-livell ta' tħassib ekwivalenti, bħas-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali u s-sensitizzaturi, jitpoġġew fil-lista ta' kandidati ta' REACH, kif stabbilit fis-Seba' EAP; |
16. |
Jemmen li, f'konformità mar-rekwiżiti eżistenti għall-importazzjonijiet stabbiliti mir-REACH, is-sistema tat-traċċar għandha tinkludi wkoll il-prodotti kollha importati fl-Unjoni li jista' jkun fihom sustanzi ta' tħassib; jispeċifika, barra minn hekk, l-importanza li tiġi indirizzata l-kwistjoni tas-sustanzi mhux reġistrati f'oġġetti importati; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' kollaborazzjoni aktar profonda fil-livell internazzjonali fir-rigward ta' oġġetti importati, flimkien ma' atturi bħall-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP), il-pajjiżi terzi li qed jiffaċċjaw sfidi simili rigward oġġetti importati, u l-pajjiżi li jesportaw; |
17. |
Jinnota li, b'konformità mal-konklużjonijiet tat-tieni rieżami tar-REACH mill-Kummissjoni, għandha tittejjeb il-kwalità tad-data dwar il-perikli u l-użi tas-sustanzi kimiċi, u dwar l-esponiment għalihom, fid-dossiers tar-reġistrazzjoni tar-REACH; |
18. |
Iqis li, b'konformità mal-Artikolu 20(2) tar-REACH (kontroll tal-kompletezza tar-reġistrazzjoni), l-ECHA m'għandhiex tagħti aċċess għas-suq lil sustanzi kimiċi b'dossiers tar-reġistrazzjoni inkompleti u inadegwati, u għandha tiżgura li l-informazzjoni meħtieġa tiġi ġġenerata mill-aktar fis possibbli; ifakkar li huwa kruċjali li l-informazzjoni pprovduta għad-dossiers tar-reġistrazzjoni tkun eżatta, adegwata, affidabbli, rilevanti u ta' min joqgħod fuqha; jistieden lill-ECHA żżid l-isforzi tagħha fil-kuntest tal-Artikolu 41 ta' REACH (kontroll tal-konformità tar-reġistrazzjonijiet), sabiex tintemm is-sitwazzjoni ta' dossiers mhux konformi u biex ikun żgurat li ma jingħata ebda aċċess għas-suq lil sustanzi kimiċi b'dossiers tar-reġistrazzjoni mhux konformi; jistieden lir-reġistranti u lill-Istati Membri jagħmlu dmirhom fl-iżgurar li d-dossiers tar-reġistrazzjoni tar-REACH ikunu konformi u aġġornati; |
L-indirizzar tal-preżenza ta' sustanzi ta' tħassib f'materjali riċiklati
19. |
Jenfasizza li l-Unjoni trid tiżgura l-istess livell ta' ħarsien għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, kemm jekk il-prodotti jkunu magħmula minn materja prima kif ukoll minn materja rkuprata; |
20. |
Itenni li, skont il-ġerarkija tal-iskart, il-prevenzjoni tieħu prijorità fuq ir-riċiklaġġ u li, għaldaqstant, ir-riċiklaġġ m'għandux jiġġustifika t-tkomplija tal-użu ta' sustanzi tradizzjonalment perikolużi; |
21. |
Iqis li l-materja prima primarja u sekondarja kollha għandha, bħala prinċipju, tkun soġġetta għall-istess regoli; jirrimarka, madankollu, li mhuwiex dejjem possibbli li jiġi żgurat li materjali minn prodotti riċiklati jkunu totalment identiċi għal materja prima primarja; |
22. |
Jirrimarka li r-regoli tal-Unjoni għandhom jiżguraw li r-riċiklaġġ tal-materjali ma jtawwalx l-użu ta' sustanzi perikolużi; jinnota bi tħassib li l-leġiżlazzjoni li tipprevjeni l-preżenza ta' sustanzi kimiċi fil-prodotti, inklużi l-importazzjonijiet, hija mifruxa, mhijiex sistematika u lanqas konsistenti u tapplika biss għal numru żgħir ħafna ta' sustanzi, prodotti u użi, spiss b'ħafna eżenzjonijiet; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' progress fl-iżvilupp ta' strateġija tal-Unjoni għal ambjent mhux tossiku bil-għan, fost l-oħrajn, li jitnaqqas l-esponiment għal sustanzi ta' tħassib fil-prodotti; |
23. |
Jenfasizza li l-possibbiltà li jiġu rriċiklati l-materjali li jkun fihom sustanzi ta' tħassib għandha tiġi prevista biss meta ma jeżistux materjali alternattivi mingħajr sustanzi ta' tħassib; iqis li kwalunkwe tali riċiklaġġ għandu jseħħ f'ċirkwiti magħluqa jew ikkontrollati mingħajr ma jiġu pperikolati s-saħħa tal-bniedem, inkluża s-saħħa tal-ħaddiema, jew l-ambjent; |
24. |
Jittama li prattiki innovattivi ta' riċiklaġġ jistgħu jgħinu fid-dekontaminazzjoni tal-iskart li fih sustanzi ta' tħassib; |
25. |
Iqis li l-kwistjoni tal-prodotti li jkun fihom sustanzi li kienu jintużaw qabel għandha tiġi ttrattata permezz ta' sistema effiċjenti ta' reġistrazzjoni, traċċar u rimi; |
26. |
Jemmen, peress li aktar minn 80 % tal-impatt ambjentali ta' prodott huwa ddeterminat fl-istadju tad-disinn, li d-Direttiva dwar l-Ekodisinn u leġiżlazzjoni oħra speċifika għall-prodott għandhom jintużaw minbarra r-REACH biex jintroduċu rekwiżiti għas-sostituzzjoni ta' sustanzi ta' tħassib; jisħaq fuq il-fatt li l-użu ta' sustanzi ta' natura tossika jew sustanzi ta' tħassib, bħall-POPs u s-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali, għandu jitqies speċifikament skont il-kriterju mwessa' tal-ekodisinn, mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti legali armonizzati oħra stabbiliti fil-livell tal-Unjoni li jikkonċernaw dawk is-sustanzi; |
27. |
Jenfasizza li huwa kruċjali li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-oġġetti prodotti fl-UE u dawk importati; iqis li l-oġġetti prodotti fl-UE m'għandhom, fl-ebda każ, ikunu żvantaġġati; għaldaqstant, jitlob lill-Kummissjoni tiżgura l-użu f'waqtu ta' restrizzjonijiet previsti fir-REACH u f'leġiżlazzjoni oħra dwar il-prodotti, b'tali mod li l-prodotti fabbrikati fl-UE u dawk importati jkunu soġġetti għall-istess regoli; jenfasizza, b'mod partikolari, li t-tneħħija gradwali jew is-sostituzzjoni ta' sustanzi ta' tħassib kbir ħafna li jirriżultaw mill-iskema ta' awtorizzazzjoni skont ir-REACH għandhom ikunu akkumpanjati minn restrizzjonijiet li japplikaw fl-istess ħin; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jżidu l-kontrolli fuq il-materjali importati biex jiżguraw konformità mar-REACH u mal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti; |
28. |
Jenfasizza li l-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi u dwar il-prodotti fil-fruntieri tal-UE għandu jittejjeb; |
29. |
Huwa tal-fehma li, sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-preżenza ta' sustanzi ta' tħassib f'materjali riċiklati, ikun rakkomandabbli li jiddaħħal passaport tal-prodotti bħala għodda biex jiġu divulgati l-materjali u s-sustanzi użati fil-prodotti; |
Inċertezzi dwar kif il-materjali jistgħu ma jibqgħux jitqiesu bħala skart
30. |
Jenfasizza li jinħtieġu regoli ċari tal-UE li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati għall-ħruġ mir-reġim tal-iskart, u li hemm bżonn kriterji armonizzati dwar it-tmiem tal-istadju tal-iskart; iqis li tali regoli ċari tal-UE jridu jkunu mfassla b'tali mod li jkunu prattikabbli għall-SMEs ukoll; |
31. |
Jemmen li għandhom jittieħdu miżuri fil-livell tal-UE biex titrawwem aktar armonizzazzjoni fl-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni, min-naħa tal-Istati Membri, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar it-tmiem tal-istadju tal-iskart stabbiliti fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, bil-għan li jiġi ffaċilitat l-użu ta' materjal irkuprat fl-UE; |
32. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jikkooperaw bis-sħiħ rigward il-kriterji tat-tmiem tal-istadju tal-iskart; |
Diffikultajiet fl-applikazzjoni tal-metodoloġiji tal-UE ta' klassifikazzjoni tal-iskart u l-impatti fuq ir-riċiklabbiltà tal-materjali (materja prima sekondarja)
33. |
Jemmen li r-regoli għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż jew mhux perikoluż għandhom ikunu konsistenti ma' dawk għall-klassifikazzjoni ta' sustanzi u taħlitiet skont ir- Regolament CLP (klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ), filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-iskart u l-mod li bih jiġi ttrattat, u jilqa', barra minn hekk, il-gwida teknika l-ġdida dwar il-klassifikazzjoni tal-iskart; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat aktar il-qafas ta' klassifikazzjoni tal-iskart u tas-sustanzi kimiċi biex jinkludi l-endpoints ta' periklu u ta' tħassib kbir, bħall-persistenza għolja, is-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali, il-bijoakkumulazzjoni jew in-newrotossiċità; |
34. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-flussi ta' skart, tiċċara l-interpretazzjoni korretta tar-Regolament CLP biex tiġi evitata klassifikazzjoni żbaljata ta' skart li jkun fih sustanzi ta' tħassib; |
35. |
Jenfasizza li n-nuqqas ta' infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart huwa inaċċettabbli u jrid jiġi indirizzat bħala kwistjoni ta' prijorità, anke permezz ta' rapporti tal-pajjiżi fl-ambitu tar-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali, billi jenħtieġ approċċ aktar konsistenti bejn ir-regoli ta' klassifikazzjoni tas-sustanzi kimiċi u tal-iskart; |
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid il-Lista Ewropea tal-Iskart mingħajr dewmien; |
o
o o
37. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 109.
(2) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 93.
(3) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 100.
(4) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 141.
(5) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(6) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(7) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.
(8) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(9) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171.
(10) Testi adottati, P8_TA(2017)0287.
(11) ĠU C 366, 27.10.2017, p. 96.
(12) ĠU C 265, 11.8.2017, p. 65.
(13) Testi adottati, P8_TA(2018)0100.
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/153 |
P8_TA(2018)0354
Pjan ta' Azzjoni Ewropew "Saħħa Waħda" kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2018 Pjan ta' Azzjoni Ewropew "Saħħa Waħda" kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (AMR) (2017/2254(INI))
(2019/C 433/21)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tal-2017 dwar l-użu tal-antimikrobiċi ta' importanza medika fl-annimali li jipproduċu l-ikel, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Federazzjoni tal-Veterinarji tal-Ewropa tad-29 ta' Frar 2016, li jipprovdi risposti għall-mistoqsijiet mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar l-użu tal-antimikrobiċi fl-annimali li jipproduċu l-ikel (1), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar il-passi li jmiss fil-qafas ta' approċċ Saħħa Waħda biex tiġi miġġielda r-reżistenza għall-antimikrobiċi, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar it-tisħiħ tal-bilanċ fis-sistemi farmaċewtiċi fl-UE u l-Istati Membri tagħha, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2011 bit-titolu "L-immunizzazzjoni tat-tfal: suċċessi u sfidi tal-Immunizzazzjoni Ewropea tat-tfal u t-triq 'il quddiem", adottati mill-Ministri tas-Saħħa tal-Istati Membri tal-UE, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2014 dwar it-tilqim bħala għodda effettiva fis-saħħa pubblika, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2015 bit-titolu "Kura tas-saħħa aktar sikura fl-Ewropa: it-titjib tas-sikurezza tal-pazjent u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi" (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 bit-titolu "L-Isfida Mikrobika – Theddid li qed jiżdied mir-Reżistenza Antimikrobika" (3), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (4), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2017 dwar Pjan ta' Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika (COM(2017)0339), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2015 dwar strateġija ġdida għall-benessri tal-annimali għall-2016-2020 (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Globali tat-Tilqim tad-WHO (GVAP), approvat minn 194 Stat Membru tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa, f'Mejju 2012, |
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Ewropew tat-Tilqim (EVAP) tad-WHO għall-2015-2020, |
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' interess ġenerali bit-titlu "Ir-rwol tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-Glieda kontra r-Reżistenza Antimikrobika (AMR)" ippubblikat fil-ġurnal dwar ix-Xejriet fil-Ħarsien Alimentari fl-2018, |
— |
wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali tal-Kummissjoni għal approċċ strateġiku għall-farmaċewtiċi fl-ambjent u l-abbozz attwali tal-approċċ strateġiku (6), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Politika tan-NU tal-laqgħa ta' livell għoli tal-Assemblea Ġenerali dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi tal-21 ta' Settembru 2016, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Dinji ta' Marzu 2017 bit-titolu "Infezzjonijiet Reżistenti għall-Mediċina: Theddida għall-Futur Ekonomiku Tagħna", |
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodotti mediċinali veterinarji (COM(2014)0558), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) ta' Settembru 2015 bit-titolu "Antimicrobial Resistance in G7 Countries and Beyond: Economic Issues, Policies and Options for Action" (Reżistenza għall-Antimikrobiċi fil-Pajjiżi G7 u Lil Hinn: Kwistjonijiet, Politiki u Opzjonijiet Ekonomiċi għal Azzjoni), |
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni Xjentifika tal-EMA/EFSA dwar miżuri biex titnaqqas il-ħtieġa li jintużaw aġenti antimikrobiċi fit-trobbija tal-annimali fl-Unjoni Ewropea, u l-impatti li jirriżultaw fuq is-sikurezza tal-ikel (opinjoni tar-RONAFA), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni adottata fis-Sebgħin Assemblea Dinjija tas-Saħħa tad-29 ta' Mejju 2017 dwar it-titjib tal-prevenzjoni, id-dijanjosi u l-ġestjoni klinika tas-sepsis, |
— |
wara li kkunsidra l-ewwel rapport konġunt (JIACRA I) taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)-EFSA-EMA, ippubblikat fl-2015, u t-tieni rapport konġunt (JIACRA II), ippubblikat fl-2017, dwar l-analizi integrata tal-konsum tal-aġenti antimikrobiċi u l-okkorrenza tar-reżistenza għall-antimikrobiċi fil-batterji mill-bnedmin u mill-annimali li jipproduċu l-ikel, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Marzu 2017 dwar l-għażliet tal-UE biex ittejjeb l-aċċess għall-mediċini (7), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-ECDC tal-2016 dwar is-sorveljanza tar-reżistenza għall-antimikrobiċi fl-Ewropa, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport sommarju tal-Unjoni Ewropea dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi f'batterji żoonotiċi u f'batterji indikaturi mill-bnedmin, mill-annimali u mill-ikel fl-2016, magħmul mill-ECDC u l-EFSA (8), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Agrikoltura u Iżvilupp Rurali (A8-0257/2018), |
A. |
billi l-użu eċċessiv u mhux korrett tal-antibijotiċi, b'mod partikolari fit-trobbija tal-bhejjem (antibijotiċi użati għall-profilassi u bħala attivaturi tat-tkabbir), u l-prattiki ħżiena tal-kontroll tal-infezzjonijiet kemm fil-mediċini tal-bniedem kif ukoll dik veterinarja progressivament wasslu biex ir-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) tkun theddida kbira għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali; |
B. |
billi huwa stmat li mill-inqas 20 % tal-infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (HAIs) jistgħu jiġu evitati permezz ta' programmi ta' prevenzjoni u kontroll tal-infezzjonijiet sostnuti u multidimensjonali (9); |
C. |
billi l-użu prudenti tal-antibijotiċi u l-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet fis-setturi kollha tal-kura tas-saħħa, inkluża s-saħħa tal-annimali, huma s-sisien għall-prevenzjoni effettiva tal-iżvilupp u t-trażmissjoni ta' batterji reżistenti għall-antibijotiċi; |
D. |
billi 50 % tar-riċetti tal-antibijotiċi għall-bnedmin mhumiex effettivi filwaqt li 25 % tal-antibijotiċi użati mill-bnedmin ma jittiħdux kif suppost; billi 30 % tal-pazjenti li jiddaħħlu l-isptar jużaw l-antibijotiċi u billi l-batterji reżistenti għal ħafna mediċini huma theddida partikolari fl-isptarijiet, fid-djar tal-kura u fost il-pazjenti li l-kura tagħhom tirrikjedi apparat bħal pereżempju ventilaturi u kateters vaskulari; |
E. |
billi l-antibijotiċi għadhom qed jintużaw fit-trobbija tal-annimali għall-prevenzjoni tal-mard u biex jikkumpensaw għan-nuqqas ta' iġjene aktar milli f'każijiet ta' bżonn bi preskrizzjoni, u dan jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' batterji reżistenti għall-antimikrobiċi fl-annimali li jistgħu jiġu trażmessi lill-bnedmin; |
F. |
billi l-eżistenza ta' korrelazzjoni bejn ir-reżistenza għall-antibijotiċi li tinsab fost l-annimali li jipproduċu l-ikel (eż. it-tiġieġ tas-simna) u l-fatt li proporzjon kbir ta' infezzjonijiet batterjali fil-bnedmin jiġu mill-manipulazzjoni, il-preparazzjoni u l-konsum tal-laħam ta' dawn l-annimali, ġiet ikkonfermata wkoll mill-aġenziji tal-UE (10); |
G. |
billi l-użu ħażin tal-antibijotiċi qiegħed inaqqas l-effikaċja tagħhom u jwassal għat-tixrid ta' mikrobi reżistenti ħafna li huma speċjalment reżistenti għall-antibijotiċi tal-aħħar linja; billi skont data mogħtija mill-OECD, madwar 700 000 mewta madwar id-dinja jiġu kkawżati mill-AMR kull sena; billi 25 000 minn dawn l-imwiet iseħħu fl-UE u l-bqija barra mill-UE, li jfisser li l-kooperazzjoni fil-politika tal-iżvilupp u l-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-AMR fil-livell internazzjonali huma kruċjali; |
H. |
billi l-AMR tista' tikkawża sa 10 miljun mewta fis-sena fl-2050 jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni; billi huwa stmat li 9 miljuni minn dawn l-imwiet iseħħu barra mill-UE, f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fl-Asja u fl-Afrika; billi l-infezzjonijiet u l-batterji reżistenti jinfirxu faċilment u għalhekk hemm ħtieġa urġenti ta' azzjoni globali; |
I. |
billi t-tilqim u l-għodod dijanjostiċi rapidi (RDTs) għandhom il-potenzjal li jillimitaw l-abbuż tal-antibijotiċi; billi l-RDTs jippermettu lill-professjonist fil-kura medika biex jagħmlu dijanjosi rapida ta' infezzjoni batterjali jew virali u għalhekk biex inaqqsu l-użu ħażin tal-antibijotiċi u r-riskju li tiżviluppa reżistenza (11); |
J. |
billi t-tixrid kontinwu ta' batterji reżistenti ħafna jista' jagħmilha impossibbli biex fil-futur tiġi pprovduta kura tas-saħħa tajba fir-rigward ta' operazzjonijiet invażivi jew trattamenti stabbiliti sew għal xi gruppi ta' pazjenti li jeħtieġu radjoterapija, kimoterapija jew trapjanti; |
K. |
billi l-batterji jevolvu kostantement, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-ambjenti regolatorji huma kumplessi, ċerti infezzjonijiet speċifiċi huma rari, u r-redditi mistennija mill-antimikrobiċi ġodda għadhom limitati; |
L. |
filwaqt li l-HAIs huma dovuti għal nuqqas ta' miżuri ta' prevenzjoni li jirriżultaw f'batterji reżistenti għall-antibijotiċi u fi prattiki ħżiena tal-iġjene, b'mod partikolari fi sptarijiet; billi l-istima tal-ECDC hi li madwar 4 miljun pazjent ilaqqtu HAI kull sena fl-UE u li madwar 37 000 mewta jirriżultaw direttament minn dawn l-infezzjonijiet; billi n-numru ta' mwiet jista' jkun ogħla minn dan; billi ċ-ċifra li ġiet ppreżentata preċedentement ta' 25 000 mewta fl-Unjoni kienet sottovalutazzjoni gravi; |
M. |
billi n-nuqqas ta' aċċess għal antibijotiċi effettivi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għadu jikkawża aktar imwiet mill-AMR; billi azzjonijiet li jindirizzaw l-AMR li jiffokaw wisq fuq ir-restrizzjoni tal-aċċess għall-antibijotiċi jistgħu jaggravaw il-kriżi diġà serja tan-nuqqas ta' aċċess għall-mediċini, li llum qed tikkawża aktar minn miljun mewta fis-sena fit-tfal taħt il-ħames snin; billi l-azzjonijiet maħsuba biex jindirizzaw l-AMR irid ikollhom l-għan li jiżguraw aċċess sostenibbli għall-mediċini għal kulħadd, jiġifieri aċċess għal dawk fil-bżonn iżda eċċess għal ħadd; |
N. |
billi diversi Stati Membri qed jesperjenzaw livelli li qed jiżdiedu b'mod mgħaġġel ta' fungi reżistenti għal ħafna mediċini li jikkawżaw żiedet qawwija fl-għadd ta' jiem fi sptar u fir-rata ta' mortalità għall-pazjenti infettati; billi l-American Center for Disease Control and Prevention (iċ-Ċentru Amerikan għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard) żied is-sensibilizzazzjoni dwar il-kwistjoni; billi din il-kwistjoni speċifika hija notevolment assenti fil-Pjan ta' Azzjoni Ewropew Saħħa Waħda kontra l-AMR; |
O. |
billi ġie ppruvat li l-programmi ta' skrinjar attiv bl-RDTs jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-kontroll tal-HAIs u għat-tnaqqis ta' kemm dawn jinfirxu fi ħdan l-isptarijiet u fost il-pazjenti (12); |
P. |
billi ntwera li l-użu ta' komposti antibijotiċi fi prodotti tal-konsumatur mhux kliniċi jżid ir-riskju li jinħolqu razez ta' batterji reżistenti għall-mediċini (13); |
Q. |
billi l-iġjene tajba tal-idejn, fil-forma ta' ħasil u tnixxif effettiv tal-idejn, tista' tikkontribwixxi biex tiġi evitata l-AMR u t-trażmissjoni ta' mard infettiv; |
R. |
billi l-użu ta' apparat mediku jista' jipprevjeni l-infezzjonijiet fis-sit kirurġiku u għalhekk jipprevjeni u jikkontrolla l-iżvilupp ta' AMR (14); |
S. |
billi hemm eżempji li rnexxew ta' programmi li tejbu l-aċċess globali għall-mediċini kontra l-HIV, it-tuberkulożi (TB) u l-malarja; |
T. |
billi l-infezzjonijiet nożokomjali huma theddida kbira għall-ħarsien u l-garanzija tal-kura tas-saħħa bażika fid-dinja kollha; |
U. |
billi jekk it-tendenza attwali tkompli, l-AMR tista' tikkawża aktar imwiet milli jikkawża l-kanċer sal-2050 (15); |
V. |
billi l-ECDC u l-EFSA tennew li r-reżistenza għall-AMR hija waħda mill-akbar theddidiet għas-saħħa pubblika (16); |
W. |
billi t-TB reżistenti għall-mediċini hija l-kawża ewlenija tal-imwiet minħabba AMR; |
X. |
billi fir-rapport tiegħu ta' Marzu 2017, il-Bank Dinji wissa li sal-2050, l-infezzjonijiet reżistenti għall-mediċini jistgħu jikkawżaw ħsara ekonomika globali fuq l-istess livell mal-kriżi finanzjarja tal-2008; |
Y. |
billi l-AMR trid titqies u tiġi mifhuma bħala theddida għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali kif ukoll għas-saħħa tal-pjaneta u bħala theddida diretta għall-kisba ta' ħafna mill-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) msemmija fl-Aġenda 2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, inklużi, iżda mhux biss, l-SDG1, l-SDG2, l-SDG3 u l-SDG6; |
Z. |
billi l-objettivi tal-approċċ Saħħa Waħda huma li jiżguraw li t-trattamenti tal-infezzjonijiet kemm tal-bnedmin kif ukoll tal-annimali jibqgħu effettivi, biex jitnaqqsu t-tfaċċar u t-tixrid tal-AMR u biex jissaħħu l-iżvilupp u d-disponibbiltà ta' antimikrobiċi effettivi ġodda fl-UE u fil-bqija tad-dinja; |
AA. |
billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-passi li jmiss fil-qafas tal-approċċ Saħħa Waħda biex tiġi miġġielda r-reżistenza għall-antimikrobiċi (17) jitolbu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jallinjaw l-aġendi strateġiċi tar-riċerka ta' inizjattivi tar-R&Ż eżistenti tal-UE fuq antibijotiċi, alternattivi u djanjostika ġodda fil-qafas tan-Netwerk Saħħa Waħda dwar l-AMR; |
AB. |
billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi d-dritt fundamentali taċ-ċittadini għas-saħħa u l-kura medika; billi d-dritt għas-saħħa huwa d-dritt ekonomiku, soċjali u kulturali għall-istandards minimi universali tal-kura tas-saħħa li l-persuni fiżiċi kollha għandhom dritt għalih; |
AC. |
billi kwalunkwe strateġija tal-UE kollha għall-AMR irid ikollha bħala pilastru ewlieni li tiżgura t-taħriġ kontinwu tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa b'rabta mal-aħħar żviluppi fir-riċerka u l-aħjar prattiki fir-rigward tal-prevenzjoni u t-tixrid tal-AMR; |
AD. |
billi skont l-estimi tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa s-sepsis – bħala reazzjoni sintomika ta' mard infettiv – tikkawża madwar 6 miljun mewta fis-sena madwar id-dinja, li l-maġġoranza tagħhom huma evitabbli; |
AE. |
billi, skont il-mandat konġunt tagħhom, l-ECDC, l-EFSA u l-EMA bħalissa qed jaħdmu biex jipprovdu indikaturi tar-riżultat għall-AMR u tal-konsum ta' antimikrobiċi fost il-bnedmin u l-annimali li jipproduċu l-ikel; |
AF. |
billi in-natura tipprovdilna għadd kbir ta' antibijotiċi qawwija, li jistgħu jiġu sfruttati ħafna aktar milli huwa l-każ bħalissa; |
AG. |
billi l-aħħar data tal-EMA turi li l-azzjoni biex jitnaqqas l-użu ta' antimikrobiċi veterinarji kien inkonsistenti madwar l-UE (18); billi xi Stati Membri kisbu tnaqqis sinifikanti fl-użu tal-antimikrobiċi veterinarji fuq perjodu ta' żmien qasir permezz ta' politiki nazzjonali ambizzjużi, kif muri minn sensiela ta' missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni mwettqa mid-Direttorat għall-Awditi u l-Analiżi tal-Ikel u tas-Saħħa tal-Kummissjoni (19); |
AH. |
billi l-AMR hija theddida transfruntiera għas-saħħa, iżda s-sitwazzjoni tvarja ħafna minn Stat Membru għal ieħor; billi l-Kummissjoni Ewropea trid għalhekk tidentifika u taġixxi f'oqsma li jġibu valur miżjud Ewropew għoli, filwaqt li tirrispetta l-kompetenzi tal-Istati Membri, li huma responsabbli biex jiddeterminaw il-politiki tas-saħħa tagħhom stess; |
AI. |
billi azzjoni effettiva kontra l-AMR trid tkun parti minn inizjattiva internazzjonali usa' li tinvolvi kemm jista' jkun istituzzjonijiet, aġenziji u esperti internazzjonali, kif ukoll lis-settur privat; |
AJ. |
billi l-kawżi prinċipali tal-AMR huma l-użu ħażin u l-abbuż mill-antimikrobiċi, id-dgħufija tas-sistemi għall-assigurazzjoni tal-kwalità tal-mediċini, l-użu tal-antimikrobiċi fit-trobbija tal-bhejjem għall-promozzjoni tat-tkabbir jew għall-prevenzjoni tal-mard, in-nuqqasijiet fil-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet, u d-dgħufijiet fis-sistemi ta' sorveljanza, fost affarijiet oħra; |
AK. |
billi l-pazjenti għandu jkollhom aċċess għal għażliet ta' trattament u kura tas-saħħa, inkluż għal trattamenti u mediċini komplementari u alternattivi, skont l-għażliet u l-preferenzi tagħhom stess; |
AL. |
billi huwa stmat li l-ispiża biex tittieħed azzjoni globali dwar l-AMR tista' tlaħħaq l-USD 40 biljun fuq perjodu ta' 10 snin; |
AM. |
billi l-isfidi relatati mal-AMR se jiżdiedu fis-snin li ġejjin u azzjoni effettiva tiddependi fuq investimenti kontinwi u transsettorjali fir-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) pubblika u privata sabiex ikunu jistgħu jiġu żviluppati għodod, prodotti u apparat aħjar, trattamenti ġodda u approċċi alternattivi skont approċċ Saħħa Waħda; |
AN. |
billi fl-ambitu tal-Ħames sas-Seba' Programmi Qafas (FP5-FP7), aktar minn EUR 1 biljun ġew investiti fir-riċerka dwar l-AMR, u fl-ambitu ta' Orizzont 2020 (H2020), sa issa diġà ġie mmobilizzat baġit kumulattiv ta' aktar minn EUR 650 miljun; billi l-Kummissjoni impenjat ruħha li tinvesti aktar minn EUR 200 miljun fl-AMR għall-aħħar tliet snin ta' Orizzont 2020; |
AO. |
billi strumenti ta' finanzjament differenti fl-ambitu ta' H2020 se jwasslu għal riżultati tar-riċerka dwar l-AMR, b'mod partikolari:
|
AP. |
billi sas-snin sittin ġew żviluppati aktar minn 20 klassi ġdida ta' antibijotiċi, iżda li minn dak iż-żmien ġiet żviluppata klassi ġdida waħda biss ta' antibijotiċi minkejja t-tixrid u l-iżvilupp ta' batterji reżistenti ġodda; billi, barra minn hekk, hemm evidenza ċara ta' reżistenza għal aġenti ġodda fi klassijiet eżistenti ta' antibijotiċi; |
AQ. |
billi hemm effetti konsegwenzjali pożittivi ta' antimikrobiċi ġodda fuq is-saħħa pubblika u x-xjenza; |
AR. |
billi l-użu tal-antibijotiċi għal skopijiet żootekniċi – bħala promoturi tat-tkabbir, pereżempju – jirrappreżenta użu ħażin ta' dawn il-prodotti tas-saħħa u huwa ddenunzjat mill-organizzazzjonijiet tas-saħħa internazzjonali kollha, li jirrakkomandaw il-projbizzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra l-AMR; billi l-użu tal-antibijotiċi bħala promoturi tat-tkabbir fl-annimali li jipproduċu l-ikel ilu pprojbit fl-UE mill-2006; |
AS. |
billi għadd kbir ta' mard ikkawżat mill-mikrobi jista' jiġi miġġieled b'mod effettiv mingħajr l-użu tal-antibjotiċi, li joħolqu reżistenza għall-mediċini, iżda permezz ta' dijanjosi bikrija flimkien ma' mediċini ġodda u eżistenti u metodi u prattiki oħra ta' trattament ammissibbli fl-UE, biex b'hekk jiġu salvati miljuni ta' ħajjiet tan-nies u tal-annimali madwar l-UE kollha; |
AT. |
billi d-distakk bejn l-AMR li qed tiżdied u l-iżvilupp ta' aġenti antimikrobiċi ġodda qed jikber; billi l-mard reżistenti għall-mediċini jista' jikkawża 10 miljun mewta kull sena madwar id-dinja sal-2050; billi huwa stmat li kull sena fl-UE tal-anqas 25 000 persuna jmutu minħabba infezzjonijiet ikkawżati minn batterji reżistenti, bi spiża annwali ta' EUR 1,5 biljun, filwaqt li f'dawn l-aħħar 40 sena ġiet żviluppata klassi waħda ġdida biss ta' antibijotiċi; |
AU. |
billi, sabiex l-antibijotiċi riżervati esklużivament għall-użu mill-bniedem jibqgħu jkunu effettivi u r-riskji tal-AMR kontra dawn l-antibijotiċi kruċjali jiġu minimizzati, l-użu ta' ċerti familji ta' antibijotiċi, irid jiġi pprojbit fil-mediċina veterinarja; billi l-Kummissjoni għandha tispeċifika liema antibijotiċi jew gruppi ta' antibijotiċi għandhom jiġu riżervati għat-trattament ta' ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin; |
AV. |
billi d-dikjarazzjoni politika approvata mill-Kapijiet ta' Stat fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York f'Settembru 2016 u l-pjan ta' Azzjoni Globali f'Mejju 2015 ikkonstataw l-impenn tad-dinja li jittieħed approċċ wiesa' u kkoordinat biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tar-reżistenza għall-antimikrobiċi f'diversi setturi; |
AW. |
billi ċ-ċifra kkwotata ta' sikwit ta' 25 000 mewta fl-Ewropa u tal-ispejjeż relatati ta' aktar minn EUR 1,5 biljun minħabba l-AMR tmur lura għall-2007 u billi hemm bżonn ta' informazzjoni aġġornata kontinwament dwar il-piż reali tal-AMR; jenfasizza li d-daqs tal-problema se jenfasizza wkoll il-ħtieġa ċara ta' Pjan ta' Azzjoni Ewropew Saħħa Waħda kontra l-AMR; |
L-UE bħala reġjun tal-aħjar prattika
1. |
Jemmen li sabiex jittieħdu l-passi suffiċjenti biex tiġi indirizzata l-AMR, il-prinċipju Saħħa Waħda jrid ikollu rwol ċentrali, li jirrifletti l-fatt li s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent huma interkonnessi u li l-mard jgħaddi mill-bnedmin għall-annimali u viċeversa; jenfasizza, għalhekk, li l-mard għandu jiġi indirizzat kemm fil-bnedmin kif ukoll fl-annimali, filwaqt li jiġu kkunsidrati b'mod speċjali wkoll il-katina tal-ikel u l-ambjent, li jistgħu jkunu sors ieħor ta' mikroorganiżmi reżistenti; jissottolinja r-rwol importanti tal-Kummissjoni fil-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali mwettqa mill-Istati Membri u l-importanza ta' kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet; |
2. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' skeda ta' żmien għall-Pjan ta' Azzjoni Ewropew Saħħa Waħda; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu objettivi tal-AMR li jistgħu jitkejlu u vinkolanti ma' miri ambizzjużi, kemm fil-Pjan ta' Azzjoni Ewropew Saħħa Waħda kif ukoll fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali, biex tkun tista' ssir valutazzjoni komparattiva; |
3. |
Jenfasizza li l-użu korrett u prudenti tal-antimikrobiċi huwa essenzjali sabiex jillimita li l-AMR jitfaċċa fil-kura tas-saħħa tal-bniedem, fit-trobbija tal-annimali u fl-akkwakultura; jenfasizza li hemm differenzi konsiderevoli fil-mod kif l-Istati Membri jimmaniġġjaw u jindirizzaw l-AMR, li jagħmel kruċjali l-koordinazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ma' objettivi speċifiċi stabbiliti; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha rwol ewlieni fil-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-istrateġiji nazzjonali; jissottolinja l-ħtieġa ta' implimentazzjoni transsettorjali (b'mod partikolari fil-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (FP9) li jmiss) u transmedjali tal-kunċett ta' Saħħa Waħda, li għadu ma ntlaħaqx b'mod suffiċjenti fil-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni; jinsisti li l-użu tal-antibijotiċi għal skopijiet ta' prevenzjoni fil-mediċina veterinarja għandu jkun regolat strettament, skont id-dispożizzjonijiet tar-regolament li jmiss dwar il-prodotti mediċinali veterinarji; |
4. |
Jirrakkomanda li n-Netwerk Saħħa Waħda maħluq dan l-aħħar u l-Azzjoni Konġunta tal-UE dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi u l-Infezzjonijiet Assoċjati mal-Kura tas-Saħħa (EU-JAMRAI) għandhom jinvolvu wkoll partijiet ikkonċernati rilevanti ewlenin oħrajn minbarra l-Istati Membri; |
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni twettaq u tippubblika evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u evalwazzjoni ex post tal-Pjan ta' Azzjoni Saħħa Waħda, u tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-proċedura ta' evalwazzjoni; |
6. |
Jenfasizza li azzjoni konġunta tal-UE biex tindirizza t-theddida dejjem ikbar għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u għall-ambjent ikkawżata mill-batterji reżistenti għall-antibijotiċi tista' tirnexxi biss jekk tkun ibbażata fuq data standardizzata; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tiżviluppa u tipproponi proċeduri u indikaturi xierqa li jkejlu u jqabblu l-progress fil-ġlieda kontra l-AMR, u tiżgura s-sottomissjoni u l-evalwazzjoni tad-data standardizzata; |
7. |
Jinnota li l-indikaturi tal-UE adottati dan l-aħħar biex jgħinu lill-Istati Membri jissorveljaw il-progress tagħhom fil-ġlieda kontra l-AMR jiffokaw biss fuq il-konsum tal-antibijotiċi u ma jirriflettux l-adegwatezza tal-użu; jistieden lill-ECDC jemenda l-indikaturi tal-UE kif xieraq; |
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiġbor id-data dwar il-volum ta' antibijotiċi prodotti mill-manifatturi u tirrapporta dwarhom; |
9. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jallinjaw is-sorveljanza, il-monitoraġġ u r-rapportar tal-mudelli u l-patoġeni tal-AMR u jissottomettu din id-data lis-Sistema Globali ta' Sorveljanza tar-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (GLASS); jissottolinja, barra minn hekk, li l-ġbir sistematiku tad-data rilevanti u komparabbli kollha dwar il-volum tal-bejgħ huwa tal-akbar importanza; jistieden lill-Kummissjoni tħejji abbozz, f'konsultazzjoni mal-EMA, l-EFSA, l-ECDC, lista ta' patoġeni ta' prijorità (PPL) tal-UE, b'kunsiderazzjoni tal-PPL globali tad-WHO, kemm għall-bnedmin kif ukoll għall-annimali, b'tali mod li tistabbilixxi l-prijoritajiet ta' R&Ż futuri; jitlob lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tinkoraġġixxi u tappoġġa lill-Istati Membri biex idaħħlu fis-seħħ u jimmonitorjaw il-miri nazzjonali għas-sorveljanza u t-tnaqqis tal-AMR/HAIs; |
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa stħarriġ standardizzat għall-ġbir ta' data dwar l-HAIs u teżamina r-riskji għal gruppi kbar tal-popolazzjonijiet tal-bniedem u tal-annimali waqt l-epidemiji u l-pandemiji; |
11. |
Jenfasizza li l-kondiviżjoni aħjar tal-informazzjoni u d-data lokali, reġjonali u nazzjonali dwar kwistjonijiet emerġenti fis-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali flimkien mal-użu ta' sistemi ta' twissija bikrija jistgħu jassistu lill-Istati Membri fl-adozzjoni ta' miżuri adegwati ta' konteniment biex jiġi limitat it-tixrid ta' organiżmi reżistenti; |
12. |
Jappella għall-espansjoni tar-rwol u tar-riżorsi umani u finanzjarji tal-aġenziji rilevanti kollha tal-UE fil-ġlieda kontra l-AMR u l-HAIs; jemmen li kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-aġenziji tal-UE u l-proġetti ffinanzjati mill-UE hija ta' importanza kruċjali; |
13. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissottomettu rapporti regolari u preċiżi dwar l-għadd ta' każijiet ikkonfermati ta' AMR fil-bnedmin flimkien ma' statistika korretta u aġġornata dwar il-mortalità mill-AMR; |
14. |
Jenfasizza li l-monitoraġġ tat-trobbija tal-annimali għall-agrikoltura u għall-industrija tal-ikel, il-prevenzjoni tal-infezzjonijiet, l-edukazzjoni dwar is-saħħa, il-miżuri ta' bijosigurtà, il-programmi ta' skrinjar attiv u l-prattiki ta' kontroll huma kritiċi għall-kontroll tal-mikroorganiżmi infettivi peress li kollha kemm huma jnaqqsu l-ħtieġa tal-antimikrobiċi u konsegwentement l-opportunitajiet biex il-mikroorganiżmi jiżviluppaw u jxerrdu r-reżistenza; jenfasizza l-ħtieġa li jsir rapportar obbligatorju lill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika tal-pazjenti kollha li jinstabu li huma identifikati bħala portaturi ta' batterji reżistenti ħafna jew li jiġu infettati bihom; jenfasizza l-ħtieġa ta' linji gwida dwar l-iżolament obbligatorju tal-portaturi li jiddaħħlu l-isptar u l-ħolqien ta' task force professjonali multidixxiplinarja li tirrapporta direttament lill-ministeri tas-saħħa nazzjonali; |
15. |
Jenfasizza l-ħtieġa ta' sistema tal-UE għall-ġbir ta' data dwar l-użu korrett tal-antibijotiċi kollha; jitlob l-iżvilupp ta' protokolli għall-preskrizzjoni u l-użu tal-antibijotiċi fil-livell tal-UE, li jirrikonoxxu r-responsabbiltà tal-veterinarji u tat-tobba tal-kura primarja, fost oħrajn, f'din il-kwistjoni; jitlob, barra minn hekk, il-ġbir obbligatorju, fil-livell nazzjonali, tal-preskrizzjonijiet tal-antibijotiċi kollha u għar-reġistrazzjoni tagħhom f'bażi tad-data kkontrollata u kkoordinata minn esperti tal-infezzjonijiet, sabiex jinxtered l-għarfien dwar l-aħjar użu tagħhom; |
16. |
Jiddeplora l-fatt, f'dan il-kuntest, li l-Kummissjoni ma pproponietx approċċ strateġiku għat-tniġġis tal-ilma bil-farmaċewtiċi aktar kmieni, kif mitlub skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (20); iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għalhekk, biex ifasslu strateġija Ewropea kontra residwi tal-mediċina fl-ilma u fl-ambjent mingħajr dewmien, filwaqt li jiddedikaw attenzjoni suffiċjenti lill-monitoraġġ, il-ġbir tad-data u l-analiżi aħjar tal-impatt tal-AMR fuq ir-riżorsi tal-ilma u l-ekosistema akkwatika; jiġbed l-attenzjoni għall-utilità ta' approċċ integrat li japplika għar-residwi tal-mediċini u l-AMR fl-ambjent (21); |
17. |
Jenfasizza li t-tniġġis tal-ilma u tal-ħamrija b'residwi antibijotiċi tal-bnedmin u veterinarji huwa problema li qed tikber, u li l-ambjent innifsu huwa sors potenzjali ta' mikroorganiżmi reżistenti ġodda; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tiddedika ferm iktar attenzjoni lill-ambjent bħala parti mill-kunċett ta' Saħħa Waħda; |
18. |
Ifakkar li ċ-ċifra kkwotata ta' sikwit ta' 25 000 mewta fl-Ewropa u tal-ispejjeż relatati ta' aktar minn EUR 1,5 biljun minħabba l-AMR tmur lura għall-2007 u li hemm bżonn ta' informazzjoni aġġornata kontinwament dwar il-piż reali tal-AMR; |
19. |
Ifakkar li s-saħħa hija fattur ta' produttività u kompetittività, kif ukoll waħda mill-kwistjonijiet tal-akbar tħassib għaċ-ċittadini; |
20. |
Jistieden lill-Kummissjoni żżid il-finanzjament tagħha tal-EUCAST, li jittratta l-aspetti tekniċi tal-ittestjar fenotopiku tas-suxxettibilità għall-antimikrobiċi mwettqa in vitro u li jiffunzjona bħala l-kumitat tal-EMA u l-ECDC responsabbli għall-istabbiliment tal-valuri kritiki; |
21. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni talloka finanzjament addizzjonali speċifikament għar-riċerka dwar alternattivi ta' għalf mhux terapewtiku biex jintużaw fit-trobbija tal-annimali fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027 (QFP); |
22. |
Jappoġġa, bħala minimu, it-tweġiba tal-Kunsill għall-abbozz tal-Kodiċi ta' Prattika Codex Alimentarius biex Titnaqqas u Tiġi Kkontrollata r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi, u l-prinċipji 18 u 19 tiegħu dwar l-użu responsabbli u prudenti tal-antimikrobiċi; |
23. |
Jinkoraġġixxi ffokar fuq il-konformità ma' linji gwida dwar il-kontroll tal-infezzjonijiet, l-integrazzjoni ta' miri fir-rigward tat-tnaqqis fir-rata tal-infezzjonijiet u l-appoġġ tal-aħjar prattiki sabiex tiġi indirizzata aħjar is-sikurezza tal-pazjent fl-ambjent tal-isptar; |
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-ECDC, u lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-użu ta' xugamani li jintużaw darba biss f'postijiet li jkunu sensittivi mil-lat ta' iġjene, bħalma huma l-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa, il-faċilitajiet tal-ipproċessar tal-ikel, u l-iskejjel materni; |
25. |
Ifakkar li l-ikel huwa wieħed mill-vetturi possibbli għat-trażmissjoni ta' batterji reżistenti mill-annimali għall-bnedmin, u, barra minn hekk, li l-batterji reżistenti għall-mediċina jistgħu jiċċirkolaw f'popolazzjonijiet tal-bnedmin u tal-annimali permezz tal-ilma u l-ambjent; jinnota r-riskji ta' infezzjoni b'organiżmi reżistenti minn għelejjel ikkontaminati ttrattati b'aġenti antimikrobiċi jew b'demel, u ilma ġieri tal-irziezet fl-ilma ta' taħt l-art; jinnota, f'dan il-kuntest, li t-tixrid ta' tali batterji huwa influwenzat mill-kummerċ, mill-ivvjaġġar u mill-migrazzjoni tal-bnedmin kif ukoll tal-annimali; |
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw messaġġi dwar is-saħħa pubblika għal sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, u meta jagħmlu dan jippromwovu bidla fl-imġiba lejn l-użu u l-immaniġġjar responsabbli tal-antibijotiċi, b'mod partikolari l-użu profilattiku; jissottolinja l-importanza tal-promozzjoni tal-"għarfien dwar is-saħħa", peress li huwa kruċjali li l-pazjenti jifhmu l-informazzjoni dwar il-kura tas-saħħa u jkunu jistgħu jsegwu l-istruzzjonijiet dwar il-kura b'mod preċiż; jenfasizza li miżuri preventivi, inklużi miżuri ta' iġjene tajba, għandhom jiżdiedu biex titnaqqas id-domanda tal-bniedem għall-antibijotiċi; jenfasizza li s-sensibilizzazzjoni dwar il-perikli tal-awtomedikazzjoni u l-preskrizzjonijiet żejda għandhom ikunu element ċentrali ta' strateġija preventiva; |
27. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw messaġġi dwar is-saħħa pubblika għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar ir-rabta bejn l-infezzjonijiet u l-iġjene personali; jenfasizza li mezzi effettivi biex jitnaqqas l-użu tal-antimikrobiċi hija li l-ewwel nett jiġi evitat li l-infezzjonijiet jinfirxu; jinkoraġġixxi l-promozzjoni ta' inizjattivi tal-kura personali f'dan ir-rigward; |
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji li jappoġġaw l-aderenza u l-konformità tal-pazjenti mat-trattament b'antibijotiċi u trattamenti xierqa oħra kif preskritti mill-professjonisti mediċi; |
29. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi linji gwida, wara l-approċċ Saħħa Waħda, li jistabbilixxu l-aħjar prattiki għall-iżvilupp ta' standards tal-kwalità armonizzati biex jiġu implimentati kurrikuli fl-UE kollha b'tali mod li jrawmu l-edukazzjoni interdixxiplinari, il-prevenzjoni tal-infezzjoni u l-programmi ta' taħriġ għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa u għall-pubbliku, ħalli tiġi żgurata l-kondotta xierqa tal-professjonisti tas-saħħa u l-prattikanti veterinarji fir-rigward tal-preskrizzjoni, id-doża, l-użu u r-rimi tal-antimikrobiċi u l-materjali kkontaminati bl-AMR (22) u jiġi żgurat l-istabbiliment u l-iskjerament ta' timijiet multidixxiplinari għall-ġestjoni tal-antibijotiċi fl-isptarijiet; |
30. |
Jenfasizza li terz tal-preskrizzjonijiet isiru fis-settur tal-kura primarja, u għalhekk dan is-settur għandu jitqies bħala prijorità fl-użu tal-protokolli; jenfasizza l-ħtieġa ta' speċjalisti fil-mard infettiv fl-elaborazzjoni ta' dawn il-protokolli u fil-kontroll u s-segwitu tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tfassal linji gwida għall-użu ta' dawn il-protokolli fil-qasam tas-saħħa tal-bniedem; jistieden lill-Istati Membri jeżaminaw mill-ġdid il-protokolli eżistenti kollha, speċjalment dawk dwar l-użu profilattiku waqt l-interventi kirurġiċi; jilqa' l-proġetti attwali fil-livell nazzjonali, bħall-programm PIRASOA, bħala eżempji ta' prattika tajba fir-rigward tal-użu razzjonali fil-kura primarja u l-isptarijiet; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' mekkaniżmi li permezz tagħhom jiġu skambjati l-aqwa prattiki u protokolli; |
31. |
Huwa konxju li l-professjonisti tas-saħħa spiss jeħtieġ li jieħdu deċiżjonijiet ta' malajr fuq indikazzjoni terapewtika għall-kura bl-antibijotiċi; jinnota li testijiet dijanjostiċi rapidi jistgħu jgħinu biex jappoġġaw dawn id-deċiżjonijiet; |
32. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jipprevjenu t-tixrid ta' infezzjonijiet b'batterji reżistenti permezz tal-implimentazzjoni ta' programmi ta' skrinjar attiv b'teknoloġiji dijanjostiċi rapidi sabiex jiġu identifikati malajr il-pazjenti infettati b'batterji reżistenti għal ħafna mediċini, u jistabbilixxu miżuri xierqa għall-kontroll tal-infezzjonijiet (bħal pereżempju r-raggruppament jew l-iżolament tal-pazjenti u t-tisħiħ tal-miżuri ta' iġjene); |
33. |
Huwa konxju li l-ispiża tal-RDTs tista' taqbeż il-prezz tal-antibijotiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproponu inċentivi għall-industrija sabiex tiżviluppa metodi ta' ttestjar effettiv, mhux għaljin u effiċjenti u l-użu tal-RDTs; jenfasizza li l-RDTS huma disponibbli biss madwar il-pajjiż kollu f'40 % tal-pajjiżi tal-OECD; jistieden lill-entitajiet tal-assigurazzjoni tas-saħħa jkopru l-ispiża żejda li tirriżulta mill-użu tal-RDTs, meta jitqiesu l-benefiċċji fit-tul tal-prevenzjoni tal-użu mhux meħtieġ tal-antimikrobiċi; |
34. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jillimitaw il-bejgħ tal-antibijotiċi mill-professjonisti tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali li jippreskrivuhom, u jneħħu kwalunkwe inċentiv – finanzjarju jew mod ieħor – għall-preskrizzjoni tal-antibijotiċi, filwaqt li jkomplu jiżguraw aċċess biżżejjed rapidu għall-mediċina veterinarja ta' emerġenza; jenfasizza li ħafna antimikrobiċi jintużaw kemm fil-bnedmin kif ukoll fl-annimali, li xi wħud minn dawn l-antimikrobiċi huma ta' importanza kritika għall-prevenzjoni jew għall-kura ta' infezzjonijiet ta' periklu għall-ħajja fil-bnedmin, u li l-użu tagħhom fuq l-annimali għandu għalhekk jiġi pprojbit; jenfasizza li dawn l-antimikrobiċi għandhom ikunu riżervati biss għat-trattament tal-bnedmin sabiex jippreservaw l-effikaċja tagħhom fit-trattament ta' infezzjonijiet fil-bnedmin għall-itwal żmien possibbli; iqis li l-Istati Membri għandhom jitħallew jimplimentaw jew iżommu miżuri aktar stretti fir-rigward tar-restrizzjoni tal-bejgħ tal-antibijotiċi; |
35. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni soda kontra l-bejgħ illegali ta' prodotti antimikrobiċi jew il-bejgħ tagħhom mingħajr preskrizzjoni tat-tabib jew tal-veterinarju fl-UE; |
36. |
Jenfasizza l-valur tat-tilqim u tal-għodod dijanjostiċi fil-ġlieda kontra l-AMR u l-HAIs; jirrakkomanda l-integrazzjoni ta' miri għal tilqim tul il-ħajja u l-kontroll tal-infezzjonijiet fost il-popolazzjoni, partikolarment fost il-gruppi b'riskju għoli, bħala element kruċjali tal-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali dwar l-AMR; jenfasizza l-importanza, barra minn hekk, ta' informazzjoni aċċessibbli u ta' sensibilizzazzjoni fost il-pubbliku ġenerali biex tingħata spinta lir-rata tat-tilqim fil-kura tas-saħħa tal-bniedem u dik veterinarja u b'hekk jiġu indirizzati l-mard u l-AMR b'mod kosteffettiv; |
37. |
Jenfasizza li l-Pjan ta' Azzjoni Ewropew Saħħa Waħda kontra l-AMR josserva li l-immunizzazzjoni permezz tat-tilqim tikkostitwixxi intervent kosteffikaċi mil-lat ta' saħħa fl-isforzi biex tiġi miġġielda l-AMR (23) u li, fil-Pjan ta' Azzjoni, il-Kummissjoni tħabbar inċentivi għall-promozzjoni tal-użu tad-dijanjostika, l-alternattivi għall-antimikrobiċi u t-tilqim (24), iżda li l-ispejjeż relattivament ogħla tad-dijanjożi, tal-alternattivi għall-antimikrobiċi u tat-tilqim – meta mqabbla mal-antibijotiċi konvenzjonali – jikkostitwixxu ostaklu biex tiżdied ir-rata tat-tilqim, kif inhu l-għan tal-Pjan ta' Azzjoni (25); jissottolinja li diversi Stati Membri diġà jqisu t-tilqim bħala miżura politika importanti – kemm biex jiġu evitati t-tifqigħat ta' mard fl-annimali b'mod transfruntier kif ukoll biex jitrażżnu ulterjorment ir-riskji ta' kontaġju għas-suq agrikolu tal-UE – u għalhekk introduċewh bħala tali; |
38. |
Jistieden lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' infezzjonijiet li jistgħu jwasslu għas-sepsis; jistieden lill-Istati Membri jinkludu miżuri mmirati biex itejbu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni bikrija u d-dijanjosi, u l-ġestjoni klinika tas-sepsis fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tagħhom dwar l-AMR; |
39. |
Jistieden lill-Kummissjoni tesplora kif l-aħjar jintuża l-potenzjal tan-Netwerks ta' Referenza Ewropej għall-mard rari u tivvaluta r-rwol li jista' jkollhom fir-riċerka dwar l-AMR; |
40. |
Jenfasizza li t-tniġġis tal-ambjent minn residwi antibijotiċi tal-bniedem u tal-annimali, b'mod partikolari mit-trobbija tal-annimali, huwa problema li qed titfaċċa u li tirrikjedi miżuri ta' politika koerenti biex jiġi pprevenut it-tixrid ta' AMR fost l-ekosistemi, l-annimali u l-bnedmin; iħeġġeġ riċerka ulterjuri dwar id-dinamika tat-trażmissjoni u l-impatt relattiv ta' dan it-tniġġis fuq l-AMR; jitlob, għalhekk, li jkun hemm żvilupp tas-sinerġiji bejn l-approċċ Saħħa Waħda u d-data eżistenti dwar il-monitoraġġ ambjentali, b'mod partikolari fil-forma ta' monitoraġġ ta' listi tas-sorveljanza skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, sabiex jittejjeb l-għarfien dwar l-okkorrenza u t-tixrid ta' antimikrobiċi fl-ambjent; |
41. |
Jinnota li l-batterji esposti għall-erbiċidi jirrispondu b'mod differenti għal antibijotiċi klinikament rilevanti; jinnota l-frekwenza tal-bidliet fir-reżistenza għall-antibijotiċi miġjuba mill-użu ta' erbiċidi u antibijotiċi approvati u li l-effetti ta' dawn il-bidliet jaħarbu s-superviżjoni regolatorja; |
42. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa biex tindirizza r-rilaxx tal-farmaċewtiċi, inkluż l-antimikrobiċi, fl-ambjent permezz tal-ilma mormi u l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi, bħala fattur ewlieni tal-emerġenza tal-AMR; |
43. |
Jitlob li jsir rieżami tal-valutazzjonijiet tar-riskju ambjentali bħala parti mill-proċess tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għall-antimikrobiċi, kif ukoll għall-prodotti aktar antiki li diġà jeżistu fis-suq; jitlob aderenza stretta mal-Prattiki Tajba ta' Manifattura (PTM) tal-UE u r-regoli tal-akkwist ekoloġiku fir-rigward tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-farmaċewtiċi u r-rilaxx tal-antibijotiċi fl-ambjent; |
44. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-kwistjoni taż-żieda dejjem aktar rapida ta' fungi reżistenti għal ħafna mediċini billi jeżaminaw l-użu tal-fungiċidi fis-settur agrikolu u s-settur industrijali; |
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeliminaw gradwalment l-użu ta' komposti jew sustanzi kimiċi antimikrobiċi f'ambjenti mhux kliniċi bħal fi prodotti tat-tindif u prodotti oħra għall-konsumatur; |
46. |
Jenfasizza l-ħtieġa urġenti ta' riċerka fil-fond dwar l-impatt tal-preżenza ta' sustanzi antimikrobiċi fl-għelejjel u l-għalf fuq l-iżvilupp tal-AMR, u dwar il-komunità mikrobjali fil-ħamrija; |
47. |
Jirrimarka, b'rabta ma' dan, li hemm bżonn valutazzjoni ex ante bir-reqqa tal-ispejjeż soċjali ta' approċċ "end-of-pipe"; |
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrevedu l-kodiċijiet ta' prattika agrikola tajba tagħhom u jirrevedu l-aqwa tekniki disponibbli rilevanti skont id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (26) biex jinkludu dispożizzjonijiet għat-trattament tad-demel li jkun fih antibijotiċi/mikroorganiżmi reżistenti għall-antimikrobiċi; |
49. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħeġġu l-iżvilupp ta' prodotti mediċinali b'impatt baxx fuq l-ambjent u l-ilma u jħeġġu aktar innovazzjoni fl-industrija farmaċewtika f'dan il-qasam; |
50. |
Jenfasizza li mhux l-Istati Membri kollha għandhom biżżejjed riżorsi biex jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji komprensivi nazzjonali dwar l-AMR; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri informazzjoni ċara dwar ir-riżorsi tal-UE disponibbli biex tiġi indirizzata l-AMR u tqiegħed għad-dispożizzjoni aktar finanzjament iddedikat għal dan l-iskop; |
51. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina u tirrevedi d-dokumenti ta' referenza dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BREF) fil-qafas tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali li jirrelataw mal-emissjonijiet minn impjanti li jimmanifatturaw l-antibijotiċi; |
52. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża b'mod effettiv il-leġiżlazzjoni disponibbli fl-oqsma kollha relatati mal-AMR biex tiżgura li t-theddida tkun qed tiġi indirizzata fil-politiki kollha; |
53. |
Jissottolinja l-importanza ta' approċċ ta' valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, mill-produzzjoni u l-preskrizzjoni sal-ġestjoni tal-iskart farmaċewtiku; jitlob lill-Kummissjoni tindirizza l-kwistjoni tar-rimi ta' antibijotiċi, fejn alternattivi għall-inċinerazzjoni, bħall-gassifikazzjoni, għandhom jiġu esplorati; |
54. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-kwistjonijiet ambjentali jiġu introdotti fis-sistema ta' farmakoviġilanza għall-prodotti farmaċewtiċi għall-bniedem u jissaħħu għall-prodotti farmaċewtiċi veterinarji, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-AMR; |
55. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu standards tal-kwalità (valuri limitu) jew rekwiżiti ta' valutazzjoni tar-riskju biex jiġi żgurat li d-demel, il-ħama tad-dranaġġ u l-ilma tat-tisqija jkun fihom konċentrazzjonijiet sikuri ta' antibijotiċi rilevanti u ta' mikroorganiżmi tal-AMR qabel jitferrxu fl-art agrikola; |
56. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tvara kampanja informattiva għall-konsumaturi u n-negozji madwar l-UE dwar l-akkwakultura b'mod ġenerali, u b'mod partikolari dwar id-differenzi bejn l-istandards stretti u komprensivi fis-suq tal-UE u l-istandards applikabbli għal prodotti importati f'pajjiżi terzi, b'enfasi partikolari fuq il-problemi kkawżati għas-sikurezza tal-ikel u s-saħħa pubblika mill-introduzzjoni fl-Unjoni ta' mikroorganiżmi partikolarment reżistenti u l-AMR; |
57. |
Jitlob l-eliminazzjoni gradwali tal-użu profilattiku u metafilattiku ta' rutina tal-antimikrobiċi fi gruppi ta' annimali tar-razzett u jitlob l-użu ta' antibijotiċi tal-aħħar għażla biex jiġu pprojbiti għal kollox f'annimali li jipproduċu l-ikel; jenfasizza li trobbija tal-annimali tajba, prattiki tal-iġjene, ġestjoni tar-razzett u investimenti f'dawn l-oqsma jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-infezzjonijiet u għalhekk it-tnaqqis tal-użu tal-antibijotiċi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija ġdida tal-UE dwar il-benessri tal-annimali kif rakkomandat mill-Parlament Ewropew, bl-għan fit-tul li tinħoloq liġi dwar il-benessri tal-annimali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta l-punti pendenti tal-Istrateġija tal-UE għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012-2015 mingħajr dewmien; |
58. |
Jissottolinja li sistemi tajbin ta' ġestjoni tal-irziezet, bijosigurtà u trobbija tal-annimali huma l-pedament tas-saħħa u l-benessri tal-annimali li jipproduċu l-ikel u, meta applikati kif imiss, inaqqsu s-suxxettibilità għall-mard batteriku u l-ħtieġa tal-użu tal-antibijotiċi fl-annimali; |
59. |
Jemmen li jrid jitħeġġeġ finanzjament adegwat għal investimenti fl-azjendi agrikoli, bħal f'akkomodazzjoni ta' kwalità, ventilazzjoni, tindif, diżinfezzjoni, tilqim u bijosigurtà u jenħtieġ li dan ma jiġix imminat fil-politika agrikola komuni (PAK) futura; jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' sensibilizzazzjoni fost il-membri tal-komunità agrikola tal-benessri tal-annimali, tas-saħħa tal-annimali u tas-sikurezza tal-ikel; jinnota l-importanza tal-promozzjoni u tal-applikazzjoni ta' prattiki tajba fl-istadji kollha tal-produzzjoni u l-ipproċessar tal-prodotti tal-ikel u l-importanza tal-għalf sikur u bbilanċjat mil-lat nutrittiv, l-istrateġiji speċifiċi tal-għalf, il-kompożizzjoni tal-għalf, il-formulazzjonijiet tal-għalf u l-ipproċessar tal-għalf; |
60. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri – anke fil-kuntest tar-riforma tal-PAK – jiġġeneraw aktar sinerġiji u, skont il-konstatazzjonijiet tal-Pjan ta' Azzjoni Saħħa Waħda kontra l-AMR, biex jipprovdu inċentivi finanzjarji effettivi u appoġġ għall-bdiewa li jrabbu l-bhejjem u li juru li jkunu naqqsu b'mod sinifikanti l-użu tagħhom tal-antibijotiċi u jkunu kisbu rata għolja ta' tilqim fost l-annimali jew il-bhejjem tagħhom; |
61. |
Jenfasizza li sanitazzjoni u iġjene tajba fl-irziezet huma fundamentali; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida dwar l-użu tal-antibijotiċi fl-annimali u l-kundizzjonijiet iġjeniċi fl-irziezet; jistieden lill-Istati Membri jfasslu pjanijiet speċifiċi u jsaħħu l-kontroll fuq il-kundizzjonijiet sanitarji; |
62. |
Ifakkar il-miżuri preventivi li għandhom jintużaw qabel ma wieħed jirrikorri għal trattament antimikrobiku ta' gruppi sħaħ (metafilassi) ta' annimali li jipproduċu l-ikel:
|
63. |
Jemmen li r-rekwiżiti biex jiġi żgurat li t-tikkettar jagħmel referenza għall-użu tal-antibijotiċi jtejbu l-għarfien tal-konsumatur u jippermettu lill-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażla aktar infurmata; jistieden lill-Kummissjoni toħloq sistema armonizzata għat-tikkettar ibbażata fuq l-istandards tal-benessri tal-annimali u l-prattiki tajba ta' trobbija tal-annimali kif kien diġà previst fl-2009 (28), |
64. |
Jiġbed l-attenzjoni, barra minn hekk, għas-sejbiet xjentifiċi reċenti (Frar 2018) li juru li l-betalattamażi bi spettru estiż (ESBLs) jiġu trażmessi biss lill-persuni mit-trobbija tal-bhejjem u l-konsum tal-laħam sa ċertu punt biss u li t-trażmissjoni tal-ESBLs isseħħ prinċipalment minn persuna għall-oħra (29); |
65. |
Jenfasizza li l-biedja ta' densità għolja tista' tinvolvi antibijotiċi li qegħdin jingħataw b'mod mhux xieraq u b'mod regolari bħala għalf lill-bhejjem u lit-tjur fl-irziezet biex jikbru malajr, u li qegħdin jintużaw b'mod mifrux għal skopijiet profilattiċi, biex jipprevjenu l-firxa ta' mard minħabba kundizzjonijiet ta' ffullar, konfinament u stress li fihom jinżammu l-annimali u li jinibixxu s-sistema immunitarja tagħhom, u biex jikkumpensaw għall-kundizzjonijiet mhux sanitarji fejn qed jitrabbew; |
66. |
Iqis li l-fehim tagħna tat-tixrid tal-AMR mill-annimali fl-azjendi agrikoli għall-bnedmin diġà huwa pjuttost sod u li dan ma ġiex rikonoxxut kif xieraq fil-Pjan ta' Azzjoni; jinnota li l-Pjan ta' Azzjoni jitlob biss li ssir investigazzjoni ulterjuri u li jiġu indirizzati d-distakki fl-għarfien dwar il-kwistjoni, li possibbilment jista' jipposponi tali azzjoni tant meħtieġa; |
67. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiddistingwu bejn il-bhejjem u l-annimali domestiċi, b'mod partikolari fl-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' monitoraġġ u valutazzjoni tal-użu tal-antimikrobiċi fil-mediċina veterinarja, u l-iżvilupp ta' miżuri biex jindirizzaw l-użu tagħhom; |
68. |
Jenfasizza li monitoraġġ komprensiv tal-antibijotiċi fil-biedja ġie żviluppat f'kooperazzjoni mal-veterinarji, li b'mod komprensiv jiddokumenta l-użu tal-antibijotiċi u jkompli jtejjeb l-applikazzjoni tagħhom; jiddispjaċih li s'issa ma hemm l-ebda sistema komparabbli b'rabta mal-mediċina umana; |
69. |
Jinnota li l-eżistenza ta' korrelazzjoni bejn ir-reżistenza għall-antibijotiċi li tinsab fost l-annimali li jipproduċu l-ikel (eż. it-tiġieġ tas-simna) u proporzjon kbir ta' infezzjonijiet batterjali fil-bnedmin, li ġejjin mill-immaniġġjar, il-preparazzjoni u l-konsum tal-laħam ta' dawn l-annimali, ġiet ikkonfermata wkoll mill-Aġenziji tal-UE (30); |
70. |
Jenfasizza li r-riċerka turi li l-interventi li jirrestrinġu l-użu tal-antibijotiċi fl-annimali li jipproduċu l-ikel huma assoċjati ma' tnaqqis fil-preżenza ta' batterji reżistenti għall-antibijotiċi f'dawn l-annimali (31); |
71. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, abbażi ta' din l-aħħar riċerka (32), biex jieħdu ħsieb u jżommu sens ta' proporzjon fl-adozzjoni tal-miżuri, u jivvalutaw bir-reqqa u jikklassifikaw l-antibijotiċi u r-reżistenza għall-antimikrobiċi fil-leġiżlazzjoni rilevanti kollha sabiex jiġi evitat li tiġi limitata bla bżonn id-disponibbiltà ta' rimedji kontra ċerti protożoa, bħall-coccidia, fl-azjendi Ewropej tat-trobbija tal-bhejjem u għaldaqstnat li b'mod mhux intenzjonat tiġi kkawżata żieda fir-riskji ta' kontaminazzjoni tal-bnedmin b'batterji perikolużi bħas-salmonella u mikrobi mill-ikel; |
72. |
Jiddispjaċih li l-Pjan ta' Azzjoni Ewropew Saħħa Waħda kontra l-AMR huwa nieqsa minn kwalunkwe allokazzjoni ta' riżorsi u li mhux qed jagħmel użu aktar ambizzjuż tal-għodod leġiżlattivi; jistieden lill-Kummissjoni tkun aktar ambizzjuża fi kwalunkwe pjan ta' azzjoni futur li tiżviluppa u tagħmel sforzi ikbar biex timplimentah fl-intier tiegħu; |
73. |
Jiddispjaċih li l-approċċ strateġiku tal-Kummissjoni, li huwa bażikament tajjeb, ta' spiss wisq qed ikun limitat għal dikjarazzjonijiet ta' intenzjoni u jistieden lill-Kummissjoni biex tispjega l-approċċ tagħha; |
74. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina u tissorvelja strateġiji nazzjonali biex jingħata lok għall-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri; |
75. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji nazzjonali ambizzjużi kontra l-AMR fis-settur tal-produzzjoni tal-annimali li jinkludu miri kwantitattivi ta' tnaqqis tal-użu tal-antimikrobiċi veterinarji filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi lokali; jenfasizza li s-setturi kollha tul il-katina tal-ikel għandhom ikunu involuti fl-implimentazzjoni tagħhom; |
76. |
Jinnota li xi Stati Membri għandhom konsulenti dwar il-mediċina tal-annimali – legalment definiti u professjonalment kwalifikati – li huma awtorizzati jippreskrivu ċerti mediċini veterinarji min-naħa tal-awtoritajiet rilevanti; jissottolinja li l-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali dwar l-AMR m'għandhomx jipprojbixxu lil dawn il-persuni milli jippreskrivu u jissupplixxu ċerti mediċini veterinarji, meta meħtieġ, fid-dawl tar-rwol essenzjali li dawn il-persuni jista' jkollhom f'komunitajiet rurali iżolati; |
77. |
Jissottolinja l-importanza tal-iskambji tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u l-koordinazzjoni ta' tali skambji min-naħa tal-Kummissjoni; jilqa', f'dan il-kuntest, it-tnaqqis fl-użu tal-antibijotiċi fit-trobbija tal-annimali fin-Netherlands b'64,4 % fil-perjodu 2009-2016 u d-dikjarazzjoni ta' ambizzjoni nazzjonali li tali użu jkompli jitnaqqas sal-2020; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japplikaw dan l-eżempju ta' kooperazzjoni pubblika-privata bejn l-awtoritajiet pubbliċi, l-industriji, ix-xjentisti u kirurgi veterinarji f'partijiet oħra tal-Unjoni wkoll; |
78. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw l-implimentazzjoni ta' inċentivi tat-taxxa pożittivi (eżenzjonijiet mit-taxxa għall-bdiewa) u negattivi (taxxi fuq il-bejgħ ta' antibijotiċi bħal dawk introdotti b'suċċess fil-Belġju u fid-Danimarka) fuq l-antibijotiċi użati fit-trobbija tal-annimali bi skopijiet mhux terapewtiċi; |
L-għoti ta' spinta lir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fir-rigward tal-AMR
79. |
Jinnota li b'investiment ta' EUR 1,3 biljun fir-riċerka dwar l-AMR, l-UE qiegħda fuq quddiem nett f'dan il-qasam, u li l-kisbiet tal-UE jinkludu t-tnedija tal-programm New Drugs for Bad Bugs (ND4BB) (33) u l-Inizjattiva ta' Programmazzjoni Konġunta dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (JPIAMR) (34); jissottolinja l-ħtieġa tal-effiċjenza u l-koordinazzjoni fl-attivitajiet ta' riċerka; jilqa' inizjattivi, għalhekk, bħal ERA-NET biex jinħolqu sinerġiji bejn il-JPIAMR Konġunta u Orizzont 2020; jenfasizza li sas-Sittinijiet kienu ġew żviluppati aktar minn 20 klassi ġdida ta' antibijotiċi u jinnota bi tħassib li fis-snin riċenti ma ġiet introdotta l-ebda klassi antimikrobika ġdida; |
80. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra qafas leġiżlattiv ġdid biex jiġi stimulat l-iżvilupp ta' antimikrobiċi ġodda għall-bnedmin, kif diġà talab il-Parlament fl-10 ta' Marzu 2016 fl-emendi tiegħu għall-proposta għal regolament dwar prodotti mediċinali veterinarji u fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2015; jinnota li fil-Pjan ta' Azzjoni Ewropew Saħħa Waħda kontra l-AMR, il-Kummissjoni timpenja ruħha wkoll li "[tanalizza] l-istrumenti regolatorji u l-inċentivi tal-UE – b'mod partikolari l-leġiżlazzjoni pedjatrika u dwar il-mediċini orfni – biex dawn jintużaw għal prodotti mediċinali alternattivi u innovattivi għal antimikrobiċi ġodda"; |
81. |
Jilqa' l-fatt li l-EFSA u l-EMA riċentement eżaminaw u ddiskutew għadd ta' alternattivi għall-użu tal-antimikrobiċi fl-annimali li jipproduċu l-ikel, li wħud minnhom urew li jrendu riżultati promettenti fit-titjib ta' parametri tas-saħħa tal-annimali matul l-istudji sperimentali; jirrakkomanda, għalhekk, li jingħata impetu ġdid għar-riċerka xjentifika dwar l-alternattivi u t-tfassil ta' qafas leġiżlattiv tal-UE li jistimula l-iżvilupp tagħhom u jiċċara l-perkors għall-approvazzjoni tagħhom; |
82. |
Ifakkar li l-ġenerazzjoni tradizzjonali tal-antibijotiċi, li hi bbażata fuq sensiela ta' tekniki għall-modifika tal-antibijotiċi miksuba min-natura, ġiet eżawrita u li l-investimenti fir-R&Ż biex tinħoloq ġenerazzjoni ġdida għandha tikser il-paradigma tal-antibijotiċi tradizzjonali; jilqa' t-tekniki ġodda li diġà ġew żviluppati, pereżempju l-antikorpi monoklonali li jnaqqsu l-virulenza tal-batterji, mhux billi joqtluhom, iżda billi jrenduhom inutli; |
83. |
Jirrimarka li x-xjenza u r-riċerka għandhom rwol kruċjali fl-iżvilupp tal-istandards fil-ġlieda kontra l-AMR; |
84. |
Jilqa' proġetti ta' riċerka riċenti f'terapiji alternattivi għall-antibijotiċi bħat-terapija batterjofaġika, pereżempju l-proġett Phagoburn li huwa ffinanzjat mill-UE; jinnota li s'issa ma ġiet awtorizzata l-ebda terapija batterjofaġika fil-livell tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas għat-terapija batterjofaġika bbażat fuq l-aħħar riċerka xjentifika; |
85. |
Jinnota r-riċerka riċenti fl-iżvilupp ta' probijotiċi tal-ġenerazzjoni li jmiss għal użu konkomitanti mat-trattament antibijotiku f'ambjenti kliniċi, li wriet li tnaqqas l-HAIs ikkawżati minn batterji reżistenti ħafna għall-antibijotiċi (35); |
86. |
Jinnota li r-R&Ż fil-qasam ta' approċċi ġodda għat-trattament u l-prevenzjoni tal-infezzjonijiet huma daqstant ieħor importanti u li dawn l-approċċi jistgħu jinkludu l-użu ta' sustanzi li jsaħħu r-rispons immunitarju għall-infezzjoni batterika, bħall-prebijotiċi u l-probijotiċi; |
87. |
Iħeġġeġ lill-EMA, f'kollaborazzjoni mal-EFSA u l-ECDC tirrieżamina l-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-benefiċċji u r-riskji ta' aġenti antimikrobiċi aktar antiki, inkluża taħlita ta' antibijotiċi, u tikkunsidra jekk huwiex meħtieġ xi tibdil fl-użi approvati tagħhom; jenfasizza li għandu jitħeġġeġ djalogu bikri bejn l-innovaturi u l-awtoritajiet regolatorji sabiex il-qafas regolatorju jiġi adattat fejn hemm bżonn bl-għan li jiġi prijoritizzat u jitħaffef l-iżvilupp ta' mediċini antimikrobiċi u jingħata aċċess aktar malajr; |
88. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintroduċi proċedura rapida li permezz tagħha l-użu tal-antimikrobiċi approvati għal skopijiet industrijali jew agrikoli iżda suspettati li għandhom impatt negattiv serju fuq l-AMR jistgħu jkunu pprojbiti temporanjament mill-użu sakemm isiru aktar studji dwar l-impatt tal-antimikrobiku; |
89. |
Ifakkar li l-kwalità ħażina tal-prodotti mediċi u veterinarji b'konċentrazzjonijiet baxxi ta' ingredjenti attivi u/jew bl-użu fit-tul tagħhom iwasslu biex ifeġġu l-mikrobi reżistenti; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu u jfasslu liġijiet li jiżguraw li l-mediċini huma ta' kwalità assigurata, sikura u effettiva, u li l-użu tagħhom isegwi prinċipji stretti; |
90. |
Jistieden lill-Kummissjoni żżid il-finanzjament għar-R&I transsettorjali u interdixxiplinari bikrija fl-epidemjoloġija u fl-immunoloġija tal-patoġeni tal-AMR u l-iskrinjar tal-HAIs, b'mod partikolari l-modi ta' trażmissjoni bejn l-annimali u l-bnedmin u l-ambjent; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa riċerka dwar l-iġjene tal-idejn u dwar l-impatt ta' metodi differenti ta' ħasil u tnixxif tal-idejn fuq it-trażmissjoni ta' patoġeni potenzjali; |
91. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinvesti bl-istess mod fl-iżvilupp ta' alternattivi għas-saħħa tal-annimali li ma jipprevedux l-użu ta' antibijotiċi, inklużi l-promoturi tat-tkabbir, u fl-iżvilupp ta' molekuli ġodda għall-iżvilupp ta' antibijotiċi ġodda; jenfasizza li l-antibijotiċi l-ġodda m'għandhomx jintużaw biex jippromwovu t-tkabbir u s-saħħa tal-annimali u li l-industriji li jirċievu fondi pubbliċi għal dan l-iżvilupp ta' antibijotiċi ġodda jridu jieqfu jqassmu u/jew jużaw antibijotiċi biex jippromwovu t-tkabbir u s-saħħa tal-annimali; |
92. |
Jilqa' l-proġetti ta' riċerka transkonfinali riċenti dwar l-użu tajjeb tal-antimikrobiċi u l-prevenzjoni tal-infezzjonijiet, bħall-proġett Interreg i-4-1-Health iffinanzjat mill-UE; jistieden lill-Kummissjoni żżid il-finanzjament tar-riċerka favur miżuri għall-prevenzjoni ta' HAIs; |
93. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġa l-isforzi fir-R&Ż fil-qasam tal-AMR, inkluż fir-rigward tal-infezzjonijiet tas-saħħa globali definiti fl-SDGs, b'mod partikolari t-TB reżistenti għall-mediċini, il-malarja, l-HIV u l-mard tropikali ttraskurat, bħala parti mill-programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni li jmiss tal-UE, inkluż billi tiddedika missjoni speċifika fil-programm għall-ġlieda globali kontra l-AMR; |
94. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi restrizzjonijiet fuq it-trasport ta' annimali ħajjin minn żoni fejn ikunu ġew identifikati karatteristiċi ta' batterji reżistenti għall-antimikrobiċi mis-sistema ta' monitoraġġ attwali; |
95. |
Jinnota li xi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jista' jkollhom ukoll proprjetajiet antimikrobiċi, li jaffettwaw it-tixrid tal-AMR; jitlob li ssir aktar riċerka dwar ir-rabta possibbli bejn l-esponiment għal formulazzjonijiet kummerċjali tal-pestiċidi u tal-erbiċidi u l-iżvilupp tal-AMR; jirrikonoxxi li l-erbiċidi jiġu ttestjati b'mod regolari għat-tossiċità iżda mhux għal effetti subletali fuq il-mikrobi, u jenfasizza, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, l-importanza tal-għoti ta' kunsiderazzjoni biex tali testijiet jitwettqu b'mod regolari; |
96. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu djalogu bikri u kontinwu mal-partijiet ikkonċernati kollha sabiex jelaboraw inċentivi xierqa għar-R&Ż fil-qasam tal-AMR; jirrikonoxxi li m'hemm l-ebda approċċ "wieħed tajjeb għal kulħadd"; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi formalment lis-soċjetà ċivili fid-diskussjonijiet dwar Saħħa Waħda, pereżempju billi twaqqaf u tiffinanzja netwerk dedikat għall-partijiet ikkonċernati; |
97. |
Jenfasizza li hemm bżonn mudelli differenti ta' kollaborazzjoni mmexxija mis-settur pubbliku u bl-involviment tal-industrija; jirrikonoxxi li l-kapaċitajiet tal-industrija għandhom rwol essenzjali fir-R&Ż fil-qasam tal-AMR; jenfasizza li, minkejja dan t'hawn fuq, huma meħtieġa aktar prijoritizzazzjoni u koordinazzjoni pubbliċi għar-R&Ż f'dan il-qasam urġenti; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tniedi pjattaforma pubblika għal proġetti ta' R&Ż fl-AMR iffinanzjati pubblikament u għall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet kollha ta' R&Ż; |
98. |
Jenfasizza, għalhekk, li l-qafas għall-innovazzjoni attwali ma jinkoraġġix ir-R&Ż fl-AMR b'mod effettiv, u jitlob l-aġġustament u l-armonizzazzjoni tas-sistema tal-proprjetà intellettwali fil-livell Ewropew, b'mod partikolari sabiex ikun hemm tlaqqigħ aħjar tat-tul ta' żmien tal-protezzjoni mal-perjodu mitlub għall-mediċina innovattiva inkwistjoni; |
99. |
Jemmen li diġà qiegħda ssir riċerka dwar il-ġlieda kontra l-AMR f'ħafna partijiet differenti fl-Unjoni, mingħajr ma jeżisti rendikont adegwat tal-istat tar-riċerka fl-UE kollha kemm hi; jissuġġerixxi, għalhekk, li tinħoloq pjattaforma ddedikata fil-livell tal-UE li tippermetti użu aktar effiċjenti tar-riżorsi tar-riċerka fil-futur; |
100. |
Ifakkar fil-valur li jiġu żviluppati koalizzjonijiet bejn is-settur akkademiku u l-kumpaniji bijofarmaċewtiċi fl-iżvilupp ta' antibijotiċi ġodda, dijanjostika veloċi u terapiji ġodda; |
101. |
Jilqa' l-konklużjonijiet tas-Simpożju Tekniku Konġunt tad-WHO, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) bit-titolu "Antimicrobial Resistance: How to foster innovation, access and appropriate use of antibiotics" (Reżistenza għall-Antimikrobiċi: Kif tkattar l-innovazzjoni, l-aċċess u l-użu xieraq tal-antibijotiċi) (36), fejn ġew diskussi mudelli ġodda ta' R&Ż li jinċentivaw ir-R&Ż filwaqt li l-profittabilità tal-antibijotiċi tiġi diżakkoppjata mill-volumi mibjugħa; |
102. |
Ifakkar li r-Regolament dwar il-Provi Kliniċi (37) se jgħin biex jinkoraġġixxi r-riċerka f'antimikrobiċi ġodda fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-EMA jimplimentaw ir-Regolament dwar il-Provi Kliniċi mingħajr dewmien żejjed; |
103. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw l-iżvilupp u t-teħid ta' mudelli ekonomiċi, proġetti pilota u inċentivi ta' spinta u ta' attrazzjoni ġodda sabiex jippromwovu l-iżvilupp ta' terapiji, dijanjostiċi, antibijotiċi, apparati mediċi, tilqim u alternattivi ġodda għall-użu tal-antimikrobiċi; jemmen li dawn jagħmlu sens meta jkunu sostenibbli, immexxija mill-bżonnijiet u bbażati fuq l-evidenza fuq terminu twil, ikunu mmirati lejn il-prijoritajiet pubbliċi ewlenin u jappoġġaw l-użu mediċinali xieraq; |
104. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-effiċjenza tal-prattiki iġjeniċi u l-metodi sanitarji attwali fl-isptarijiet u fl-ambjenti tal-kura tas-saħħa; jitlob lill-Kummissjoni tesplora l-użu ta' probijotiċi u teknoloġiji iġjeniċi sostenibbli oħra bħala approċċi sanitarji effiċjenti għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-għadd ta' HAIs attribwiti lill-AMR; |
105. |
Iħeġġeġ l-adozzjoni ta' teknoloġiji ta' kosteffikaċja li jnaqqsu l-impatt tal-HAIs fl-isptarijiet u jgħinu fil-prevenzjoni tat-tixrid ta' mikroorganiżmi multireżistenti; |
106. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu sistemi alternattivi ta' rimborż biex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta' teknoloġiji innovattivi fis-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa; |
107. |
Jinnota li l-mudell kummerċjali tas-soltu għall-iżvilupp ta' mediċini mhuwiex adatt għall-iżvilupp tal-antibijotiċi peress li r-reżistenza tista' tevolvi maż-żmien u peress li huma maħsuba biex jintużaw temporanjament u bħala l-aħħar alternattiva; ifakkar lill-industrija fir-responsabbiltà soċjali korporattiva tagħha li tikkontribwixxi għall-ħidma biex tiġi indirizzata l-AMR billi jinstabu modi biex tittawwal il-ħajja tal-antibijotiċi, u b'hekk il-provvista ta' antibijotiċi effettivi ssir sostenibbli, u jitlob li jkun hemm inċentivi għal din ir-riċerka u għad-definizzjoni tal-perkors regolatorju; |
108. |
Ifakkar li kemm il-Parlament kif ukoll il-Kunsill talbu rieżami tal-inċentivi attwali (jiġifieri dawk stabbiliti fir-Regolament dwar il-Prodotti Mediċinali Orfni (38)), minħabba l-użu ħażin u l-prezzijiet finali għoljin tagħhom; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni tanalizza l-mudell tal-inċentivi attwali tar-R&Ż, inkluż il-mudell tal-"esklużivitajiet trasferibbli tas-suq", sabiex tfassal oħrajn ġodda u tiddefinixxi l-perkors regolatorju; |
109. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw, f'kooperazzjoni mar-riċerkaturi u l-industrija, mudelli ta' inċentiv ġodda li jneħħu r-rabta tal-pagament mal-volum ta' preskrizzjoni u li jistimulaw l-investiment matul il-perjodu kollu tal-iżvilupp tal-prodott u tal-produzzjoni; jenfasizza li l-garanzija tal-affordabbiltà u l-aċċess għal antibijotiċi ta' kwalità trid tkun l-għan aħħari tal-inċentivi tar-R&Ż; |
110. |
Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-ispiżjara biex titqajjem kuxjenza dwar l-użu xieraq tal-antimikrobiċi, kif ukoll fil-prevenzjoni tal-AMR; iħeġġeġ lill-Istati Membri jespandu r-responsabbiltajiet tagħhom billi jippermettu l-iddispensar ta' kwantitajiet preċiżi u s-somministrazzjoni ta' ċerti tilqimiet u testijiet dijanjostiċi rapidi fl-ispiżeriji; |
111. |
Jitlob li l-esklużivitajiet trasferibbli tas-suq u l-premjijiet għad-dħul fis-suq jitqiesu fost l-għażliet għal inċentivi sostenibbli; |
112. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu rwol ta' tmexxija fil-livell internazzjonali fil-promozzjoni ta' mudelli tal-aħjar prattika bbażati fuq l-evidenza għal dijanjożi bikrija fil-ġlieda kontra l-AMR; |
It-tiswir tal-aġenda globali
113. |
Jissottolinja li mingħajr azzjoni armonizzata u immedjata fuq skala globali, id-dinja qiegħda timxi lejn era ta' wara l-antibijotiċi li fiha infezzjonijiet komuni għal darb'oħra jistgħu jikkawżaw mewt. |
114. |
Ifakkar li minħabba l-kumplessità tal-problema, id-dimensjoni transfruntiera tagħha, il-konsegwenzi severi għall-ambjent, għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-piż ekonomiku kbir, l-AMR tirrikjedi azzjoni globali u intersettorjali urġenti u kkoordinata; jitlob, għalhekk, impenn ċar min-naħa tal-UE u tal-Istati Membri biex jinbnew sħubijiet Ewropej u internazzjonali u titnieda strateġija globali u trażversali għall-ġlieda kontra l-AMR li tkopri oqsma ta' politika bħalma huma l-kummerċ, l-iżvilupp internazzjonali u l-agrikoltura; |
115. |
Jilqa' l-lista ta' klassifikazzjoni tad-WHO tal-agħar 20 patoġenu reżistenti għall-antibijotiċi (39); jitlob it-tnedija ta' proġetti urġenti ta' R&Ż dwar din il-lista prijoritarja ta' batterji reżistenti għall-antibijotiċi sabiex jiġu żviluppati mediċini biex jiġġildulhom; jenfasizza, madankollu, li r-riċerka dwar mediċini ġodda mhix l-unika azzjoni meħtieġa u li l-użu ħażin u eċċessiv irid jiġi indirizzat kemm fil-bnedmin kif ukoll fl-annimali; |
116. |
Jirrikonoxxi li l-AMR hija kwistjoni transfruntiera u li l-prodotti jidħlu fl-Ewropa minn madwar id-dinja kollha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkollabora ma' partijiet terzi biex jitnaqqas l-użu tal-antibijotiċi fit-trobbija tal-bhejjem u titnaqqas il-kontaminazzjoni ambjentali assoċjata; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, timplimenta programmi ta' riċerka kollaborattiva ma' pajjiżi terzi biex jitnaqqas l-użu eċċessiv tal-antibijotiċi; jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles, tipprojbixxi l-prodotti tal-ikel li joriġinaw minn annimali li ma jkunux imrobbija f'konformità mal-istandards tal-UE, u notevolment b'rabta mal-projbizzjoni fuq l-użu tal-antibijotiċi bħala promoturi tat-tkabbir; |
117. |
Jieħu nota tar-rapport bit-titolu "Tackling drug-resistant infections globally: Final report and recommendations" (40) (Il-ġlieda globali kontra l-infezzjonijiet reżistenti għall-mediċini: Ir-rapport finali u r-rakkomandazzjonijiet), li jikkalkula li l-ispiża biex tittieħed azzjoni globali dwar l-AMR se tkun ta' USD 40 biljun fuq perjodu ta' 10 snin, li hija spiża żgħira meta mqabbla mal-ispiża għal nuqqas ta' azzjoni u hija wkoll frazzjoni żgħira ħafna ta' dak li l-pajjiżi tal-G20 jonfqu fuq il-kura tas-saħħa llum (madwar 0,05 %); jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-possibbiltà li timponi taxxa fuq l-industrija għas-saħħa pubblika fi ħdan il-qafas tar-responsabbiltà soċjali tagħha; |
118. |
Jiddikjara li fi kwalunkwe ftehim kummerċjali fil-futur mar-Renju Unit wara l-Brexit, l-AMR trid tiġi indirizzata u ssir kundizzjoni li teħtieġ lir-Renju Unit isegwi fuq avvanzi ulterjuri fl-azzjoni tal-UE biex tindirizza l-AMR b'tali mod li tipproteġi lill-konsumaturi u lill-ħaddiema kemm fl-UE kif ukoll fir-Renju Unit; |
119. |
Jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni Globali (GAP) tad-WHO dwar l-AMR, li ġie adottat b'mod unanimu f'Mejju 2015 mit-68 Assemblea Dinjija tas-Saħħa; jenfasizza l-ħtieġa li l-pjanijiet ta' azzjoni globali, tal-UE u nazzjonali jkunu allinjati mal-GAP; |
120. |
Jilqa' l-Linji Gwida l-ġodda tad-WHO dwar l-użu tal-antimikrobiċi ta' importanza medika fl-annimali li jipproduċu l-ikel (41); jenfasizza li f'xi pajjiżi, madwar 50-70 % tal-antibijotiċi medikament importanti huma kkonsmati fis-settur tal-annimali, fil-biċċa l-kbira għall-promozzjoni tat-tkabbir f'annimali b'saħħithom; jitlob, fil-qafas tal-approċċ Saħħa Waħda, li dan is-suġġett jiddaħħal fil-politika kummerċjali tal-UE u fin-negozjati ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bħad-WTO u pajjiżi assoċjati jew terzi, filwaqt li titfassal politika globali biex jiġi pprojbit l-użu tal-antibijotiċi għat-tismin ta' annimali b'saħħithom; |
121. |
Jinnota li l-AMR hija ta' tħassib serju f'ħafna mard relatat mal-faqar u mard ittraskurat (PRNDs), inklużi l-HIV/l-AIDS, il-malarja u t-TB u mard marbut mal-epidemiji u l-pandemiji; jenfasizza li madwar 29 % tal-imwiet ikkawżati mill-AMR huma minħabba t-TB reżistenti għall-mediċina; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu b'urġenza l-appoġġ tagħhom għar-riċerka u l-applikazzjoni fir-rigward ta' għodod ta' saħħa sabiex jiġu indirizzati l-PRNDs affettwati mill-AMR; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu sħubijiet, immudellati fuq Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) u s-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (EDCTP), għal proġetti R&Ż internazzjonali dwar is-saħħa, li jinkludu reġjuni ġeografiċi differenti u li jkopru l-iktar suġġetti tas-saħħa rilevanti, bħall-AMR, il-vaċċini, il-kanċer u l-aċċess għall-mediċini; |
122. |
Jissottolinja l-importanza ta' inizjattivi tal-UE bħall-programmi tal-ECDC dwar mard infettiv, inklużi l-AIDS, it-TB u l-malarja; jirrimarka li dawn l-inizjattivi huma eżempji ta' prattiki tajba, li juru r-reattività u l-funzjonament tajjeb tal-UE fid-dawl tal-ħtieġa ta' antibijotiċi ġodda, u li l-ECDC għandu jkollha rwol ewlieni fil-prijoritizzazzjoni tal-ħtiġijiet tar-R&Ż, fil-koordinazzjoni tal-azzjonijiet u fl-involviment tal-atturi kollha, fit-tisħiħ tal-ħidma transsettorjali u fil-bini tal-kapaċità permezz tan-netwerks tar-R&Ż; |
123. |
Jenfasizza l-problema tal-batterji multireżistenti li qed jitfaċċaw li huma reżistenti għal bosta antibijotiċi fl-istess ħin u li jistgħu eventwalment isiru superbatterji, reżistenti għall-antibjotiċi kollha disponibbli, inklużi l-antibijotiċi tal-aħħar linja; jenfasizza l-ħtieġa ta' bażi ta' data dwar dawn il-batterji multireżistenti, li jkopru l-AIDS, it-TB, il-malarja, il-gonorrea, l-Escherichia coli u batterji oħra reżistenti għall-mediċini; |
124. |
Jinnota li l-bhejjem li jitrabbew għall-ikel fl-Istati Uniti jingħataw doża ta' mediċina antibijotika ħames darbiet aktar milli jingħataw l-annimali tar-razzett fir-Renju Unit; jissottolinja, għalhekk, l-importanza tal-kontrolli tal-importazzjonijiet tal-laħam fl-UE; |
125. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi standards u miżuri tal-UE biex tindirizza l-AMR u għall-użu xieraq tal-antibijotiċi fi ftehimiet kummerċjali, u taħdem permezz tad-WTO biex tqajjem il-kwistjoni tal-AMR; jinnota li l-użu tal-antibijotiċi bħala promoturi tat-tkabbir f'annimali li jipproduċu l-ikel ilu pprojbit fl-UE mill-2006, iżda f'pajjiżi barra mill-UE, l-antibijotiċi għadhom jistgħu jintużaw f'għalf għall-annimali bħala promoturi tat-tkabbir; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi klawżola fil-ftehimiet kollha dwar il-kummerċ ħieles li tistipula li l-ikel importat minn pajjiżi terzi ma jridx ikun ġie prodott bl-użu tal-antibijotiċi bħala promoturi tat-tkabbir, bil-ħsieb li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għat-trobbija u l-akkwakultura tal-UE u sabiex tiġi mmitigata l-AMR; jistieden lill-Kummissjoni tipprojbixxi l-importazzjoni ta' ikel minn pajjiżi terzi jekk dawn il-prodotti jkunu ġejjin minn annimali ttrattati b'antibijotiċi jew gruppi ta' antibijotiċi li huma riżervati għat-trattament ta' ċerti infezzjonijiet fil-bniedem fl-UE; |
126. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-miżuri għall-ġlieda kontra l-prattiki illegali relatati mal-produzzjoni, il-kummerċ, l-użu u r-rimi tal-antimikrobiċi; jenfasizza li l-atturi involuti fil-katina taċ-ċiklu tal-ħajja tal-antimikrobiċi jridu jassumu responsabbiltà għall-azzjonijiet tagħhom; |
127. |
Jinnota l-impatt tal-universalità u l-affordabbiltà ta' aċċess wiesa' għall-antibijotiċi eżistenti; jemmen li trattament immirat, bl-użu ta' antibijotiċi speċifiċi, għandu jkun disponibbli għal kulħadd sabiex jimpedixxi l-użu ħażin ta' antibijotiċi mhux adatti u l-użu eċċessiv ta' antibijotiċi b'firxa wiesgħa; Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri aktar b'saħħithom kontra l-bejgħ ta' kunsinni kbar ta' antimikrobiċi bi prezzijiet aktar baxxi mill-valur tagħhom, b'mod partikolari antibijotiċi kritiċi għall-bniedem; |
128. |
Jitlob li jitwettqu verifiki komprensivi fuq il-produtturi tal-antibijotiċi sabiex il-perjodi ta' rtirar jiġu adattati għar-realtà, sabiex jiġi żgurat li l-ebda antibijotiku ma jkun preżenti fil-prodotti tal-ikel; |
129. |
Jistieden lill-Kummissjoni taħdem biex ikun hemm attenzjoni u impenn kontinwi ta' livell għoli lejn l-azzjoni dwar l-AMR, inkluż fil-forums tan-NU, il-G7 u l-G20; jenfasizza l-opportunità li għandhom il-korpi xjentifiċi tal-UE, bħall-ECDC, biex jieħdu rwoli ta' sorveljanza fil-livell internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-kollaborazzjoni bejn l-UE u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, fosthom id-WHO, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) tan-NU u l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE); jilqa' d-Dikjarazzjoni ta' Davos dwar il-Ġlieda kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi maħruġa mill-Forum Ekonomiku Dinji f'Davos f'Jannar 2016, li fiha l-industriji tal-farmaċewtika, tal-bijoteknoloġija u tad-dijanjostika jappellaw għal azzjoni kollettiva biex joħolqu suq sostenibbli u prevedibbli għall-antibijotiċi, it-tilqim u d-dijanjostiċi li jtejbu l-konservazzjoni tat-trattamenti ġodda u eżistenti; |
130. |
Jitlob li jiġi promoss u msaħħaħ u ssir tranżizzjoni għal mod ta' produzzjoni bbażat fuq l-agroekoloġija; |
o
o o
131. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa kif ukoll lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali. |
(1) Il-Federazzjoni tal-Veterinarji tal-Ewropa, "L-użu tal-antimikrobiċi fl-annimali li jipproduċu l-ikel: Tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-EFSA/EMA dwar l-użu tal-antimikrobiċi f'annimali li jipproduċu l-ikel fl-UE u miżuri possibbli għat-tnaqqis tal-użu tal-antimikrobiċi", 2016.
(2) ĠU C 353, 27.9.2016, p. 12.
(3) ĠU C 434, 23.12.2015, p. 49.
(4) ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1.
(5) ĠU C 366, 27.10.2017, p. 149.
(6) https://ec.europa.eu/info/consultations/public-consultation-pharmaceuticals-environment_mt#add-info
(7) Testi adottati, P8_TA(2017)0061.
(8) http://www.efsa.europa.eu/en/press/news/180227
(9) https://ecdc.europa.eu/sites/portal/files/media/en/publications/Publications/healthcare-associated-infections-antimicrobial-use-PPS.pdf
(10) EFSA, ECDC, "The European Union summary report on antimicrobial resistance in zoonotic and indicator bacteria from humans, animals and food in 2014" (Rapport sommarju tal-Unjoni Ewropea dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi f'batterji żoonotiċi u f'batterji indikaturi mill-bnedmin, mill-annimali u mill-ikel fl-2014), 2016.
(11) Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, "Global guidelines on the prevention of surgical site infection" (Linji gwida globali dwar il-prevenzjoni ta' infezzjoni fis-sit kirurġiku), 2016. Disponibbli f'dan l-indirizz: http://www.who.int/gpsc/ssi-guidelines/en/
(12) Celsus Academie voor Betaalbare Zorg, "Cost-effectiveness of policies to limit antimicrobial resistance in Dutch healthcare organisations" (il-Kosteffikaċja tal-politiki biex inaqqsu r-reżistenza għall-antimikrobiċi fl-organizzazzjonijiet tal-kura tas-saħħa Netherlandiżi), Jannar 2016. Disponibbli hawn: https://goo.gl/wAeN3L
(13) http://ec.europa.eu/health/ph_risk/committees/04_scenihr/docs/scenihr_o_021.pdf
(14) Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, "Global guidelines on the prevention of surgical site infection" (Linji gwida globali dwar il-prevenzjoni ta' infezzjoni fis-sit kirurġiku), 2016. Disponibbli f'dan l-indirizz: http://www.who.int/gpsc/ssi-guidelines/en/
(15) https://amr-review.org/sites/default/files/160525_Final%20paper_with%20cover.pdf
(16) http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.2903/j.efsa.2018.5182/epdf
(17) http://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2016/06/17/epsco-conclusions-antimicrobial-resistance/
(18) http://www.ema.europa.eu/ema/index.jsp?curl=pages/news_and_events/news/2017/10/news_detail_002827.jsp&mid=WC0b01ac058004d5c1
(19) http://ec.europa.eu/food/audits-analysis/audit_reports/index.cfm
(20) L-Artikolu 8(c) tad-Direttiva 2013/39/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 li temenda d-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika dwar l-ilma (ĠU L 226, 24.8.2013, p. 1).
(21) Skont il-formulazzjoni fin-Netherlands mill-Ministru għall-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, l-Istitut Nazzjonali għas-Saħħa Pubblika u l-Ambjent (RIVM), l-industrija tal-ilma u l-bordijiet responsabbli mill-ilma.
(22) L-Artikolu 78 tar-regolament li jmiss dwar il-prodotti mediċinali veterinarji.
(23) Kummissjoni Ewropea, "A European One Health Action Plan against Anitmicrobial Resistance (AMR)" (Pjan ta' Azzjoni Ewropew Saħħa Waħda kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (RAM)), Ġunju 2017, p. 10.
(24) Ibid., p. 12.
(25) Ibid., p. 15.
(26) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17);
(27) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549), li japplika r-regoli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta' annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23); Id-Direttiva tal-Kunsill 91/630/KEE tad-19 ta' Novembru 1991 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (ĠU L 340, 11.12.1991, p. 33); Id-Direttiva tal-Kunsill 91/629/KEE tad-19 ta' Novembru 1991 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela (ĠU L 340, 11.12.1991, p. 28).
(28) https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/animals/docs/aw_other_aspects_labelling_ip-09-1610_en.pdf
(29) Mevius, D. et al., "ESBL-Attribution-Analysis (ESBLAT). Searching for the sources of antimicrobial resistance in humans" (ESBL-Attribution-Analysis (ESBLAT). Tfittxija għas-sorsi tar-reżistenza għall-antimikrobiċi fil-bnedmin), 2018. Disponibbli f'dan l-indirizz: http://www.1health4food.nl/esblat
(30) Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: https://ecdc.europa.eu/sites/portal/files/media/en/publications/Publications/antimicrobial-resistance-zoonotic-bacteria-humans-animals-food-EU-summary-report-2014.pdf
(31) http://www.thelancet.com/pdfs/journals/lanplh/PIIS2542-5196(17)30141-9.pdf
(32) Mevius, D. et al., "ESBL-Attribution-Analysis (ESBLAT). Searching for the sources of antimicrobial resistance in humans" (ESBL-Attribution-Analysis (ESBLAT). Tfittxija għas-sorsi tar-reżistenza għall-antimikrobiċi fil-bnedmin), 2018. Disponibbli f'dan l-indirizz: http://www.1health4food.nl/esblat
(33) http://www.imi.europa.eu/content/nd4bb
(34) http://www.jpiamr.eu
(35) Pamer, E. G., "Resurrecting the intestinal microbiota to combat antibiotic-resistant pathogens", Science, Vol. 352(6285), 2016, pp. 535-538.
(36) http://www.wipo.int/publications/en/details.jsp?id=4197
(37) Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1).
(38) Ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1).
(39) http://www.who.int/mediacentre/news/releases/2017/bacteria-antibiotics-needed/en/
(40) https://amr-review.org/sites/default/files/160518_Final%20paper_with%20cover.pdf
(41) http://www.who.int/foodsafety/areas_work/antimicrobial-resistance/cia_guidelines/en/
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/173 |
P8_TA(2018)0355
Ewropa f'Moviment: aġenda għall-futur tal-mobilità fl-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2018 dwar Ewropa f'Moviment: aġenda għall-futur tal-mobilità fl-UE (2017/2257(INI))
(2019/C 433/22)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd"(COM(2017)0283), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi, ratifikat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-4 ta' Ottubru 2016 (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (2), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2017 dwar mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd (3), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-5 ta' Lulju 2017 dwar l-implikazzjonijiet tad-diġitalizzazzjoni u r-robotizzazzjoni tat-trasport għat-tfassil tal-politika tal-UE (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' April 2009 dwar il-Pjan ta' Azzjoni tas-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (5), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar CARS 2020: lejn industrija tal-karozzi Ewropea b'saħħitha, kompetittiva u sostenibbli (6), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-ħolqien ta' sistema multimodali integrata għall-ħruġ ta' biljetti fl-Ewropa (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-White Paper dwar it-Trasport tal-2011: it-teħid tal-kont u t-triq 'il quddiem lejn mobbiltà sostenibbli (8), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Valletta dwar is-Sikurezza fit-Toroq tad-29 ta' Marzu 2017, |
— |
wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni bit-titolu "Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti"(COM(2011)0144), |
— |
wara li kkunsidra l-istudju tiegħu tal-2016 bit-titolu "Self-piloted cars: the future of road transport?"("Karozzi awtogwidati: il-ġejjieni tat-trasport bit-triq?"), |
— |
wara li kkunsidra l-istudju tiegħu tal-2017 bit-titolu "Infrastructure funding challenges in the sharing economy"("L-isfidi tal-finanzjament tal-infrastruttura fl-ekonomija ta' kondiviżjoni"), |
— |
wara li kkunsidra l-istudju tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-2017 bit-titolu "Impact of digitalisation and the on-demand economy on labour markets and the consequences for employment and industrial relations"("L-impatt tad-diġitalizzazzjoni u l-ekonomija on demand fuq is-swieq tax-xogħol u l-konsegwenzi għall-impjieg u r-relazzjonijiet industrijali"), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0241/2018), |
A. |
billi qed isiru bidliet strutturali fis-settur tat-trasport, u l-futur tat-trasport fl-UE jinsab fl-intersezzjoni tal-prijoritajiet ġenerali tal-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, il-Programm għal l-Arja Nadifa għall-Ewropa u l-linji gwida tal-UE dwar is-sikurezza tat-toroq 2011-2020; |
B. |
billi d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport u l-użu ta' teknoloġiji b'emissjonijiet baxxi joffru opportunitajiet għall-ġejjieni tal-mobilità u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli; |
C. |
billi l-ekonomija kollaborattiva u ta' kondiviżjoni qed tittrasforma l-industrija tat-trasport mad-dinja kollha; billi l-valur tat-tranżazzjonijiet tal-ekonomija kollaborattiva fis-settur tat-trasport fl-Ewropa fl-2015 ġie stmat għal EUR 5,1 biljun, żieda ta' 77 % meta mqabbel mas-sena preċedenti, filwaqt li l-interazzjonijiet tal-ekonomija ta' kondiviżjoni mhux monetarja jaqbżu sew dan ix-xenarju, fatt li jenfasizza l-importanza ta' dan il-fenomenu; |
D. |
billi huwa stmat li t-trasport tal-passiġġieri se jikber b'madwar 42 % bejn l-2010 u l-2050 u billi t-trasport tal-merkanzija se jikber b'60 % matul l-istess perjodu; |
E. |
billi l-White Paper dwar it-Trasport tal-2011 appellat li 30 % tat-trasport tal-merkanzija li jsir fil-kurituri ewlenin jiġi trasferit mit-toroq għal modi tat-trasport aktar sostenibbli bħalma hi l-ferrovija sal-2030, u li 50 % jiġi trasferit sal-2050, filwaqt li rrikjediet li tiġi żviluppata infrastruttura ekoloġika xierqa; |
F. |
billi l-applikazzjoni, fil-modi kollha tat-trasport, tal-prinċipju ta' min juża u jniġġes iħallas, inklużi fit-trasport bit-triq, dak ferrovjarju, dak marittimu u l-avjazzjoni, se tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' kondizzjonijiet ekwi bejn il-modi kollha tat-trasport; |
G. |
billi servizzi ta' mobilità ġodda għandhom l-għan li jtejbu b'mod sinifikanti t-trasport urban u għandhom il-potenzjal li jagħmlu dan billi jnaqqsu l-konġestjoni u l-emissjonijiet u jipprovdu alternattiva għas-sjieda ta' karozza privata, peress li l-karozza privata għadha l-mezz prinċipali tat-trasport f'dawk li huma vjaġġi magħmula; billi tali servizzi jistgħu jippermettu tranżizzjoni lejn trasport multimodali u kondiviż, li b'hekk huwa wkoll aktar sostenibbli, u jistgħu jikkomplementaw forom pubbliċi u attivi ta' trasport; |
H. |
billi s-settur tat-trasport jaqdi rwol ewlieni fil-funzjonament tal-ekonomija tal-UE, fejn jikkostitwixxi madwar 4 % tal-PDG tal-UE u aktar minn 5 % tal-impjiegi kollha tal-UE (9); billi n-nisa jiffurmaw biss 22 % tal-forza tax-xogħol tas-settur u terz tal-ħaddiema kollha tas-settur għandhom 'il fuq minn 50 sena; |
I. |
billi l-vetturi konnessi u awtonomi huma mistennija jagħmlu t-trasport bit-triq tal-futur aktar effiċjenti, sikur u sigur, peress li l-iżball uman huwa l-kawża ewlenija tal-inċidenti kollha tat-traffiku fit-toroq tal-Ewropa; |
J. |
billi sar progress kbir f'dawn l-aħħar deċennji, fatt li għamel lill-UE l-iktar reġjun sikur f'dak li hu trasport bit-triq; billi l-għadd kbir ta' vittmi ta' inċidenti, fejn naraw li s-sena l-oħra fir-toroq Ewropej mietu 25 500 ruħ u sfaw midruba serjament 135 000 ruħ, għadu qed jikkawża sofferenza umana kbira u kosti ekonomiċi inaċċettabbli, li huma stmati li jammontaw għal EUR 100 biljun fis-sena, u billi l-miri tal-2020, li l-għadd ta' vittmi tal-inċidenti tat-traffiku jitnaqqas bin-nofs meta mqabbel mal-2010, mhumiex qed jintlaħqu u l-proporzjon ta' korrimenti serji u ta' mwiet ta' utenti tat-toroq vulnerabbli bħalma huma dawk li jkunu mexjin fit-toroq, iċ-ċiklisti jew is-sewwieqa ta' vetturi bil-mutur aktar żgħir b'żewġ roti qed jiżdied f'daqqa. |
K. |
billi t-trasport huwa l-kawża prinċipali tat-tniġġis tal-arja fiż-żoni urbani u huwa responsabbli għal iktar minn 25 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-UE, li aktar minn 70 % minnhom huma ġejjin mit-trasport bit-triq, sehem li qed ikompli jiżdied; |
L. |
billi riċerka u stimi ta' dan l-aħħar jiżvelaw rabta aktar qawwija bejn l-esponiment għat-tniġġis tal-arja u riskji ogħla għas-saħħa pubblika, inklużi l-mard kardjovaskulari bħalma huma l-puplesija u l-mard tal-qalb iskemiku, u l-kanċer, u billi l-materja partikolata tal-UE hija stmata li tikkawża 399 000 mewta qabel il-waqt kull sena, fejn iċ-ċifri korrispondenti huma 75 000 għall-ossidi tan-nitroġenu u 13 600 għall-ożonu: billi n-nies li jgħixu f'ambjenti urbani huma partikolarment esposti għal dan il-periklu; |
M. |
billi bħalissa fid-dinja kollha qed isiru sforzi mill-akbar biex is-settur tat-trasport isir aktar inklużiv, sikur u ġust, inkluża l-introduzzjoni ta' miri ambizzjużi u standards vinkolanti, u billi l-UE m'għandhiex titlef l-opportunità tagħha li tkun ta' quddiem nett f'dawn l-innovazzjonijiet soċjali; |
L-impatt tat-tranżizzjoni tat-trasport fuq il-ħiliet u l-metodi ta' ħidma
1. |
Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd", li tirrikonoxxi li s-settur tal-mobilità għaddej minn bidliet profondi u jenfasizza li r-rivoluzzjoni diġitali tal-mobilità għandha twassal għal settur tat-trasport bit-triq aktar sikur, aktar innovattiv, akar integrat, sostenibbli, aktar ġust, aktar kompetittiv u aktar nadif, interkonnes ma' modi tat-trasport oħra aktar sostenibbli; jilqa' l-approċċ strateġiku tal-komunikazzjoni biex jinkiseb qafas regolatorju koerenti għall-qasam tat-trasport bit-triq li kulma jmur qed isir dejjem aktar kumpless; |
2. |
Jirrimarka li s-settur tal-mobilità tal-UE jeħtieġ li jieħu vantaġġ mill-opportunitajiet li nħolqu mit-teknoloġiji diġitali; jemmen li għandhom jiġu żviluppati mudelli ġodda ta' negozju li jagħtu lok għal servizzi ta' mobilità kondiviżi innovattivi, inklużi pjattaformi online ġodda għal operazzjonijiet tal-merkanzija, car-pooling, servizzi ta' użu kondiviż ta' karozzi (car-sharing) u roti, jew applikazzjonijiet tal-ismartphones li joffru l-analitika f'ħin reali u data dwar il-kundizzjonijiet tat-traffiku; |
3. |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproponu u japplikaw miżuri ta' C-ITS (sistema ta' trasport intelliġenti kooperattiva) b'koerenza mal-għanijiet u l-inizjattivi kif iddikjarati fil-White Paper tal-2011 dwar it-Trasport kif ukoll il-Ftehim ta' Pariġi ta' Diċembru 2015 dwar it-tibdil fil-klima; |
4. |
Jirrileva l-fatt li s-settur tal-karozzi tal-UE jipprovdi impjiegi għal 8 miljun ruħ u jikkostitwixxi 4 % tal-valur miżjud gross tal-UE, li jġib bilanċ kummerċjali favorevoli ta' EUR 120 biljun. |
5. |
Jissottolinja li l-bidliet fl-industrija tal-karozzi marbuta mad-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni jew karozzi aktar nodfa se jirrikjedu kompetenza esperta ġdida u modi ta' ħidma ġodda; jisħaq li dawn il-bidliet għandhom jirriżultaw f'opportunitajiet ġodda biex is-settur tat-trasport isir aktar attraenti u jtemm l-iskarsezza ta' ħaddiema fis-settur; jenfasizza li l-produzzjoni ta' vetturi aktar nodfa, konnessi aħjar u aktar awtomatizzati se jkollha impatt fuq il-manifattura, l-iżvilupp, il-manutenzjoni, u s-servizz ta' manutenzjoni u se tirrikjedi ħiliet ġodda, bħalma huma l-assemblaġġ ta' muturi elettriċi jew il-manifattura ta' batteriji tat-tieni ġenerazzjoni, ċelloli tal-fjuwil, tagħmir tal-informatika jew apparat ta' detezzjoni; jenfasizza li diġà, illum il-ġurnata, l-industrija qed tiffaċċa sfidi tremendi biex tirrekluta persunal bil-ħiliet xierqa u li filwaqt li t-tkabbir fl-impjiegi tal-inġinerija mistenni jkompli, il-ħiliet fil-qasam tas-software huma rekwiżit ġdid li l-kumpaniji qed ikollhom ifittxu; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu t-taħriġ fuq il-post tax-xogħol u l-iżvilupp tal-ħiliet għall-ħaddiema tat-trasport tal-UE skont dawn l-isfidi ġodda; |
6. |
Jenfasizza li l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa għandhom ikunu prijorità fuq l-aġenda għall-ġejjieni tas-settur tat-trasport; jenfasizza li s-settur tat-trasport huwa ddominat mill-irġiel, li jiffurmaw tliet kwarti tal-forza tax-xogħol totali, u l-bilanċ bejn is-sessi għandu jiġi mħeġġġ; jilqa' l-varar tal-"Women in Transport - EU Platform for Change"(In-Nisa fit-Trasport - Pjattaforma tal-UE għall-Bidla"), li hija maħsuba biex tinkoraġġixxi l-impjieg tan-nisa u l-opportunitajiet indaqs fis-settur tat-trasport; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien fuq dik il-pjattaforma ħalli l-ħolqien tal-impjiegi għan-nisa u d-diġitalizzazzjoni tas-settur imorru id f'id; |
7. |
Jirrimarka li r-rivoluzzjoni diġitali se ssawwar mill-ġdid il-katina tal-valur tal-industrija tal-karozzi, il-prijoritajiet tar-riċerka u tal-investiment u l-opportunitajiet teknoloġiċi, li jridu jkunu trasparenti, koerenti u b'konformità mal-istandards ġuridiċi, b'implikazzjonijiet għall-pożizzjoni kompetittiva globali tagħha; |
8. |
Ifakkar li s-sewqan awtomatizzat jista' jkollu impatt sinifikanti fuq il-forza tax-xogħol tas-settur tat-trasport u se jirrikjedi kwalifiki ġodda fil-każ tal-professjonijiet affettwati; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa b'antiċipazzjoni ta' din it-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol, li għandhom ikunu akkumpanjati minn djalogu soċjali aktar b'saħħtu; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija tal-UE li tiġbor fiha l-opportunitajiet ġodda ta' impjieg li se jinħolqu mid-diġitalizzazzjoni tas-settur tat-trasport u tqis l-aħjar prattiki tal-Istati Membri, bil-għan li trawwem il-ħolqien tal-impjiegi fis-settur tat-trasport, inklużi b'mod prijoritarju arranġamenti tranżizzjonali ġusti għall-impjegati li l-impjiegi tagħhom ma jibqgħux jeżistu hekk kif is-settur tat-trasport isir diġitalizzat; |
9. |
Jenfasizza li s-sewqan awtomatizzat, fl-aħħar mill-aħħar, se jqajjem mistoqsijiet dwar l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar il-ħin tas-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja kontinwament biex tara tkunx meħtieġa azzjoni leġiżlattiva; |
10. |
Jiġbed l-attenzjoni lejn l-impatt pożittiv tad-diġitalizzazzjoni fit-trasport peress li se tgħin biex tinqata' l-burokrazija u tissemplifika l-proċeduri kemm għall-awtoritajiet u kemm għall-kumpaniji, u se tagħmilha eħfef biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ u mar-regoli tal-kabotaġġ bl-introduzzjoni tat-takografi diġitali, u b'hekk ittejjeb il-kondizzjonijiet għas-sewwieqa professjonali u tgħin biex jinħolqu kondizzjonijiet ekwi għall-operaturi kollha tat-trasport; |
11. |
Jilqa' l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa tal-Kummissjoni u inizjattivi bħall-Pjan ta' Azzjoni għal Kooperazzjoni Settorjali dwar il-Ħiliet, u l-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali, li jippromwovu l-kooperazzjoni bejn it-trade unions, l-istituzzjonijiet tat-taħriġ u l-atturi tas-settur privat sabiex jantiċipaw, jidentifikaw u jindirizzaw in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet; |
12. |
Jilqa' l-fatt li s-settur tal-karozzi huwa wieħed mis-sitt setturi pilota bi pjan ta' azzjoni li għalihom sar disponibbli finanzjament permezz tal-azzjoni tal-Alleanza tal-Ħiliet Settorjali fi ħdan il-programm Erasmus+; |
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-proġetti varati dwar il-ħiliet fis-settur tal-karozzi, inkluż il-proġett ta' riċerka SKILLFUL fuq tliet snin u r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti mill-grupp ta' livell għoli GEAR 2030; jemmen li, abbażi tal-eżitu tal-proġett SKILLFUL, se jkun possibbli li tiġi vvalutata l-adegwatezza tar-rekwiżiti ta' taħriġ u ta' kwalifiki li hemm fis-seħħ għas-sewwieqa tat-trasport bit-triq, b'mod partikolari fid-dawl tal-professjonijiet/ħiliet ġodda; |
14. |
Jistieden lill-Istati Membri, sabiex iktar milli jirreaġixxu għal sfidi speċifiċi, ikunu proattivi fir-reazzjoni tagħhom għad-diġitalizzazzjoni u jieħdu deċiżjonijiet komprensivi u strateġiċi abbażi tan-newtralità teknoloġika, immirati biex jimmassimizzaw il-benefiċċji potenzjali, u biex jaħdmu sabiex jilħqu qbil dwar approċċ tal-UE dwar kwistjonijiet ewlenin; |
15. |
Jirrileva r-rwol fundamentali li jistgħu jaqdu l-utenti u l-konsumaturi fit-trawwim tat-tranżizzjoni tat-trasport u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu t-trasparenza u d-disponibilità pubblika tad-data rilevanti sabiex jagħtu spinta lis-sensibilizzazzjoni pubblika u jippermettu lill-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati tajjeb; |
It-tranżizzjoni permezz tal-progress fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni
16. |
Jenfasizza li l-Ewropa hija fuq quddiem nett fid-dinja kemm fil-manifattura kif ukoll fl-operazzjonijiet tat-trasport u jisħaq fuq l-importanza kruċjali li s-settur tat-trasport Ewropew ikompli jiżviluppa, jinvesti, ikun innovattiv u jġedded lilu nnifsu b'mod sostenibbli, sabiex iżomm il-pożizzjoni tiegħu fuq quddiem nett kemm fil-qasam teknoloġiku kif ukoll fil-kompetittività; |
17. |
Ifakkar fl-objettiv ewlieni li tiġi stabbilita żona unika Ewropea tat-trasport mingħajr ostakli li fiha, b'komodalità effiċjenti, kull mod tat-trasport ikollu postu u jkun hemm żieda fl-interazzjoni modali, u għalhekk jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu ambjent adattat ibbażat fuq l-inċentivi sabiex jagħmlu l-modi tat-trasport iktar effiċjenti u jeħilsu mill-ostakli eżistenti bħalma hija l-burokrazija bla bżonn; |
18. |
Ifakkar li se jkunu meħtieġa teknoloġiji tat-trasport u soluzzjonijiet tal-mobilità sostenibbli u innovattivi sabiex tissaħħaħ is-sikurezza fit-toroq, jiġu limitati t-tibdil fil-klima u l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju, it-tniġġis tal-arja u l-konġestjoni, u li hemm bżonn ta' qafas regolatorju Ewropew li jistimola l-innovazzjoni; jappella, f'dan il-kuntest, għal aktar finanzjament għar-riċerka u l-iżvilupp transettorjali interkonnessi dwar il-karozzi konnessi u mingħajr sewwieq, l-elettrifikazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja u tat-toroq, il-karburanti alternattivi, id-disinn u l-manifattura ta' vetturi, il-ġestjoni tan-netwerks u tat-traffiku, kif ukoll is-servizzi u l-infrastruttura tal-mobilità intelliġenti, mingħajr ma jiġu ttraskurati s-sistemi li diġà jeżistu f'setturi oħra; jinnota li dawn l-innovazzjonijiet ewlenin se joħolqu l-ħtieġa li jiġu applikati ħafna suriet ta' kompetenza esperta industrijali jekk għandhom jiġu żviluppati b'mod effettiv; jirrimarka, f'dak il-kuntest, li l-vetturi kooperattivi, awtomatizzati u konnessi jistgħu jagħmlu l-industrija Ewropea aktar kompetittiva u jnaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tat-trasport kif ukoll jikkontribwixxu biex jonqsu l-imwiet ikkawżati mill-inċidenti tat-traffiku; jenfasizza, għalhekk, li r-rekwiżiti tal-infrastruttura għandhom jiġu determinati bil-ħsieb li jiġi żgurat li dawk is-sistemi jkunu jistgħu jiffunzjonaw b'mod sikur; |
19. |
Jirrimarka li, sabiex tibqa' aġġornata mal-iżviluppi teknoloġiċi u tipprovdi liċ-ċittadini Ewropej l-aħjar soluzzjonijiet possibbli ta' trasport u ta' mobilità u fl-istess ħin tiżgura li l-intrapriżi Ewropej ikunu jistgħu jsostnu u jespandu s-saħħa kompetittiva tagħhom, l-Ewropa għandha bżonn ta' qafas aħjar għal azzjoni konġunta dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni tat-trasport; jemmen li l-għanijiet ambizzjużi għas-sistema futura tat-trasport tagħna jistgħu jintlaħqu biss jekk ideat u kunċetti ġodda jkunu jistgħu jiġu żviluppati, ittestjati u implimentati b'interazzjoni mill-qrib mal-aġendi ta' politika u mal-aġendi regolatorji; |
20. |
Jappella għall-għoti ta' aktar appoġġ finanzjarju trasparenti għar-riċerka, l-innovazzjoni u t-taħriġ, kif ġara fi ħdan il-qafas tal-Istrateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti, li fih il-kofinanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali pprovda appoġġ f'oqsma bħalma huma s-sistemi tal-motopropulsjoni jew tat-trasport intelliġenti; |
21. |
Ifakkar li l-finanzjament Ewropew matul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss għall-2021-2027 se jkun vitali għat-tlestija tal-infrastrutturi transfruntiera u għat-tneħħija tar-restrinġimenti tat-traffiku matul il-kurituri ewlenin tan-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T), u josserva li l-finanzjament għall-infrastruttura jinkoraġġixxi l-investiment privat u pubbliku f'servizzi u teknoloġiji tat-trasport ta' kwalità għolja u sostenibbli; għalhekk jitlob li jsir disponibbli finanzjament taħt il-QFP li jmiss sabiex jitrawmu l-iżvilupp u l-applikazzjoni rapidi ta' sistemi, servizzi u soluzzjonijiet diġitali tat-trasport fil-ġejjieni; |
22. |
Jissottolinja li l-ostakli finanzjarji għandhom jitnaqqsu u l-aċċess għall-finanzjament għandu jiġi semplifikat, peress li l-burokrazija u l-kosti amministrattivi jkollhom impatt negattiv proporzjonalment ikbar fuq l-SMEs minħabba li m'għandhomx biżżejjed ħiliet u kapaċità; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja jekk is-sejħiet pubbliċi għall-offerti min-naħa tal-Istati Membri għal infrastruttura tat-trasport intelliġenti jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess imtejjeb għall-SMEs kif spjegat fid-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku; |
23. |
Jirrimarka li l-Ewropa jeħtiġilha ttejjeb l-ekosistema tal-innovazzjoni ibda mit-teknoloġija bażika sar-riċerka dwar servizzi u mudelli ta' negozju ġodda li jwasslu għall-innovazzjoni soċjali (ladarba joħorġu fis-suq kullimkien); jenfasizza li l-appoġġ pubbliku għall-ekosistema tal-innovazzjoni għandu jiffoka fuq il-fallimenti tas-suq fir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll fuq politiki li jirrispettaw l-innovazzjoni, filwaqt li jippermetti lis-standardizzazzjoni u r-regolamentazzjoni u l-istrumenti finanzjarji Ewropej jagħtu spinta lill-investiment tas-settur privat fl-innovazzjoni; |
24. |
Jinnota li r-riċerka fil-livell tal-UE, b'mod partikolari permezz ta' Orizzont 2020, se tkun fundamentali biex jinkisbu r-riżultati, kif jidher mis-sħubijiet pubbliċi-privati bħalma huma l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu u l-Inizjattiva Ewropea għall-Vetturi Ekoloġiċi u jappella għal sħubija pubblika-privata speċifika għas-sewqan konness u awtomatizzat; jappoġġa l-ħidma tal-Kummissjoni għall-ħolqien tal-Alleanza Ewropea tal-Batteriji u jitlob għal aktar appoġġ finanzjarju għall-iżvilupp ta' batteriji sostenibbli u għall-produzzjoni u r-riċiklaġġ taċ-ċelloli tal-batteriji fl-UE għall-vetturi futuri b'emissjonijiet baxxi jew mingħajr emissjonijiet u għal approċċ globali ta' kummerċ ġust fl-importazzjoni ta' materjali bħalma huma l-litju u l-kobalt, peress li l-avvanz ta' dawn it-teknoloġiji se jaqdu rwol ewlieni fil-ġejjieni tal-mobilità nadifa u sostenibbli; |
25. |
Jenfasizza kemm hu importanti li jinħolqu strateġiji konsistenti ta' żvilupp ekonomiku u industrijali, li fihom, għanijiet bħalma huma t-tisħiħ ulterjuri tal-produzzjoni u l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi jkunu pareġġati bl-użu tar-riżorsi biex dawn l-għanijiet jintlaħqu, f'dawk li huma infrastruttura u komponenti relatati mal-użu bħalma huma l-batteriji, aspett li fuqu wkoll għandhom jiffokaw l-attenzjoni tagħhom il-Kummissjoni u l-Istati Membri bil-ħsieb li jabbozzaw strateġija tal-UE għall-produzzjoni tal-batteriji; jissottolinja kemm hu importanti li l-manifatturi u l-kummerċjalizzazzjoni jiġu inċentivizzati sabiex jitnaqqsu l-kosti; |
26. |
Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ħolqot ukoll rabta mal-ekonomija ċirkolari b'enfasi partikolari fuq il-materja skarsa u l-batteriji; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tkompli tivvaluta aktar l-impronta ambjentali tal-manifattura u r-riċiklaġġ tal-batteriji biex ikollha stampa sħiħa tal-impatti ambjentali tal-vetturi elettriċi li jaħdmu bil-batteriji ħalli tiffaċilita l-paragun tas-sostenibilità taċ-ċiklu tal-ħajja ta' sistemi differenti ta' sewqan; |
27. |
Jenfasizza l-benefiċċji potenzjali tal-applikazzjonijiet tat-tieni użu għall-batteriji tal-vetturi, pereżempju f'soluzzjonijiet tal-grilja intelliġenti u tal-ħażna domestika intelliġenti, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw proġetti pilota u ta' riċerka f'dan il-qasam permezz ta' skemi ta' finanzjament; |
28. |
Jappoġġa ż-żieda fl-użu tat-teknoloġiji diġitali fl-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas", bħalma huma t-telepedaġġ u l-ħruġ ta' biljetti elettroniċi bbażati fuq il-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi; jilqa' l-linji gwida tal-Kummissjoni għall-ibliet dwar ir-Regolamenti dwar l-Aċċess Urban għall-Vetturi (UVARs); jenfasizza, madankollu, li jeħtieġ isir aktar fil-livell Ewropew biex tiġi evitata l-frammentazzjoni taż-Żona Unika tat-Trasport; jiġbed l-attenzjoni, f'dan il-kuntest, lejn l-importanza tal-finanzjament għall-proġetti ta' infrastruttura tat-trasport u tal-investiment sinifikanti fil-fjuwils b'livell baxx ta' karbonju l-aktar responsabbli mil-lat ambjentali sabiex tiġi promossa t-trasformazzjoni tas-sistema tat-trasport u tiġi żgurata l-integrazzjoni tal-assi tat-enerġija u tat-trasport bħala mezz biex tiġi aċċelerata t-tranżizzjoni għal taħlita ta' fjuwil aktar sostenibbli; jemmen, fir-rigward ta' finanzjament tal-UE għat-trasport, li l-idoneità bl-iskop li jinkisbu l-miri dwar il-klima għandha tkun waħda mill-kriterji ta' eliġibilità għall-proġetti; |
29. |
Itenni l-impenji tal-UE fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima skont il-Ftehim ta' Pariġi, l-Aġenda 2030 tan-NU u l-Qafas dwar il-Klima u l-Enerġija għall-2030; jilqa' l-miżuri diġà adottati bħaċ-ċiklu tat-test tal-Proċedura ta' Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP) kif ukoll il-pakketti dwar l-Emissjonijiet f'Sewqan Reali (RDE), li għandhom l-għan li jnaqqsu d-distakk bejn il-miri ddikjarati tad-dekarbonizzazzjoni u l-emissjonijiet fit-triq reali; jitlob lill-Kummissjoni timmonitorja l-effikaċja ta' dawn il-miżuri u, jekk meħtieġ, tissuġġerixxi aktar titjib; iqis id-WLTP bħala pass fid-direzzjoni t-tajba rigward il-kejl tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri; |
30. |
Jinnota li l-forniment ta' informazzjoni għall-konsumaturi dwar il-vetturi tal-passiġġieri huwa imperattiv biex titħaffef id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, u jitlob, għalhekk, għal informazzjoni mtejba, affidabbli u aktar aċċessibbli dwar l-emissjonijiet u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi, inkluż it-tikkettar standardizzat, viżibbli u ċar tal-vetturi, ħalli l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u sabiex jiġu promossi bidliet fl-imġiba tan-negozji u tal-individwi privati, u mobilità aktar nadifa; jenfasizza li informazzjoni aktar preċiża ser tiffaċilita u tippermetti wkoll lill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, tar-reġjuni u tal-ibliet jagħmlu użu minn akkwist pubbliku "ekoloġiku"; jilqa' r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/948 (10), filwaqt li jistieden ukoll lill-Kummissjoni tikkunsidra li tirrevedi d-Direttiva dwar it-Tikkettar tal-Karozzi (1999/94/KE) (11); |
31. |
Jinnota kemm l-ostakli kurrenti, finanzjarji kif ukoll mhux finanzjarji, li l-konsumaturi jiffaċċjaw meta jkunu qed jixtru vettura b'emissjonijiet baxxi; ifakkar li l-aċċettazzjoni mill-utenti aħħarin tal-vetturi b'emissjonijiet baxxi tiddependi ħafna mid-disponibilità u l-aċċessibilità ta' infrastruttura komprensiva u transfruntiera; jilqa', f'dan ir-rigward, inizjattivi privati u pubbliċi li jippermettu roaming bejn operaturi tal-infrastruttura tal-iċċarġjar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw ir-roaming u l-aċċessibilità tal-infrastruttura tal-iċċarġjar fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni tagħti appoġġ akbar lill-isforzi tal-Istati Membri biex jespandu l-infrastruttura tagħhom ta' fjuwils alternattivi sabiex il-parti l-kbira tal-UE tkun koperta b'tali infrastruttura mill-aktar fis possibbli; |
32. |
Huwa tal-fehma li, sabiex titħaffef il-penetrazzjoni fis-suq tal-fjuwils b'emissjonijiet baxxi u sabiex jiġu sfruttati bis-sħiħ il-benefiċċji klimatiċi tagħhom, huwa meħtieġ li jinħolqu inċentivi għall-użu tagħhom u għall-iżvilupp ta' vetturi kompatibbli; itenni, madankollu, li sabiex jiġi rispettat il-Ftehim ta' Pariġi, l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra (GHG) li ġejjin mit-trasport jeħtieġ li, sa nofs is-seklu, ikunu ħadu deċiżivament it-triq lejn emissjonijiet żero; jissottolinja li s-settur Ewropew tat-trasport bit-triq ma jistax jiġi ttrasformat biex jimxi lejn sostenibilità ekoloġika u ekonomika bil-kontinwazzjoni ta' approċċ teknoloġiku "wieħed tajjeb għal kulħadd"u li, għalhekk, hija meħtieġa tranżizzjoni lejn valutazzjoni verament teknoloġikament newtrali ta' sistemi ta' sewqan fir-rigward tal-iżvilupp ta' vetturi futuri li ser jikkorrispondu mal-ħtiġijiet differenti ta' mobilità; jenfassizza li huwa meħtieġ sforz transsettorjali biex jiġi aċċelerat l-investiment fl-infrastruttura tal-fjuwils b'emissjonijiet baxxi, li huwa prekundizzjoni għall-adozzjoni u l-mobilizzazzjoni usa' ta' vetturi li jaħdmu b'enerġija alternattiva; |
33. |
Jenfasizza li d-Direttiva dwar il-Vetturi Nodfa (12) trid tikkunsidra l-ħtiġijiet u r-riżorsi disponibbli tal-muniċipalitajiet u l-awtoritajiet reġjonali biex tikseb il-potenzjal sħiħ tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwistjonijiet ta' kumplessità u piżijiet amministrattivi; |
34. |
Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq, sat-2 ta' Mejju 2018, proposta leġiżlattiva għall-emissjonijiet tas-CO2 u għal standards tal-konsum tal-fjuwil għall-vetturi heavy-duty (HDVs) li għandha tkun ambizzjuża, realistika u bbażata fuq data miġbura bl-użu tal-Għodda għall-Kalkolu tal-Konsum tal-Enerġija tal-Vetturi (VECTO) sabiex tiġi żgurata leġiżlazzjoni HDV koerenti; jenfasizza li l-VECTO trid tiġi aġġornata b'mod rapidu u regolari sabiex tippermetti kunsiderazzjoni b'mod preċiż tat-teknoloġiji ġodda b'tali mod li ttejjeb l-effiċjenza tal-vetturi fi żmien xieraq; |
35. |
Jissottolinja li l-livell ta' ambizzjoni tal-miri tas-CO2 għall-HDVs irid ikun koerenti mal-ambizzjonijiet futuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu, pereżempju taħt l-Euro 7, kif ukoll mar-rekwiżiti skont id-Direttiva (UE) 2015/719 dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet (13); |
36. |
Ifakkar fl-esperimenti terribbli ta' esponiment għad-dħaħen imwettqa fuq il-bnedmin u x-xadini mill-Grupp Ewropew ta' Riċerka dwar l-Ambjent u s-Saħħa fis-Settur tat-Trasport (EUGT), korp iffinanzjat minn kumpaniji ewlenin tal-karozzi; ifakkar li dan mhuwiex l-ewwel skandlu ta' dan it-tip tal-industrija awtomobilistika; jappella li r-riċerka kollha li tinforma lill-politika tal-UE tkun indipendenti mill-industrija awtomobilistika, inkluż permezz ta' finanzjament u sottokuntrattar; |
It-tranżizzjoni tat-trasport li taħdem favur l-utenti kollha
37. |
Jissottolinja li l-konnettività fost il-vetturi awtonomi, bejn il-vetturi u l-infrastruttura, bejn il-vetturi, ir-roti u n-nies li jkunu miexja u fin-netwerk innifsu għandha tkun għan ewlieni għall-ġejjieni 'l bogħod sabiex jiġi żgurat fluss tat-traffiku mingħajr xkiel; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tindirizza l-kwistjonijiet tal-użu u l-ġestjoni tad-data, b'enfasi fuq il-protezzjoni tad-data, u tivvaluta l-applikazzjonijiet kollha probabbli tat-teknoloġija tad-disinjar permezz tal-kompjuter (CAD) li jinkorporaw livelli għolja ta' awtonomija u jipprovdu servizzi b'valur miżjud; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u tas-satellita għal servizzi aħjar ta' pożizzjonament u ta' komunikazzjoni bejn il-vetturi u l-infrastruttura u jistieden lill-Kummissjoni tistipula fejn u sa meta l-infrastruttura eżistenti tat-trasport trid tiġi allinjata mal-istandards tal-infrastruttura tat-trasport intelliġenti; |
38. |
Jirrimarka li s-sewqan awtonomu u l-vetturi nodfa se jirrikjedu ppjanar u investiment integrati tal-infrastruttura biex it-toroq ikunu mgħammra bl-infrastruttura meħtieġa tat-telekomunikazzjonijiet u tal-impożizzjoni tat-tariffi, pereżempju għall-karozzi elettriċi, kif ukoll li tiġi provduta data ta' kwalità għolja dwar it-toroq, pereżempju għall-mapep diġitali b'definizzjoni għolja, u tagħmir abbord b'interoperabilità sħiħa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu spinta lill-investiment biex jiġu finanzjati titjibiet sostenibbli innovattivi tal-infrastruttura tat-trasport; |
39. |
Ifakkar lill-Kummissjoni li, sabiex jirnexxu l-konnettività adegwata tat-trasport u l-ġestjoni xierqa tas-sikurezza, is-sinjalar, l-awtomatizzazzjoni, il-karatteristiċi diġitali għall-konsumaturi u l-ġestjoni sikura tad-data, għandha tiġi żgurata mill-aktar fis possibbli l-kopertura sħiħa bil-5G tal-kurituri tat-TEN-T għall-ferroviji, it-toroq u l-passaġġi fuq l-ilma intern; jitlob li jiġu żviluppati proġetti ta' awtostradi intelliġenti u li jiġu stabbiliti kurituri tat-trasport intelliġenti; jemmen li t-toroq prinċipali għandu jkollhom installazzjonijiet tal-fibra ottika, konnessjonijiet tan-netwerk bla fili u stazzjonijiet ta' bażi tal-5G; |
40. |
Ifakkar fl-għan globali għandu jkun dak ta' żero diżgrazzji fit-toroq Ewropej u jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-koeżistenza sikura tal-mezzi tat-trasport antiki u ġodda, u li l-bidla ssir aktar faċli bl-installazzjoni mandatarja ta' ċerti sistemi ta' għajnuna għas-sewwieqa u bl-assigurazzjoni ta' infrastruttura xierqa; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni bir-reqqa u teknoloġikament newtrali tal-implikazzjonijiet tas-sikurezza tal-użu ta' sistemi awtomatizzati b'fokus olistiku fuq ir-riperkussjonijiet għas-sikurezza tas-sistemi kollha tat-trasport intermodali; |
41. |
Jenfasizza li l-miri għat-tnaqqis tal-imwiet u l-ġrieħi serji fl-inċidenti tat-toroq għadhom ma ntlaħqux u li l-politika Ewropea dwar it-trasport għandha għalhekk tiffoka fuq li dawn jintlaħqu; jissottolija l-importanza ta' leġiżlazzjoni adegwata dwar is-sikurezza biex jinkiseb settur tat-trasport bit-triq aktar sikur; ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li sabiex jitnaqqas l-għadd ta' inċidenti u ta' vittmi tat-traffiku fit-toroq tal-Ewropa, iridu jiġu garantiti kundizzjonijiet xierqa ta' parkeġġ u ta' mistrieħ fl-UE kollha; |
42. |
Jirrimarka li l-iżvilupp ta' karozzi konnessi u awtomatizzati ġie xprunat, fil-biċċa l-kbira tiegħu, mit-teknoloġija; jitlob, għalhekk, li l-impatt soċjali tagħha tiġi investigata u rikonoxxuta, u jemmen li l-kompatibilità sħiħa tal-introduzzjoni ta' karozzi konnessi u awtomatizzati mal-valuri u l-għanijiet soċjali, umani u ambjentali trid tiġi żgurata; jenfasizza li, fil-każ ta' inċident li jkun jinvolvi vettura awtomatizzata waħda jew aktar, għandu jkun ċar min hu responsabbli, jekk hijiex/humiex il-kumpanija/kumpaniji tas-software, il-manifattur(i) tal-vettura, is-sewwieq(a) jew il-kumpanija/kumpaniji tal-assikurazzjoni; |
43. |
Jissottolinja li dawk il-bidliet li se jseħħu m'għandhomx isiru għad-detriment tal-inklużjoni soċjali u l-konnettività fl-Istati Membri u fiż-żoni fejn hemm lakuni fil-mobilità; jinnota l-ħtieġa li tittejjeb il-kapaċità tan-netwerk, billi jittieħed vantaġġ tal-infrastruttura tan-netwerk eżistenti u innovazzjonijiet futuri sinifikanti biex tkun tista' ssir integrazzjoni aktar profonda tat-teknoloġiji diġitali u biex jiġu indirizzati d-disparitajiet mill-akbar ta' konnettività li hemm bejn l-Istati Membri u wkoll bejn iż-żoni urbani u dawk rurali, bejn dawk ċentrali u dawk 'il bogħod, li għalihom għandha tiġi żviluppata serje ta' soluzzjonijiet imfassla apposta bl-appoġġ, u abbażi, ta' koordinazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat; jenfasizza li l-modi konvenzjonali tat-trasport bħalma huma l-karozzi tal-linja għad għandhom rwol ewlieni x'jaqdu fiż-żoni remoti u muntanjużi u m'għandhomx jiġu injorati f'dan il-proċess; ifakkar li l-esperjenza f'għadd ta' pajjiżi tal-UE turi li l-istrutturar tat-trasport kollettiv u pubbliku bit-triq taħt kuntratti ta' obbligu ta' servizz pubbliku li jikkombinaw linji li jagħmlu qligħ u oħrajn li ma jagħmlux jistgħu jagħtu l-aqwa riżultati għaċ-ċittadini, għall-finanzi pubbliċi u għall-kompetizzjoni tas-suq; |
44. |
Ifakkar fil-ħtieġa li tingħata preferenza lill-mezzi tat-trasport kollettivi u aktar sikuri għat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri fuq kurituri transfruntiera ewlenin u fiż-żoni metropolitani, sabiex jitnaqqsu t-tniġġis, il-konġestjonijiet tat-traffiku u l-vittmi u titħares is-saħħa taċ-ċittadini u tal-utenti tat-toroq; |
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu pjanijiet ta' mobilità urbana sostenibbli (PMUS) u pjanijiet ta' mobilità rurali sostenibbli (PMRS) li jkunu ġustifikati mill-interess pubbliku u jintegraw il-modi ġodda tat-trasport kollha, filwaqt li jagħtu appoġġ lill-użu ta' sistema tat-trasport multimodali għall-passiġġieri, itejbu l-mobilità u l-kwalità tas-servizzi għaċ-ċittadini, inkluż għall-anzjani u għaċ-ċittadini b'diżabilità, jagħtuhom alternattivi u jinternalizzaw jew inaqqsu l-ispejjeż tas-saħħa u dawk ambjentali esterni għall-ibliet, minbarra li jinkoraġġixxu t-turiżmu; jinnota li pjanijiet bħal dawn għandhom irawmu l-inklużjoni, il-parteċipazzjoni u l-impjieg taċ-ċittadini li jgħixu f'żoni aktar imbiegħda, sabiex jiġġieldu t-theddida tat-tnaqqis tal-popolazzjoni taż-żoni rurali, biex itejbu l-aċċessibilità u l-komunikazzjoni maż-żoni tal-periferija u r-reġjuni transfruntiera; jenfasizza li l-mobilità rurali hija differenti b'mod sostanzjali mill-mobilità urbana, mhux biss f'dawk li huma distanzi u disponibilità tat-trasport pubbliku, iżda wkoll fir-rigward tal-fatturi ambjentali u ekonomiċi bħalma huma inqas pressjoni ambjentali minn emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa, dħul medju aktar baxx u ostakli ogħla għall-invesitmenti fl-infrastruttura; |
46. |
Jinnota li l-lezzjonijiet tal-proġetti preċedenti u attwali, bħall-Programm ta' Ħidma dwar it-Trasport, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-mobilità sostenibbli kondiviża interkonnessa mat-trasport pubbliku f'żoni rurali Ewropej (SMARTA), iwettqu elementi għall-ħolqien ta' rħula intelliġenti, inkluża loġistika minn bieb għal bieb aktar effiċjenti u intelliġenti, kunċetti innovattivi tal-mobilità bħala servizz (MaaS), infrastruttura tat-trasport intelliġenti tal-ġenerazzjoni li jmiss, trasport konness u awtomatizzat u mobilità urbana intelliġenti (trasport lejn u mill-ibliet); |
47. |
Jenfasizza li l-mobilità kulma jmur qed titqies bħala servizz u għalhekk it-trasport minn bieb għal bieb multimodali mingħajr waqfiet imwessgħa għandha ssir possibbli fuq bażi transfruntiera, u għalhekk jistieden lill-Istati Membri jagħmlu disponibbli informazzjoni u servizzi ta' prenotifika rigward vjaġġar multimodali, b'informazzjoni f'ħin reali, u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tat-trasport multimodali sa tmiem l-2018; isostni li tali servizzi ġodda tat-trasport għandhom jiġu trattati, pereżempju, fil-kuntest tal-imposti ta' tariffi stradali, bħala modi ta' vjaġġar li huma għallinqas tajbin daqs is-sewqan privat, jekk mhux preferibbli għalih, u li m'għandux jitnaqqas ir-ritmu tal-applikazzjoni tagħhom minħabba ostakli leġiżlattivi; |
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-aħjar prattiki regolatorji nazzjonali u lokali eżistenti li jintegraw suriet ġodda u tradizzjonali ta' mobilità, li jappoġġaw l-għażla tal-konsumaturi, li jagħmlu l-informazzjoni multimodali u s-servizzi tal-ħruġ tal-biljetti disponibbli għall-konsumaturi, u li jinkoraġġixxu l-użu tat-trasport pubbliku, aktar milli dak privat, jew li jappoġġaw offerti mill-ekonomija tat-trasport kollaborattiv li jagħtu l-momentum u l-appoġġ meħtieġ biex jiġu promossi t-turiżmu sostenibbli u t-turiżmu ambjentali u kulturali, b'mod partikolari li jiffavorixxu lill-SMEs u jiffukaw fuq dawk l-Istati Membri u żoni fejn hemm lakuni fil-mobilità; |
49. |
Itenni li l-ivvjaġġar huwa wieħed mis-setturi l-aktar affettwati mid-diġitalizzazzjoni u li dan l-ambjent diġitali ġdid u aktar influwenti qed jagħti s-setgħa lill-konsumaturi jwettqu rwol aktar attiv meta jkunu qed jirriċerkaw, ifittxu biex jixtru, jibbukkjaw u jħallsu għall-vjaġġi tagħhom; jenfasizza li hu meħtieġ li jiġu infurzati r-regoli eżistenti li jissalvagwardjaw it-trasparenza u n-newtralità, ħalli l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet informati abbażi ta' informazzjoni affidabbli. |
50. |
Jirrimarka l-importanza li l-mobilità tiġi gwidata; iqis li huwa importanti li l-persuni jkunu inkoraġġuti jadottaw drawwiet ta' mobilità sostenibbli permezz ta' inċentivi ekonomiċi kif ukoll billi titqajjem kuxjenza tal-impatti ambjentali tal-modi individwali tat-trasport, u billi jiġu kkoordinati u żviluppati servizzi tat-trasport b'livelli baxxi ta' karbonju bħalma hu t-trasport pubbliku u l-ħolqien jew it-titjib tal-infrastruttura għall-mobilità ratba (mixi, ċikliżmu, eċċ.) sabiex in-nies jingħataw alternattiva għat-trasport bit-triq; jirrimarka l-ħtieġa li jiġu ffinanzjati proġetti biex jiffaċilitaw mobilità lokali u reġjonali b'livelli baxxi ta' karbonju bħal, pereżempju, skemi ta' roti tal-ibliet; |
51. |
Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi loġistika effiċjenti u ekoloġika biex tlaħħaq aħjar maż-żieda prevista fid-domanda għall-merkanzija permezz ta' ottimizzazzjoni aħjar tal-kapaċità ta' tagħbija tat-trakkijiet u biex jitnaqqas l-għadd ta' trakkijiet vojta jew parzjalment mgħobbija; barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi biex tintensifika t-tranżizzjoni multimodali u tippromwovi pjattaformi multimodali għall-koordinament tad-domanda għat-trasport, u jistieden lill-Istati Membri jużaw dokumenti elettroniċi tat-trasport fl-Ewropa kollha bħala prattika standard sabiex jitnaqqsu l-burokrazija u l-piż amministrattiv u biex tiżdied l-effiċjenza; |
52. |
Jenfasizza l-kontribut importanti li jistgħu jagħmlu l-platooning (konvojs ta' karrijiet konnessi) u l-użu ta' vetturi twal biex tiżdied l-effiċjenza u jiġi ffrankat il-karburant fit-trasport tal-merkanzija u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu l-objettivi tad-Dikjarazzjoni ta' Amsterdam u jistabbilixxu inċentivi biex jiżdied l-użu tal-vetturi twal; |
53. |
Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tagħti l-appoġġ tagħha lill-inizjattivi li jikkontribwixxu għat-tnaqqis u l-evitar tal-konġestjoni tat-toroq mingħajr ma jittrasferixxu volumi ta' trasport lejn taqsimiet alternattivi ta' toroq, bħalma huma l-eżempji tal-aħjar prattiki rigward l-impożizzjoni ta' tariffi tal-konġestjoni kif ukoll miżuri ta' trasferiment modali li rnexxew; |
54. |
Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni fil-fond ta' kwistjonijiet ta' privatezza tad-data u r-responsabbiltà tagħha li jistgħu jinħolqu bl-iżvilupp ta' karozzi awtomatizzati; |
55. |
Jinnota l-potenzjali tal-mudelli ekonomiċi kollaborattivi biex itejbu l-effiċjenza tas-sistema tat-trasport u jnaqqsu l-esternalitajiet mhux mixtieqa, bħalma huma l-konġestjoni u l-emissjonijiet; jistieden lill-awtoritajiet, b'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, jikkunsidraw li jintegraw għalkollox servizzi tat-trasport verament kollaborattivi fis-sistema tat-trasport konvenzjonali, bil-ħsieb li jrawmu l-ħolqien ta' ktajjen tal-ivvjaġġar sħaħ u fluwidi u d-dispożizzjoni ta' forom ġodda ta' mobilità sostenibbli; |
56. |
Jenfasizza li, fil-kuntest tal-ekonomija kollaborattiva, il-kwistjonijiet l-aktar urġenti huma dawk li jirrigwardaw il-ħarsien tal-konsumatur, l-allokazzjoni tar-responsabilità, it-tassazzjoni, l-iskemi tal-assigurazzjoni, il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema (kemm jekk huma impjegati u kemm jekk jaħdmu għal rashom) u l-protezzjoni tad-data, u jistenna f'dawn l-oqsma jittieħdu miżuri regolatorji; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-ekonomija kollaborattiva la tagħti lok għal kompetizzjoni inġusta, la tikkawża dumping soċjali u fiskali u lanqas ma taqla' barra t-trasport pubbliku regolat; |
57. |
Huwa tal-fehma fid-dawl tas-sentenza tal-QtĠUE tal-20 ta' Diċembru 2017 fil-Kawża C-434/15 (14) li għandha ssir distinzjoni ċara bejn l-intermedjazzjoni sempliċi permezz tal-pjattaformi online u l-forniment ta' servizz tat-trasport; iqis li servizz ma jagħmilx parti mis-soċjetà tal-informazzjoni meta l-attività fil-biċċa l-kbira tagħha tkun tinvolvi servizzi professjonali, u fil-każijiet kollha meta l-pjattaforma teknoloġika tiddetermina b'mod dirett jew indirett il-kost, il-kwantità jew il-kwalità tas-servizz li jkun qed jiġi fornut; |
58. |
Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex inaqqsu r-riskju u l-probabilità li t-taxxa tiġi evitata mill-kumpaniji li jkunu qed jipprovdu servizzi bħala parti mill-ekonomija kollaborattiva u biex jinsistu li huma jħallsu t-taxxi fejn huma jiġġeneraw profitti u jipprovdu servizzi; |
o
o o
59. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 1.
(3) ĠU C 81, 2.3.2018, p. 195.
(4) ĠU C 345, 13.10.2017, p. 52.
(5) ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 50
(6) ĠU C 468, 15.12.2016, p. 57.
(7) ĠU C 265, 11.8.2017, p. 2.
(8) ĠU C 316, 22.9.2017, p. 155.
(9) EU Transport in Figures: Statistical Pocketbook 2015, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2015.
(10) ĠU L 142, 2.6.2017, p. 100.
(11) ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16.
(12) ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5.
(13) ĠU L 115, 6.5.2015, p. 1.
(14) Sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tal-20 ta' Diċembru 2017, Asociación Profesional Elite Taxi v Uber Systems Spain, SL, C-434/15, ECLI:EU:C:2017:981.
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/183 |
P8_TA(2018)0356
L-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti (KE) Nru 1107/2009 (2017/2128(INI))
(2019/C 433/23)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (3), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2017 dwar pestiċidi b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika (5), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tat-18 ta' Frar 2016 fil-Każ 12/2013/MDC dwar il-prattiki tal-Kummissjoni rigward l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (pestiċidi) (6), |
— |
wara li kkunsidra l-Valutazzjoni ta' Implimentazzjoni Ewropea rigward ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-Annessi rilevanti tiegħu ppubblikati mis-Servizzi ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (DĠ EPRS) (7) f'April 2018, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta' Novembru 2016 fil-Kawżi C-673/13 P (il-Kummissjoni vs Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe) u C-442/14 Bayer CropScience vs il-Bord għall-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-bijoċidi), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' April 2018 dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002 [dwar il-liġi ġenerali dwar l-ikel], id-Direttiva 2001/18/KE [dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' OĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 [dwar ikel u għalf ĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 [dwar l-addittivi fl-għalf], ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 [dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni], ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 [dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 [dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 [dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti] u r-Regolament (UE) Nru 2015/2283 [dwar ikel ġdid] (8), |
— |
wara li kkunsidra l-mandat u x-xogħol tal-Kumitat Speċjali tal-Parlament Ewropew dwar il-proċeduri tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi (PEST), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tfassil tar-rapporti fuq inizjattiva proprja, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0268/2018), |
A. |
billi l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament") uriet li l-għanijiet ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent ma kinux qed jintlaħqu bis-sħiħ u li jista' jsir titjib sabiex jinkisbu l-għanijiet kollha tar-Regolament; |
B. |
billi l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tar-Regolament għandha titqies flimkien mal-politika globali tal-UE dwar il-pestiċidi, inklużi r-regoli stabbiliti mid-Direttiva 2009/128/KE [id-Direttiva dwar l-Użu Sostenibbli], ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 [ir-Regolament dwar il-Bijoċidi], ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 [ir-Regolament dwar il-Livell Massimu ta' Residwi], u r-Regolament (KE) Nru 178/2002 [il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel]; |
C. |
billi l-implimentazzjoni tar-Regolament mhix qed tkun sodisfaċenti u jenħtieġ li tkun konformi mal-politiki relatati tal-UE, inkluż fil-qasam tal-pestiċidi; |
D. |
billi l-evidenza disponibbli turi li l-implimentazzjoni prattika tat-tliet strumenti ewlenin tar-Regolament – l-approvazzjonijiet, l-awtorizzazzjonijiet u l-infurzar tad-deċiżjonijiet regolatorji – tħalli lok għal titjib u ma tiżgurax it-twettiq sħiħ tal-objettivi tar-Regolament; |
E. |
billi ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament ma ġew applikati bl-ebda mod mill-Kummissjoni, b'mod partikolari l-Artikolu 25 dwar l-approvazzjoni ta' aġenti protettivi u sinerġisti u l-Artikolu 27 dwar lista negattiva ta' koformulanti mhux aċċettabbli; |
F. |
billi dispożizzjonijiet ewlenin oħra, bħall-applikazzjoni tal-kriterji limitu għal sustanzi attivi li jkunu interferenti endokrinali, ġew ittardjati b'mod sinifikanti minħabba mġiba illegali mill-Kummissjoni; |
G. |
billi l-persuni kkonċernati qajmu tħassib dwar l-approċċ tal-evalwazzjoni, kif stabbilit mil-liġi, b'mod partikolari fir-rigward ta' min jenħtieġ li jipproduċi l-istudji xjentifiċi u l-evidenza għall-evalwazzjonijiet tas-sustanza attiva u l-użu tal-approċċ ibbażat fuq il-periklu matul dawk l-evalwazzjonijiet; |
H. |
billi l-oneru tal-provi jenħtieġ li jibqa' fuq l-applikant, sabiex jiġi żgurat li ma jintefqux flejjes pubbliċi fuq studji li eventwalment jistgħu jibbenefikaw l-interessi privati; billi, fl-istess waqt, trid tiġi żgurata trasparenza f'kull pass tal-proċedura tal-awtorizzazzjoni, f'konformità sħiħa mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali filwaqt li jrid jiġi żgurat ukoll li madwar l-Unjoni jiġu applikati b'mod konsistenti prinċipji tal-laboratorju tajbin; |
I. |
billi hemm tħassib assoċjat mal-implimentazzjoni prattika tal-approċċ tal-evalwazzjoni stabbilit; billi, b'mod partikolari, hemm tħassib ewlieni assoċjat mal-armonizzazzjoni mhux kompleta tar-rekwiżiti tad-data u l-metodoloġiji użati li jistgħu jfixklu l-proċess tal-evalwazzjoni; |
J. |
billi l-prestazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali nstabet li hija fattur ewlieni li jinfluwenza l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi; billi hemm differenzi sostanzjali fost l-Istati Membri fir-rigward tal-għarfien espert u l-persunal disponibbli; billi r-Regolament u rekwiżiti legali ta' appoġġ rilevanti mhumiex qed jiġu implimentati b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha, u dan in-nuqqas qed ikollu implikazzjonijiet rilevanti għas-saħħa u l-ambjent; |
K. |
billi t-trasparenza fl-istadji kollha tal-proċedura ta' approvazzjoni jenħtieġ li tittejjeb, u żieda fit-trasparenza jaf tgħin iżżid il-fiduċja tal-pubbliku fis-sistema li tirregola l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti; billi t-trasparenza tal-attivitajiet relatati mal-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ukoll mhijiex sodisfaċenti f'bosta każijiet; billi l-Kummissjoni pproponiet bidliet għal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel, bil-għan li tindirizza t-tħassib relatat mad-data u mal-evidenza mogħtija matul il-proċess tal-evalwazzjoni u żżid it-trasparenza; |
L. |
billi l-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li sseħħ esklussivament fil-livell nazzjonali, ħafna drabi tiffaċċja dewmien fid-deċiżjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju; billi dan, f'xi każijiet, iwassal għal żieda fl-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-Istati Membri taħt deroga, li jagħmlu użu mill-Artikolu 53 tar-Regolament; billi hemm każijiet fejn dawn id-derogi jintużaw kontra l-intenzjoni inizjali tal-leġiżlatur; |
M. |
billi r-Regolament jintroduċi d-dispożizzjoni li l-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara (IPM) kellha ssir parti mir-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni skont ir-regoli ta' kundizzjonalità tal-Politika Agrikola Komuni; billi din għad trid isseħħ; |
N. |
billi l-evidenza disponibbli turi li din il-parti ta' regolamentazzjoni fil-livell tal-UE ssaħħaħ u żżid il-valur għall-isforzi u l-azzjonijiet nazzjonali; |
O. |
billi, ħafna drabi, il-kunsiderazzjonijiet serji ta' alternattivi joħorġu biss wara bidla fir-rekwiżiti legali; billi, pereżempju, fil-każ tal-projbizzjoni estiża fuq neonikotinojdi, l-aktar valutazzjoni riċenti (tat-30 ta' Mejju 2018) (9) tissuġġerixxi li jeżistu alternattivi mhux kimiċi faċilment disponibbli għal 78 % tal-użi tan-neonikotinojdi; |
P. |
billi, mill-31 ta' Mejju 2016 'l hawn ma tressqet l-ebda sustanza attiva ġdida għall-approvazzjoni; billi l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta' prodotti ġodda, b'mod partikolari prodotti b'riskju baxx, huma importanti; |
Q. |
billi d-disponibbiltà ta' pestiċidi falsifikati fis-suq hija kwistjoni ta' tħassib reali; billi l-pestiċidi falsifikati jistgħu jagħmlu ħsara kemm lill-ambjent kif ukoll lill-effikaċja tar-Regolament; |
Konklużjonijiet prinċipali
1. |
Iqis li l-UE hija l-livell xieraq li fih jenħtieġ li tkompli sseħħ azzjoni regolatorja fil-qasam tal-pestiċidi; |
2. |
Jinnota li l-miżuri ambjentali mmirati biex jipprevjenu, jillimitaw u jrażżnu l-firxa ta' patoġeni u organiżmi ta' ħsara jridu jibqgħu jkunu l-fokus tal-azzjonijiet attwali u ulterjuri kollha; |
3. |
Iqis li l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament jirrappreżentaw pass sinifikanti 'l quddiem fir-rigward tat-trattament tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-UE meta mqabbel mal-passat; |
4. |
Jenfasizza li jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lir-rwol tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fl-iżvilupp ta' prodotti ġodda, peress li l-SMEs spiss huma nieqsa mir-riżorsi sostanzjali li huma meħtieġa fil-proċess ta' żvilupp u approvazzjoni ta' sustanzi ġodda; |
5. |
Jinsab imħasseb mill-fatt li r-Regolament ma ġiex implimentat b'mod effikaċi u li bħala riżultat l-objettivi tiegħu, fir-rigward tal-produzzjoni agrikola u l-innovazzjoni, mhumiex qed jinkisbu fil-prattika; jenfasizza l-fatt li, parzjalment minħabba l-livell baxx ta' innovazzjoni, l-għadd ta' sustanzi attivi fil-pestiċidi qed jonqos; |
6. |
Ifakkar li hemm ħtieġa sostanzjali għal approċċ integrattiv u li r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi (10) jrid jagħmel parti mill-valutazzjoni u r-riżultati tagħha jintużaw biex jitnaqqsu l-kwantitajiet, u b'hekk jitnaqqsu r-riskji u l-impatt negattiv tagħhom fuq is-saħħa u l-ambjent; |
7. |
Jinnota li l-objettivi u l-istrumenti tar-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu mhumiex dejjem konformi biżżejjed mal-politiki tal-UE fl-oqsma tal-agrikoltura, is-saħħa, il-benessri tal-annimali, is-sigurtà tal-ikel, il-kwalità tal-ilma, it-tibdil fil-klima, l-użu sostenibbli tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fl-ikel u l-għalf; |
8. |
Jinsab imħasseb li l-implimentazzjoni tar-Regolament, b'rabta mal-użu tal-annimali fl-ittestjar għall-identifikazzjoni tal-periklu u l-valutazzjoni tar-riskju, mhijiex konformi mal-prinċipji tas-sostituzzjoni, it-tnaqqis u r-raffinament tad-Direttiva 2010/63/UE dwar l-esperimenti fuq l-annimali, u li l-bijoassaġġ ta' sentejn fuq il-karċinoġeniċità jista' jwassal għal riżultati kontroversjali (11); |
9. |
Ifakkar li l-prinċipju ta' prekawzjoni huwa prinċipju ġenerali tal-UE fl-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u li dan il-prinċipju jara li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent permezz ta' deċiżjonijiet preventivi; |
10. |
Isib li mhuwiex aċċettabbli li r-rekwiżiti ta' approvazzjoni għal aġenti protettivi u sinerġisti għadhom ma ġewx applikati, bil-kuntrarju tal-Artikolu 25 tar-Regolament; |
11. |
Isib li mhuwiex aċċettabbli li l-lista negattiva ta' koformulanti għadha ma ġietx adottata, speċjalment wara l-projbizzjoni tal-POE-tallowamines flimkien mal-glifosat, li enfasizzat l-effetti negattivi li jista' jkollhom ċerti koformulanti; |
12. |
Jieħu nota tal-Evalwazzjoni REFIT tal-Kummissjoni li tinsab għaddejja tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u tat-tlestija ppjanata tagħha sa Novembru 2018; jemmen li dawn is-sejbiet se jkunu bażi adegwata biex il-koleġiżlaturi jiddiskutu l-iżvilupp futur tar-Regolament; |
13. |
Jinsab imħasseb dwar iż-żieda kostanti u kontinwa tal-użu u l-każijiet identifikati ta' użu ħażin ta' awtorizzazzjonijiet ta' emerġenza mogħtija skont l-Artikolu 53 f'xi Stati Membri; jinnota li xi Stati Membri jużaw l-Artikolu 53 ħafna aktar minn oħrajn; jinnota l-assistenza teknika mogħtija mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), skont l-Artikolu 53(2) tar-Regolament, meta teżamina l-użu tal-awtorizzazzjonijiet ta' emerġenza; jinnota r-riżultati tal-investigazzjoni min-naħa tal-EFSA tal-awtorizzazzjonijiet ta' emerġenza fl-2017 ta' tliet neonikotinojdi, li wrew li filwaqt li xi awtorizzazzjonijiet ta' emerġenza kienu meħtieġa u fil-parametri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, oħrajn ma kinux ġustifikati; iqis li huwa essenzjali li l-Istati Membri jipprovdu d-data meħtieġa biex l-EFSA tkun tista' twettaq il-mandat tagħha b'mod effikaċi; |
14. |
Jisħaq fuq l-importanza li t-tfassil tal-politika jkun infurmat bi xjenza regolatorja, li tipproduċi evidenza verifikabbli u ripetibbli permezz ta' prinċipji xjentifiċi miftiehma internazzjonalment f'dak li jikkonċerna aspetti bħal-linji gwida, prattiki tajbin tal-laboratorju u riċerka rieżaminata bejn il-pari; |
15. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-armonizzazzjoni mhux kompluta tad-data u r-rekwiżiti tal-ittestjar f'ċerti oqsma xjentifiċi twassal għal metodi ta' ħidma ineffiċjenti, nuqqas ta' fiduċja fost l-awtoritajiet nazzjonali, u dewmien fil-proċess ta' awtorizzazzjoni, li jaf jirriżulta f'effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, fuq l-ambjent u fuq il-produzzjoni agrikola; |
16. |
Jiddispjaċih għad-disponibbiltà pubblika limitata ta' informazzjoni dwar il-proċedura ta' evalwazzjoni u ta' awtorizzazzjoni, kif ukoll l-aċċess limitat għal informazzjoni; jiddispjaċih li l-livell ta' trasparenza tal-Istati Membri rapporteur huwa baxx (huwa u jaġixxi fil-qafas tal-proċedura ta' approvazzjoni), jissuġġerixxi li l-aċċessibbiltà u l-faċilità ta' użu għall-utent tal-informazzjoni fl-EFSA jistgħu jitjiebu, u li t-trasparenza fl-istadju tal-ġestjoni tar-riskju tidher li hija nieqsa u hija kkunsidrata wkoll bħala problematika mill-partijiet ikkonċernati; jilqa' l-isforzi li jsiru mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) biex jiżdiedu t-trasparenza u l-faċilità ta' użu għall-utent permezz tas-sit web tagħha u jikkunsidra li dan il-mudell jista' jintuża fil-futur biex tiġi mtejba t-trasparenza; |
17. |
Jenfasizza li l-kredibbiltà tas-sistema ta' awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti tiddependi ħafna fuq il-fiduċja tal-pubbliku fl-aġenziji Ewropej, li jipprovdu l-opinjonijiet xjentifiċi li jiffurmaw il-bażi għall-approvazzjoni u għall-ġestjoni tar-riskju; jissottolinja li huwa importanti li jkun hemm trasparenza fil-proċess ta' valutazzjoni xjentifika biex ma tintilifx il-fiduċja tal-pubbliku; jitlob, għaldaqstant, li l-aġenziji rilevanti jiġu ffinanzjati b'mod adegwat u jkollhom il-persunal meħtieġ biex jiżguraw proċess ta' awtorizzazzjoni indipendenti, trasparenti u f'waqtu;; jilqa' wkoll l-isforzi kontinwi tal-EFSA biex ittejjeb is-sistema tagħha bil-għan li tiżgura l-indipendenza u l-ġestjoni ta' kunflitti ta' interess potenzjali, li ġiet imfaħħra mill-Qorti tal-Awdituri bħala l-aktar sistema avvanzata tal-aġenziji li ġew ivverifikati fl-2012, u li ġiet imfaħħra reċentement f'Ġunju 2017; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi titjib biex tkompli tissaħħaħ it-trasparenza tal-proċess regolatorju, inkluż dwar l-aċċess għad-data fl-istudji dwar is-sikurezza li ġew ippreżentati mill-produtturi bħala parti mill-applikazzjonijiet tagħhom għall-awtorizzazzjoni fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-UE; jirrikonoxxi l-ħtieġa li tiġi rriveduta l-proċedura bil-għan li jittejbu l-evalwazzjonijiet, tiżdied l-indipendenza tal-awtoritajiet inkarigati biex iwettqu l-istudji, jiġu evitati kunflitti ta' interess u biex il-proċedura ssir aktar trasparenti; |
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi katalogu tal-użu fil-livell Ewropew, sabiex ittejjeb l-armonizzazzjoni tar-Regolament; |
19. |
Jinsab imħasseb li, f'xi każijiet, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti disponibbli fis-suq u l-applikazzjoni tagħhom mill-utenti mhux neċessarjament jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni rilevanti fir-rigward tal-kompożizzjoni u l-użu tagħhom; jenfasizza li meta jkun possibbli, jenħtieġ li l-użu mhux professjonali jkun limitat bil-għan li jitnaqqas l-użu ħażin; |
20. |
Jissottolinja l-importanza ta' taħriġ kontinwu għall-utenti professjonali biex jiġi żgurat l-użu adattat u xieraq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti; jikkunsidra d-distinzjoni bejn l-utenti professjonali u dawk dilettanti bħala xierqa; jinnota li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jintużaw fil-kuntest tal-ġonna privati, il-linji ferrovjarji u l-ġonna pubbliċi; |
21. |
Jiddikjara li d-dritt tal-Istati Membri li jirrifjutaw il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzati jibqa' mhux affettwat; |
22. |
Jenfasizza li r-Regolament jenħtieġ li jirrifletti aħjar il-ħtieġa li jiġu promossi prattiki agrikoli bbażati fuq ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara, fosthom billi jiġi stimulat l-iżvilupp ta' sustanzi b'riskju baxx; jenfasizza li n-nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx ixekkel l-iżvilupp ta' ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara; jinnota bi tħassib li għaxar sustanzi biss huma approvati bħala prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx, minn total ta' kważi 500 disponibbli fis-suq tal-UE; |
23. |
Jenfasizza li l-awtorizzazzjoni u l-promozzjoni ta' pestiċidi b'riskju baxx u mingħajr sustanzi kimiċi hija miżura importanti sabiex tiġi appoġġata l-ġestjoni tal-organiżmi ta' ħsara b'użu baxx tal-pestiċidi; jirrikonoxxi l-ħtieġa għal aktar riċerka dwar dawn il-prodotti, peress li l-kompożizzjoni u l-funzjonament tagħhom huma radikalment differenti minn dawk ta' prodotti konvenzjonali; jissottolinja li dan jinkludi wkoll il-ħtieġa għal aktar għarfien espert fi ħdan l-EFSA u awtoritajiet kompetenti nazzjonali sabiex jiġu evalwati dawn is-sustanzi attivi bijoloġiċi; jisħaq fuq il-punt li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ta' oriġini bijoloġika jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess evalwazzjonijiet rigorużi bħas-sustanzi l-oħra; f'konformità mar-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2017 dwar pestiċidi b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika, jistieden lill-Kummissjoni tissottometti proposta leġiżlattiva speċifika li temenda r-Regolament (KE) Nru 1107/2009, barra r-reviżjoni ġenerali b'rabta mal-inizjattiva REFIT, bil-ħsieb li jiġi stabbilit proċess mgħaġġel ta' evalwazzjoni, awtorizzazzjoni u reġistrazzjoni għall-pestiċidi b'riskju baxx; |
24. |
Jemmen li r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jenħtieġ li jiġi emendat ukoll sabiex iqis is-sustanzi li mhumiex ikkunsidrati bħala prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li, meta jintużaw għall-protezzjoni tal-pjanti, dawn jiġu rregolati mir-Regolament; jinnota li dawn is-sustanzi joffru alternattivi interessanti f'termini ta' metodi ta' produzzjoni integrata u xi prodotti ta' bijokontroll; |
25. |
Jenfasizza li jenħtieġ li jingħataw attenzjoni speċjali u appoġġ lill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għal użi minuri, għaliex bħalissa hemm inċentiv ekonomiku baxx biex il-kumpaniji jiżviluppaw tali prodotti; jilqa' l-istabbiliment tal-Faċilità għall-Koordinazzjoni tal-Użi Minuri bħala forum biex tittejjeb il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet tal-kultivaturi u l-industrija biex jiżviluppaw soluzzjonijiet għal użi minuri; |
26. |
Jenfasizza li ħafna prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzati ma ġewx evalwati skont standards tal-UE għal aktar minn 15-il sena, bħala konsegwenza ta' dewmien fil-proċeduri ta' awtorizzazzjoni; |
27. |
Jenfasizza l-importanza li jinħoloq qafas regolatorju favur l-innovazzjoni, li jippermetti s-sostituzzjoni ta' kimika aktar qadima bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ġodda u aħjar; jissottolinja l-importanza tad-disponibbiltà ta' firxa wiesgħa ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'modi differenti ta' azzjoni bil-għan li jiġi evitat l-iżvilupp ta' reżistenzi u tinżamm l-effikaċja tal-applikazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti; |
28. |
Jinsab imħasseb li l-armonizzazzjoni ta' linji gwida għadha mhijiex konsolidata; |
29. |
Jenfasizza li linji gwida neqsin jew mhux kompleti huma nuqqasijiet serji li għandhom konsegwenzi negattivi għall-implimentazzjoni tar-Regolament u għaldaqstant għall-ksib tal-objettivi tiegħu; |
30. |
Jenfasizza li d-dokumenti ta' gwida disponibbli mhumiex legalment vinkolanti, li joħolqu inċertezza regolatorja għall-applikanti u jitfgħu dubju fuq ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-proċeduri ta' approvazzjoni; |
31. |
Jilqa' l-kunċett tas-sistema żonali u l-għan tagħha li tiffaċilita l-awtorizzazzjoni effiċjenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti; jikkunsidra l-proċedura ta' rikonoxximent reċiproku bħala essenzjali biex il-piż tax-xogħol jinqasam u l-iskadenzi jiġu rispettati; jiddispjaċih dwar il-problemi ta' implimentazzjoni assoċjati mal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex jittejjeb il-funzjonament tas-sistema żonali; jissottolinja li l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti jenħtieġ li jkollha l-għan li tevita xogħol doppju u li tagħmel sustanzi ġodda disponibbli lill-bdiewa mingħajr dewmien żejjed; |
32. |
Jenfasizza l-ħtieġa biex jinqasam l-għarfien u jinkisbu ħiliet fir-rigward ta' alternattivi għal pestiċidi kimiċi u għall-IPM, inkluż is-sejbien tal-aħjar newba tal-għelejjel għas-sitwazzjonijiet klimatiċi u fis-suq tal-bdiewa; jinnota wkoll li dan diġà ġie previst fir-regolament orizzontali tal-PAK, b'mod partikolari wkoll fis-Servizzi ta' Konsulenza għall-Azjendi Agrikoli ffinanzjati taħt l-iżvilupp rurali; |
33. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-għadd żgħir ta' sustanzi ġodda li ġew approvati; jisħaq fuq l-importanza ta' sett ta' għodod xieraq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għall-bdiewa bil-għan li jassiguraw il-provvista tal-ikel tal-UE; |
34. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu li f'dibattiti riċenti, is-sistema ta' evalwazzjoni bbażata fuq ix-xjenza attwali tal-UE għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti qed tiġi dejjem aktar ikkontestata; jenfasizza l-importanza li tinżamm u tkompli tissaħħaħ sistema li tkun xjentifikament robusta, oġġettiva, u bbażata fuq evidenza evalwata bejn il-pari, miksuba minn approċċ xjentifiku miftuħ, indipendenti u multidixxiplinari biex tiġi awtorizzata kwalunkwe sustanza attiva, f'konformità mal-prinċipji ta' analiżi ta' riskju tal-UE u l-prinċipju ta' prekawzjoni kif stabbiliti fil-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel; jinsisti li l-proċedura għall-approvazzjoni mill-ġdid tas-sustanzi attivi trid tqis l-użu prattiku tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kif ukoll il-progress xjentifiku u teknoloġiku f'dan il-qasam; jinnota li l-kumplessitajiet fis-sistema ta' evalwazzjoni u awtorizzazzjoni attwali jwasslu biex jinqabżu l-iskadenzi u dan jista' jfisser li s-sistema sħiħa ma tistax taħdem kif suppost; jisħaq, għaldaqstant, fuq il-ħtieġa li s-sistema tiġi rriveduta u ssimplifikata; |
35. |
Jenfasizza l-iżbilanċ fl-għadd ta' applikazzjonijiet bejn xi Stati Membri tal-istess żona li huma ta' daqs simili u li għandhom kundizzjonijiet agrikoli simili; |
36. |
Iqis li l-prodotti importati minn barra l-UE, li ġew ikkultivati permezz ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għandhom ikunu soġġetti għall-istess kriterji stretti bħal dawk li jiġu prodotti fl-UE; jinsab imħasseb li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mhux irreġistrati fl-UE jistgħu jintużaw fil-produzzjoni ta' prodotti importati; |
Rakkomandazzjonijiet
37. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw implimentazzjoni effikaċi tar-Regolament fir-rigward tar-rwoli speċifiċi tagħhom fil-proċeduri ta' approvazzjoni u awtorizzazzjoni; |
38. |
Jistieden lill-Istati Membri jtejbu n-nuqqas ta' persunal serju u kroniku tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jwassal għal dewmien fl-istadju tal-identifikazzjoni tal-periklu u fil-valutazzjoni tar-riskju inizjali li jsiru mill-Istati Membri; |
39. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-estensjoni proċedurali tal-perjodu ta' approvazzjoni għat-tul tal-proċedura, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament, mhijiex ser tintuża għal sustanzi attivi li huma mutaġeniċi, karċinoġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni, u li għaldaqstant jaqgħu taħt il-kategorija 1A jew 1B, jew sustanzi attivi li għandhom karatteristiċi li jfixklu s-sistema endokrinali u jagħmlu ħsara lill-bniedem u lill-annimali, kif attwalment hu l-każ tas-sustanzi bħall-flumjoksażina, it-tijakloprid, il-klorotoluron u d-dimossistrobin (12) |
40. |
L-użu ta' sustanzi attivi li huma mutaġeniċi, karċinoġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni, u li għaldaqstant jaqgħu taħt il-kategorija 1A jew 1B, jew sustanzi attivi li għandhom karatteristiċi li jfixklu s-sistema endokrinali u jagħmlu ħsara lill-bniedem u lill-annimali, li diġà ngħataw estensjoni proċedurali waħda jew aktar tal-perjodu ta' approvazzjoni, skont l-Artikolu 17, irid jiġi pprojbit minnufih; |
41. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu li l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent huma għanijiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni, filwaqt li jtejbu l-produzzjoni agrikola u jissalvagwardjaw il-kompetittività tas-settur agrikolu; |
42. |
Jistieden lill-industrija tipprovdi d-data u l-istudji xjentifiċi kollha f'format elettroniku uniformi u li jinqara mill-magni lill-Istati Membri Rapporteur u lill-aġenziji tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa mudell armonizzat għall-inputs tad-data kif ukoll biex jiġi ffaċilitat skambju tad-data aktar faċli bejn l-Istati Membri fl-istadji kollha tal-proċess; jirrikonoxxi li din id-data trid tiġi mmaniġġjata fi ħdan il-parametri tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-data u l-proprjetà intellettwali tal-UE; |
43. |
Jistieden lill-Istati Membri japplikaw b'mod strett l-Artikolu 9 tar-Regolament dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet u jaċċettaw biss applikazzjonijiet kompleti għall-valutazzjoni tas-sustanza attiva; |
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw applikazzjoni sħiħa u uniformi tal-kriterji limitu ta' periklu, wara gwida armonizzata eżistenti, u biex jiżguraw li s-sustanzi jiġu vvalutati għar-riskju tagħhom biss jekk ikun hemm evidenza li ma jippreżentawx proprjetajiet (limitu) perikolużi, kif meħtieġ mir-Regolament; |
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex finalment timplimenta d-dispożizzjonijiet dwar il-koformulanti, l-aġenti protettivi u s-sinerġisti, tistabbilixxi lista ta' koformulanti li mhumiex aċċettabbli u regoli sabiex l-aġenti protettivi u s-sinerġisti jiġu ttestjati fil-livell tal-UE, u tiżgura li dawk is-sustanzi kimiċi biss li jikkonformaw mal-kriterji ta' approvazzjoni tal-UE jkunu jistgħu jiġu kummerċjalizzati; |
46. |
Jilqa' l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-prinċipju ta' prekawzjoni, kif espress fl-evalwazzjoni REFIT tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel (13), b'mod partikolari li dan mhuwiex alternattiva għal approċċ ta' ġestjoni tar-riskju, iżda minflok forma partikolari ta' ġestjoni tar-riskju; ifakkar li din l-opinjoni hija appoġġata wkoll minn deċiżjonijiet tal-qrati tal-UE (14); |
47. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex meta jaġixxu bħala amministraturi tar-riskju fil-proċeduri ta' approvazzjoni u ta' awtorizzazzjoni, japplikaw kif xieraq il-prinċipju ta' prekawzjoni u biex jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-gruppi vulnerabbli kif definit fl-Artikolu 3(14) tar-Regolament; |
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lill-aġenziji u lill-awtoritajiet kompetenti jirrevedu u jtejbu l-komunikazzjoni tagħhom dwar il-proċeduri ta' valutazzjoni tar-riskju u d-deċiżjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju sabiex titjieb il-fiduċja pubblika fis-sistema tal-awtorizzazzjoni; |
49. |
Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw aħjar il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni fil-livell nazzjonali, sabiex jiġu limitati d-derogi u l-estensjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 53 tar-Regolament f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza reali; jistieden lill-Kummissjoni tuża bis-sħiħ id-drittijiet ta' kontroll tagħha skont l-Artikolu 53(2) u (3); ikompli jistieden lill-Istati Membri biex jikkonformaw bis-sħiħ mal-obbligu li jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni stabbilit fl-Artikolu 53(1), b'mod partikolari fir-rigward ta' kwalunkwe miżura li tittieħed sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-utenti, il-gruppi vulnerabbli u l-konsumaturi; |
50. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiffinalizza metodi biex tiddetermina meta jenħtieġ li jiġu applikati ċerti derogi, b'mod partikolari fir-rigward ta' "esponiment negliġibbli"jew "ħsara serja għas-saħħa tal-pjanti", mingħajr ma tinbidel l-ittra jew l-ispirtu tal-liġi; iwissi lill-Kummissjoni li kwalunkwe interpretazzjoni mill-ġdid tat-terminu "esponiment negliġibbli"bħala "riskju negliġibbli"tmur kontra l-ittra u l-ispirtu tal-liġi; |
51. |
Jitlob aktar investiment min-naħa tal-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jinċentivaw inizjattivi ta' riċerka dwar sustanzi attivi, inklużi sustanzi bijoloġiċi ta' riskju baxx, u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-ambitu ta' Orizzont Ewropa u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027; jissottolinja l-importanza ta' qafas regolatorju dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fil-livell tal-UE, li jipproteġi l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, u jistimula wkoll ir-riċerka u l-innovazzjoni sabiex jiġu żviluppati prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti effikaċi u siguri filwaqt li jiġu żgurati prattika agrikola sostenibbli u ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara; jenfasizza li hija meħtieġa varjetà wiesgħa ta' għodod siguri u effikaċi biex tiġi protetta s-saħħa tal-pjanti; jenfasizza l-potenzjal li t-tekniki ta' biedja ta' preċiżjoni u l-innovazzjoni teknoloġika jista' jkollhom biex jgħinu lill-bdiewa Ewropej itejbu kemm jistgħu l-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara b'mod aktar immirat u sostenibbli; |
52. |
Jistieden lill-Kummissjoni tillimita b'mod strett l-użu tal-proċedura ta' data konfermatorja għall-iskop tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 6(f) tar-Regolament, jiġifieri fejn jiġu stabbiliti rekwiżiti ġodda matul il-proċess tal-evalwazzjoni jew bħala riżultat ta' għarfien xjentifiku u tekniku ġdid; jisħaq fuq il-punt li d-dossiers kompluti huma importanti għall-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi; jiddispjaċih li l-proċedura ta' deroga permezz ta' data konfermatorja wasslet biex ċerti prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li kieku kienu jiġu pprojbit baqgħu fis-suq għal perjodu ta' żmien estiż; |
53. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu t-trasparenza globali tal-proċeduri, fosthom billi jipprovdu minuti dettaljati dwar id-diskussjonijiet tal-komitoloġija u l-pożizzjonijiet rispettivi, b'mod partikolari billi jispjegaw u jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (Kumitat PAFF); |
54. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw koerenza aħjar tar-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu ma' leġiżlazzjoni u politiki relatati tal-UE, b'mod partikolari mad-Direttiva dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, u jipprovdu inċentivi, inkluż li jagħmlu biżżejjed riżorsi disponibbli, li fuq perjodu ta' żmien qasir jippromwovu u jistimulaw l-iżvilupp u l-użu ta' alternattivi siguri u mhux tossiċi għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti; jinnota li l-qafas regolatorju ma kienx kapaċi jqis l-impatti inevitabbli fuq l-ispeċijiet mhux fil-mira, primarjament fuq iż-żunżan u pollinaturi oħra u insetti oħra ta' benefiċċju għall-biedja, bħallikieku kienu predaturi ta' organiżmi ta' ħsara; jinnota l-istudju xjentifiku riċenti li jenfasizza l-"insett Armageddon", li minħabba fih 75 % tal-insetti bil-ġwienaħ saru estinti fil-Ġermanja kollha, anki fir-riżervi naturali fejn ma ntuża l-ebda pestiċida għall-agrikoltura; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw koerenza tal-PAK mal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, b'mod partikolari billi jirrispettaw l-obbligi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u d-Direttiva 2009/128/KE dwar il-lista ta' rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni (SMR 12 u SMR 13), kif propost mill-Kummissjoni fil-proposta għal Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK (15); |
55. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw infurzar effikaċi tar-Regolament, b'mod speċjali fir-rigward tal-kontrolli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kummerċjalizzati fl-UE, irrispettivament minn jekk ġewx prodotti fl-UE jew importati minn pajjiżi terzi; |
o
o o
56. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 70, 16.03.2005, p. 1.
(3) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(4) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.
(5) Testi adottati, P8_TA(2017)0042.
(6) https://www.ombudsman.europa.eu/en/decision/en/64069
(7) http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2018/615668/EPRS_STU(2018)615668_EN.pdf
(8) COM(2018)0179.
(9) ANSES - Agence nationale de sécurité sanitaire de l'alimentation, de l'environnement et du travail (Franza) - Konklużjonijiet, 2018.
(10) ĠU L 324, 10.12.2009, p. 1.
(11) Sors: Abbażi tal-informazzjoni u l-konklużjonijiet tal-Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea, Studju ta' EPRS April 2018, p. 36 & II-33.
(12) Sors: https://www.foodwatch.org/fileadmin/foodwatch.nl/Onze_campagnes/Schadelijke_stoffen/Documents/Rapport_foodwatch_Ten_minste_onhoudbaar_tot.pdf
(13) SWD(2018)0038.
(14) Pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2011, Franza vs il-Kummissjoni, T-257/07, ECLI:EU:T:2011:444.
(15) Proposta għal Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK - COM(2018)0392.
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/191 |
P8_TA(2018)0357
Il-kwalità dupliċi tal-prodotti fis-Suq Uniku
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2018 dwar il-kwalità dupliċi tal-prodotti fis-suq uniku (2018/2008(INI))
(2019/C 433/24)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Avviż tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2017 bit-titolu "L-applikazzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-ikel minħabba kwistjonijiet ta' differenzi fil-kwalità tal-istess prodotti – Il-każ speċifiku tal-ikel", |
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2016 dwar gwida għall-implimentazzjoni/applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali (SWD(2016)0163), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2016 dwar approċċ komprensiv għall-istimolu ta' kummerċ elettroniku transfruntier għaċ-ċittadini u n-negozji tal-Ewropa (COM(2016)0320), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 bit-titolu "Il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2018: Aġenda għal Ewropa aktar magħquda, aktar b'saħħitha u aktar demokratika"(COM(2017)0650), |
— |
wara li kkunsidra d-diskors tal-President Jean-Claude Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni tat-13 ta' Settembru 2017, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-President tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta' Marzu 2017, u b'mod partikolari l-paragrafu 3 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-eżitu tat-3 524 laqgħa tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd tas-6 ta' Marzu 2017, |
— |
wara li kkunsidra l-minuti tal-2 203 laqgħa tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2017, |
— |
wara li kkunsidra l-briefing maħruġ mid-Dipartiment Tematiku A tiegħu f'Jannar 2012 dwar prattiki tal-imballaġġ qarrieqa, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar aġenda ġdida għall-Politika Ewropea tal-Konsumatur (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2012 dwar strateġija għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumaturi vulnerabbli (5), b'mod partikolari l-paragrafu 6 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE dwar Prattiki Kummerċjali Żleali (6), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE (8), b'mod partikolari l-paragrafu 14 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 dwar ir-rapport annwali dwar il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE (9), b'mod partikolari l-paragrafu 178 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra l-interpellanza maġġuri tiegħu tal-15 ta' Marzu 2017 dwar id-differenzi fid-dikjarazzjonijiet, il-kompożizzjoni u t-togħma tal-prodotti fis-swieq Ċentrali/tal-Lvant u tal-Punent tal-UE (10), |
— |
wara li kkunsidra l-briefing tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ta' Ġunju 2017 bit-titolu "Dual quality of branded food products: Addressing a possible east-west divide"(Il-kwalità dupliċi ta' prodotti tal-ikel tad-ditta: nindirizzaw il-possibbiltà ta' distakk bejn il-Lvant u l-Punent), |
— |
wara li kkunsidra l-istħarriġ dwar l-ikel u l-konsumaturi Ċeki mwettaq mill-Awtorità Ċeka tal-Ispezzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura fi Frar 2016, |
— |
wara li kkunsidra l-istudju speċjali dwar il-kwistjoni tal-kwalità dupliċi u l-kompożizzjoni tal-prodotti kkummerċjalizzati fis-suq uniku tal-Unjoni Ewropea mill-perspettiva tal-liġi tal-ħarsien tal-konsumatur (b'mod partikolari l-prattiki kummerċjali żleali), id-dritt tal-kompetizzjoni (speċjalment il-kompetizzjoni inġusta) u d-drittijiet tal-proprjetà industrijali, maħruġ mill-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta' Palacký, Olomuc, fl-2017, |
— |
wara li kkunsidra d-diversi stħarriġiet, studji u testijiet imwettqa f'dawn l-aħħar snin mill-awtoritajiet tal-ispezzjoni tal-ikel f'ħafna Stati Membri fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport ta' Nielsen ta' Novembru 2014 dwar l-istat tat-tikketta privata madwar id-dinja, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' April 2018 dwar Patt Ġdid għall-Konsumaturi (COM(2018)0183), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' April 2018 dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (COM(2018)0185), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (11), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra konġunta tar-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Litwanja, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika Slovakka tat-23 ta' Marzu 2018 lill-Kummissjoni dwar il-kwistjoni tal-kwalità dupliċi tal-prodotti fil-kuntest tal-Patt Ġdid għall-Konsumaturi, |
— |
wara li kkunsidra r-riżultati tal-istudji komparattivi mwettqa mill-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur f'diversi Stati Membri tal-UE, |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi aġġornata d-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali (UCPD) sabiex ikun espliċitu li l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jivvalutaw u jindirizzaw prattiċi kummerċjali żleali li jinvolvu l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti bħala identiċi f'diversi pajjiżi tal-UE, meta l-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi tagħhom ikunu differenti b'mod sinifikanti, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0267/2018), |
A. |
billi meta jippromwovu, ibigħu jew ifornu prodotti, il-kumpaniji għandhom jipprovdu lill-konsumaturi informazzjoni preċiża u faċli biex tinftiehem dwar il-kompożizzjoni eżatta tal-prodott, inkluż fir-rigward ta' prodotti u riċetti lokali, sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni ta' akkwist infurmata; |
B. |
billi prinċipju ewlieni għad-ditti għandu jkun li l-konsumaturi jkollhom fiduċja fil-kompożizzjoni, il-valur u l-kwalità ta' prodott; billi huwa d-dmir tal-manifatturi, għalhekk, li jassiguraw li dawn l-aspettattivi jintlaħqu; |
C. |
billi l-konsumaturi mhumiex konxji li prodotti tal-istess marka u bl-istess imballaġġ jiġu aġġustati għall-preferenzi u l-gosti lokali, u billi d-differenza fil-kwalità tal-prodotti tqajjem tħassib dwar il-fatt li xi Stati Membri jiġu trattati b'mod differenti minn oħrajn; billi l-Unjoni Ewropea diġà żviluppat tikketti bil-għan li tissodisfa l-aspettattivi speċifiċi tal-konsumaturi u biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-produzzjoni rikonoxxuti bl-użu ta' indikazzjonijiet tal-kwalità; |
D. |
billi d-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali (UCPD) hija l-għodda leġiżlattiva ewlenija tal-Unjoni sabiex din tiżgura li l-konsumaturi ma jiġux esposti għal reklamar qarrieqi u prattiki żleali oħra fi tranżazzjonijiet min-negozju għall-konsumatur, inkluża l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti li jkollhom marka identika b'tali mod li tista' twassal biex tqarraq bil-konsumaturi; |
E. |
billi fid-Direttiva UCPD il-prattiki kummerċjali żleali jistgħu jiġu fformulati b'tali mod li jkunu pprojbiti f'kull ċirkustanza jew f'ċerti ċirkustanzi biss; billi skont il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, l-inklużjoni ta' prattika fil-lista tal-Anness I għall-UCPD, fejn xieraq, iwassal għal ċertezza legali akbar u b'hekk għal kompetizzjoni aktar ġusta fost il-produtturi fis-suq; |
F. |
billi l-konsumaturi jagħmlu assoċjazzjoni bejn il-marka, il-prodott u l-kwalità u għalhekk jistennew li prodotti tal-istess marka u/jew li huma identiċi fl-apparenza jkunu bl-istess mod identiċi wkoll fil-kwalità, kemm jekk jinbiegħu f'pajjiżhom stess kif ukoll jekk jinbiegħu fi Stat Membru ieħor; |
G. |
billi l-konsumaturi jagħmlu wkoll assoċjazzjoni bejn il-marka u t-tikketta jew l-imballaġġ ta' prodott agrikolu jew alimentari u l-kwalità, u minħabba f'hekk jistennew li prodotti tal-istess marka li jkunu kkummerċjalizzati bl-istess tikketta jew li jkunu identiċi fl-apparenza għandhom ikunu bl-istess mod identiċi kemm fil-kwalità kif ukoll fil-kompożizzjoni, kemm jekk jinbiegħu f'pajjiżhom stess kif ukoll jekk jinbiegħu fi Stat Membru ieħor; billi l-bdiewa kollha fl-Unjoni Ewropea jipproduċu prodotti bl-istess standards għoljin, u l-konsumaturi jistennew li din l-uniformità ta' kwalità tiġi estiża għal prodotti oħra fil-katina tal-ikel, irrispettivament mill-ġurisdizzjoni li jgħixu fiha; |
H. |
billi ċ-ċittadini kollha tal-UE jistħoqqilhom trattament ugwali fir-rigward tal-prodotti tal-ikel u dawk mhux tal-ikel mibjugħa fis-suq uniku; |
I. |
billi l-prattiki żleali f'dan ir-rigward iridu jiġu eliminati bil-għan li l-konsumaturi ma jiġux imqarrqa, u billi sinerġija b'saħħitha fil-livell tal-UE biss tista' ssolvi din il-kwistjoni transfruntiera; |
J. |
billi sabiex prattika kummerċjali titqies żleali skont il-UCPD, l-Istati Membri jridu jwettqu valutazzjoni każ b'każ, ħlief fil-każ tal-prattiki elenkati fl-Anness I; |
K. |
billi l-President Juncker, fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni 2017, saħaq li mhuwiex aċċettabbli li f'xi partijiet tal-Ewropa qed jinbiegħ lin-nies ikel ta' kwalità aktar baxxa minn dik f'pajjiżi oħra, minkejja li l-imballaġġ u l-marka jkunu identiċi; |
L. |
billi dehru differenzi sostanzjali fl-implimentazzjoni tal-UCPD minn Stat Membru għal ieħor, filwaqt li l-approċċi metodoloġiċi u l-effikaċja tal-implimentazzjoni kif ukoll l-infurzar tad-direttiva jvarjaw b'mod sinifikanti fost l-Istati Membri; |
M. |
billi ħafna drabi l-marka għandha l-aktar rwol importanti fid-deċiżjonijiet dwar il-valur ta' prodott; |
N. |
billi qafas imsaħħaħ u aktar effiċjenti ta' kooperazzjoni fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni jippromwovi l-fiduċja tal-konsumatur u jnaqqas il-ħsara lill-konsumatur; |
O. |
billi l-konsumaturi kollha fl-UE għandhom l-istess drittijiet, u billi l-analiżijiet juru li ċerti produtturi u manifatturi biegħu prodotti bi standards ta' kwalità differenti taħt l-istess marka u b'apparenza identika qarrieqa, u ċerti prodotti f'xi pajjiżi kien fihom kwantità iżgħar tal-ingredjent ewlieni jew ingredjenti ta' kwalità aktar baxxa minflok ingredjenti ta' kwalità ogħla; billi din il-problema hija aktar mifruxa fl-Istati Membri li ssieħbu mal-UE mill-2004 'l hawn; billi l-analiżijiet sabu każijiet fejn l-istess prodotti jew dawk b'apparenza identika qarrieqa u ta' kwalità aktar baxxa jew b'togħma, konsistenza jew karatteristiċi sensorjali differenti kienu qed jinbiegħu bi prezzijiet li jvarjaw b'mod konsiderevoli minn pajjiż għal ieħor; billi anke jekk dan ma jiksirx il-prinċipji tal-ekonomija orjentata lejn is-suq jew ir-regoli attwali dwar it-tikkettar jew liġijiet oħrajn dwar l-ikel, xorta huwa abbuż tal-identità tal-marka u għaldaqstant jostakola l-prinċipju li l-konsumaturi kollha jiġu ttrattati b'mod ugwali; |
P. |
billi kien hemm każijiet ta' differenzi sostanzjali fi prodotti bħal ikel tat-trabi, u dan ipoġġi f'dubju l-prinċipji u dak li jsostnu l-manifatturi, jiġifieri li huma qed jaġġustaw il-prodotti tagħhom biex jissodisfaw il-preferenzi lokali; billi xi konklużjonijiet mil-laboratorji jikkonfermaw li prodotti ta' kwalità aktar baxxa jaf ikun fihom taħlitiet ta' ingredjenti li huma anqas tajba għas-saħħa, u għaldaqstant imorru kontra l-prinċipju ta' trattament ugwali tal-konsumaturi kollha; billi xi rappreżentanti tal-produtturi u l-manifatturi qablu li jemendaw ir-riċetti tal-prodotti tagħhom f'xi pajjiżi sabiex jiġu offruti prodotti identiċi fis-suq uniku kollu; |
Q. |
billi dawn il-prattiki inaċċettabbli qed jitwettqu minn kumpaniji multinazzjonali agroalimentari magħrufa sew bil-għan li jimmassimizzaw il-marġni tal-profitt tagħhom billi jisfruttaw id-differenzi fil-kapaċità tal-akkwist minn Stati Membru għal ieħor; |
R. |
billi fil-proposta dwar Patt Ġdid għall-Konsumaturi, li tipproponi reviżjoni mmirata tad-direttivi tal-konsumatur tal-UE li ssegwi l-Kontroll tal-Idoneità tal-liġijiet dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni tal-UE, il-Kummissjoni ssuġġeriet li l-UCPD tiġi aġġornata sabiex ikun ċar li l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jivvalutaw u jindirizzaw il-prattiki kummerċjali qarrieqa li jinvolvu l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti bħala identiċi f'diversi Stati Membri, meta l-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi tagħhom ikunu konsiderevolment differenti; |
S. |
billi filwaqt li l-konsumaturi m'għandhomx jiġu żgwidati, id-divrenzjar u l-innovazzjoni tal-prodott m'għandhomx jiġu ristretti bħala tali; |
T. |
billi s-suq uniku ġab benefiċċji kbar lill-operaturi fil-katina tal-provvista tal-ikel, u billi l-kummerċ tal-ikel għandu dimensjoni transfruntiera dejjem aktar sinifikanti u huwa ta' importanza partikolari għall-funzjonament tas-suq uniku; |
U. |
billi sabiex jitgawdew bis-sħiħ il-benefiċċji tas-suq intern, hu kruċjali li l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar l-ikel u l-konsumatur tiġi applikata aħjar biex jiġu identifikati u indirizzati standards dupliċi mhux ġustifikati, u b'hekk il-konsumaturi jiġu protetti minn informazzjoni u prattiki kummerċjali qarrieqa; |
V. |
billi teżisti ħtieġa kontinwa li r-rwol tal-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur jissaħħaħ f'dan ir-rigward; billi l-assoċċjazzjonijiet tal-konsumatur għandhom rwol uniku biex jizguraw il-fiduċja tal-konsumatur u għandhom ikomplu jiġu sostnuti permezz ta' miżuri legali u ekonomiċi addizzjonali u bit-tisħiħ tal-kapaċitajiet; |
W. |
billi d-differenzi li ntwera li jeżistu fl-ingredjenti fi prodotti komparabbli jistgħu, fuq terminu twil, joħolqu riskju għas-saħħa tal-konsumaturi, partikolarment fil-każ ta' konsumaturi vulnerabbli bħat-tfal jew persuni bi problemi djetetiċi u/jew ta' saħħa, u b'hekk jikkontribwixxu għal deterjorament tal-benessri taċ-ċittadini; billi dan huwa l-każ, pereżempju, fejn il-livell ta' xaħam u/jew ta' zokkor ikun ogħla milli mistenni, fejn xaħmijiet li joriġinaw mill-annimali jiġu ssostitwiti minn xaħmijiet ta' oriġini veġetali jew viċeversa, fejn iz-zokkor jiġi ssostitwit minn dolċifikanti artifiċjali, jew fejn jiżdied il-kontenut tal-melħ; billi t-tikkettar li ma jagħtix stampa ċara tal-addittivi użati jew tan-numru ta' prodotti li jissostitwixxu ingredjenti bażiċi jqarrqu bil-konsumaturi u jistgħu joħolqu riskju għal saħħithom; |
X. |
billi m'hemm l-ebda regolament leġiżlattiv dwar il-kwalità dupliċi fil-livell tal-UE u għalhekk huwa impossibbli li titqabbel il-kwalità jew li jiġu identifikati każijiet ta' kwalità dupliċi u dan ifisser li m'hemm l-ebda strument li jista' jintuża biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni; billi s-servizzi għall-Awditi u l-Analiżi tal-Ikel u tas-Saħħa tal-Kummissjoni rrappurtaw, b'mod regolari, diversi nuqqasijiet fl-implimentazzjoni u l-infurzar tar-rekwiżiti applikabbli tal-liġi dwar l-ikel tal-UE, pereżempju fit-tikkettar tal-laħam isseparat b'mod mekkaniku (12) jew fl-użu ta' addittivi tal-ikel (13); |
Y. |
billi jistgħu jiġu identifikati differenzi fil-kompożizzjoni – li potenzjalment jaffettwaw is-saħħa tal-konsumaturi – mhux biss f'oġġetti tal-ikel, iżda anke fil-kożmetiċi, fil-prodotti tal-iġjene u fil-prodotti tat-tindif; |
Z. |
billi l-attivitajiet ta' riformulazzjoni biex jitnaqqas il-kontenut tax-xaħam, taz-zokkor u tal-melħ fl-ikel għadhom lura f'ħafna pajjiżi tal-Ewropea Ċentrali, tal-Lvant u tax-Xlokk; |
1. |
Jenfasizza li r-riżultati ta' bosta testijiet u stħarriġiet imwettqa f'diversi Stati Membri, l-aktar fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, b'metodoloġiji differenti għal testijiet fil-laboratorju, urew li hemm differenzi ta' kobor li jvarja, inter alia fil-kompożizzjoni u fl-ingredjenti użati, bejn prodotti li jiġu reklamati u distribwiti fis-suq uniku taħt l-istess marka u b'imballaġġ li jidher identiku, għad-detriment tal-konsumaturi; jinnota li skont stħarriġ imwettaq għal awtorità kompetenti nazzjonali, il-maġġoranza tal-konsumaturi jinsabu mħassba b'dawn id-differenzi; għalhekk jikkonkludi li, abbażi tal-konklużjonijiet ta' dawn it-testijiet u l-istħarriġiet, il-konsumaturi jinsabu mħassba dwar diskriminazzjoni bejn is-swieq differenti tal-Istati Membri; jissottolinja li kwalunkwe tip ta' diskriminazzjoni bħal din mhijiex aċċettabbli u li l-konsumaturi kollha tal-UE għandhom igawdu aċċess għall-istess livell ta' kwalità tal-prodotti; |
2. |
Jenfasizza li l-każijiet ta' dawn id-differenzi sinifikanti jikkonċernaw mhux biss il-prodotti tal-ikel iżda ħafna drabi anke dawk mhumiex tal-ikel, inklużi deterġenti, kożmetiċi, prodotti tal-iġjene u prodotti maħsuba għat-trabi; |
3. |
Ifakkar li fl-2013 il-Parlament stieden lill-Kummissjoni twettaq investigazzjoni fil-fond sabiex tevalwa jekk hemmx bżonn ta' aġġustament tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni u tinforma lill-Parlament u lill-konsumaturi bir-riżultati; |
4. |
Jilqa' l-inizjattivi reċenti mħabbra mill-Kummissjoni biex tindirizza din il-kwistjoni, b'mod partikolari l-impenn tagħha li tippreżenta metodoloġija tal-ittestjar komuni u talloka baġit għall-preparazzjoni u l-infurzar tagħha u għall-ġbir ta' aktar evidenza affidabbli u kumparabbli, u taġġorna l-UCPD filwaq li tvara ċ-Ċentru ta' Għarfien dwar il-Frodi u l-Kwalità Alimentari; |
5. |
Jieħu nota tal-mandat mogħti mill-Kunsill Ewropew lill-Forum ta' Livell Għoli dwar it-Titjib tal-Funzjonament tal-Katina tal-Provvista tal-Ikel biex jindirizza l-kwistjoni tal-kwalità dupliċi; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jipparteċipaw b'mod attiv fl-inizjattivi li għaddejjin, u jinkludu l-iżvilupp u l-integrazzjoni fil-prattiki ta' ħidma tagħhom ta' metodoloġija tal-ittestjar komuni u l-ġbir ta' aktar evidenza; jenfasizza l-ħtieġa li l-partijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumatur ikunu involuti b'mod attiv u li jkunu jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom f'isem il-konsumaturi, inklużi r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka li jkunu wettqu testijiet tal-prodotti fl-Istati Membri; jemmen li l-Parlament għandu jkun involut fl-inizjattivi kollha li jkunu għaddejjin u li jista' jkollhom impatt fuq l-isforzi biex tiġi indirizzata l-kwistjoni dwar il-kwalità dupliċi; |
6. |
Jirrakkomanda li l-Istati Membri kkonċernati jfasslu valutazzjoni huma stess fir-rigward tal-metodoloġija u l-effikaċja tal-infurzar tal-UCPD u ta' leġiżlazzjoni eżistenti oħra dwar il-kwistjoni tal-kwalità dupliċi tal-prodotti tal-ikel u ta' prodotti oħra, u jressquha lill-Kummissjoni għal valutazzjoni oġġettiva tal-gravità tal-problema; |
7. |
Jilqa' d-deċiżjoni tal-Parlament li jadotta proġett pilota għall-2018 li se jkun jinvolvi sensiela ta' investigazzjonijiet tas-suq f'diversi kategoriji ta' prodotti għall-konsumatur bil-għan li jiġu vvalutati l-aspetti differenti tal-kwalità dupliċi; jistenna li l-proġett jitwettaq u jiġi ppubblikat fil-ħin, kif kien ippjanat inizjalment; jemmen li l-proġett għandu wkoll jiġi estiż sal-2019 sabiex jiżgura ambitu usa' ta' għarfien u jkopri s-settur mhux tal-ikel; jitlob li l-Membri tal-PE jitħallew ikunu involuti aktar fis-sorveljanza tal-proġett; iħeġġeġ lill-Parlament, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-għodod kollha disponibbli, inklużi l-proġetti pilota u nazzjonali, bil-ħsieb li jivvalutaw aktar l-aspetti differenti tal-kwalità dupliċi tal-prodotti tal-ikel; |
8. |
Jenfasizza li informazzjoni komprensiva dwar l-awtorità pubblika responsabbli għat-teħid ta' azzjoni u dwar il-proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji rilevanti, inkluża l-possibbiltà għall-membri tal-pubbliku li jressqu ilmenti online, hija essenzjali għall-infurzar effikaċi tal-UCPD; iqis bħala negattiv, għalhekk, in-nuqqas ta' informazzjoni fl-Istati Membri kkonċernati li, minkejja t-tħassib espress mill-Istati Membri dwar il-ħtieġa li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-kwalità dupliċi tal-prodotti, ma jagħmlux din l-informazzjoni disponibbli fis-siti web tal-awtoritajiet responsabbli; |
9. |
Jissottolinja li l-Kummissjoni diġà rċeviet notifika ta' miżura ġdida ta' ttikkettar nazzjonali mfassla biex twissi lill-konsumaturi b'differenzi fil-kompożizzjoni tal-prodotti tal-ikel; |
10. |
Jilqa' l-fatt li, sabiex tkompli ttejjeb il-protezzjoni tal-konsumatur fl-UE u tipprovdi appoġġ lin-negozji, il-Kummissjoni varat programm ta' taħriġ online li jgħin lill-kumpaniji jifhmu u jinfurzaw aħjar id-drittijiet tal-konsumatur fl-UE; |
Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' kwalità dupliċi tal-prodotti
11. |
Jieħu nota tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel u l-ħarsien tal-konsumatur tal-UE fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' prodotti ta' kwalità dupliċi; jirrimarka li dan l-avviż huwa maħsub biex jgħin lill-awtoritajiet nazzjonali jiddeterminaw jekk kumpanija tkunx qed tikser il-liġijiet tal-UE dwar l-ikel u l-konsumatur meta tbigħ prodotti ta' kwalità dupliċi f'pajjiżi differenti, u biex jagħtihom parir dwar kif jikkooperaw ma' xulxin; jinsab imħasseb li l-approċċ gradwali tal-avviż għall-identifikazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali dwar jekk il-produtturi jkunux qed jiksru d-dritt tal-Unjoni bħalissa jidher li mhux qed jiġi applikat fil-prattika mill-Istati Membri, u dan jista' jfisser li d-drittijiet tal-konsumatur qed jinkisru; |
12. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li fis-suq uniku, fejn il-konsumaturi għandhom fehim ġenerali taċ-ċirkolazzjoni libera u l-aċċess ugwali tal-beni, dawn ma jistennewx, a priori, li l-prodotti tal-marka mibjugħa f'pajjiżi differenti jvarjaw minn xulxin; ifakkar li, skont il-Kummissjoni, l-istudji li saru dwar il-lealtà lejn il-marka juru li f'moħħ il-konsumatur, il-marki jirrappreżentaw ċertifikat ta' kwalità kkontrollata u kostanti; jaqbel mal-Kummissjoni, barra minn hekk, li dan jispjega għaliex xi konsumaturi jistgħu jistennew li l-prodotti tal-marka jkunu ta' kwalità ekwivalenti jekk mhux eżattament l-istess kull fejn u kull meta jinxtraw u jistenna li s-sidien ta' marka jinfurmawhom meta jiddeċiedu li jibdlu xi element importanti mill-kompożizzjoni tal-prodotti tagħhom; |
13. |
Iqis, għalhekk, li kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, avolja tkun fil-parti viżiva prinċipali tal-pakkett, mhijiex biżżejjed sakemm il-konsumatur ma jifhimx b'mod ċar li l-prodott inkwistjoni jvarja mill-prodotti tal-istess marka mibjugħa fi Stati Membri oħra u li jidhru identiċi; |
14. |
Jaqbel ukoll mal-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, li l-produtturi m'għandhomx neċessarjament joffru prodotti identiċi fiż-żoni ġeografiċi differenti u li l-moviment liberu tal-merkanzija ma jfissirx li kull prodott għandu jkun identiku kullimkien fis-suq uniku; jenfasizza li l-operaturi kummerċjali huma awtorizzati jikkummerċjalizzaw u jbigħu prodotti b'kompożizzjonijiet u karatteristiċi differenti abbażi ta' fatturi leġittimi sakemm dawn jirrispettaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni tal-UE; jenfasizza, madankollu, li dawn il-prodotti m'għandhomx ivarjaw fil-kwalità meta jiġu offruti lill-konsumaturi fi swieq differenti; |
15. |
Iqis li l-għoti ta' informazzjoni preċiża u faċli biex tinftiehem lill-konsumaturi hija kruċjali biex tiġi indirizzata l-kwalità dupliċi tal-prodotti; jinsab konvint li, f'każ li kumpanija jkollha l-ħsieb li tintroduċi fis-suq ta' Stati Membri differenti prodott li jvarja f'ċerti karatteristiċi, dan il-prodott ma jistax jiġi ttikkettat u mmarkat b'mod li jidher identiku; |
16. |
Jinnota li jista' jkun hemm differenzi aċċettabbli fil-kompożizzjoni ta' prodott ta' marka unika u li l-prodotti jistgħu jkunu differenti minħabba l-preferenzi reġjonali tal-konsumaturi, il-provenjenza ta' ingredjenti lokali, ir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali, jew l-objettivi ta' riformulazzjoni; jenfasizza li l-intenzjoni mhijiex li jiġu stabbiliti jew li jiġu armonizzati r-rekwiżiti dwar il-kwalità tal-ikel u li mhuwiex mixtieq li tiġi imposta fuq il-manifatturi l-kompożizzjoni eżatta tal-prodotti differenti; jemmen, madankollu, li l-preferenzi tal-konsumaturi m'għandhomx jintużaw bħala skuża biex tonqos il-kwalità jew jiġu offruti gradi ta' kwalità differenti fi swieq differenti; jisħaq fuq il-fatt li l-konsumaturi jridu jkunu konxji u infurmati b'mod ċar dwar dan l-aġġustament għal kull prodott individwali, u mhux biss li jkunu jafu f'termini ġenerali li din il-prattika stabbilita teżisti; |
17. |
Iqis li l-avviż huwa kkunsidrat bħala indirizzat primarjament għall-prodotti tal-ikel; jemmen li d-dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għandhom jiġu applikati għall-prodotti kollha tal-ikel u għal dawk mhux tal-ikel disponibbli fis-suq uniku b'mod ġenerali, u li t-tikketta tal-prodott trid tkun leġġibbli u b'informazzjoni sħiħa għall-konsumaturi; |
18. |
Jiġbed l-attenzjoni lejn il-gwida tal-Kummissjoni tal-2016 dwar l-applikazzjoni tal-UCPD, li tgħid li: "prodotti tal-istess ditta u li jkollhom l-istess imballaġġ jew imballaġġ simili jistgħu jvarjaw fil-kompożizzjoni tagħhom skont il-post tal-manifattura u s-suq ta' destinazzjoni, jiġifieri jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor"u li "skont il-UCPD, prattiki kummerċjali li jikkummerċjalizzaw prodotti b'kompożizzjoni differenti mhumiex inġusti minnhom infushom"; jenfasizza l-importanza tad-dokumenti ta' gwida tal-Kummissjoni biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni xierqa u koerenti tal-UCPD; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara, għalhekk, ir-relazzjoni bejn l-avviż, il-gwida u d-dokument imfassal mis-sottogrupp tas-suq intern tal-Forum ta' Livell Għoli dwar it-Titjib tal-Funzjonament tal-Katina tal-Provvista tal-Ikel; |
19. |
Jinnota li jista' jkun hemm rekwiżiti differenti għall-metodi ta' kontroll tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; jissottolinja li hemm diversi analiżijiet li diġà twettqu u li jistgħu jservu bħala bażi għat-tfassil u għall-implimentazzjoni tal-metodoloġija tal-ittestjar komuni, anke jekk il-metodoloġiji tagħhom kienu differenti u r-riżultati tagħhom ma ġewx ivvalutati bl-istess mod; iqis li l-għan tal-ħidma biex tiġi żviluppata metodoloġija mmexxija miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni (JRC) għandu jiġi ddikjarat b'mod ċar sabiex tiġi żgurata interpretazzjoni unifikata tal-metodoloġija li tirriżulta, inkluża definizzjoni ta' "differenza sinifikanti", u sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jużawha; jirrimarka li l-istabbiliment ta' liema mill-prodotti varji huwa l-aktar standard u għalhekk il-"prodott ta' referenza"jista' fil-fatt ifixkel il-valutazzjoni ġenerali, peress li dan jista' jkun wisq diffiċli biex jiġi determinat; |
20. |
Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar fl-identifikazzjoni ta' prattiki kummerċjali żleali fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti; jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali f'dan ir-rigward; jissottolinja l-fatt li l-għan ta' din il-metodoloġija huwa li jiġi żgurat il-ġbir ta' evidenza affidabbli u kumparabbli mill-Istati Membri fuq bażi komuni u biex isir kontribut għall-valutazzjoni ġenerali dwar kemm hi serja u mifruxa l-kwistjoni tal-kwalità dupliċi fis-Suq Uniku; ifakkar li n-natura fattwali tal-prattiki żleali x'aktarx li se tibqa' tiġi ġġudikata biss fuq il-bażi ta' każ b'każ, peress li l-grad ta' kemm il-konsumatur ikun ġie mqarraq hija dejjem kwistjoni ta' ġudizzju suġġettiv mill-awtorità jew qorti kompetenti; |
21. |
Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistieden lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu aktar testijiet tas-suq fl-Istati Membri li jinvolvu tqabbil tal-prodotti fost reġjuni u pajjiżi differenti; jirrimarka, madankollu, li skont il-Kummissjoni, tali testijiet għandhom jitwettqu b'approċċ komuni għall-ittestjar li għadu ma ġiex kompletament żviluppat; jenfasizza l-ħtieġa li tinżamm l-iskeda sabiex ir-riżultati tat-testijiet imwettqa skont l-approċċ komuni tal-ittestjar jitlestew, jiġu ppubblikati fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE f'bażi ta' data pubblikament disponibbli, u jiġu analizzati malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn tmiem l-2018; jenfasizza l-ħtieġa, barra minn hekk, li dawn ir-riżultati jiġu żvelati minnufih sabiex jiġu infurmati l-konsumaturi u l-produtturi, titqajjem kuxjenza u b'hekk dan jgħin sabiex jonqsu l-inċidenzi ta' kwalità dupliċi fil-prodotti; |
Aspetti oħra tal-kwalità dupliċi
22. |
Jenfasizza li t-tikketti privati saru element ewlieni essenzjali fil-basket tax-xiri tal-konsumaturi u li s-sehem mis-suq tagħhom żdied fil-biċċa l-kbira tal-kategoriji ta' prodotti f'bosta Stati Membri matul l-aħħar għaxar snin; jemmen li t-tikketti privati m'għandhomx jimitaw prodotti tal-marka, biex il-konsumaturi ma jitħawdux; itenni li l-kwistjoni tat-tikketti privati tirrikjedi attenzjoni partikolari mill-Kummissjoni, bil-ħsieb li tintemm il-konfużjoni bejn tikketti privati u prodotti tal-marka; jinnota li s-suq uniku huwa aċċessibbli għall-produtturi u l-manifatturi, iżda li huwa wkoll kompetittiv ħafna, u wħud mid-ditti huma magħrufa sew minn kulħadd jew għandhom reputazzjoni tajba fl-Unjoni kollha; |
23. |
Ifakkar li l-Parlament talab ripetutament lill-Kummissjoni tiddetermina jekk il-kwalità dupliċi għandhiex riperkussjonijiet negattivi għall-produzzjoni lokali u reġjonali, b'mod partikolari l-SMEs; jiddispjaċih li s'issa l-Kummissjoni għadha ma ppreżentat l-ebda data; |
24. |
Jissottolinja li l-falsifikazzjoni ta' prodotti tal-marka tesponi lill-konsumaturi għal riskji għas-saħħa u s-sikurezza, timmina l-fiduċja tal-konsumaturi u twassal għal telf ta' dħul għall-produtturi; jinnota li l-firxa ta' prodotti ffalsifikati rkuprati fl-UE għadha wiesgħa u tiġbor fiha kważi kull tip ta' prodott; |
25. |
Jinsab imħasseb dwar ir-restrizzjonijiet imqiegħda fuq il-kummerċjanti fir-rigward tax-xiri ta' prodotti li jista' jkollhom effett negattiv fuq l-għażla tal-konsumatur; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tidentifika l-fatturi li jikkontribwixxu għall-frammentazzjoni tas-suq uniku fil-prodotti u jillimitaw b'mod illeġittimu l-kapaċità tal-konsumaturi li jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq uniku, b'attenzjoni partikolari fuq ir-restrizzjonijiet tal-provvista territorjali u l-implikazzjonijiet tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu mil-leġiżlazzjoni tal-kompetizzjoni, jekk applikabbli, sabiex tindirizza prattiki bħal dawn; |
26. |
Jindika li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jagħżlu kampjuni u jwettqu testijiet fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom biss; jenfasizza l-ħtieġa ta' kooperazzjoni transfruntiera u kondiviżjoni ta' data mtejba, effikaċi, trasparenti, u rapida, inkluż skambju dwar prodotti potenzjalment mhux konformi u tagħrif dwar il-prattiki żleali li jista' jkun hemm, bejn l-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tal-konsumatur u tal-ikel, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u l-Kummissjoni sabiex tiġi indirizzata l-kwalità dupliċi u jsir titjib u jiġi mqarreb l-infurzar tal-leġiżlazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom b'mod aktar intensiv f'kooperazzjoni bħal din; jilqa', f'dan ir-rigward, l-adozzjoni tar-Regolament rivedut dwar il-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi (CPC), li jsaħħaħ is-setgħat investigattivi u tal-infurzar, itejjeb l-iskambju tal-informazzjoni u d-data u l-aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti u jistabbilixxi regoli armonizzati li jistipulaw il-proċeduri għall-koordinament tal-miżuri ta' investigazzjoni u infurzar; |
27. |
Jirrikonoxxi l-utilità tas-"sweeps"li jservu bħala forma importanti ta' koordinament tal-infurzar skont ir-Regolament CPC u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħuhom ulterjorment u jwessgħu l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom; |
Rakkomandazzjonijiet u passi ulterjuri
28. |
Jenfasizza l-valur ta' dibattitu pubbliku wiesa' u f'waqtu li jwassal għal żieda fis-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur dwar il-prodotti u l-karatteristiċi tagħhom; jinnota li xi manifatturi u sidien ta' tikketti privati diġà ħabbru bidliet fir-riċetti jew l-użu ta' standard ta' produzzjoni uniku fil-livell tal-UE; jenfasizza l-importanza tar-rwol tal-industrija fit-titjib tat-trasparenza u ċ-ċarezza fir-rigward tal-kompożizzjoni u l-kwalità tal-prodotti u ta' kwalunkwe tibdil fihom; jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tiżviluppa kodiċi ta' kondotta f'dan ir-rigward; jitlob, fl-interessi tagħhom stess, biex kemm il-produtturi kif ukoll il-bejjiegħa bl-imnut ikunu involuti aktar, sabiex ikun jista' jinstab rimedju effettiv għas-sitwazzjoni preżenti malajr kemm jista' jkun mingħajr rikors għal proċeduri ta' infurzar, u biex il-konsumaturi Ewropej ikun jista' jkollhom aċċess għal prodotti tal-istess kwalità fis-suq uniku kollu; jistieden lill-manifatturi jikkunsidraw li jinkludu logo fuq l-imballaġġ li jindika li l-kontenut u l-kwalità tal-istess marka huma l-istess fl-Istati Membri kollha; |
29. |
Jistieden lill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-korpi nazzjonali notifikati responsabbli mill-infurzar tal-UCPD u ta' leġiżlazzjoni rilevanti oħra jieħdu rwol aktar attiv fid-dibattitu pubbliku u fit-twassil tal-informazzjoni lill-konsumaturi; jinsab konvint li l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti biex tiġi indirizzata l-problema tal-kwalità dupliċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-appoġġ tagħhom għall-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-konsumaturi permezz ta' mekkaniżmi finanzjarji u legali, sabiex ikunu jistgħu jibnu l-kapaċità, jiżviluppaw l-attivitajiet ta' ttestjar tagħhom, iwettqu testijiet komparattivi u, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti, jgħinu biex jittraċċaw u jesponu l-każijiet ta' divrenzjar inġust tal-prodotti; jemmen, barra minn hekk, li għandu jitrawwem skambju transfruntier imsaħħaħ ta' informazzjoni fost l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi; |
30. |
Iqis li, abbażi ta' esperjenzi preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti ma kinux kapaċi jindirizzaw b'mod effettiv ebda każ speċifiku ta' kwalità dupliċi fil-livell nazzjonali biss jew jinfurzaw il-leġiżlazzjoni eżistenti, jew ippruvaw jagħmlu dan minimament biss, parzjalment minħabba nuqqas ta' dispożizzjoni legali espliċita fil-livell tal-UE; ifakkar li l-Istati Membri huma responsabbli għall-infurzar tal-UCPD u li għalhekk huma għandhom jagħmlu dan sabiex jiżguraw li l-konsumaturi ma jiġux żgwidati minn prattiki ta' kummerċjalizzazzjoni żleali; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom ir-riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani adegwati sabiex jiġi żgurat infurzar effikaċi; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-konsumaturi bi spazju għat-tressiq ta' lmenti u għall-investigazzjoni ulterjuri tagħhom, u jinfurmaw kemm jista' jkun lill-konsumaturi bid-drittijiet u l-għażliet tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti u l-obbligi tal-bejjiegħa li jinfurmawhom bil-kompożizzjoni u, fejn applikabbli, l-oriġini tal-prodotti; |
31. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kwistjoni tal-kwalità dupliċi hija relatata b'mod dirett mal-essenza tal-funzjonament tas-suq uniku u l-fiduċja tal-konsumaturi, bit-tnejn li huma involuti, u għalhekk tirrikjedi, inter alia, soluzzjoni fil-livell tal-Unjoni permezz ta' miżuri infurzabbli b'mod dirett; jinsab konvint li minħabba l-possibbiltà ta' azzjoni fil-livell nazzjonali, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tħares l-integrità tas-suq uniku; jistieden lill-Kummissjoni timmappja l-istandards nazzjonali eżistenti għall-ikel u l-prodotti mhux tal-ikel fl-UE u tivvaluta r-rilevanza tagħhom għal każijiet ta' kwalità dupliċi fis-suq uniku; |
32. |
Jappella biex il-kapaċitajiet u l-mekkaniżmi fil-livell tal-UE jiġu żviluppati b'mod urġenti f'unità speċjalizzata ta' monitoraġġ u superviżjoni f'korp eżistenti tal-UE (JRC, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) jew oħrajn), filwaqt li, kemm jista' jkun, il-burokrazija tinżamm baxxa kemm jista' jkun, bil-għan li jiġu sorveljati l-konsistenza fil-kompożizzjoni u l-użu proporzjonali tal-ingredjenti fi prodotti tal-ikel tal-istess marka u bl-istess imballaġġ biex jiġu vvalutati l-analiżijiet komparattivi li jkunu saru fil-laboratorji bil-ħsieb li jiġu identifikati l-prattiki kummerċjali żleali fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-ikel; |
33. |
Jilqa' l-fatt li l-proposta għal Patt Ġdid għall-Konsumaturi tal-Kummissjoni, li tfittex li tindirizza l-kwalità dupliċi tal-prodotti billi temenda l-Artikolu 6 tal-UCPD u tiddikjara bħala prattika kummerċjali qarrieqa l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott bħala identiku għall-istess prodott ikkummerċjalizzat f'diversi Stati Membri oħra, meta dak il-prodott ikollu kompożizzjoni jew karatteristiċi differenti; jinnota, madankollu, li l-proposta fiha wkoll xi dispożizzjonijiet mhux ċari li jeħtieġu kjarifika sabiex jiġu żgurati interpretazzjoni u applikazzjoni xierqa; |
34. |
Jesprimi l-konvinzjoni qawwija tiegħu, madankollu, li biex kwalunkwe każ mhux ġustifikat ta' kwalità dupliċi jiġi indirizzat bl-aktar mod effikaċi, l-Anness I tal-UCPD għandu jiġi emendat b'tali mod li mal-"lista s-sewda"li tiddefinixxi l-prattiki pprojbiti f'kull ċirkustanza jiżdied punt ieħor li jsemmi espliċitament is-sitwazzjoni meta l-kwalità dupliċi ta' prodotti tal-istess marka tkun diskriminatorja u ma tirrispettax l-aspettattivi tal-konsumaturi; |
35. |
Jenfasizza li l-eżitu tal-proċess leġiżlattiv għandu jkun definizzjoni ċara ta' x'jista' jitqies bħala kwalità dupliċi u kif kull każ għandu jiġi vvalutat u indirizzat mill-awtoritajiet kompetenti; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-lista miftuħa tal-hekk imsejħa "fatturi leġittimi"tista' tipperikola l-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jwettqu valutazzjonijiet u japplikaw il-liġi; jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-użu tal-kunċett ta' "preferenzi definiti tal-konsumaturi"fil-valutazzjoni ta' jekk id-divrenzjar fil-kompożizzjoni tal-prodott jistax ikun ġustifikat jew le, jista' jwassal għal interpretazzjonijiet konfliġġenti bejn l-awtoritajiet kompetenti; |
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni testendi l-mandat mogħti lill-JRC sabiex fil-futur qarib jaħdem fuq metodoloġija armonizzata mal-Ewropa kollha għat-tqabbil tal-karatteristiċi ta' prodotti mhux tal-ikel kif ukoll fuq linji gwida biex titjieb it-trasparenza tal-prodotti fi żmien sena, kif ukoll biex ikunu evalwati r-riżultati tat-testijiet; jirrimarka li l-JRC għandu wkoll, għall-finijiet tal-iskambju tal-aħjar prattiki f'dan il-qasam, ifittex li jikkoopera mal-awtoritajiet tal-Istati Membri li diġà ttestjaw il-prodotti huma stess iżda li għadhom ma kkomunikawx ir-riżultati lill-awtoritajiet nazzjonali ta' Stati Membri oħra; |
37. |
Jirrimarka li s-sikurezza u l-kwalità tal-ikel, kif ukoll il-fatt li l-konsumaturi ma jitħallewx jiġu mqarrqa, huma kwistjonijiet tal-ogħla prijorità; ifakkar lill-Kummissjoni fl-impenn tagħha ta' monitoraġġ aħjar u ta' titjib tal-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE; iqis li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jissorveljaw b'mod effikaċi l-konformità mal-liġi applikabbli f'dawn l-oqsma; |
38. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tittejjeb it-trasparenza tal-istudji xjentifiċi fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel b'reazzjoni għat-tħassib tal-pubbliku, sabiex tingħata spinta lill-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa sabiex jittieħdu deċiżjonijiet ta' akkwist appoġġjati minn valutazzjoni tar-riskju affidabbli u bbażata fuq ix-xjenza; |
39. |
Jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali tal-ikel biex jistabbilixxu, każ b'każ, jekk prattiki diskriminatorji suspettati jkunux verament illegali, abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-UCPD u l-interazzjoni tagħhom mar-rekwiżiti dwar informazzjoni ġusta stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi; |
40. |
Jinnota li ċ-ċittadini kollha tal-UE huma affettwati minn prattiki ta' kwalità dupliċi, inkluż meta jivvjaġġaw minn Stat Membru għall-ieħor; |
41. |
Jenfasizza, madankollu, li d-differenzi sostanzjali fil-prodotti għat-trabi, bħall-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar, ma jistgħux jiġu ġġustifikati abbażi ta' preferenzi fit-togħma reġjonali biss; |
42. |
Jirrifjuta bil-qawwa d-dikjarazzjoni li saret minn xi produtturi li l-bidliet fil-kompożizzjoni u/jew il-kwalità jsiru sabiex il-prezzijiet ikunu konformi mal-aspettattivi tal-konsumaturi; jenfasizza li diversi studji wrew li prodotti ta' kwalità inferjuri ħafna drabi jkunu ogħla mill-kontropartijiet tagħhom ta' kwalità ogħla xi mkien ieħor fl-UE; |
43. |
Jinkoraġġixxi b'mod qawwi l-użu tal-prinċipju tal-ekonomija ċirkolari għall-imballaġġ tal-prodotti u jenfasizza li jekk l-imballaġġ għal prodott fi Stat Membru wieħed jikkonforma ma' dan il-prinċipju, għandhom isiru sforzi miftiehma mill-produttur biex jiġi żgurat li dan ikun il-każ għall-prodotti kollha kkummerċjalizzati taħt l-istess marka fl-istess tip ta' imballaġġ fl-UE kollha u lil hinn minnha; |
44. |
Jenfasizza li xi każijiet ta' prodotti ta' kwalità dupliċi jirriżultaw minn nuqqas ta' infurzar tal-liġi tal-Unjoni; jistieden lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jinfurzaw b'urġenza r-regoli eżistenti tal-UE dwar it-tikkettar tal-ikel, inkluż, pereżempju, fir-rigward ta' laħam isseparat b'mod mekkaniku; |
o
oo
45. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.
(2) ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1.
(3) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.
(5) ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 11.
(6) ĠU C 93, 24.3.2017, p. 27.
(9) Testi adottati, P8_TA(2017)0027.
(10) O-000019/2017.
(12) http://ec.europa.eu/food/audits-analysis/overview_reports/details.cfm?rep_id=76
(13) http://ec.europa.eu/food/audits-analysis/overview_reports/details.cfm?rep_id=115
III Atti preparatorji
IL-PARLAMENT EWROPEW
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/201 |
P8_TA(2018)0318
Ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-Brażil għal uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa tal-pjanti tal-għalf, u għal uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa taċ-ċereali, u fir-rigward tal-ekwivalenza taż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf u ż-żerriegħa taċ-ċereali prodotti fil-Brażil, kif ukoll fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-Moldova għal uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa taċ-ċereali, uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa tal-ħxejjex, u fir-rigward tal-ewkivalenza taż-żerriegħa taċ-ċereali, taż-żerriegħa tal-ħxejjex u taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra prodotti fil-Moldova (COM(2017)0643 – C8-0400/2017 – 2017/0297(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2019/C 433/25)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0643), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0400/2017), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Frar 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0253/2018), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2017)0297
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Settembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fir-Repubblika Federattiva tal-Brażil għal uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa tal-pjanti tal-għalf u għal uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa taċ-ċereali u fir-rigward tal-ekwivalenza taż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf u ż-żerriegħa taċ-ċereali prodotti fir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, kif ukoll fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fir-Repubblika tal-Moldova għal uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa taċ-ċereali, uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa tal-ħxejjex u uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra u fir-rigward tal-ekwivalenza taż-żerriegħa taċ-ċereali, taż-żerriegħa tal-ħxejjex u taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra prodotti fir-Repubblika tal-Moldova
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Deċiżjoni (UE) 2018/1674.)
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/203 |
P8_TA(2018)0319
Is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud rigward l-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud rigward l-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar (COM(2018)0021 – C8-0022/2018 – 2018/0006(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
(2019/C 433/26)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0021), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0022/2018), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0260/2018), |
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
3. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
4. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
||||
|
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
||||
|
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 3
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
||||
|
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
||||
|
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 6
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 8
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 12
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 13
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 15
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 17
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 284 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Qabel ma tibbenefika mill-eżenzjoni fi Stati Membri oħra, l-impriża ż-żgħira għandha tinnotifika lill-Istat Membru fejn tkun stabbilita . |
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi portal online li permezz tiegħu għandhom jirreġistraw dawk l-impriżi ż-żgħar li jkunu jixtiequ jibbenefikaw mill-eżenzjoni fi Stat Membru ieħor . |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 284 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Meta impriża żgħira tibbenefika mill-eżenzjoni fi Stati Membri oħra għajr dak li fih hija stabbilita, l-Istat Membru ta' stabbiliment għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura d-dikjarazzjoni eżatta tal-fatturat annwali fl-Unjoni u tal-fatturat annwali fl-Istat Membru mill-impriża u għandu jinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kkonċernati l-oħra li fihom l-impriża ż-żgħira twettaq provvista.; |
|
Meta impriża żgħira tibbenefika mill-eżenzjoni fi Stati Membri oħra għajr dak li fih hija stabbilita, l-Istat Membru ta' stabbiliment għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura d-dikjarazzjoni eżatta tal-fatturat annwali fl-Unjoni u tal-fatturat annwali fl-Istat Membru mill-impriża żgħira u għandu jinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kkonċernati l-oħra li fihom l-impriża ż-żgħira twettaq provvista. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jkollhom għarfien suffiċjenti dwar l-istatus tal-impriżi ż-żgħar u tar-relazzjonijiet ta' parteċipazzjoni azzjonarja jew sjieda tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jikkonfermaw l-istatus tagħhom bħala impriżi żgħar. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 288a – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Meta matul sena kalendarja sussegwenti l-fatturat annwali fl-Istat Membru ta' impriża żgħira jaqbeż il-limitu tal-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 284(1), l-impriża ż-żgħira għandha tkun tista' tkompli tibbenefika mill-eżenzjoni għal dik is-sena , dment li l-fatturat annwali tagħha fl-Istat Membru matul dik is-sena ma jaqbiżx il-limitu stabbilit fl-Artikolu 284(1) b'aktar minn 50 %.; |
|
Meta matul sena kalendarja sussegwenti l-fatturat annwali fl-Istat Membru ta' impriża żgħira jaqbeż il-limitu tal-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 284(1), l-impriża ż-żgħira għandha tkun tista' tkompli tibbenefika mill-eżenzjoni għal sentejn oħra , dment li l-fatturat annwali tagħha fl-Istat Membru matul dawk is-sentejn ma jaqbiżx il-limitu stabbilit fl-Artikolu 284(1) b'aktar minn 33 %. |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17a (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 293 – paragrafu 1
Test fis-seħħ |
|
Emenda |
||||||||||||||
Kull erba' snin li jibdew jgħoddu mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, flimkien, fejn hu xieraq u li jieħu in konsiderazzjoni l-bżonn li tiġi żgurata l-konverġenza fit-tul tar-regolamenti nazzjonali, ma' proposti dwar is-suġġetti li ġejjin:
|
|
‘Kull erba' snin li jibdew jgħoddu mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, flimkien, fejn hu xieraq u li jieħu inkonsiderazzjoni l-bżonn li tiġi żgurata l-konverġenza fit-tul tar-regolamenti nazzjonali, ma' proposti dwar is-suġġetti li ġejjin:
|
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 294e
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Artikolu 294e L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi ż-żgħar mill-obbligu li jippreżentaw denunzja tal-VAT stabbilita fl-Artikolu 250. Jekk din l-għażla ma tkunx eżerċitata , l-Istati Membri għandhom jippermettu lil dawn l-impriżi ż-żgħar eżentati jippreżentaw denunzja tal-VAT issimplifikata biex tkoperi l-perjodu ta' sena kalendarja. Madankollu, l-impriżi ż-żgħar jistgħu jagħżlu li jiġi applikat il-perjodu tat-taxxa stabbilit skont l-Artikolu 252. |
|
Artikolu 294e L-Istati Membri għandhom jew jeżentaw lill-impriżi ż-żgħar mill-obbligu li jippreżentaw denunzja tal-VAT stabbilita fl-Artikolu 250 jew jistgħu jippermettu lil dawn l-impriżi ż-żgħar eżentati jippreżentaw denunzja tal-VAT issimplifikata - li mill-inqas tinkludi l-informazzjoni li ġejja: il-VAT imponibbli, il-VAT deduċibbli, l-ammont nett tal-VAT (pagabbli jew riċevibbli), il-valur totali tat-tranżazzjonijiet tal-input u l-valur totali tat-tranżazzjonijiet tal-output – biex jiġi kopert il-perjodu ta' sena kalendarja. Madankollu, l-impriżi ż-żgħar jistgħu jagħżlu li jiġi applikat il-perjodu tat-taxxa stabbilit skont l-Artikolu 252. |
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 294i – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Artikolu 294i Għall-impriżi ż-żgħar, il-perjodu tat-taxxa li għandu jkun kopert f'denunzja tal-VAT għandu jkun il-perjodu ta' sena kalendarja. Madankollu, l-impriżi ż-żgħar jistgħu jagħżlu li jiġi applikat il-perjodu tat-taxxa stabbilit skont l-Artikolu 252. |
|
imħassar |
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 294ia (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
|
|
Artikolu 294ia Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi punt uniku ta' servizz li permezz tiegħu l-impriżi ż-żgħar ikunu jistgħu jippreżentaw id-denunzji tal-VAT tal-Istati Membri differenti fejn ikunu qed joperaw. L-Istat Membru ta' stabbiliment għandu jkun responsabbli għall-ġbir tal-VAT. |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 294j
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Artikolu 294j Minkejja l-Artikolu 206, l-Istati Membri m'għandhomx jitolbu li jsiru ħlasijiet interim mill-impriżi ż-żgħar. |
|
imħassar |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 1a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 904/2010
Artikolu 31 – paragrafu 1
Test fis-seħħ |
|
Emenda |
1. 1. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom jiżguraw li persuni involuti fil-provvista intra-Komunitarja ta' oġġetti jew servizzi u persuni taxxabbli mhux stabbiliti li jfornu servizzi ta' telekomunikazzjoni, servizzi tax-xandir u servizzi pprovduti elettronikament, partikolarment dawk imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2006/112/KE, huma permessi jiksbu, għall-ħtiġijiet ta' dawn it-tranżazzjonijiet, konferma elettronika tal-validità tan-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT ta' kwalunkwe persuna speċifikata kif ukoll l-isem u l-indirizz assoċjati. Din l-informazzjoni għandha tikkorrispondi għad-data msemmija fl-Artikolu 17. |
|
Artikolu 1a Ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 huwa emendat kif ġej: Fl-Artikolu 31, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: ‘1. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom jiżguraw li persuni involuti fil-provvista intra-Komunitarja ta' oġġetti jew servizzi u persuni taxxabbli mhux stabbiliti li jfornu servizzi ta' telekomunikazzjoni, servizzi tax-xandir u servizzi pprovduti elettronikament, partikolarment dawk imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2006/112/KE, huma permessi jiksbu, għall-ħtiġijiet ta' dawn it-tranżazzjonijiet, konferma elettronika tal-validità tan-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT ta' kwalunkwe persuna speċifikata kif ukoll l-isem u l-indirizz assoċjati. Din l-informazzjoni għandha tikkorrispondi għad-data msemmija fl-Artikolu 17. Is-sistema tal-iskambju ta' informazzjoni tal-VAT (VIES) għandha tispeċifika jekk l-impriżi ż-żgħar humiex jew ma humiex eliġibbli jibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-VAT għall-impriżi ż-żgħar. ’ |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2022 , l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. |
|
Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019 , l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill- 1 ta' Lulju 2022 . |
|
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill- 1 ta' Jannar 2020 . |
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar pjan ta' azzjoni dwar il-VAT — Lejn żona unika tal-VAT fl-UE — Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016)0148 tas-7 ta' April 2016).
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar is-segwitu għall-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT — Lejn żona unika tal-VAT fl-UE — Wasal iż-żmien li naġixxu (COM(2017)0566 tal-4 ta' Ottubru 2017).
(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar pjan ta' azzjoni dwar il-VAT — Lejn żona unika tal-VAT fl-UE — Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016)0148 tas-7 ta' April 2016).
(6) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar is-segwitu għall-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT — Lejn żona unika tal-VAT fl-UE — Wasal iż-żmien li naġixxu (COM(2017)0566 tal-4 ta' Ottubru 2017).
(7) Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tintroduċi s-sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (COM(2017)0569 tal-4 ta' Ottubru 2017).
(8) Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tintroduċi s-sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (COM(2017)0569 tal-4 ta' Ottubru 2017).
(9) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(10) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/216 |
P8_TA(2018)0320
Deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tissottoponi s-sustanzi psikoattivi l-ġodda ċiklopropilfentanil u metossiaċetilfentanil għal miżuri ta' kontroll *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi s-sustanzi psikoattivi l-ġodda N-phenyl-N-[1-(2-phenylethyl)piperidin-4-yl]cyclopropanecarboxamide (cyclopropylfentanyl) and 2-methoxy-N-phenyl-N-[1-(2-phenylethyl)piperidin-4-yl]acetamide (methoxyacetylfentanyl) għal miżuri ta' kontroll (09420/2018 – C8-0278/2018 – 2018/0118(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2019/C 433/27)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (09420/2018), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0278/2018), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0271/2018), |
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill; |
2. |
Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
3. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/217 |
P8_TA(2018)0321
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Bulgarija, lill-Greċja, lil-Litwanja u lill-Polonja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Bulgarija, lill-Greċja, lil-Litwanja u lill-Polonja (COM(2018)0360 – C8-0245/2018 – 2018/2078(BUD))
(2019/C 433/28)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0360 – C8-0245/2018), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0272/2018), |
1. |
Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni bħala sinjal ta' solidarjetà tal-Unjoni maċ-ċittadini tal-Unjoni u mar-reġjuni milquta minn diżastri naturali; |
2. |
Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi rilaxxata l-assistenza finanzjarja mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ("il-Fond") lir-reġjuni milquta minn diżastri naturali u jiddispjaċih għan-numru ta' persuni li tilfu ħajjithom f'diżastri naturali fl-Unjoni fl-2017; |
3. |
Jitlob li l-proċedura tal-mobilizzazzjoni tkompli tiġi ottimizzata b'mod li jwassal biex iż-żmien bejn l-applikazzjoni u l-pagament jiqsar; ifakkar li żborż rapidu lill-benefiċjarji huwa ta' importanza maġġuri għall-komunitajiet lokali, għall-awtoritajiet lokali u għall-fiduċja tagħhom fis-solidarjetà tal-Unjoni; |
4. |
Jappoġġja lill-Istati Membri li jużaw il-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej għar-rikostruzzjoni tar-reġjuni milquta; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja u tapprova b'mod rapidu r-riallokazzjoni finanzjarja tal-ftehimiet ta' sħubija mitluba mill-Istati Membri għal dan il-għan; |
5. |
Jistieden lill-Istati Membri jużaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond b'mod trasparenti, u b'hekk tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta fir-reġjuni kollha milquta; |
6. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Bulgarija, lill-Greċja, lil-Litwanja u lill-Polonja
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2018/1505.)
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/220 |
P8_TA(2018)0322
Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2018: il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Bulgarija, lill-Greċja, lil-Litwanja u lill-Polonja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2018 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Bulgarija, lill-Greċja, lil-Litwanja u lill-Polonja (11738/2018 – C8-0395/2018 – 2018/2082(BUD))
(2019/C 433/29)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE, u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, adottat b'mod definittiv fit-30 ta' Novembru 2017 (3), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (4), (Ir-Regolament dwar il-QFP), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (5), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (6), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2018, adottat mill-Kummissjoni fil-31 ta' Mejju 2018 (COM(2018)0361), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2018 adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Settembru 2018 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (11738/2018 – C8-0395/2018), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0273/2018), |
A. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2018 ikopri l-mobilizzazzjoni proposta tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Bulgarija u lil-Litwanja għall-għarar, lill-Greċja għat-terremoti f'Kos, kif ukoll lill-Polonja għall-maltempati li seħħew matul l-2017, |
B. |
billi għaldaqstant il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li temenda l-baġit 2018 u li żżid il-linja baġitarja 13 06 01 ‘Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija’bi EUR 33 992 206 kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn u kemm f'approprjazzjonijiet ta' pagament; |
C. |
billi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea huwa strument speċjali skont id-definizzjoni fir-Regolament dwar il-QFP u l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament korrispondenti se jiġu bbaġitjati oltre l-limiti massimi tal-QFP; |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2018; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 4/2018 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.d |
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/222 |
P8_TA(2018)0328
Korp Ewropew ta' Solidarjetà ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1288/2013, (UE) Nru 1293/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE (COM(2017)0262 – C8-0162/2017 – 2017/0102(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2019/C 433/30)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0262), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 165(4) u 166(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0162/2017), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà tas-6 ta' April 2017, Nru 2017/2629(RSP) (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mis-Senat Ċek, il-Parlament Spanjol u l-Parlament Portugiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2017 (2), |
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni, |
— |
wara li kkunsidra d-dokument tal-Aġenda Politika għall-Volontarjat fl-Ewropa (PAVE) tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011 u l-analiżi relatata ta' ħames snin tal-2015 tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011 bit-titolu "Helping Hands", |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Ġunju 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0060/2018), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni; |
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2017)0102
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Settembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1288/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/1475.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja, 80 % tal-baġit għall-implimentazzjoni tal-Programm fl-2019 u fl-2020 għandhom isiru disponibbli permezz ta' riallokazzjonijiet speċifikati taħt is-Subintestatura 1a (Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi) tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 (QFP) u riallokazzjonijiet mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u l-Programm LIFE. Madankollu, l-ebda riallokazzjoni ulterjuri ma għandha ssir mill-Programm Erasmus+, apparti l-ammont ta’ 231 800 000 EUR msemmi fil-proposta mill-Kummissjoni (COM(2017) 0262).
L-20 % li baqa' tal-baġit għall-implimentazzjoni tal-Programm fl-2019 u fl-2020 għandhom jitfasslu minn marġini disponibbli taħt is-Subintestatura 1a tal-QFP 2014-2020.
Hemm fehim komuni li l-Kummissjoni se tiżgura li l-approprjazzjonijiet neċessarji jsiru disponibbli permezz tal-proċedura baġitarja annwali normali b'mod bilanċjat u prudenti.
DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Il-Kummissjoni tikkonferma li l-użu ta' approprjazzjonijiet minn riżorsi ta' assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni skont ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (b'mod partikolari riallokazzjonijiet mill-Fond Soċjali Ewropew u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali) għall-finanzjament tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fl-2018, mhux se jintużaw mill-Kummissjoni bħala preċedent għall-proposta ta' wara l-2020 dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (COM(2018)0440)).
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/225 |
P8_TA(2018)0329
Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali: pakkett finanzjarju u objettiv ġenerali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/825 biex jiżdied il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali u li jadatta l-objettiv ġenerali tiegħu (COM(2017)0825 – C8-0433/2017 – 2017/0334(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2019/C 433/31)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0825), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 175 u 197(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0433/2017), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Marzu 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' April 2018 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Lulju 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0227/2018), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni; |
4. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2017)0334
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Settembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/825 biex jiżdied il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali u jadatta l-objettiv ġenerali tiegħu
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/1671.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-KUMISSJONI
Rigward il-finanzjament taż-żieda tal-pakkett finanzjarju għall-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu kif ġej:
1. |
EUR 40 miljun se jkunu ffinanzjati permezz tal-linja baġitarja SRSP li tinsab fl-Intestatura 1b (13.08.01) tal-QFP (Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali) bil-mobilizzazzjoni tal-Marġni Globali għall-impenji f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament QFP (UE, Euratom) Nru 1311/2013 fil-qafas tal-proċedura baġitarja skont l-Artikolu 314 tat-TFUE; |
2. |
EUR 40 miljun se jkunu ffinanzjati permezz tal-linja baġitarja SRSP li tinsab fl-Intestatura 2 (13.08.02) tal-QFP (Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali) permezz ta' riallokazzjonijiet għajr assistenza teknika u l-Iżvilupp Rurali taħt din l-Intestatura u mingħajr rikors għall-marġini. Is-sorsi preċiżi għal tali riallokazzjonijiet sejrin jiġu speċifikati aktar meta jkun il-waqt fid-dawl tan-negozjati tal-proċedura baġitarja għall-baġit 2019. |
DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
(għall-pubblikazzjoni fis-serje C tal-ĠU)
Il-Kummissjoni se tidentifika u tipproponi riallokazzjonijiet ta’ EUR 40 miljun fl-Intestatura 2 tal-MFF (Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali) f’ittra emendatorja għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-2019.
Il-Kummissjoni biħsiebha tipproponi l-mobilizzazzjoni tal-Marġni Globali għall-Impenji f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament QFP (UE, Euratom) Nru 1311/2013 fil-qafas tal-proċedura baġitarja għall-2020 skont l-Artikolu 314 TFUE.
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/228 |
P8_TA(2018)0330
Il-Programm Euratom li jikkumplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020 *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Settembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2019-2020) li jikkumplimenta l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020 (COM(2017)0698 – C8-0009/2018 – 2017/0312(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2019/C 433/32)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0698), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0009/2018), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0258/2018), |
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
3. |
Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
4. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 6
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 7
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 8
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 9
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 11
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 12
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 14
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 15
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 17
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 18
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
||||
|
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 19
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 20
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 21
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 25
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 26
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
||||
|
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 33
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
1. L-objettiv ġenerali tal-Programm Euratom huwa li jitwettqu attivitajiet ta' riċerka u taħriġ nukleari b'enfasi fuq it-titjib kontinwu tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari, u li b'mod partikolari potenzjalment jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija b'mod sikur, effiċjenti u sigur. L-objettiv ġenerali għandu jiġi implimentat permezz tal-attivitajiet speċifikati fl-Anness I fil-forma ta' azzjonijiet diretti u indiretti li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. |
|
1. L-objettiv ġenerali tal-Programm Euratom huwa li jitwettqu attivitajiet ta' riċerka u taħriġ nukleari b'enfasi fuq it-titjib kontinwu tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari, u li b'mod partikolari jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija b'mod sikur, effiċjenti u sigur. L-objettiv ġenerali għandu jiġi implimentat permezz tal-attivitajiet speċifikati fl-Anness I fil-forma ta' azzjonijiet diretti u indiretti li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
4. Il-Programm Euratom għandu jiġi implimentat b'tali mod li jiżgura li l-prijoritajiet u l-attivitajiet appoġġati huma rilevanti għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu u jqisu n-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, it-tfassil tal-politika, is-swieq u s-soċjetà, bil-għan li jiġu ottimizzati r-riżorsi umani u finanzjarji u tiġi evitata d-duplikazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp nukleari fl-Unjoni. |
|
4. Il-Programm Euratom għandu jiġi implimentat b'tali mod li jiżgura li l-prijoritajiet u l-attivitajiet appoġġati huma rilevanti għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu u jqisu n-natura li qed tevolvi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni, it-tfassil tal-politika – b'mod partikolari l-politika dwar l-enerġija u dik ambjentali – is-swieq u s-soċjetà, bil-għan li jiġu ottimizzati r-riżorsi umani u finanzjarji, biex jinħolqu sinerġiji akbar bejn il-proġetti u l-programmi eżistenti u tiġi evitata d-duplikazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp nukleari fl-Unjoni. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
2. Il-pakkett finanzjarju tal-Programm Euratom jista' jkopri spejjeż li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni ta' dak il-Programm u għall-kisba tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari l-istudji u l-laqgħat tal-esperti, sa fejn huma relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, u l-ispejjeż marbuta man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, flimkien ma' kull spiża oħra ta' assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm Euratom. L-ispejjeż għal azzjonijiet kontinwi u ripetittivi bħall-kontroll, il-verifika u netwerks tal-IT se jiġu koperti fi ħdan il-limiti tan-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni speċifikata fil-paragrafu 1. |
|
2. Il-pakkett finanzjarju tal-Programm Euratom jista' jkopri spejjeż li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni ta' dak il-Programm u għall-kisba tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari l-istudji u l-laqgħat tal-esperti, sa fejn huma relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, u l-ispejjeż marbuta man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, u s-sigurtà ta' dawk in-netwerks , flimkien ma' kull spiża oħra ta' assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm Euratom. L-ispejjeż għal azzjonijiet kontinwi u ripetittivi bħall-kontroll, il-verifika u netwerks tal-IT se jiġu koperti fi ħdan il-limiti tan-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni speċifikata fil-paragrafu 1. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
3. Il-programmi ta' ħidma msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom iqisu l-istat tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali u tal-iżviluppi rilevanti tal-politika, is-suq u s-soċjetà. Dawn għandhom ikunu aġġornati kif u meta jkun xieraq. |
|
3. Il-programmi ta' ħidma msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom iqisu l-istat tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali u tal-iżviluppi rilevanti tal-politika, is-suq u s-soċjetà. Dawn għandhom ikunu aġġornati kif u meta jkun xieraq, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet rilevanti magħmula mill-Gruppi ta' Esperti indipendenti tal-Kummissjoni stabbiliti biex jevalwaw il-Programm EURATOM . |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni adegwata tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u l-impatt ta' innovazzjoni fuqhom u s-settur privat inġenerali fil-Programm Euratom. Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u l-monitoraġġ. |
|
Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni adegwata tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), inklużi atturi innovattivi ġodda emerġenti fil-qasam tar-riċerka rilevanti u l-impatt ta' innovazzjoni fuqhom u s-settur privat inġenerali fil-Programm Euratom. Għandhom jitwettqu valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u l-monitoraġġ. |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta r-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 u tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku. |
|
2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta r-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1, tikkomunikahom lill-Parlament u tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
L-enerġija nukleari tikkostitwixxi element fid-dibattitu dwar il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tad-dipendenza tal-Ewropa fuq l-enerġija importata. Fil-kuntest usa' tas-sejba ta' taħlita ta' enerġija sostenibbli għall-futur, il-Programm Euratom se jikkontribwixxi wkoll permezz tal-attivitajiet ta' riċerka tiegħu għad-dibattitu dwar il-benefiċċji u l-limitazzjonijiet tal-enerġija mill-fissjoni nukleari għal ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju. Billi jiżguraw it-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari, it-teknoloġiji nukleari aktar avvanzati jistgħu joffru wkoll il-prospett ta' titjib sinifikanti fl-effiċjenza u fl-użu tar-riżorsi u l-produzzjoni ta' inqas skart mid-disinni attwali. L-aspetti tas-sikurezza nukleari se jieħdu l-akbar attenzjoni possibbli. |
|
L-enerġija nukleari tagħmel kontribut importanti fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tad-dipendenza tal-Ewropa fuq l-enerġija importata. Fil-kuntest usa' tas-sejba ta' taħlita ta' enerġija sostenibbli għall-futur, il-Programm Euratom se jikkontribwixxi wkoll permezz tal-attivitajiet ta' riċerka tiegħu biex jinżammu l-vantaġġi teknoloġiċi tal-fissjoni nukleari għal ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju. Billi jiżguraw it-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari, it-teknoloġiji nukleari aktar avvanzati jistgħu joffru wkoll il-prospett ta' titjib sinifikanti fl-effiċjenza u fl-użu tar-riżorsi u l-produzzjoni ta' inqas skart mid-disinni attwali. L-aspetti tas-sikurezza nukleari se jingħataw l-akbar attenzjoni possibbli. |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 6 – punt a – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
F'konformità mal-objettiv ġenerali, appoġġ għal attivitajiet ta' riċerka konġunta li jikkonċernaw l-operat sikur u d-dekummissjonar tas-sistemi tar-reatturi (inkluż il-faċilitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil) li qed jintużaw fl-Unjoni jew, sa fejn huwa meħtieġ sabiex jinżamm għarfien espert mifrux dwar is-sikurezza nukleari fl-Unjoni, dawk it-tipi ta' reatturi li jistgħu jintużaw fil-futur, filwaqt li jiffukaw esklussivament fuq l-aspetti tas-sikurezza, inkluż l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-fjuwil bħas-separazzjoni u t-trażmutazzjoni. |
|
F'konformità mal-objettiv ġenerali, appoġġ għal attivitajiet ta' riċerka konġunta li jikkonċernaw l-operat sikur u d-dekummissjonar tas-sistemi tar-reatturi (inklużi l-faċilitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil) li qed jintużaw fl-Unjoni jew, sa fejn huwa meħtieġ sabiex jinżamm għarfien espert mifrux dwar is-sikurezza nukleari fl-Unjoni, dawk it-tipi ta' reatturi jistgħu jintużaw fil-futur fl-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-fjuwil bħas-separazzjoni u t-trasmutazzjoni. |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 9 – punt a – paragrafu 2 – punt 3
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 33
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 11
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Programm Euratom, se jiġu żgurati rabtiet u interfaċċi adattati, bħal sejħiet konġunti, mal-Programm Speċifiku tal-Programm Qafas Orizzont 2020. |
|
Sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Programm Euratom u sabiex tinħoloq sinerġija bejn l-attivitajiet nukleari u dawk mhux nukleari u t-trasferiment tal-għarfien f'oqsma rilevanti , se jiġu żgurati rabtiet u interfaċċi adattati, bħal sejħiet konġunti, mal-Programm Speċifiku tal-Programm Qafas Orizzont 2020. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Anness II – parti 1 – punt b – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 36
Proposta għal regolament
Anness II – parti 1 – punt g – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
(1) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u dwar Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi (ĠU L 75, 22.3.2005, p. 67).
(2) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u dwar Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi (ĠU L 75, 22.3.2005, p. 67).
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/244 |
P8_TA(2018)0334
Kwantitajiet nominali għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni tal-ispirtu ddistillat darba biss imsejjaħ "shochu"***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 110/2008 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwantitajiet nominali għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni tal-ispirtu ddistillat darba biss imsejjaħ "shochu", li jsir fil-Ġappun b'lampik tat-tip "pot still"u li jiġi bbottiljat f'dan il-pajjiż (COM(2018)0199 – C8-0156/2018 – 2018/0097(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2019/C 433/33)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0199), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0156/2018), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta’ Lulju 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta' Lulju 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0255/2018), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, kif imsejjħa minn hawn 'il quddiem; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
P8_TC1-COD(2018)0097
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Settembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 110/2008 fir-rigward ta' kwantitajiet nominali għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' “shochu”, spirtu ddistillat darba biss, li jsir b’lampik tat-tip “pot still” u bbottiljat fil-Ġappun
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/1670.)
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/246 |
P8_TA(2018)0335
Emenda għall-Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea (mobilizzazzjoni tassistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru) ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Emenda 1 għall-Memorandum ta' Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea (05800/2018 – C8-0122/2018 – 2018/0009(NLE))
(Approvazzjoni)
(2019/C 433/34)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05800/2018), |
— |
wara li kkunsidra l-Emenda 1 għall-Memorandum ta' Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea (14031/2017), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0122/2018), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0214/2018), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerka. |
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/247 |
P8_TA(2018)0336
Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-UE (l-adeżjoni tal-Kroazja)***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12256/2014 – C8-0080/2017 – 2014/0023(NLE))
(Approvazzjoni)
(2019/C 433/35)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12256/2014), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12255/2014), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0080/2017), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0256/2018), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kanada. |
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/248 |
P8_TA(2018)0337
Id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali ***I
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta’ Settembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali (COM(2016)0593 – C8-0383/2016 – 2016/0280(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2019/C 433/36)
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 2
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 3
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
||||
|
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
||||
|
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 5
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 6
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 8
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 8a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 10
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 13a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 15
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 16
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 16a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 17
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 17a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 18
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 19
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 20
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 21
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 21a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 21b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 21c (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 22
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 22a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 23
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 24
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 25
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 26
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 27
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 28
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 28a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 30
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 30a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emendi 33 u 137
Proposta għal direttiva
Premessa 31
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emendi 34 u 138
Proposta għal direttiva
Premessa 32
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 139
Proposta għal direttiva
Premessa 33
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emendi 36 u 140
Proposta għal direttiva
Premessa 34
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Premessa 35
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Premessa 36
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Premessa 36a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emendi 40 u 215 rev
Proposta għal direttiva
Premessa 37
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 143
Proposta għal direttiva
Premessa 37a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 144, 145 u 146
Proposta għal direttiva
Premessa 38
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
||||
|
|
Emenda 147
Proposta għal direttiva
Premessa 39
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 148
Proposta għal direttiva
Premessa 39a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 149
Proposta għal direttiva
Premessa 39b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emendi 44 u 219
Proposta għal direttiva
Premessa 39c (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Premessa 39d (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Premessa 40
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Premessa 42
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Premessa 43
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Premessa 43a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Premessa 43b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Premessa 46
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Premessa 46a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emendi 54 u 238
Proposta għal direttiva
Artikolu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Artikolu 1 Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni 1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li għandhom l-għan li jkomplu jarmonizzaw il-liġi tal-Unjoni applikabbli għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fil-qafas tas-suq intern, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-użi diġitali u transfruntieri tal-kontenut protett. Id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet, dwar il-faċilitazzjoni tal-liċenzji kif ukoll regoli li għandhom l-għan li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq għall-isfruttament tad-drittijiet u materji oħra. 2. Ħlief għall-każi msemmija fl-Artikolu 6, din id-Direttiva għandha tħalli kif inhuma u ma għandha bl-ebda mod taffettwa r-regoli eżistenti stabbiliti fid-Direttivi li bħalissa huma fis-seħħ f'dan il-qasam, b'mod partikolari d-Direttivi 96/9/KE, 2001/29/ EC , 2006/115/ EC , 2009/24/ EC , 2012/28/ EU u 2014/26/ EU . |
|
Artikolu 1 Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni 1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li għandhom l-għan li jkomplu jarmonizzaw il-liġi tal-Unjoni applikabbli għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fil-qafas tas-suq intern, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-użi diġitali u transfruntieri tal-kontenut protett. Id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet, dwar il-faċilitazzjoni tal-liċenzji kif ukoll regoli li għandhom l-għan li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq għall-isfruttament tad-drittijiet u materji oħra. 2. Ħlief għall-każi msemmija fl-Artikolu 6, din id-Direttiva għandha tħalli kif inhuma u ma għandha bl-ebda mod taffettwa r-regoli eżistenti stabbiliti fid-Direttivi li bħalissa huma fis-seħħ f'dan il-qasam, b'mod partikolari d-Direttivi 96/9/KE, 2000/31/KE , 2001/29/ KE , 2006/115/ KE , 2009/24/ KE , 2012/28/ UE u 2014/26/ UE . |
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – subparagrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
b'tali mod li l-aċċess għar-riżultati ġġenerati mir-riċerka xjentifika ma jistgħux jitgawdew fuq bażi preferenzjali minn impriża li teżerċita influwenza deċiżiva fuq din l-organizzazzjoni; |
|
b'tali mod li l-aċċess għar-riżultati ġġenerati mir-riċerka xjentifika ma jistgħux jitgawdew fuq bażi preferenzjali minn impriża li teżerċita influwenza sinifikanti fuq din l-organizzazzjoni; |
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||
|
|
|
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||||
|
|
|
Emenda 150
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu1 – punt 4b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4c (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
||
|
|
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4d (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Artikolu 3 Estrazzjoni ta' test u ta' dejta 1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva għar-riproduzzjonijiet u estrazzjonijiet magħmula minn organizzazzjonijiet ta' riċerka sabiex iwettqu estrazzjoni tat-test u tad-dejta ta' xogħlijiet jew materji oħra li għalih għandhom aċċess legali għall-fini tar-riċerka xjentifika. 2. Kull dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun infurzabbli. 3. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u l-bażijiet tad-dejta fejn huma ospitati ix-xogħlijiet jew materji oħra. Dawn il-miżuri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan. 4. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lid-detenturi tad-drittijiet u lill-organizzazzjonijiet ta' riċerka li jiddefinixxi l-aqwa prassi miftiehma dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 . |
|
Artikolu 3 Estrazzjoni ta' testi u ta' dejta 1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva għar-riproduzzjonijiet u l-estrazzjonijiet ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li għalihom l-organizzazzjonijiet ta' riċerka għandhom aċċess legali u li jsiru sabiex titwettaq l-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta għall-fini tar-riċerka xjentifika minn tali organizzazzjonijiet . L-Istati Membri għandhom jiddisponu għall-istabbilimenti edukattivi u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali li jwettqu riċerka xjentifika skont it-tifsira tal-punt (1)(a) jew (1)(b) tal-Artikolu 2, b'tali mod li l-aċċess għar-riżultati ġġenerati mir-riċerka xjentifika ma jistax jitgawda fuq bażi preferenzjali minn impriża li teżerċita influwenza deċiżiva fuq tali organizzazzjonijiet, biex tkun tista' tibbenefika wkoll mill-eċċezzjoni prevista f'dan l-Artikolu. 1 bis. 1a. Ir-riproduzzjonijiet u l-estrazzjonijiet li jsiru għall-finijiet tal-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta għandhom jinħażnu b'mod sikur, pereżempju minn korpi fdati maħtura għal dan il-għan. 2. Kull dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun infurzabbli. 3. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u l-bażijiet tad-data fejn huma ospitati ix-xogħlijiet jew materji oħra. Dawn il-miżuri ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan. 4. L-Istati Membri jistgħu jkomplu jipprovdu eċċezzjonijiet għall-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta skont il-punt (a) tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/29/KE . |
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 3a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
|
|
Artikolu 3a Eċċezzjoni jew limitazzjoni fakultattivi għall-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jiddisponu għal eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva għar-riproduzzjonijiet u l-estrazzjonijiet ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor aċċessibbli legalment li jiffurmaw parti mill-proċess tal-estrazzjoni ta' testi u ta' data, sakemm l-użu tax-xogħlijiet u materjal tematiku ieħor imsemmija fih ma ġiex espressament riżervat mid-detenturi tad-drittijiet tagħhom, fosthom l-użu b'mezz li jista' jinqara minn magna. 2. Ir-riproduzzjonijiet u l-estrazzjonijiet li jsiru skont il-paragrafu1 m'għandhomx jintużaw għal skopijiet oħra għajr għall-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta. 3. L-Istati Membri jistgħu jkomplu jipprovdu eċċezzjonijiet għall-estrazzjoni ta' testi u ta' dejta f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/29/KE. |
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 4
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||||||
Artikolu 4 L-użu ta' xogħlijiet u materji oħra f'attivitajiet ta' tagħlim diġitali u transfruntier 1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, skont l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva sabiex jippermettu l-użu diġitali ta' xogħlijiet u materji oħra għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim, sa fejn ikun ġustifikat li jintlaħaq mill-iskop mhux kummerċjali, dment li l-użu:
2. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-eċċezzjoni adottata skont il-paragrafu 1 ma tapplikax b'mod ġenerali jew fir-rigward ta' tipi speċifiċi ta' xogħlijiet jew materji ieħor, sal-punt li liċenzji adegwati li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 ikunu disponibbli faċilment fis-suq. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni tal-ewwel subparagrafu għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw id-disponibbiltà u l-viżibbiltà ta' liċenzji li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 għall-istabbilimenti edukattivi. 3. L-użu ta' xogħlijiet u materji oħra għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim permezz ta' netwerks elettroniċi sikuri li jkunu ttieħdu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala li jseħħu biss fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit l-istabbiliment edukattiv. 4. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu kumpens ġust għad-dannu mġarrab mid-detenturi tad-drittijiet minħabba l-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materjal ieħor protett skont il-paragrafu 1. |
|
Artikolu 4 L-użu ta' xogħlijiet u materji oħra f'attivitajiet ta' tagħlim diġitali u transfruntier 1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, skont l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva sabiex jippermettu l-użu diġitali ta' xogħlijiet u materji oħra għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim, sa fejn ikun ġustifikat li jintlaħaq mill-iskop mhux kummerċjali, dment li l-użu:
2. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-eċċezzjoni adottata skont il-paragrafu 1 ma tapplikax b'mod ġenerali jew fir-rigward ta' tipi speċifiċi ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor, bħalma hu l-materjal intenzjonat primarjament għas-suq edukattiv jew partituri , sal-punt li ftehimiet ta' liċenzjar adegwati li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 u li huma mfassla apposta għall-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet tal-istabbilimenti edukattivi jkunu disponibbli faċilment fis-suq. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni tal-ewwel subparagrafu għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw id-disponibbiltà u l-viżibbiltà ta' liċenzji li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1 għall-istabbilimenti edukattivi. 3. L-użu ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim permezz ta' ambjenti elettroniċi sikuri li jsir f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont dan l-Artikolu għandu jitqies bħala li jseħħ biss fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit l-istabbiliment edukattiv. 4. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu kumpens ġust għad-dannu mġarrab mid-detenturi tad-drittijiet minħabba l-użu tax-xogħlijiet jew ta' materjal tematiku ieħor tagħhom skont il-paragrafu 1. 4a. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni jew għal-limitazzjoni adottata skont il-paragrafu 1 m'għandhiex tkun infurzabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi tad-drittijiet ikollhom id-dritt li jagħtu liċenzji mingħajr royalties li jawtorizzaw l-atti deskritti fil-paragrafu 1, b'mod ġenerali jew fir-rigward ta' tipi speċifiċi ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li huma jistgħu jagħżlu. |
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 5
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Artikolu 5 Il-preservazzjoni tal-wirt kulturali L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva, li jippermettu li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jagħmlu kopji ta' kwalunkwe xogħol jew materjaoħra li huma permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom, f'kull forma jew mezz, għall-iskop waħdieni tal-preservazzjoni ta' xogħlijiet bħal dawn jew materji oħra u sa fejn meħtieġ għal tali preservazzjoni. |
|
Artikolu 5 Il-preservazzjoni tal-wirt kulturali 1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva, li jippermettu li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jagħmlu kopji ta' kwalunkwe xogħol jew materjaoħra li huma permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom, f'kull forma jew mezz, għall-finijiet tal-preservazzjoni ta' xogħlijiet bħal dawn jew materji oħra u sa fejn meħtieġ għal tali preservazzjoni. 1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe materjal li jirriżulta minn att ta' riproduzzjoni ta' materjal fid-dominju pubbliku m'għandux ikun soġġett għad-drittijiet tal-awtur jew għad-drittijiet relatati, sakemm din ir-riproduzzjoni hija riproduzzjoni fidila għall-finijiet ta' preservazzjoni tal-materjal oriġinali. 1b. Kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 m'għandhiex tkun infurzabbli. |
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 6
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Artikolu 6 Dispożizzjonijiet komuni L-Artikolu 5(5) u l-ewwel, it-tielet u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2001/29/KE għandhom japplikaw l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti taħt dan it-Titolu. |
|
Artikolu 6 Dispożizzjonijiet komuni 1. L-aċċess għall-kontenut kopert minn eċċezzjoni prevista f'din id-Direttiva ma għandux jagħti lill-utenti xi intitolament li jużuwh skont eċċezzjoni oħra. 2. L-Artikolu 5(5) u l-ewwel, it-tielet, ir-raba' u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2001/29/KE għandhom japplikaw għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti taħt dan it-Titolu. |
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 7
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
||||||||||||
Artikolu 7 L-użu ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq minn istituzzjonijiet tal-wirt kulturali 1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li meta organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, f'isem il-membri tagħha, tikkonkludi liċenzja mhux esklussiva għal skopijiet mhux kummerċjalima' istituzzjoni tal-wirt kulturali għad-diġitizzazzjoni, id-distribuzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-disponibbiltà ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq jew materji oħra li jkunu permanentament fil-kollezzjoni tal-istituzzjoni, tali liċenzja mhux esklussiva tista' tiġi estiża jew preżunta li tapplika għal detenturi tad-drittijiet tal-istess kategorija bħal dawk koperti mil-liċenzja li mhumiex rappreżentati mill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, sakemm:
|
|
Artikolu 7 L-użu ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq minn istituzzjonijiet tal-wirt kulturali 1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li meta organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, f'isem il-membri tagħha, tikkonkludi liċenzja mhux esklussiva għal skopijiet mhux kummerċjalima' istituzzjoni tal-wirt kulturali għad-diġitizzazzjoni, id-distribuzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-disponibbiltà ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq jew materji oħra li jkunu permanentament fil-kollezzjoni tal-istituzzjoni, tali liċenzja mhux esklussiva tista' tiġi estiża jew preżunta li tapplika għal detenturi tad-drittijiet tal-istess kategorija bħal dawk koperti mil-liċenzja li mhumiex rappreżentati mill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, sakemm:
|
||||||||||||
|
|
1a. L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikoli 5(a) u 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva, li tippermetti lill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jagħmlu disponibbli online kopji ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq li jinsabu fil-kollezzjonijiet tagħhom b'mod permanenti, għal finijiet mhux għall-profitt, sakemm:
|
||||||||||||
|
|
1b. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-eċċezzjoni adottata skont il-paragrafu 1a ma tapplikax f'setturi jew għal tipi ta' xogħlijiet fejn huma disponibbli soluzzjonijiet xierqa bbażati fuq il-liċenzjar, inklużi iżda mhux biss, is-soluzzjonijiet previsti fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom, b'konsultazzjoni mal-awturi, detenturi oħra tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, jiddeterminaw id-disponibbiltà ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq il-liċenzjar kollettiv estiż għal setturi jew tipi ta' xogħlijiet speċifiċi. |
||||||||||||
2. Xogħol jew materji oħra għandhom jitqiesu li mhumiex fis-suq meta x-xogħol jew materja oħra kollha, fit-traduzzjonijiet, verżjonijiet u manifestazzjonijiet kollha tagħhom, ma jkunux disponibbli għall-pubbliku permezz tal-mezzi tas-soltu tal-kummerċ u ma jistgħux jiġu mistennija li jkunu. L-Istati Membri għandhom, b'konsultazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, jiżguraw li r-rekwiżiti użati biex jiġi ddeterminat jekk xogħlijiet u materji oħra jistgħux jiġu awtorizzati b'konformità mal-paragrafu 1 ma jmorrux lil hinn minn dak meħtieġ u raġonevoli u ma jipprekludix il-possibbiltà li jiddeterminaw l-istatus mhux kummerċjali ta' kollezzjoni bħala entità sħiħa, meta jista' jiġi preżunt li x-xogħlijiet jew il-materji l-oħra fil-kollezzjoni mhumiex fis-suq. |
|
2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu data limitu fir-rigward ta' sa meta jkun irid jiġi determinat jekk xogħol li kien preċedentement ikkummerċjalizzat hux meqjus bħala li mhuwiex fis-suq. L-Istati Membri għandhom, b'konsultazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, jiżguraw li r-rekwiżiti użati biex jiġi ddeterminat jekk xogħlijiet u materji oħra jistgħux jiġu awtorizzati b'konformità mal-paragrafu 1 jew użati skont il-paragrafu 1a imorrux lil hinn minn dak meħtieġ u raġonevoli u ma jipprekludix il-possibbiltà li jiddeterminaw l-istatus mhux kummerċjali ta' kollezzjoni bħala entità sħiħa, meta jista' jiġi preżunt li x-xogħlijiet jew il-materji l-oħra fil-kollezzjoni mhumiex fis-suq. |
||||||||||||
3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li jittieħdu miżuri xierqa ta' reklamar dwar:
inkluż matul perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma xogħlijiet jew materji oħra, distribwiti jkunu diġitizzati, distribwiti, ikkomunikata lill-pubbliku jew magħmula disponibbli. |
|
3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li jittieħdu miżuri xierqa ta' reklamar dwar:
inkluż matul perjodu ta' mill-inqas sitt xhur qabel ma xogħlijiet jew materji oħra, distribwiti jkunu diġitizzati, distribwiti, ikkomunikati lill-pubbliku jew magħmula disponibbli. |
||||||||||||
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma mfittxija minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li hija rappreżentattiv tal-Istat Membru fejn:
|
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma mfittxija minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li hija rappreżentattiv tal-Istat Membru fejn:
|
||||||||||||
5. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal xogħlijiet jew materji oħra ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ħlief fejn japplikaw il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4. |
|
5. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal xogħlijiet jew materji oħra ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ħlief fejn japplikaw il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4. |
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 8
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Artikolu 8 Użi transfruntieri 1. Ix-xogħlijiet jew materji oħra koperti b'liċenzja mogħtija b'konformità mal-Artikolu 7 tista' tintuża fl-istituzzjoni tal-wirt kulturali b'konformità mat-termini tal-liċenzja fl-Istati Membri kollha. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tax-xogħlijiet jew materji oħra koperti b'liċenzja mogħtija b'konformità mal-Artikolu 7 u l-informazzjoni dwar il-possibbiltà li d-detenturi tad-drittijiet joġġezzjonaw msemmija fl-Artikolu 7(1)(c) għandhom ikunu pubblikament aċċessibbli f'portal online wieħed għal tal-anqas sitt xhur qabel ma jiġu diġitizzati, distribwiti, ikkomunikata lill-pubbliku jew magħmula disponibbli fi Stati Membri oħra minbarra dak fejn tkun ingħatat il-liċenzja, u għat-tul ta' żmien kollu tal-liċenzja. 3. Il-portal msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi stabbilit u amministrat mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE) Nru 386/2012. |
|
Artikolu 8 Użi transfruntieri 1. Ix-xogħlijiet li mhumiex fis-suq jew materjal tematiku ieħor koperti bl-Artikolu 7 jistgħu jintużaw mill-istituzzjoni tal-wirt kulturali b'konformità ma' dak l-Artikolu fl-Istati Membri kollha. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tax-xogħlijiet jew materji oħra koperti mill-Artikolu 7 u l-informazzjoni dwar il-possibbiltà li d-detenturi tad-drittijiet joġġezzjonaw imsemmija fl-Artikolu 7(1)(c) u fl-Artikolu 7(1a)(b) isiru aċċessibbli b'mod permanenti, faċli u effettiv f'portal online pubbliku wieħed għal tal-anqas sitt xhur qabel ma x-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor jiġu diġitizzati, distribwiti, ikkomunikati lill-pubbliku jew magħmula disponibbli fi Stati Membri oħra minbarra dak fejn tkun ingħatat il-liċenzja, jew fil-każijiet koperti mill-Artikolu 7(1a) fejn l-istituzzjoni tal-wirt kulturali tkun stabbilita u għat-tul ta' żmien kollu tal-liċenzja. 3. Il-portal msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi stabbilit u amministrat mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE) Nru 386/2012. |
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw djalogu regolari bejn l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tad-detenturi tad-drittijiet, u kull parti interessata rilevanti oħra, li fuq bażi settorjali jrawmu r-rilevanza u l-utilità tal-mekkaniżmi ta' liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 7(1), jiżguraw l-effettività tas-salvagwardji għad-detenturi tad-drittijiet imsemmija f'dan il-Kapitolu, notevolment fir-rigward tal-miżuri ta' pubbliċità, u, jekk ikun il-każ jassistu fl-istabbiliment tar-rekwiżiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2). |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw djalogu regolari bejn l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tad-detenturi tad-drittijiet, u kull parti interessata rilevanti oħra, li fuq bażi settorjali jrawmu r-rilevanza u l-utilità tal-mekkaniżmi ta' liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 7(1) u l-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1a) , jiżguraw l-effettività tas-salvagwardji għad-detenturi tad-drittijiet imsemmija f'dan il-Kapitolu, notevolment fir-rigward tal-miżuri ta' pubbliċità, u, jekk ikun il-każ jassistu fl-istabbiliment tar-rekwiżiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2). |
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Artikolu 10
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Artikolu 10 Mekkaniżmi ta' negozjar L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-partijiet li jixtiequ jikkonkludu ftehim bl-iskop li jagħmlu disponibbli xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi li joffru video-on-demand jiffaċċjaw diffikultajiet li jirrigwardaw il-ħruġ ta' liċenzji ta' drittijiet, jistgħu jiddependu fuq l-assistenza ta' korp imparzjali b'esperjenza rilevanti. Dak il-korp għandu jipprovdi assistenza fin-negozjati u biex jintlaħaq ftehim. Sa mhux aktar tard minn [id-data msemmija fl-Artikolu 21(1)] l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-entità msemmija fil-paragrafu 1 . |
|
Artikolu 10 Mekkaniżmu ta' negozjar L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-partijiet li jixtiequ jikkonkludu ftehim bl-iskop li jagħmlu disponibbli xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi li joffru video-on-demand jiffaċċjaw diffikultajiet li jirrigwardaw il-ħruġ ta' liċenzji ta' drittijiet awdjoviżivi , jistgħu jiddependu fuq l-assistenza ta' korp imparzjali b'esperjenza rilevanti. Il-korp imparzjali maħluq jew maħtur mill-Istat Membru għall-finijiet ta' dan l-Artikolu għandu jipprovdi assistenza lill-partijiet fin-negozjati u jgħinhom jilħqu ftehim. Sa mhux aktar tard minn [id-data msemmija fl-Artikolu 21(1)], l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-korp li joħolqu jew jaħtru skont l-ewwel paragrafu . Sabiex tiġi inkoraġġita d-disponibbiltà tax-xogħlijiet awdjoviżivi fuq il-pjattaformi ta' video-on-demand, l-Istati Membri għandhom irawmu d-djalogu bejn l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-awturi, il-produtturi, il-pjattaformi ta' video-on-demand u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. |
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Titolu III – Kapitolu 2a (ġdid) – Artikolu 10a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
|
|
KAPITOLU 2a Aċċess għall-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Artikolu 10a Depożitu Legali tal-Unjoni 1. Kwalunkwe pubblikazzjoni elettronika li tittratta kwistjonijiet relatati mal-Unjoni bħalma huma d-dritt tal-Unjoni, l-istorja u l-integrazzjoni tal-Unjoni, il-politiki tal-Unjoni u d-demokrazija tal-Unjoni, l-affarijiet istituzzjonali u parlamentari, u l-politika, li titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fl-Unjoni għandha tkun soġġetta għal Depożitu Legali tal-Unjoni. 2. Il-Librerija tal-Parlament Ewropew għandha tkun intitolata li tiġi kkonsenjata, mingħajr ħlas, kopja waħda ta' kull pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. 3. L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu japplika għall-pubblikaturi, l-istampaturi u l-importaturi tal-pubblikazzjonijiet għax-xogħlijiet li huma jippubblikaw, jistampaw jew jimportaw fl-Unjoni. 4. Mill-jum tal-konsenja lil-Librerija tal-Parlament Ewropew, il-pubblikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru parti mill-kollezzjoni permanenti tal-Librerija tal-Parlament Ewropew. Huma għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-utenti fil-bini tal-Librerija tal-Parlament Ewropew esklussivament għall-fini ta' riċerka jew studju minn riċerkaturi akkreditati u taħt il-kontroll tal-Librerija tal-Parlament Ewropew. 5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti biex tispeċifika l-modalitajiet relatati mal-konsenja lil-Librerija tal-Parlament Ewropew tal-pubblikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. |
Emenda 151, 152, 153, 154 u 155
Proposta għal direttiva
Artikolu 11
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Artikolu 11 Il-protezzjoni tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward tal-użi diġitali 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa bid-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE dwar l-użu diġitali tal-pubblikazzjonijiet stampati tagħhom. 2. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom iħallu kif inhuma u ma għandhom bl-ebda mod jaffettwaw kwalunkwe dritt previst fid-dritt tal-Unjoni lill-awturi u lil detenturi oħra tad-drittijiet, fir-rigward ta' xogħolhom u materji oħra inklużi f'pubblikazzjoni tal-istampa. Dawn id-drittijiet ma jistgħux jiġu invokati kontra dawn l-awturi u detenturi tad-drittijiet oħra u, b'mod partikolari, ma jistgħux jiġu miċħuda mid-dritt tagħhom li jisfruttaw ix-xogħlijiet tagħhom u materji oħra indipendentement mill-pubblikazzjoni tal-istampa, li jkunu jinstabu fihom. 3. L-Artikoli 5 sa 8 tad-Direttiva 2001/29/KE u d-Direttiva 2012/28/UE għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1. 4. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiskadu 20 sena wara l-pubblikazzjoni tal-pubblikazzjoni tal-istampa. Dan it-terminu għandu jiġi kkalkulat mill-ewwel jum ta' Jannar tas-sena ta' wara d-data tal-pubblikazzjoni. |
|
Artikolu 11 Il-protezzjoni tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward tal-użi diġitali 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa bid-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE sabiex ikunu jistgħu jiksbu remunerazzjoni ġusta u proporzjonata dwar l-użu diġitali tal-pubblikazzjonijiet stampati tagħhom mill-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni . 1a. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jimpedixxu l-użu leġittimu privat u mhux kummerċjali ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa minn utenti individwali. 2. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom iħallu kif inhuma u ma għandhom bl-ebda mod jaffettwaw kwalunkwe dritt previst fid-dritt tal-Unjoni lill-awturi u lil detenturi oħra tad-drittijiet, fir-rigward ta' xogħolhom u materji oħra inklużi f'pubblikazzjoni tal-istampa. Dawn id-drittijiet ma jistgħux jiġu invokati kontra dawn l-awturi u detenturi tad-drittijiet oħra u, b'mod partikolari, ma jistgħux jiġu miċħuda mid-dritt tagħhom li jisfruttaw ix-xogħlijiet tagħhom u materji oħra indipendentement mill-pubblikazzjoni tal-istampa, li jkunu jinstabu fihom. 2a. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jestendu għal sempliċi hyperlinks li jkunu akkumpanjati minn kliem individwali. 3. L-Artikoli 5 sa 8 tad-Direttiva 2001/29/KE u d-Direttiva 2012/28/UE għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1. 4. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiskadu 5 snin wara l-pubblikazzjoni tal-pubblikazzjoni tal-istampa. Dan it-terminu għandu jiġi kkalkulat mill-ewwel jum ta' Jannar tas-sena ta' wara d-data tal-pubblikazzjoni. Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 m'għandux japplika b'effett retroattiv. 4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi jirċievu sehem xieraq mid-dħul addizzjonali li l-pubblikaturi tal-istampa jirċievu għall-użu ta' pubblikazzjoni tal-istampa minn fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. |
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Artikolu 12
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Artikolu 12 Talbiet għal kumpens ġust L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li meta l-awtur ikun ittrasferixxa jew illiċenzja d-dritt lil pubblikatur, tali trasferiment jew liċenzja jikkostitwixxu bażi ġuridika suffiċjenti biex il-pubblikatur jitlob sehem mill-kumpens għall-użi tax-xogħlijiet li saru skont eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-dritt trasferit jew liċenzjat. |
|
Artikolu 12 Talbiet għal kumpens ġust L-Istati Membri b'sistemi ta' kondiviżjoni tal-kumpens bejn l-awturi u l-pubblikaturi għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet jistgħu jipprevedu li meta l-awtur ikun ittrasferixxa jew illiċenzja d-dritt lil pubblikatur, tali trasferiment jew liċenzja jikkostitwixxu bażi ġuridika suffiċjenti biex il-pubblikatur jitlob sehem mill-kumpens għall-użi tax-xogħlijiet li saru skont eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-dritt trasferit jew liċenzjat, sakemm sistema ekwivalenti ta' kondiviżjoni tal-kumpens kienet qed topera f'dak l-Istat Membru qabel it-12 ta' Novembru 2015. L-ewwel paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti fl-Istati Membri li jirrigwardaw id-drittijiet ta' tislif pubbliku, il-ġestjoni ta' drittijiet mhumiex ibbażati fuq eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur, bħalma huma l-iskemi ta' liċenzjar kollettiv estiż, jew li jirrigwardaw id-drittijiet ta' remunerazzjoni abbażi tad-dritt nazzjonali. |
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Titolu IV - Kapitolu 1a (ġdid) – Artikolu 12a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
|
|
KAPITOLU 1a Protezzjoni tal-organizzaturi ta' avvenimenti sportivi Artikolu 12a Protezzjoni tal-organizzaturi ta' avvenimenti sportivi L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-organizzaturi ta' avvenimenti sportivi d-drittijiet previsti fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE u fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/115/KE. |
Emendi 156, 157, 158, 159, 160 u 161
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – titolu
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Artikolu 13 L-użu ta' kontenut protett minn fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jagħtu aċċess għal ammonti kbar ta' xogħlijiet u materji oħra mtella' mill-utenti tagħhom 1. Fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu u jipprovdu aċċess pubbliku għal ammonti kbar ta' xogħlijiet jew materji oħra mtella' mill-utenti tagħhom għandhom, b'kooperazzjoni mad-detenturi tad-drittijiet , jieħdu miżuri biex jiżguraw il-funzjonament ta' ftehimiet konklużi ma' detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materji oħra jew biex jipprevjenu d-disponibbiltà fuq is-servizzi tagħhom ta' xogħlijiet jew materji oħra identifikati mid-detenturi tad-drittijiet permezz ta' kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizz. Dawk il-miżuri, bħall-użu ta' teknoloġiji tal-għarfien tal-kontenut effettivi, għandhom ikunu xierqa u proporzjonati . Il-fornituri tas-servizz għandhom jipprovdu lid-detenturi tad-drittijiet b'informazzjoni xierqa dwar l-iskjerament u l-implimentazzjoni tal-miżuri, kif ukoll, fejn rilevanti, rappurtar adegwat dwar ir-rikonoxximent u l-użu ta' xogħlijiet u materji oħra . 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ipoġġu fis-seħħ mekkaniżmi ta' ilmenti u rimedji li huma disponibbli għall-utenti f'każ ta' tilwim dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 . 3. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw, meta jkun jixraq , il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi u d-detenturi tad-drittijiet tas-soċjetà tal-informazzjoni permezz ta' djalogu mal-partijiet interessati biex jiddefinixxu l-aħjar prassi , bħal teknoloġiji għall-għarfien tal-kontenut xierqa u proporzjonati, filwaqt li titqies, fost l-oħrajn, in-natura tas-servizzi, id-disponibbiltà tat-tekonoloġiji u l-effettività tagħhom fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi . |
|
Artikolu 13 L-użu ta' kontenut protett minn fornituri ta' servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online li jaħżnu u jagħtu aċċess għal ammonti kbar ta' xogħlijiet u materji oħra mtella' mill-utenti tagħhom 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2001/29/KE , il-fornituri tas-servizz ta' kondiviżjoni tal-kontenut online iwettqu att ta' komunikazzjoni lill-pubbliku . Għalhekk huma għandhom jikkonkludu ftehimiet ta' liċenzjar ġusti u xierqa mad-detenturi tad-drittijiet . 2. Ftehimiet ta' liċenzjar li jiġu konklużi minn fornituri ta' servizz ta' kondiviżjoni tal-kontenut online ma' detenturi tad-drittijiet għall-atti msemmija fil-paragrafu 1, għandhom ikopru r-responsabbiltà għal xogħlijiet imtella' mill-utenti ta' tali servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta' liċenzjar, dment li tali utenti ma jaġixxux għal finijiet kummerċjali . 2 a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li fejn id-detenturi tad-drittijiet ma jkunux jixtiequ jikkonkludu ftehimiet ta' liċenzjar, il-fornituri tas-servizz ta' kondiviżjoni tal-kontenut online u d-detenturi tad-drittijiet għandhom jikkooperaw in bona fede sabiex jiżguraw li xogħlijiet protetti mhux awtorizzati jew materjal tematiku ieħor ma jkunux disponibbli fuq is-servizzi tagħhom. Il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tal-kontenut online u d-detenturi tad-drittijiet m'għandhiex twassal għall-prevenzjoni tad-disponibbiltà ta' xogħlijiet mhux kontraventorji jew ta' materjal tematiku protett ieħor, inklużi dawk koperti b'eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet tal-awtur. 2b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi ta' kondiviżjoni tal-kontenut online imsemmija fil-paragrafu 1 ipoġġu fis-seħħ mekkaniżmi ta' lmenti u rimedji effettivi u veloċi li huma disponibbli għall-utenti f'każ li l-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2a twassal għal tneħħija mhux ġustifikata tal-kontenut tagħhom. Kull ilment imressaq taħt mekkaniżmi tali għandu jiġi pproċessat mingħajr dewmien żejjed u għandu jkun soġġett għal reviżjoni mill-bniedem. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jiġġustifikaw raġonevolment id-deċiżjonijiet tagħhom biex jiġi evitat ir-rifjut arbitrarju tal-ilmenti. Barra minn hekk, skont id-Direttiva 95/46/KE, id-Direttiva 2002/58/KE u r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, il-kooperazzjoni m'għandhiex twassal għal xi identifikazzjoni ta' utenti individwali u lanqas għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-utenti jkollhom aċċess għal korp indipendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim kif ukoll għal qorti jew awtorità ġudizzjarja rilevanti oħra biex isostnu l-użu ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet tal-awtur. |
|
|
3. Sa minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva], il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jorganizzaw djalogi bejn il-partijiet interessati biex jarmonizzaw u jiddefinixxu l-aħjar prattiki u joħorġu gwida sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-ftehimiet ta' liċenzjar u dwar il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizz ta' kondiviżjoni tal-kontenut online u d-detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor tagħhom skont it-tifsira ta' din id-Direttiva. Meta jiġu definiti l-aħjar prattiki , għandu jittieħed kont speċjali tad-drittijiet fundamentali, l-użu ta' eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet kif ukoll jiġi żgurat li l-piż fuq l-SMEs jibqa' xieraq u li jiġi evitat l-imblukkar awtomatizzat tal-kontenut . |
Emendi 78 u 252
Proposta għal direttiva
Artikolu 13a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
|
|
Artikolu 13a L-Istati Membri għandhom jipprevedu li t-tilwimiet bejn is-suċċessuri fit-titolu u s-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni f'dak li jikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1) ikunu jistgħu jiġu soġġetti għal sistema alternattiva ta' soluzzjoni tat-tilwim. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jinnominaw korp imparzjali bl-għarfien espert meħtieġ, bil-għan li jgħinu lill-partijiet isolvu t-tilwimiet tagħhom taħt din is-sistema. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-istabbiliment ta' dan il-korp mhux aktar tard minn (id-data msemmija fl-Artikolu 21(1)). |
Emenda 79
Proposta għal direttiva
Artikolu 13b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
|
|
Artikolu 13b L-użu ta' kontenut protett minn fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jipprovdu referenzjar ta' immaġni awtomatizzat L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li awtomatikament jirriproduċu jew jirreferu għal ammonti sinifikanti ta' xogħlijiet viżivi protetti bid-drittijiet tal-awtur u jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku għall-finijiet ta' indiċjar u ta' referenzjar jikkonkludu ftehimiet ta' liċenzjar ġusti u bbilanċjati ma' kwalunkwe detentur tad-drittijiet li jitlob dan sabiex jiżguraw ir-remunerazzjoni ġusta tad-detentur tad-drittijiet. Tali remunerazzjoni tista' tiġi ġestita mill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tad-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati. |
Emenda 80
Proposta għal direttiva
Kapitolu 3 –Artikolu -14 (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
|
|
Artikolu -14 Il-prinċipju ta' remunerazzjoni ġusta u proporzjonata 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu remunerazzjoni ġusta u proporzjonata għall-isfruttament tax-xogħlijiet u materjal tematiku ieħor tagħhom, fosthom għall-isfruttament online tagħhom. Dan il-ħsieb jista' jintlaħaq f'kull settur permezz ta' taħlita ta' ftehimiet, inklużi ftehimiet ta' negozjar kollettiv, u mekkaniżmi ta' remunerazzjoni statutorja. 2. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika fejn awtur jew artist jagħti d-dritt ta' użu mhux esklussiv għall-benefiċċju tal-utenti kollha mingħajr ħlas. 3. L-Istati Membri għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet ta' kull settur fl-inkoraġġiment tar-remunerazzjoni proporzjonata għad-drittijiet mogħtija mill-awturi u l-artisti. 4. Il-kuntratti għandhom jispeċifikaw ir-remunerazzjoni applikabbli għal kull mod ta' sfruttament. |
Emenda 81
Proposta għal direttiva
Artikolu 14
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
Artikolu 14 Obbligu tat-trasparenza 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu fuq bażi regolari u meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull settur, informazzjoni f'waqtha, adegwata u suffiċjenti dwar l-isfruttar tax-xogħlijiet u l-wirjiet tagħhom minn dawk li lilhom ikunu llliċenzjaw jew trasferew id-drittijiet tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-modi ta' sfruttament, id-dħul iġġenerat u l-ħlas dovut . 2. L-obbligu fil-paragrafu 1 għandu jkun proporzjonat u effettiv u għandu jiżgura livell xieraq ta' trasparenza f'kull settur. Madankollu, f'dawk il-każijiet fejn il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-obbligu jkun sproporzjonat fid-dawl tad-dħul iġġenerat mill-isfruttament tax-xogħol jew il-prestazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-obbligu fil-paragrafu 1, dment li dak l-obbligu jibqa' l-istess u li jiżgura livell xieraq ta' trasparenza. 3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-obbligu fil-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-kontribuzzjoni ta' awtur jew artist ma tkunx sinifikanti fil-kuntest tal-ħidma globali jew il-prestazzjoni. 4. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal entitajiet soġġetti għall-obbligi tat-trasparenza stabbilita bid-Direttiva 2014/26/UE. |
|
Artikolu 14 L-obbligu tat-trasparenza 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu fuq bażi regolari u mhux anqas minn darba fis-sena, u filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull settur u l-importanza relattiva ta' kull kontribut individwali , informazzjoni f'waqtha, preċiża , rilevanti u komprensiva dwar l-isfruttar tax-xogħlijiet u tal-prestazzjonijiet tagħhom mingħand dawk li lilhom ikunu lliċenzjaw jew trasferew id-drittijiet tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-modi ta' sfruttament, id-dħul dirett u indirett iġġenerat, u r-remunerazzjoni dovuta . 1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn id-detentur ta' liċenzja jew ċessjonarju tad-drittijiet tal-awturi u tal-artisti sussegwentement jilliċenzjaw dawk id-drittijiet lil parti oħra, tali parti għandha tikkondividi l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 mad-detentur ta' liċenzja jew ċessjonarju. Id-detentur ewlieni ta' liċenzja jew ċessjonarju għandhom jgħaddu l-informazzjoni kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-awtur jew artist. Dik l-informazzjoni għandha tkun mingħajr tibdil, ħlief fil-każ ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva kif definita mid-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali, li, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 15 u 16a, tista' tkun soġġetta għal ftehim ta' nonżvelar, bil-għan li tiġi ppreservata l-kompetizzjoni ġusta. Fejn id-detentur ewlieni ta' liċenzja jew ċessjonarju ma jipprovdux l-informazzjoni kif imsemmi f'dan is-subparagrafu b'mod f'waqtu, l-awtur jew artist għandu jkun intitolat li jitlob dik l-informazzjoni direttament mingħand is-subdetentur tal-liċenzja. 2. L-obbligu fil-paragrafu 1 għandu jkun proporzjonat u effettiv u għandu jiżgura livell għoli ta' trasparenza f'kull settur. Madankollu, f'dawk il-każijiet fejn il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-obbligu jkun sproporzjonat fid-dawl tad-dħul iġġenerat mill-isfruttament tax-xogħol jew il-prestazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-obbligu fil-paragrafu 1, dment li dak l-obbligu jibqa' l-istess u li jiżgura livell għoli ta' trasparenza. 4. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal entitajiet soġġetti għall-obbligi tat-trasparenza stabbiliti bid-Direttiva 2014/26/UE jew għal ftehimiet ta' negozjar kollettiv, fejn dawk l-obbligi jew ftehimiet jipprevedu rekwiżiti tat-trasparenza komparabbli għal dawk imsemmija fil-paragrafu 2 . |
Emenda 82
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti huma intitolati li jitolbu aktar , remunerazzjoni xierqa mill-parti li magħha jkunu daħlu f'kuntratt għall-isfruttament tad-drittijiet meta r-remunerazzjoni miftiehma oriġinarjament tkun sproporzjonatament baxxa meta mqabbla mad-dħul u l-benefiċċji rilevanti sussegwenti miksuba mill-isfruttament tax-xogħlijiet jew il-prestazzjonijiet. |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fl-assenza ta' ftehimiet ta' negozjar kollettiv li jipprevedu mekkaniżmu komparabbli , li l-awturi u l-artisti jew kwalunkwe organizzazzjoni rappreżentattiva li taġixxi f'isimhom ikunu intitolati jippretendu remunerazzjoni addizzjonali , xierqa u ġusta mill-parti li magħha jkunu daħlu f'kuntratt għall-isfruttament tad-drittijiet meta r-remunerazzjoni miftiehma oriġinarjament tkun sproporzjonatament baxxa meta mqabbla mad-dħul dirett jew indirett u l-benefiċċji rilevanti sussegwenti derivati mill-isfruttament tax-xogħlijiet jew tal-prestazzjonijiet. |
Emenda 83
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull tilwim dwar l-obbligu tat-trasparenza skont l-Artikolu 14 u l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-kuntratt skont l-Artikolu 15 jistgħu jitressqu għal proċedura volontarja u alternattiva għar-riżulozzjoni tat-tilwim. |
|
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull tilwim dwar l-obbligu tat-trasparenza skont l-Artikolu 14 u l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-kuntratt skont l-Artikolu 15 jistgħu jitressqu għal proċedura volontarja u alternattiva għar-riżulozzjoni tat-tilwim. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-awturi u l-artisti jkunu jistgħu jagħtu bidu għal proċeduri tali fuq talba ta' awtur jew artist wieħed jew aktar. |
Emenda 84
Proposta għal direttiva
Artikolu 16a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
|
|
Artikolu 16a Dritt tar-revoka 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtur jew artist ikunu lliċenzjaw jew trasferew id-drittijiet tagħhom fir-rigward ta' xogħol jew materjal tematiku ieħor protetti fuq bażi esklussiva, l-awtur jew l-artist għandhom id-dritt tar-revoka fil-każ ta' nuqqas totali ta' sfruttament tax-xogħol jew materjal tematiku ieħor protetti jew fejn ikun hemm nuqqas kontinwu ta' rappurtar regolari skont l-Artikolu 14. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi li jqisu l-ispeċifiċitajiet ta' setturi u xogħlijiet differenti u l-perjodu ta' sfruttament antiċipat, u b'mod partikolari jipprevedu limiti ta' żmien għad-dritt tar-revoka. 2. Id-dritt tar-revoka previst fil-paragrafu 1 jista' jiġi eżerċitat unikament wara żmien raġonevoli mill-konklużjoni tal-ftehim ta' liċenzjar jew ta' trasferiment, u unikament b'notifika bil-miktub li tistabbilixxi skadenza xierqa sa meta għandu jsir l-isfruttament tad-drittijiet liċenzjati jew trasferiti. Wara li tgħaddi dik l-iskadenza, l-awtur jew l-artist jistgħu jagħżlu li jtemmu l-esklussività tal-kuntratt minflok ma jirrevokaw id-drittijiet. Fejn xogħol jew materjal tematiku ieħor jinkludu l-kontribut ta' diversi awturi jew artisti, l-eżerċizzju tad-dritt individwali tar-revoka ta' tali awturi jew artisti għandu jkun irregolat mid-dritt nazzjonali, li jistabbilixxi r-regoli dwar id-dritt tar-revoka għax-xogħlijiet kollettivi, filwaqt li jqis l-importanza relattiva tal-kontributi individwali. 3. Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw jekk in-noneżerċizzju tad-drittijiet huwa fil-biċċa l-kbira dovut għal ċirkustanzi li l-awtur jew l-artist jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jirrimedjaw. 4. Arranġamenti kuntrattwali jew arranġamenti oħra li jidderogaw mid-dritt tar-revoka għandhom ikunu legali unikament jekk ikunu konklużi permezz ta' ftehim li jkun ibbażat fuq ftehim ta' negozjar kollettiv. |
Emenda 85
Proposta għal direttiva
Artikolu 17a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
|
|
Artikolu 17a L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet usa', kompatibbli mal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet li jeżistu fid-dritt tal-Unjoni, għall-użi koperti mill-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjoni previsti f'din id-Direttiva. |
Emenda 86
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda |
2. 2. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 għandhom japplikaw ukoll għal pubblikazzjonijiet tal-istampa ppubblikati qabel [id-data msemmija fl-Artikolu 21(1)]. |
|
imħassar |
(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A8-0245/2018).
(2) COM(2015)626 finali.
(3) COM(2015)626 finali.
(4) Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20–28 ).
(5) Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10–19 ).
(6) Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28–35 ).
(7) Id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter (ĠU L 111, 5.5.2009, p. 16–22 ).
(8) Id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet orfni (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 5–12 ).
(9) Id-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72–98 ).
(10) Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20).
(11) Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).
(12) Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10).
(13) Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28).
(14) Id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter (ĠU L 111, 5.5.2009, p. 16).
(15) Id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet orfni (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 5).
(16) Id-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72).
(17) Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1-16).
(18) Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/302 |
P8_TA(2018)0338
Kontrolli fir-rigward tal-flus deħlin u ħerġin mill-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2018 dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-flus deħlin jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 (COM(2016)0825 – C8-0001/2017 – 2016/0413(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2019/C 433/37)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0825), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 33 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0001/2017), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-kontributi ppreżentati mil-Kamra tad-Deputati Ċeka, u mill-Qrati Ġenerali Spanjoli dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tas-27 ta' April 2017 (1), |
— |
wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Ġunju 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Eknomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0394/2017), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2016)0413
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Settembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kontrolli fir-rigward ta' flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/1672.)
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/304 |
P8_TA(2018)0339
Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali (COM(2016)0826 – C8-0534/2016 – 2016/0414(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2019/C 433/38)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0826), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0534/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-kontributi ppreżentati mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, mis-Senat Ċek u mill-Parlament Spanjol dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta’ Ġunju 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll il-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0405/2017), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2016)0414
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Settembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2018/1673.)
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/306 |
P8_TA(2018)0347
Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Eurojust u l-Albanija *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Eurojust u l-Albanija (08688/2018 – C8-0251/2018 – 2018/0807(CNS))
(Konsultazzjoni)
(2019/C 433/39)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (08688/2018), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0251/2018), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0275/2018), |
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill; |
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/307 |
P8_TA(2018)0348
Protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (COM(2017)0008 – C8-0008/2017 – 2017/0002(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2019/C 433/40)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0008), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 16(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0008/2017), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-kontributi ppreżentati mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, mill-Parlament Spanjol u mill-Parlament Portugiż dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Ġunju 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0313/2017), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2017)0002
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2018/1725.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
DIKJARAZZJONIJIET MILL-KUMMISSJONI
Il-Kummissjoni tesprimi d-dispjaċir tagħha dwar l-esklużjoni tal-missjonijiet imsemmija fl-Artikoli 42(1), 43 u 44 tat-TUE mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament u tinnota li, b'riżultat ta' dan, mhux se jkun hemm regoli dwar il-protezzjoni tad-data għal missjonijiet bħal dawn. Il-Kummissjoni tinnota li deċiżjoni tal-Kunsill li tkun ibbażata fuq l-Artikolu 39 TUE tista' biss tistipula r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data għall-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri meta dawn ikunu qed iwettqu attivitajiet li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni. Tali deċiżjoni tal-Kunsill ma tkunx tista' tinkludi regoli li japplikaw għal attivitajiet imwettqa mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-UE. Sabiex tirrimedja l-lakuna legali, id-deċiżjoni li jista' jkun jieħu l-Kunsill għaldaqstant tkun trid tiġi akkumpanjata minn strument addizzjonali u komplementari, ibbażat fuq l-Artikolu 16 TFUE.
Il-Kummissjoni tinnota li l-paragrafu 3 tal-Artikolu 9 (dak li qabel kien l-Artikolu 70a tal-Approċċ Ġenerali tal-Kunsill) ma joħloqx obbligu ġdid għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni f'dak li jirrigwarda l-bilanċ li għandu jinstab bejn il-protezzjoni ta' data personali u l-aċċess pubbliku għad-dokumenti.
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/310 |
P8_TA(2018)0349
Portal Diġitali Uniku ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' portal diġitali uniku li jipprovdi informazzjoni, proċeduri, u servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (COM(2017)0256 – C8-0141/2017 – 2017/0086(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2019/C 433/41)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0256), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 21(2), 48 u 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0141/2017), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2017 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Ġunju 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0054/2018), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2017)0086
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2018/1724.)