ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 422

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
16 ta' Diċembru 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

DIKJARAZZJONIJIET KONĠUNTI

 

il–Kunsill

2019/C 422/01

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

1

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 422/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9632 — E.ON/Berliner Stadtwerke/Tegel Energie) ( 1 )

2

2019/C 422/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9580 — Permira/Smith&Williamson) ( 2 )

3

2019/C 422/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9605 — DAK Americas/Lotte Chemical UK) ( 1 )

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2019/C 422/05

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-vittmi

5

2019/C 422/06

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar miżuri alternattivi għad-detenzjoni: l-użu ta’ sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni fil-qasam tal-ġustizzja kriminali

9

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 422/07

Rata tal-kambju tal-euro — It-13 ta' Diċembru 2019

14


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

DIKJARAZZJONIJIET KONĠUNTI

il–Kunsill

16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 422/1


Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

(2019/C 422/01)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, għall-finijiet tas-sikurezza fit-toroq, il-protezzjoni tal-konsumatur, it-tnaqqis tal-iskart u l-ekonomija ċirkolari, huwa importanti li t-tajers ma jiġux biss ittestjati f’kundizzjoni ġdida, iżda wkoll wara li jkunu mkagħbrin. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ser tappoġġa l-iżvilupp ta’ protokolli tal-ittestjar xierqa fil-kuntest tal-forum dinji tan-Nazzjonijiet Uniti għall-armonizzazzjoni tar-regolamenti tal-vetturi. Madankollu, jekk dan il-proċess ma jkunx iffinalizzat sa Lulju 2023, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tipproponi leġiżlazzjoni tal-UE li tkopri speċifikament l-ittestjar tat-tajers f’kundizzjoni mkagħbra.


KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 422/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9632 — E.ON/Berliner Stadtwerke/Tegel Energie)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 422/02)

Fid-9 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9632. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 422/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9580 — Permira/Smith&Williamson)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 422/03)

Fit-3 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9580. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 422/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9605 — DAK Americas/Lotte Chemical UK)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 422/04)

Fit-3 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9605. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 422/5


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-vittmi

(2019/C 422/05)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

FILWAQT LI JFAKKAR FIL-PROGRESS SINIFIKANTI MIKSUB FIL-ĦOLQIEN TA’ QAFAS KOMPRENSIV TAL-UE FIL-QASAM TAD-DRITTIJIET TAL-VITTMI,

FILWAQT LI JISSOTTOLINJA L-IMPORTANZA LI DAN IL-QAFAS JIĠI ŻVILUPPAT AKTAR U LI TITTEJJEB L-IMPLIMENTAZZJONI BLA XKIEL U EFFIĊJENTI TIEGĦU, BL-INVOLVIMENT TAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI RILEVANTI KOLLHA,

(1)   

ITENNI l-aġenda strateġika l-ġdida tal-Unjoni Ewropea, li skontha l-protezzjoni taċ-ċittadini u l-libertajiet hija prijorità ewlenija tal-azzjoni tal-Unjoni għas-snin 2019–2024. Il-Kunsill Ewropew tenna li l-Ewropa trid tkun post fejn in-nies iħossuhom ħielsa u sikuri.

(2)   

JINNOTA b’sodisfazzjon il-ħidma tal-Kummissjoni kemm biex jittejbu aktar id-drittijiet tal-vittmi kif ukoll biex jiġi identifikat it-titjib xieraq fil-qasam tal-aċċess tal-vittmi għall-kumpens. Barra minn hekk, il-Kunsill iqis li r-rapport “Tisħiħ tad-drittijiet tal-vittmi: minn kumpens għal riparazzjoni — Għal strateġija ġdida tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi 2020–2025” (1) jipprovdi bażi tajba għal ħidma futura.

(3)   

JIRRIKONOXXI l-ħidma sinifikanti li saret mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, speċjalment b’rabta mar-riċerka u l-istħarriġ dwar l-identifikazzjoni u l-eliminazzjoni ta’ nuqqasijiet relatati mad-drittijiet tal-vittmi, eż. is-sett ta’ erba’ rapporti dwar il-ġustizzja għall-vittmi tal-kriminalità vjolenti ppubblikati f’April 2019. Abbażi tal-fehmiet ippreżentati fir-rapporti msemmija hawn fuq, il-Kunsill iqis li huwa evidenti li huma meħtieġa miżuri biex jittejjeb l-aċċess tal-vittmi għall-ġustizzja u għall-kumpens.

(4)   

ITENNI l-Konklużjonijiet preċedenti tal-Kunsill dwar il-vittmi tat-terroriżmu (2) u dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra kull forma ta’ vjolenza fuq in-nisa u l-bniet, fosthom il-mutilazzjoni ġenitali femminili, maħruġa fl-2014 (3).

(5)   

JIRRIKONOXXI r-riżultati tanġibbli miksuba permezz tal-ħidma mwettqa taħt il-mandat orizzontali tal-Koordinatur tal-UE Kontra t-Traffikar, skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-UE Kontra t-Traffikar, inkluż fir-rigward tal-aċċess u r-realizzazzjoni tad-drittijiet tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, u b’rabta mal-Komunikazzjoni tal-2017 “Rappurtar dwar is-segwitu tal-Istrateġija tal-UE dwar l-eradikazzjoni tat-traffikar tal-bnedmin u identifikazzjoni ta’ azzjonijiet konkreti oħra”.

(6)   

IQIS li huwa partikolarment importanti li titkompla u tiżdied il-ħidma biex jissaħħu d-drittijiet tal-vittmi fl-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan, għandha titlesta dalwaqt il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-aktar istrumenti legali reċenti - bħad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (4), kif ukoll id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (5) — li għadha għaddejja. Il-Kunsill huwa tal-fehma li huwa ġġustifikat li tkompli tiġi żviluppata l-politika dwar il-vittmi tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-aħħar statuti rilevanti tal-UE u b’rabta mal-ħtiġijiet u d-drittijiet tal-vittmi.

(7)   

IQIS li r-restituzzjoni ta’ proprjetà ffriżata lill-vittma skont ir-Regolament (UE) 2018/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ ffriżar u ta’ konfiska (6) hi mezz importanti kif tiġi rikonoxxuta l-vittma.

(8)   

JISSOTTOLINJA l-importanza tat-tisħiħ tat-transizzjoni ta’ statuti marbuta mad-drittijiet tal-vittmi fl-aħjar prattika fl-Istati Membri. Huwa importanti li l-vittmi jħossu li d-drittijiet tagħhom japplikaw fil-prattika u irrispettivament minn f’liema Stat Membru jkun seħħ ir-reat. Jeħtieġ li jiġi żgurat l-aċċess tal-vittmi għad-drittijiet billi tiżdied l-effettività tal-komunikazzjoni mal-vittmi bil-miżuri xierqa kollha. Barra minn hekk, it-taħriġ u l-għarfien espert tan-nies li jiltaqgħu mal-vittmi jeħtieġ approvazzjoni komprensiva u permanenti.

(9)   

JENFASIZZA l-importanza tal-finanzjament tal-UE għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità fl-Istati Membri. Il-Kunsill iqis li huwa essenzjali li l-possibbiltà li jiġu ffinanzjati azzjonijiet u inizjattivi li għandhom l-għan li jtejbu d-drittijiet tal-vittmi tiġi inkluża fil-Programm dwar il-Ġustizzja, il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri u l-Fond għas-Sigurtà Interna tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-Unjoni għall-2021-2027.

(10)   

JAGĦRAF li kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-vittmi huma interistituzzjonali, transgovernattivi, multidimensjonali u jeħtieġu koordinazzjoni. Fl-iżvilupp tal-koordinazzjoni fil-livell tal-UE, jeħtieġ li esperjenzi rigward kompiti marbuta mal-koordinazzjoni jiġu evalwati qabel ma jiġi kkunsidrat it-twaqqif ta’ strutturi ta’ koordinazzjoni ġodda jew il-modifika ta’ kompiti eżistenti. B’mod partikolari, għandha tiġi evitata kull duplikazzjoni ma’ mandati eżistenti u oqfsa ta’ koordinazzjoni fil-livell tal-UE stabbiliti skont il-liġi tal-UE. Huwa importanti li l-UE tkun attiva fit-trawwim ta’ kooperazzjoni transkonfinali bejn l-Istati Membri. L-istrutturi ta’ koordinazzjoni nazzjonali għandhom madankollu jibqgħu taħt ir-responsabbiltà unika tal-Istati Membri.

(11)   

JINNOTA li, minkejja sforzi sostanzjali biex jiġi żgurat li r-regoli jiġu applikati u d-drittijiet rispettati fiċ-ċiberspazju, il-forom kollha ta’ ċiberkriminalità u ta’ mġiba ta’ ħsara online għadhom qed jiżdiedu, u dan iwassal għall-ħtieġa li tingħata protezzjoni lill-vittmi li jsofru ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom, telf ekonomiku, serq tal-identità u danni kontra r-reputazzjoni tagħhom fil-livell transkonfinali.

(12)   

IQIS li trid tissaħħaħ il-kooperazzjoni kemm fil-livell tal-UE kif ukoll nazzjonali. Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, u l-effettività tagħha, jeħtieġ li tiżdied billi jintużaw in-netwerks eżistenti tal-UE. Tista’ tiġi kkunsidrata l-kooperazzjoni bejn in-Netwerk Ewropew dwar id-Drittijiet tal-Vittmi (minn hawn ’il quddiem “ENVR”) (7) u netwerks rilevanti oħra tal-UE bħan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (8) u n-Netwerk Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (minn hawn ’il quddiem “EUCPN”) (9). Barra minn hekk, il-Kunsill iqis li l-laqgħat tal-punti ta’ kuntatt ċentrali definiti fid-Direttiva dwar il-Kumpens jistgħu jiġu organizzati fuq bażi aktar regolari, pereżempju b’rabta mal-laqgħat/attivitajiet tal-ENVR. Sabiex tiġi rikonoxxuta bis-sħiħ il-perspettiva tal-vittmi u jissaħħaħ l-appoġġ mogħti lilhom, jeħtieġ li jiġu promossi b’mod attiv sħubijiet ma’ organizzazzjonijiet u/jew atturi oħra li jipprovdu servizzi ta’ appoġġ lill-vittmi.

(13)   

IQIS li l-kumpens tad-danni kkawżati lill-vittmi mill-kriminalità hu parti mid-drittijiet fundamentali tal-vittmi. Filwaqt li l-obbligu primarju li l-vittmi jiġu kkumpensati b’mod effettiv huwa f’idejn it-trasgressur, għandhom isiru sforzi speċjali fil-futur qrib biex jittejjeb l-aċċess effettiv tal-vittmi għall-kumpens mill-istat kif previst skont id-dispożizzjonijiet dwar skemi nazzjonali ta’ kumpens tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta’ April 2004 li għandha x’taqsam ma’ kumpens għal vittmi ta’ delitti (minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva dwar il-Kumpens”) (10). Dan ser itejjeb b’mod partikolari s-sitwazzjoni tal-vittmi tal-kriminalità intenzjonali vjolenti.

(14)   

IQIS li sabiex jittejjeb l-aċċess tal-vittmi għall-kumpens, għandhom jitqiesu miżuri xierqa. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu t-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-UE. Tista’ tiġi kkunsidrata wkoll ir-reviżjoni possibbli tad-Direttiva dwar il-Kumpens skont l-eżitu tal-evalwazzjoni li għaddejja. Parti mix-xogħol ta’ reviżjoni possibbli għandha tkun li jiġu definiti aktar il-kompiti tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali. Barra minn hekk, sabiex tiġi kkunsidrata azzjoni futura fil-qasam tal-aċċess tal-vittmi għall-kumpens, għandha tingħata aktar informazzjoni b’rabta mad-diffikultajiet li wieħed jiltaqa’ magħhom fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kumpens. Barra minn hekk, hija meħtieġa aktar informazzjoni dwar il-kriterji nazzjonali għall-kumpens u definizzjonijiet ta’ reati vjolenti intenzjonali fl-Istati Membri.

(15)   

JISSOTTOLINJA li sabiex jiġu simplifikati l-iskemi ta’ kumpens mill-istat, kif ukoll biex jitqiesu b’mod adegwat id-differenzi bejn l-Istati Membri, jeħtieġ li l-kumpens jibqa’ pekunarju. L-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li l-vittmi ma jiġux esposti għal vittimizzazzjoni sekondarja meta jitolbu kumpens billi jagħtu appoġġ u protezzjoni xierqa. Il-Kunsill ma jqisx l-armonizzazzjoni ta’ kumpens u ta’ skemi ta’ kumpens statali possibbli; madankollu, jista’ jiġi esplorat jekk tistax tiġi armonizzata sa ċertu punt id-definizzjoni ta’ vittmi intitolati għall-kumpens mill-Istat.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA HI MISTIEDNA BIEX:

1.   

TFASSAL strateġija tal-UE għall-2020-2024 dwar id-drittijiet tal-vittmi. L-istrateġija għandha tkun komprensiva u tkopri l-vittmi kollha tal-kriminalità, b’enfasi speċjali fuq il-vittmi ta’ reati vjolenti. Hija għandha tinkludi approċċ sistematiku biex tiżgura l-aċċess effettiv tal-vittmi għall-ġustizzja u l-kumpens.

2.   

TINKLUDI fl-istrateġija l-miżuri li ġejjin: il-promozzjoni tal-aħjar prattika fost l-Istati Membri dwar kif jittejjeb l-aċċess tal-vittmi għall-informazzjoni, l-appoġġ u l-protezzjoni, inizjattivi prattiċi ġodda għat-taħriġ u, il-koordinazzjoni u t-tisħiħ tal-attivitajiet ta’ netwerks eżistenti tal-UE bħan-Netwerk Ewropew dwar id-Drittijiet tal-Vittmi u n-netwerk ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar il-Kumpens. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni hija mistiedna tevalwa l-attivitajiet u l-valur tal-ENVR u n-netwerk ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali u tivvaluta kemm hu xieraq li dawn iż-żewġ netwerks jingħaqdu flimkien.

3.   

TEVALWA l-qafas leġislattiv eżistenti dwar id-drittijiet tal-vittmi bħala parti mill-istrateġija msemmija hawn fuq. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lir-rieżami tar-regoli tal-UE rilevanti għall-kumpens bħad-Direttiva dwar il-Kumpens. L-effetti tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji (11) fuq l-aċċess tal-vittmi għal kumpens għandhom jiġu eżaminati wkoll.

4.   

TISTIEDEN lill-Eurojust, il-FRA, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-ENVR biex jeżaminaw il-kwistjoni ta’ kif itejbu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rigward il-vittmi ta’ kriminalità vjolenti f’każijiet transkonfinali. Barra minn hekk, in-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi jistgħu jikkontribwixxu wkoll b’mod partikolari fir-rigward tat-taħriġ tal-awtoritajiet kompetenti.

5.   

TAGĦMEL UŻU SĦIĦ mill-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità u xxerred b’mod attiv informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE li għandhom l-għan li jtejbu d-drittijiet tal-vittmi fl-Istati Membri.

L-ISTATI MEMBRI HUMA MISTIEDNA BIEX:

1.   

JIŻGURAW it-traspożizzjoni sħiħa u korretta u l-implimentazzjoni prattika effettiva tal-leġislazzjoni eżistenti tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi.

2.   

IĦARSU l-impenn li jimplimentaw il-miżuri maqbula fil-Konklużjonijiet reċenti tal-Kunsill fil-qasam tad-drittijiet tal-vittmi.

3.   

JIŻGURAW li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ kumpens jipparteċipaw, meta meħtieġ, f’azzjoni nazzjonali u bilaterali u f’laqgħat ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni.

4.   

JIŻGURAW approċċ komprensiv u olistiku għad-drittijiet tal-vittmi, li jkun jinvolvi lill-atturi kollha li x’aktarx jiġu f’kuntatt mal-vittmi u jinkludi aċċess tal-vittmi għal informazzjoni dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tagħhom skont il-ħtiġijiet individwali tal-vittmi.

5.   

JIŻGURAW l-eżistenza ta’ politiki ta’ kumpens nazzjonali dwar l-aċċess tal-vittmi għal kumpens u jekk meħtieġ jiżviluppaw miżuri biex itejbu kif jaħdmu. Parti minn dan l-iżvilupp jista’ jikkonċentra fuq it-titjib tal-possibiltajiet għall-użu ta’ teknoloġija ġdida sabiex il-vittmi jiġu infurmati aħjar dwar il-kumpens. L-informazzjoni għandha tkun interattiva, faċli biex tintuża u aċċessibbli għall-utenti kollha. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli mill-inqas bl-Ingliż flimkien mal-lingwi nazzjonali. L-Istati Membri huma wkoll mħeġġa jiżviluppaw servizzi elettroniċi u formoli faċli għall-utent biex japplikaw għall-kumpens.

6.   

ISAĦĦU l-għarfien tal-uffiċjali li x’aktarx jiġu f’kuntatt mal-vittmi dwar l-iskemi ta’ kumpens mill-istat, pereżempju billi jipprovdu taħriġ. Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mistiedna jikkunsidraw jekk it-taħriġ skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi għandux jiġi pprovdut ukoll lill-awtoritajiet responsabbli mill-kumpens.

7.   

JAGĦMLU UŻU SĦIĦ mill-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità, inkluż pereżempju bl-iżvilupp u t-twaqqif ta’ siti elettroniċi nazzjonali interattivi u faċli biex jintużaw, linji telefoniċi għall-għajnuna u applikazzjonijiet mobbli għall-awtoritajiet responsabbli mill-kumpens fl-Istati Membri.


(1)  Ir-rapport jinsab fid-dokument 8629/19.

(2)  9719/18.

(3)  9543/14.

(4)  ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6.

(5)  ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.

(6)  ĠU L 303, 28.11.2018, p. 1.

(7)  L-ENVR ġie stabbilit biex jimplimenta l-Konklużjonijiet tal-Kunsill li jistabbilixxu Netwerk Informali Ewropew dwar id-Drittijiet tal-Vittmi, adottati f’Ġunju 2016 (9997/16).

(8)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130).

(9)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/902/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi Network Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (EUCPN) u li tħassar id-Deċiżjoni 2001/427/ĠAI (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 44).

(10)  ĠU L 261, 6.8.2004, p. 15.

(11)  ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16.


16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 422/9


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar miżuri alternattivi għad-detenzjoni: l-użu ta’ sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni fil-qasam tal-ġustizzja kriminali

(2019/C 422/06)

Introduzzjoni

1.

Skont l-Aġenda Strateġika l-ġdida 2019-2024, adottata mill-Kunsill Ewropew fl-20 ta’ Ġunju 2019, il-protezzjoni taċ-ċittadini u l-libertajiet hija prijorità ewlenija għaċ-ċiklu istituzzjonali li jmiss. L-Unjoni Ewropea hija impenjata li tibni fuq u ssaħħaħ il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali u li ttejjeb il-kooperazzjoni.

2.

Sistemi effettivi ta’ sanzjonijiet kriminali għandhom rwol importanti fil-protezzjoni taċ-ċittadini u fl-iżgurar tas-sigurtà. Is-sanzjonijiet u l-miżuri kriminali użati u l-mod kif dawn jiġu infurzati jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tar-reċidività u b’hekk jaffettwaw is-sigurtà fis-soċjetà.

3.

L-infurzar tas-sanzjonijiet u l-miżuri kriminali għandu jkun ibbażat fuq għarfien li jkun ġej minn riċerka rilevanti li tindika li s-sanzjonijiet u l-miżuri użati jnaqqsu r-reċidività u jippromwovu s-sigurtà.

4.

Reati serji jeħtieġu reazzjonijiet xierqa, u d-detenzjoni hija strument neċessarju f’sistemi ta’ sanzjonijiet kriminali. Madankollu, hemm kunsens wiesa’ li d-detenzjoni għandha tintuża biss bħala l-aħħar għażla (ultima ratio(1). L-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni - minflok id-detenzjoni - fejn ikun xieraq u b’kont meħud taċ-ċirkostanzi individwali tal-każ, jista’ jkollha diversi vantaġġi, kif appoġġat minn tradizzjoni twila ta’ riċerka.

5.

Rwol importanti ta’ miżuri alternattivi għad-detenzjoni huwa l-promozzjoni tar-riabilitazzjoni u r-riintegrazzjoni soċjali tat-trasgressur, li hija waħda mill-miri ewlenin għall-użu ta’ tali miżuri (2). Dawn il-miżuri alternattivi għandhom ukoll diversi benefiċċji oħra, b’mod partikolari t-tnaqqis tar-reċidività u, għalhekk, il-promozzjoni tas-sigurtà pubblika. Dawn jistgħu jiġu applikati fl-interessi tat-trasgressur iżda wkoll fl-interessi tal-vittmi, tal-vittmi potenzjali futuri u, b’mod aktar ġenerali, tas-soċjetà.

6.

Miżuri alternattivi għad-detenzjoni jeżistu fl-Istati Membri kollha, pereżempju fil-forma ta’ pieni sospiżi ta’ priġunerija, is-servizz komunitarju, pieni finanzjarji u s-sorveljanza elettronika. Barra minn hekk, żviluppi ġodda fit-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għal sistema aktar effettiva ta’ sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni fil-futur.

7.

Huwa wkoll partikolarment importanti li jittieħed kont tal-vittmi tal-kriminalità. Fir-rigward ta’ reati li huma xierqa għall-medjazzjoni, il-ġustizzja restorattiva tista’ toffri opportunitajiet fir-rigward tal-mod li bih jiġu ttrattati r-reati, billi tirrikonoxxi r-rwol tal-vittma u tas-soċjetà inġenerali u billi tiffoka fuq ir-rimedju tal-ħsara kkawżata mit-trasgressur.

8.

Id-detenzjoni ma tintużax biss bħala sanzjoni kriminali, iżda tintuża ħafna wkoll fl-istadju ta’ qabel il-proċess tal-proċedimenti. Miżuri alternattivi għad-detenzjoni għandhom għalhekk jiġu kkunsidrati tul il-katina kollha tal-ġustizzja kriminali.

9.

Fir-rigward ta’ każijiet individwali, l-awtoritajiet rilevanti jiddeterminaw is-sanzjoni jew il-miżura xierqa. Fuq livell ġenerali, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw il-benefiċċji li jippermettu l-użu ta’ sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni matul il-proċedimenti kriminali u jippromwovu l-użu tagħhom, meta jitqies xieraq u effettiv.

10.

Is-sistema tas-sanzjonijiet kriminali taqa’ taħt il-kompetenza tal-Istati Membri u s-sistemi jvarjaw bejn l-Istati Membri. Għalhekk, l-enfasi fil-livell tal-UE għandha tkun fuq miżuri mhux leġislattivi.

11.

Minbarra l-benefiċċji msemmija hawn fuq, huwa mistenni li l-użu msaħħaħ ta’ sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni jkun jista’ jipproduċi effetti pożittivi anke fuq kwistjonijiet relatati ma’ popolazzjoni eċċessiva fil-ħabs, kundizzjonijiet insuffiċjenti fil-ħabsijiet, radikalizzazzjoni fil-ħabsijiet u ostakli li jinqalgħu fir-rikonoxximent reċiproku f’materji kriminali, ilkoll kwistjonijiet li tqajmu f’fora differenti tal-UE matul l-aħħar snin.

Miżuri alternattivi għad-detenzjoni - sfond ta’ politika

12.

L-alternattivi għad-detenzjoni kienu, espliċitament jew impliċitament, fuq l-aġenda tal-UE għal diversi snin u f’ħafna kuntesti. Il-Programm ta’ The Hague tal-2004 u l-Programm ta’ Stokkolma tal-2009 għarfu li d-detenzjoni u l-alternattivi għad-detenzjoni kienu qasam importanti tal-politika tal-UE dwar il-ġustizzja.

13.

Fl-2011, il-Kummissjoni ppreżentat Green Paper dwar “L-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE dwar il-ġustizzja kriminali fil-qasam tad-detenzjoni” (3). Fil-Green Paper ġie kkunsidrat, fost affarijiet oħra, li sakemm ma jsirux aktar sforzi biex jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni u jiġu promossi alternattivi għall-kustodja, jista’ jkun diffiċli li tiġi żviluppata kooperazzjoni ġudizzjarja eqreb bejn l-Istati Membri.

14.

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Ottubru 2017 dwar is-sistemi penitenzjarji u l-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet (4), il-Parlament Ewropew innota li l-popolazzjoni eċċessiva fil-ħabs hija komuni ħafna fl-Ewropa, iżda li ż-żieda fil-kapaċità tal-ħabsijiet mhijiex l-unika soluzzjoni għall-popolazzjoni eċċessiva. Il-Parlament insista wkoll li għandha tiġi implimentata ġestjoni effiċjenti fit-tul tas-sistemi penitenzjarji, li tnaqqas l-għadd ta’ priġunieri b’użu aktar frekwenti ta’ pieni mingħajr detenzjoni.

15.

Barra minn hekk, fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-titjib tar-reazzjoni tal-ġustizzja kriminali għar-radikalizzazzjoni li twassal għat-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti tal-20 ta’ Novembru 2015 (5), ġew imsemmija alternattivi għad-detenzjoni fl-istadji kollha tal-proċedimenti kriminali, bħala azzjoni possibbli meta jitqiesu r-reazzjonijiet tal-ġustizzja kriminali għar-radikalizzazzjoni.

16.

Skont l-Artikolu 82(1) TFUE, il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali fl-Unjoni hija bbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji. Il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku huwa bbażat fuq il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fis-sentenza tagħha tal-5 ta’ April 2016, Aranyosi u Căldăraru (6), indikat li kundizzjonijiet ħżiena fil-ħabsijiet fl-Istati Membri jistgħu jfixklu l-fiduċja reċiproka u jimminaw ir-rikonoxximent reċiproku u ssottolinjaw li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tipprojbixxi t-trattament jew pieni inumani jew degradanti. Wara s-sentenza, il-Kunsill - matul il-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill - adotta konklużjonijiet dwar “Promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku bit-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka” (7) f’Diċembru 2018. Skont dawn il-konklużjonijiet, l-Istati Membri huma mħeġġa li jkollhom leġislazzjoni fis-seħħ li, fejn xieraq, tippermetti li jsir użu minn miżuri alternattivi għad-detenzjoni sabiex titnaqqas il-popolazzjoni fil-faċilitajiet tad-detenzjoni tagħhom, u b’hekk jiġi promoss l-għan ta’ riabilitazzjoni soċjali kif ukoll jiġi indirizzat il-fatt li l-fiduċja reċiproka hija ta’ spiss imfixkla mill-kundizzjonijiet ħżiena ta’ detenzjoni u l-problema tal-popolazzjoni eċċessiva fil-ħabsijiet. Il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat aktar ir-rekwiżiti tas-sentenza Aranyosi u Căldăraru fis-sentenza reċenti ta’ Dorobantu (8).

17.

Il-Kunsill tal-Ewropa diġà għandu tradizzjoni twila fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet relatati mad-detenzjoni u l-użu ta’ sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni, u ġabar ukoll għarfien profond dwar is-suġġett. L-UE tista’ għalhekk tibbenefika minn kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Kunsill tal-Ewropa f’dan ir-rigward.

It-triq ’il quddiem

18.

Fil-laqgħa tal-Ministri għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni f’Lulju 2019, il-Ministri rrikonoxxew li hemm bżonn li jiġu indirizzati kwistjonijiet kumplessi relatati mal-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet, il-popolazzjoni eċċessiva fil-ħabs, ir-radikalizzazzjoni fil-ħabsijiet kif ukoll il-kooperazzjoni f’materji kriminali. Il-Ministri enfasizzaw ukoll l-importanza li jissaħħaħ l-użu ta’ miżuri alternattivi għad-detenzjoni fl-Istati Membri fis-snin li ġejjin filwaqt li ssottolinjaw il-benefiċċji li jista’ jkollhom l-użu tagħhom.

19.

Jintlaqa’ l-progress li diġà sar fl-Istati Membri b’rabta mal-użu ta’ miżuri alternattivi għad-detenzjoni, kemm fl-istadju ta’ qabel il-proċess kif ukoll fl-istadju ta’ wara l-proċess. Meta jitqies xieraq, żieda ulterjuri fl-użu ta’ sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni bħala alternattivi għad-detenzjoni matul il-proċedimenti kriminali, għandha tkun għan komuni madwar l-UE matul is-snin li ġejjin.

20.

Id-disa’ ċiklu ta’ evalwazzjonijiet reċiproċi ser, fost kwistjonijiet oħra, janalizza d-Deċiżjonijiet Qafas dwar probation u sanzjonijiet alternattivi (2008/947/ĠAI) u dwar l-ordni ta’ superviżjoni Ewropea (2009/829/ĠAI) u jiġbor informazzjoni siewja dwar ir-raġunijiet għaliex l-użu ta’ dawn l-istrumenti sa issa kien limitat. Madankollu, hemm il-ħtieġa li tinġabar informazzjoni usa’ dwar l-użu ta’ sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni fl-Istati Membri, u li jiġu diskussi l-benefiċċji differenti li jista’ jkollhom.

21.

L-iskambju tal-aħjar prattiki huwa mod utli li bih l-Istati Membri jistgħu jitgħallmu minn xulxin u jtejbu l-leġislazzjoni, il-proċeduri u l-prattiki tagħhom stess. L-UE tista’ tibbenefika wkoll minn kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet rilevanti oħra.

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA GĦALHEKK JIKKONKLUDI LI JMISS

I.   L-azzjonijiet li jridu jittieħdu fil-livell nazzjonali

1.

L-Istati Membri huma mħeġġa jesploraw l-opportunitajiet biex itejbu, fejn xieraq, l-użu ta’ sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni, bħal pieni sospiżi ta’ priġunerija, is-servizz komunitarju, pieni finanzjarji u s-sorveljanza elettronika u miżuri simili bbażati fuq teknoloġiji emerġenti.

2.

L-Istati Membri huma mħeġġa jikkunsidraw li jippermettu l-użu ta’ forom differenti ta’ rilaxx bikri jew kondizzjonali. L-għan huwa li t-trasgressuri jiġu ppreparati aħjar għar-riintegrazzjoni fis-soċjetà u li jkun hemm għajnuna għall-prevenzjoni tar-reċidività.

3.

L-Istati Membri huma mħeġġa jikkunsidraw il-kamp ta’ applikazzjoni għall-ġustizzja restorattiva u l-benefiċċji tal-użu tagħha.

4.

L-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu fil-leġislazzjoni tagħhom il-possibbiltà li japplikaw miżuri mingħajr detenzjoni anke fl-istadju ta’ qabel il-proċess tal-proċedimenti kriminali.

5.

L-Istati Membri huma mħeġġa jiżguraw li l-informazzjoni li tikkonċerna l-leġislazzjoni dwar sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni tkun disponibbli faċilment għall-prattikanti matul il-proċedimenti kriminali.

6.

L-Istati Membri huma mħeġġa jqajmu kuxjenza fost il-prattikanti legali dwar il-benefiċċji ta’ miżuri alternattivi għad-detenzjoni kif ukoll dwar id-disponibbiltà u l-karatteristiċi tekniċi tal-għodod eżistenti, bħas-sorveljanza elettronika.

7.

L-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu taħriġ għall-prattikanti legali dwar l-użu ta’ miżuri alternattivi għad-detenzjoni, inkluż il-ġustizzja restorattiva, u dwar ir-rakkomandazzjonijiet eżistenti kif żviluppati mill-Kunsill tal-Ewropa dwar dan is-suġġett.

8.

L-Istati Membri huma mħeġġa jiżviluppaw jew itejbu t-taħriġ għall-persunal tal-ħabs u tal-probation, l-imħallfin, il-prosekuturi u l-avukati tad-difiża dwar il-kontenut u l-użu tad-Deċiżjonijiet Qafas dwar probation u sanzjonijiet alternattivi (2008/947/ĠAI) u dwar l-ordni ta’ superviżjoni Ewropea (2009/829/ĠAI) u jqajmu kuxjenza dwar il-possibiltajiet li jintużaw sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni matul il-proċedimenti kriminali.

9.

Fir-rigward tal-użu ta’ miżuri alternattivi għad-detenzjoni, l-Istati Membri huma mħeġġa jagħtu attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet ta’ persuni vulnerabbli bħat-tfal, persuni b’diżabilità u nisa waqt it-tqala u wara li jkunu welldu.

10.

L-Istati Membri huma mħeġġa jtejbu l-ġbir tad-data dwar l-użu ta’ sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni, u dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjonijiet Qafas dwar probation u sanzjonijiet alternattivi (2008/947/ĠAI) u dwar l-ordni ta’ superviżjoni Ewropea (2009/829/ĠAI).

11.

L-Istati Membri huma mħeġġa jtejbu l-kapaċità tas-servizzi ta’ probation, inkluż is-superviżjoni ta’ sanzjonijiet mingħajr detenzjoni.

12.

L-Istati Membri huma mħeġġa jaqsmu ma’ xulxin u mal-Kummissjoni l-aħjar prattiki fir-rigward tal-aspetti kollha ta’ sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni, bil-għan li jitgħallmu minn xulxin.

13.

L-Istati Membri huma mħeġġa wkoll li jkomplu bl-isforzi tagħhom biex itejbu l-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet, jiġġieldu l-popolazzjoni eċċessiva fil-ħabs u jippromwovu r-riintegrazzjoni tat-trasgressuri fis-soċjetà b’kont meħud tal-impatt fuq it-tnaqqis tar-reċidività u r-riskju tar-radikalizzazzjoni fil-ħabsijiet.

II.   L-azzjonijiet meħtieġa fil-livell tal-UE

1.

Il-Kummissjoni hija mistiedna tesplora l-għażliet għall-promozzjoni tal-użu ta’ sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni fl-aġenda tagħha u żżid is-sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji ta’ sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni fost dawk li jfasslu l-politika u l-prattikanti.

2.

Il-Kummissjoni hija mistiedna tivvaluta l-ħtieġa li jitwettaq studju komparattiv biex jiġi analizzat l-użu ta’ sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni fl-Istati Membri kollha sabiex tiġi appoġġata d-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki nazzjonali.

3.

Il-Kummissjoni hija mistiedna tkompli ssaħħaħ l-implimentazzjoni taż-żewġ Deċiżjonijiet Qafas tal-UE dwar probazzjoni u sanzjonijiet alternattivi (2008/947/ĠAI) u dwar l-ordni ta’ superviżjoni Ewropea (2009/829/ĠAI), b’kont meħud tal-informazzjoni miġbura matul id-disa’ ċiklu ta’ evalwazzjonijiet reċiproċi.

4.

Il-Kummissjoni hija mistiedna tiżviluppa taħriġ għall-imħallfin u l-prosekuturi permezz tan-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN), kif ukoll għall-persunal tal-ħabs u tal-probation fil-livell tal-UE permezz tal-Akkademji Ewropej għat-Taħriġ fil-Ħabsijiet (EPTA), netwerk li bħalissa huwa ffinanzjat mill-programm dwar il-Ġustizzja.

5.

Il-Kummissjoni hija mistiedna tvara laqgħat regolari tal-esperti dwar id-detenzjoni u sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni, sabiex tħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-esperti u l-prattikanti fl-Istati Membri kollha fir-rigward ta’ politiki u prattiki nazzjonali f’dan il-qasam.

6.

Il-Kummissjoni hija mistiedna tikkunsidra modi kif l-Istati Membri jistgħu jingħataw finanzjament biex ikomplu jiżviluppaw servizzi ta’ probation, inkluż is-superviżjoni ta’ sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni, u jtejbu l-faċilitajiet tal-ħabsijiet.

7.

Il-Kummissjoni hija mistiedna tkompli tappoġġa l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Ħabsijiet u s-Servizzi Korrettivi (EuroPris), il-Konfederazzjoni Ewropea tal-Probation (CEP) u l-Forum Ewropew għall-Ġustizzja Restorattiva (EFRJ), li bħalissa huma ffinanzjati taħt il-programm dwar il-Ġustizzja. Hija mistiedna teżamina l-għażliet għal kooperazzjoni aktar mill-qrib ma’ dawn l-organizzazzjonijiet, b’mod partikolari billi tappoġġa l-ħidma tas-CEP fil-ġbir ta’ data dwar alternattivi għad-detenzjoni fl-Istati Membri.

8.

In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (NĠE) huwa mħeġġeġ ikompli d-diskussjonijiet fil-laqgħat tiegħu dwar l-użu tad-Deċiżjonijiet Qafas dwar probation u sanzjonijiet alternattivi (2008/947/ĠAI) u dwar l-ordni ta’ superviżjoni Ewropea (2009/829/ĠAI). L-għan huwa li jiġu identifikati ostakli għall-applikazzjoni prattika tal-istrumenti u li jitfittxu modi kif jista’ jiżdied l-użu ta’ dawn l-istrumenti.

9.

In-NĠE huwa mħeġġeġ ikompli jaġġorna l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fuq bażi regolari.

10.

In-NĠE huwa mistieden jikkunsidra l-ġbir ta’ informazzjoni fuq is-sit web tiegħu dwar is-sanzjonijiet u l-miżuri mingħajr detenzjoni differenti f’kull Stat Membru. Għal dan il-għan, tista’ tiġi kkunsidrata l-kooperazzjoni ma’ kwalunkwe organizzazzjoni rilevanti, il-Konfederazzjoni Ewropea tal-Probation (CEP) inkluża.

III.   L-azzjonijiet li jridu jittieħdu biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet rilevanti oħra

1.

L-UE għandha taħdem mill-qrib mal-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet rilevanti oħra sabiex jinstabu sinerġiji rigward il-ħidma relatata mad-detenzjoni u l-użu ta’ sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni.

2.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma mħeġġa jtejbu l-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet rilevanti oħra, sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-benefiċċji tal-użu ta’ sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni. Il-Kummissjoni hija mistiedna tkompli l-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa billi tappoġġa finanzjarjament il-ġbir tal-istatistika fil-qasam tal-ħabsijiet u tal-probation (Statistiċi SPACE) u l-operazzjoni tan-Netwerk tal-UE ta’ Mekkaniżmi Nazzjonali ta’ Prevenzjoni (NPMs tal-UE).

3.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma mistiedna jikkunsidraw modi kif jistgħu jiġu promossi d-disseminazzjoni tat-testi tal-Kunsill tal-Ewropa li jistabbilixxu standards, il-każistika rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Prevenzjoni tat-Tortura (CPT) dwar id-detenzjoni u l-użu ta’ sanzjonijiet u miżuri mingħajr detenzjoni.

(1)  Ara, pereżempju, il-punt 4 fil-premessi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa Rec(2006)2 tal-Kumitat tal-Ministri lill-istati membri dwar ir-Regoli Ewropej dwar il-Ħabsijiet: “Ħadd ma għandu jiġi ipprivat mil-libertà, ħlief jekk din il-privazzjoni ta’ libertà tikkostitwixxi miżura tal-aħħar għażla u tkun f’konformità mal-proċedura preskritta mil-liġi”. Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem irreferiet fil-ġurisprudenza tagħha aktar minn 1000 darba għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

(2)  Ara, eżempju. Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta’ Marzu 2018: Il-promozzjoni tal-użu ta’ alternattivi għal sanzjonijiet koerċittivi għal trasgressuri li jieħdu d-drogi, dok. 6931/18, kif ukoll l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi 2013-2020 (ĠU C 402, 29.12.2012, p. 1) u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi 2017-2020 (ĠU C 215, 5.7.2017, p. 21).

(3)  COM (2011) 327 final.

(4)  A8-0251/2017.

(5)  14419/15, tal-20 ta’ Novembru 2015.

(6)  Sentenza tal-5 ta’ April 2016 fil-Kawżi Konġunti C-404/15 u C-659/15, Aranyosi u Căldăraru.

(7)  ĠU C 449, 13.12.2018, p. 6.

(8)  Is-sentenza tal-15 ta’ Ottubru 2019 f’C-128/18, Dorobantu, li fiha l-Qorti ċċarat ir-rekwiżiti għall-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni f’każijiet rigward il-mandati ta’ arrest Ewropej u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri.


Il-Kummissjoni Ewropea

16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 422/14


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta' Diċembru 2019

(2019/C 422/07)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1174

JPY

Yen Ġappuniż

122,43

DKK

Krona Daniża

7,4731

GBP

Lira Sterlina

0,83508

SEK

Krona Żvediża

10,4490

CHF

Frank Żvizzeru

1,0982

ISK

Krona Iżlandiża

137,00

NOK

Krona Norveġiża

10,0630

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,508

HUF

Forint Ungeriż

328,85

PLN

Zloty Pollakk

4,2726

RON

Leu Rumen

4,7795

TRY

Lira Turka

6,4822

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6159

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4712

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7062

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6873

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5106

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 308,97

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,1393

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7900

HRK

Kuna Kroata

7,4398

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 626,84

MYR

Ringgit Malażjan

4,6199

PHP

Peso Filippin

56,441

RUB

Rouble Russu

69,9930

THB

Baht Tajlandiż

33,729

BRL

Real Brażiljan

4,5664

MXN

Peso Messikan

21,2518

INR

Rupi Indjan

79,0610


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.