ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 417

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
11 ta' Diċembru 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

ECA

2019/C 417/01

Rapport Annwali dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018 (2019/C 417/01)

1


MT

 


IV Informazzjoni

ECA

11.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/1


Rapport Annwali dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018

(2019/C 417/01)

WERREJ

LISTA TA’ AĠENZIJI TAL-UE U KORPI OĦRA TAL-UNJONI LI HUMA KOPERTI MINN DAN IR-RAPPORT 4

KAPITOLU 1

L-aġenziji tal-UE u l-awditu tal-Qorti 6
INTRODUZZJONI 6
L-AĠENZIJI TAL-UE 6
Tipi differenti ta’ aġenziji jgħinu lill-UE tfassal u timplimenta l-politiki 6
L-aġenziji huma ffinanzjati minn diversi sorsi u taħt intestaturi differenti tal-QFP 9
L-arranġamenti relatati mal-baġit u mal-kwittanza huma simili għall-aġenziji kollha, ħlief għall-EUIPO, is-CPVO u l-SRB 15
In-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji u l-komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati 16
L-AWDITU TAGĦNA 16
Il-mandat tagħna jkopri awditi annwali, awditi speċjali u opinjonijiet 16
L-awditi tagħna huma maħsuba biex jindirizzaw ir-riskji ewlenin 17
Aħna nirrappurtaw każijiet ta’ frodi suspettata lill-OLAF 18
Aħna nipprovdu informazzjoni dwar l-awditi li jitwettqu mis-servizz tal-awditjar intern (IAS) tal-Kummissjoni u dwar ir-rapporti tal-evalwazzjoni esterna 18

KAPITOLU 2

Ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-awditjar 19
INTRODUZZJONI 19
KUMPLESSIVAMENT, IR-RIŻULTATI TAL-AWDITI ANNWALI RELATATI MAL-AĠENZIJI GĦAS-SENA 2018 HUMA POŻITTIVI 19
Opinjonijiet “favorevoli” dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-aġenziji kollha 19
Opinjonijiet “favorevoli” dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet tal-aġenziji kollha 20
Opinjonijiet “favorevoli” dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-aġenziji, ħlief għall-EASO 20
L-osservazzjonijiet tagħna jindirizzaw oqsma fejn jista’ jsir titjib f’36 aġenzija 22
RIŻULTATI TAL-AWDITJAR IPPREŻENTATI F’DOKUMENTI OĦRA RELATATI MAL-AĠENZIJI MAĦRUĠA MILL-QORTI 31
Rapport Speċjali Nru 29/2018 tal-QEA: L-EIOPA tat kontribut importanti għas-superviżjoni u l-istabbiltà fis-settur tal-assigurazzjoni, iżda għad fadal xi sfidi sinifikanti 31
Rapport Annwali Speċifiku 2017 tal-QEA skont l-Artikolu 92(4) tar-Regolament (UE) 806/2014 dwar kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti li tinħoloq b’riżultat tat-twettiq mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, il-Kunsill u l-Kummissjoni, tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament għas-sena finanzjarja 2017 32
Rapporti speċjali oħra ppubblikat mill-QEA li jagħmlu referenza wkoll għal aġenzija waħda jew aktar 32
RISPOSTA TAN-NETWERK TAL-AĠENZIJI TAL-UE 33

KAPITOLU 3

Dikjarazzjonijiet ta’ Assigurazzjoni u riżultati oħra tal-awditjar speċifiċi għall-aġenziji 34

3.1.

Informazzjoni li tappoġġa d-Dikjarazzjonijiet ta’ Assigurazzjoni 34
AĠENZIJI FFINANZJATI TAĦT L-INTESTATURA 1A TAL-QFP – KOMPETITTIVITÀ GĦAT-TKABBIR U L-IMPJIEGI 36

3.2.

L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) 36

3.3.

Aġenzija għall-Appoġġ tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Uffiċċju tal-BEREC) 40

3.4.

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) 44

3.5.

Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) 48

3.6.

Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) 52

3.7.

Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) 57

3.8.

Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) 62

3.9.

Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) 66

3.10.

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) 72

3.11.

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) 76

3.12.

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) 80

3.13.

Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) 85

3.14.

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) 90

3.15.

Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) 94

3.16.

Aġenzija tal-GNSS Ewropea (Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita) (GSA) 98
AĠENZIJI FFINANZJATI TAĦT L-INTESTATURA 2 TAL-QFP — TKABBIR SOSTENIBBLI: RIŻORSI NATURALI 102

3.17.

Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) 102

3.18.

Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) 106
AĠENZIJI FFINANZJATI TAĦT L-INTESTATURA 3 TAL-QFP — SIGURTÀ U ĊITTADINANZA 109

3.19.

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) 109

3.20.

Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) 113

3.21.

Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) 121

3.22.

Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) 124

3.23.

Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) 128

3.24.

Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) 132

3.25.

Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) 137

3.26.

Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA) 141

3.27.

Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea (Eurojust) 146

3.28.

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) 150

3.29.

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) 154

3.30.

Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) 158
AĠENZIJI FFINANZJATI TAĦT L-INTESTATURA 4 TAL-QFP — EWROPA GLOBALI 164

3.31.

Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) 164
AĠENZIJI FFINANZJATI TAĦT L-INTESTATURA 5 TAL-QFP — AMMINISTRAZZJONI 167

3.32.

Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA) 167
AĠENZIJI AWTOFINANZJATI 170

3.33.

Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) 170

3.34.

Uffiċċju Ewropew tal-Proprjetà Intellettwali (EUIPO) 174

3.35.

Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) 181

3.36.

Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) 186
AĠENZIJI EŻEKUTTIVI TAL-KUMMISSJONI 190

3.37.

Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) 190

3.38.

Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME) 194

3.39.

Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERCEA) 198

3.40.

Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) 202

3.41.

Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) 206

3.42.

Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-ikel (Chafea) 210

LISTA TA’ AĠENZIJI TAL-UE U KORPI OĦRA TAL-UNJONI LI HUMA KOPERTI MINN DAN IR-RAPPORT

Akronimu

Isem sħiħ

Sede

ACER

Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

Ljubljana, is-Slovenja

Uffiċċju tal-BEREC

Aġenzija għall-Appoġġ tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

Riga, il-Latvja

CdT

Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea

Il-Belt tal-Lussemburgu, il-Lussemburgu

Cedefop

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

Tessaloniki, il-Greċja

CEPOL

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi

Budapest, l-Ungerija

Chafea

Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel

Il-Belt tal-Lussemburgu, il-Lussemburgu

CPVO

Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

Angers, Franza

EACEA

Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

Brussell, il-Belġju

EASA

Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni

Cologne, il-Ġermanja

EASME

Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji

Brussell, il-Belġju

EASO

Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil

Il-Belt Valletta, Malta

EBA

Awtorità Bankarja Ewropea

Pariġi, Franza

ECDC

Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

Stokkolma, l-Iżvezja

ECHA

Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Helsinki, il-Finlandja

EEA

Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

Copenhagen, id-Danimarka

EFCA

Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd

Vigo, Spanja

EFSA

Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

Parma, l-Italja

EIGE

Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Vilnius, il-Litwanja

EIOPA

Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol

Frankfurt, il-Ġermanja

EIT

Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

Budapest, l-Ungerija

ELA

Awtorità Ewropea tax-Xogħol

Bratislava, is-Slovakkja

EMA

Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Amsterdam, in-Netherlands

EMCDDA

Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

Lisbona, il-Portugall

EMSA

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

Lisbona, il-Portugall

ENISA

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni

Heraklion, il-Greċja

UPPE

Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Il-Belt tal-Lussemburgu, il-Lussemburgu

ERA

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji

Valenciennes, Franza

ERCEA

Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

Brussell, il-Belġju

ESA

Aġenzija Fornitriċi tal-EURATOM

Il-Belt tal-Lussemburgu, il-Lussemburgu

ESMA

Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

Pariġi, Franza

ETF

Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ

Turin, l-Italja

EUIPO

Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Alicante, Spanja

eu-LISA

Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja

Tallinn, l-Estonja

EU-OSHA

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

Bilbao, Spanja

Eurofound

Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

Dublin, l-Irlanda

Eurojust

Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea

The Hague, in-Netherlands

Europol

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi

The Hague, in-Netherlands

FRA

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

Vjenna, l-Awstrija

Frontex

Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

Varsavja, il-Polonja

GSA

Aġenzija tal-GNSS Ewropea (Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita)

Praga, ir-Repubblika Ċeka

INEA

Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks

Brussell, il-Belġju

REA

Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka

Brussell, il-Belġju

SRB

Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Brussell, il-Belġju

KAPITOLU 1

L-aġenziji tal-UE u l-awditu tal-Qorti

INTRODUZZJONI

1.1.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ġiet stabbilita permezz tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bħala l-awditur estern tal-finanzi tal-UE (1). F’din il-kapaċità, aħna naġixxu bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-Unjoni, notevolment billi nikkontribwixxu għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE. Aktar informazzjoni dwar ix-xogħol li nwettqu tista’ tinstab fir-rapporti tal-attività, fir-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, fir-rapporti speċjali, u fl-analiżijiet panoramiċi tagħna, kif ukoll fl-opinjonijiet tagħna dwar liġijiet ġodda jew liġijiet aġġornati tal-UE jew deċiżjonijiet oħra b’implikazzjonijiet għall-ġestjoni finanzjarja (2).

1.2.

Fi ħdan dan il-mandat, aħna neżaminaw ta’ kull sena l-kontijiet, u d-dħul u l-pagamenti ta’ bażi, għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE u ta’ korpi oħra tal-Unjoni (3).

1.3.

Dan ir-rapport jippreżenta r-riżultati tal-awditu annwali li wettaqna tal-aġenziji tal-UE u l-korpi l-oħra tal-Unjoni (kollettivament imsejħa “l-aġenziji”) għas-sena finanzjarja 2018, kif ukoll riżultati addizzjonali tal-awditjar relatati mal-aġenziji minn kompiti oħra bħal awditi speċjali jew opinjonijiet. Ir-rapport huwa strutturat kif ġej:

il-Kapitolu 1 jiddeskrivi l-aġenziji u n-natura tal-awditi tagħna;

il-Kapitolu 2 jippreżenta r-riżultati kumplessivi tal-awditu annwali tagħna u jagħmel referenza għal riżultati oħra tal-awditjar u għal opinjonijiet relatati ma’ aġenziji;

il-Kapitolu 3 fih id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni għal kull waħda mill-41 aġenzija, flimkien mal-opinjonijiet u l-osservazzjonijiet tagħna dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-aġenziji u dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul u l-pagamenti ta’ bażi.

L-AĠENZIJI TAL-UE

Tipi differenti ta’ aġenziji jgħinu lill-UE tfassal u timplimenta l-politiki

1.4.

L-aġenziji huma entitajiet ġuridiċi distinti, li ġew stabbiliti permezz ta’ leġiżlazzjoni sekondarja biex iwettqu kompiti speċifiċi fil-qasam tekniku, xjentifiku jew maniġerjali li jgħinu lill-istituzzjonijiet tal-UE jfasslu u jimplimentaw il-politiki. Ħafna għandhom viżibbiltà għolja kif ukoll influwenza sinifikanti f’oqsma importanti tal-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini Ewropej, bħas-saħħa, is-sikurezza, is-sigurtà, il-libertà u l-ġustizzja. Il-Kapitolu 3 jinkludi deskrizzjoni qasira tal-kompiti mwettqa minn kull aġenzija flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni tagħhom. F’dan ir-rapport, aħna nirreferu għall-aġenziji speċifiċi bl-akronimu tagħhom. Lista ta’ dawn l-akronimi tingħata fil-bidu tar-rapport.

1.5.

Hemm tliet tipi ta’ aġenziji: aġenziji deċentralizzati, aġenziji eżekuttivi u korpi oħra. Il-karatteristiċi prinċipali ta’ kull tip ta’ aġenzija huma deskritti hawn taħt. L-għadd tal-aġenziji żdied matul is-snin u attwalment dan jammonta għal 43 (il-Kaxxa 1.1), inklużi żewġ aġenziji ġodda li qed jiġu stabbiliti bħalissa. Dawn huma l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), li r-regolament kostitwenti tiegħu ilu fis-seħħ mill-2017, u l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA), li r-regolament fundatur tagħha daħal fis-seħħ f’Awwissu 2019.

Kaxxa 1.1

Żieda fl-għadd ta’ aġenziji

Image 1

Sors:

Il-QEA.

1.6.

L-aġenziji eżekuttivi tal-Kummissjoni jinsabu fis-sedi tagħha fi Brussell u fil-Lussemburgu. L-aġenziji deċentralizzati u korpi oħra jinsabu mxerrdin mal-UE kollha fi Stati Membri differenti, kif jidher fil-lista’ ta’ akronimi u fil-Kaxxa 1.2. Is-sedi tagħhom jiġu deċiżi mill-Kunsill jew mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew flimkien.

B’segwitu għad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE, l-EMA u l-EBA ġew rilokati f’Amsterdam u f’Pariġi rispettivament matul l-ewwel nofs tal-2019. L-UPPE se jkun fil-Lussemburgu u l-ELA se tkun fi Bratislava, is-Slovakkja.

Kaxxa 1.2

Sedi tal-aġenziji fl-Istati Membri

Image 2

Sors:

Il-QEA.

L-aġenziji deċentralizzati jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-politiki

1.7.

L-34 aġenzija deċentralizzata (4) għandhom rwol importanti fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, speċjalment f’dak li jirrigwarda l-kompiti ta’ natura teknika, xjentifika, operazzjonali u/jew regolatorja. L-intenzjoni hija li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-politiki u tiġi rinfurzata l-kooperazzjoni Ewropea billi jinġabru flimkien il-kompetenzi tekniċi u speċjalizzati disponibbli fil-livell tal-UE u f’dak tal-gvernijiet nazzjonali. Huma ġew stabbiliti permezz ta’ regolamenti tal-Kunsill, jew tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għal perjodu indefinit.

1.8.

L-Uffiċċju tal-UPPE, li għadu kif ġie stabbilit, huwa l-prosekutur indipendenti u deċentralizzat tal-Unjoni Ewropea u l-kompetenza tiegħu hija li jinvestiga, iħarrek u jressaq quddiem il-ġustizzja atti kriminali kontra l-baġit tal-UE, bħal frodi, korruzzjoni jew frodi transkonfinali serja tal-VAT. Il-mandat tal-ELA se jkun li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-suq tax-xogħol fil-livelli kollha u timmaniġġja aħjar is-sitwazzjonijiet transkonfinali, kif ukoll li tiżviluppa inizjattivi ulterjuri li jkunu ta’ appoġġ għall-mobbiltà ġusta. Iż-żewġ aġenziji se jiġu suġġetti għall-awditjar tagħna mis-sena finanzjarja 2019.

1.9.

L-aġenziji deċentralizzati kollha jwettqu l-attivitajiet tagħhom taħt il-kontroll ta’ bord magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u, f’ċerti aġenziji, ta’ partijiet oħra. Il-bord (5) jistabbilixxi l-qafas operazzjonali li l-aġenzija trid issegwi, bħall-programmi ta’ ħidma pluriennali u annwali, l-abbozzi ta’ baġits u t-tabelli tal-persunal, li jiġu implimentati taħt ir-responsabbiltà tad-Diretturi (Eżekuttivi) tagħhom.

L-aġenziji eżekuttivi tal-Kummissjoni jimplimentaw il-programmi tal-UE

1.10.

Is-sitt aġenziji eżekuttivi (6) tal-Kummissjoni huma fdati b’kompiti eżekuttivi u operazzjonali relatati ma’ programm wieħed jew aktar tal-UE u ġew stabbiliti għal perjodu ta’ żmien definit. Huma nħolqu permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni u jaħdmu taħt is-superviżjoni tal-Kumitati ta’ Tmexxija maħtura minnha. Ix-xogħol tagħhom huwa organizzat fuq il-bażi tal-programmi ta’ ħidma pluriennali u annwali stabbiliti u implimentati taħt ir-responsabbiltà tad-Diretturi (Eżekuttivi). Għall-kuntrarju tal-aġenziji deċentralizzati, il-baġits tagħhom ikopru n-nefqa għall-persunal u n-nefqa amministrattiva biss, filwaqt li l-infiq operazzjonali kollu li huma jimplimentaw jiġi mill-Kummissjoni. Għalhekk, il-baġits proprji tal-aġenziji eżekuttivi jirrappreżentaw biss parti żgħira ħafna mill-baġit li fil-fatt jimplimentaw.

Korpi oħra għandhom mandati speċifiċi

1.11.

It-tliet korpi l-oħra huma l-EIT, l-ESA u l-SRB.

1.12.

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) f’Budapest huwa korp indipendenti u deċentralizzat tal-UE, li jiġbor flimkien riżorsi xjentifiċi, kummerċjali u edukattivi biex jistimula l-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-Unjoni, billi jipprovdi finanzjament permezz ta’ għotjiet. Huwa ġie stabbilit mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għal perjodu ta’ żmien indefinit, u huwa mmexxi minn Direttur u ssorveljat minn Bord tat-Governattiv.

1.13.

L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA), li tinsab fil-Lussemburgu, ġiet stabbilita mill-Kunsill għal perjodu indefinit biex tiżgura forniment regolari u ekwu ta’ karburanti nukleari lill-utenti tal-UE, f’konformità mat-Trattat Euratom. Għal dan l-għan, l-ESA tapplika strateġija ta’ forniment ibbażata fuq il-prinċipju tal-aċċess ugwali tal-utenti kollha għal minerali u għal karburanti nukleari, u tiffoka fuq it-titjib tas-sigurtà tal-forniment lill-utenti li jinsabu fl-UE, u b’hekk tikkontribwixxi wkoll għall-vijabbiltà tal-industrija nukleari tal-UE. Kumitat Konsultattiv magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri jassisti lill-ESA fit-twettiq tal-kompiti tagħha billi jifformula opinjonijiet u billi jipprovdi analiżi u informazzjoni. L-ESA hija mmexxija minn Direttur Ġenerali li jaħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni.

1.14.

Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) huwa l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ċentrali fi ħdan l-Unjoni Bankarja, u s-sede tiegħu tinsab fi Brussell. Il-missjoni tiegħu hija li jiżgura r-riżoluzzjoni ordnata ta’ banek li jkunu qed ifallu, b’impatt minimu fuq l-ekonomija reali, fuq is-sistema finanzjarja, u fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri parteċipanti u lil hinn minnhom. L-SRB huwa rrappreżentat mill-President tiegħu, li jassumi wkoll ir-rwol ta’ awtorità tal-ħatra.

L-aġenziji huma ffinanzjati minn diversi sorsi u taħt intestaturi differenti tal-QFP

1.15.

Fl-2018, it-total tal-baġit tal-aġenziji kollha (minbarra l-SRB) ammonta għal EUR 4,2 biljun (żieda ta’ 20 % meta mqabbel mal-baġit ta’ EUR 3,5 biljun fl-2017) li huwa ekwivalenti għal madwar 2,9 % tal-baġit ġenerali tal-UE għall-2018 (2017: 2,7 %), kif jidher fil-Kaxxa 1.3. Mill-2017 sal-2018, l-aġenziji li kellhom l-akbar żieda assoluta fil-baġits tagħhom kienu l-EIT, l-EMSA u l-ECHA, li huma ffinanzjati taħt l-Intestatura 1a tal-QFP (Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi), kif ukoll l-eu-LISA, il-Frontex, l-EMA, l-EASO u l-Europol, li huma ffinanzjati taħt l-Intestatura 3 tal-QFP (Sigurtà u ċittadinanza).

1.16.

Barra minn hekk, il-baġit tal-SRB għall-2018 ammonta għal EUR 6,9 biljun (2017: EUR 6,6 biljun). Dan jikkonsisti f’kontribuzzjonijiet mogħtija minn istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jiġi stabbilit il-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni u biex tiġi ffinanzjata n-nefqa amministrattiva tiegħu.

1.17.

Il-baġits tal-aġenziji deċentralizzati u tal-korpi l-oħra jkopru n-nefqa għall-persunal, in-nefqa amministrattiva u n-nefqa operazzjonali tagħhom. L-aġenziji eżekuttivi jimplimentaw programmi ffinanzjati mill-baġit tal-Kummissjoni u l-baġit proprju tagħhom (madwar EUR 249 miljun b’kollox fl-2018) ikopri biss in-nefqa għall-persunal u n-nefqa amministrattiva tagħhom. Il-baġit operazzjonali tal-Kummissjoni (approprjazzjonijiet ta’ impenn) li ġie implimentat mis-sitt aġenziji eżekuttivi fl-2018 ammonta għal madwar EUR 11,3 biljun (2017: EUR 11-il biljun).

Kaxxa 1.3

Sorsi ta’ finanzjament tal-aġenziji għall-2018

Image 3

Sors:

Il-baġit ġenerali tal-UE għall-2018 u l-baġits tal-aġenziji għall-2018, informazzjoni kkompilata mill-QEA.

1.18.

Il-biċċa l-kbira mill-aġenziji, inklużi l-aġenziji eżekuttivi kollha, huma ffinanzjati kważi għalkollox mill-baġit ġenerali tal-UE. L-oħrajn huma ffinanzjati kompletament jew parzjalment minn tariffi u imposti, u minn kontribuzzjonijiet diretti minn pajjiżi parteċipanti fl-attivitajiet tagħhom: l-Istati Membri, il-pajjiżi tal-EFTA, eċċ. Għas-sena finanzjarja 2018, il-baġits tal-aġenziji ġew prinċipalment iffinanzjati minn madwar EUR 1,8 biljun mill-baġit ġenerali tal-UE, madwar EUR 1 biljun minn tariffi, imposti u kontribuzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, kif ukoll madwar EUR 1,2 biljun bħala dħul assenjat mill-Kummissjoni għall-eżekuzzjoni ta’ kompiti speċifiċi (delegati). Il-Kaxxa 1.4 turi ripartizzjoni tal-baġits tal-aġenziji skont is-sors tad-dħul tagħhom.

Kaxxa 1.4

Baġits tal-aġenziji għall-2018 skont is-sors tad-dħul

Image 4

Sors:

Il-baġits tal-aġenziji għall-2018, informazzjoni kkompilata mill-QEA.

1.19.

Il-Kaxxa 1.5 ta’ hawn taħt tippreżenta l-baġits tal-aġenziji għall-2018 kif ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn huma ripartiti skont it-tip ta’ nfiq (it-Titolu I - spejjeż għall-persunal, it-Titolu II - nefqa amministrattiva u t-Titolu III - nefqa operazzjonali, flimkien ma’ kwalunkwe titolu ieħor użat), mhux skont l-attività.

Kaxxa 1.5

Baġits tal-aġenziji għall-2018 kif ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Image 5

Sors:

L-aġenziji, informazzjoni kkompilata mill-QEA.

1.20.

Il-biċċa l-kbira mill-aġenziji ma jimplimentawx programmi kbar ta’ nfiq operazzjonali jew operazzjonijiet oħra li jinvolvu ħafna spejjeż, iżda pjuttost jittrattaw kompiti li huma ta’ natura teknika, xjentifika u/jew regolatorja. Għaldaqstant, fil-biċċa l-kbira mill-każijiet il-baġits tagħhom jikkonsistu prinċipalment fin-nefqa għall-persunal u n-nefqa amministrattiva (il-Kaxxa 1.5). B’mod ġenerali, in-nefqa għall-persunal u n-nefqa amministrattiva tal-aġenziji jirrappreżentaw madwar 14 % mill-infiq kollu ta’ dan it-tip tal-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-UE (il-Kaxxa 1.6).

Kaxxa 1.6

Nefqa għall-persunal u nefqa amministrattiva (*1) tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE (EUR biljun) fl-2018

Image 6

Sors:

Il-kontijiet konsolidati tal-UE għall-2018.

1.21.

Il-kontribuzzjonijiet ta’ EUR 1,8 biljun mill-baġit ġenerali tal-UE huma ffinanzjati taħt intestaturi differenti tal-QFP, kif jidher fil-Kaxxa 1.7.

Kaxxa 1.7

Finanzjament tal-aġenziji mill-baġits ġenerali tal-UE, skont l-intestatura tal-QFP

Image 7

Sors:

Il-Qafas finanzjarju pluriennali tal-UE li jkopri l-perjodu 2014-2020 u l-baġits tal-aġenziji għall-2018, informazzjoni kkompilata mill-QEA.

1.22.

Fir-rigward tal-persunal, fi tmiem l-2018, l-aġenziji impjegaw madwar 11 400 membru tal-persunal (2017: madwar 11 000), madwar wieħed minn kull ħamsa tal-persunal totali impjegat mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE. Dawn iċ-ċifri tal-persunal jinkludu uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati. Il-Kaxxa 1.8 tippreżenta r-ripartizzjoni tal-persunal totali skont l-aġenzija. Fl-2018, minbarra l-persunal tagħhom stess, l-aġenziji użaw ukoll għadd konsiderevoli ta’ persunal interim minn aġenziji ta’ xogħol temporanju u konsulenti li jaħdmu f’diversi oqsma.

Kaxxa 1.8

Għadd ta’ membri tal-persunal għal kull aġenzija fi tmiem l-2018

Image 8

Sors:

L-aġenziji, informazzjoni kkompilata mill-QEA.

L-arranġamenti relatati mal-baġit u mal-kwittanza huma simili għall-aġenziji kollha, ħlief għall-EUIPO, is-CPVO u l-SRB

1.23.

Għall-biċċa l-kbira mill-aġenziji deċentralizzati u korpi oħra, kif ukoll għall-aġenziji eżekuttivi kollha tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma responsabbli għall-proċeduri annwali baġitarji u ta’ kwittanza. Il-kronoloġija tal-proċedura ta’ kwittanza tintwera fil-Figura 1.9.

Kaxxa 1.9

Proċedura ta’ kwittanza għall-biċċa l-kbira mill-aġenziji

Image 9

Sors:

Il-QEA.

1.24.

Madankollu, waħda mit-tliet aġenziji deċentralizzati li huma kompletament awtofinanzjati (l-EUIPO) hija suġġetta għal proċedura ta’ kwittanza mill-Kumitat tal-Baġit tagħha, iżda mhux mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. B’mod simili, il-proċeduri annwali baġitarji u ta’ kwittanza tas-CPVO u tal-SRB (iż-żewġ aġenziji deċentralizzati l-oħra li huma kompletament awtofinanzjati) jaqgħu taħt it-responsabbiltà tal-Bordijiet tagħhom.

In-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji u l-komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

1.25.

In-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE (l-EUAN) ġie stabbilit mill-aġenziji bħala pjattaforma ta’ kooperazzjoni bejn l-aġenziji biex iżid il-viżibbiltà tal-aġenziji, biex jidentifika u jippromwovi titjib possibbli fl-effiċjenza u biex jipprovdi valur miżjud. L-EUAN jopera fuq il-bażi ta’ prijoritajiet li l-aġenziji jaqblu dwarhom f’Aġenda dwar l-Istrateġija għal ħames snin (2015-2020) kif ukoll fuq il-bażi ta’ programmi ta’ ħidma annwali li jispeċifikaw l-attivitajiet u r-riżultati tanġibbli. Rwol importanti assenjat lill-EUAN huwa li jiżgura komunikazzjoni effiċjenti bejn l-aġenziji u l-partijiet ikkonċernati, prinċipalment mal-Istituzzjonijiet Ewropej. L-EUAN huwa presedut minn aġenzija differenti kull sena fuq bażi ta’ rotazzjoni.

L-AWDITU TAGĦNA

Il-mandat tagħna jkopri awditi annwali, awditi speċjali u opinjonijiet

1.26.

Kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), aħna awditjajna (7):

(1)

il-kontijiet tal-aġenziji kollha, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (8) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (9) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(2)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

1.27.

Fuq il-bażi tar-riżultati tal-awditu tagħha, aħna nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew lill-awtoritajiet ta’ kwittanza l-oħra li jissemmew fil-Kapitolu 3 ta’ dan ir-rapport, b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni għal kull aġenzija dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tagħha u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Aħna nikkomplementaw id-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni b’osservazzjonijiet sinifikanti tal-awditjar, fejn ikun xieraq.

1.28.

Barra minn hekk, u skont l-Artikolu 287(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, aħna nwettqu wkoll awditi u nippubblikaw rapporti speċjali dwar suġġetti speċifiċi. Aħna nagħtu wkoll opinjonijiet fuq it-talba ta’ waħda mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi l-oħra tal-Unjoni, li jipprovdu l-fehmiet tagħna dwar liġijiet u regolamenti, ġodda jew aġġornati, li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-ġestjoni finanzjarja tal-UE. Ara l-Kapitolu 2 ta’ dan ir-rapport, it-Taqsima intitolata, “Riżultati tal-awditjar ippreżentati f’dokumenti oħra relatati mal-aġenziji maħruġa mill-Qorti”.

L-awditi tagħna huma maħsuba biex jindirizzaw ir-riskji ewlenin

1.29.

L-awditi kollha tagħna huma mfassla b’tali mod li jkunu jistgħu jindirizzaw ir-riskji ewlenin identifikati. L-awditu annwali tal-kontijiet u d-dħul u l-pagamenti ta’ bażi tal-aġenziji tal-UE għall-2018 twettaq b’rispons għall-valutazzjoni tar-riskju tagħna, li hija ppreżentata fil-qosor hawn taħt.

Ir-riskju għall-affidabbiltà tal-kontijiet tal-aġenziji huwa ġeneralment baxx

1.30.

B’mod ġenerali, aħna nqisu li r-riskju għall-affidabbiltà tal-kontijiet huwa baxx għall-aġenziji kollha. Il-kontijiet tal-aġenziji jiġu stabbiliti bl-applikazzjoni tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment. L-għadd ta’ żbalji materjali li nqabdu fil-passat kien żgħir. Madankollu, l-għadd dejjem jikber ta’ ftehimiet ta’ delega, li fihom il-Kummissjoni tassenja kompiti u dħul addizzjonali speċifiċi lill-aġenziji, jirrappreżenta sfida f’termini tal-konsistenza u t-trasparenza tat-trattament kontabilistiku u (baġitarju) tal-aġenziji.

Ir-riskju għal-legalità u r-regolarità tad-dħul huwa kumplessivament baxx, b’xi eċċezzjonijiet

1.31.

Ir-riskju għal-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet huwa baxx għall-maġġoranza tal-aġenziji. L-aġenziji huma ffinanzjati kompletament permezz ta’ kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-UE u, kif stabbilit fir-regolamenti tagħhom, il-baġits u d-dħul li jirriżulta jiġu maqbula mal-awtoritajiet baġitarji matul il-proċeduri baġitarji annwali. Madankollu, għall-aġenziji li huma (parzjalment) awtofinanzjati (10) ir-riskju huwa medju, fejn ir-regolamenti speċifiċi huma applikabbli għad-debitar u l-ġbir ta’ tariffi għas-servizzi u ta’ kontribuzzjonijiet minn operaturi ekonomiċi jew pajjiżi li jikkooperaw.

Ir-riskju għal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti huwa kumplessivament medju, iżda jvarja

Titolu I (Nefqa għall-persunal)

1.32.

Ir-riskju huwa ġeneralment baxx. Is-salarji jiġu amministrati mis-servizz tal-PMO tal-Kummissjoni, li l-Qorti tawditja fi ħdan il-qafas tal-valutazzjonijiet speċifiċi tagħha tan-nefqa amministrattiva. Fi snin reċenti, ma nstabux żbalji materjali relatati man-nefqa għall-persunal. Madankollu, f’każijiet fejn l-aġenziji jkollhom jirreklutaw għadd kbir ta’ membri addizzjonali tal-persunal f’qasir żmien, hemm riskju minn medju għal għoli f’dak li jirrigwarda l-legalità u r-regolarità tal-proċeduri ta’ reklutaġġ.

Titolu II (Nefqa amministrattiva)

1.33.

Aħna nqisu li r-riskju hawn huwa medju. L-akkwisti ta’ tipi differenti ta’ servizzi, b’ammonti dejjem akbar fil-qasam tal-IT, jinvolvu regoli u proċeduri kumplessi ta’ akkwist u, l-amministrazzjonijiet tal-aġenziji mhux dejjem jiżguraw trasparenza sodisfaċenti jew jiksbu l-aħjar valur għall-flus. L-iżbalji serji relatati mal-akkwist li jolqtu l-kundizzjonijiet għall-pagamenti tradizzjonalment huma waħda mir-raġunijiet prinċipali għalfejn il-Qorti toħroġ opinjonijiet kwalifikati tal-awditjar u osservazzjonijiet. Madankollu, il-kera tal-uffiċċji hija spiss il-kategorija prinċipali tal-ispejjeż li jitħallsu fuq bażi rikorrenti u normalment dawn ma jinbidlux dment li l-aġenzija ma tittrażlokax għal uffiċċji ġodda. Għalhekk, ir-riskju kumplessiv huwa medju. Riskju ġdid li ġie identifikat huwa l-użu akbar ta’ persunal estern permezz ta’ kuntratti ta’ servizzi tal-IT jew ta’ kuntratti ma’ aġenziji ta’ xogħol temporanju, li għalihom japplikaw oqfsa legali speċifiċi tal-UE u dawk nazzjonali, li jimponu bosta obbligi fuq l-impriżi li jħaddmu dawn il-ħaddiema.

Titolu III (Nefqa operazzjonali)

1.34.

Aħna nqisu li r-riskju hawn huwa minn baxx għal għoli. Dan jiddependi fuq l-aġenziji speċifiċi u fuq it-tip ta’ nefqa operazzjonali li jkollhom. Inġenerali, ir-riskji relatati mal-akkwist huma simili għal dawk relatati mat-Titolu II, għalkemm l-ammonti involuti jistgħu jkunu ogħla. F’dak li jirrigwarda l-għotjiet imħallsa taħt it-Titolu III tal-baġit, awditi preċedenti wrew li, filwaqt li kumplessivament kien hemm titjib fil-kontrolli mwettqa mill-aġenziji, dawn mhux dejjem huma kompletament effettivi.

Ir-riskju għall-Ġestjoni Finanzjarja Tajba huwa kumplessivament medju

1.35.

Aħna nqisu li r-riskju għall-Ġestjoni Finanzjarja Tajba huwa medju u li ġie identifikat prinċipalment fl-oqsma tal-IT u tal-akkwist pubbliku. Preċedentement, aħna rrappurtajna sejbiet dwar is-sistemi tal-IT li jvarjaw minn aġenzija għal oħra u dgħufijiet fil-ġestjoni tal-proġetti tal-IT, kif ukoll proċeduri ta’ akkwist li ma kinux jiżguraw li jinkiseb l-aħjar valur għall-flus.

1.36.

Il-ħtieġa li jkun hemm strutturi u proċeduri amministrattivi separati għall-aġenziji kollha tikkostitwixxi riskju inerenti għall-effiċjenza amministrattiva.

Riskji oħra

1.37.

B’segwitu għall-osservazzjonijiet li tqajmu fis-snin preċedenti u minħabba l-iżviluppi magħrufa tal-politiki tal-UE f’ċerti oqsma, ir-riskju identifikat f’dak li jirrigwarda l-livell ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri huwa għoli għal ċerti aġenziji: il-Frontex, l-EASO, l-ECHA u l-SRB.

Aħna nirrappurtaw każijiet ta’ frodi suspettata lill-OLAF

1.38.

Aħna nikkooperaw mill-qrib mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) fil-ġlieda kontra l-frodi fil-baġit tal-UE. Aħna ngħaddu lill-OLAF kull każ ta’ suspett ta’ frodi, ta’ korruzzjoni jew ta’ attività illegali oħra li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE, u li nidentifikaw matul ix-xogħol tal-awditjar tagħna. Dawn il-każijiet imbagħad jingħataw segwitu mill-OLAF, li jiddeċiedi dwar kull investigazzjoni li tirriżulta, u li jikkoopera kif meħtieġ mal-awtoritajiet tal-Istati Membri.

1.39.

Għalkemm l-awditi tagħna mhumiex maħsuba biex ifittxu speċifikament il-frodi, aħna naqbdu każijiet fejn ikollna suspett li setgħet tkun saret attività irregolari jew frodulenti. Matul l-2018, aħna ma kkomunikajna l-ebda każ ta’ frodi suspettata lill-OLAF (2017: tliet każijiet) li konna identifikajna matul ix-xogħol tal-awditjar tagħna. Madankollu, fuq it-talba tal-OLAF, aħna pprovdejna informazzjoni dwar bosta każijiet ta’ frodi suspettata li tikkonċerna l-proċeduri ta’reklutaġġ f’diversi aġenziji.

Aħna nipprovdu informazzjoni dwar l-awditi li jitwettqu mis-servizz tal-awditjar intern (IAS) tal-Kummissjoni u dwar ir-rapporti tal-evalwazzjoni esterna

1.40.

Fit-taqsimiet speċifiċi għall-aġenziji tal-Kapitolu 3 ta’ dan ir-rapport, aħna nipprovdu wkoll informazzjoni dwar ir-rapporti tal-awditjar mħejjija mill-IAS, kif ukoll dwar l-evalwazzjonijiet esterni mwettqa għall-aġenziji fl-2018. Aħna ma vverifikajniex il-proċessi tal-awditjar u dawk ta’ evalwazzjoni relatati.

KAPITOLU 2

Ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-awditjar

INTRODUZZJONI

2.1.

Dan il-kapitolu jagħti ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-awditi annwali tal-Qorti relatati mal-aġenziji għas-sena 2018, kif ukoll ta’ xogħol ieħor tal-awditjar relatat magħhom u mwettaq mill-Qorti matul l-2018.

Il-Kapitolu 3 ta’ dan ir-rapport jinkludi d-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni (opinjonijiet tal-awditjar) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-aġenziji u l-legalità u r-regolarità tad-dħul u l-pagamenti li fuqhom huma bbażati dawn il-kontijiet, kif ukoll il-kwistjonijiet u l-osservazzjonijiet kollha li ma jixħtux dubju fuq dawn l-opinjonijiet.

KUMPLESSIVAMENT, IR-RIŻULTATI TAL-AWDITI ANNWALI RELATATI MAL-AĠENZIJI GĦAS-SENA 2018 HUMA POŻITTIVI

2.2.

B’mod ġenerali, l-awditu li wettaqna tal-kontijiet annwali tal-aġenziji għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, kif ukoll tad-dħul u tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati, ikkonferma r-riżultati pożittivi li rrappurtajna fi snin preċedenti.

Opinjonijiet “favorevoli” dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-aġenziji kollha

2.3.

Aħna ħriġna opinjonijiet mhux kwalifikati (“favorevoli”) tal-awditjar dwar il-kontijiet tal-aġenziji kollha. Fl-opinjoni tagħna, dawn il-kontijiet jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjonijiet finanzjarji tal-aġenziji fil-31 ta’ Diċembru 2018 kif ukoll ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom u l-flussi tal-flus tagħhom għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti finanzjarji applikabbli u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni (11).

Il-paragrafi ta’ osservazzjonijiet huma importanti għall-komprensjoni tal-kontijiet (l-EBA, l-EMA, il-Frontex u l-SRB)

2.4.

Il-paragrafi ta’ osservazzjonijiet jiġbdu l-attenzjoni tal-qarrejja għal kwistjonijiet ta’ importanza li huma fundamentali biex l-utenti jifhmu l-kontijiet. Għas-sena finanzjarja 2018, aħna nindirizzaw il-paragrafi ta’ osservazzjonijiet għal erba’ aġenziji: l-EBA, l-EMA, il-Frontex u l-SRB.

2.5.

Għall-EBA u l-EMA, l-aġenziji li preċedentement kienu bbażati f’Londra, aħna niġbdu l-attenzjoni għall-fatt li huma telqu mir-Renju Unit fl-2019 u li l-kontijiet tagħhom jinkludu provvedimenti għall-ispejjeż tal-ispostament relatati. Il-kontijiet tal-EBA għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jinkludu dawn il-provvedimenti li jammontaw għal EUR 4,7 miljun, kif ukoll provvediment għall-pagamenti kuntrattwali futuri li jifdal għall-uffiċċji tagħha f’Londra li jammontaw għal EUR 10,4 miljun. Il-kontijiet tal-EMA għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jinkludu provvedimenti għall-ispejjeż tal-ispostament relatati li jammontaw għal EUR 17,8 miljun. Il-ftehim ta’ kiri għas-sede preċedenti tal-Aġenzija f’Londra jistabbilixxi li l-perjodu ta’ kiri jkompli sal-2039 mingħajr ma jsemmi klawżola ta’ ħruġ. Fl-20 ta’ Frar 2019, il-High Court of Justice (England & Wales) ċaħdet it-talba tal-EMA li tikkanċella l-kiri. Madankollu, il-ftehim ta’ kiri jippermetti li l-bini jiġi riassenjat jew sullokat lil partijiet terzi. Meta ġew iffirmati l-kontijiet finali tal-Aġenzija, in-negozjati bejn l-Aġenzija u s-sullokaturi potenzjali kienu għadhom għaddejjin u l-ispiża netta futura tal-ftehim ta’ kiri li ma jistax jiġi kkanċellat ma kinitx magħrufa (12). In-noti għall-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jiddivulgaw l-ammont sħiħ ta’ EUR 468 miljun f’kera li għad trid titħallas sal-2039, li minnu ammont ta’ EUR 465 miljun għall-perjodu ta’ kiri wara l-ispostament tal-Aġenzija għal Amsterdam huwa ddivulgat bħala obbligazzjoni kontinġenti. Barra minn hekk, fiż-żmien meta wettaqna l-awditu tal-EMA, kien għad ma hemmx ċertezza dwar it-telf totali ta’ persunal b’segwitu għar-rilokazzjoni tal-aġenzija. Din l-inċertezza tirrappreżenta riskju sinifikanti għall-kontinwità tal-operat tal-aġenzija. Kemm fir-rigward tal-EBA u tal-EMA, aħna indikajna wkoll tnaqqis possibbli fid-dħul b’segwitu għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.

2.6.

Rigward il-Frontex, l-Aġenzija mmaniġġjat ftehimiet ta’ finanzjament ma’ pajjiżi li jikkooperaw għal attivitajiet operazzjonali f’ammont ta’ EUR 171 miljun (EUR 189 miljun fl-2017), li kienu jirrappreżentaw 59 % tal-baġit tal-Aġenzija għall-2018. Ġiet introdotta skema ta’ finanzjament simplifikata ġdida, li kienet tkopri n-nefqa għar-riżorsi umani ddikjarata taħt dawn il-ftehimiet ta’ finanzjament. Lejn tmiem l-2018, l-Aġenzija introduċiet ukoll sistema ġdida ta’ kontroll ex post li tkopri t-tipi kollha ta’ nfiq, u mmodifikat is-sistema tagħha ta’ kontrolli ex ante inkorporata fiċ-ċirkwiti finanzjarji. Il-Qorti se tivvaluta l-impatt ta’ dawn l-iżviluppi fl-awditi li ġejjin. Madankollu, ir-rimborż tan-nefqa relatata mat-tagħmir (madwar 35 % tan-nefqa totali għall-attivitajiet operazzjonali jew bejn wieħed u ieħor EUR 60 miljun) għadu bbażat fuq l-ispiża effettiva. Fl-2018, proġett pilota biex issir ukoll bidla għal rimborżi bbażati fuq l-ispejjeż unitarji għal dan it-tip ta’ spejjeż, sa issa, għadu ma rnexxiex fil-forma attwali tiegħu. Mill-2014 ’il hawn, il-Qorti rrappurtat konsistentement li, ta’ spiss, il-prova tal-ispejjeż relatati mat-tagħmir ikklejmjati minn pajjiżi li jikkooperaw mhijiex suffiċjenti, u dan ġie kkonfermat għal darb’oħra mir-riżultati tal-awditjar ta’ din is-sena. Il-verifikazzjonijiet ex ante li l-Frontex twettaq fir-rigward ta’ dawn l-ispejjeż ma jistgħux ikunu effettivi dment li jkomplu jsiru rimborżi tal-ispejjeż li ma jkunux issostanzjati minn dokumenti ta’ sostenn. Barra minn hekk, bħal fis-sena preċedenti, il-Frontex ma wettqet l-ebda verifikazzjoni ex post, u dan kompla jżid ir-riskju ta’ rimborżi mhux iġġustifikati tal-ispejjeż.

2.7.

F’dak li jikkonċerna l-kontijiet tal-SRB, aħna nosservaw li l-appelli amministrattivi jew il-proċedimenti ġudizzjarji relatati mal-kontribuzzjonijiet għall-Fond bejn xi wħud mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali u l-Bord, kif ukoll azzjonijiet legali mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja relatati ma’ deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni tal-iskemi ta’ riżoluzzjoni ma kinux suġġetti għall-awditu tagħna. L-impatt possibbli tagħhom fuq ir-rapporti finanzjarji tal-Bord għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 (b’mod partikolari fir-rigward ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti, provvedimenti u obbligazzjonijiet) huwa suġġett għal awditu annwali speċifiku u r-riżultati se jkunu ppubblikati sal-1 ta’ Diċembru 2019, kif stipulat taħt l-Artikolu 92(4) tar-Regolament SRM.

Opinjonijiet “favorevoli” dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet tal-aġenziji kollha

2.8.

Għall-aġenziji kollha, aħna ħriġna opinjonijiet mhux kwalifikati (“favorevoli”) tal-awditjar dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018. Fl-opinjoni tagħna, id-dħul kien legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Opinjonijiet “favorevoli” dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-aġenziji, ħlief għall-EASO

2.9.

Għal 40 aġenzija, aħna ħriġna opinjonijiet mhux kwalifikati (“favorevoli”) tal-awditjar dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018. Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti kienu legali u regolari fl-aspetti materjali kollha għal dawn l-aġenziji.

2.10.

Għall-EASO, aħna ppubblikajna opinjoni kwalifikata dwar is-sejbiet tagħna rrappurtati għas-snin finanzjarji 2016 u 2017, meta aħna konna kkonkludejna li l-kuntratti dwar il-forniment ta’ ħaddiema interim fil-Greċja, is-servizzi tal-ivvjaġġar għall-Uffiċċju u l-kiri għall-bini tal-Uffiċċju f’Lesbos huma irregolari. Il-pagamenti li saru fl-2018 taħt dawn il-kuntratti ammontaw għal EUR 3 405 970 (4 % tal-pagamenti totali għall-2018). B’mod ġenerali, aħna nikkonkludu li s-sitwazzjoni insodisfaċenti li ġiet irrappurtata għas-sena 2017 f’dak li jirrigwarda l-governanza u l-arranġamenti ta’ kontroll intern tal-Uffiċċju, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, qed tittejjeb biss bil-mod u li l-azzjonijiet korrettivi li tniedu mill-maniġment tal-Uffiċċju għad iridu jiġu kkompletati. Dan huwa rifless ukoll mill-fatt li l-proċedura ewlenija ta’ akkwist li twettqet mill-Uffiċċju fl-2018 (kuntratti b’volum ta’ madwar EUR 50 miljun) reġgħet kienet irregolari minħabba li kien hemm dgħufijiet kbar fil-proċedura stess. Fl-2018, kien għadu ma sar l-ebda pagament taħt il-kuntratti relatati.

Il-paragrafi intitolati “Kwistjoni oħra” jindirizzaw kwistjonijiet ta’ importanza speċifika (EASO, EBA, ECHA, EIOPA, ESMA, SRB u GSA)

2.11.

Il-paragrafi intitolati “Kwistjoni oħra” jiġbdu l-attenzjoni tal-qarrejja għal kwistjonijiet partikolari li huma importanti u li mhumiex marbutin direttament mal-fehim tal-utenti f’dak li jirrigwarda l-kontijiet.

2.12.

Għall-EBA, l-EIOPA u l-ESMA, aħna niġbdu l-attenzjoni għall-fatt li l-baġits tagħhom huma ffinanzjati parzjalment mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u parzjalment permezz ta’ kontribuzzjonijiet diretti mill-awtoritajiet superviżorji u/jew mill-entitajiet sorveljati tal-Istati Membri tal-UE. Huwa possibbli li, fil-futur, id-dħul tal-Awtoritajiet jonqos b’riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE.

2.13.

Barra minn hekk, kif identifikat mill-ESMA, it-tariffi diġà ddebitati lill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu huma bbażati fuq id-dħul tagħhom bħala entitajiet legali, iżda mhux bħala grupp jew grupp ta’ entitajiet relatati. Dan joħloq opportunità kważi leġittima biex jitnaqqsu jew jiġu evitati t-tariffi billi d-dħul mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu taħt il-ġurisdizzjoni tal-UE jiġi ttrasferit għall-entitajiet relatati tagħhom barra mit-territorju tal-UE. L-effett finanzjarju li din il-lakuna fir-regolamenti probabbilment ikollha mhuwiex magħruf. L-Awtorità applikat ir-Regolament b’mod korrett, identifikat ir-riskju u indirizzatu lill-Kummissjoni.

2.14.

Għall-EASO, aħna nkomplu niġbdu l-attenzjoni għall-fatt li minn tmiem l-2017, is-sitwazzjoni tar-riżorsi umani fl-Uffiċċju kienet iddeterjorat b’mod esponenzjali. Il-biċċa l-kbira mill-postijiet tax-xogħol battala kienu għadhom ma mtlewx fi tmiem l-2018. In-nuqqas ta’ maniġers fid-dipartiment amministrattiv huwa ta’ tħassib partikolari. B’mod ġenerali, din is-sitwazzjoni toħloq riskju sinifikanti għall-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Uffiċċju fil-livell attwali.

2.15.

Għall-ECHA, il-Qorti tenfasizza għal darb’oħra li l-Aġenzija hija parzjalment awtofinanzjata u tirċievi tariffa minn kull kumpanija li tapplika għar-reġistrazzjoni ta’ sustanzi kimiċi kif meħtieġ skont ir-Regolament REACH (13). L-Aġenzija tikkalkula u tiffattura t-tariffi fuq il-bażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji meta ssir l-applikazzjoni. Il-verifikazzjonijiet ex post imwettqa mill-Aġenzija identifikaw il-ħtieġa li jsiru korrezzjonijiet konsiderevoli fit-tariffi, iżda l-ammont totali tagħhom kien għadu mhux magħruf sa tmiem l-2018. Din l-osservazzjoni turi l-limitazzjonijiet ta’ sistema li tibbaża eċċessivament fuq awtodikjarazzjonijiet li jsiru mill-applikanti.

2.16.

Fil-każ tal-SRB, aħna ntennu li l-kontribuzzjonijiet għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu lill-Bord, permezz tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali. Minħabba li r-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni ma jipprevedix qafas ta’ kontroll li jkun komprensiv u konsistenti, li jiżgura li l-informazzjoni hija affidabbli, ma jitwettqux kontrolli fil-livell tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Madankollu, l-SRB iwettaq kemm kontrolli tal-konsistenza kif ukoll kontrolli analitiċi fir-rigward tal-informazzjoni. Barra minn hekk, aħna osservajna li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet, li hija stabbilita fil-qafas legali, hija kumplessa ħafna, u dan jirriżulta f’riskju għall-preċiżjoni. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, il-Bord ma jistax jiddivulga d-data tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li tintuża biex jiġu kkalkulati l-kontribuzzjonijiet għall-Fond, u dan inaqqas it-trasparenza.

2.17.

Għall-GSA, aħna nerġgħu niġbdu l-attenzjoni għall-fatt li wieħed mill-offerenti kkontesta li l-proċedura ta’ akkwist għal Kuntratt Qafas għall-isfruttar tas-sistema bis-satellita Galileo matul il-perjodu mill-2017 sal-2027, li kien jammonta għal EUR 1,5 biljun. Is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja se tiddeċiedi dwar il-legalità u r-regolarità tal-proċedura ta’ akkwist għall-kuntratt qafas u għall-kuntratti speċifiċi relatati kollha u l-pagamenti futuri. L-Aġenzija ddivulgat u spjegat il-kwistjoni fir-rapporti finanzjarji 2018, u pprovdiet ukoll informazzjoni li EUR 121 miljun, li jirrappreżentaw 10 % tal-baġit għall-2018 inklużi l-ammonti riċevuti permezz ta’ ftehimiet ta’ delega, kienu tħallsu taħt il-kuntratt qafas.

Kaxxa 2.1

Opinjonijiet tal-awditjar annwali dwar il-kontijiet, id-dħul u l-pagamenti tal-aġenziji għall-perjodu 2016 – 2018

Image 10

Sors:

Il-QEA.

L-osservazzjonijiet tagħna jindirizzaw oqsma fejn jista’ jsir titjib f’36 aġenzija

2.18.

Minbarra l-opinjonijiet u l-paragrafi intitolati “Osservazzjonijiet” u “Kwistjoni oħra”, aħna għamilna wkoll madwar 100 osservazzjoni li jikkonċernaw 36 aġenzija biex nindirizzaw oqsma fejn huwa meħtieġ aktar titjib. Il-biċċa l-kbira minn dawn l-osservazzjonijiet jikkonċernaw nuqqasijiet fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku, bħalma kien il-każ fi snin preċedenti.

Il-ġestjoni tal-akkwist pubbliku tibqa’ l-qasam l-aktar suxxettibbli għal żbalji

2.19.

L-objettiv tar-regoli tal-akkwist pubbliku huwa li tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi ekonomiċi u li jinkisbu l-offerti li jkunu l-aktar vantaġġużi ekonomikament, u biex b’hekk jiġu rrispettati l-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament indaqs u tan-nondiskriminazzjoni.

2.20.

Il-kampjuni tagħna għall-awditjar tal-2018 kienu jinkludu kuntratti qafas, kuntratti speċifiċi u kuntratti diretti i kienu jkopru l-aġenziji kollha. Għal 27 aġenzija, dawn il-kuntratti b’valur ta’ EUR 221 miljun (relatati ma’ pagamenti li saru fl-2018 li jammontaw għal EUR 18 -il miljun) ġew affettwati minn diversi tipi ta’ nuqqasijiet relatati mal-akkwist pubbliku. Madankollu, hemm aġenzija waħda biss (l-EASO) fejn l-irregolaritajiet fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku u l-pagamenti relatati wasslu għal opinjoni kwalifikata tal-awditjar (ara l-paragrafu 2.10).

Sejbiet frekwenti relatati mal-akkwist

2.21.

F’dak li jirrigwarda l-aspett tal-legalità (CPVO, EASA, EASO, EIGE, EMCDDA, ERA, EUIPO, eu-LISA, Eurojust, Europol, REA, SRB), in-nuqqasijiet rikorrenti (14) jirreferu għall-użu eċċessiv u mhux ġustifikat ta’ proċeduri ta’ akkwist innegozjati mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt; l-iżbalji fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, l-estensjonijiet tad-durata tal-kuntratt u ż-żidiet fil-prezz inizjali ta’ kuntratt inizjali li jaqbżu l-limitu legali, l-inkonsistenzi finanzjarji bejn il-qafas u l-kuntratti speċifiċi, u l-konklużjoni ta’ kuntratti mingħajr evidenza dwar il-kriterji ta’ esklużjoni għall-offerti.

Kaxxa 2.2

Eżempju ta’ użu mhux ġustifikat ta’ proċedura ta’ akkwist innegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt

B’segwitu għal proċedura ta’ akkwist innegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt, aġenzija ffirmat kuntratt qafas tal-IT għal perjodu ta’ tliet snin ma’ kumpanija li kienet ipprovdiet l-istess servizzi taħt kuntratt qafas preċedenti. Il-kuntratt qafas ġie ffirmat għal ammont totali ta’ EUR 450 000 (EUR 150 000 kull sena). Skont ir-Regolament Finanzjarju, din il-proċedura simplifikata hija aċċettabbli biss f’ċirkustanzi speċifiċi li ma kinux issostanzjati mill-aġenzija.

2.22.

Rigward l-osservazzjonijiet dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba (Uffiċċju tal-BEREC, Cedefop, CEPOL, EBA, ECHA, EEA, EIOPA, EMCDDA, ESMA, ETF, EUIPO, Frontex), in-nuqqasijiet rikorrenti (15) jirreferu għad-dipendenza eċċessiva fuq il-kuntratturi, il-konsultazzjoni esterna u l-interims; għall-użu ta’ kriterji tal-għoti mhux adegwati u l-konklużjoni ta’ kuntratti b’offerti baxxi b’mod anormali mingħajr ġustifikazzjoni raġonevoli. Bosta aġenziji tal-UE esternalizzaw, b’mod estensiv, attivitajiet regolari u, okkażjonalment, anki attivitajiet prinċipali, u dan idgħajjef il-kompetenzi interni u l-kontroll fuq l-eżekuzzjoni tal-kuntratti. Xi wħud mill-aġenziji tal-UE ma żgurawx bilanċ sod bejn il-kriterji tal-għoti relatati mal-prezz u dawk relatati mal-kwalità, minħabba li l-komponenti tal-prezz ma kinux ta’ natura kompetittiva biżżejjed. F’każijiet oħra, il-kuntratti ngħataw lill-offerenti li l-prezzijiet tagħhom kienu ferm aktar baxxi minn dawk ta’ kandidati oħra, mingħajr ma ġew analizzati r-raġunijiet għall-offerti li potenzjalment kienu aktar baxxi b’mod anormali u mingħajr ma nkisbet l-evidenza formali u sostanzjali li tippermetti din id-deroga. Fl-aħħar nett, dawn id-dgħufijiet jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni ġusta u l-kisba ta’ akkwisti li jkollhom l-aħjar valur għall-flus.

Kaxxa 2.3

Eżempju ta’ dipendenza fuq il-kuntratturi

Taħt bosta kuntratti qafas li ġew iffirmati mal-istess kumpanija, aġenzija ħallset EUR 793 000 għax-xiri ta’ diversi tipi ta’ servizzi (appoġġ klerikali u segretarjali, organizzazzjoni ta’ avvenimenti, il-benessri u l-integrazzjoni tal-persunal, eċċ.). Dan l-ammont jirrappreżenta 37 % tal-baġit tagħha għall-2018 mhux relatat mas-salarji, li jindika li l-aġenzija hija dipendenti fuq ir-riżorsi esterni u fuq kumpanija waħda. Dan joħloq riskju għall-kontinwità tal-operat.

2.23.

Rigward l-akkwist relatat mal-osservazzjonijiet ta’ kontrolli interni (ECDC, EFCA, EIT, EMSA, ERA, Eurofound), aħna nirreferu għal kuntratt qafas interistituzzjonali għall-forniment u l-manutenzjoni ta’ tagħmir tal-IT li ġie stabbilit mill-Kummissjoni u użat minn bosta aġenziji. It-termini ta’ dan il-kuntratt kienu dgħajfa minħabba l-fatt li kienu jippermettu x-xiri ta’ oġġetti li ma kinux speċifikament imsemmija fih u li ma kinux suġġetti għal proċedura kompetittiva inizjali. Dan ippermetta wkoll li l-kuntrattur jiddebita żidiet fuq il-prezzijiet ta’ oġġetti mixtrija minn fornituri oħra. Għalkemm l-aġenziji ma għandhom l-ebda setgħa li jbiddlu l-arranġamenti kuntrattwali bażiċi, aħna sibna li l-kontrolli ex ante li huma jwettqu mhux dejjem ivverifikaw li l-kuntrattur offra s-soluzzjonijiet l-aktar adatti għal prezzijiet kompetittivi, u li ż-żidiet iddebitati mill-kuntrattur kienu preċiżi. L-arranġamenti kuntrattwali dgħajfa flimkien mal-kontrolli interni parzjalment dgħajfa ma żgurawx il-kisba ta’ akkwisti li jkollhom l-aħjar valur għall-flus. Sadanittant, il-kuntratt qafas kien skada u l-kuntratt suċċessiv ġie mfassal aħjar, u b’hekk jindirizza s-sejbiet tagħna.

Azzjonijiet li għandhom jittieħdu 1

L-iżbalji relatati mal-akkwist pubbliku jibqgħu t-tip l-aktar frekwenti ta’ żball li jinqabad permezz tal-awditi tagħna. L-aġenziji huma mħeġġa biex ikomplu jtejbu l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku tagħhom, li jiżguraw konformità sħiħa mar-regoli applikabbli, u li l-akkwisti jkollhom l-aħjar valur għall-flus.

Azzjonijiet li għandhom jittieħdu 2

Meta jużaw kuntratti interistituzzjonali, l-aġenziji jibqgħu responsabbli għall-applikazzjoni tal-prinċipji tal-akkwist pubbliku għax-xiri speċifiku tagħhom. Il-kontrolli interni tal-aġenziji jridu jiżguraw li dawn jiġu rrispettati.

L-użu ta’ kuntratti qafas minn xi wħud mill-aġenziji jista’ jillimita l-kompetizzjoni

2.24.

Il-kuntratti qafas huma ftehimiet li jsiru mal-fornituri biex jiġu stabbiliti termini li jirregolaw ix-xiri speċifiku matul id-durata tal-ftehim. Huma jintużaw għal suġġett definit b’mod preċiż, iżda l-kwantitajiet eżatti u l-perjodu tal-konsenja ma jistgħux jiġu indikati minn qabel. Ir-raġuni prinċipali għall-użu ta’ kuntratti qafas hija li tiġi żgurata l-effiċjenza amministrattiva u jinkisbu ekonomiji ta’ skala. Madankollu, aħna identifikajna każijiet (EASA u EUIPO) fejn l-użu ta’ kuntratti qafas kbar li jkopru għadd kbir ta’ servizzi differenti kkawża riskju għall-kompetizzjoni. Dan huwa partikolarment il-każ meta s-servizzi proprji li għandhom jiġu pprovduti matul id-durata tal-ftehim ma jistgħux jiġu speċifikati b’mod ċar fil-mument meta jsiru l-proċeduri tal-akkwist inizjali, kif inhu tipikament il-każ għal servizzi bħalma huma dawk tal-IT u għall-konsulenza kummerċjali.

Kaxxa 2.4

Eżempju ta’ kuntratt qafas li ma kienx jinkludi speċifikazzjonijiet

Għall-akkwist ta’ servizzi ta’ data analitika għal volum massimu ta’ EUR 5 miljun, aġenzija waħda għażlet li tuża kuntratt qafas ma’ operatur uniku b’riżultat ta’ proċedura miftuħa. Madankollu, it-termini li ntużaw fil-kuntratt qafas ma kinux speċifiċi biżżejjed biex jippermettu kompetizzjoni ġusta, minħabba li r-rekwiżiti konkreti rigward is-servizzi li kellhom jiġu pprovduti kienu għadhom mhumiex magħrufa fiż-żmien meta saret il-proċedura ta’ akkwist. Skont ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-awtorità kontraenti trid tiffirma kuntratt qafas ma’ bosta operaturi, u għal xiri speċifiku, trid issir proċedura kompetittiva bejn il-kuntratturi magħżula.

2.25.

Il-Kaxxa 2.5 turi l-valuri ta’ kuntratti qafas li ġew iffirmati mill-aġenziji bejn l-2015 u l-2018. Fl-2018, l-aġenziji ffirmaw kuntratti qafas pluriennali li jammontaw għal total ta’ madwar EUR 1,1 biljun (16).

Kaxxa 2.5

Valur totali ta’ kuntratti qafas iffirmati bejn l-2015 u l-2018 (EUR biljun)

Image 11

Sors:

Netwerk tal-aġenziji, informazzjoni kkompilata mill-QEA.

Azzjonijiet li għandhom jittieħdu 3

L-użu ta’ kuntratti qafas ma jridx ixekkel it-twettiq ta’ proċedura ta’ akkwist ġusta u kompetittiva. Il-kompetizzjoni fuq il-prezzijiet trid tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi prinċipali kollha tal-prezz, bħall-prezzijiet unitarji u l-kwantità relatata ta’ unitajiet li għandhom jiġu ddebitati għas-servizzi speċifiċi.

Il-proċeduri ta’ akkwist konġunti jistgħu jiksbu żidiet fl-effiċjenza u ekonomiji ta’ skala

2.26.

Il-35 aġenzija deċentralizzata u korpi oħra, flimkien mat-8 impriżi konġunti tal-UE (korpi tal-UE), jinsistu wkoll favur żidiet fl-effiċjenza amministrattiva u l-kisba ta’ ekonomiji ta’ skala permezz ta’ użu akbar ta’ proċeduri ta’ akkwist konġunti, fejn żewġ aġenziji jew aktar u l-impriżi konġunti li jkunu jeħtieġu servizzi simili jwettqu proċedura ta’ akkwist konġunta u flimkien isiru l-proprjetarji tal-kuntratt (il-Kaxxa 2.6). L-għadd ta’ sejħiet konġunti għal offerti li tniedu minn korpi tal-UE żdied minn 1 għal 17 bejn l-2014 u l-2018 u sa tmiem l-2018, 30 korp tal-UE kienu pparteċipaw fi proċedura ta’ akkwist konġunta waħda jew aktar (17). Madankollu, minkejja x-xejra promettenti, it-tentattivi għal proċeduri ta’ akkwist konġunti mhux dejjem irnexxew, minħabba, pereżempju analiżi tas-suq li ma kinitx adegwata.

Kaxxa 2.6

Żieda sostantiva f’għadd ta’ sejħiet konġunti

Image 12

Sors:

Netwerk tal-aġenziji, informazzjoni kkompilata mill-QEA.

Kaxxa 2.7

Eżempji ta’ proċeduri ta’ akkwist li ma kinux irnexxew

Fin-nuqqas ta’ analiżi xierqa tas-suq għal żewġ sejħiet pan-Ewropej għal servizzi ta’ telekomunikazzjoni u servizzi bankarji, ma ġiet riċevuta l-ebda offerta konformi li tkopri s-swieq lokali meħtieġa u l-proċeduri ma kinux irnexxew, u dan ikkawża ineffiċjenza amministrattiva. Barra minn hekk, minkejja li ż-żewġ aġenziji kienu jinsabu f’post komuni, il-proċedura ta’ akkwist konġunta għall-bini l-ġdid tagħhom ma kinitx irnexxiet.

Azzjonijiet li għandhom jittieħdu 4

L-aġenziji huma mħeġġa biex ikomplu jużaw il-proċeduri ta’ akkwist konġunti jew il-kuntratti qafas interistituzzjonali, sabiex jiksbu żidiet fl-effiċjenza u ekonomiji ta’ skala. Għall-aġenziji l-ġodda bħall-UPPE u l-ELA, il-parteċipazzjoni tagħhom fi proċeduri ta’ akkwist minflok ma jistabbilixxu kuntratti proprji u awtonomi, tista’ tkun partikolarment ta’ benefiċċju. Madankollu, qabel jitniedu proċeduri ta’ akkwist konġunti u qabel isiru l-isforzi amministrattivi relatati, għandha titwettaq analiżi tas-suq li tagħti prova tal-fattibbiltà ta’ proċedura ta’ akkwist konġunta.

Il-użu li jsir mill-ħaddiema temporanji tal-aġenziji u mill-konsulenti mhux dejjem kien konformi mal-qafas legali

2.27.

Fl-2017, il-Qorti ħarġet analiżi rapida dwar każ speċifiku (18) rigward il-mod kif l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE implimentaw l-impenn li ħadu li jnaqqsu l-persunal b’5 % fit-tabelli tal-persunal tagħhom matul il-perjodu 2013-2017 (għall-aġenziji: il-perjodu 2014 - 2018). Għall-aġenziji, aħna kkonkludejna li t-tnaqqis ta’ 5 % kien ġie implimentat, iżda kien hemm xi dewmien.

2.28.

Huwa f’dan il-kuntest li l-osservazzjonijiet ta’ din is-sena dwar l-użu li jsir mill-konsulenti u mill-ħaddiema interim minn xi wħud mill-aġenziji huma ta’ importanza partikolari. Filwaqt li aħna ma awditjajniex b’mod orizzontali l-użu li jsir mill-persunal estern għall-aġenziji kollha, il-pagamenti fil-kampjuni tal-awditjar tagħna jindikaw xejra n-nuqqas ta’ persunal statutorju proprju jiġi kkumpensat minn persunal estern. Il-Kaxxa 2.8 tippreżenta informazzjoni miġbura min-Netwerk tal-aġenziji tal-UE (EUAN) dwar iż-żieda fl-għadd ta’ konsulenti tal-IT li jaħdmu fl-uffiċċji tal-aġenziji u ta’ korpi oħra b’kuntratti tat-tip Times and Means, u ta’ persunal interim impjegat mit-33 aġenzija li wieġbu għal stħarriġ rispettiv.

Kaxxa 2.8

Għadd ta’ konsulenti tal-IT u aġenti interim (33 aġenzija)

Image 13

Sors:

Netwerk tal-aġenziji tal-UE (EUAN), ċifri kkompilati mill-QEA.

2.29.

Għal tmien aġenziji (Uffiċċju tal-BEREC, Chafea, CPVO, EASO, ERCEA, ESMA, SRB, EUIPO), aħna sibna li dawn użaw kuntratti għall-forniment ta’ servizzi tal-IT u servizzi oħra ta’ konsulenza li ġew ifformulati u/jew implimentati b’tali mod li, fil-prattika, jista’ jirriżulta fl-assenjar (“mise à disposition”) ta’ ħaddiema temporanji minflok il-forniment ta’ servizzi jew ta’ prodotti speċifikati b’mod ċar. Il-forniment ta’ ħaddiema interim jista’ jsir biss permezz ta’ kuntratti ma’ aġenziji ta’ xogħol temporanju rreġistrati u f’konformità mad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), kif ukoll skont ir-regoli speċifiċi adottati mill-Istati Membri fit-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva. L-użu ta’ kuntratti ta’ servizzi għall-forniment ta’ ħaddiema ma jkunx jikkonforma mar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE u mar-regoli tal-UE dwar is-servizzi soċjali u l-impjiegi, u jesponi lil dawn l-aġenziji għal riskji legali u reputazzjonali.

2.30.

Barra minn hekk, seba’ aġenziji (EASO, EBA, EIOPA, EIGE, EMCDDA, ERCEA, SRB) impjegaw ħaddiema interim ipprovduti minn aġenziji ta’ xogħol temporanju rreġistrati, iżda ma rrispettawx ir-regoli kollha stabbiliti kemm fid-Direttiva kif ukoll fil-liġi nazzjonali rispettiva, pereżempju f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tax-xogħol għal ħaddiema interim.

Azzjonijiet li għandhom jittieħdu 5

L-aġenziji jistgħu janalizzaw, flimkien mal-awtoritajiet baġitarji, jekk l-użu li jsir mill-persunal estern huwiex kosteffiċjenti meta mqabbel mal-użu li jsir mill-persunal statutorju.

Azzjonijiet li għandhom jittieħdu 6

Meta jsir użu minn persunal estern, bħala prinċipju, jeħtieġ li jkun hemm konformità sħiħa mal-qafas legali tal-UE u ma’ dak nazzjonali, iżda anke biex jiġu evitati riskji ta’ tilwim u danni għar-reputazzjoni.

Servizzi ta’ konsulenza u mhux ta’ konsulenza fl-EUIPO

2.31.

Minħabba l-firxa ta’ servizzi ta’ konsulenza użati mill-EUIPO, aħna wettaqna analiżi ta’ dawn is-servizzi min-naħa tal-Uffiċċju. Il-kuntratt prinċipali għal servizzi ta’ konsulenza jammonta għal EUR 80 miljun fuq perjodu ta’ erba’ snin. L-għadd ta’ membri tal-persunal estern ipprovdut mill-fornituri tas-servizzi taħt dawn il-kuntratti u taħt kuntratti simili żdied minn madwar 250 fl-2011 għal aktar minn 350 fl-2014, li mbagħad reġa’ naqas għal 215 fil-bidu tal-2018 (ekwivalenti għal madwar 20 % tal-persunal statutorju tal-Uffiċċju).

2.32.

Aħna osservajna li, filwaqt li parti mis-servizzi li jingħataw taħt dawn il-kuntratti hija tabilħaqq konsulenza (pereżempju appoġġ għall-ġestjoni tal-proġetti, analiżi tal-proċess tan-negozju), parti oħra, tikkonsisti pjuttost minn appoġġ amministrattiv (pereżempju appoġġ segretarjali, skrivani amministrattivi li jħejju rapporti, appoġġ għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni interna u esterna). L-aħħar parti tirrappreżenta l-akkwist ta’ manodopera jew is-self ta’ persunal, li huma strettament irregolati mil-liġi tax-xogħol Ewropea u dik nazzjonali. Huma biss l-aġenziji ta’ xogħol temporanju rreġistrati li huma awtorizzati li jipprovdu l-persunal estern u dan is-servizz ma jistax jingħata minn kumpaniji ta’ konsulenza.

L-implimentazzjoni ta’ qafas ta’ kontroll intern ġdid tinsab fil-proċess

2.33.

Il-kontroll intern japplika għall-attivitajiet kollha, kemm finanzjarji kif ukoll mhux finanzjarji, u huwa proċess li jgħin lil organizzazzjoni biex tilħaq l-objettivi tagħha u ssostni l-prestazzjoni, filwaqt li jirrispetta r-regoli u r-regolamenti. Huwa jagħti appoġġ fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tajba, filwaqt li jieħu kont tar-riskji għall-ilħuq tal-objettivi u jnaqqashom għal livelli aċċettabbli permezz ta’ kontrolli kosteffettivi. F’April 2017, il-Kummissjoni approvat qafas ta’ kontroll intern rivedut (ICF).

2.34.

L-ICF il-ġdid huwa mfassal biex jipprovdi aċċertament raġonevoli rigward il-kisba ta’ ħames objettivi stabbiliti fir-Regolamenti Finanzjarji: (1) l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet; (2) l-affidabbiltà tar-rappurtar; (3) is-salvagwardja tal-assi u tal-informazzjoni; (4) il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu għal frodi u irregolaritajiet, u (5) il-ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Dan il-qafas jissupplimenta r-Regolament Finanzjarju bil-ħsieb li jallinja l-istandards ta’ kontroll intern għall-ogħla standards internazzjonali, kif stabbiliti fil-qafas tal-Kumitat tal-Organizzazzjonijiet li Jisponsorjaw il-Kummissjoni Treadway (COSO).

2.35.

Kif kien il-każ għall-istandards ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni li qed jiġu sostitwiti mill-ICF, huwa mistenni li l-korpi inkarigati, bħall-aġenziji, jimplimentaw l-ICF b’analoġija. Sa tmiem l-2018, il-bordijiet ta’ 29 aġenzija kienu adottaw l-ICF, filwaqt li 15-il aġenzija rrappurtaw ukoll l-implimentazzjoni tiegħu.

Azzjonijiet li għandhom jittieħdu 7

L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Qafas ta’ Kontroll Intern tal-Kummissjoni (2017) mill-aġenziji kollha huma neċessità sabiex l-istandards ta’ kontroll intern jiġu allinjati mal-ogħla standards internazzjonali u biex jiġi żgurat li l-kontrolli interni jappoġġaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod effettiv u effiċjenti.

Mhux l-aġenziji kollha għandhom politika stabbilita dwar karigi sensittivi

2.36.

Il-ġestjoni ta’ funzjonijiet sensittivi hija element standard tal-kontroll intern, u l-għan tagħha huwa li tnaqqas ir-riskju ta’ użu skorrett tas-setgħat iddelegati lill-persunal għal livell aċċettabbli. Il-karigi sensittivi huma dawk fejn membru tal-persunal li jwettaq attività jkollu grad ta’ awtonomija u/jew setgħa deċiżjonali suffiċjenti, li jekk ikun jixtieq, ikun jista’ juża dawn is-setgħat b’mod skorrett għal gwadann personali (20). F’qafas ta’ kontroll intern effettiv, ir-riskji assoċjati ma’ funzjonijiet sensittivi jiġu mmaniġjati permezz ta’ kontrolli mitiganti u, bħala l-aħħar rimedju, permezz tal-mobbiltà tal-persunal. Aħna sibna li seba’ aġenziji (EASO, EASME, ECHA, EEA, ENISA, Frontex, SRB) ma għandhomx politiki stabbiliti li jiddefinixxu l-funzjonijiet sensittivi tagħhom u l-kontrolli mitiganti relatati.

2.37.

Anki jekk l-aġenziji għandhom struttura amministrattiva simili u r-rwoli tal-atturi finanzjarji jiġu rregolati minn regolamenti finanzjarji simili, huma japplikaw interpretazzjonijiet differenti ta’ liema karigi għandhom jitqiesu bħala potenzjalment sensittivi. Il-Kaxxa 2.9 ta’ hawn taħt turi l-għadd ta’ aġenziji li jqisu kariga speċifika bħala potenzjalment sensittiva.

Kaxxa 2.9

Karigi potenzjalment sensittivi

Image 14

Sors:

Il-QEA.

2.38.

Il-kontrolli prinċipali stabbiliti mill-aġenziji sabiex jimmitigaw ir-riskji relatati ma’ karigi sensittivi huma s-segregazzjoni tad-dmirijiet u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ kontroll doppju għall-inizjazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ tranżazzjonijiet. Madankollu, huma biss terz tal-aġenziji li għandhom politika ta’ mobbiltà obbligatorja għall-persunal li jokkupa karigi sensittivi.

Azzjonijiet li għandhom jittieħdu 8

L-aġenziji huma mistiedna biex jaqblu dwar liema karigi għandhom jitqiesu bħala li huma sensittivi u biex jintroduċu jew jallinjaw il-politiki tagħhom dwar karigi sensittivi bil-għan li jimmitigaw ir-riskju ta’ użu skorrett tas-setgħat għal gwadann personali.

Hemm lok biex l-istruttura u r-rappurtar tal-baġit isiru aktar sinifikattivi

2.39.

Bħal fi snin preċedenti, l-ammont u l-volum tal-ftehimiet ta’ delega u ta’ għotja li ġew konklużi bejn il-Kummissjoni u għadd ta’ aġenziji komplew jiżdiedu fl-2018. Taħt dawn il-ftehimiet, l-aġenziji jirċievu fondi mil-Kummissjoni assenjati għall-eżekuzzjoni ta’ kompiti speċifiċi f’isem il-Kummissjoni.

2.40.

Għalkemm dawn il-fondi isiru parti mid-dħul tal-baġit (dħul assenjat) tal-aġenziji kkonċernati, huma jistgħu jintużaw biss għall-finijiet definiti fil-ftehimiet ta’ delega. Jekk il-kompiti jdumu aktar minn sena, l-aġenziji huma mistennija li jżommu l-parti tal-fondi li ma jkunux intnefqu fi tmiem is-sena sabiex jużawhom għall-kompiti li jifdal li għandhom jitwettqu sat-tmiem tal-ftehim. Huwa biss f’dan il-punt li l-fondi li jifdal iridu jiġu rritornati lill-Kummissjoni. B’konsegwenza ta’ dan, dawn il-fondi jridu jiġu eliminati mill-kalkolu tar-riżultat baġitarju annwali “proprju” tal-aġenziji, li jifforma parti mir-rapporti finanzjarji tagħhom. Għal dan il-għan, il-biċċa l-kbira mill-aġenziji jinkludu ċifra ta’ korrezzjoni fil-kalkoli tagħhom tar-riżultat tal-baġit. Madankollu, b’kont meħud taż-ż-żieda fl-għadd u fil-volum ta’ dawn il-ftehimiet, aħna nqisu li jeħtieġ isir rappurtar aktar komprensiv u standardizzat dwar id-dħul assenjat u l-infiq relatat għall-kalkolu tar-riżultati baġitarji tal-aġenziji.

Azzjonijiet li għandhom jittieħdu 9

Sabiex tiżdied it-trasparenza tar-rappurtar baġitarju, l-aġenziji li jimplimentaw dħul assenjat huma mħeġġa biex fir-rapporti finanzjarji tagħhom jinkludu stampa ġenerali standardizzata li tiżvela d-dħul assenjat u l-infiq relatat għal kull ftehim ta’ delega tal-Kummissjoni.

2.41.

Barra minn hekk, il-proċeduri ta’ ppjanar implimentati mill-aġenziji kollha u li jirriżultaw fi programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali (jew dokumenti ta’ programmazzjoni uniċi) huma bbażati fuq l-attivitajiet. Għal kull waħda minn dawn l-attivitajiet, il-programmi ta’ ħidma speċifiċi jrid ikun fihom informazzjoni dwar ir-riżorsi ppjanati (umani u finanzjarji). Madankollu, aħna osservajna li l-baġits ippubblikati tal-aġenziji kollha jiġu ppreżentati skont it-tip ta’ nefqa (nefqa għall-persunal, nefqa amministrattiva u nefqa operazzjonali, ara l-Kaxxa 1.5 fil-Kapitolu 1), iżda mhux skont l-attività. B’konsegwenza ta’ dan, ir-riżorsi li jintnefqu għall-attivitajiet differenti ma jidhrux.

Azzjonijiet li għandhom jittieħdu 10

Il-pubblikazzjoni tal-baġits tal-aġenziji skont l-attività tkun tippermetti li r-riżorsi jkunu marbuta mal-attivitajiet li għalihom jintużaw.

Hemm riskji li jikkonċernaw il-kalkolu korrett tat-tariffi tar-reġistrazzjoni u tas-servizzi

2.42.

Għadd ta’ aġenziji (CdT, CPVO, EASA, EBA, ECHA, EIOPA, EMA, ESMA, EUIPO, SRB) jiġbru d-dħul mit-tariffi tas-servizzi jew tar-reġistrazzjoni ddebitati lill-operaturi ekonomiċi (ara l-Kapitolu 1, il-Kaxxi 1.3 u 1.4). Aħna osservajna r-riskji li jikkonċernaw il-kalkolu korrett ta’ dawn it-tariffi.

2.43.

L-ECHA tirċievi tariffa minn kull kumpanija li titlob ir-reġistrazzjoni ta’ sustanzi kimiċi (21). Din it-tariffa tiddependi fuq id-daqs tal-kumpaniji (mikro, żgħir, medju, kbir) u fuq il-volum tas-sustanzi kimiċi (sollijiet differenti) irreġistrati. Ibbażat fuq il-verifikazzjonijiet proprji mwettqa mill-ECHA mill-2011 ’il hawn u li ġew ikkompletati sa issa, madwar 52 % tal-kumpaniji li ġew ivverifikati u li ddikjaraw li kienu ta’ daqs mikro, żgħir jew medju (11 % tal-kumpaniji kollha) kienu kkategorizzaw id-daqs tagħhom b’mod skorrett, u dan irriżulta f’tariffi aktar baxxi (22). Filwaqt li l-Aġenzija għamlet progress konsiderevoli fl-irkupru tat-tnaqqis mhux dovut fit-tariffi u fil-ġbir ta’ imposti amministrattivi tardivi, ix-xogħol ta’ verifikazzjoni għadu qed jikkawża ammont sinifikanti ta’ xogħol f’termini ta’ identifikazzjoni u korrezzjoni ta’ dawn il-każijiet. Barra minn hekk, il-kwantitajiet ta’ sustanzi kimiċi li għandhom jiġu rreġistrati jirrappreżentaw element importanti għall-kalkolu tat-tariffi tar-reġistrazzjoni. Madankollu, l-ECHA ma għandha l-ebda drittijiet ta’ verifikazzjoni f’dak li jikkonċerna l-preċiżjoni ta’ dawn il-kwantitajiet. Dawn id-drittijiet huma disponibbli biss għall-Istati Membri.

2.44.

It-tariffi ddebitati mill-ESMA lill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu huma bbażati fuq id-dħul tagħhom bħala entitajiet legali, iżda mhux bħala grupp jew grupp ta’ entitajiet relatati. Diskrepanza fir-regolament relatat dwar it-tariffi toħloq opportunità kważi leġittima biex jitnaqqsu jew jiġu evitati t-tariffi billi d-dħul mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu taħt il-ġurisdizzjoni tal-UE jiġi ttrasferit għall-entitajiet relatati tagħhom barra mit-territorju tal-UE. L-Awtorità applikat ir-regolament b’mod korrett, identifikat ir-riskju u indirizzatu lill-Kummissjoni.

2.45.

Il-kontribuzzjonijiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni li huwa mmaniġġjat mill-SRB jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jipprovdu lill-Bord, permezz tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali. Minħabba li r-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni ma jipprevedix qafas ta’ kontroll li jkun komprensiv u konsistenti, li jiżgura li l-informazzjoni hija affidabbli, ma jitwettqux kontrolli fil-livell tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Madankollu, l-SRB iwettaq kemm kontrolli tal-konsistenza kif ukoll kontrolli analitiċi fir-rigward tal-informazzjoni. Barra minn hekk, il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet stabbilita fil-qafas legali hija kumplessa ħafna, u tista’ twassal għal riskju fil-preċiżjoni. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, il-Bord ma jistax jiddivulga d-data tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li tintuża biex jiġu kkalkulati l-kontribuzzjonijiet għall-Fond, u dan inaqqas it-trasparenza.

Azzjonijiet li għandhom jittieħdu 11

L-aġenziji kkonċernati huma mistiedna biex jikkonsultaw lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe ħtieġa għal aġġustament tal-qafas legali sabiex jiġi żgurat li l-kalkoli tat-tariffi jkunu bbażati fuq informazzjoni preċiża li tirrifletti r-realtà ekonomika.

L-aġenziji qed jagħtu segwitu għas-sejbiet tal-awditjar mis-snin preċedenti

2.46.

Aħna pprovdejna status dwar l-azzjonijiet ta’ segwitu li ttieħdu mill-aġenziji b’rispons għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti. Il-Kaxxa 2.10 turi li għall-223 osservazzjoni li ma kinux ġew indirizzati sa tmiem l-2017, u fl-2018, fil-biċċa l-kbira mill-każijiet fl-2018, ġew ikkompletati jew kienu għaddejjin azzjonijiet korrettivi. Mill-107 osservazzjonijiet pendenti u minn dawk li għadhom għaddejjin, l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa biex jiġu indirizzati 13-il osservazzjoni ma kinux taħt il-kontroll (uniku) tal-aġenzija.

Kaxxa 2.10

Sforzi mill-aġenziji biex jagħtu segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Image 15

Sors:

Il-QEA.

2.47.

Matul l-awditu annwali tas-sena li għaddiet, aħna eżaminajna l-ambjenti kontabilistiċi tal-aġenziji, li huma element importanti għat-tħejjija ta’ kontijiet affidabbli. Għal 13-il aġenzija, aħna għamilna osservazzjonijiet dwar l-indipendenza tal-uffiċjali tal-kontabbiltà fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom. B’segwitu għall-osservazzjonijiet tal-Qorti, il-maġġoranza tal-aġenziji, ħlief għal tnejn (EACEA, EFSA), indirizzaw il-kwistjoni fl-2018. Xejra simili ġiet osservata li tikkonċerna l-validazzjonijiet (mill-ġdid) ta’ sistemi kontabilistiċi pendenti. Is-seba’ aġenziji kollha li għalihom aħna rrappurtajna dwar din il-ħtieġa fl-2018 kienu kkompletaw l-azzjoni korrettiva fl-2018.

2.48.

Sar progress tajjeb ukoll f’dak li jirrigwarda l-introduzzjoni tal-akkwist elettroniku. Kif ġie rrappurtat is-sena li għaddiet, il-Kummissjoni niedet għodod għall-fatturazzjoni elettronika fl-2010 (e-invoicing), għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE fl-2011, u għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission) fl-2015. Il-Kaxxa 2.11 ta’ hawn taħt turi l-progress li sar fl-introduzzjoni tal-għodod sa tmiem l-2018.

Kaxxa 2.11

L-introduzzjoni tal-akkwist elettroniku tinsab fil-proċess

Image 16

Sors:

Il-QEA.

2.49.

Sar ukoll xi progress fl-2018 f’dak li jirrigwarda l-introduzzjoni ta’ SYSPER II, l-għodda ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani li ġiet żviluppata mill-Kummissjoni. Il-Kaxxa 2.12 ta’ hawn taħt turi li fl-2018 ħames aġenziji addizzjonali ffirmaw għal din l-għodda. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni rrappurtat li l-kooperazzjoni mal-aġenziji kienet tajba. Madankollu, minħabba li l-proġett huwa kumpless u minħabba li kull aġenzija għandha l-ispeċifiċitajiet tagħha, il-progress fl-implimentazzjoni ta’ SYSPER II ivarja. Għal xi wħud mill-aġenziji huwa diffiċli li jassenjaw ir-riżorsi meħtieġa lill-proġetti u għaldaqstant qed jiffaċċjaw xi dewmien.

Kaxxa 2.12

Introduzzjoni tal-għodda ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani, SYSPER II

Image 17

Sors:

Il-QEA.

Mhux l-aġenziji kollha huma suġġetti għall-istess proċedura baġitarja u ta’ kwittanza

2.50.

Għall-kuntrarju ta’ aġenziji oħra, l-EUIPO, li hija aġenzija deċentralizzata kompletament awtofinanzjata, hija suġġetta għal proċedura ta’ kwittanza mill-Kumitat tal-Baġit tagħha, iżda mhux mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill (ara l-Kapitolu 1, il-paragrafi 1.23 u 1.24). B’mod simili, il-proċeduri annwali baġitarji u ta’ kwittanza tal-SRB u tas-CPVO, iż-żewġ aġenziji l-oħra li huma kompletament awtofinanzjati, jaqgħu taħt it-responsabbiltà tal-Bordijiet tagħhom. Dawn il-proċeduri differenti huma previsti mir-regolamenti fundaturi tagħhom.

2.51.

Dawn huma aġenziji u korpi awtofinanzjati, li l-baġits tagħhom ma jiffurmawx parti mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, madankollu d-dħul tagħhom jiġi ġġenerat mill-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika bbażat fuq il-liġi tal-UE. Għaldaqstant, il-QEA ddikjarat b’mod konsistenti li l-istess prinċipji tal-obbligu ta’ rendikont u tat-trasparenza għandhom japplikaw għall-korpi kollha li huma relatati mal-UE. Għall-EUIPO, il-QEA esprimiet tħassib dwar il-proċedura ta’ kwittanza baġitarja tal-Uffiċċju fl-opinjonijiet li hija ħarġet fl-2015 (23) u fl-2019 (24). Għall-SRB (25) u għas-CPVO (26), il-Qorti indirizzat b’mod ugwali t-tħassib tagħha fl-opinjonijiet li ppubblikat fl-2015.

RIŻULTATI TAL-AWDITJAR IPPREŻENTATI F’DOKUMENTI OĦRA RELATATI MAL-AĠENZIJI MAĦRUĠA MILL-QORTI

Rapport Speċjali Nru 29/2018 tal-QEA: L-EIOPA tat kontribut importanti għas-superviżjoni u l-istabbiltà fis-settur tal-assigurazzjoni, iżda għad fadal xi sfidi sinifikanti

2.52.

L-EIOPA ġiet stabbilita fl-2011, b’segwitu għar-riforma tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju tal-UE wara l-kriżi finanzjarja tal-2007-2008. L-EIOPA taġixxi bħala korp konsultattiv indipendenti għall-Kummissjoni Ewropea, għall-Parlament u għall-Kunsill.

2.53.

F’awditu speċjali li wettaqna flimkien mal-awditjar finanzjarju u tal-konformità tal-EIOPA li nwettqu kull sena, aħna eżaminajna jekk l-awtorità tagħtix kontribut effettiv għas-superviżjoni u għall-istabbiltà finanzjarja fis-settur tal-assigurazzjoni. B’mod partikolari, aħna analizzajna l-azzjonijiet tal-EIOPA fil-qasam tas-superviżjoni u tal-konverġenza superviżorja (il-kooperazzjoni mal-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti (ANK) u x-xogħol tagħhom fuq mudelli interni u fuq attivitajiet transkonfinali), it-test tal-istress li twettaq fil-qasam tal-assigurazzjoni fl-2016, kif ukoll l-adegwatezza tar-riżorsi u tal-governanza tal-EIOPA.

2.54.

Il-konklużjoni kumplessiva tagħna hija li l-EIOPA għamlet użu tajjeb minn firxa wiesgħa ta’ għodod biex tappoġġa l-konverġenza superviżorja u l-istabbiltà finanzjarja. Madankollu, għad hemm sfidi sinifikanti li jridu jiġu indirizzati mill-EIOPA nfisha, mis-superviżuri nazzjonali u mil-leġiżlaturi, pereżempju fil-kuntest tar-rieżaminar tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u tad-Direttiva Solvibbiltà II. Barra minn hekk, aħna rrakkomandajna li għat-titjib tal-effiċjenza u l-effettività tal-azzjonijiet tal-EIOPA, jeħtieġ li l-Awtorità ssaħħaħ ir-riżorsi umani assenjati għas-superviżjoni.

2.55.

Il-konklużjonijiet sħaħ tal-awditjar, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet relatati u r-risposti tal-awtorità, jiġu indirizzati fir-Rapport Speċjali Nru 29/2018, li huwa disponibbli fuq is-sit web tagħna eca.europa.eu.

Rapport Annwali Speċifiku 2017 tal-QEA skont l-Artikolu 92(4) tar-Regolament (UE) 806/2014 dwar kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti li tinħoloq b’riżultat tat-twettiq mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, il-Kunsill u l-Kummissjoni, tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament għas-sena finanzjarja 2017

2.56.

Skont l-Artikolu 92(4) tar-Regolament SRM, kull sena, aħna nawditjaw l-eżistenza ta’ kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti li tinħoloq b’riżultat tat-twettiq mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, il-Kunsill u l-Kummissjoni tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.

2.57.

Il-konklużjonijiet tal-awditjar għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet relatati u r-risposti tal-SRB, jiġu indirizzati fir-rapport speċifiku tagħna, li huwa disponibbli fuq is-sit web tagħna eca.europa.eu.

Rapporti speċjali oħra ppubblikat mill-QEA li jagħmlu referenza wkoll għal aġenzija waħda jew aktar

2.58.

Minbarra rapporti tal-awditjar iddedikati speċifikament għall-aġenziji, matul l-2018 aħna ppubblikajna wkoll għadd ta’ rapporti speċjali tal-awditjar dwar l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, li għamlu referenza għal għadd ta’ aġenziji (il-Kaxxa 2.13).

Kaxxa 2.13

Rapporti speċjali tal-awditjar oħra ppubblikati mill-QEA li jagħmlu referenza għall-aġenziji

Image 18

Sors:

Il-QEA.

RISPOSTA TAN-NETWERK TAL-AĠENZIJI TAL-UE

L-Aġenziji japprezzaw il-konklużjonijiet pożittivi tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tagħhom u t-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom.

2.21, 2.22 u 2.28.

In-Netwerk jixtieq jenfasizza li l-osservazzjonijiet fil-qasam tal-ġestjoni finanzjarja, kontrolli interni relatati mal-akkwist u l-akkwist ta’ servizzi interim jikkonsisti f’każijiet differenti ħafna u jvarja minn Aġenzija għall-oħra, għaldaqstant, in-Netwerk jixtieq jagħmel referenza għat-tweġibiet individwali tal-Aġenzija fil-Kapitolu 3.

2.29.

Tabilħaqq l-Aġenziji tal-UE jridu jikkonkludu l-kuntratti għal ħaddiema interim/temporanji b’konformità mar-Regoli Finanzjarji tal-UE applikabbli u l-leġislazzjoni nazzjonali rilevanti li tittrasponi d-Direttiva 2008/104/KE dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija. Il-kumpaniji ta’ xogħol temporanju kkuntrattati mill-Aġenziji tal-UE huma obbligati li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali (li jittrasponu l-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti) għall-kuntratt ta’ impjieg għal xogħol temporanju konkluż ma’ kull ħaddiem interim u suġġetti għal litigazzjoni possibbli rigward l-eżekuzzjoni tiegħu. Il-kuntratt ta’ servizz (standard) konkluż bejn l-Aġenzija tal-UE u l-kumpanija ta’ xogħol temporanju normalment jirreferi għal dan l-obbligu.

2.31.

L-Uffiċċju jżomm separazzjoni stretta bejn il-kunċett ta’ persunal u ta’ riżorsi esterni; għaldaqstant il-kunċett ta’ persunal estern ma jeżistix fl-EUIPO. Barra minn hekk, l-Uffiċċju prinċipalment jikkuntratta servizzi esterni permezz tal-modalità ta’ prezz fiss. Għaldaqstant, l-għadd ta’ riżorsi mhuwiex indikatur tajjeb. Barra minn hekk, il-baġit allokat għall-konsulenza ilu jonqos b’mod kostanti matul dawn l-aħħar snin.

2.32.

Fir-rigward tal-użu tal-Kuntratt Qafas (FWC), għat-talba ta’ servizzi li jistgħu jidhru li huma ta’ natura amministrattiva, l-Uffiċċju ma jqisx li dan jista’ jiġi assoċjat ma’ “self tal-persunal”. Bħala politika ġenerali dan l-appoġġ amministrattiv ikkuntrattat huwa pprovdut fil-kuntest ta’ proġetti u mhux tan-negozju ewlieni. B’mod ġenerali, l-użu ta’ persunal mhux statutorju għall-għoti ta’ appoġġ amministrattiv lil hinn mill-proġetti huwa limitat għal ħaddiema permezz tal-aġenzija (interim).

2.37.

In-Netwerk jixtieq jenfasizza l-impenn tiegħu fl-allinjament tal-politiki. Fil-każ tal-kwistjoni kkonċernata (“post potenzjalment sensittiv”), allinjament possibbli għandu jiġi kkunsidrat bir-reqqa fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ pożizzjonijiet sensittivi possibbli u n-natura u l-livell tar-riskji inerenti għal dawn tal-aħħar. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni li jistgħu jiġu kkunsidrati meħtieġa/proporzjonali biex jindirizzaw dawn ir-riskji, jiddependu, b’mod pjuttost sostanzjali, minn fatturi bħad-daqs tal-Aġenzija u/jew in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-mandat/tan-negozju ewlieni tagħha. Kwalunkwe “armonizzazzjoni” mhux proporzjonata, jew soluzzjoni “waħda tajba għal kulħadd”, għandha tiġi evitata, b’mod partikolari l-użu/applikazzjoni possibbli ta’ “mobilità obbligatorja” għal ċerti pożizzjonijiet predefiniti. Tali miżura għandha dejjem tiddependi fuq il-valutazzjoni attwali tal-proporzjonalità u l-effettività tagħha fir-rigward ta’ kull Aġenzija, billi tikkunsidra r-riskji attwali involuti, kif ukoll l-effett ta’ tfixkil potenzjali fuq il-funzjonament regolari tal-Aġenzija.

2.50 u 2.51.

L-EUIPO jixtieq jenfasizza d-deċiżjoni tal-leġiżlaturi li ġiet ikkonfermata matul l-aħħar riforma leġiżlattiva. Skont l-Artikolu 176(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (EUTMR), “il-Kumitat tal-Baġit għandu jagħti rendikont lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit”. Tali rendikont huwa bbażat ħafna fuq ir-rapporti annwali maħruġa mill-QEA.

KAPITOLU 3

Dikjarazzjonijiet ta’ Assigurazzjoni u riżultati oħra tal-awditjar speċifiċi għall-aġenziji

3.1.   INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONIJIET TA’ ASSIGURAZZJONI

Bażi għal opinjonijiet

3.1.1.

Aħna wettaqna l-awditu tagħna skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (ISAs) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC, u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (ISSAIs) tal-INTOSAI. Ir-responsabbiltajiet tagħna skont dawn l-istandards jingħataw f’aktar dettall fit-taqsima “Responsabbiltajiet tal-awditur” fir-rapport tagħna. F’konformità mal-Kodiċi ta’ Etika għall-Kontabilisti Professjonali maħruġ mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Etika għall-Kontabilisti (il-Kodiċi tal-IESBA) u mar-rekwiżiti etiċi li huma rilevanti għall-awditu tagħna, aħna indipendenti u wettaqna r-responsabbiltajiet etiċi l-oħra tagħna skont dawn ir-rekwiżiti u l-Kodiċi tal-IESBA. Aħna nemmnu li l-evidenza għall-awditjar li ksibna hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tagħna.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

3.1.2.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolamenti Finanzjarji tal-aġenziji, il-maniġment ta’ kull waħda minn dawn l-aġenziji huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tagħhom abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment ta’ kull aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-aġenzija.

3.1.3.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat, dment li ma jkunx biħsiebu jillikwida l-entità jew itemm l-operazzjonijiet, jew inkella ma jkollu l-ebda alternattiva realistika ħlief li jagħmel dan.

3.1.4.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-aġenziji.

Ir-responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

3.1.5.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-aġenziji jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari, u li fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-aġenziji u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

3.1.6.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidji li jiġu riċevuti mingħand il-Kummissjoni jew mingħand il-pajjiżi li jikkooperaw mal-aġenziji u nivvalutaw il-proċeduri tal-aġenziji għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

3.1.7.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta’ pagamenti (inklużi dawk li jkunu saru għax-xiri ta’ assi) minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

3.1.8.

F’konformità mal-ISAs u l-ISSAIs, aħna neżerċitaw ġudizzju professjonali u nmantnu xettiċiżmu professjonali tul l-awditu. Barra minn hekk, aħna:

Nidentifikaw u nivvalutaw ir-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball, infasslu u nwettqu proċeduri tal-awditjar li jirrispondu għal dawk ir-riskji, u niksbu evidenza għall-awditjar li tkun suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet tagħna. Ir-riskju li ma jinqabdux jew dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità b’riżultat ta’ frodi huwa ogħla mir-riskju li dawn ma jinqabdux meta jkunu b’riżultat ta’ żball, billi frodi tista’ tinvolvi kollużjoni, falsifikazzjoni, ommissjonijiet intenzjonali, rappreżentazzjonijiet żbaljati, jew każijiet fejn jinqabżu l-kontrolli interni.

Niksbu fehim tal-kontrolli interni rilevanti għall-awditu sabiex infasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li nagħtu opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni.

Nevalwaw l-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u d-divulgazzjonijiet relatati li jsiru mill-maniġment.

Nilħqu konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-użu mill-maniġment tal-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat u, abbażi tal-evidenza għall-awditjar miksuba, jekk tkunx teżisti inċertezza materjali relatata ma’ avvenimenti jew kundizzjonijiet li jistgħu jixħtu dubju sinifikanti fuq il-kapapċità ta’ aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat. Jekk aħna nikkonkludu li tkun teżisti inċertezza materjali, aħna meħtieġa niġbdu l-attenzjoni, fir-rapport tal-awditur tagħna, għad-divulgazzjonijiet relatati fil-kontijiet jew, jekk dawn id-divulgazzjonijiet ma jkunux adegwati, nimmodifikaw l-opinjoni tagħna. Il-konklużjonijiet tagħna huma bbażati fuq l-evidenza għall-awditjar miksuba sad-data tar-rapport tal-awditur tagħna. Madankollu, avvenimenti jew kundizzjonijiet futuri jistgħu jwasslu biex entità ma tkomplix bħala negozju avvjat.

Nevalwaw il-preżentazzjoni, l-istruttura u l-kontenut ġenerali tal-kontijiet, inklużi d-divulgazzjonijiet, u jekk il-kontijiet jirrappreżentawx it-tranżazzjonijiet u l-avvenimenti ta’ bażi b’mod li tinkiseb preżentazzjoni ġusta.

Niksbu evidenza adegwata u suffiċjenti għall-awditjar dwar l-informazzjoni finanzjarja tal-aġenziji biex nesprimu opinjoni dwar il-kontijiet u t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aħna responsabbli għat-tmexxija, is-superviżjoni u l-prestazzjoni tal-awditu. Aħna nibqgħu unikament responsabbli għall-opinjoni tal-awditjar li nagħtu.

Qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-aġenziji kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (27), fejn dan kien applikabbli.

Aħna nikkomunikaw mal-maniġment rigward, fost oħrajn, l-ambitu u t-twaqqit ippjanati tal-awditu u dwar sejbiet sinifikanti tal-awditjar, inklużi defiċjenzi sinifikanti fil-kontrolli interni li aħna nidentifikaw matul l-awditu tagħna. Mill-kwistjonijiet li dwarhom aħna nkunu kkomunikajna mal-aġenziji, aħna niddeterminaw dawk li kienu tal-akbar sinifikat fl-awditjar tal-kontijiet tal-perjodu attwali, u li għalhekk huma l-kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar. Aħna niddeskrivu dawn il-kwistjonijiet fir-rapport tal-awditur tagħna, dment li l-liġi jew ir-regolament ma jkunux jipprekludu d-divulgazzjoni pubblika dwar il-kwistjoni jew meta, f’ċirkustanzi rari ħafna, aħna niddeterminaw li kwistjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata fir-rapport tagħna minħabba li l-konsegwenzi avversi jekk dan isir ikunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jkunu akbar mill-benefiċċji ta’ din il-komunikazzjoni għall-interess pubbliku.

Aġenziji ffinanzjati taħt l-Intestatura 1a tal-QFP – Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

3.2.   L-AĠENZIJA GĦALL-KOOPERAZZJONI TAR-REGOLATURI TAL-ENERĠIJA (ACER)

INTRODUZZJONI

3.2.1.

L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, jew l-“ACER”), li tinsab f’Ljubljana, inħolqot bir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li tgħin lill-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali fl-eżerċizzju, fil-livell tal-Unjoni, tal-kompiti regolatorji li huma jwettqu fl-Istati Membri u, fejn ikun meħtieġ, li tikkoordina l-azzjonijiet tagħhom. Skont ir-Regolament REMIT (29), l-Aġenzija ngħatawlha responsabbiltajiet addizzjonali, flimkien mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fir-rigward tal-monitoraġġ tas-suq Ewropew tal-enerġija bl-ingrossa.

3.2.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (30).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (31)

13

14

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (32)

91

90

Sors:

baġit ippubblikat fil-ĠU.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.2.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija li jinkludu r-rapporti finanzjarji (33) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (34) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.2.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.2.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.2.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.2.7.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar is-sigurtà tal-IT fl-ACER u s-Sigurtà tal-Informazzjoni fil-qasam “REMIT” (35). L-Aġenzija ħejjiet pjan ta’ azzjoni biex tindirizza xi wħud mill-oqsma fejn jista’ jsir titjib.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.2.8.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2014

Għad ma hemmx Skola Ewropea fis-Slovenja, kif stipulat fil-Ftehim dwar is-Sede.

Ikkompletata

2016

L-Aġenzija tista’ tqis il-possibbiltà li tintroduċi approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati biex tiġi riflessa aħjar in-natura pluriennali tal-operazzjonijiet.

Għadha għaddejja

2017

Minkejja l-bidliet sinifikanti li saru fl-ambjent kontabilistiku, l-aħħar validazzjoni tas-sistema kontabilistika saret fl-2011.

Ikkompletata

2017

Is-sit għall-irkupru ta’ data f’każ ta’ diżastru, tal-Aġenzija, jinsab fl-istess post bħad-data oriġinali.

Għadha għaddejja

2017

L-Aġenzija ma wettqitx analiżi komprensiva tal-impatt tal-BREXIT.

Ikkompletata

2017

L-Aġenzija tippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tagħha u fuq il-midja soċjali, iżda normalment mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) (36).

Għadha għaddejja

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Aġenzija kienet għadha ma introduċiet l-ebda waħda mill-għodod tal-IT żviluppati mill-Kummissjoni (37).

Għadha għaddejja

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) ħadet nota tar-rapport tal-Qorti.

3.3.   AĠENZIJA GĦALL-APPOĠĠ TAL-KORP TA’ REGOLATURI EWROPEJ TAL-KOMUNIKAZZJONIJIET ELETTRONIĊI (UFFIĊĊJU TAL-BEREC)

INTRODUZZJONI

3.3.1.

L-Aġenzija għall-Appoġġ tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”), li tinsab f’Riga, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38) jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39). Il-kompitu prinċipali tal-Uffiċċju huwa li jipprovdi servizzi ta’ appoġġ professjonali u amministrattiv lill-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u, taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi, li jiġbor u janalizza tagħrif dwar komunikazzjonijiet elettroniċi u jxerred fost l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali l-aħjar prattiki regolatorji bħal approċċi komuni, metodoloġiji jew linji gwida dwar l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-UE.

3.3.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju (40).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (41)

4

4

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (42)

27

27

Sors:

Data pprovduta mill-Uffiċċju.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.3.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Uffiċċju, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (43) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (44) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.3.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Uffiċċju għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.3.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.3.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.3.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.3.8.

Fl-4 ta’ Mejju 2018, l-Uffiċċju ffirma kuntratt qafas ma’ kumpanija għall-forniment ta’ servizzi klerikali u segretarjali ta’ appoġġ għal durata ta’ erba’ snin u ammont massimu ta’ EUR 433 000 (pagamenti għall-2018: EUR 27 655). Minn Ġunju 2018 ‘il quddiem, kien hemm medja ta’ 4 impjegati ta’ dik il-kumpanija jaħdmu fl-Uffiċċju, minbarra s-27 impjegat tiegħu stess. Is-self ta’ persunal (ħaddiema interim) jista’ jsir biss permezz ta’ kuntratti ma’ aġenziji awtorizzati, li jsibu xogħol temporanju għall-ħaddiema u f’konformità mad-Direttiva 2008/104/KE , kif ukoll f’konformità mar-regoli speċifiċi adottati mill-Istati Membri fit-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva. L-użu ta’ dan il-kuntratt ta’ servizzi għall-forniment ta’ ħaddiema ma jikkonformax mar-regoli tal-UE dwar is-servizzi soċjali u l-impjiegi, u jesponi lill-Uffiċċju għal riskji legali u reputazzjonali.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

3.3.9.

Fl-2018, taħt bosta kuntratti qafas iffirmati mal-istess kumpanija, inkluż il-kuntratt imsemmi hawn fuq, l-Uffiċċju ħallas EUR 793 000 għax-xiri ta’ diversi tipi ta’ servizzi (appoġġ klerikali u segretarjali, organizzazzjoni ta’ avvenimenti, il-benessri u l-integrazzjoni tal-persunal, eċċ.). Dan l-ammont jirrappreżenta 37 % tal-baġit tiegħu għall-2018 mhux relatat mas-salarji, li jindika li l-Uffiċċju huwa dipendenti fuq ir-riżorsi esterni u fuq kumpanija waħda, sitwazzjoni li toħloq riskju għall-kontinwità tal-operat. Jeħtieġ li l-Uffiċċju jiżgura li l-ħtiġijiet tal-persunal ikunu koperti b’mod regolari jew billi jindirizza l-ħtieġa ta’ persunal statutorju lill-awtoritajiet baġitarji, jew inkella bl-użu legali u regolari ta’ ħaddiema interim.

3.3.10.

F’Marzu 2018, l-Uffiċċju nieda sejħa għall-offerti biex jikkonkludi kuntratt qafas ta’ tliet snin għall-iżvilupp u l-manutenzjoni/l-appoġġ ta’ Għodda għall-Kejl tan-Newtralità tan-Netwerks, b’valur tas-suq stmat ta’ EUR 240 000. Il-kriterju għall-għoti tal-kuntratt kien li l-offerta tkun l-aktar ekonomikament vantaġġuża fuq il-bażi ta’ proporzjon ta’ 70 %/30 % għall-kwalità/prezz. It-tliet offerti kollha li ġew riċevuti qabżu s-soll minimu tal-kwalità. L-offerent li ngħata l-kuntratt ippropona prezz li kien 59 % inqas mill-ammont stmat tal-kuntratt u 51 % inqas mill-medja taż-żewġ offerti l-oħra. Il-kuntratt ingħata mingħajr ma ntalbet spjegazzjoni mill-offerent magħżul għar-raġuni għalfejn l-offerta kienet potenzjalment aktar baxxa, b’mod anormali. Il-pagamenti li saru fl-2018 taħt il-kuntratt ammontaw għal EUR 16 745. Għal offerti li jkunu aktar baxxi b’mod potenzjalment anormali, jeħtieġ li l-Uffiċċju jitlob u janalizza r-raġunijiet sabiex jiżgura li l-offeri jkunu sostenibbli.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.3.11.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar Ippjanar, Ibbaġitjar, Monitoraġġ tal-Attivitajiet u Rappurtar fl-Uffiċċju tal-BEREC (45). L-Uffiċċju u l-IAS qablu dwar pjan għal azzjoni korrettiva.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.3.12.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2014

Fin-nuqqas ta’ ftehimiet mal-pajjiżi tal-EFTA, dawn ma jikkontribwux għall-baġit.

Ikkompletata

2016

Ir-regolament fundatur tal-Uffiċċju ma jirrikjedix li jsiru evalwazzjonijiet esterni perjodiċi tal-prestazzjoni.

Ikkompletata

2017

Ma kienx hemm ġustifikazzjoni għal erba’ talbiet għat-traduzzjoni.

M/A

2017

Minkejja bidliet sinifikanti, is-sistema kontabilistika tal-Uffiċċju ma kinitx ġiet ivvalidata mill-ġdid mill-2013 ’il quddiem.

Ikkompletata

2017

L-Uffiċċju ffirma impenji għal avveniment ta’ taħriġ ippjanat għall-aħħar ta’ Marzu 2018, li kien imur kontra l-prinċipju tal-annwalità.

M/A

2017

Il-proċedura ta’ akkwist biex jiġi konkluż kuntratt qafas multiplu għal erba’ snin f’kaskata (sistema ta’ klassifikazzjoni) għal servizzi ta’ organizzazzjoni u ppjanar ta’ avvenimenti ma żguratx kompetizzjoni adegwata dwar il-prezz u l-kuntratt jista’ ma jkunx jirrappreżenta l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża.

M/A

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Uffiċċju kien introduċa għodod għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) għal ċerti proċeduri, iżda mhux dawk għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing) u għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission).

Għadha għaddejja

2017

L-Uffiċċju ma wettaqx analiżi komprensiva tal-impatt tal-BREXIT.

Ikkompletata

RISPOSTA TAL-UFFIĊĊJU

3.3.8

Sabiex ikun jista’ jalloka r-riżorsi meħtieġa biex jiżdied l-appoġġ professjonali lil BEREC, il-Kumitat ta’ Tmexxija (MC) tal-Uffiċċju BEREC talab lill-Aġenzija biex tikkunsidra opzjonijiet differenti għall-esternalizzazzjoni ta’ kompiti ta’ kuljum u ta’ rutina. Wara proċedura ta’ offerti miftuħa, l-Uffiċċju tal-BEREC ikkonkluda kuntratt qafas għall-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ klerikali u segretarjali lill-Uffiċċju BEREC, iggarantit matul il-perjodu kollu tal-kuntratt, li hu differenti mill-użu tal-ħaddiema interim.

L-Uffiċċju BEREC jixtieq jenfasizza li skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerti, li huma annessi mal-kuntratt qafas, il-kuntrattur għandu l-obbligu li jikkonforma mal-qafas legali nazzjonali u tal-UE applikabbli.

3.3.9

L-Uffiċċju BEREC jieħu nota tat-tħassib tal-Qorti, u kif issuġġerit, se jindirizza l-kwistjonijiet relatati mal-pjan ta’ stabbiliment lill-awtorità baġitarja. L-Aġenzija tixtieq tenfasizza l-fatt li l-kuntratti kollha msemmija ġew konklużi wara proċedura tal-akkwist miftuħa u kumpaniji oħra kellhom l-opportunità li jipparteċipaw. Sfortunatament, il-kompetizzjoni lokali tista’ tkun limitata ħafna għat-tip ta’ servizzi kkonċernati u kumpaniji barranin mhux neċessarjament ikunu interessati. Għas-servizzi l-aktar importanti, l-Aġenzija normalment tagħmel ħilitha biex tikkonkludi kuntratti qafas f’kaskata sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat f’każ li l-ewwel kuntrattur jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu. Fil-preżent, il-kompiti fdati lill-kuntrattur ikkonċernat huma ta’ natura amministrattiva.

3.3.10.

Qabel l-2018, l-Uffiċċju BEREC ma kellux gwida separata dwar prezzijiet ta’ offerti anormalment baxxi. L-offerti tal-prezz fl-akkwist inkwistjoni ġew ivverifikati mal-offerti tekniċi dettaljati u l-awtorità kontraenti sabet li l-offerta rebbieħa kienet raġonevoli. Wara l-kummenti li rċieva mingħand l-awdituri, l-Uffiċċju BEREC ħa nota tas-sejba tal-Qorti u introduċa d-definizzjoni ta’ prezz ta’ offerta anormalment baxx (30 % inqas mill-ammont stmat tal-kuntratt) fil-manwal intern tiegħu dwar l-akkwist.

3.4.   ĊENTRU EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP TA’ TAĦRIĠ VOKAZZJONALI (CEDEFOP)

INTRODUZZJONI

3.4.1.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (minn hawn ’il quddiem “iċ-Ċentru”, jew is-“Cedefop”), li jinsab f’Tessaloniki, ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (46), li tħassar bir-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (47). Il-mandat prinċipali tiegħu huwa li jservi l-iżvilupp tat-taħriġ vokazzjonali fil-livell tal-Unjoni. Sabiex jilħaq dan l-objettiv, huwa għandu l-kompitu li jiġbor u li jxerred dokumentazzjoni dwar is-sistemi ta’ taħriġ vokazzjonali.

3.4.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru (48).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (49)

18

18

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (50)

117

116

Sors:

Data pprovduta miċ-Ċentru.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.4.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet taċ-Ċentru, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (51) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (52) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.4.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja taċ-Ċentru fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.4.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.4.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.4.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.4.8.

Aħna awditjajna żewġ proċeduri ta’ reklutaġġ li saru fl-2018 minn żewġ listi ta’ riżerva stabbiliti fl-2015 u fl-2016 (53). Iż-żewġ proċeduri ma kinux immaniġġjati u ddokumentati b’mod adegwat, kif kien il-każ għal bosta proċeduri oħra ta’ reklutaġġ li ġew awditjati fi snin preċedenti. Il-proċedura taċ-Ċentru biex jidentifika u jimmaniġġja sitwazzjonijiet potenzjali ta’ kunflitt ta’ interess għall-membri tal-bord tal-għażla ma kinitx effettiva. Dan kien partikolarment evidenti fil-każ ta’ żewġ kandidati interni li għalihom l-ebda wieħed mill-membri tal-bord tal-għażla ma kien iddikjara li potenzjalment jeżisti kunflitt ta’ interess, għalkemm xi wħud kienu qed jaħdmu mal-kandidati. Barra minn hekk, il-metodu ta’ għoti ta’ punteġġi maqbul inizjalment ġie mibdul matul l-evalwazzjoni u ma ġiex applikat b’mod trasparenti. Barra dan, waħda miż-żewġ listi ta’ riżerva ġiet estiża b’mod irregolari għal perjodu ta’ żmien itwal. Id-dgħufijiet identifikati jdgħajfu l-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament indaqs tal-applikanti. Jeħtieġ li ċ-Ċentru jieħu azzjoni korrettiva immedjatament biex jiżgura li l-proċeduri ta’ reklutaġġ ikunu regolari.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

3.4.9.

Iċ-Ċentru ilu mingħajr uffiċjal legali intern minn Novembru 2017. Għaldaqstant, il-kwistjonijiet legali kollha jiġu esternalizzati bl-użu ta’ ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz mal-Kummissjoni u ma’ aġenzija oħra tal-UE, jew bl-ikkuntrattar ta’ kumpaniji legal esterni. Il-pagamenti totali li saru għas-servizzi legali fl-2018 ammontaw għal EUR 181 039. Minħabba l-għadd kbir ta’ kawżi legali li ċ-Ċentru jiffaċċja, dan il-mudell ta’ esternalizzazzjoni totali joħloq riskju għat-trattament konsistenti ta’ kawżi u għall-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, prinċipalment għall-prinċipju tal-effiċjenza. Rigward it-trasparenza fit-trattament ta’ każijiet legali, għalkemm iċ-Ċentru introduċa bosta arranġamenti ta’ titjib f’dan il-qasam fit-tieni nofs tal-2018, ir-restrizzjonijiet li l-maniġers jiffaċċjaw meta jkunu jixtiequ jaċċessaw servizzi legali esterni, u l-fatt li ma sarx rendikont tal-entrati għal ċertu nfiq legali, joħolqu riskju għat-trasparenza f’dan il-qasam. Jeħtieġ li ċ-Ċentru jivvaluta mill-ġdid il-mod kif huwa jittratta kawżi legali biex jiżgura funzjonament effiċjenti u trasparenti tas-servizz legali.

3.4.10.

Fil-proċedura ta’ akkwist għas-servizzi ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar għaċ-Ċentru, il-kriterji li ntużaw f’termini ta’ prezzijiet u kwalità mhux dejjem kienu dettaljati biżżejjed u adegwati biex jiżguraw l-akkwist tal-kuntratt li joffri l-aħjar valur għall-flus. Barra minn hekk, il-metodoloġija u d-dokumentazzjoni li ċ-Ċentru uża għall-offerti li kienu aktar baxxi b’mod potenzjalment anormali ma kinux suffiċjenti. Jeħtieġ li ċ-Ċentru juża kriterji aktar xierqa għall-għoti ta’ kuntratti. Għal offerti li jkunu aktar baxxi b’mod potenzjalment anormali, jeħtieġ li ċ-Ċentru jitlob u janalizza r-raġunijiet sabiex jiżgura li l-offerti jkunu sostenibbli.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.4.11.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani u l-Etika fis-CEDEFOP (54). Iċ-Ċentru ħejja pjan ta’ azzjoni biex jindirizza l-oqsma kollha fejn jista’ jsir titjib, kif identifikati mill-IAS.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2017

Il-ġestjoni ta’ żewġ proċeduri ta’ reklutaġġ għal pożizzjonijiet maniġerjali kienet dgħajfa u l-proċeduri jitqiesu li huma irregolari.

Għadha għaddejja

2017

Iċ-Ċentru jippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tiegħu u fuq il-midja soċjali, iżda normalment mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Għadha għaddejja

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, iċ-Ċentru kien għadu ma introduċa l-ebda waħda mill-għodod tal-IT li ġew żviluppati mill-Kummissjoni.

Għadha għaddejja

RISPOSTA TAĊ-ĊENTRU

3.4.8

Is-Cedefop jirrikonoxxi l-osservazzjoni mill-Qorti dwar iż-żewġ reklutaġġi u d-dgħjufijiet identifikati. Is-Cedefop għaddej minn proċess estensiv biex itejjeb il-proċeduri tal-għażla b’mod ġenerali. Bħala parti minn dan l-impenn, is-Cedefop diġà rrieżamina l-proċedura tiegħu dwar il-kunflitt ta’ interess. Il-metodi ta’ evalwazzjoni u d-dokumentazzjoni tal-proċess kollu tal-għażla qed jiġu rieżaminati wkoll bħala parti mit-titjib tal-proċeduri tal-għażla tas-Cedefop. Fl-aħħar nett, qed jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun żgurat li kwalunkwe estensjoni tal-lista ta’ riżerva sseħħ b’mod regolari.

3.4.9

Is-Cedefop jirrikonoxxi d-dgħjufijiet enfasizzati mill-Qorti fir-rigward tal-esternalizzazzjoni sħiħa tas-servizz legali minn Novembru 2017. Kif rikonoxxut mill-Qorti, fit-tieni nofs tal-2018, il-maniġment tas-Cedefop diġà kien ħa miżuri urġenti biex jindirizza xi wħud mill-oqsma kritiċi identifikati, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ trasparenza u n-nuqqas serju ta’ dokumentazzjoni, li kkaratterizzaw l-arranġamenti legali ta’ wara Novembru 2017. Il-miżuri li ttieħdu jinkludu: linji gwida ġodda għat-talba ta’ parir legali u fluss tax-xogħol relatat, li jiffaċilitaw aċċess aktar faċli għal parir legali; it-twaqqif ta’ repożitorju ċentrali tar-reġistri legali elettroniċi eżistenti kollha; it-twaqqif ta’ għodod ta’ kollaborazzjoni online għall-każijiet legali kollha li għadhom għaddejjin u t-trasferiment ta’ fajls legali fiżiċi lejn l-arkivji tas-Cedefop.

Is-Cedefop jirrikonoxxi wkoll ir-rimarka tal-Qorti li l-mudell sħiħ ta’ esternalizzazzjoni ħoloq riskju ta’ trattament inkonsistenti tal-każijiet, speċjalment meta wieħed iqis l-għadd ta’ fornituri ta’ servizzi legali esterni. Madankollu, it-talbiet kollha għal pariri legali ġew indirizzati kif xieraq, għalkemm b’żieda fir-restrizzjonijiet amministrattivi u bi spiża ogħla. Madankollu, parir legali informali mhuwiex disponibbli u għadu jitqies bħala kwistjoni ewlenija.

Bil-għan li jindirizza d-dgħjufijiet identifikati mill-Qorti, is-Cedefop se jivvaluta mill-ġdid il-mod li bih hija organizzata l-funzjoni legali tiegħu u se jtenni r-riskji mal-korp superviżorju tiegħu.

3.4.10.

Aħna nirrikonoxxu l-osservazzjonijiet mill-Qorti. Is-suq tas-servizzi tal-aġenzija tal-ivvjaġġar huwa settur speċifiku, li jopera bi skemi partikolari tal-ispejjeż. Is-Cedefop uża t-tariffi tal-aġenzija tal-ivvjaġġar bħala l-miżura l-aktar rilevanti tal-element tal-prezz, filwaqt li l-istess kriterji tal-għoti tal-kwalità ntużaw b’mod konsistenti għal sejħiet għall-offerti fil-passat. Madankollu, iċ-Ċentru se jiffoka l-isforzi tiegħu biex itejjeb l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għoti tal-kwalità f’sejħiet futuri għal servizzi simili. Fir-rigward tal-evalwazzjoni ta’ offerti anormalment baxxi, is-Cedefop diġà aġġusta l-formula użata biex jiġu identifikati offerti anormalment baxxi potenzjali, fit-tieni semestru fl-2018. Iċ-Ċentru se jiżgura li informazzjoni addizzjonali tintalab u tiġi analizzata b’mod konsistenti f’każ ta’ offerti, li wara l-applikazzjoni tal-formula, jidhru anormalment baxxi, u titqies fid-deċiżjoni li jingħata kuntratt.

3.5.   AĠENZIJA EWROPEA TAS-SIKUREZZA TAL-AVJAZZJONI (EASA)

INTRODUZZJONI

3.5.1.

L-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea (l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni) (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, jew l-“EASA”), li tinsab f’Cologne, ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (55), li tħassar bir-Regolament (KE) Nru 216/2008 (56). L-Aġenzija ngħatat kompiti regolatorji u eżekuttivi speċifiċi fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni.

3.5.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (57).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (58)

192

198

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (59)

771

767

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.5.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (60) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (61) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.5.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.5.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.5.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.5.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.5.8.

Kuntratti qafas huma ftehimiet li jsiru mal-fornituri biex jiġu stabbiliti termini li jirregolaw xiri speċifiku matul il-ħajja tal-ftehim. Għall-akkwist ta’ servizzi ta’ analitika tad-data għal-volum b’valur li jlaħħaq sa EUR 5 miljun (pagamenti għall-2018: EUR 0), l-Aġenzija għażlet li tuża kuntratt qafas ma’ operatur uniku b’riżultat ta’ proċedura miftuħa li kienet ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE. Madankollu, it-termini li ntużaw fil-kuntratt qafas ma kinux speċifiċi biżżejjed biex jippermettu kompetizzjoni ġusta, minħabba li r-rekwiżiti konkreti rigward is-servizzi li kellhom jiġu pprovduti kienu għadhom mhumiex magħrufa fiż-żmien meta saret il-proċedura ta’ akkwist. Skont ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-awtorità kontraenti trid tiffirma kuntratt qafas ma’ bosta operaturi u, għal xiri speċifiku, trid tintuża proċedura kompetittiva bejn il-kuntratturi magħżula. L-Aġenzija hija mħeġġa biex tfassal kuntratti qafas li jippermettu kompetizzjoni ġusta u li jiżguraw valur għall-flus.

3.5.9.

Fi proċedura ta’ akkwist oħra għan-negozju ewlieni tal-Aġenzija, jiġifieri l-esternalizzazzjoni ta’ kompiti ta’ ċertifikazzjoni għal volum ta’ EUR 7 700 000 (pagamenti għall-2018: EUR 16 747), l-Aġenzija tat kuntratti unikament fuq il-bażi tal-kwalità tas-servizzi mingħajr ma evalwat il-prezz tagħhom. Barra minn hekk, l-Aġenzija ffirmat kuntratt ma’ operatur partikolari qabel ma rċeviet prova li l-kuntrattur ma kienx f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni. L-ebda wieħed mill-aspetti ma kien jikkonforma mar-Regolament Finanzjarju. Jeħtieġ li l-Aġenzija tibbaża d-deċiżjoni tagħha dwar l-għotja kemm fuq aspetti ta’ kwalità kif ukoll ta’ prezz, u tiżgura li l-kuntratti jiġu ffirmati biss wara li tkun ivverifikat il-kriterji tal-esklużjoni.

3.5.10.

L-Aġenzija impenjat il-fondi għal ftehim ta’ EUR 115 000 mal-Kummissjoni dwar servizzi tal-arkivjar madwar tmien xhur wara t-tiġdid tal-ftehim. Skont ir-Regolament Finanzjarju, jeħtieġ li l-impenn ta’ fondi jiġi rreġistrat qabel ma l-Aġenzija tikkommetti lilha nfisha għal obbligu legali sabiex jiġi żgurat li jkun hemm fondi disponibbli. Jeħtieġ li l-Aġenzija ddaħħal l-impenji baġitarji qabel l-impenji legali.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN U TAL-EVALWAZZJONI ESTERNA

3.5.11.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar il-Valutazzjoni Strateġika tar-Riskju inkluż l-IT fl-EASA (62). L-Aġenzija ħejjiet pjan ta’ azzjoni biex tindirizza xi wħud mill-oqsma fejn jista’ jsir titjib.

3.5.12.

Evalwazzjoni esterna tal-proċessi li jwasslu għall-iżvilupp tad-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni (SPD) tal-EASA, u tal-modi li bihom il-partijiet ikkonċernati ewlenin tal-Aġenzija (il-Kummissjoni Ewropea, l-awtoritajiet tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-industrija) jiġu kkonsultati fl-istabbiliment tal-SPD, twettqet fl-2018 (63). L-Aġenzija qed tħejji pjan ta’ azzjoni biex tindirizza l-oqsma fejn jista’ jsir titjib.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.5.13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2016

L-Aġenzija akkumulat bilanċ pożittiv ta’ EUR 52 miljun mill-attivitajiet iffinanzjati mill-industrija matul is-snin (64), li għalih ma hemmx provvediment fir-Regolament Fundatur tal-Aġenzija.

Għadha għaddejja

(Mhux taħt il-kontroll tal-Aġenzija)

2017

Jeħtieġ li l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tissaħħaħ billi dan jibda jirrapporta direttament lid-Direttur (amministrattiv) tal-Aġenzija u lill-Bord Amministrattiv (funzjonali) tagħha.

Ikkompletata

2017

Għall-akkwist ta’ servizzi tal-IT għal volum massimu ta’ EUR 22 miljun, l-Aġenzija għażlet li tuża kuntratti qafas ma’ tliet kuntratturi f’kaskata (sistema ta’ klassifikazzjoni). It-termini użati fil-kuntratt qafas ma kinux speċifiċi biżżejjed biex jippermettu kompetizzjoni ġusta u biex jiġġustifikaw il-klassifikazzjoni ta’ kuntratturi għax-xiri speċifiku kollu fil-futur.

M/A

2017

Kuntratt qafas tal-IT għal ammont massimu ta’ EUR 15-il miljun ingħadda u ġie ffirmat, minkejja li d-deċiżjoni ta’ finanzjament kienet tkopri ammont ta’ EUR 5 miljun biss.

M/A

2017

Fil-każ ta’ pagament awditjat li kien jammonta għal madwar EUR 300 000 , l-Aġenzija xtrat servizzi tal-IT, permezz tal-kuntrattur qafas, mingħajr ma saret proċedura kompetittiva. Fl-2017, il-pagamenti totali li saru lill-kuntrattur qafas ammontaw għal EUR 2 miljun.

M/A

2017

L-Aġenzija tippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tagħha u fuq il-midja soċjali, iżda mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Għadha għaddejja

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Aġenzija kienet introduċiet l-għodod għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) u għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission) għal ċerti proċeduri, iżda mhux dawk għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing).

Pendenti

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

3.5.8.

Kif innutat mill-Qorti, l-Aġenzija nediet proċedura miftuħa li tippermetti trasparenza sħiħa u kompetizzjoni b’konformità mar-Regolamenti Finanzjarji. L-Aġenzija għażlet Kuntratt Qafas Uniku minflok Kuntratt Qafas Multiplu b’raġunament ibbażat fuq Ġestjoni Finanzjarja Tajba u koerenza fl-implimentazzjoni tal-kuntratt. L-użu ta’ Kuntratt Qafas Multiplu kien jirriżulta f’bidla tal-kuntrattur matul il-ħajja tal-kuntratt qafas u din il-bidla mhux biss kien ikollha konsegwenzi severi fuq l-implimentazzjoni tal-kuntratt f’termini ta’ koerenza (il-kuntrattur jieħu sehem fil-bordijiet ta’ tmexxija tal-programm, u dan jeħtieġ il-parteċipazzjoni u l-kontribuzzjoni kontinwa tiegħu u tlestija f’waqtha, iżda wkoll ma kinitx tkun konformi mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja taba minħabba l-isforz, il-ħin u r-riżorsi addizzjonali li kienu jkunu meħtieġa għall-ingaġġ ta’ kuntrattur ġdid/differenti għal kull kuntratt speċifiku taħt dan il-kuntratt qafas (li jammonta għal EUR 30 000 taħt l-ewwel kuntratt speċifiku u EUR 100 000 taħt it-tielet kuntratt speċifiku).

3.5.9.

Il-prezz huwa element fost l-oħrajn li jintuża biex jidentifika l-fornitur l-aktar adegwat matul l-implimentazzjoni tal-kuntratt. Dan minħabba l-ispeċifiċità tas-servizzi ta’ dan in-negozju ewlieni tal-Aġenzija. Li wieħed jikkunsidra l-prezz fi stadju aktar bikri jinvolvi r-riskju li jingħata vantaġġ lil offerent inqas adegwat u jista’ jillimita l-kompetizzjoni ġusta għall-SMEs. L-Aġenzija għamlet ċert li l-ebda wieħed mill-prinċipji tal-akkwist ma nkiser u nnutat li din l-attività speċifika tal-Aġenzija mhijiex riflessa fir-Regolament Finanzjarju. Barra minn hekk ma kien hemm l-ebda riskju li l-Aġenzija kienet se titlob servizzi mingħand fornitur ineliġibbli peress li l-evidenza fir-rigward tal-kriterji ta’ esklużjoni kienet tressqet qabel kwalunkwe akkreditazzjoni/assenjazzjoni tal-kompiti. L-Aġenzija se tirrikunsidra l-approċċ għall-kisba ta’ servizzi mill-QEs.

3.5.10.

L-ammont ta’ EUR 115 000 ġie allokat għal-linja baġitarja speċifika u approvat, għalkemm ma kienx hemm impenn formali fir-rigward tiegħu qabel it-tiġdid tal-ftehim imsemmi hawn fuq fit-tieni sena tal-kuntratt. L-impenn ġie ffirmat qabel ma waslet il-fattura iżda wara l-bidu tas-servizz. Dan il-posteriori għaldaqstant ġie kopert minn eċċezzjoni.

3.6.   AWTORITÀ BANKARJA EWROPEA (EBA)

INTRODUZZJONI

3.6.1.

L-Awtorità Bankarja Ewropea (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”, jew l-“EBA”), li ġiet rilokata għal Pariġi, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (65). Il-kompitu tal-Awtorità huwa li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, li tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti, li timmonitorja u tivvaluta żviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u li ssaħħaħ il-protezzjoni tad-depożitur u tal-investitur.

3.6.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità (66).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (67)

38

43

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (68)

190

190

Sors:

Data pprovduta mill-Awtorità.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.6.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Awtorità, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (69) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (70) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.6.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Awtorità għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Awtorità fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Osservazzjonijiet

3.6.5.

Fl-20 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill Affarijiet Ġenerali tal-Unjoni Ewropea qabel li jittrasferixxi s-sede tal-Awtorità għal Pariġi, Franza. L-ispostament beda jitwettaq gradwalment minn Marzu 2019 u l-kontijiet tal-Awtorità għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jinkludu provvedimenti għal spejjeż relatati li jammontaw għal EUR 4,7 miljun kif ukoll provvedimenti għall-pagamenti kuntrattwali futuri li jifdal għall-uffiċċji tagħha f’Londra li jammontaw għal EUR 10,4 miljun.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.6.6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Kwistjoni oħra

3.6.7.

Barra minn hekk, 40 % tal-baġit tal-Awtorità huwa ffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li 60 % huwa ffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet diretti mill-Istati Membri tal-UE. Huwa possibbli li, fil-futur, id-dħul tal-Awtorità jonqos b’riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.6.8.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.6.9.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

3.6.10.

L-2018 kienet sena ta’ tħejjija għar-rilokazzjoni tal-Awtorità għal Pariġi. Wieħed mill-elementi ewlenin kien proċedura ta’ akkwist għall-kiri ta’ spazju għal uffiċċji f’Pariġi. L-EBA ppruvat tikkoopera mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), li tinsab f’Pariġi, u li f’dak iż-żmien kienet ukoll qed tħejji proċedura ta’ akkwist konġunta għall-kiri ta’ spazju għal uffiċċji. Madankollu, il-proċedura ta’ akkwist konġunta twaqqfet u ż-żewġ awtoritajiet wettqu proċeduri separati ta’ akkwist mhux biss għal spazju għal uffiċċji iżda wkoll għal servizzi relatati oħra bħall-konsulenza dwar il-proprjetà, id-disinn tal-ispazju għal uffiċċji u l-ġestjoni tal-proġetti. Dan jirrappreżenta opportunità mitlufa għall-ekonomiji ta’ skala u għal gwadanji fl-effiċjenza. Jeħtieġ li l-awtoritajiet isaħħu l-kooperazzjoni bejniethom u, kull fejn ikun possibbli, jużaw proċeduri ta’ akkwist konġunti.

3.6.11.

L-Awtorità għamlet sforzi sinifikanti fit-tħejjija ta’ dokumenti tal-offerti u fil-metodoloġija ta’ evalwazzjoni tal-offerti. Madankollu, għad hemm lok biex jiġu applikati kriterji tal-għoti aktar sinifikattivi. Għall-proċedura ta’ akkwist għall-uffiċċji futuri tal-Awtorità, l-offerenti rċevew punti żejda fl-evalwazzjoni meta ddikjaraw li setgħu joffru spazju suffiċjenti biex l-ESMA tkun fl-istess binja. L-offerent magħżul kien irċieva dawn il-punti, iżda fl-aħħar mill-aħħar ma applikax għall-uffiċċji tal-EMSA.

3.6.12.

L-EBA qabbdet ħaddiema temporanji minn aġenzija tax-xogħol (minn hawn ’il quddiem, ħaddiema interim) permezz ta’ kuntratti qafas ma’ żewġ aġenziji li jsibu xogħol temporanju għall-ħaddiema. Fl-2018, l-Awtorità qabbdet 42 ħaddiem interim minbarra l-190 membru tal-persunal tagħha stess. Il-pagamenti relatati li saru fl-2018 ammontaw għal EUR 2 888 262. L-Awtorità użat 27 mill-ħaddiema interim għal funzjonijiet relatati mal-IT, filwaqt li 13-il membru biss mill-persunal tagħha stess kienu jaħdmu fl-IT. Dan irriiżulta f’dipendenza kritika fuq l-aġenzija interim f’qasam li huwa essenzjali għall-operat tal-EBA. Jeħtieġ li l-Awtorità tindirizza lill-awtoritajiet baġitarji dwar dan ir-riskju konsiderevoli għall-kontinwità tal-operat meta tkun qed tiddiskuti l-għadd ta’ persunal statutorju tal-UE.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

3.6.13.

Barra minn hekk, għal kuntratti dwar l-użu ta’ ħaddiema interim, japplika qafas legali speċifiku, li jimponi bosta obbligi fuq l-aġenziji li jsibu xogħol temporanju għall-ħaddiema u l-impriżi li jħaddmuhom. Bħala wieħed mill-obbligi prinċipali, skont id-Direttiva 2008/104/KE, kif ukoll skont il-liġi tax-xogħol tar-Renju Unit, jeħtieġ li l-ħaddiema interim ikollhom l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-ħaddiema li jiġu impjegati direttament mill-impriża li tħaddimhom. Madankollu, il-kuntratti ma kinux jirrikjedu b’mod espliċitu li l-aġenziji jirrispettaw dawn il-kundizzjonijiet, u ma hemm l-ebda evidenza li l-Awtorità nfisha wettqet xi tqabbil bejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal proprju tagħha u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema interim. Dan jikkawża riskji ta’ tilwim u reputazzjonali. Jeħtieġ li l-Awtorità tanalizza l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema interim li tqabbad u tiżgura li jkunu jikkonformaw mal-liġijiet tax-xogħol, kemm dawk Ewropej kif ukoll dawk nazzjonali.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.6.14.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar Il-Ġabra Unika tar-Regoli - Mistoqsijiet u Tweġibiet fl-Awtorità Bankarja Ewropea (71). L-Awtorità ħejjiet pjan ta’ azzjoni biex tindirizza xi wħud mill-oqsma fejn jista’ jsir titjib.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.6.15.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2017

F’erbgħa mill-ħames proċeduri ta’ akkwist miftuħa li ġew awditjati, offerent wieħed biss issodisfa l-kriterji tal-għoti relatati mal-kwalità u l-offerenti l-oħra kollha ġew esklużi. Din is-sitwazzjoni tindika li l-Awtorità tagħmel enfasi żejda fuq il-kriterji tal-kwalità.

Ikkompletata

2017

L-Awtorità tippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tagħha u fuq il-midja soċjali, iżda normalment mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Għadha għaddejja

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Awtorità kienet introduċiet l-għodod għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing) u għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) għal ċerti proċeduri, iżda mhux dawk għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission).

Ikkompletata

RISPOSTA TAL-AWTORITÀ

3.6.10.

L-EBA u l-ESMA ppruvaw imexxu proċeduri ta’ akkwist konġunti b’rabta mal-bini, iżda ddeċidew li ma jkomplux b’dan, għal żewġ raġunijiet prinċipali. L-ewwel nett, ir-riċerka tas-suq tal-EBA indikat li numru żgħir biss ta’ bini fir-reġjun ta’ Pariġi jkun kapaċi jospita ż-żewġ awtoritajiet fiż-żmien meħtieġ, filwaqt li l-EBA bir-rekwiżit ta’ spazju iżgħar ikollha suq konsiderevolment akbar biex tagħżel jekk tagħmel il-proċedura ta’ akkwist tagħha stess. Din l-għażla irriżultat min-numru għoli ta’ bini mistieden għal sejħa għall-offerti mill-EBA (28) u n-numru ta’ offerti riċevuti (12). Barra minn hekk, l-iffrankar potenzjali mistenni li kien jinkiseb permezz tal-akkwist konġunt ma kienx ikkorroborat mill-istħarriġ tas-suq konġunt immexxi miż-żewġ aġenziji. It-tieni nett, kien hemm ukoll kwistjoni ta’ żmien, fejn l-EBA kellha bżonn ta’ bini disponibbli tmien xhur qabel l-ESMA.

3.6.11.

L-EBA inkludiet il-kriterju tal-espansjoni bħala element ta’ kompromess li għandu l-għan li jżid il-possibbiltà tal-akkwist ta’ spazju f’bini li jista’ jospita ż-żewġ aġenziji, filwaqt li ma jkunx qed imexxi akkwist konġunt.

3.6.12, 3.6.13.

Din it-tweġiba hija għaż-żewġ osservazzjonijiet dwar l-użu ta’ ħaddiema interim. L-EBA ħadet azzjoni biex tiżgura t-trasferiment tal-għarfien mill-ħaddiema interim preċedenti bbażati fir-Renju Unit lill-kuntrattur li jipprovdi s-servizzi tal-IT f’Pariġi. Barra minn hekk, billi issa l-EBA ċċaqalqet għal Pariġi, l-EBA qiegħda tieħu approċċ differenti lejn il-ħaddiema interim, billi tnaqqas jew telimina b’mod sinifikanti l-użu ta’ ħaddiema interim fl-Awtorità billi tadotta kuntratti bbażati fuq is-servizz kull meta dan ikun possibbli, li b’mod korrispondenti tnaqqas jew telimina r-riskju identifikat mill-Qorti.

3.7.   AĠENZIJA EWROPEA GĦAS-SUSTANZI KIMIĊI (ECHA)

INTRODUZZJONI

3.7.1.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, jew l-“ECHA”), li tinsab f’Helsinki, ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (72). Il-kompiti prinċipali tagħha huma li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kif ukoll il-moviment liberu ta’ sustanzi fis-suq intern filwaqt li ssaħħaħ il-kompetittività u l-innovazzjoni. L-Aġenzija tippromwovi wkoll l-iżvilupp ta’ metodi alternattivi għall-istima ta’ perikli relatati ma’ sustanzi.

3.7.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (73).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (74)

112

119

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (75)

563

572

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.7.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (76) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (77) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.7.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.7.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Kwistjoni oħra

3.7.6.

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjonijiet li hija tesprimi dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet, il-Qorti tixtieq tenfasizza li l-Aġenzija hija parzjalment awtofinanzjata u tirċievi tariffa minn kull kumpanija li titlob ir-reġistrazzjoni ta’ sustanzi kimiċi kif meħtieġ skont ir-Regolament REACH (78). It-tariffi applikabbli jiddependu fuq id-daqs tal-kumpaniji (mikro, żgħar, medji, kbar) u l-volum tas-sustanzi kimiċi rreġistrati (sollijiet differenti).

3.7.7.

Kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (79), l-Aġenzija tikkalkula u tiffattura t-tariffi (ħlasijiet) fuq il-bażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji meta ssir l-applikazzjoni. Miż-żmien tal-ewwel reġistrazzjonijiet fl-2009 ’l hawn, madwar 27 % tal-kumpaniji stqarru li kienu ta’ daqs mikro, żgħir, jew medju. L-Aġenzija għamlet sforz konsiderevoli biex tintroduċi sistema ta’ verifikazzjonijiet ex post, li permezz tagħhom tiġi vverifikata l-informazzjoni dwar id-daqs tal-kumpaniji pprovduta minn dawk l-applikanti. Dan ippermetta lill-Aġenzija tidentifika li, ibbażat fuq il-verifikazzjonijiet li twettqu mill-2011 ‘il hawn u li ġew ikkompletati sa issa, madwar 52 % tal-kumpaniji msemmija hawn fuq li ddikjaraw li kienu ta’ daqs mikro, żgħir jew medju (11 % tal-kumpaniji kollha) kienu kkategorizzaw id-daqs tagħhom b’mod skorrett, u dan irriżulta f’tariffi aktar baxxi (80). Din is-sejba turi l-limitazzjonijiet ta’ sistema li tibbaża eċċessivament fuq awtodikjarazzjonijiet li jsiru mill-applikanti.

3.7.8.

Sabiex timmitiga din is-sitwazzjoni, b’segwitu għall-verifikazzjonijiet ex post, l-Aġenzija ffatturat korrezzjonijiet fit-tariffi matul is-snin kif ukoll imposti amministrattivi li ammontaw għal madwar EUR 17,9 miljun (EUR 16,4 miljun sa tmiem l-2017) (81). Fl-2018, l-Aġenzija għamlet progress konsiderevoli fl-irkupru tat-tnaqqis mhux dovut fit-tariffi u fil-ġbir ta’ imposti amministrattivi tardivi. Sal-31 ta’ Diċembru 2018, l-ammont ta’ imposti amministrattivi tardivi li kellhom jiġu rkuprati kien ta’ EUR 1,45 miljun (EUR 3,18 miljun fl-2017). Madankollu, għad hemm ammont ta’ xogħol konsiderevoli relatat mal-verifikazzjonijiet li jrid isir fis-snin li ġejjin u l-ammont ta’ korrezzjonijiet meħtieġa fit-tariffi li għad iridu jsiru ma kienx magħruf fi tmiem l-2018.

3.7.9.

Skont ir-Regolament REACH, il-verifikazzjoni tal-volumi ddikjarati mill-kumpaniji taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-awtorijiet nazzjonali tal-infurzar tal-Istati Membri. Għalhekk, l-Aġenzija mhijiex involuta fil-verifikazzjoni ta’ dan it-tieni element tal-kalkolu ta’ tariffi.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.7.10.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.7.11.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

3.7.12.

L-Aġenzija ma għandhiex politika dwar karigi sensittivi li kieku tidentifika funzjonijiet sensittivi, iżżommhom aġġornati u tiddefinixxi miżuri xierqa biex timmitiga r-riskju ta’ interessi personali. Dan mhuwiex konformi mal-istandards ta’ kontroll intern tal-Aġenzija. Jeħtieġ li l-Aġenzija tadotta u timplimenta tali politika dwar karigi sensittivi mingħajr dewmien.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

3.7.13.

L-ECHA, bħala aġenzija li hija parzjalment awtofinanzjata, għandha dħul li ġej kemm minn tariffi kif ukoll minn imposti li huma pagabbli mill-industrija u sussidju ta’ bbilanċjar mill-baġit tal-UE. Minħabba t-tfassil tar-Regolament REACH, li fih dati ta’ skadenza distinti għar-reġistrazzjoni, parti kbira mill-introjtu proprju tal-Aġenzija jista’ jiġi ġġenerat biss f’punti partikolari ta’ żmien. Wara t-tielet u l-aħħar data ta’ skadenza għar-reġistrazzjoni skont ir-Regolament REACH, f’Mejju 2018, l-Aġenzija tistenna li t-tariffi u l-imposti jonqsu b’mod sinifikanti mill-2019 ’il quddiem. Hemm riskju li nfiq relattivament stabbli u dħul ferm inqas prevedibbli jista’ jkollhom effett negattiv fuq l-operazzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha. Jeħtieġ li l-Aġenzija, flimkien mal-Kummissjoni u l-awtoritajiet baġitarji, tniedi diskussjoni dwar mudell ta’ finanzjament vijabbli ġdid.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

3.7.14.

Fi proċedura ta’ akkwist għal kuntratt qafas biex jiġu pprovduti servizzi tal-infrastruttura tal-IT għal ammont stmat ta’ EUR 35,4 miljun, ħames kumpaniji ppreżentaw offerti f’firxa li tvarja minn EUR 10 miljun għal EUR 38,2 miljun. L-ECHA tat il-kuntratt qafas, għal valur ta’ EUR 30 miljun, lill-offerent li kien ippreżenta offerta ta’ EUR 12-il miljun, li kienet meqjusa bħala l-aktar waħda ekonomikament vantaġġuża. Id-differenza sinifikanti bejn il-valur tal-kuntratt u l-offerta li fil-fatt saret tqajjem tħassib f’termini tal-ġestjoni finanzjarja tajba. Jeħtieġ li l-Aġenzija tapplika ġestjoni finanzjarja rigoruża tal-kuntratti tal-IT.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.7.15.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar il-Kunflitt ta’ Interess u l-Etika fl-ECHA (82). L-Aġenzija qed tħejji pjan ta’ azzjoni biex tindirizza xi wħud mill-oqsma fejn jista’ jsir titjib.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.7.16.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2014

In-nefqa għall-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-prodotti bijoċidali kienet parzjalment iffinanzjata minn kontribuzzjonijiet mill-UE għall-baġit tal-Aġenzija u mhux minn tariffi.

Għadha għaddejja

2016

Kien hemm livell għoli ta’ riporti, li jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità. L-Aġenzija tista’ tqis il-possibbiltà li żżid l-użu ta’ approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati.

Ikkompletata

2016

Għall-kuntrarju tal-biċċa l-kbira mill-aġenziji l-oħra, ir-regolament fundatur tal-ECHA ma jirrikjedix b’mod espliċitu li jsiru evalwazzjonijiet esterni perjodiċi.

Pendenti

(Mhux taħt il-kontroll tal-Aġenzija)

2017

Il-verifikazzjonijiet ex post li twettqu mill-Aġenzija wrew li aktar minn nofs il-kumpaniji ddikjaraw id-daqs tagħhom b’mod skorrett, u dan affettwa l-kalkoli tat-tariffi u d-dħul tal-Aġenzija b’mod sinifikanti. Hemm ħtieġa urgenti biex jitħaffu u jiġu ffinalizzati l-verifikazzjoni ex post.

Għadha għaddejja

2017

Kull meta jinstabu żbalji, l-Aġenzija toħroġ fatturi bil-korrezzjonijiet. Madankollu, jidher li l-Aġenzija qed tiltaqa’ ma’ diffikultajiet biex tirkupra t-tariffi kkoreġuti. L-Aġenzija rreġistrat provvediment għad-dejn mitluf ta’ EUR 2,8 miljun, fil-kontijiet tagħha għall-2017 (jiġifieri EUR 600 000 ogħla milli fi tmiem is-sena 2016).

Għadha għaddejja

2017

Il-verifikazzjoni tal-volumi ddikjarati mill-kumpaniji taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-awtorijiet nazzjonali tal-infurzar tal-Istati Membri u l-Aġenzija ma għandhiex setgħat ta’ infurzar. Il-kapaċità tal-Aġenzija li twettaq il-mandat tagħha jiddependi mill-awtoritajiet nazzjonali. Madankollu, madwar żewġ terzi tal-kumpaniji ma aġġornawx l-informazzjoni rreġistrata dwar il-volumi ta’ sustanzi kimiċi li qed jittrattaw. Dan idgħajjef l-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament REACH u jaffettwa wkoll il-preċiżjoni tal-kalkolu tat-tariffi.

Għadha għaddejja

(Mhux taħt il-kontroll tal-Aġenzija)

2017

L-Aġenzija tippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tagħha u fuq il-midja soċjali, iżda normalment mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Għadha għaddejja

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

3.7.12.

L-Aġenzija tieħu nota tal-osservazzjoni preliminari tal-Qorti u hija konxja li din hija kwistjoni orizzontali pertinenti għal għadd ta’ Aġenziji. L-Aġenzija se tikkunsidra l-adozzjoni ta’ politika f’dan ir-rigward, filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet tal-Aġenzija u l-prattikalitajiet biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-politika.

3.7.13.

L-Aġenzija tikkonferma li bdiet diskussjonijiet mal-Kummissjoni dwar mudell ta’ finanzjament ġdid u vijabbli.

3.7.14.

L-Aġenzija inizjalment stmat il-valur tal-Kuntratt Qafas (EUR 35,4 miljun) skont il-Vade-mecum dwar l-akkwist pubbliku fil-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni ex ante, l-esperjenza preċedenti tagħha, kuntratti preċedenti simili u l-informazzjoni disponibbli fis-suq. L-Aġenzija għażlet il-proċedura kompetittiva b’negozjati biex tinkoraġġixxi l-aktar kompetizzjoni wiesgħa possibbli fost id-diversi soluzzjonijiet tekniċi u finanzjarji disponibbli fis-suq għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħha sabiex tikseb l-aħjar valur għall-flus. Il-firxa ta’ offerti riċevuti (ħames offerti, li jvarjaw minn EUR 38,2 miljun sa EUR 10 miljun) tipprovdi evidenza li l-istima tal-Aġenzija kienet xierqa.

Il-limitu massimu finali tal-Kuntratt Qafas ġie stabbilit skont il-Vade-mecum dwar l-akkwist pubbliku fil-Kummissjoni. L-evalwazzjoni finanzjarja kienet ibbażata fuq l-applikazzjoni ta’ prezzijiet ta’ unità għal xenarju rappreżentattiv biex jiġi ffaċilitat paragun validu tal-offerti. Meta kien qed jiġi ddeterminat il-valur finali tal-Kuntratt Qafas, l-Aġenzija żiedet l-istima tagħha għall-volum meħtieġ ta’ servizzi bi tweġiba għall-ħtiġijiet ta’ kapaċità miżjuda kkawżati minn mandati ġodda li rċeviet il-Kummissjoni matul il-perjodu tal-proċedura tal-akkwist.

3.8.   AWTORITÀ EWROPEA TAL-ASSIGURAZZJONI U L-PENSJONIJIET TAX-XOGĦOL (EIOPA)

INTRODUZZJONI

3.8.1.

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (minn hawn ’il quddiem“l-Awtorità”, jew l-“EIOPA”), li tinsab fi Frankfurt, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (83). Il-kompitu tal-Awtorità huwa li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, li tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti, li timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fis-suq fil-qasam tal-kompetenzi tagħha u li tippromwovi l-ħarsien tad-detenturi ta’ poloz, u tal-membri u l-benefiċjarji ta’ skemi tal-pensjonijiet.

3.8.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità (84).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (85)

24

25

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (86)

151

146

Sors:

Data pprovduta mill-Awtorità.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.8.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Awtorità, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (87) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (88) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.8.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Awtorità għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Awtorità fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.8.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Kwistjoni oħra

3.8.6.

Il-baġit tal-EIOPA huwa ffinanzjat 40 % mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u 60 % permezz ta’ kontribuzzjonijiet diretti mill-Istati Membri tal-UE. Huwa possibbli li, fil-futur, id-dħul tal-Awtorità jonqos b’riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.8.7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.8.8.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

3.8.9.

L-EIOPA qabbdet ħaddiema temporanji minn aġenzija tax-xogħol (minn hawn ’il quddiem, ħaddiema interim) permezz ta’ kuntratti qafas ma’ aġenziji li jsibu xogħol temporanju għall-ħaddiema. Fl-2018, l-Awtorità qabbdet 29 ħaddiem interim minbarra l-146 membru tal-persunal tagħha stess. Il-pagamenti relatati li saru fl-2018 ammontaw għal EUR 763 035. Għal kuntratti dwar l-użu ta’ ħaddiema interim, japplika qafas legali speċifiku, li jimponi bosta obbligi fuq l-aġenziji li jsibu xogħol temporanju għall-ħaddiema u l-impriżi li jħaddmuhom. Bħala wieħed mill-obbligi prinċipali, skont id-Direttiva 2008/104/KE, kif ukoll skont il-liġi tax-xogħol tal-Ġermanja, jeħtieġ li l-ħaddiema interim ikollhom l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-ħaddiema li jiġu impjegati direttament mill-impriża li tħaddimhom. Madankollu, il-kuntratti ma kinux jirrikjedu b’mod espliċitu li l-aġenziji jirrispettaw dawn il-kundizzjonijiet, u ma hemm l-ebda evidenza li l-Awtorità nfisha wettqet xi tqabbil bejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal proprju tagħha u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema interim. Dan jikkawża riskji ta’ tilwim u reputazzjonali. Jeħtieġ li l-Awtorità tanalizza l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema interim li tqabbad u tiżgura li jkunu jikkonformaw mal-liġijiet tax-xogħol, kemm dawk Ewropej kif ukoll dawk nazzjonali.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA

3.8.10.

Għal proċedura ta’ akkwist dwar il-forniment ta’ ħaddiema interim li twettqet fl-2018, l-EIOPA applikat kriterji tal-għoti li fil-biċċa l-kbira kienu jikkonsistu f’elementi tal-prezzijiet li ma kinux kompetittivi. Għalhekk, ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-proċedura ta’ akkwist irriżultat fl-għoti tal-kuntratt li offra l-aħjar valur għall-flus. Jeħtieġ li l-Awtorità tuża kriterji tal-għoti li jiffukaw fuq elementi tal-prezzijiet kompetittivi.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORT SPEĊJALI TAL-QEA

3.8.11.

Fl-2018, aħna ħriġna rapport speċjali tal-awditjar dwar il-kontribut li l-EIOPA tat għas-superviżjoni u l-istabbiltà fis-settur tal-assigurazzjoni (89). Il-missjoni tal-EIOPA, bħala waħda mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE), hija li tappoġġa l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u li tipproteġi lill-konsumaturi fl-oqsma tal-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet okkupazzjonali. Is-suq tal-assigurazzjoni, li għandu assi b’valur ta’ madwar żewġ terzi tal-PDG ikkombinat tal-Istati Membri tal-UE, jifforma parti sinifikanti mis-suq finanzjarju fl-Ewropa. Il-falliment tiegħu jkollu effett negattiv fuq l-ekonomija reali u l-benessri tal-konsumaturi. Aħna eżaminajna jekk l-EIOPA tatx kontribut effettiv għas-superviżjoni, il-konverġenza superviżorja u l-istabbiltà finanzjarja. Għal din tal-aħħar, aħna ffukajna fuq it-test tal-istress li sar fl-2016 fil-qasam tal-assigurazzjoni. Aħna kkonkludejna li l-EIOPA għamlet użu tajjeb minn firxa wiesgħa ta’ għodod, għalkemm jenħtieġ li jkun hemm titjib fit-tfassil tagħhom u fis-segwitu li jingħatalhom. Aħna sibna għadd ta’ sfidi sistematiċi fir-rigward tas-superviżjoni ta’ negozji transkonfinali u ta’ mudelli interni. Dawn iridu jiġu indirizzati mill-EIOPA nfisha, mis-superviżuri nazzjonali u mil-leġiżlaturi, b’mod partikolari fil-kuntest tar-rieżami li għaddej bħalissa mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.8.12.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar it-Testijiet tal-Istress fl-EIOPA (90). L-Awtorità ħejjiet pjan ta’ azzjoni biex tindirizza xi wħud mill-oqsma fejn jista’ jsir titjib.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2017

Jeħtieġ li l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tissaħħaħ billi dan jibda jirrapporta direttament lid-Direttur (amministrattiv) u lill-Bord Maniġerjali (funzjonali) tal-Awtorità.

Ikkompletata

2017

L-Awtorità tippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tagħha u fuq il-midja soċjali, iżda mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Għadha għaddejja

RISPOSTA TAL-AWTORITÀ

3.8.9.

L-EIOPA tirrikonoxxi l-importanza tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u tixtieq tenfasizza l-impenn sħiħ tagħha biex tonora dan il-prinċipju ewlieni f’kull ħin. L-obbligu ta’ konformità mal-liġi Ġermaniża li timplimenta d-Direttiva 2008/104/KE (jiġifieri Arbeitnehmerüberlassungsgesetz , AÜG) huwa inkluż fil-kuntratti qafas tal-EIOPA għas-servizzi interim. Barra minn hekk, l-integrazzjoni tal-membri tal-persunal interim fl-ambjent tax-xogħol tal-EIOPA rrispetta t-trattament ugwali (eż. l-istess drittijiet għall-użu ta’ faċilitajiet u servizzi kondiviżi, l-istess sigħat ta’ xogħol, perjodi ta’ mistrieħ, btajjel pubbliċi, eċċ.). Għalhekk, l-EIOPA hija tal-fehma li aġixxiet f’konformità mal-AÜG u se tiżgura li tkompli tagħmel dan fil-futur. Madankollu, l-EIOPA se tesplora modi addizzjonali kif issegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti.

3.8.10.

L-elementi tal-prezz użati għall-kriterji tal-għoti kienu jikkonsistu mir-rata fis-siegħa mħallsa lill-membru tal-persunal interim mill-aġenzija tal-persunal flimkien mat-tariffa tal-aġenzija tal-persunal. Filwaqt li l-EIOPA temmen li ż-żewġ kriterji jkopru elementi kompetittivi, l-awtorità tifhem it-tħassib imqajjem mill-Qorti u se tikkunsidra kriterji alternattivi ta’ evalwazzjoni fil-futur.

3.9.   ISTITUT EWROPEW TAL-INNOVAZZJONI U T-TEKNOLOĠIJA (EIT)

INTRODUZZJONI

3.9.1.

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (minn hawn ’il quddiem “l-Istitut”, jew l-“EIT”), li jinsab f’Budapest, inħoloq bir-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (91). L-objettiv tal-Istitut huwa li jikkontribwixxi għat-tkabbir u l-kompetittività ekonomiċi sostenibbli fl-Ewropa, bit-tisħiħ tal-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea. L-Istitut jagħti għotjiet lil għadd dejjem akbar ta’ “Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni” (KKI), li jorbtu flimkien is-setturi tal-edukazzjoni superjuri, tar-riċerka u tan-negozju u li b’hekk jimmiraw li jagħtu spinta lill-innovazzjoni u l-intraprenditorija. Il-KKI jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ mijiet ta’ sħab. L-għotjiet ipprovduti mill-Istitut jirrimborżaw l-ispejjeż tas-sħab u l-ispejjeż li jkunu ġejjin mill-attivitajiet ta’ koordinazzjoni tal-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni. Fl-2018, l-ispejjeż operattivi fir-rigward tal-għotjiet tal-KKI ammontaw għal EUR 387 miljun (92), li jirrappreżentaw 97 %tal-baġit tal-Istitut.

3.9.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Istitut (93).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Istitut

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (94)

303

350

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (95)

61

64

Sors:

Data pprovduta mill-Istitut.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.9.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Istitut, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (96) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (97) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.9.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Istitut fil-31 ta’ Diċembru 2018 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.9.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.9.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.9.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.9.8.

Fir-rigward tal-ispejjeż għall-persunal, l-Istitut ħallas allowances għall-edukazzjoni ta’ kważi EUR 3 000 lil ħames membri tal-persunal li għalihom l-Istitut kien diġà qed iħallas miżati għat-tagħlim direttament lill-iskejjel. Fil-fehma tagħna, dan jirrappreżenta finanzjament doppju irregolari tal-ispiża għall-edukazzjoni li mhix koperta mir-Regolamenti tal-Persunal tal-UE. Jeħtieġ li l-Istitut jirregolarizza s-sitwazzjoni u jkopri l-ispiża għall-edukazzjoni f’konformità mal-qafas legali.

3.9.9.

F’każ ieħor, l-Istitut ħallas ir-rimunerazzjoni ta’ membru tal-Bord tat-Tmexxija lill-persuna żbaljata fuq perjodu ta’ sena u nofs. B’kollox, 10 pagamenti għal ammont akkumulat ta’ EUR 20 000 saru lil persuna bl-istess isem iżda b’identità differenti. L-Istitut sar jaf biss b’dan l-iżball wara li l-persuna kienet ikkuntattjatu. Għalkemm il-flus ġew irkuprati, jeħtieġ li l-Istitut isaħħaħ il-proċeduri ta’ kontroll intern biex jiżgura li l-pagamenti jsiu lir-riċevituri korretti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

3.9.10.

Fl-2014, il-Kummissjoni, f’isem aktar minn 50 Istituzzjoni u korp tal-UE (inkluż l-EIT), iffirmat kuntratt qafas ma’ kuntrattur partikolari għall-akkwist ta’ softwer, liċenzji u l-forniment ta’ manutenzjoni u konsulenza relatati tal-IT. Minħabba l-volatilità tas-suq tas-softwer, il-kuntratt ma jinkludix lista ta’ prezzijiet. Il-kuntrattur qafas jaġixxi bħala intermedjarju bejn l-Istitut u l-fornituri li jistgħu jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-Istitut. Għal dawn is-servizzi intermedjarji, il-kuntrattur qafas huwa intitolat li japplika żidiet ta’ minn 2 % sa 9 % fuq il-prezzijiet tal-fornituri. Fl-2018, il-pagamenti totali li saru lill-kuntrattur qafas ammontaw għal EUR 64 000. Il-kontrolli ex ante li twettqu ma kinux effettivi, billi ma vverifikawx jekk il-prezzijiet u ż-żidiet tal-kuntrattur qafas kinux korretti. Il-kuntratt qafas innifsu jista’ jillimita l-kompetizzjoni, billi ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-kuntrattur qafas jagħżel il-fornituri fuq bażi kompetittiva. Jeħtieġ li l-Istitut jadatta l-kontrolli ex ante fuq il-pagamenti li jsiru taħt dawn il-kuntratti u jiżgura li jkun hemm proċedura kompetittiva għall-akkwisti kollha.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

3.9.11.

Fl-2018, l-Istitut dam ma ħallas il-prefinanzjament maqbul lil żewġ KKI, minkejja li l-operazzjonijiet ta’ għotjiet kienu n-negozju ewlieni tal-Istitut. L-imgħax fuq il-pagamenti tardivi ammonta għal EUR 27 000 fl-2018. Jeħtieġ li l-Istitut, flimkien mal-Kummissjoni, bħala teżorier u kontabilist tal-EIT, jimmaniġġja l-ħtiġijiet ta’ flus kontanti b’mod f’waqtu u jevita kull riskju ta’ mgħax fuq il-pagamenti tardivi u ta’ danni għar-reputazzjoni.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

3.9.12.

Għalkemm pjanijiet ta’ sostenibbiltà f’konformità mal-gwida tal-EIT ġew adottati għall-KKI kollha, il-progress reali lejn is-sostenibbiltà jibqa’ limitat. B’mod partikolari, it-tliet KKI tal-ewwel grupp (98) iqajmu tħassib minħabba l-indikaturi baxxi tas-sostenibbiltà finanzjarja tagħhom, li juru biss tkabbir żgħir. Fl-istess ħin, l-ispiża għall-ġestjoni kklemjata mill-KKI bil-punteġġ l-aktar baxx, Climate-KKI tal-EIT, għadha relattivament għolja (17 %). Jeħtieġ li l-EIT, flimkien mal-KKI, jikkonċentra fuq strutturi ta’ ġestjoni sempliċi, jirrevedi l-portafoll ta’ attivitajiet imwettqa u jippromwovi sorsi alternattivi ta’ dħul biex tiżdied l-indipendenza finanzjarja mill-EIT.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.9.13.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar il-Verifikazzjoni ex ante ta’ pagamenti lill-KKI fl-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (99). L-Istitut qed iħejji pjan ta’ azzjoni biex jindirizza dawk ir-rakkomandazzjonijiet li jiġu aċċettati (100).

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.9.14.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2014

L-Istitut stima b’mod eċċessiv il-ħtiġijiet baġitarji tiegħu. Ir-rata baxxa ta’ implimentazzjoni hija prinċipalment relatata ma’ approprjazzjonijiet mhux użati biex jiġu ffinanzjati l-attivitajiet tal-KKI.

M/A

2014

Filwaqt li l-KKI għandhom jiżviluppaw strateġiji għas-sostenibbiltà finanzjarja, huma għadhom kompletament dipendenti fuq il-finanzjament mill-EIT u s-sħab tagħhom.

Għadha għaddejja

2015

Fir-Rapport Speċjali Nru 4/2016 tagħha, il-Qorti kkonkludiet li l-kundizzjoni għal finanzjament jiġifieri li l-kontribuzzjoni mill-EIT lill-KKI ma għandhiex taqbeż 25 % hija ta’ ftit li xejn jew tal-ebda valur miżjud.

Għadha għaddejja

(Mhux taħt il-kontroll tal-Istitut)

2015

Ir-regolament fundatur tal-EIT jipprovdi li “l-EIT għandu jimmobilizza fondi minn sorsi pubbliċi u privati … u jfittex li jgħaqqad proporzjon sinifikanti, u li jiżdied, tal-baġit tiegħu minn sorsi privati u minn dħul iġġenerat mill-attivitajiet tiegħu stess”.

Għadha għaddejja

2015

Għall-programm EIT Digital Masters, li fih jipparteċipaw 16-il università Ewropea, jeħtieġ li l-Istitut jintroduċi mudell ta’ finanzjament ċar u ddefinit formalment.

Ikkompletata

2016

L-għotjiet għall-perjodu 2015 ngħataw biss f’April 2015 u l-Ftehimiet ta’ Għotja ġew iffirmati f’Ġunju 2015 u f’Lulju 2015. Għall-perjodu 2016, l-għotjiet ingħataw u l-Ftehimiet ta’ Għotja ġew iffirmati f’April 2016.

M/A

2016/2017

Id-Direttur tal-EIT inbidel erba’ darbiet minn meta dan tal-aħħar inħoloq, fl-2008 u f’Lulju 2014. Minn Awwissu 2014 ’il hawn, il-pożizzjoni tad-Direttur imtliet fuq bażi ad interim.

Għadha għaddejja

(Mhux taħt il-kontroll tal-Istitut)

2016

Il-proċeduri ta’ akkwist li twettqu mill-KKI LEs urew dgħufijiet sinifikanti. Il-pagamenti għall-2016 relatati mal-proċeduri ta’ akkwist irregolari ammontaw għal EUR 2,2 miljun. L-Istitut stabbilixxa pjan ta’ azzjoni.

M/A

2016

Minkejja ż-żieda kbira fil-baġit, minn EUR 309 miljun (2008-2013) għal EUR 2,4 biljun (2014-2020), u ż-żieda tal-KKI minn tlieta għal sitta fi tmiem l-2016, l-għadd ta’ postijiet awtorizzati tal-Istitut ma nbidilx b’mod sinifikanti.

Pendenti

(Mhux taħt il-kontroll tal-Istitut)

2017

L-EIT iffirma emendi għall-ftehimiet ta’ għotja speċifiċi ma’ tliet KKI ftit qabel tmiem il-perjodu ta’ eliġibbiltà, u għal KKI partikolari dan sar anke wara, u b’hekk żdiedu r-rati uniċi ta’ rimborż. Din il-prattika ma tħeġġiġx lill-KKI biex isibu s-sorsi ta’ finanzjament proprji tagħhom u tista’ taffettwa wkoll il-kompetizzjoni ġusta fosthom.

M/A

2017

L-emendi tal-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju għal żewġ KKI żiedu wkoll b’mod retroattiv attivitajiet li ma kinux previsti fil-pjanijiet inizjali ta’ direzzjoni tan-negozju, li jistgħu jaffettwaw id-deċiżjonijiet dwar l-għotjiet u t-trattament indaqs tal-KKI, u mhumiex konformi mar-Regolament Finanzjarju.

M/A

2017

Fl-2017 l-Istitut introduċa sistema mingħajr karti għall-pagamenti, li kien jinvolvi modifiki għall-proċeduri tal-Istitut u għas-sistema kontabilistika tiegħu. Madankollu, is-sistema kontabilistika ilha ma tiġi vvalidata mill-ġdid mill-2012.

Għadha għaddejja

2017

Il-pjanijiet tal-EIT għall-kontinwità tal-operat u għall-irkupru minn diżastri ġew adottati fl-2013 u huma obsoleti.

Ikkompletata

2017

Bħal fi snin preċedenti, il-KKI ma użawx kompletament l-ammonti tal-għotjiet li ngħataw mill-EIT.

Għadha għaddejja

2017

L-EIT immonitorja l-prestazzjoni tal-KKI u kkalkula ċerti korrezzjonijiet għall-prestazzjoni. Madankollu, dawn il-korrezzjonijiet ma kellhom l-ebda impatt finanzjarju fuq il-KKI, minħabba li l-EIT japplika biss l-ogħla waħda mill-korrezzjonijiet finanzjarji u għall-prestazzjoni.

Għadha għaddejja (Mhux taħt il-kontroll tal-Istitut)

2017

Fl-2017, il-KKI kollha adottaw strateġiji ta’ sostenibbiltà f’konformità mal-gwida tal-EIT, li kien pass importanti lejn futur aktar sostenibbli għall-KKI. Madankollu, id-dħul iġġenerat mill-KKI u l-kofinanzjament mis-sħab tal-KKI għadhom baxxi ħafna.

Għadha għaddejja

2017

L-EIT jippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tiegħu u fuq is-sit web tad-DĠ HR, iżda normalment mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Għadha għaddejja

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Istitut kien introduċa l-għodod għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing) għal ċerti proċeduri, iżda mhux dawk għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) u għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission).

Għadha għaddejja

2017

Skont l-istatuti tiegħu, l-EIT jista’ joffri biss kuntratti b’terminu fiss u b’durata massima ta’ ħames snin, li tista’ tiġi estiża darba b’ħames snin oħra, lill-persunal temporanju li jimpjega. Dan jista’ potenzjalment ifixkel il-kontinwità tal-operazzjonijiet.

Għadha għaddejja (Mhux taħt il-kontroll tal-Istitut)

RISPOSTA TAL-ISTITUT

3.9.8

L-EIT wettaq rieżami profond tal-ħlasijiet ta’ gratifiki preprimarji lill-membri tal-persunal eliġibbli kollha li jkopru l-aħħar ħames snin. B’riżultat ta’ dan, l-EIT stabbilixxa l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati minn kull membru tal-persunal u implimenta miżuri ta’ kontroll addizzjonali biex isaħħaħ l-ambjent ta’ kontroll għall-intitolamenti tal-persunal. Huwa ppjanat li l-ammonti mħallsa b’mod mhux dovut jiġu rkuprati mill-membri tal-persunal matul l-2019. Barra minn hekk, is-servizz tal-Kummissjoni, li huwa responsabbli mill-pagamenti tas-salarji u l-gratifiki tal-persunal tal-EIT, kien infurmat uffiċjalment biex ma jkomplix iħallas il-gratifiki preprimarji lill-membri tal-persunal inkwistjoni.

3.9.9

Dan l-iżball ta’ darba kien minħabba nuqqas ta’ ftehim u li kien ġie identifikat u kkoreġut mill-EIT fiż-żmien taż-żjara tal-QEA. Il-probabbiltà li sitwazzjoni simili tirrepeti ruħha hija baxxa ferm. Hemm implimentati kontrolli adatti biex jipprevjenu pagamenti lill-benefiċjarji li mhux suppost joħduhom u l-atturi finanzjarji ngħataw struzzjonijiet biex isegwu strettament il-proċeduri operattivi standard relevanti.

3.9.10.

L-EIT huwa wieħed mill-korpi parteċipanti fil-kuntratt qafas (FWC) inkwistjoni, li huwa ġestit mill-Kummissjoni, għaldaqstant l-Istitut mhuwiex f’pożizzjoni li jiddubita l-kondizzjonijiet tal-kuntratt qafas innifsu. L-EIT segwa strettament il-mekkaniżmu preskritt fl-FWC, li jirrikjedi li l-prezz u ż-żieda jkunu kkwotati flimkien u mhux separatament. Għaldaqstant, u kuntrarju għall-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-EIT huwa tal-fehma li l-kontrolli ex ante tal-Istitut iffunzjonaw tajjeb, peress li l-FWC kien implimentat f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fih. F’każ li l-kuntrattur deliberatament ikkwota prezz, li ma rrispettax il-kondizzjonijiet sottostanti, dan għandu jiġi indirizzat bħala irregolarità u jiġi investigat kif xieraq. Fir-rigward ta’ perjodi futuri, din il-kwistjoni kellha tiġi indirizzata, peress li l-FWC inkwistjoni skada u ġie sostitwit b’wieħed ġdid, li jipprevedi li kull kwota għandha tipprovdi qsim bejn l-ipprezzar oriġinali u ż-żieda tal-Kuntrattur.

3.9.11.

Il-pagament tardiv tal-prefinanzjament lil KICs kien ikkawżat min-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ flus kontanti fil-kont bankarju tal-EIT u mhux minħabba xi nuqqas fl-operazzjonijiet ta’ għotja tal-EIT. L-EIT ippjana u beda t-talba tal-sussidju tal-Kummissjoni f’konformità mal-proċeduri relevanti, bil-kunsiderazzjoni wkoll tal-impatt possibbli ta’ mgħax negattiv li l-EIT irid iħallas fuq ammonti kbar ta’ flus kontanti miżmuma l-bank. Sfortunatament, dan irriżulta f’dewmien ta’ pagament ta’ ġurnata tax-xogħol waħda. Filwaqt li dan id-dewmien qasir fil-fatt kellu impatt finanzjarju relattivament għoli, l-EIT ma kellux kontroll fuqu.

3.9.12.

L-EIT, flimkien mal-KICs, jimplimenta kontinwament l-objettiv tas-Sostenibbiltà Finanzjarja tal-KIC. Kien hemm progress sinifikanti ferm f’dan il-qasam, peress li d-dħul iġġenerat mill-KICs żdied minn EUR 23,7 miljun (2017) għal EUR 38,4 miljun (2018) u l-assi, li ser jiżguraw dħul futur, qed jinbnew mill-KICs. Minbarra d-dħul iġġenerat mill-KICs, is-Sħab tal-KIC jikkontribwixxu wkoll kofinanzjament sostanzjali għall-ispejjeż tal-attivitajiet tal-KIC. Sabiex ikompli jitnaqqas il-livell tal-ispejjeż ta’ ġestjoni tal-KICs, l-EIT speċifika limiti massimi adatti għall-ispejjeż ta’ ġestjoni ffinanzjati mill-EIT kemm fil-livell tal-KIC (massimu 12 % tal-finanzjament totali tal-EIT) kif ukoll fil-livell ta’ membri tal-persunal individwali (referenzjati mas-salarji speċifikati fir-Regolamenti tal-Persunal tal-UE).

3.10.   AĠENZIJA EWROPEA GĦAS-SIGURTÀ MARITTIMA (EMSA)

INTRODUZZJONI

3.10.1.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, jew l-“EMSA”), li tinsab f’Lisbona, twaqqfet bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (101). Il-kompiti tal-Aġenzija huma li tiżgura livell għoli ta’ sigurtà marittima u li tipprevieni tniġġis mill-vapuri, tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, u timmonitorja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll li tevalwa l-effettività tagħha.

3.10.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (102).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (103)

79

77

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (104)

250

256

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.10.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija li jinkludu r-rapporti finanzjarji (105) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (106) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.10.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.10.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.10.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.10.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

3.10.8.

Fl-2014, il-Kummissjoni, f’isem aktar minn 50 Istituzzjoni u korp tal-UE, inkluża l-Aġenzija, iffirmat kuntratt qafas ma’ kuntrattur partikolari għall-akkwist ta’ ħardwer u softwer tal-IT u l-forniment ta’ manutenzjoni u appoġġ (servizzi tal-IT). Il-kuntrattur qafas jaġixxi bħala intermedjarju bejn l-Aġenzija u l-fornituri li jistgħu jipprovdu s-servizzi tal-IT. Għal dawn is-servizzi intermedjarji, il-kuntrattur qafas huwa intitolat li japplika żidiet ta’ minn 2 % sa 9 % fuq il-prezzijiet tal-fornituri. Filwaqt li l-biċċa l-kbira minn dawn is-servizzi tal-IT u l-prezzijiet relatati ġew iddefiniti fil-kuntratt qafas li rriżulta mill-proċedura kompetittiva ta’ akkwist, dan jippermetti wkoll ix-xiri ta’ servizzi tal-IT li ma jissemmewx speċifikament. Fil-każ ta’ pagament awditjat li kien jammonta għal madwar EUR 15 000, l-Aġenzija xtrat, permezz tal-kuntrattur, liċenzji tas-softwer mingħajr ma ġie vverifikat jekk il-prezz mitlub mill-fornitur u ż-żieda mitluba mill-kuntrattur kinux korretti. Fl-2018, il-pagamenti totali li saru lill-kuntrattur ammontaw għal EUR 1 589 918. Jeħtieġ li l-Aġenzija tadatta l-kontrolli ex ante fuq il-pagamenti li jsiru taħt dawn il-kuntratti u tiżgura li jkun hemm proċedura kompetittiva għall-akkwisti kollha (107).

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.10.9.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar Żjarat u Spezzjonijiet (li jiffoka fuq is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità) fl-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (108). L-Aġenzija ħejjiet pjan ta’ azzjoni biex tindirizza l-oqsma fejn jista’ jsir titjib.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.10.10.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2017

Il-kuntrattur qafas għas-servizzi intermedjarji huwa intitolat li japplika żidiet ta’ minn 2 % sa 9 % fuq il-prezzijiet tal-fornituri. Fl-2017, il-pagamenti totali li saru lill-kuntrattur qafas ammontaw għal EUR 1,7 miljun. L-Aġenzija ma vverifikatx sistematikament il-prezzijiet u ż-żidiet iddebitati mal-kwotazzjonijiet u mal-fatturi li nħarġu mill-fornituri lill-kuntrattur qafas.

Pendenti

2017

L-Aġenzija tippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tagħha u fuq il-midja soċjali, iżda mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Għadha għaddejja

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Aġenzija kienet introduċiet l-għodod għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing) u għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission) għal ċerti proċeduri, iżda mhux dawk għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering).

Ikkompletata

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

3.10.8

Il-proċedura kollha tal-offerti għall-FWC inkwistjoni ġiet ġestita mill-Kummissjoni Ewropea (DĠ DIGIT) u l-Aġenzija ma kinitx involuta fil-proċedura tal-offerti (eż. l-għażla tal-proċedura, it-tip ta’ kuntratt u l-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni). Il-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni għal dan l-FWC ma kienx jinkludi lista ta’ prezzijiet fissi iżda minflok id-DĠ DIGIT iddeċieda li jagħżel sistema li tapplika ż-żidiet fil-prezzijiet. L-Aġenzija ħadet nota tas-sejbiet tal-Qorti u introduċiet mekkaniżmi ta’ kontroll xierqa fil-kuntratti tal-Aġenzija. L-EMSA ġiet infurmata li l-kuntrattur eżerċita d-dritt tiegħu li jtemm il-kuntratt b’effett mit-12 ta’ Ottubru 2019.

3.11.   AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA DWAR IS-SIGURTÀ TAN-NETWERKS U L-INFORMAZZJONI (ENISA)

INTRODUZZJONI

3.11.1.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, jew l-“ENISA”), li tinsab f’Ateni u f’Heraklion (109), inħolqot bir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (110) li, wara diversi emendi, ġie sostitwit mir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (111). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li ttejjeb il-kapaċità tal-Unjoni biex tipprevieni u tirrispondi għall-problemi tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni billi tibni fuq l-isforzi nazzjonali u tal-Unjoni.

3.11.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (112).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (113)

11

11

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (114)

74

70

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.11.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (115) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (116) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.11.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.11.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.11.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.11.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

3.11.8.

L-Aġenzija ma għandhiex politika dwar karigi sensittivi li kieku tidentifika funzjonijiet sensittivi, iżżommhom aġġornati u tiddefinixxi miżuri xierqa biex timmitiga r-riskju ta’ interessi personali. Dan mhuwiex konformi mal-istandards ta’ kontroll intern tal-Aġenzija. Jeħtieġ li l-Aġenzija tadotta u timplimenta tali politika dwar karigi sensittivi mingħajr dewmien.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.11.9.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar l-Involviment tal-Partijiet Ikkonċernati fil-Produzzjoni ta’ Riżultati Tanġibbli fl-ENISA (117). L-Aġenzija ħejjiet pjan ta’ azzjoni biex tindirizza l-oqsma fejn jista’ jsir titjib.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.11.10.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2015

L-Aġenzija qed tippjana li tirriloka l-persunal amministrattiv għal Ateni filwaqt li r-Regolament tagħha jipprovdi li l-persunal amministrattiv għandu jkun ibbażat f’Heraklion (118).

Għadha għaddejja

2016

L-Aġenzija ttrasferiet 8 membri addizzjonali tal-persunal lejn Ateni, u b’hekk l-għadd ta’ membri tal-persunal f’Heraklion naqas għal 14 (119). Huwa probabbli li l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu aktar jekk il-persunal jiġi ċċentralizzat f’post wieħed.

Għadha għaddejja

2017

L-uffiċjal tal-kontabbiltà l-ġdid tal-Aġenzija beda l-inkarigu tiegħu fl-1 ta’ Diċembru 2017. Il-proċess ta’ trasferiment tal-kompiti ma sarx kif suppost.

M/A

2017

L-Aġenzija tippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tagħha u fuq il-midja soċjali, iżda mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Għadha għaddejja

2017

L-Aġenzija ma wettqitx analiżi komprensiva tal-impatt tal-BREXIT.

Ikkompletata

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti.

3.12.   AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-FERROVIJI (ERA)

INTRODUZZJONI

3.12.1.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, jew l-“ERA”), li tinsab f’Lille u f’Valenciennes, inħolqot bir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (120), li fl-2016 ġie sostitwit mir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (121). Il-kompitu tal-Aġenzija huwa li żżid il-livell ta’ interoperabbiltà tas-sistemi ferrovjarji u li tiżviluppa approċċ komuni għas-sikurezza sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ settur ferrovjarju Ewropew aktar kompetittiv u b’livell għoli ta’ sikurezza.

3.12.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (122).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (123)

31

29

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (124)

164

165

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.12.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (125) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (126) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.12.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.12.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.12.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.12.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.12.8.

Il-pjan ta’ akkwist għall-2017 kien jinkludi l-konklużjoni ta’ kuntratt dirett għall-organizzazzjoni ta’ Konferenza dwar is-Sikurezza f’April 2018 b’baġit ta’ EUR 100 000. Dan ġie organizzat minn fornitur lokali tas-servizzi għal tariffa ta’ inqas minn EUR 15 000 li ppermetta lill-Aġenzija tuża proċedura nnegozjata ma’ offerent wieħed. Skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, is-servizzi relatati kollha (post tal-konferenza, catering, trasport, eċċ.) iridu jiġu kkuntrattati u jitħallsu separatament mill-Aġenzija. Billi din il-proċedura rriżultat li kienet ikkumplikata wisq u tieħu ħafna ħin, il-kuntratt ġie emendat fi Frar 2018 sabiex ikun jista’ jsir il-pagament tas-servizzi relatati kollha permezz tal-fornitur lokali tas-servizzi. Is-somma tas-servizzi kollha li effettivament tħallsu fl-2018 ammontat għal EUR 63 380 eskluża l-VAT. Id-deċiżjoni biex is-servizzi relatati kollha jiġu kkuntrattati u jitħallsu separatament kienet diviżjoni artifiċjali tal-kuntratt. Il-kuntratt u l-pagamenti relatati kollha huma irregolari. Jeħtieġ li l-Aġenzija tiżgura li l-proċeduri ta’ akkwist jintgħażlu f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

3.12.9.

Fl-2014, il-Kummissjoni, f’isem aktar minn 50 Istituzzjoni u korp tal-UE, inkluża l-Aġenzija, iffirmat kuntratt qafas ma’ kuntrattur partikolari għall-akkwist ta’ ħardwer u softwer tal-IT u l-forniment ta’ manutenzjoni u appoġġ (servizzi tal-IT). Il-kuntrattur qafas jaġixxi bħala intermedjarju bejn l-Aġenzija u l-fornituri li jistgħu jipprovdu s-servizzi tal-IT. Filwaqt li l-biċċa l-kbira minn dawn is-servizzi tal-IT u l-prezzijiet relatati ġew iddefiniti fil-kuntratt qafas li rriżulta mill-proċedura kompetittiva ta’ akkwist, dan jippermetti wkoll ix-xiri ta’ servizzi tal-IT li ma jissemmewx speċifikament. Fil-każ ta’ pagament awditjat li kien jammonta għal madwar EUR 20 000, l-Aġenzija xtrat, permezz tal-kuntrattur, liċenzji tas-softwer mingħajr ma ġie vverifikat jekk il-prezz mitlub mill-fornitur u ż-żieda mitluba mill-kuntrattur kinux korretti. Il-kontrolli ex ante li twettqu mill-ERA ma kinux effettivi f’dan ir-rigward. Il-kuntratt qafas innifsu jista’ jillimita l-kompetizzjoni għas-servizzi tal-IT li ma jissemmewx speċifikament, billi ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-kuntrattur qafas jagħżel il-fornituri fuq bażi kompetittiva. Fl-2018, il-pagamenti totali li saru lill-kuntrattur ammontaw għal EUR 839 923. Jeħtieġ li l-Aġenzija tadatta l-kontrolli ex ante fuq il-pagamenti li jsiru taħt dawn il-kuntratti u tiżgura li jkun hemm proċedura kompetittiva għall-akkwisti kollha (127).

3.12.10.

B’segwitu għall-mandat estiż tal-Aġenzija fir-Regolament il-ġdid tagħha, fl-2019 din se tibda tiġbor tariffi u imposti għall-kompiti ta’ ċertifikazzjoni. Ir-Regolament jirrikjedi li l-ħtiġijiet speċifiċi tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) iridu jittieħdu inkunsiderazzjoni f’dan ir-rigward. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni korretta tat-tariffi u l-imposti għall-SMEs, jeħtieġ li l-Aġenzija tintroduċi kontrolli effettivi biex tivverifika l-kriterji tal-SMEs għall-applikanti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

3.12.11.

Skont ir-Regolament il-ġdid (128), it-tariffi u l-imposti jirrappreżentaw dħul assenjat għall-Aġenzija. Sabiex l-Aġenzija tkun tista’ tippjana sew it-tariffi u l-imposti kif ukoll l-impenji u l-pagamenti korrispondenti fil-baġit, huwa meħtieġ li jsiru xi emendi għar-regoli ta’ implimentazzjoni fir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija Barra minn hekk, it-tariffi u l-imposti jistgħu jiġu fatturati biss wara li jkun intemm is-servizz li jkun qed jingħata, u fatturi interim jistgħu jinħarġu biss darba kull sitt xhur (129). L-Aġenzija jkollha timmonitorja mill-qrib l-ispejjeż relatati mat-tariffi u l-imposti u tiffattura l-ammonti interim mill-aktar fis possibbli sabiex tipprevieni defiċit baġitarju fi tmiem is-sena.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.12.12.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar il-Ġestjoni ta’ Programmi, Proġetti u Servizzi (inkluż tal-IT) fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji. L-Aġenzija ħejjiet pjan ta’ azzjoni biex tindirizza l-oqsma fejn jista’ jsir titjib.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.12.13.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2013

L-Aġenzija tinsab f’Lille u f’Valenciennes. Huwa probabbli li l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu jekk l-operat kollu jiġi ċċentralizzat f’post wieħed.

Għadha għaddejja

(Mhux taħt il-kontroll tal-Aġenzija)

2017

Ma hemmx segregazzjoni ċara tad-dmirijiet bejn l-uffiċjal awtorizzanti u l-uffiċjal tal-kontabbiltà.

Ikkompletata

2017

Fil-każ ta’ pagament awditjat li kien jammonta għal madwar EUR 47 000 , l-Aġenzija xtrat, permezz ta’ kuntratt qafas iffirmat ma’ kuntrattur intermedjarju, mingħajr ma saret proċedura kompetittiva u mingħajr ma wettqet riċerka minn qabel dwar is-suq. Fl-2017, il-pagamenti totali li saru lill-kuntrattur ammontaw għal EUR 1,1 miljun.

Pendenti

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

3.12.8.

L-Aġenzija ma taqbilx mal-konklużjoni li tistipula “Id-deċiżjoni biex jingħataw kuntratti u jiġu mħallsa s-servizzi relatati kollha hija qasma artifiċjali separata tal-kuntratt.” Madankollu l-Aġenzija għandha l-ħsieb tipprepara t-termini ta’ referenza biex ikun iffirmat kuntratt qafas ma’ kumpanija speċjalizzata inkarigata biex torganizza attivitajiet bħall-konferenzi.

3.12.9.

L-Aġenzija applikat il-kuntratt ta’ qafas tad-DIGIT. Madankollu l-Aġenzija tieħu nota tal-osservazzjoni tal-Qorti. L-Aġenzija qed tistenna l-kuntratt qafas il-ġdid tad-DIGIT fejn għandu jiġi previst ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni.

3.12.10.

L-Aġenzija hija konxja tal-fatt li l-ħtiġijiet speċifiċi tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) għandhom jiġu kkunsidrati. Kif stipulat fl-Artikolu 5(9) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar it-tariffi u l-imposti, (130) meta l-applikant ikun intrapriża żgħira jew ta’ daqs medju, l-Aġenzija għandha tqis it-talbiet għal estensjoni raġonevoli tal-limitu ta’ żmien għall-ħlas u l-ħlas bin-nifs.

3.12.11.

L-Aġenzija diġà ssottomettiet talba għal deroga lill-Kummissjoni li tippermetti xi emendi għar-Regolament Finanzjarju tagħha. Huwa mistenni li tikseb opinjoni dwar dan dalwaqt. Barra minn hekk, se jsir monitoraġġ mill-qrib tal-ispejjeż u l-ħruġ ta’ fatturi interim sabiex jiġi evitat defiċit baġitarju fi tmiem is-sena.

3.13.   AWTORITÀ EWROPEA TAT-TITOLI U S-SWIEQ (ESMA)

INTRODUZZJONI

3.13.1.

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”, jew l-“ESMA”), li tinsab f’Pariġi, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (131). Il-kompitu tal-Awtorità huwa li ttejjeb l-operat tas-suq finanzjarju intern tal-UE billi tiżgura livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni, tippromwovi l-integrità u l-istabbiltà tas-sistemi finanzjarji u ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali sabiex tiżgura l-istabbiltà u l-effettività tas-sistema finanzjarja.

3.13.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità (132).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (133)

42

44

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (134)

226

231

Sors:

Data pprovduta mill-Awtorità.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.13.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Awtorità, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (135) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (136) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.13.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Awtorità għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Awtorità fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.13.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Kwistjoni oħra

3.13.6.

It-tariffi ddebitati lill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu huma bbażati fuq id-dħul tagħhom bħala entitajiet legali, iżda mhux bħala grupp jew grupp ta’ entitajiet relatati. Dan joħloq opportunità kważi leġittima biex jitnaqqsu jew jiġu evitati t-tariffi billi d-dħul mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu taħt il-ġurisdizzjoni tal-UE jiġi ttrasferit għall-entitajiet relatati tagħhom barra mit-territorju tal-UE. L-effett finanzjarju li din il-lakuna fir-regolamenti probabbilment ikollha mhuwiex magħruf. Filwaqt li l-Awtorità applikat ir-Regolament b’mod korrett, hija identifikat ir-riskju u indirizzatu lill-Kummissjoni. Jeħtieġ li l-Awtorità tkompli d-diskussjoni mal-Kummissjoni sabiex taqbel dwar il-modifiki meħtieġa.

3.13.7.

Il-baġit tal-Awtorità huwa ffinanzjat 27 % mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u 42 % permezz ta’ kontribuzzjonijiet diretti mill-Istati Membri tal-UE, 29 % minn tariffi li tirċievi minn entitajiet sorveljati (Aġenziji ta’ Klassifikazzjoni tal-Kreditu u Repożitorji tat-Tranżazzjonijiet), u 2 % minn sorsi oħra. Huwa possibbli li, fil-futur, id-dħul tal-Awtorità jonqos b’riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.13.8.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.13.9.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.13.10.

L-Awtorità tuża l-kuntratti ma’ kumpaniji tal-IT li ġew ifformulati b’mod li jista’ jimplika li sar assenjar (“mise à disposition”) ta’ ħaddiema temporanji minn aġenzija tax-xogħol, minflok għall-forniment ta’ servizzi tal-IT jew ta’ prodotti ddefiniti b’mod ċar. Il-forniment ta’ ħaddiema interim jista’ jsir biss permezz ta’ kuntratti ma’ aġenziji awtorizzati, li jsibu xogħol temporanju għall-ħaddiema u f’konformità mad-Direttiva 2008/104/KE, kif ukoll f’konformità mar-regoli speċifiċi adottati mill-Istati Membri fit-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva. L-użu ta’ kuntratti ta’ servizzi tal-IT għall-forniment ta’ ħaddiema ma jikkonformax mar-regoli tal-UE dwar is-servizzi soċjali u l-impjiegi, u jesponi lill-Awtorità għal riskji legali u reputazzjonali. Il-pagamenti relatati li saru fl-2018 ammontaw għal EUR 1 257 479. Jeħtieġ li l-Awtorità tiżgura li l-kuntratti jevitaw kwalunkwe konfużjoni bejn l-akkwist ta’ servizzi tal-IT u ta’ ħaddiema interim.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

3.13.11.

L-Awtorità tiddebita tariffi lill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu f’konformità mar-regolament relatat dwar it-tariffi. Jeħtieġ li dawn it-tariffi jkopru esklussivament l-infiq tal-ESMA li huwa relatat mar-reġistrazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u s-superviżjoni ta’ aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Fl-2017, l-ESMA talbet lil dawn l-aġenziji biex iħallsu tariffi li kienu ogħla mill-infiq b’ammont ta’ EUR 853 950 u nefqet il-bilanċ pożittiv fuq attivitajiet oħra. Skont informazzjoni pprovduta mill-ESMA wara li twettaq l-awditu, is-sitwazzjoni nbidlet fl-2018 meta l-infiq qabeż b’ammont ta’ EUR 228 664 it-tariffi relatati li ġew iddebitati. Id-devjazzjoni akkumulata matul il-perjodu mill-2015 sal-2018 tammonta għal EUR 540 412 (jew 1,6 %). Barra minn hekk, l-ESMA tiddebita tariffi lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet f’konformità mar-regolament relatat dwar it-tariffi. Dawn it-tariffi jridu jkopru esklussivament l-infiq tal-ESMA li huwa relatat mar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tagħhom. Fl-2017, l-infiq tal-Awtorità qabeż b’ammont ta’ EUR 452 466 it-tariffi relatati ddebitati. Skont informazzjoni pprovduta mill-ESMA wara li twettaq l-awditu, fl-2018 l-infiq tal-Awtorità qabeż b’ammont ta’ EUR 30 882 it-tariffi relatati li ġew iddebitati. Id-devjazzjoni akkumulata matul il-perjodu mill-2015 sal-2018 tammonta għal EUR 545 735 (jew 6 %). Għalkemm l-Awtorità segwiet il-gwida pprovduta mill-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni, il-bilanċi pożittivi u d-defiċits jistgħu jwasslu għal finanzjament trasversali annwali tal-attivitajiet. Jeħtieġ li l-Awtorità ssib prattika biex tevita dan it-tip ta’ finanzjament trasversali, pereżempju billi taġġusta t-tariffi annwali mal-bilanċi pożittivi u mad-defiċits mis-snin preċedenti jew billi tintroduċi l-mudell ta’ dħul assenjat għal attivitajiet relatati mat-tariffi.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

3.13.12.

Fl-2018, l-ESMA niedet il-proċedura ta’ akkwist għall-kiri ta’ spazju ġdid għal uffiċċji f’Pariġi. Inizjalment l-ESMA kienet ippjanat proċedura konġunta ta’ akkwist ma’ korpi Ewropej oħra bħall-Awtorità Bankarja Ewropea, li, f’dak iż-żmien, kienet qed tħejji għar-rilokazzjoni tagħha minn Londra għal Pariġi. Madankollu, skont l-analiżi li saret mill-awtoritajiet, il-vantaġġi previsti ta’ proċedura ta’ akkwist konġunta ma kinux se jimmaterjalizzaw u ż-żewġ awtoritajiet wettqu proċeduri ta’ akkwist separati għall-kiri tal-ispazju għal uffiċċji tagħhom u għal servizzi relatati oħra bħall-konsulenza dwar il-proprjetà, id-disinn tal-ispazju għal uffiċċji u l-ġestjoni tal-proġetti. Dan jirrappreżenta opportunità mitlufa għall-ekonomiji ta’ skala u għal gwadanji fl-effiċjenza. Jeħtieġ li l-awtoritajiet ikomplu l-kooperazzjoni bejniethom u, kull fejn ikun possibbli, jużaw proċeduri ta’ akkwist konġunti.

3.13.13.

L-ESMA għamlet sforzi sinifikanti fit-tħejjija ta’ dokumenti tal-offerti għall-kiri ta’ spazju ġdid għal uffiċċji u fil-metodoloġija tagħha ta’ evalwazzjoni tal-offerti. Madankollu, għad hemm il-ħtieġa li l-Awtorità ttejjeb id-dokumentazzjoni u t-traċċabbiltà tal-evalwazzjonijiet tas-sejħiet għall-offerti. B’mod partikolari, ir-rapporti ta’ evalwazzjoni jservu bħala referenza prinċipali għall-istadji sussegwenti tal-proċeduri ta’ akkwist u fil-każ ta’ tilwim, il-kontenut tagħhom irid ikun eżawrjenti u jipprovdi d-dettalji rilevanti kollha.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.13.14.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar Dħul u Ġestjoni Bbażata fuq l-Attivitajiet fl-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. L-ESMA ħejjiet pjan ta’ azzjoni biex tindirizza xi wħud mill-oqsma fejn jista’ jsir titjib.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2017

L-Awtorità tippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tagħha u fuq il-midja soċjali, iżda mhux dejjem fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Ikkompletata

RISPOSTA TAL-AWTORITÀ

3.13.10

L-ESMA taqbel li huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-użu tas-servizzi ta’ konsulenza fl-IT ikun distint b’mod ċar mill-forniment ta’ servizzi interim, u din hija r-raġuni għalfejn l-ESMA għandha żewġ kuntratti qafas distintivi. Fl-istess ħin, l-ESMA tifhem li l-metodoloġija u l-proċessi ta’ kif is-servizzi ta’ konsulenza fl-IT jiġu kkuntrattjati mill-ESMA jistgħu jittejbu, sabiex jiġi eliminat ir-riskju msemmi mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fis-sejba tagħha. L-ESMA se tkompli bid-diliġenza tagħha sabiex tevita kwalunkwe perċezzjoni potenzjali ta’ ħaddiem temporanju jew ta’ relazzjoni ta’ impjieg bejn l-Awtorità u l-konsulenti fl-IT.

3.13.11

L-ESMA, bħala superviżur dirett tal-entitajiet finanzjarji, teħtieġ tkun tista’ tiffoka fuq ir-riskji ewlenin relatati ma’ dawk l-entitajiet. Fl-2017, l-ESMA kellha talloka mill-ġdid ir-riżorsi matul is-sena biex taħdem fuq riskju partikolari relatat mar-Repożitorji tat-Tranżazzjonijiet. Dan irriżulta f’diskrepanza bejn it-tariffi miġbura (ikkalkulati fil-bidu tas-sena) u l-infiq attwali. L-ESMA dejjem użat il-mudell ta’ bbaġitjar universali għat-tariffi tagħha, b’segwitu tal-gwida tal-Kummissjoni, u dan jimplika li bilanċi pożittivi jew defiċits potenzjali minn attività waħda jridu jiġu koperti minn attivitajiet oħra. Sabiex timmonitorja diskrepanzi potenzjali, l-ESMA stabbilixxiet Sistema ta’ Ġestjoni bbażata fuq l-Attività (Activity Based Management System - ABMS). Meta l-ABMS tidentifika diskrepanza sinifikanti u rikorrenti bejn it-tariffi miġbura u l-infiq attwali, il-baġits ta’ wara jiġu aġġustati skont dan. Dan jippermetti li kwalunkwe żbilanċ fuq terminu qasir (li jseħħ biss f’sena speċifika) jiġi kkumpensat meta wieħed iħares lejn il-perspettiva fit-tul. Minn meta l-ESMA ħadet ir-responsabbiltà superviżorja diretta fl-2011, l-ebda żbilanċ sinifikanti ieħor ma seħħ, inkluż allinjament mill-qrib tat-tariffi (aġġustati) u tal-infiq fl-2018. L-ESMA hija lesta li tesplora l-possibbiltajiet kollha fi ħdan il-qafas finanzjarju tal-UE biex taġġusta t-tariffi annwali sabiex jiġi kkunsidrati l-bilanċi pożittivi u d-defiċits li kien hemm fil-passat, filwaqt li żżomm il-flessibbiltà meħtieġa biex taġġusta mill-ġdid ir-riżorsi fejn meħtieġ biex tindirizza r-riskji speċifiċi tas-swieq finanzjarji permezz tas-superviżjoni tagħha.

3.13.12

L-ESMA pproponiet azzjoni konġunta ta’ akkwist biex taqsam binja ma’ kemm seta’ jkun possibbli aġenziji u istituzzjonijiet tal-UE bbażati f’Pariġi u fl-aħħar wettqet akkwist konġunt mal-Istitut Ewropew għall-Istudji dwar it-Titoli (EUISS) - aġenzija oħra tal-UE f’Pariġi. Huwa minnu li kieku aktar aġenziji qablu li jipparteċipaw, kieku dan il-proġett kien jiġġenera kisbiet fl-effiċjenza. Madankollu, l-ESMA ma tistax tkun responsabbli għad-deċiżjoni ta’ entitajiet oħra li ma jipparteċipawx fl-akkwist konġunt propost, bħal ma ġara f’dan il-każ, meta l-Awtorità Bankarja Ewropea rtirat mill-proċedura konġunta f’April tal-2018.

3.13.13

L-ESMA tirrikonoxxi l-osservazzjoni.

3.14.   AĠENZIJA EWROPEA GĦAS-SIGURTÀ U S-SAĦĦA FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL (EU-OSHA)

INTRODUZZJONI

3.14.1.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (minn hawn’il quddiem “l-Aġenzija”, jew l-“EU-OSHA”), li tinsab f’Bilbao, inħolqot bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (137), li tħassar bir-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (138). Id-dmir tal-Aġenzija huwa li tiġbor u xxerred informazzjoni dwar prijoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni fil-kamp tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, li ssostni organizzazzjonijiet nazzjonali u tal-Unjoni involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika, u li tipprovdi informazzjoni dwar miżuri preventivi.

3.14.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (139).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (140)

15

15

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (141)

64

65

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.14.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (142) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (143) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.14.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.14.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.14.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.14.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

3.14.8.

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għall-2017 kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 468 676, jiġifieri 35 %, (2017: EUR 578 850, jiġifieri 40 %) u għat-Titolu III f’ammont ta’ EUR 4 333 792, jiġifieri 46 % (2017: EUR 2 933 897, jiġifieri 40 %). L-ammont eċċessiv ta’ riporti kemm għat-Titolu II kif ukoll għat-Titolu III juri li saret stima eċċessiva tal-ħtiġijiet baġitarji għall-2018 u jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità. Barra dan, il-kwistjoni turi li hemm it-tendenza li jsiru riporti rikorrenti ta’ ammonti sinifikanti minn sena finanzjarja għal oħra peress li ġew irrappurtati sejbiet simili għas-snin finanzjarji 2016 u 2017. Jeħtieġ li l-Aġenzija, flimkien mal-Kummissjoni, tanalizza r-raġunijiet għar-rikorrenza kostanti tar-riporti eċċessivi u ttejjeb l-ippjanar baġitarju kif meħtieġ.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN U TAL-EVALWAZZJONI ESTERNA

3.14.9.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar Kampanji għall-Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu u l-appoġġ għall-IT fl-EU-OSHA (144). L-Aġenzija qed tħejji pjan ta’ azzjoni biex tindirizza xi wħud mill-oqsma fejn jista’ jsir titjib.

3.14.10.

Evalwazzjoni esterna tal-aġenziji tal-UE li jaqgħu taħt il-mandat tad-DĠ Impjiegi (l-EU-OSHA, il-Eurofound, is-Cedefop u l-ETF) twettqet fl-2018, f’isem il-Kummissjoni, u kienet tirrigwarda r-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tagħhom (145).

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.14.11.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2016

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati kien għoli. L-Aġenzija tista’ tqis il-possibbiltà li tintroduċi approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati.

Għadha għaddejja

2016

L-arranġamenti kuntrattwali għall-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza fl-IT ma appoġġawx l-akkwisti b’valur għall-flus.

Ikkompletata

2016

Ir-Regolament fundatur tal-Aġenzija ma jirrikjedix b’mod espliċitu li jsiru evalwazzjonijiet esterni tal-attivitajiet tagħha.

Ikkompletata

2017

Jeħtieġ li l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tissaħħaħ billi dan jibda jirrapporta direttament lid-Direttur (amministrattiv) u lill-Bord tat-Tmexxija (funzjonali) tal-Aġenzija.

Ikkompletata

2017

Ir-riporti għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) kienu għoljin f’livell ta’ 40 % għal kull titolu jew EUR 3,5 miljun b’kollox, u dan imur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità. Ma hemm l-ebda evidenza li dawn ir-riporti huma relatati mal-infiq ippjanat matul il-proċess baġitarju.

Pendenti

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Aġenzija kienet għadha ma introduċiet l-ebda waħda mill-għodod tal-IT żviluppati mill-Kummissjoni.

Għadha għaddejja

2017

L-Aġenzija ma wettqitx analiżi komprensiva tal-impatt tal-BREXIT.

Ikkompletata

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

3.14.8.

Il-livell ta’ riport ‘il quddiem għat-Titolu II huwa prinċipalment dovut għal servizzi tal-IT ikkuntrattati fl-aħħar tas-sena wara d-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet u t-trasferiment għal-linja baġitarja assoċjata. Sabiex jiġi(u) antiċipat(i) tali trasferiment(i) fil-futur, lista ta’ xiri potenzjali addizzjonali tal-IT/xiri tista’ tiżdied u tiġi ġġustifikata - fil-każ ta’, pereżempju, negozjar mill-ġdid ta’ prezz favorevoli – bħala anness għad-Dokument ta’ Programmazzjoni Individwali.

Proporzjon sinifikanti mill-approprjazzjonijiet tat-Titolu III riportati għall-2019 jikkorrispondi għall-ewwel kuntratt minn żewġ kuntratti speċifiċi għal servizzi ta’ xogħol fuq il-post taħt l-istħarriġ dwar l-intrapriżi ESENER. Minħabba l-ispejjeż għoljin ta’ dawn is-servizzi meta mqabbla mal-baġit totali tat-Titolu 3 tal-aġenzija, il-proġett u l-iskeda ta’ akkwist huma ppjanati sabiex l-ispejjeż tax-xogħol fuq il-post ikunu jistgħu jinfirxu fuq il-baġits ta’ sentejn. Dan l-approċċ tal-proġett huwa l-istess bħal fiż-żewġ edizzjonijiet preċedenti tal-istħarriġ, li saru fl-2009 u fl-2014 u ġie deskritt fil-programm ta’ ħidma, l-ABB u l-pjan ta’ akkwist tal-aġenzija. Dan ġie speċifikat ukoll fil-valutazzjoni ex ante tal-proġett li ġiet approvata mill-bord u riflessa fid-dokumenti tal-offerta. B’mod aktar ġenerali, fir-rigward ta’ attivitajiet operattivi oħra, l-ipprogrammar ta’ proġetti ta’ riċerka fuq skala kbira li jdumu għaddejjin sentejn huwa approċċ meħud mill-EU-OSHA biex jinkiseb impatt akbar fuq ir-riżorsi disponibbli. Ir-riporti huma karatteristika ppjanata ta’ approċċ bħal dan u huma previsti fid-dokumenti ta’ ppjanar tal-aġenzija msemmija hawn fuq

3.15.   FONDAZZJONI EWROPEA GĦAT-TITJIB TAL-KUNDIZZJONIJIET TAL-ĦAJJA U TAX-XOGĦOL (EUROFOUND)

INTRODUZZJONI

3.15.1.

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (minn hawn’il quddiem“il-Fondazzjoni”, jew il-“Eurofound”), li tinsab f’Dublin, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (146), li tħassar bir-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (147). Il-kompitu tal-Fondazzjoni huwa li tikkontribwixxi għall-ippjanar u t-twaqqif ta’ kundizzjonijiet aħjar tal-ħajja u tax-xogħol fl-Unjoni billi żżid u xxerred għarfien li huwa rilevanti għal dan is-suġġett.

3.15.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Fondazzjoni (148).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Fondazzjoni

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (149)

20

21

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (150)

100

101

Sors:

Data pprovduta mill-Fondazzjoni.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.15.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Fondazzjoni, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (151) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (152) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.15.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Fondazzjoni għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Fondazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.15.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.15.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.15.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

3.15.8.

Fl-2014, il-Kummissjoni, f’isem aktar minn 50 Istituzzjoni u korp tal-UE (inkluża l-Eurofound), iffirmat kuntratt qafas ma’ kuntrattur partikolari għall-akkwist ta’ softwer, liċenzji u l-forniment ta’ manutenzjoni u konsulenza relatati tal-IT. Minħabba l-volatilità tas-suq tas-softwer, il-kuntratt ma jinkludix lista ta’ prezzijiet, u l-kuntrattur qafas jaġixxi bħala intermedjarju bejn il-Fondazzjoni u l-fornituri li jistgħu jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-Fondazzjoni. Għal dawn is-servizzi intermedjarji, il-kuntrattur qafas huwa intitolat li japplika żidiet ta’ minn 2 % sa 9 % fuq il-prezzijiet tal-fornituri. Fl-2018, il-pagamenti totali li saru lill-kuntrattur qafas ammontaw għal EUR 88 166. Il-kontrolli ex ante li twettqu mill-Eurofound ma kinux effettivi, billi ma ġiex ivverifikat jekk il-prezzijiet u ż-żidiet mitluba mill-kuntrattur qafas kinux korretti. Il-kuntratt qafas innifsu jista’ jillimita l-kompetizzjoni, billi ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-kuntrattur qafas jagħżel il-fornituri fuq bażi kompetittiva. Jeħtieġ li l-Fondazzjoni tadatta l-kontrolli ex ante fuq il-pagamenti li jsiru taħt dawn il-kuntratti u tiżgura li jkun hemm proċedura kompetittiva għall-akkwisti kollha (153).

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN U TAL-EVALWAZZJONIJIET ESTERNI

3.15.9.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet u allokazzjoni tar-riżorsi (riżorsi umani u finanzjarji) fil-Eurofound (154). Il-Fondazzjoni u l-IAS qablu dwar pjan għal azzjoni korrettiva.

3.15.10.

Evalwazzjoni esterna tal-aġenziji tal-UE li jaqgħu taħt il-mandat tad-DĠ Impjiegi (il-Eurofound, is-Cedefop, l-ETF u l-EU-OSHA) twettqet fl-2018, f’isem il-Kummissjoni, u kienet tirrigwarda r-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tagħhom (155).

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.15.11.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2016

Fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali għall-2014, il-Qorti rrappurtat pagamenti insuffiċjenti li saru lill-persunal għall-perjodu 2005 sa 2014, u li kienu relatati mat-tranżizzjoni għar-Regolamenti l-ġodda tal-Persunal tal-UE fl-2005. Jeħtieġ li l-Fondazzjoni terġa’ tanalizza kull żball possibbli.

Ikkompletata

2016

Il-livell għoli ta’ riporti baġitarji jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità. Il-Fondazzjoni tista’ tqis il-possibbiltà li tintroduċi approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati.

Ikkompletata

2016

Ir-regolament fundatur tal-Fondazzjoni ma jeħtieġx b’mod espliċitu li jsiru evalwazzjonijiet esterni tal-attivitajiet tagħha.

Ikkompletata

2017

Jeħtieġ li l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tissaħħaħ billi dan jibda jirrapporta direttament lid-Direttur (amministrattiv) u lill-Bord ta’ Governanza (funzjonali) tal-Fondazzjoni.

Ikkompletata

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, il-Fondazzjoni kienet introduċiet l-għodod għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing) u għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) għal ċerti proċeduri, iżda mhux dawk għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission).

Għadha għaddejja

RISPOSTA TAL-FONDAZZJONI

3.15.8.

Il-kuntratt inkwistjoni ġie stabbilit mid-DĠ DIGIT tal-Kummissjoni (imsejjaħ il-kuntratt qafas tas-SIDE) b’mod li l-prezzijiet ikkwotati diġà kienu jinkludu ż-żieda. Il-verifika ex ante kienet ibbażata fuq it-tqabbil ma’ ordnijiet passati ta’ kategoriji ta’ prodotti simili kif ukoll ma’ għarfien ġenerali tas-suq ta’ prezzijiet tas-softwer. Żidiet sinifikanti fil-prezzijiet jew differenzi regolari fil-prezzijiet kienu jkunu raġuni biex issir analiżi aktar fil-fond li kienet issir fejn meħtieġ. Fi kwalunkwe każ, il-kuntratt qafas tas-SIDE reċentement skada u ġie sostitwit b’kuntratt qafas multiplu, SIDE II. F’dan il-kuntratt il-kwistjonijiet imsemmija fl-osservazzjoni tal-Qorti ġew indirizzati, jiġifieri l-kwotazzjonijiet issa juru biċ-ċar il-prezzijiet oriġinali tal-kuntrattur biż-żieda (f’%) applikata.

3.16.   AĠENZIJA TAL-GNSS EWROPEA (SISTEMA GLOBALI TA’ NAVIGAZZJONI BIS-SATELLITA) (GSA)

INTRODUZZJONI

3.16.1.

L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita) (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, jew il-“GSA”), li ġiet rilokata minn Brussell għal Praga fl-1 ta’ Settembru 2012 (156), ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (157), li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 (158) dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (159). L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, li ġiet stabbilita taħt ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004, fl-1 ta Jannar 2007 ħadet uffiċjalment taħt ir-responsabbiltà tagħha l-kompiti kollha li qabel kienu assenjati lill-Impriża Konġunta GALILEO. Dawn l-attivitajiet issa huma mmaniġġjati mill-“Aġenzija tal-GNSS Ewropea” fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 912/2010, kif emendat. Barra minn hekk, permezz ta’ ftehim ta’ delega, il-Kummissjoni inkarigat lill-Aġenzija bl-isfruttar tas-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS).

3.16.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (160).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (161)

704 (162)

1 174  (163)

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (164)

166

170

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.16.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (165) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (166) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.16.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.16.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.16.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Kwistjoni oħra

3.16.7.

Fil-15 ta’ Diċembru 2016, l-Aġenzija ffirmat Kuntratt Qafas dwar l-isfruttar tas-sistema bis-satellita Galileo matul il-perjodu mill-2017 sal-2027, li kien jammonta għal EUR 1,5 biljun. Il-kuntratt ingħata wara li saret proċedura ta’ akkwist pubbliku. Wieħed mill-offerenti involuti nieda proċedimenti legali kontra l-Aġenzija fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, fejn huwa qed jikkontesta l-eżitu tal-proċedura ta’ akkwist. Is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja se tiddeċiedi dwar il-legalità u r-regolarità tal-proċedura ta’ akkwist għall-kuntratt qafas u l-kuntratti speċifiċi u pagamenti futuri kollha relatati. L-Aġenzija ddivulgat u spjegat il-kwistjoni fir-rapporti finanzjarji 2018, u pprovdiet ukoll informazzjoni li EUR 121 miljun (EUR 49 miljun fl-2017), li jirrappreżentaw 10 % tal-baġit għall-2018 inklużi l-ammonti riċevuti permezz ta’ ftehimiet ta’ delega, tħallsu taħt il-kuntratt qafas.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.16.8.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar il-Governanza tal-IT fil-GSA (167). L-Aġenzija ħejjiet pjan ta’ azzjoni biex tindirizza xi wħud mill-oqsma fejn jista’ jsir titjib.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.16.9.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2014

Ma hemm l-ebda kopertura tal-assigurazzjoni għal assi tanġibbli fissi.

Għadha għaddejja

2015

L-aħħar validazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi twettqet fl-2012.

Ikkompletata

2015

Ma hemm l-ebda Pjan tal-Kontinwità tal-Operat stabbilit għall-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija fi Praga u għall-Aġenzija fl-intier tagħha.

Għadha għaddejja

2015

Il-Programm ta’ Ħidma Annwali (AWP) tal-Aġenzija għall-2015 ġie adottat biss f’Marzu 2015 u l-adozzjoni tal-Programm ta’ Ħidma Pluriennali tagħha għall-perjodu 2014-2020 għadha pendenti.

Ikkompletata

2017

L-Aġenzija ġiet rilokata u l-missjoni tagħha ġiet iddefinita mill-ġdid fl-2013. Ir-Regolament Finanzjarju tagħha ġie rivedut fl-2014 u l-Aġenzija ddelegat il-funzjoni kontabilistika tagħha lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni fl-2015. Għalkemm dawn l-avvenimenti rriżultaw f’modifiki sinifikanti għall-proċeduri tal-Aġenzija, is-sistema kontabilistika ma ġietx ivvalidata mill-ġdid mill-2012.

Ikkompletata

2017

L-Aġenzija tippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tagħha u fuq il-midja soċjali, iżda mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Għadha għaddejja

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Aġenzija kienet għadha mhix qed tuża dawn l-għodod tal-IT żviluppati mill-Kummissjoni.

Pendenti

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti.

Aġenziji ffinanzjati taħt l-Intestatura 2 tal-QFP – Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

3.17.   AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-AMBJENT (EEA)

INTRODUZZJONI

3.17.1.

L-Aġenzija tal-Ambjent Ewropew (l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent) (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, jew l-“EEA”), li tinsab f’Copenhagen, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 (168). L-Aġenzija hija responsabbli mill-istabbiliment ta’ netwerk ta’ osservazzjoni li jipprovdi lill-Kummissjoni, lill-Parlament, lill-Istati Membri u, b’mod aktar ġenerali, lill-pubbliku b’informazzjoni ta’ min joqgħod fuqha dwar l-istat tal-ambjent. Din l-informazzjoni għandha, b’mod partikolari, tippermetti lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni ħalli jissalvagwardjaw l-ambjent u jivvalutaw l-effettività ta’ tali azzjoni.

3.17.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (169).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (170)

42

43

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (171)

212

204

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija; tinkludi kemm il-baġit ta’ bażi kif ukoll dak ġenerali.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.17.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (172) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (173) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.17.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.17.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.17.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.17.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

3.17.8.

L-Aġenzija tterminat kuntratt ta’ EUR 1,4 miljun għall-konsulenza fl-IT minħabba li l-prestazzjoni tal-kuntrattur ma kinitx sodisfaċenti. Ftit xhur aktar tard u b’segwitu għal proċedura ta’ akkwist pubbliku ġdida, l-Aġenzija ffirmat kuntratt ġdid ta’ EUR 2 miljun f’kaskata, għall-istess tip ta’ servizzi ma’ konsorzju mmexxi mill-istess kuntrattur. Madankollu, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma fihomx elementi li jinnewtralizzaw ir-riskju li jerġgħu jinħolqu problemi simili taħt il-kuntratt il-ġdid. Jeħtieġ li l-Aġenzija tagħti kuntratti fil-każ biss li tkun tista’ tistenna li l-prestazzjoni tkun sodisfaċenti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

3.17.9.

Għall-forniment ta’ servizzi lokali ta’ monitoraġġ tal-art taħt il-programm Copernicus, l-Aġenzija kkuntrattat servizzi għal ammont li kien EUR 111 000 aktar mil-limitu massimu tal-kuntratt qafas regolatorju. Minħabba dan, l-Aġenzija żiedet il-limitu massimu tal-kuntratt qafas b’EUR 112 000. Madankollu, hija ma fformalizzatx dan permezz ta’ emenda fil-kuntratt. Jeħtieġ li l-Aġenzija tifformalizza kull modifika li ssir fil-kuntratti f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku

3.17.10.

L-Aġenzija ma għandhiex politika aġġornata li tkopri karigi sensittivi u li tidentifika funzjonijiet sensittivi, iżżommhom aġġornati, u tiddefinixxi miżuri xierqa biex timmitiga r-riskju ta’ interessi personali. Jeħtieġ li l-Aġenzija tadotta u timplimenta tali politika dwar karigi sensittivi mingħajr dewmien.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.17.11.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2016

L-użu ta’ kuntratt qafas interistituzzjonali tal-Kummissjoni għall-akkwist ta’ softwer, liċenzji u l-forniment ta’ manutenzjoni u konsulenza relatati tal-IT ma żgurax li jkun hemm kompetizzjoni suffiċjenti u lanqas l-applikazzjoni tas-soluzzjoni l-aktar ekonomika.

M/A

2017

Jeħtieġ li l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tissaħħaħ billi dan jibda jirrapporta direttament lid-Direttur (amministrattiv) u lill-Bord ta’ Tmexxija (funzjonali) tal-Aġenzija.

Pendenti

(L-Aġenzija ma taqbilx) (174)

2017

L-EEA ffaċċjat dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni 2016 ta’ wieħed miċ-Ċentri Tematiċi Ewropej.

Ikkompletata

2017

Xi dgħufijiet ġew identifikati f’bosta proċeduri ta’ akkwist pubbliku.

M/A

2017

Il-kompetizzjoni fil-prezzijiet għal bosta sejħiet għall-offerti b’valur għoli kienet ibbażata esklussivament fuq ir-rati ta’ kuljum offruti għal ċerti profili, u mhux fuq iż-żmien li kien stmat meħtieġ għall-ikkompletar tal-kompiti. Kuntratti qafas ġew iffirmati ma’ offerent wieħed biss, filwaqt li l-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni bejn offerenti differenti jkun jista’ jwassal għal riżultati aħjar fil-każ ta’ kuntratti speċifiċi.

M/A

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Aġenzija kienet introduċiet l-għodod għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing) u għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) għal ċerti proċeduri, iżda mhux dawk għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission).

Ikkompletata

2017

Ġew innutati bosta dgħufijiet fil-proċeduri ta’ reklutaġġ organizzati mill-Aġenzija.

M/A

2017

L-Aġenzija tippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tagħha u fuq il-midja soċjali, iżda mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Għadha għaddejja

2017

L-Aġenzija daħlet f’diversi impenji legali relatati mal-programm Copernicus qabel ma rċeviet il-prefinzjament mill-Kummissjoni, li jmur kontra r-Regoli tal-Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.

Ikkompletata

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

3.17.8.

L-Aġenzija taqbel li l-kuntratti għandhom jingħataw biss f’każijiet fejn tista’ tkun mistennija prestazzjoni sodisfaċenti. Għal dik ir-raġuni, il-kuntratt qafas tas-servizz ikkonċernat huwa kuntratt multiplu mogħti f’kaskata lil tliet operaturi ekonomiċi, u dan fil-fatt itaffi r-riskju ta’ prestazzjoni insuffiċjenti potenzjali. Tabilħaqq dan jiżgura li kuntrattur wieħed jew ieħor ikun jista’ jwettaq kuntratt wara l-ieħor, u b’hekk tiġi evitata d-dipendenza fuq kuntrattur wieħed u għaldaqstant tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat f’każ li kuntrattur wieħed ma jkunx f’pożizzjoni li jwettaq il-kompiti tiegħu, jew f’każ li wieħed mill-kuntratti fil-kaskata jkollu jiġi terminat. Barra minn hekk, il-kuntrattur ikklassifikat fl-ewwel pożizzjoni tal-kaskata huwa konsorzju magħmul minn żewġ operaturi ekonomiċi, li bil-kapaċità teknika u professjonali kkombinata tagħhom rikonoxxuta mill-kumitat tal-evalwazzjoni, joffri riassigurazzjoni addizzjonali għall-prestazzjoni sodisfaċenti tal-kuntratt. Barra minn hekk, il-kuntratt qafas jinkludi dispożizzjonijiet dwar danni likwidati u tnaqqis fil-prezz, li jistgħu joperaw kemm bħala miżura ta’ inċentiv sabiex tiġi żgurata prestazzjoni sodisfaċenti kif ukoll bħala miżura ta’ mitigazzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil. Fl-aħħar nett, ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni maħtur biex il-kuntratt jingħata lill-offerta li għaddiet b’suċċess l-evalwazzjoni, hija ovvjament indikazzjoni li tista’ tiġi mistennija prestazzjoni sodisfaċenti. Fi kwalunkwe każ, il-prestazzjoni sodisfaċenti tista’ tiġi ttestjata biss meta il-kuntratt qafas jiġi implimentat permezz ta’ kuntratt speċifiku. Barra minn hekk, miżuri ta’ mitigazzjoni effettivi jistgħu jiġu kkunsidrati biss matul in-negozjati għall-għoti ta’ kuntratt speċifiku abbażi tal-karatteristiċi tat-talba għal servizz u l-offerta proposta mill-kuntrattur.

3.17.9.

L-Aġenzija tikkunsidra li ż-żieda tal-limitu massimu tal-baġit tal-kuntratt qafas hija deċiżjoni interna, li ma taffettwax lill-kuntrattur minħabba li ma tagħtihx id-dritt li jitlob volum speċifiku ta’ akkwisti. Barra minn hekk, l-Aġenzija segwiet l-istruzzjonijiet u l-gwida stabbiliti fil-Vademecum dwar l-Akkwist Pubbliku abbozzat mis-Servizz Finanzjarju Ċentrali tad-DĠ BUDG, u l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli ffirma nota għall-fajl li tinkludi l-bażi legali u l-ġustifikazzjoni għall-modifika. Il-modifika fil-kuntratt qafas se tkun soġġetta għal pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-Aġenzija sat-30 ta’ Ġunju 2019, b’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fir-regoli tal-applikazzjoni tar-regoli finanzjarji (FR2012).

3.17.10.

Fir-rigward tal-mistoqsija ta’ karigi sensittivi, il-maniġment tal-EEA wettaq inventarju tal-karigi sensittivi sa mill-2009, inkluż valutazzjoni tar-riskji u kontrolli ta’ mitigazzjoni stabbiliti. Dokument ta’ referenza huwa disponibbli fir-rigward tal-proċess ta’ identifikazzjoni u bħalissa qiegħed taħt rieżami biex jirrifletti l-bidliet li ġejjin mir-riorganizzazzjoni tal-EEA li saret f’Settembru 2018. Id-dokument ta’ referenza huwa msejjaħ “linji gwida dwar l-identifikazzjoni u l-maniġment ta’ karigi sensittivi”. Huwa allinjat mal-gwida ta’ kontroll intern mill-Kummissjoni Ewropea. Id-dokument ta’ referenza aġġornat (linji gwida) mhux se jiddevja fl-essenza tiegħu minn dak li hemm fis-seħħ bħalissa, peress li l-aspetti ġenerali u l-kontrolli ta’ mitigazzjoni jibqgħu essenzjalment l-istess.

3.18.   AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-KONTROLL TAS-SAJD (EFCA)

INTRODUZZJONI

3.18.1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, jew l-“EFCA”), li tinsab f’Vigo, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (175). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li torganizza l-koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni tas-sajd mill-Istati Membri sabiex tiġi żgurata applikazzjoni effettiva u uniformi tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd.

3.18.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (176).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (177)

17

17

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (178)

72

77

Sors:

Ddata pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.18.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (179) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (180) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.18.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.18.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.18.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.18.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

3.18.8.

Fl-2014, il-Kummissjoni, f’isem aktar minn 50 Istituzzjoni u korp tal-UE (inkluża l-EFCA), iffirmat kuntratt qafas ma’ kuntrattur partikolari għall-akkwist ta’ softwer, liċenzji u l-forniment ta’ manutenzjoni u konsulenza relatati tal-IT. Minħabba l-volatilità tas-suq tas-softwer, il-kuntratt ma jinkludix lista ta’ prezzijiet. Il-kuntrattur qafas jaġixxi bħala intermedjarju bejn l-Aġenzija u fornituri li jistgħu jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-Aġenzija. Għal dawn is-servizzi intermedjarji, il-kuntrattur qafas huwa intitolat li japplika żidiet ta’ minn 2 % sa 9 % fuq il-prezzijiet tal-fornituri. Fl-2018, il-pagamenti totali li saru lill-kuntrattur qafas ammontaw għal EUR 192 112. Il-kontrolli ex ante li twettqu mill-EFCA ma kinux effettivi, billi ma ġiex ivverifikat jekk il-prezzijiet u ż-żidiet mitluba mill-kuntrattur qafas kinux korretti. Il-kuntratt qafas innifsu jista’ jillimita l-kompetizzjoni, billi ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-kuntrattur qafas jagħżel il-fornituri fuq bażi kompetittiva. Jeħtieġ li l-Aġenzija tadatta l-kontrolli ex ante fuq il-pagamenti li jsiru taħt dawn il-kuntratti u tiżgura li jkun hemm proċedura kompetittiva għall-akkwisti kollha (181).

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.18.9.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar Ippjanar, Ibbaġitjar u Monitoraġġ fl-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (182). L-Aġenzija u l-IAS qablu dwar pjan għal oqsma fejn jista’ jsir titjib.

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

3.18.8.

L-EFCA tilqa’ l-kummenti tal-QEA u se tikkunsidrahom. Fir-rigward tal-kuntratt qafas interistituzzjonali ffirmat bejn DIGIT u Comparex, l-EFCA ma kinitx ikkonċernata direttament bid-definizzjoni tiegħu u ma kellha l-ebda possibbiltà li tbiddel il-kundizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet tal-Kuntratt Qafas (FWC). L-EFCA ssieħbet mal-kuntratt qafas il-ġdid iffirmat minn DIGIT għax-xiri tal-istess tip ta’ prodotti. Il-kwistjonijiet imqajma fir-rigward tal-kuntratt l-antik jidhru li ġew indirizzati, u l-EFCA se timplimenta dan il-kuntratt qafas il-ġdid skont dan. Fir-rigward tal-prezzijiet, l-EFCA kellha l-prattika li tivverifika l-kwotazzjonijiet li tirċievi kontra l-RRP (Recommended Retail Prices - Prezzijiet Rakkomandati għall-Konsumaturi) ippubblikati mill-bejjiegħa, prezzijiet li kienu tħallsu qabel, u prezzijiet magħrufa għal prodotti alternattivi. B’mod konsistenti l-EFCA sabet li l-kwotazzjonijiet kienu inqas mill-RRP. B’dan il-mod ġie żgurat li l-EFCA rċeviet valur tajjeb għall-flus. Kwalunkwe diskrepanza fil-prezz ikkwotat jew żieda f’daqqa jew sinifikanti fil-prezz tiġi nnutata u investigata aktar qabel ma tiġi ffirmata l-ordni.

Aġenziji ffinanzjati taħt l-Intestatura 3 tal-QFP – Sigurtà u ċittadinanza

3.19.   AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦAT-TAĦRIĠ FL-INFURZAR TAL-LIĠI (CEPOL)

INTRODUZZJONI

3.19.1.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, jew is-CEPOL), li tinsab f’Budapest, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (183) li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (184). Il-kompitu tal-Aġenzija huwa li taħdem bħala netwerk u li tiġbor flimkien l-istituti nazzjonali ta’ taħriġ tal-pulizija fl-Istati Membri biex tipprovdi sessjonijiet ta’ taħriġ, ibbażati fuq standards komuni, għall-uffiċjali għolja tal-pulizija.

3.19.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (185).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (186)

9

10

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (187)

53

51

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.19.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (188) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (189) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.19.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.19.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.19.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.19.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

3.19.8.

F’Diċembru 2017, is-CEPOL niedet sejħa għall-offerti biex tikkonkludi kuntratt qafas ta’ erba’ snin b’volum tas-suq stmat ta’ EUR 8,5 miljun għall-arranġamenti tal-ivvjaġġar għall-persunal proprju tagħha u għall-parteċipanti fit-taħriġ. Il-kriterji tal-għoti taw ponderazzjoni ta’ 60 % għall-kwalità u 40 % għall-prezz. Tliet offerti mis-sitta li ġew riċevuti qabżu s-soll minimu tal-kwalità. Il-prezz offrut mill-offerent li ngħata l-kuntratt, ibbażat fuq xenarju mħejji mill-Aġenzija, kien ta’ 56 % tal-prezz medju offrut miż-żewġ offerenti l-oħra. Il-kuntratt ingħata mingħajr ma ntalbet spjegazzjoni mill-offerent magħżul għar-raġuni għalfejn l-offerta kienet potenzjalment aktar baxxa, b’mod anormali. Il-pagamenti li saru fl-2018 taħt il-kuntratt ammontaw għal EUR 2 058 073. Għal offerti li jkunu aktar baxxi b’mod potenzjalment anormali, jeħtieġ li l-Aġenzija titlob u tanalizza r-raġunijiet biex tiżgura li l-offerti jkunu sostenibbli.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.19.9.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2016

Hemm dawran għoli tal-persunal li jista’ jkollu impatt fuq il-kontinwità tal-operat u fuq il-kapaċità tal-Aġenzija li timplimenta l-attivitajiet previsti fil-programm ta’ ħidma tagħha. Kien hemm biss għadd limitat ta’ applikazzjonijiet mill-Istati Membri l-oħra.

Għadha għaddejja

2017

Minkejja l-modifiki sinifikanti għall-proċeduri tal-Aġenzija, is-sistema kontabilistika ma ġietx ivvalidata mill-ġdid mill-2013.

Ikkompletata

2017

F’Diċembru 2016, l-Aġenzija ffirmat kuntratt qafas ta’ erba’ snin għall-valur ta’ EUR 1,6 miljun, ma’ kumpanija partikolari, għall-forniment ta’ persunal temporanju. L-uniku kriterju kompetittiv għall-proċedura ta’ akkwist kien il-prezz, u l-kwalità ma tqisitx.

M/A

2017

L-Aġenzija ma wettqitx analiżi komprensiva tal-impatt tal-BREXIT.

Ikkompletata

2017

L-Aġenzija tippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tagħha u fuq il-midja soċjali, iżda mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Għadha għaddejja

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Aġenzija kienet introduċiet l-għodod għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing) u għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering), iżda mhux dawk għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission).

Pendenti

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

3.19.8.

L-Aġenzija ħadet nota tal-kummenti tal-Qorti u taqbel li r-Regolament Finanzjarju jimponi fuq l-awtorità kontraenti l-obbligu li tfittex kjarifiki dwar offerti li jidhru anormalment baxxi. Fil-każ preżenti, il-kumitat ta’ evalwazzjoni ma pproċediex biex ifittex kjarifiki peress li minħabba x-xogħol tagħhom ta’ kuljum, huma kienu konxji mill-prezzijiet mitluba mill-kumpanija li kellha l-kuntratt preċedenti u għaldaqstant kienu kapaċi jidentifikaw li l-ipprezzar ipprovdut mill-kuntrattur li kien għadu kif ingħata l-offerta kien sinifikament ogħla minn dak ta’ qabel. Barra minn hekk, tnejn mit-tliet offerti li laħqu l-evalwazzjoni finanzjarja ppreżentaw prezzijiet li kienu f’bandwidth simili, filwaqt li t-tielet kumpanija offriet prezzijiet sinifikament ogħla. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kumitat ta’ Evalwazzjoni ċaħad ir-riskju ta’ offerta anormalment baxxa; madankollu, aħna naċċettaw l-osservazzjoni tal-Qorti li din il-valutazzjoni ma ġietx ifformalizzata fir-rapport ta’ evalwazzjoni.

3.20.   UFFIĊĊJU EWROPEW TA’ APPOĠĠ FIL-QASAM TAL-ASIL (EASO)

INTRODUZZJONI

3.20.1.

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju” jew l-“EASO”), li jinsab fil-Belt Valletta, ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (190) bl-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni prattika dwar kwistjonijiet ta’ asil u li jgħin lill-Istati Membri jwettqu l-obbligi Ewropej u internazzjonali tagħhom biex jagħtu protezzjoni lil nies fil-bżonn. Fil-kuntest tal-kriżi tal-migrazzjoni, l-Uffiċċju ilu jipprovdi appoġġ lill-Greċja u lill-Italja sa mill-2015.

3.20.2.

L-opinjonijiet tal-awditjar u l-osservazzjonijiet tagħna għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2017 irriflettew l-avvenimenti u l-kundizzjonijiet li, fihom infushom, seta’ probabbilment ikollhom impatt fuq it-tmexxija tal-operat tal-Uffiċċju f’termini ta’ konformità mal-qafas legali applikabbli (fil-biċċa l-kbira fir-rigward tal-akkwist u r-reklutaġġ). Essenzjalment, dawn l-avvenimenti u l-kundizzjonijiet ma nbidlux.

3.20.3.

L-Uffiċċju jimmaniġġja l-operazzjonijiet relatati mal-kriżi tar-refuġjati f’ambjent deċentralizzat, flimkien ma’ bosta uffiċċji reġjonali fl-Italja u l-Greċja, u, mill-2018, f’Ċipru. Dan l-ambjent deċentralizzat jikkostitwixxi sfida importanti oħra għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet f’konformità mal-qafas legali applikabbli.

3.20.4.

Fit-twettiq tal-operazzjonijiet tiegħu, l-EASO, bl-għadd limitat ta’ madwar 200 membru tal-persunal li għandu, jiddependi fuq il-kooperazzjoni tal-Istati Membri u fuq is-sekondar ta’ esperti nazzjonali, kif stabbilit fir-Regolament tiegħu. Minħabba l-għadd dejjem limitat ta’ esperti nazzjonali li l-Istati Membri qiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu, l-EASO kompla juża arranġamenti alternattivi billi kkuntratta ħaddiema interim u servizzi ta’ interpretar minn operaturi ekonomiċi. Fl-2018, minn bejn wieħed u ieħor 569 espert li ġew skjerati fil-Greċja, madwar 243 (43 %) kienu ħaddiema interim u minn bejn wieħed u ieħor 60 116-il jum tax-xogħol li ġew irreġistrati, madwar 40 947 (68 %) inħadmu minn ħaddiema interim. Fl-istess perjodu, minn bejn wieħed u ieħor 373 espert li ġew skjerati fl-Italja, madwar 221 (59 %) kienu ħaddiema interim u minn bejn wieħed u ieħor 43 584 jum tax-xogħol li ġew irreġistrati, madwar 35 137 (81 %) inħadmu minn ħaddiema interim. Id-delegar tal-kompiti ewlenin tal-EASO lil operaturi ekonomiċi, li jseħħ f’livell tant għoli, jagħti lok għal dipendenza kritika u riskju permanenti għall-kontinwità tal-operat tal-EASO, u dan f’qasam sensittiv li huwa kruċjali għall-ġestjoni effettiva tal-flussi migratorji lejn l-Ewropa.

3.20.5.

In-natura tal-operazzjonijiet tal-Uffiċċju tagħmliha diffiċli biex it-twaqqit u d-durata tagħhom jiġu previsti. B’riżultat ta’ dan, huwa diffiċli li l-EASO jbassar liema arranġamenti operazzjonali huma l-aktar vantaġġużi minn perspettiva ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, sew jekk ikun biex iqabbad persunal intern jew estern jew anke biex jiddetermina d-durata tal-ftehimiet ta’ kiri fil-lokalitajiet differenti.

3.20.6.

Il-proċess twil ta’ negozjati dwar ir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil jiddevja r-riżorsi tal-EASO, li diġà mhumiex suffiċjenti, lejn piż konsiderevoli ta’ xogħol ta’ tħejjija, u dan ikompli jnaqqas ir-riżorsi disponibbli għat-twettiq tal-kompiti operazzjonali.

3.20.7.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju (191).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (192)

79

98

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (193)

200

207

Sors:

Data pprovduta mill-Uffiċċju.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.20.8.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Uffiċċju, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (194) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (195) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.20.9.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Uffiċċju għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.20.10.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.20.11.

Fir-rapporti tal-awditjar tagħha għas-snin finanzjarji 2016 u 2017, il-Qorti kienet ikkonkludiet li l-kuntratti dwar il-forniment ta’ ħaddiema interim fil-Greċja, is-servizzi tal-ivvjaġġar għall-Uffiċċju u l-kiri għall-bini tal-Uffiċċju f’Lesbos huma irregolari. Il-pagamenti li saru fl-2018 taħt dawn il-kuntratti ammontaw għal EUR 3 405 970 (4 % tal-pagamenti totali għall-2018).

Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.20.12.

Fl-opinjoni tagħna, bl-eċċezzjoni għall-effetti spjegati fil-paragrafu “Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti”, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Kwistjoni oħra

3.20.13.

Minn tmiem l-2017 ’il quddiem, is-sitwazzjoni tar-riżorsi umani fl-Uffiċċju kienet iddeterjorat b’mod esponenzjali. Fl-2018, l-EASO għamel ir-regoli ta’ reklutaġġ aktar trasparenti. Sa tmiem l-2018, l-EASO kellu 219-il membru tal-persunal. Kienu ntbagħtu 89 ittra ta’ offerta u ġew iffirmati 60 kuntratt. Madankollu, iż-żieda netta reali tal-persunal fl-EASO kienet marġinali fl-2018 u kien għad fadal 78 post battal x’jimtlew sa tmiem is-sena. In-nuqqas ta’ maniġers fid-dipartiment amministrattiv huwa ta’ tħassib partikolari. Sa tmiem l-2018, erbgħa mill-ħames postijiet maniġerjali kienu jew għadhom ma ntlewx jew inkella l-persuni li kienu qed jokkupawhom ġew sospiżi mid-dmirijiet tagħhom. Post maniġerjali wieħed imtela fuq bażi ad interim. B’mod ġenerali, din is-sitwazzjoni tinvolvi riskju sinifikanti għall-kontinwità tal-operazzjonijiet tal-Uffiċċju fuq l-iskala attwali, u jeħtieġ li l-Uffiċċju jagħmel sforzi addizzjonali biex jimla l-postijiet battala, f’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni u l-Istati Membri.

3.20.14.

In-nuqqas ta’ arranġamenti komprensivi rigward l-akkomodazzjoni ta’ timijiet ta’ appoġġ fil-qasam tal-asil u ta’ forzi oħra tal-EASO fl-Istati Membri (eż. fir-rigward ta’ privileġġi u immunitajiet għall-persunal proprju tal-EASO, għall-esperti tal-Istati Membri u għall-esperti kkuntrattati) joħloq riskju operazzjonali, finanzjarju u reputazzjonali sinifikanti. Jeħtieġ li l-Uffiċċju, flimkien mal-Kummissjoni, ikompli jfittex arranġamenti effettivi mal-Istati Membri rigward l-akkomodazjoni ta’ timijiet ta’ appoġġ fil-qasam tal-asil u ta’ forzi oħra tal-EASO.

3.20.15.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.20.16.

L-Uffiċċju juża kuntratti ta’ servizzi ma’ kumpaniji tal-IT li ġew ifformulati b’mod li jista’ jimplika li sar assenjar (“mise à disposition”) ta’ ħaddiema temporanji minn aġenzija tax-xogħol, minflok is-servizzi tal-IT jew il-prodotti ddefiniti b’mod ċar. Il-forniment ta’ ħaddiema temporanji minn aġenzija tax-xogħol (ħaddiema interim) biex iwettqu kompiti preċiżi għal durata speċifika f’impriża li tħaddimhom huwa suġġett għad-Direttiva 2008/104/KE dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija u għal regoli speċifiċi adottati mill-Istati Membri fit-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva. Skont ir-regolamenti ta’ Malta dwar ħaddiema minn aġenzija tax-xogħol temporanju ta’ Malta, huma biss l-aġenziji tax-xogħol temporanju rreġistrati li huma awtorizzati jipprovdu ħaddiema interim lil impriżi li jħaddmuhom (f’dan il-każ l-EASO). L-użu ta’ kuntratti ta’ servizzi tal-IT għall-forniment ta’ ħaddiema ma jkunx jikkonforma mar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE u mar-regoli tal-UE dwar is-servizzi soċjali u l-impjiegi. Jeħtieġ li l-Uffiċċju jiżgura li fil-formulazzjoni ta’ kuntratti tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni bejn l-akkwist ta’ servizzi tal-IT u ta’ ħaddiema interim.

3.20.17.

Fl-2018, l-Uffiċċju nieda proċedura miftuħa ta’ akkwist pubbliku biex jistabbilixxi kuntratti qafas għall-forniment ta’ servizzi minn ħaddiema temporanji fl-Italja għal perjodu ta’ erba’ snin b’ammont massimu ta’ EUR 50 miljun. L-Uffiċċju temm il-proċedura għar-raġuni li rċieva offerta waħda biss. Barra minn hekk, l-Uffiċċju qies li din l-offerta ma kinitx aċċettabbli billi l-offerta finanzjarja kienet taqbeż l-ammont massimu stmat għall-baġit. Aħna sibna li l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta kien fihom żball importanti li kien jammonta għal EUR 25 miljun. L-EASO kien stieden lill-kandidati biex jipprovdi offerta għal għadd definit ta’ xhur u salarju gross definit li kellu jitħallas lill-persunal interim għal ammont totali ta’ inqas minn EUR 50 000 000. Madankollu, din l-offerta kienet tkun possibbli biss fil-każ li l-fornitur ma jħallasx it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali meħtieġa mil-liġijiet Taljani (li jkunu jammontaw għal madwar EUR 25 miljun). Għalhekk, huwa probabbli li kandidati possibbli oħra żammew lura milli jippreżentaw offerti lill-EASO peress li l-ispeċifikazzjonijiet ma ppermettewx li jiġi ppreżentat argument għall-vijabbiltà legali. Madankollu, l-Uffiċċju ma biddilx l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta u ma organizzax proċedura miftuħa ġdida, iżda minflok innegozja l-kundizzjonijiet u konsegwentement iffirma l-kuntratt mal-uniku offerent li kien wieġeb għas-sejħa inizjali. Fin-nuqqas ta’ kompetizzjoni ġusta fuq il-bażi ta’ speċifikazzjonijiet korretti tal-offerta, il-proċedura ta’ akkwist, kif ukoll il-kuntratti u l-pagamenti futuri relatati kollha jitqiesu li huma irregolari. Fl-2018, ma sar l-ebda pagament taħt dan il-kuntratt. Jeħtieġ li l-Uffiċċju japplika r-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE b’mod rigoruż.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

3.20.18.

Fi Frar 2018, il-Bord ta’ Tmexxija adotta deċiżjoni li tillimita s-setgħat tad-Direttur Eżekuttiv fl-oqsma tar-reklutaġġ u l-akkwist biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti li jiddependu mill-approvazzjoni tiegħu. F’Ġunju 2018, id-Direttur Eżekuttiv tal-EASO rriżenja u ġie sostitwit minn Direttur Eżekuttiv ad interim. Dan tal-aħħar ħejja “Pjan ta’ Azzjoni tal-EASO dwar il-Governanza” li ġie approvat mill-Bord ta’ Tmexxija fil-ħarifa tal-2018. Il-pjan kien jinkludi sett ta’ objettivi ta’ prijorità u riżultati tanġibbli skedati li kellhom l-għan li “tissaħħaħ il-fiduċja”, “jiġi rrinfurzat il-qafas ta’ governanza interna” u “terġa’ tinbena l-kapaċità interna”. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-EASO dwar il-Governanza pprovda valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta’ Kontroll Intern tal-Uffiċċju, li twettqet f’Awwissu 2018. Il-valutazzjoni rreferiet għal dgħufijiet u ineffiċjenzi sinifikanti għall-maġġoranza tal-Istandards ta’ Kontroll Intern u l-kriterji ta’ valutazzjoni. Id-dgħufijiet identifikaw u kkorroboraw l-osservazzjonijiet li l-Qorti għamlet fl-2017.

3.20.19.

L-EASO ħa passi konkreti u pożittivi bl-għan li jsir titjib fil-governanza organizzattiva. Mill-61 miżura fil-pjan ta’ azzjoni, 31 kienu ġew ikkompletati, filwaqt li 31 kienu għadhom għaddejjin fiż-żmien meta wettaqna l-awditu (Marzu 2019). Il-miżuri li ttieħdu għadhom reċenti u jeħtieġ li jiġu kkompletati. Għalhekk, l-impatt kumplessiv ta’ dawn il-miżuri jrid jiġi vvalutat fil-futur.

3.20.20.

Fi tmiem l-2018, l-EASO ma kellux kapaċità tal-awditjar intern u ma kinux inħarġu rapporti tal-awditjar komprensivi tal-IAS minn Jannar 2018 (l-IAS ħareġ żewġ rapporti ta’ ġbir ta’ informazzjoni fl-2018 u rapport ta’ segwitu wieħed fl-2019). Barra minn hekk, il-ħolqien ta’ kontrolli ex post għall-verifikkazzjoni tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet kien għadu fil-bidu tiegħu. Kemm funzjoni tal-awditjar intern effettiva kif ukoll kontrolli ex post effettivi huma elementi fundamentali fil-ġestjoni ta’ organizzazzjoni bħall-EASO li tinvolvi għadd kbir ta’ atturi li jaħdmu f’lokalitajiet differenti. Jeħtieġ li l-Uffiċċju jistabbilixxi kapaċità tal-awditjar intern u kontrolli ex post effettivi.

3.20.21.

Fir-rapport tal-awditjar tagħna għas-sena finanzjarja li ntemmet fl-2017, aħna indirizzajna l-fatt li ma teżistix funzjoni legali interna fl-EASO u li, taħt il-kontroll tad-direttur preċedenti, kienu tqabbdu għadd kbir ta’ ditti legali. Fl-2018, l-EASO ħoloq lista tal-kuntratti kollha li ntużaw għal pariri legali, u beda proċeduri biex jirrekluta konsulent legali u biex jissostitwixxi l-kuntratti preċedenti billi kkonkluda kuntratt qafas għal pariri legali. Il-konsulent legali għoli l-ġdid bdiet il-kariga tagħha fi ħdan l-Uffiċċju f’April 2019, filwaqt li l-kuntratt qafas il-ġdid għall-provvediment ta’ pariri legali ġie ffirmat f’Jannar 2019. Madankollu, kien għad ma sarx rieżaminar intern sistematiku tad-dokumenti legali, filwaqt li bosta inkonsistenzi ġew osservati fl-aspetti legali tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku fl-2018. Jeħtieġ li l-Uffiċċju jiżgura funzjoni legali soda u ġestjoni effettiva tal-proċeduri legali.

3.20.22.

Għadha ma ġietx stabbilita politika rigward karigi sensittivi fl-EASO. Dan mhuwiex konformi mal-istandards ta’ kontroll intern tal-Uffiċċju, jiġifieri li funzjonijiet sensittivi jridu jkunu ddefiniti b’mod ċar, irreġistrati u jinżammu aġġornati. Jeħtieġ li l-Uffiċċju jistabbilixxi politika effettiva dwar karigi sensittivi.

3.20.23.

In-nuqqas ta’ responsabbiltajiet u rwoli ċari li jirrigwardaw il-ġestjoni tal-bini mikri għall-uffiċċji kif ukoll tas-servizzi u x-xogħlijiet relatati jista’ ma jippermettix li r-riskji relatati mal-bini jiġu mmitigati b’mod effiċjenti. Sabiex jimmitiga dan ir-riskju, jeħtieġ li l-Uffiċċju jistabbilixxi politika effettiva għall-ġestjoni tal-bini mikri għall-uffiċċji u tas-servizzi relatati, speċjalment minħabba li huwa jimmaniġġja għadd ta’ siti f’pajjiżi differenti. Aħna nifhmu li l-Uffiċċju ħa passi f’din id-direzzjoni.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

3.20.24.

Il-baġits annwali inizjali limitati u n-nuqqas ta’ fondi ta’ kontinġenza fil-baġit tal-EASO biex ikopru l-finanzjament ta’ ħtiġijiet operazzjonali urġenti mhux previsti joħolqu inċertezzi baġitarji u jfixklu l-ippjanar f’każ ta’ emerġenza. Jeħtieġ li l-Uffiċċju jkompli jindirizza dawn ir-restrizzjonijiet baġitarji f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet baġitarji.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.20.25.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2013 u 2014

Għadd totali ta’ pagamenti saru wara l-limiti ta’ żmien stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

Għadha għaddejja

2014

Hemm rata għolja ta’ dawran tal-persunal, u dan joħloq riskju konsiderevoli għall-operat.

M/A

2014

Ma hemm l-ebda dokumentazzjoni li tiġġustifika l-klassifikazzjoni tal-parteċipanti esterni fil-laqgħat fit-tliet kategoriji differenti għar-rimborżi tal-ispejjeż.

Ikkompletata

2016

It-trattament mhux indaqs tal-offerenti għal kuntratt qafas dwar il-forniment ta’ servizzi tal-ivvjaġġar renda l-kuntratt u l-pagamenti assoċjati irregolari.

M/A

2016

L-għoti dirett ta’ kuntratt qafas (FWC) għal servizzi interim biex jappoġġaw lill-Uffiċċju fir-rispons tiegħu għall-kriżi tal-migrazzjoni renda l-kuntratt u l-pagamenti relatati irregolari.

M/A

2016

L-Uffiċċju ma vverifikax b’mod sistematiku l-prezzijiet tal-kuntrattur u ż-żidiet mitluba minnu taħt kuntratt qafas interistituzzjonali tal-Kummissjoni dwar il-fornimenti u s-servizzi fil-qasam tal-IT.

M/A

2016

Ir-rimborżi tal-VAT għall-2014 u l-2015 baqgħu ma ġewx irkuprati.

Ikkompletata

2017

Minkejja l-bosta tentattivi li saru min-naħa tal-Uffiċċju (36 proċedura ta’ reklutaġġ u 100 kuntratt ġdid fl-2017), huwa ma rnexxilux jirrekluta u jżomm biżżejjed membri tal-persunal.

Għadha għaddejja

(aktar dettalji jingħataw fil-paragrafu 3.20.13)

2017

Ma kienx hemm kapaċità tal-awditjar intern u

Għadha għaddejja

(aktar dettalji jingħataw fil-paragrafu 3.20.20)

s-superviżjoni tal-ġestjoni finanzjarja, min-naħa tal-Bord ta’ Tmexxija, kienet limitata.

Ikkompletata

2017

L-Uffiċċju la għandu servizz legali intern u lanqas ma jwettaq rieżaminar intern sistematiku tad-dokumenti legali. Huwa jesternalizza l-biċċa l-kbira mill-kwistjonijiet legali mingħajr deċiżjonijiet jew linji gwida interni ċari.

Għadha għaddejja

(aktar dettalji jingħataw fil-paragrafu 3.20.21)

2017

Il-proċeduri ta’ akkwist li twettqu fl-2017 għall-persunal interim f’Malta (fl-2017, il-pagamenti ammontaw għal EUR 1 miljun) ġew immaniġġjati ħażin, li affettwa l-kompetizzjoni, u l-akkwisti kellhom jitniedu mill-ġdid għal bosta drabi.

M/A

2017

Għall-persunal interim, l-Uffiċċju ma wettaqx valutazzjoni adegwata tal-ħtiġijiet u ta’ soluzzjonijiet alternattivi qabel ma daħal għal kuntratti li jammontaw għal bosta miljuni ta’ euro.

M/A

Il-monitoraġġ tal-kuntratti għall-konformità mar-regoli nazzjonali ma sarx tajjeb biżżejjed. Barra minn hekk, kien hemm dgħufijiet sinifikanti fil-verifikazzjoni tal-iskedi tal-ħin u irregolaritajiet.

Għadha għaddejja

2017

Aħna sibna dgħufijiet serji f’4 mill-14-il proċedura ta’ reklutaġġ li ġew awditjati.

M/A

2017

L-Uffiċċju kien ikkonkluda kuntratti ta’ kiri għall-estensjoni tas-sede f’Malta u għal bosta uffiċċji ġodda f’Ateni, Lesvos u Chios mingħajr ma wettaq analiżi adegwata tas-swieq lokali.

M/A

2017

Il-ġestjoni finanzjarja tal-ftehimiet ta’ kiri f’Lesvos u Chios kienet dgħajfa u mhux f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

M/A

2017

Fl-2017, l-Uffiċċju osserva dgħufijiet sinifikanti fl-aċċettazzjoni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, b’mod partikolari, in-nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn li jagħtu prova li dawn is-servizzi verament intalbu jew ġew fornuti. L-Uffiċċju qed iwettaq inkjesta interna dwar din il-kwistjoni.

Għadha għaddejja

2017

Kien hemm dgħufijiet sinifikanti fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-Uffiċċju; l-abbozzar ta’ speċifikazzjonijiet tas-sejħiet għall-offerti; l-għażla tat-tip ta’ kuntratt, il-proċeduri ta’ akkwist li ntużaw; id-dati ta’ skadenza stabbiliti għall-preżentazzjoni tas-sejħiet għall-offerti; il-metodi ta’ evalwazzjoni u ta’ għoti, l-emendi u l-estensjonijiet tal-kuntratti; l-eżekuzzjoni tal-kuntratti u l-verifikazzjoni tas-servizzi pprovduti.

Għadha għaddejja

2017

L-Uffiċċju ta kuntratt dirett għal servizzi ta’ konsulenza għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni fil-Gżejjer Griegi. Għalhekk, il-proċedura ta’ akkwist pubbliku u l-pagamenti kollha relatati (EUR 992 000 ) kienu irregolari.

M/A

2017

Mill-2016 ’l hawn, l-Uffiċċju għamel bosta emendi fil-kuntratt oriġinali li ffirma fl-2016 ma’ kabinett tal-avukati partikolari għal ammont inizjali ta’ EUR 5 000 , u żiedu għal EUR 259 000 fl-2018. Għalhekk, l-emendi u l-pagamenti relatati mal-konsulenza (EUR 98 332 fl-2017) kienu irregolari.

M/A

2017

L-implimentazzjoni tal-kuntratt ta’ EUR 120 000 li ġie ffirmat fl-2013 (emendat għal EUR 132 000 fl-2017) għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti kbar ma kinitx konformi mal-iskop inizjali tal-kuntratt u l-kuntratt kien irregolari.

M/A

2017

Kien hemm żball fil-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet li saru għall-baġit tal-Uffiċċju minn pajjiżi assoċjati ma’ Schengen.

M/A

RISPOSTA TAL-UFFIĊĊJU

3.20.14.

L-ESMA tirrikonoxxi l-osservazzjoni. Din il-kwistjoni ilha żmien twil li tqajmet mill-EASO f’kuntatti bilaterali mal-Istati Membri rispettivi, mal-Kummissjoni u mal-Bord tat-Tmexxija tal-EASO.

Fir-rigward tal-Italja, ġie ffirmat arranġament ta’ akkoljenza f’Novembru 2017, iżda għadu qed jistenna li jiġi rratifikat mill-Parlament Taljan.

Fir-rigward tal-Greċja, inkiseb abbozz avvanzat wara diversi sessjonijiet ta’ konsultazzjonijiet, iżda ma ġiex iffinalizzat, minħabba bidla fil-gvern tal-Greċja.

Fir-rigward ta’ Ċipru, huwa biss reċenti li l-operazzjonijiet laħqu l-livell ta’ attività li jeħtieġ l-istabbiliment ta’ uffiċċju reġjonali adegwat tal-EASO u saru l-kuntatti mal-awtoritajiet nazzjonali biex jinbdew negozjati fir-rigward tal-arranġament ta’ akkoljenza.

Id-Direttur Eżekuttiv il-ġdid diġà espremiet l-intenzjoni tagħha li tagħti prijorità lil din il-kwistjoni u daqt se żżur l-Istati Membri msemmija qabel u tiltaqa’ mal-awtoritajiet nazzjonali.

3.20.16.

L-EASO jirrikonoxxi l-osservazzjoni. Jintużaw kuntratti speċifiċi intra muros f’termini ta’ Żmien u Mezzi biex jiddefinixxu l-ammont ta’ xogħol (jiġifieri persuni-jiem) u l-ħtiġijiet jew is-servizzi speċifiċi tiegħu għall-profili mitluba għall-konsulenti tal-ICT. L-EASO jagħmel distinzjoni ċara bejn il-konsulenti tal-ICT li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe ftehim kollettiv ta’ xogħol, u l-ħaddiema temporanji (interims) li daħlu f’kuntratt ta’ impjieg ma’ aġenzija ta’ impjieg temporanju li għaliha jistgħu japplikaw il-liġi dwar ix-xogħol u ftehim kollettiv ta’ xogħol. Filwaqt li l-interims li jipprovdu servizzi fl-EASO huma ssorveljati direttament mill-persunal, ix-xogħol li jitwettaq mill-Konsulenti tal-ICT jaqa’ taħt il-ġestjoni u s-superviżjoni sħaħ tal-Kuntrattur. Għaldaqstant, kuntratti intra muros f’termini ta’ Żmien u Mezzi ma jinkludu l-ebda kunċett jew terminu tal-liġi dwar l-impjieg (jiġifieri impjegat, impjegatur, sigħat tax-xogħol, vaganzi, salarju, gratifika għall-vaganzi, eċċ.).

Matul l-2018, il-konsulenti tal-ICT ħadmu fuq 34 proġett differenti tal-EASO u taw total ta’ 3 727 riżultat konkret, li huma kollha traċċabbli għal kuntratti konklużi, inklużi kuntratti f’termini ta’ Żmien u Mezzi. Madankollu, l-EASO qed jikkunsidra li jirrieżamina l-mudell tiegħu għal kuntratti f’termini ta’ Żmien u Mezzi sabiex jinkludi f’kull kuntratt lista ta’ riżultati tanġibbli li għandhom jitwettqu skont il-kuntratt, u se jkompli bid-diliġenza tiegħu sabiex jevita kwalunkwe perċezzjoni potenzjali ta’ relazzjoni ta’ ħaddiem temporanju jew ta’ relazzjoni ta’ impjieg bejn l-EASO u l-Konsulenti tal-ICT.

3.20.17.

Filwaqt li l-EASO jirrikonoxxi n-nuqqasijiet tekniċi fil-proċeduri tal-akkwist, l-Uffiċċju huwa tal-fehma li ż-żewġ proċeduri huma regolari. Madankollu, l-EASO jieħu nota tas-sejba tal-Qorti u sabiex jevita kwalunkwe sejba negattiva ulterjuri fir-rigward ta’ dan il-kuntratt qiegħed għaldaqstant jikkunsidra azzjonijiet korrettivi adegwati filwaqt li jiżgura l-kontinwità tal-operat.

3.20.20.

L-Aġenzija tirrikonoxxi l-osservazzjoni. L-EASO qabel u ddokumenta miżuri korrettivi dwar is-sistemi ta’ kontroll intern kif ġej:

biex tinħoloq kapaċità ta’ awditjar intern sa Q4 2019.

biex tinħoloq kapaċità ta’ kontroll intern ex post sa Q3 2019. Il-proċess tal-għażla ġie implimentat u l-funzjoni se tkun tista’ tibda topera minn Settembru.

3.20.21.

L-Aġenzija tirrikonoxxi l-osservazzjoni. L-EASO beħsiebu jniedi proċeduri ta’ reklutaġġ biex jirrinforza l-funzjoni legali interna sa Q3/4 2019. Bħalissa l-EASO qed jaħdem fuq iċ-ċentralizzazzjoni tal-kwistjonijiet tal-affarijiet legali, fejn il-funzjoni legali interna qed taġixxi bħala l-koordinatur prinċipali fuq kwistjonijiet legali u l-punt ta’ kuntatt ewlieni ma’ partijiet ikkonċernati interni u esterni. L-EASO qed jaħdem ukoll fuq iċ-ċentralizzazzjoni ta’ kuntratti legali u l-ġestjoni ta’ kuntratti, u ċ-ċentralizzazzjoni ta’ każijiet ta’ tilwim u ta’ qabel it-tilwim f’għodod disponibbli, filwaqt li jistabbilixxi proċessi interni għall-provvediment ta’ parir/appoġġ/rieżami legali u jistabbilixxi netwerks u laqgħat regolari mal-partijiet ikkonċernati interni/esterni kif meħtieġ biex jingħata appoġġ legali ta’ kwalità għolja.

3.20.22.

L-Aġenzija tirrikonoxxi l-osservazzjoni. Il-politika qed tiġi ffinalizzata u hija mistennija li tiġi approvata sa Q3 2019 u li tiġi implimentata sa Q4 2019. Din il-politika tipprovdi l-linji gwida u l-kriterji għat-Tim ta’ Ġestjoni biex jimplimenta valutazzjoni tar-riskju, jidentifika u jiddokumenta l-funzjonijiet sensittivi fl-EASO flimkien mal-kontrolli ta’ mitigazzjoni li ntlaħaq qbil dwarhom.

3.20.23.

L-EASO jirrikonoxxi l-osservazzjoni. Id-delegazzjoni tar-responsabbiltajiet biex jiġu ġestiti l-proprjetà u l-bini mikri tal-EASO hija ddokumentata fid-Deċiżjoni ED 2016/171 dwar “Regoli Interni ta’ Proċedura” u f’deskrizzjonijiet tal-impjiegi rilevanti, inklużi għall-kapijiet tas-settur għall-Italja u l-Greċja, li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-uffiċċji operazzjonali f’dawk l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-EASO implimenta proċess tal-għażla għall-Kap tal-Unità tal-Affarijiet Ġenerali, li se jkun responsabbli għall-ġestjoni ċentrali tal-bini kollu tal-EASO f’koordinazzjoni mal-kapijiet rilevanti tal-uffiċċji operazzjonali. L-Uffiċċju jirrikonoxxi l-bżonn li tiġi adottata politika formali għall-ġestjoni tal-bini u qed jieħu l-passi biex jagħmel dan.

3.20.24.

L-EASO jirrikonoxxi l-osservazzjoni. L-EASO se jfittex li jistabbilixxi proċessi sodi u ppjanar f’waqtu għal sitwazzjonijiet ta’ kontinġenza kemm sabiex jiżgura riċerka permanenti dwar is-suq fir-rigward ta’ riżorsi kritiċi meħtieġa għall-pjanijiet operattivi għall-Istati Membri taħt pressjoni partikolari kif ukoll biex ikollu tħejjija kuntrattwali kontinwa għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. L-EASO jinsab fi djalogu kontinwu mal-Kummissjoni u l-awtoritajiet baġitarji fir-rigward tal-ippjanar operazzjonali u l-allokazzjoni tar-riżorsi tiegħu. L-Aġenzija, f’konsultazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni u bl-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija tagħha, tagħmel użu parzjali mill-fondi tal-Pajjiżi Assoċjati bħala kontinġenza għall-infiq operattiv b’mod partikolari biex tiffaċċja talbiet mhux mistennija għal appoġġ minn Stati Membri taħt pressjoni partikolari.

3.21.   ĊENTRU EWROPEW GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-MARD (ECDC)

INTRODUZZJONI

3.21.1.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (minn hawn ’il quddiem l-ECDC, jew “iċ-Ċentru”), li jinsab fi Stokkolma, ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (196). Il-kompiti prinċipali taċ-Ċentru huma li jiġbor u jxerred data dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-bniedem u li jipprovdi opinjonijiet xjentifiċi dwar dan is-suġġett. Iċ-Ċentru huwa meħtieġ ukoll jikkoordina n-netwerk Ewropew ta’ korpi li jaħdmu f’dan il-qasam.

3.21.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru (197).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (198)

58

58

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (199)

266

267

Sors:

Data pprovduta miċ-Ċentru.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.21.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet taċ-Ċentru, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (200) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (201) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.21.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja taċ-Ċentru fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.21.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.21.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.21.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

3.21.8.

Fl-2014, il-Kummissjoni, f’isem aktar minn 50 Istituzzjoni u korp tal-UE (inkluż l-ECDC), iffirmat kuntratt qafas interistituzzjonali ma’ kuntrattur partikolari għall-akkwist ta’ softwer, liċenzji u l-forniment ta’ manutenzjoni u konsulenza relatati tal-IT. Minħabba l-volatilità tas-suq tas-softwer, il-kuntratt ma jinkludix lista ta’ prezzijiet, u l-kuntrattur qafas jaġixxi bħala intermedjarju bejn iċ-Ċentru u l-fornituri li jistgħu jindirizzaw il-ħtiġijiet taċ-Ċentru. Għal dawn is-servizzi intermedjarji, il-kuntrattur qafas huwa intitolat li japplika żidiet ta’ minn 2 % sa 9 % fuq il-prezzijiet tal-fornituri. Fl-2018, il-pagamenti totali li saru lill-kuntrattur qafas ammontaw għal EUR 1,1 miljun. Il-kontrolli ex ante li twettqu mill-ECDC ma kinux effettivi, billi ma vverifikawx jekk il-prezzijiet u ż-żidiet tal-kuntrattur qafas kinux korretti. Il-kuntratt qafas innifsu jista’ jillimita l-kompetizzjoni, billi ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-kuntrattur qafas jagħżel il-fornituri fuq bażi kompetittiva. Jeħtieġ li ċ-Ċentru jadatta l-kontrolli ex ante tal-formoli ta’ ordnijiet taħt dawn il-kuntratti u jiżgura li jkun hemm proċedura kompetittiva għall-akkwisti kollha (202).

3.21.9.

Dgħufijiet simili fil-kontroll instabu għall-implimentazzjoni ta’ kuntratt qafas ieħor fir-rigward tal-forniment ta’ tagħmir u servizzi għal konferenzi u multimedia. Iċ-Ċentru ma vverifikax b’mod suffiċjenti jekk il-proviżjoni għal rata ta’ skont ta’ 20 %, li kien hemm fil-kuntratt, ġietx applikata għal-lista ta’ prezzijiet tal-prodotti tal-fornituri ewlenin tal-kuntrattur, qabel ma ntbagħtu l-formoli ta’ ordnijiet. Jeħtieġ li ċ-Ċentru jadatta l-kontrolli ex ante fuq il-formoli ta’ ordnijiet kif meħtieġ.

3.21.10.

Fir-rigward ta’ żewġ pagamenti għal avvenimenti ta’ laqgħat, l-awditu sab dgħufijiet f’dak li jirrigwarda l-istruttura u d-dokumentazzjoni tal-kontrolli u tar-rikonċiljazzjonijiet fuq il-formoli ta’ ordnijiet, ir-riżultati tanġibbli u l-fatturi. Jeħtieġ li ċ-Ċentru jsaħħaħ dawn l-aspetti tas-sistema ta’ kontroll tiegħu, b’mod partikolari, fir-rigward ta’ avvenimenti ta’ laqgħat li jkunu kbar u aktar kumplessi.

RISPOSTA TAĊ-ĊENTRU

3.21.8.

L-ECDC jieħu nota tal-osservazzjoni li l-Qorti tal-Awdituri ma kinitx sodisfatta bl-effettività tal-kontrolli ex ante li saru fuq ordnijiiet skont il-kuntratt. Madankollu, l-ECDC jixtieq jenfasizza li fil-prattika kien diffiċli li jiġu infurzati tali kontrolli, peress li ma kien hemm l-ebda obbligu kuntrattwali fuq il-kuntrattur biex jippreżenta l-ipprezzar oriġinali u ż-żieda tal-kuntrattur separatament. Għaldaqstant kopertura kompleta ta’ kontrolli ex ante ma kinitx fattibbli. L-ECDC jinnota wkoll li parti mill-osservazzjoni (“Il-kuntratt qafas innifsu jista’ jillimita l-kompetizzjoni, billi ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-kuntrattur qafas jagħżel il-fornituri fuq bażi kompetittiva.” u “Iċ-Ċentru għandu […] jiżgura li jkun hemm proċedura kompetittiva għall-akkwisti kollha”) hija relatata mat-tfassil tal-kuntratt qafas mill-Kummissjoni Ewropea u mhux mal-implimentazzjoni tal-kuntratt mill-ECDC.

3.21.9.

L-ECDC jieħu nota tal-osservazzjoni u jaċċetta li l-kontrolli setgħu saru b’manjiera aktar strutturata u jkunu dokumentati aħjar. L-ECDC iddeċieda li ma jġedditx il-kuntratt awditjat fid-data ta’ tiġdid tiegħu f’Ottubru 2019. Sadanittant, l-ECDC ingħaqad f’Kuntratt Qafas interistituzzjonali ġdid għat-Tagħmir AV immexxi mill-Kummissjoni (FWC Nr SCIC-2016-S5-3471731), li se jissostittwixxi l-kuntratt awditjat minn Novembru 2019. Minħabba l-istruttura tal-kuntratt il-ġdid, mhuwiex mistenni li l-kwistjoni terġa’ sseħħ.

3.21.10.

L-ECDC jinnota li ma nstab l-ebda żball fiż-żewġ tranżazzjonijiet li ġew awditjati. Madankollu, iċ-Ċentru se jirrieżamina l-istruttura u d-dokumentazzjoni tal-kontrolli u r-rikonċiljazzjonijiet fis-seħħ rigward laqgħat, b’mod partikolari għal-laqgħat kbar u iktar kumplessi.

3.22.   AWTORITÀ EWROPEA DWAR IS-SIGURTÀ FL-IKEL (EFSA)

INTRODUZZJONI

3.22.1.

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”, jew l-“EFSA”), li tinsab f’Parma, ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (203). Ix-xogħlijiet prinċipali tal-Awtorità huma li tipprovdi t-tagħrif xjentifiku meħtieġ għat-tfassil tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ikel u s-sigurtà tal-ikel, li tiġbor u tanalizza data li tippermetti l-identifikazzjoni u l-immonitorjar tar-riskji, u li tipprovdi tagħrif indipendenti dwar dawn ir-riskji.

3.22.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità (204).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (205)

81

80

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (206)

443

444

Sors:

Data pprovduta mill-Awtorità.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.22.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Awtorità, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (207) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (208) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.22.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Awtorità għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Awtorità fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.22.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.22.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.22.7.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani u l-Etika fl-EFSA (209). L-Awtorità ħejjiet pjan ta’ azzjoni biex tindirizza xi wħud mill-oqsma fejn jista’ jsir titjib.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.22.8.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2017

Jeħtieġ li l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tissaħħaħ billi dan jibda jirrapporta direttament lid-Direttur (amministrattiv) u lill-Bord ta’ Ġestjoni (funzjonali) tal-Awtorità.

Għadha għaddejja

2017

F’Mejju 2017, l-Awtorità, filwaqt li aġixxiet f’isem id-disa’ aġenziji li kienu qed jipparteċipaw, tat tliet kuntratti qafas f’kaskata (sistema ta’ klassifikazzjoni), liema kuntratti kienu jkopru firxa wiesgħa ta’ servizzi tal-awditjar. Kuntratti qafas bi ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni huma aktar adatti għal dan it-tip ta’ servizzi.

M/A

RISPOSTA TAL-AWTORITÀ

L-Awtorità tirrikonoxxi li rċeviet ir-rapport tal-awditjar favorevoli tal-Qorti tal-Awdituri u l-EFSA tilqa’ l-opinjonijiet mhux kwalifikati tal-awditjar dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti għall-kontijiet.

3.23.   ISTITUT EWROPEW GĦALL-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI (EIGE)

INTRODUZZJONI

3.23.1.

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (minn hawn ’il quddiem “l-Istitut”, jew l-“EIGE”), li jinsab f’Vilnius, ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (210). Il-kompitu tal-Istitut huwa li jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u li jiżviluppa, janalizza, jevalwa u jxerred għodod ta’ metodoloġija sabiex jappoġġa l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politika kollha tal-Unjoni u l-politika nazzjonali li tirriżulta.

3.23.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Istitut (211).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Istitut

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (212)

8

8

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (213)

45

44

Sors:

Data pprovduta mill-Istitut.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.23.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Istitut, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (214) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (215) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.23.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Istitut għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Istitut fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.23.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.23.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.23.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.23.8.

Fi tmiem is-sena finanzjarja 2017, l-Istitut kien konvenut f’erba’ kawżi relatati ma’ tliet proċeduri ta’ akkwist li tressqu quddiem il-Qrati tal-UE minn offerenti li ma ntgħażlux. F’kull waħda minn dawn il-kawżi, l-applikant talab l-annullament tad-deċiżjoni dwar l-għotja u kumpens għad-danni. Fl-2018, din il-Qorti ddeċidiet dwar tnejn mill-erba’ kawżi u ċaħdet ir-rikorsi tar-rikorrenti mingħajr l-ebda danni kontra l-EIGE. Fil-bidu tal-2019, il-Qorti ddeċidiet dwar iż-żewġ kawżi l-oħra, li t-tnejn kienu marbutin mal-istess deċiżjoni dwar l-għotja u l-istess kuntratt. L-għoti tal-kuntratt ġie annullat fuq il-bażi ta’ dgħufijiet proċedurali żgħar, għalkemm ma hemm l-ebda evidenza li turi li kellu jintgħażel offerent differenti fil-proċedura ta’ akkwist. Filwaqt li l-pretensjonijiet għad-danni ġew miċħuda, l-EIGE ġie ordnat iħallas l-ispejjeż legali tiegħu stess kif ukoll 75 % tal-ispejjeż tar-rikorrenti. Saż-żmien meta sar l-annullament mill-Qorti, il-kuntratt kien ġie esegwit kompletament. Il-pagamenti totali li saru taħt il-kuntratt fl-2018 ammontaw għal EUR 196 314.

3.23.9.

L-EIGE qabbad ħaddiema temporanji minn aġenzija tax-xogħol (minn hawn ’il quddiem, ħaddiema interim) permezz ta’ kuntratti qafas ma’ aġenzija li ssib xogħol temporanju għall-ħaddiema. Fl-2018, l-Istitut qabbad sa 8 ħaddiema interim minbarra l-44 membru tal-persunal tiegħu stess. Il-pagamenti relatati li saru fl-2018 ammontaw għal kważi EUR 102 000. Għal kuntratti dwar l-użu ta’ ħaddiema interim, japplika qafas legali speċifiku, li jimponi bosta obbligi fuq l-aġenziji li jsibu xogħol temporanju għall-ħaddiema u l-impriżi li jħaddmuhom. Skont id-Direttiva 2008/104/KE, kif ukoll skont il-liġi tax-xogħol tal-Litwanja, jeħtieġ li l-ħaddiema interim ikollhom l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-ħaddiema li jiġu impjegati direttament mill-impriża li tħaddimhom biex jokkupaw l-istess impjieg u/jew biex jagħmlu l-istess funzjonijiet tal-impjieg fl-istess post tax-xogħol. Madankollu, il-kuntratt ma kienx jirrikjedi b’mod espliċitu li l-aġenzija tirrispetta dawn il-kundizzjonijiet, u ma hemm l-ebda evidenza li l-Istitut innifsu wettaq xi tqabbil bejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal proprju tiegħu u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema interim. Jeħtieġ li l-Istitut janalizza l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema interim li jqabbad u jiżgura li jkunu jikkonformaw mal-liġijiet tax-xogħol, kemm dawk Ewropej kif ukoll dawk nazzjonali.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.23.10.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2016

Segwitu li l-Istitut wettaq tal-evalwazzjoni esterna għall-2016.

Ikkompletata

2017

Fi tmiem is-sena finanzjarja 2017, l-Istitut kien konvenut f’erba’ kawżi relatati ma’ tliet proċeduri ta’ akkwist li tressqu quddiem il-Qorti Ġenerali minn offerenti li ma ntgħażlux.

M/A

2017

Fl-2016, l-Istitut organizza sejħa għal offerti għas-servizzi tal-ivvjaġġar. L-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta u l-proċess ta’ evalwazzjoni ma pprovdewx garanziji suffiċjenti biex jiġi żgurat l-aħjar valur għall-flus.

M/A

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Istitut kien introduċa l-għodod għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing) għal ċerti proċeduri, iżda mhux dawk għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) u għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission).

Ikkompletata

2017

L-Istitut jippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tiegħu u fuq il-midja soċjali, iżda mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Għadha għaddejja

RISPOSTA TAL-ISTITUT

3.23.8.

L-EIGE jieħu nota ta’ din l-osservazzjoni. L-EIGE eżamina r-raġunament tal-każijiet u tejjeb aktar il-proċeduri ta’ akkwist sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon potenzjali fost l-offerenti li ma ntgħażlux u tal-każijiet legali futuri, li, anki jekk jiġu miċħuda, iġibu ammont sostanzjali ta’ xogħol addizzjonali. Il-miżuri meħuda jinkludu taħriġ speċifiku dwar “it-tagħlimiet meħuda” għall-persunal involut fil-proċessi ta’ akkwist; l-implimentazzjoni tal-analiżi tar-riskju tal-akkwisti; il-ħruġ ta’ mudelli u linji gwida ta’ akkwist ġodda. L-EIGE beda wkoll l-irkupru tal-ispejjeż legali tiegħu mill-ilmentatur fiż-żewġ kawżi li ġew miċħuda mill-Qorti Ġenerali mingħajr ebda ħlas għall-EIGE (Kawżi T-914/16 u T-10/17).

3.23.9.

L-EIGE jieħu nota ta’ din l-osservazzjoni. Il-kwistjoni mqajma mill-QEA bħalissa hija soġġetta għal każ tal-qorti li għadu għaddej, li fih l-EIGE jipparteċipa bħala parti terza. L-EIGE se jaġixxi fuq il-bażi tad-deċiżjoni finali tal-qorti meta tidħol fis-seħħ. L-EIGE huwa tal-fehma li l-analiżi bir-reqqa li wettaq biex iqabbel il-kompiti ta’ persunal statutorju u interims issottolinjat li huma bilkemm jistgħu jitqabblu. Id-differenza ewlenija tirriżulta mir-Regolamenti Finanzjarji li jistipulaw li l-kompiti tal-atturi finanzjarji jistgħu jiġu eżegwiti biss mill-persunal kopert mir-Regolamenti tal-Persunal. L-EIGE jirrimarka wkoll li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, li jiffurmaw anness għall-kuntratt qafas, jimponu fuq l-aġenzija tax-xogħol temporanju rekwiżit ta’ konformità sħiħa mal-liġi Litwana u jirreferu speċifikament għal-leġiżlazzjoni soċjali Litwana fis-seħħ fir-rigward tal-aġenti interim. Dan jinkludi wkoll it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/104/KE fil-liġi Litwana.

3.24.   AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-MEDIĊINI (EMA)

INTRODUZZJONI

3.24.1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, jew l-“EMA”), li ġiet rilokata għal Amsterdam, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93, li ġie sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (216). L-Aġenzija topera permezz ta’ netwerk pan-UE u tikkoordina r-riżorsi xjentifiċi magħmula disponibbli mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex tiżgura l-valutazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew użu veterinarju.

3.24.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (217).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (218)

317 (219)

338

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (220)

766

781

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.24.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (221) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (222) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.24.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Osservazzjonijiet

3.24.5.

Fl-20 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill Affarijiet Ġenerali tal-Unjoni Ewropea qabel li jittrasferixxi s-sede tal-Aġenzija għal Amsterdam, in-Netherlands. L-ispostament seħħ f’Marzu 2019 u l-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jinkludu proviżjonijiet għal spejjeż relatati li jammontaw għal EUR 17,8 miljun. Barra dan, il-ftehim ta’ kiri għas-sede preċedenti tal-Aġenzija f’Londra jistabbilixxi li l-perjodu ta’ kiri jkompli sal-2039 mingħajr ma jsemmi klawżola ta’ ħruġ. Fl-20 ta’ Frar 2019, il-High Court of Justice (England & Wales) ċaħdet it-talba tal-EMA li tikkanċella l-kiri, billi hija ddeċidiet li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE u l-konsegwenzi ta’ dan ma kinux jikkostitwixxu avveniment li seta’ jannulla l-ftehim ta’ kiri (jiġifieri l-High Court ma rrikonoxxietx li din kienet sitwazzjoni ta’ force majeure). Madankollu, il-ftehim ta’ kiri jippermetti li l-bini jiġi riassenjat jew sullokat lil partijiet terzi, suġġett għall-kunsens ta’ sid il-kera. Meta ġew iffirmati l-kontijiet finali tal-Aġenzija, in-negozjati bejn l-Aġenzija u s-sullokaturi potenzjali kienu għaddejjin u l-ispiża netta futura tal-ftehim ta’ kiri li ma jistax jiġi kkanċellat ma kinitx magħrufa (223). In-noti għall-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jiddivulgaw l-ammont sħiħ ta’ EUR 468 miljun f’kera li għad trid titħallas sal-2039, li minnu ammont ta’ EUR 465 miljun għall-perjodu ta’ kiri wara l-ispostament tal-Aġenzija għal Amsterdam huwa ddivulgat bħala obbligazzjoni kontinġenti.

3.24.6.

Fiż-żmien meta wettaqna l-awditu, kien għad ma hemmx ċertezza dwar it-telf ta’ persunal b’segwitu għar-rilokazzjoni tal-Aġenzija. Din l-inċertezza tirrappreżenta riskju sinifikanti għall-kontinwità tal-operat, għalkemm l-Aġenzija ħadet miżuri ta’ mitigazzjoni, pereżempju billi pprijoritizzat il-kompiti u ffaċilitat ir-rilokazzjoni tal-persunal.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.24.7.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.24.8.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.24.9.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

3.24.10.

Fir-rapport tagħna dwar l-awditu għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, aħna kkonkludejna li l-Aġenzija ma kinitx immaniġġjat b’mod adegwat l-użu li hija għamlet mis-servizzi ta’ konsulenza għaż-żewġ proġetti prinċipali tagħha tal-IT. L-użu eċċessiv ta’ servizzi ta’ konsulenza kien wassal biex l-Aġenzija tiddependi b’mod kruċjali fuq dan l-għarfien espert estern, kif ukoll għal spejjeż ħafna akbar milli ppjanat u dewmien sproporzjonat. L-Aġenzija bdiet l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni fl-2017, li, madankollu, għadhom mhumiex effettivi għalkollox. Bħala eżempju, l-għadd ta’ konsulenti li jaħdmu fuq il-bażi ta’ kuntratti tat-tip Time and Means (T&M) naqas b’mod konsiderevoli minn 141 għal 70 fl-2018, iżda għadu lura milli jilħaq l-għadd massimu tal-35 konsulent previst. Barra minn hekk, l-ammont li ntnefaq fl-2018 taħt il-kuntratti T&M, li għalihom hemm biss mezzi limitati ħafna għat-twettiq ta’ kontrolli effettivi tal-ispejjeż, xorta waħda kien jirrappreżenta terz tal-baġit totali tal-IT. Aħna sibna wkoll li għad hemm kuntratti T&M li ma jinkludux dettalji dwar is-servizzi jew ir-riżultati tanġibbli speċifiċi li għandhom jiġu pprovduti. Jeħtieġ li l-Aġenzija tħaffef l-implimentazzjoni tal-azzjoni ta’ mitigazzjoni mhux biss biex il-proġetti tal-IT li għadhom għaddejjin jiġu kkompletati, iżda wkoll biex tipprepara għal proġetti ġodda sinifikanti bħall-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-prodotti mediċinali veterinarji (224) u r-Regolament dwar l-apparat mediku (225).

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.24.11.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar il-Ġestjoni tas-Sinjali fl-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (226). L-Aġenzija u l-IAS qablu dwar pjan għal azzjoni korrettiva.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.24.12.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2014

Ir-regolament tal-Aġenzija dwar it-tariffi jipprovdi dati ta’ skadenza għall-ġbir ta’ tariffi u l-pagamenti relatati lill-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti. Dawn id-dati ta’ skadenza ma ġewx irrispettati għall-biċċa l-kbira mit-tranżazzjonijiet awditjati.

Għadha għaddejja (ġbir tat-tariffi)

Ikkompletata (pagamenti lil NCAs)

2016

Minn meta ddaħlet sistema ġdida tal-IT għall-kontabbiltà fl-2011, ir-rappurtar dwar il-fluss tax-xogħol u l-użu tal-impenji ma kienx trasparenti biżżejjed.

Ikkompletata

2016

Fin-nuqqas ta’ proċeduri kompetittivi ta’ akkwist, sitt Ftehimiet dwar Rati Korporattivi fuq l-akkomodazzjonijiet f’lukandi u l-pagamenti relatati għall-2016 huma irregolari.

Ikkompletata

2016 u 2017

L-Aġenzija ġiet inkarigata mill-Parlament u mill-Kunsill biex timplimenta r-Regolament dwar il-Farmakoviġilanza (Nru 1027/2012) u r-Regolament dwar il-Provi Kliniċi (Nru 536/2014), li jirrikjedu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ żewġ sistemi tal-IT pan-Ewropej ewlenin. Minħabba li ma kellhiex biżżejjed riżorsi interni tagħha stess, l-Aġenzija kellha tagħmel użu kbir minn konsulenti, tant li saret tiddependi b’mod kruċjali fuq għarfien espert estern. Ma kienx hemm kontroll adegwat fuq l-iżvilupp u l-implimentazzjoni, u d-dewmien u l-ispejjeż tal-proġetti żdiedu ħafna.

Għadha għaddejja

2016

Ir-Regolament fundatur jirrikjedi li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni esterna tal-Aġenzija u tal-operazzjonijiet tagħha kull 10 snin biss.

Għadha għaddejja

(Mhux taħt il-kontroll tal-Aġenzija)

2017

Jeħtieġ li l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tissaħħaħ billi dan jibda jirrapporta direttament lid-Direttur (amministrattiv) u lill-Bord Amministrattiv (funzjonali) tal-Aġenzija.

Għadha għaddejja

2017

L-ebda validazzjoni mill-ġdid tas-sistemi kontabilistiċi ma twettqet mill-2013 ‘il hawn.

Ikkompletata

2017

L-Aġenzija tippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tagħha, iżda mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Għadha għaddejja

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Aġenzija kienet introduċiet l-għodod għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) għal ċerti proċeduri, żda mhux dawk għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing) u għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission).

Pendenti

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tilqa’ l-opinjoni pożittiva tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-2018 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti għall-kontijiet.

Kif enfasizzat mill-Qorti, l-2018 kienet sena ta’ sfida bir-rilokazzjoni għal Amsterdam u l-ħtieġa li topera skont pjan tal-kontinwità tan-negozju.

3.24.5.

B’segwitu tad-deċiżjoni biex jiġi eskluż il-bini tal-EMA min-negozjati UE/Renju Unit, l-Aġenzija fittxet soluzzjoni li tikkonsisti fl-assenjazzjoni jew fil-kiri tal-bini tagħha f’Canary Wharf. Soluzzjoni ta’ kiri ġiet ippreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal ftehim. In-negozjati ma’ subinkwilin potenzjali u ma’ sid il-kera għadhom għaddejjin fiż-żmien ta’ din it-tweġiba (Ġunju 2019).

3.24.10.

L-Aġenzija tilqa’ r-rikonixximent tal-Qorti dwar l-isforzi tal-Aġenzija biex tnaqqas id-dipendenza tagħha minn għarfien espert estern u biex tnaqqas in-numru ta’ konsulenti Time and Means (T&M). Is-sena 2018 kienet sena ta’ sfidi kbar għall-Aġenzija. Ir-rilokazzjoni għal Amsterdam tat bidu għall-pjan tal-kontinwità tan-negozju, il-prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet u ċertu telf ta’ persunal. F’tali kuntest, l-Aġenzija timmonitorja s-servizzi ta’ konsulenza T&M sabiex tilħaq in-numru previst ta’ kuntratturi T&M (mass. 35 fl-2019; soġġett għall-pjan tal-kontinwità tan-negozju).

L-Aġenzija tixtieq tenfasizza li l-użu ta’ kuntratt ta’ prezz fiss beda biss f’nofs l-2016. L-Aġenzija titlob is-servizzi abbażi ta’ T&M meta tinħoloq ħtieġa ta’ ċertu sett ta’ ħiliet/kompetenzi; għaldaqstant talbiet speċifiċi jirreferu għal kwalifiki professjonali meħtieġa, esperjenza speċifika ta’ rwol u ħiliet. Din hi r-raġuni għaliex kuntratti T&M jiġu stabbiliti biex jipprovdu lill-Aġenzija l-flessibbiltà meħtieġa f’termini ta’ assenjazzjoni ta’ kuntrattur (jiġifieri ħiliet speċifiċi) għal attivitajiet ta’ prijorità li jiddependu minn ċirkustanzi emerġenti u biex ikunu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati interni/esterni. Barra minn hekk, l-EMA esperjenzat li l-bejjiegħa mhux dejjem ikunu jistgħu jipprovdu servizzi ta’ prezz fiss b’kompetenzi kkwalifikati b’mod adegwat f’dominji tekniċi speċifiċi ħafna (eż. Informatika għall-ġestjoni ta’ data ewlenija). Il-ġestjoni diretta ta’ kuntratturi T&M tippermetti twassil aktar kost effettiv bi kwalità u kontroll adegwati. Għal din ir-raġuni l-EMA se tkompli tesplora l-użu ta’ T&M Kwalifikat fl-istrateġija ta’ esternalizzazzjoni tagħha.

3.25.   ĊENTRU EWROPEW GĦALL-MONITORAĠĠ TAD-DROGA U D-DIPENDENZA FUQ ID-DROGA (EMCDDA)

INTRODUZZJONI

3.25.1.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (minn hawn ‘il quddiem “iċ-Ċentru”, jew l-“EMCDDA”), li jinsab f’Lisbona, inħoloq bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/93 (227). Id-dmir prinċipali taċ-Ċentru huwa li jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni dwar id-droga u d-dipendenza fuq id-droga sabiex iħejji u jippubblika informazzjoni fil-livell Ewropew li hija oġġettiva, ta’ min joqgħod fuqha u kumparabbli. L-informazzjoni hija maħsuba biex tipprovdi bażi għall-analiżi tad-domanda għad-droga u l-modi kif din titnaqqas, kif ukoll, b’mod ġenerali, fenomeni assoċjati mas-suq tad-droga.

3.25.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru (228).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (229)

16

16

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (230)

111

103

Sors:

Data pprovduta miċ-Ċentru.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.25.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet taċ-Ċentru, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (231) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (232) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.25.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja taċ-Ċentru fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.25.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.25.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.25.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.25.8.

L-EMCDDA qabbad ħaddiema temporanji minn aġenzija tax-xogħol (minn hawn ’il quddiem, ħaddiema interim) permezz ta’ kuntratt qafas ma’ aġenzija li ssib xogħol temporanju għall-ħaddiema. Fl-2018, l-EMCDDA qabbad 4 ħaddiema interim, minbarra l-103 membri tal-persunal tiegħu stess, u ħallas EUR 106 403 għas-servizzi tagħhom. Għal kuntratti dwar l-użu ta’ ħaddiema interim, japplika qafas legali speċifiku, li jimponi bosta obbligi fuq l-aġenziji li jsibu xogħol temporanju għall-ħaddiema u l-impriżi li jħaddmuhom. Skont id-Direttiva 2008/104/KE kif ukoll skont il-liġi tax-xogħol tal-Portugall, jeħtieġ li l-ħaddiema interim ikollhom l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-ħaddiema li jiġu impjegati direttament mill-impriża li tħaddimhom. Madankollu, il-kuntratt ma kienx jirrikjedi b’mod espliċitu li l-aġenzija tirrispetta dawn il-kundizzjonijiet, u ma hemm l-ebda evidenza li ċ-Ċentru nnifsu wettaq xi tqabbil bejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal proprju tiegħu u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema interim. Barra minn hekk, iċ-Ċentru kien imissu żgura li l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta kienu jinkludu informazzjoni dwar is-salarji mħallsa lill-persunal tiegħu bi kwalifiki simili u bl-istess impjieg bħall-ħaddiema interim. Aħna sibna li r-rimunerazzjonijiet tal-ħaddiema interim huma ferm aktar baxxi minn dawk tal-persunal proprju tal-EMCDDA, u li dawn tal-ewwel kienu qed jitħallsu kważi nofs is-salarju l-aktar baxx tal-membri tal-persunal proprju taċ-Ċentru minkejja li dawn tal-aħħar kienu qed jagħmlu xogħol simili. Xi wħud mill-ħaddiema interim kienu qed jitħallsu saħansitra inqas mis-salarju l-aktar baxxli seta’ jitħallas lill-persunal impjegat taħt ir-Regolamenti tal-Persunal tal-UE. Dan joħloq riskji ta’ tilwim u reputazzjonali. Jeħtieġ li ċ-Ċentru janalizza l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema interim li jqabbad u jiżgura li jkunu jikkonformaw mal-liġijiet tax-xogħol, kemm dawk Ewropej kif ukoll dawk nazzjonali.

3.25.9.

Fl-2006, l-UE u n-Norveġja ffirmaw ftehim li jiddefinixxi l-formula għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tan-Norveġja għamlet lill-EMCDDA, kif ukoll is-soll minimu tal-kontribuzzjoni. Dan tal-aħħar ġie ssettjat għal EUR 271 000 fl-2006 u għandu jkun suġġett għal aġġustament annwali bbażat fuq ix-xejriet tal-prezzijiet u l-introjtu nazzjonali gross fl-UE. Filwaqt li s-sussidju mill-baġit tal-UE żdied b’24 % bejn l-2007 u l-2018, il-konribuzzjoni min-Norveġja baqgħet kważi l-istess. Dan ma jirriflettix il-mekkaniżmu ta’ kontribuzzjoni previst. L-ammont minimu tal-kontribuzzjoni min-Norveġja jrid jiġi aġġustat skont it-termini maqbula.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

3.25.10.

Fi proċeduri ta’ akkwist b’valur baxx li ma jaqbżux EUR 60 000, l-EMCDDA ma attirax ammont raġonevoli ta’ offerenti. F’ħamsa minn dawn il-proċeduri, kandidat wieħed biss ippreżenta offerta u żewġ offerti ġew ippreżentati fi proċedura waħda. B’ammont tant żgħir ta’ offerti, l-EMCDDA ma żgurax proċedura kompetittiva, li mhuwiex konformi mal-prinċipju tal-kompetizzjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku u ma jiżgurax li l-akkwisti jkollhom l-aħjar valur għall-flus.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.25.11.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2017

Jeħtieġ li l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tissaħħaħ billi dan jibda jirrapporta direttament lid-Direttur (amministrattiv) u lill-Bord ta’ Ġestjoni (funzjonali) taċ-Ċentru.

Ikkompletata

2017

Iċ-Ċentru jippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tiegħu u fuq il-midja soċjali, iżda mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Ikkompletata

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, iċ-Ċentru kien għadu mhux qed tuża dawn l-għodod tal-IT żviluppati mill-Kummissjoni.

Ikkompletata

RISPOSTA TAĊ-ĊENTRU

3.25.8.

Fil-fehma tal-EMCDDA, il-kuntratti għall-ingaġġ tal-ħaddiema interim imsemmija ġew konklużi u implimentati skont il-leġiżlazzjonijiet applikabbli tal-UE u dik Portugiża, u din tal-aħħar ittrasponiet fil-Portugall id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/104/KE. F’dan il-kuntest, il-ħaddiema interim ikkonċernati ġew assenjati kompiti li jinvolvu livell ta’ responsabbiltà, dmirijiet u obbligi li huma aktar baxxi minn dawk mitluba minn u/jew li japplikaw għall-membri tal-persunal statutorju tal-EMCDDA. B’mod partikolari, dawn il-ħaddiema mhumiex marbuta u/jew huma esklużi mir-responsabbiltajiet u l-obbligi li japplikaw għall-persunal statutorju tal-EMCDDA, skont ir-Regolamenti tal-Persunal u dawk Finanzjarji applikabbli tal-UE. Ir-remunerazzjoni ta’ dawn il-ħaddiema interim, kif iddikjarat fil-kuntratti konklużi għall-ingaġġ tagħhom, tirrifletti din is-sitwazzjoni. Fil-fehma tal-EMCDDA, dan huwa konformi mal-prinċipju ta’ trattament ugwali stabbilit mid-Direttiva 2008/104/KE, li japplika għal persuni li jagħmlu “l-istess impjieg”. F’dan il-kuntest, ir-remunerazzjoni netta attwali tal-ħaddiema interim ikkonċernati tikkorrispondi għal madwar 87 % tas-salarju bażiku l-aktar baxx imsemmi tal-persunal tal-EMCDDA u għal 147 % tas-salarju minimu nazzjonali, skont il-leġiżlazzjoni Portugiża. Il-kuntratt bejn l-EMCDDA u l-aġenzija tax-xogħol temporanju jirreferi b’mod espliċitu għall-obbligu ta’ din tal-aħħar li tikkonforma mal-aspetti kollha tal-leġiżlazzjoni applikabbli (il-leġiżlazzjoni Portugiża li tittrasponi d-Direttiva 2008/104/KE). F’dan il-kuntest, l-aġenzija tax-xogħol temporanju hija l-entità legalment responsabbli għal din il-konformità u hija esposta għar-riskju ta’ litigazzjoni fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti konklużi mal-ħaddiema interim għall-assenjar tagħhom fl-EMCDDA. Mingħajr preġudizzju għal dan t’hawn fuq, l-EMCDDA qed jivvaluta mill-ġdid il-politika tiegħu għall-użu ta’ ħaddiema temporanji biex jirrazzjonalizza aktar lil dawn tal-aħħar skont il-ħtiġijiet operattivi tiegħu u l-qafas legali rilevanti.

3.25.9.

Ma teżisti l-ebda korrelazzjoni lineari bejn iż-żieda tal-2007-2018 tas-sussidju tal-UE u l-kontribuzzjoni tan-Norveġja. Tabilħaqq, iż-żieda ta’ din tal-aħħar tirriżulta b’mod esklussiv mill-applikazzjoni tal-formula ddefinita fil-Ftehim rilevanti, filwaqt li ż-żieda tal-ewwel waħda ġiet iddeterminata mid-deċiżjoni annwali tal-awtorità baġitarja tal-UE. Il-Ftehim imsemmi hawn fuq jiddefinixxi, f’termini usa’, formula/metodu differenti għall-aġġustament tal-kontribuzzjoni minima li għandha ssir min-Norveġja. L-applikazzjoni ta’ din il-formula/dan il-metodu tirrikjedi xi interpretazzjoni, li għaliha l-EMCDDA m’għandux il-kapaċità legali meħtieġa, peress li mhuwiex Parti firmatarja tal-Ftehim. L-EMCDDA se jindirizza lill-Partijiet ikkonċernati biex jiċċara u jikkonferma l-metodu li għandu jintuża għal dan l-aġġustament, sabiex ikun jista’ jwettaq dan tal-aħħar malajr kemm jista’ jkun.

3.25.10.

L-EMCDDA stieden kif xieraq l-għadd ta’ offerenti meħtieġa mir-regoli finanzjarji applikabbli biex tiġi żgurata l-kompetizzjoni meħtieġa, skont il-valur baxx tal-kuntratti inkwistjoni. Id-deċiżjoni tal-offerenti mistiedna li jipparteċipaw jew le, kienet iddeterminata b’mod esklussiv mill-għażla libera tagħhom, li setgħet kienet motivata minn raġunijiet leġittimi differenti, inkluż in-nuqqas ta’ attraenza/interess tal-kuntratt minħabba t-tnaqqis fil-kamp ta’ applikazzjoni u l-valur baxx tiegħu. L-EMCDDA se jkompli bl-isforzi kontinwi tiegħu biex jiffaċilita, kemm jista’ jkun, il-parteċipazzjoni fl-akkwisti tiegħu għal kuntratti ta’ valur baxx, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ta’ proporzjonalità u trattament ugwali tal-offerenti potenzjali kollha.

3.26.   AĠENZIJA EWROPEA GĦAT-TMEXXIJA OPERATTIVA TAS-SISTEMI TAL-IT FUQ SKALA KBIRA FL-ISPAZJU TA’ LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA (eu-LISA)

INTRODUZZJONI

3.26.1.

L-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA), minn hawn ‘il quddiem “l-Aġenzija”, li tinsab f’Tallinn, fi Strasburgu u f’St. Johann im Pongau, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (233). Il-missjoni ċentrali ta’ din l-Aġenzija hija li twettaq il-kompiti ta’ tmexxija operattiva għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u s-Sistema Ewropea għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ (Eurodac). Il-mandat tal-Aġenzija qed jiġi estiż għall-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta’ żewġ sistemi tal-IT ġodda. Is-Sistema tad-Dħul/Ħruġ (EES) hija sistema għar-registrazzjoni tad-data dwar id-dħul u l-ħruġ ta’ ċittadini ta’ pajjiż terzi, u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) iżżomm rekord tal-viżitaturi minn pajjiżi li ma jeħtiġux viża biex jidħlu fiż-Żona Schengen.

3.26.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (234).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (235)

79

97

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (236)

152

162

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.26.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (237) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (238) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.26.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.26.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.26.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.26.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.26.8.

Fi proċedura ta’ reklutaġġ, il-Kumitat tal-Għażla ddevja mill-avviż ta’ post battal li ġie ppubblikat u applika punteġġ minimu ogħla għall-inklużjoni tal-applikanti fuq il-lista ta’ riżerva. Dan huwa meqjus bħala dgħufija fit-trasparenza tal-proċedura. Jeħtieġ li l-Aġenzija tiżgura li l-kriterji tal-għażla ppubblikati jiġu rrispettati.

3.26.9.

Fil-każ ta’ kuntratti għall-forniment ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni, l-Aġenzija tat kuntratt lill-uniku operatur ekonomiku li kien ippreżenta offerta. L-ammont tal-kuntratt mogħti jikkorrispondi għall-ammont ippubblikat fl-avviż inizjali dwar kuntratt (EUR 144 000). Madankollu, l-offerta inzijali li ġiet ippreżentata mill-operatur kienet ta’ EUR 45 700 biss. Il-proċedura ta’ akkwist pubbliku li tirriżulta fl-għoti ta’ kuntratt għal ammont li jaqbeż l-offerta mhix konformi mar-regoli tal-akkwist pubbliku. Jeħtieġ li l-Aġenzija ma tagħtix kuntratti għal prezzijiet li jkunu ogħla mill-offerti tal-offerenti.

3.26.10.

L-Aġenzija estendiet id-durata ta’ kuntratt dirett għall-forniment ta’ servizzi ta’ sigurtà u akkoljenza minn erba’ snin għal sitt snin. Dan wassal għal żieda kumulattiva fil-valur tal-kuntratt minn EUR 2,9 miljun għal EUR 5 miljun (73 %), u dan mhuwiex konformi mar-Regolament Finanzjarju. Il-pagamenti li saru fl-2018 wara l-perjodu inzijali ta’ erba’ snin (EUR 1 miljun) huma irregolari. Jeħtieġ li l-Aġenzija tiżgura li tkun konformi mar-regoli tal-akkwist pubbliku.

3.26.11.

Iż-żewġ pagamenti awditjati li saru għall-forniment ta’ servizzi ta’ “manutenzjoni korrettiva fil-funzjonament tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen” (MWS) kienu (parzjalment) irregolari. L-Aġenzija kienet emendat kuntratt wieħed speċifiku billi żiedet it-tariffi għall-manutenzjoni ta’ kull xahar minn EUR 361 000 għal EUR 568 000, mingħajr ma emendat il-kuntratt qafas għall-MWS biex isir provvediment għal din iż-żieda fil-prezz. Aktar tard, l-Aġenzija estendiet il-kuntratt speċifiku b’xahar u nofs wara d-data ta’ skadenza tal-kuntratt qafas għall-MWS. L-ammont addizzjonali mħallas għall-manutenzjoni ta’ kull xahar (EUR 207 000) u l-pagament għall-manutenzjoni wara d-data ta’ skadenza tal-kuntratt qafas għall-MWS (EUR 552 000) huma irregolari. Jeħtieġ li l-Aġenzija tiżgura li tkun konformi mar-regoli tal-akkwist pubbliku.

3.26.12.

Barra minn hekk, il-formula stipulata fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta li tirrigwarda l-kuntratt għall-MWS, sabiex tiġi identifikata l-offerta tal-aħjar kwalità, kienet differenti minn dik li ġiet ikkomunikata fid-dokument ta’ mistoqsijiet u tweġibiet għall-offerenti. Aħna identifkajna wkoll nuqqasijiet oħra fil-kwalità, fil-kompletezza u fil-konsistenza tal-informazzjoni, bħal inkonsistenzi bejn l-informazzjoni miżmuma fuq il-karti u dik maħżuna elettronikament. Għalkemm dawn id-dgħufijiet ma kellhomx impatt fuq l-eżitu tal-proċedura ta’ akkwist, jeħtieġ li l-Aġenzija ssaħħaħ il-kontrolli interni relatati mal-proċedura ta’ akkwist.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

3.26.13.

Fl-2018, l-Aġenzija mmaniġġjat baġit ta’ EUR 202 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 97 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament. L-implimentazzjoni tal-baġit kienet inqas milli ppjanat minħabba l-adozzjoni tardiva jew id-dħul fis-seħħ tardiv tal-atti legali, li ma kinux jaqgħu taħt il-kontroll tal-Aġenzija, u dan affettwa kemm l-evoluzzjoni ta’ sistemi eżistenti kif ukoll l-iżviluppi ta’ sistemi ġodda. B’rispons għal dan, l-Aġenzija rritornat EUR 74 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament lill-Kummissjoni u rriportat EUR 49 miljun f’approprjazzjoni ta’ impenn sabiex tippreservahom għall-użu fis-snin finanzjarji sussegwenti. Dan jixħet dubju fuq is-suppożizzjonijiet sottostanti għall-ippjanar li jinsabu fir-Rapporti Finanzjarji Leġiżlattivi mħejjija mill-Kummissjoni Ewropea, fejn din assumiet li l-Aġenzija setgħet diġà tassorbixxi riżorsi baġitarji sinifikanti fl-2018. Jeħtieġ li l-Aġenzija, flimkien mal-Kummissjoni, ittejjeb l-allinjament tal-ippjanar baġitarju mat-twaqqit tal-atti legali relatati.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.26.14.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2013/2015

Il-Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen jikkontribwixxu għall-finanzjament tan-nefqa operazzjonali tal-Aġenzija, iżda mhux għan-nefqa għall-persunal u dik amministrattiva.

Għadha għaddejja

(Mhux taħt il-kontroll tal-Aġenzija)

2015

Il-proċeduri ta’ akkwist awditjati llimitaw il-kompetizzjoni u żiedu d-dipendenza fuq il-kuntratturi.

M/A

2017

Fl-2017, l-Aġenzija kellha diffikultajiet biex tattira biżżejjed kompetizzjoni għal bosta proċeduri ta’ akkwist b’valur medju. F’kull waħda mill-proċeduri awditjati, l-Aġenzija ma rċevietx aktar minn offerta waħda.

M/A

2017

Attwalment, l-Aġenzija eu-LISA timmaniġġja tliet sistemi tal-IT fuq skala kbira li huma separati u mhux integrati (SIS II, VIS u Eurodac) u li kollha jittrattaw data fil-qasam ta’ politika tal-Unjoni relatat mal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja. Approċċ ta’ dan it-tip jista’ jipprevieni lill-Aġenzija milli tikseb ekonomiji ta’ skala u sinerġiji bejn is-sistemi differenti.

Għadha għaddejja

2017

Il-proġett għall-kostruzzjoni ta’ bini ġdid fuq is-sit ta’ Strasburgu ddewwem b’mod konsiderevoli.

Ikkompletata

2017

L-Aġenzija tippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tagħha u fuq il-midja soċjali, iżda mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Għadha għaddejja

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Aġenzija kienet introduċiet l-għodod għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing) u għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) għal ċerti proċeduri, iżda mhux dawk għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission).

Għadha għaddejja

2017

Għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ proġetti tal-IT, l-Aġenzija tapplika mudell ta’ esternalizzazzjoni, fejn madwar 90 % tax-xogħol relatat jitwettaq minn tliet kuntratturi, u dan joħloq riskji konsiderevoli ta’ dipendenza eċċessiva fuq il-kuntratturi.

Għadha għaddejja

2017

Fl-istess ħin, l-għadd żgħir ta’ membri tal-persunal f’unitajiet operazzjonali ewlenin joħloq riskji sinifikanti għall-kontinwità tal-operazzjonijiet.

Ikkompletata

2017

Il-kuntratti qafas (FWCs) li ġew iffirmati mal-konsorzji rispettivi għall-operat tas-sistemi prinċipali tal-IT joħolqu riskju ta’ pagamenti eċċessivi. L-Aġenzija tista’ tqis il-possibbiltà li tuża l-IFPUG, li huwa metodoloġija standard li tikkonsisti fl-użu ta’ punti ta’ funzjoni biex jiġi ddeterminat il-prezz tal-attivitajiet ta’ żvilupp.

Għadha għaddejja

2017

L-Aġenzija daħlet f’impenji globali għal ammont totali ta’ EUR 69,9 miljun, biex tkopri l-infiq futur relatat mal-kompiti u mas-sistemi tal-IT il-ġodda li inizjalment kienu ppjanati għall-Aġenzija fl-2017, iżda li għalihom il-bażi legali kienet għadha ma ġietx adottata sa tmiem is-sena.

M/A

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

3.26.8.

L-Aġenzija tirrikonoxxi l-osservazzjoni. Sabiex tevita interpretazzjonijiet diverġenti mill-kliem litterali dwar din il-kwistjoni, għandu jintuża kliem aktar strett fl-avviżi ta’ postijiet battala li l-Aġenzija se tippubblika fil-futur. Barra minn hekk, l-Aġenzija aġġustat mill-ġdid b’mod immedjat il-prattika tagħha anke għall-proċeduri li għadhom għaddejjin. Bħala azzjoni ta’ mitigazzjoni addizzjonali, il-linji gwida dwar il-proċeduri ta’ reklutaġġ se jinkludu l-prinċipju li l-limitu għall-inklużjoni fil-lista ta’ riżerva għandu jiġi stabbilit ex ante.

3.26.9.

L-Aġenzija tirrikonoxxi l-osservazzjoni. Madankollu, l-Aġenzija tindika li l-offerta finanzjarja kienet maħsuba biss bħala xenarju mhux vinkolanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-offerti. Il-pagamenti attwali ta’ kull xahar huma bbażati fuq l-għoti attwali tas-servizzi skont il-prezzijiet tal-unità offruti inizjalment.

3.26.10.

L-Aġenzija tirrikonoxxi s-sejba. Is-sitwazzjoni ġiet ikkawżata minn ċirkustanzi eċċezzjonali, li ġew irrappurtati fil-ħin u analizzati fir-Reġistru tal-Eċċezzjonijiet tal-Aġenzija. Ittieħdu deċiżjonijiet kif meħtieġ biex jiġi żgurat li s-servizzi ta’ sigurtà jibqgħu jiġu pprovduti sakemm jiġu solvuti ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali, u li r-regolarità tal-offerti tiġi ppreservata.

3.26.11.

L-Aġenzija tirrikonoxxi s-sejba. Dewmien imġarrab fit-tnedija tal-kuntratt qafas suċċessur, u passi addizzjonali meħuda matul il-proċess tal-għoti, irriżultaw fir-rekwiżit li tiġi żgurata l-manutenzjoni kontinwa għas-Sistema, b’konformità mal-obbligi legali tal-Aġenzija. L-Aġenzija tinsab fil-proċess li tiffinalizza s-sett ta’ lista’ ta’ kontroll u ta’ mudelli għall-proċeduri ta’ akkwist. L-Aġenzija qiegħda wkoll tiffinalizza l-ħolqien ta’ kapaċitajiet meħtieġa biex jappoġġaw l-ippjanar ta’ attivitajiet operattivi u l-akkwist sottostanti, pereżempju l-ġestjoni tal-bejjiegħa, il-ġestjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali. Din hija parti mill-implimentazzjoni ta’ struttura organizzattiva ġdida, li hija programm li l-Aġenzija nediet f’Marzu 2018 u ppjanat li jintemm f’Settembru 2019. Parti mill-istess programm, ir-reklutaġġ ta’ persunal addizzjonali fil-kapaċitajiet eżistenti li jipprovdu inputs u kontrolli tekniċi jew legali għall-proċess ta’ akkwist se titlesta wkoll sa Settembru 2019.

3.26.12.

Il-verifiki tal-konsistenza u l-komparabbiltà bejn l-ippjanar tal-offerti u l-kuntratti attwali se jiġu mtejba u dokumentati biex jippermettu valutazzjoni ex post. Fil-preżent il-valutazzjoni ex post ma tintużax bħala funzjoni fil-proċess ta’ akkwist, minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi umani allokati. Ara wkoll it-tweġiba għall-punt preċedenti.

3.26.13.

L-iskrizzjoni ta’ riżorsi baġitarji fil-baġit ivvutat tal-Aġenzija għal-leġiżlazzjoni li għadu ma ġiex adottat tintroduċi riskji sinifikanti għal ġestjoni finanzjarja soda. Dawn ir-riskji jiġu rrappurtati b’mod sistematiku lill-Bord tat-Tmexxija.

3.27.   UNITÀ TA’ KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA TAL-UNJONI EWROPEA (EUROJUST)

INTRODUZZJONI

3.27.1.

L-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali) (minn hawn ’il quddiem il-“Eurojust”), li tinsab f’The Hague, ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA (239) bl-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja. L-objettiv tagħha hu li ttejjeb il-koordinazzjoni ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet transkonfinali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u bejn l-Istati Membri u Stati mhux Membri.

3.27.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Eurojust (240).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Eurojust

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (241)

48

38

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (242)

242

238

Sors:

Data pprovduta mill-Eurojust.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.27.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Eurojust, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (243) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (244) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.27.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Eurojust għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurojust fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.27.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.27.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.27.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.27.8.

B’segwitu għal proċedura ta’ akkwist innegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt, l-Eurojust iffirmat kuntratt qafas (FWC) tal-IT għal perjodu ta’ tliet snin ma’ kumpanija li kienet ipprovdiet l-istess servizzi taħt FWC preċedenti. L-FWC ġie ffirmat għal ammont totali ta’ EUR 450 000 (EUR 150 000 kull sena). Skont ir-Regolament Finanzjarju, din il-proċedura simplifikata hija aċċettabbli biss f’ċirkustanzi speċifiċi li ma kinux issostanzjati mill-Eurojust. L-FWC, il-kuntratti speċifiċi relatati kollha u l-pagamenti kollha li saru taħt dawn il-kuntratti (il-pagamenti għall-2018 ammontaw għal EUR 40 271) huma irregolari.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.27.9.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2011

Hemm lok biex terġa’ tiġi kkunsidrata mill-ġdid id-definizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi bejn id-Direttur u l-Kulleġġ tal-Eurojust.

Ikkompletata

2017

L-Eurojust tippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tagħha u fuq il-midja soċjali, iżda mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Għadha għaddejja

RISPOSTA TAL-EUROJUST

3.27.8.

L-Eurojust tieħu nota tal-Osservazzjoni tal-Qorti. Il-Kuntratt Qafas ġie ffirmat wara proċedura negozjata abbażi tal-Artikolu 134(f)(i) tar-Regoli tal-Applikazzjoni (245). L-Artikolu jgħid li din il-proċedura tista’ tintuża fejn bdil tal-fornitur jirriżulta f’“inkompatibbiltà jew diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fl-operazzjoni u l-manteniment”.

L-Eurojust tirrikonoxxi li d-dokumentazzjoni ta’ sostenn għall-kuntratt ma tiġġustifikax b’mod adegwat l-użu ta’ din il-proċedura u se tagħmel sforz biex tiżgura li kwalunkwe proċeduri futuri jkunu sostnuti b’ġustifikazzjonijiet aktar robusti. L-Eurojust madankollu tibqa’ tal-fehma li f’din l-okkażjoni bidla tal-fornitur kienet tirriżulta f’diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fl-operazzjoni u l-manteniment, u għalhekk l-azzjoni deċiża kienet dik li tqieset l-aktar kosteffiċjenti.

3.28.   AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-KOOPERAZZJONI FL-INFURZAR TAL-LIĠI (EUROPOL)

INTRODUZZJONI

3.28.1.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, jew l-“Europol”), li tinsab f’The Hague, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (246) li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill (2009/371/ĠAI) (247). L-objettiv tal-Aġenzija hu li tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet tal-pulizija u ta’ servizzi oħra ta’ infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar, it-terroriżmu u forom ta’ kriminalità li jolqtu interess komuni kopert mill-politika tal-Unjoni.

3.28.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (248).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (249)

118

137

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (250)

804

826

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.28.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (251) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (252) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.28.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Europol għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Europol fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.28.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.28.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.28.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.28.8.

L-Aġenzija tawlet b’mod irregolari d-durata ta’ kuntratt qafas (FWC) għall-forniment ta’ servizzi tal-ivvjaġġar fuq xogħol billi ffirmat l-emenda numru 2 wara li l-kuntratt kien skada. Bl-istess emenda, l-Aġenzija introduċiet ukoll aspetti ġodda tal-prezzijiet, li ma kinux koperti mill-proċedura kompetittiva ta’ akkwist. Għaldaqstant, l-emenda numru 2 u l-pagamenti relatati għall-2018 li jammontaw għal EUR 22 188 huma irregolari. Il-Europol biħsiebha tuża l-FWC sa Marzu 2020. L-osservazzjoni tindirizza dgħufijiet fil-ġestjoni tal-kuntratti u fil-kontrolli ex ante. Jeħtieġ li dawn jissaħħu kif meħtieġ.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.28.9.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani u l-Etika fil-EUROPOL (253). L-Aġenzija ħejjiet pjan ta’ azzjoni biex tindirizza l-oqsma fejn jista’ jsir titjib.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.28.10.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2017

L-Aġenzija tippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tagħha u fuq il-midja soċjali, iżda mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Għadha għaddejja

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

3.28.8.

L-Europol huwa tal-fehma li saru ġestjoni tal-kuntratt u kontrolli ex ante adatti fil-każ preżenti. L-estensjoni tal-kuntratt qafas inbdiet ħafna qabel id-data ta’ skadenza tagħha fit-tmiem ta’ Marzu 2018. Inizjalment l-Europol kien irċieva assigurazzjoni mill-kuntrattur li l-emenda se tkun iffirmata fil-ħin. Sussegwentement, il-kuntrattur għamel kondizzjonijiet dwar l-estensjoni tal-kuntratt fuq l-Europol biex dan jassorbi l-ispejjeż ikkawżati minn bidliet fil-prezzijiet ta’ ħruġ ta’ biljetti tal-linji tal-ajru ta’ linja tal-ajru waħda. B’segwitu tan-negozjati, l-Europol aċċetta l-ispiża ta’ ħlas addizzjonali ogħla ta’ EUR 2,50 għal kull biljett tal-ajru mill-kuntrattur, fir-rigward ta’ prenotazzjonijiet tal-linja tal-ajru inkwistjoni, minflok spejjeż ogħla ta’ EUR 11,00 għal kull biljett tal-ajru bħala l-alternattiva l-oħra. Għaldaqstant l-Europol huwa tal-fehma li eżerċita diliġenza dovuta u li d-dewmien għall-estensjoni tal-kuntratt kien ikkawżat mill-fatt li l-Europol applika l-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, kif meħtieġ mill-Artikolu 29 tar-Regoli Finanzjarji tal-Europol. Kieku l-kuntratt qafas ma kienx estiż kien ifisser li l-Europol ma kienx ikollu kuntratt biex jimplimenta funzjoni importanti għall-organizzazzjoni (il-prenotazzjoni tal-ivvjaġġar).

3.29.   AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI (FRA)

INTRODUZZJONI

3.29.1.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (minn hawn ‘il quddiem “l-Aġenzija”, jew il-“FRA”), li tinsab fi Vjenna, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 (254). L-objettiv tal-Aġenzija huwa li tipprovdi lill-awtoritajiet rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha b’assistenza u b’kompetenza fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni relatata mad-drittijiet fundamentali.

3.29.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (255).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (256)

23

23

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (257)

108

110

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.29.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (258) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (259) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.29.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.29.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.29.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.29.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

3.29.8.

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’ammont ta’ EUR 4,9 miljun, jiġifieri 70 % (2017: EUR 5,7 miljun, jiġifieri 70 %). Dawn jirriflettu prinċipalment in-natura tal-attivitajiet li jinvolvu l-finanzjament ta’ studji li jdumu għaddejjin għal bosta xhur, u spiss jibqgħu sejrin anke wara tmiem is-sena. L-Aġenzija introduċiet proċeduri ta’ ppjanar biex timmonitorja d-dewmien inevitabbli bejn l-iffirmar tal-kuntratti, il-konsenji u l-pagamenti. Madankollu, parti sinifikanti mir-riporti għadha mhix ippjanata, u jeħtieġ li l-Aġenzija tkompli ttejjeb l-ippjanar baġitarju tagħha.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.29.9.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2016

Kien hemm livell għoli ta’ riporti baġitarji. L-Aġenzija tista’ tqis il-possibbiltà li tintroduċi approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati.

Għadha għaddejja

2017

Jeħtieġ li l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tissaħħaħ billi dan jibda jirrapporta direttament lid-Direttur (amministrattiv) u lill-Bord Governattiv (funzjonali) tal-Aġenzija.

Ikkompletata

2017

L-Aġenzija ltaqgħet ma’ xi diffikultajiet fl-akkwist ta’ studji minħabba li l-istima tas-suq ma kinitx realistika.

Pendenti

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Aġenzija kienet introduċiet l-għodod għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing) għal ċerti proċeduri, iżda mhux dawk għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) u għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission).

Għadha għaddejja

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

3.29.8.

L-Aġenzija tiddedika sforz kbir għas-segwitu tar-riporti ppjanati. Il-previżjoni tiddaħħal fis-sistema matul l-ewwel trimestru u tiġi aġġornata b’mod kostanti sa tmiem is-sena. Madankollu, hemm ċerti fatturi li nistgħu nipprevedu biss fi stadju aktar tard, bħall-bilanċ pożittiv potenzjali minn Titoli I u II li ġew trasferiti għat-Titolu III. F’dan il-każ, l-ammont impenjat sħiħ jiġi riportat għas-sena ta’ wara. Barra minn hekk, f’nofs l-2018 kellna problema teknika bl-applikazzjoni użata għas-segwitu tal-konsum tal-baġit li wasslet għal xi kalkoli mhux preċiżi. Minkejja dan, id-devjazzjoni bejn l-ammont inizjali ppjanat u l-ammont finali riportat kien ta’ madwar 10 % biss, li aħna nqisu li huwa fi ħdan il-marġni ta’ tolleranza. Sadanittant, l-applikazzjoni l-qadima għall-monitoraġġ tal-konsum tal-baġit ġiet sostitwita b’waħda ġdida.

3.30.   AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-GWARDJA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA (FRONTEX)

INTRODUZZJONI

3.30.1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, jew il-“Frontex”), inħolqot bir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (260) (ir-“Regolament fundatur il-ġdid”) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 (261). Is-sede tagħha tinsab f’Varsavja. Il-mandat tal-Aġenzija huwa li tiżgura ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri bħala responsabbiltà kondiviża tal-Aġenzija u tal-awtoritajiet nazzjonali fil-fruntieri esterni bil-ħsieb li jkun hemm ġestjoni effiċjenti ta’ dawk kollha li jidħlu billi jaqsmu l-fruntieri esterni. Dan jinkludi l-indirizzar tal-isfidi migratorji u t-theddidiet futuri potenzjali f’dawk il-fruntieri, u b’hekk jingħata kontribut biex tiġi indirizzata l-kriminalità serja b’dimensjoni transfruntiera, jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà interna fl-Unjoni, b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiġi ssalvagwardjat il-moviment liberu tal-persuni fi ħdanha.

3.30.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (262).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (263)

281

289

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (264)

526

630

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.30.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (265) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (266) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.30.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.30.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.30.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Osservazzjonijiet dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.30.7.

Fl-2018, l-Aġenzija mmaniġġjat ftehimiet ta’ finanzjament ma pajjiżi li jikkooperaw għal attivitajiet operazzjonali f’ammont ta’ EUR 171 miljun (EUR 189 miljun fl-2017), li kienu jirrappreżentaw 59 % tal-baġit tal-Aġenzija. Din is-sena kienet waħda ta’ tranżizzjoni f’bosta aspetti. L-Aġenzija niedet skema ta’ finanzjament simplifikata ġdida li fil-biċċa l-kbira hija bbażata fuq spejjeż unitarji għal infiq relatat mat-tqassim tar-riżorsi umani. Lejn tmiem l-2018, l-Aġenzija introduċiet ukoll sistema ġdida ta’ kontroll ex post li tkopri t-tipi kollha ta’ nfiq, u mmodifikat is-sistema tagħha ta’ kontrolli ex ante inkorporata fiċ-ċirkwiti finanzjarji. Il-Qorti se tivvaluta l-impatt ta’ dawn l-iżviluppi fl-awditi li ġejjin. Madankollu, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-rimborż tan-nefqa relatata mat-tagħmir (madwar 35 % tan-nefqa totali għall-attivitajiet operazzjonali jew bejn wieħed u ieħor EUR 60 miljun) għadu bbażat fuq l-ispiża effettiva. Fl-2018, proġett pilota biex issir ukoll bidla għal rimborżi bbażati fuq l-ispejjeż unitarji għal dan it-tip ta’ spejjeż, sa issa, għadu ma rnexxiex fil-forma attwali tiegħu. Il-Qorti ilha tirrapporta b’mod konsistenti mill-2014 li l-prova tal-ispejjeż effettivi kklejmjati minn pajjiżi li jikkooperaw għall-ispiża relatata mat-tagħmir spiss mhijiex suffiċjenti, u dan ġie kkonfermat għal darb’oħra mir-riżultati tal-awditjar ta’ din is-sena. Il-verifikazzjonijiet ex ante ta’ dawn l-ispejjeż li l-Frontex twettaq ma jistgħux ikunu effettivi dment li jkomplu jsiru rimborżi tal-ispejjeż li ma jkunux issostanzjati minn dokumenti ta’ sostenn. Barra minn hekk, bħal fis-sena preċedenti, il-Frontex ma wettqet l-ebda verifikazzjoni ex post fuq ir-rimborżi, u dan kompla jżid ir-riskju ta’ rimborżi mhux iġġustifikati tal-ispejjeż. (Ara l-paragrafu 3.30.9 sa 3.30.11).

3.30.8.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.30.9.

Bħal fi snin preċedenti, aħna sibna li l-infiq ikklejmjat minn pajjiżi li jikkooperaw mhux dejjem ikun sostnut minn fatturi jew minn evidenza oħra, iżda xorta waħda jiġi rrimborżat. Bħala eżempju, fl-2018, l-Aġenzija ffinanzjat appoġġ li ngħata lill-Forzi Armati ta’ Malta għall-iskjerament ta’ assi fl-Italja. Qabel ma rrimborżat l-infiq ikklejmjat minn Malta, l-Aġenzija talbet li tiġi pprovduta evidenza għal kategorija waħda ta’ nfiq iddikjarat. Għalkemm din qatt ma ġiet ipprovduta, l-Aġenzija rrimborżat madwar EUR 100 000.

3.30.10.

Bħala eżempju ieħor, l-Aġenzija ffinanzjat l-użu ta’ ajruplan u ta’ bastiment mill-Gwardja Statali tal-Fruntiera tar-Repubblika tal-Latvja. L-Aġenzija talbet li tiġi pprovduta evidenza għal kategorija waħda ta’ nfiq iddikjarat għall-bastiment. Għalkemm l-evidenza qatt ma ġiet ipprovduta, l-Aġenzija rrimborżat madwar EUR 208 000.

3.30.11.

Għaldaqstant, fl-eżempji ta’ hawn fuq, il-verifikazzjonijiet ex ante kienu ineffettivi. Jeħtieġ li l-Aġenzija, flimkien mal-pajjiżi li jikkooperaw, tkompli taħdem fuq l-iżvilupp ta’ skema ta’ finanzjament simplifikata u trasparenti li tkopri wkoll l-ispejjeż relatati mat-tagħmir. Sakemm din l-iskema tiġi stabbilita, jeħtieġ li l-Frontex issaħħaħ il-verifikazzjonijiet ex ante u tintroduċi mill-ġdid il-verifikazzjonijiet ex post biex tiżgura li l-ispejjeż sostanzjati biss jiġu rrimborżati.

3.30.12.

Fl-istess ħin, il-Qorti tenfasizza li l-Frontex tiddependi wkoll fuq il-kooperazzjoni tal-pajjiżi li jikkooperaw għall-ġestjoni finanzjarja tal-operazzjonijiet, kif ukoll fuq il-preżentazzjoni ta’ evidenza affidabbli u kompleta għal kull spiża kklejmjata għar-rimborż.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

3.30.13.

Fi proċedura ta’ akkwist għal kuntratt qafas (FWC) rigward il-forniment tal-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ softwer speċifiku tal-ICT (EUR 8 miljun), l-Aġenzija rċeviet sitt offerti, li tnejn minnhom ġew minn kumpaniji li kienu pparteċipaw fit-tħejjija tad-dokumenti tal-akkwist. Għal din ir-raġuni, u f’konformità mar-Regolament Finanzjarju, l-Aġenzija talbet lill-operaturi kkonċernati biex jieħdu miżuri ta’ kumpens biex jevitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Waħda mill-kumpaniji li kienet involuta fit-tħejjija ta’ din il-proċedura ta’ akkwist ippreżentat offerta rebbieħa għal EUR 5,8 miljun, li tkopri l-ispejjeż fissi għas-servizzi kollha pprovduti għall-iżvilupp u l-manutenzjoni li kellhom jinxtraw għad-durata kollha tal-kuntratt f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta. Is-servizzi ta’ konsulenza anċillari kienu jirrappreżentaw parti żgħira mill-offerta (3 %). Minkejja dan, l-Aġenzija tat kuntratt qafas għall-ammont massimu ta’ EUR 8 miljun, li huwa ekwivalenti għall-ammont stmat inizjalment. Filwaqt li l-kuntratti qafas ma jikkostitwux obbligu li jsir xiri sal-valur massimu tal-kuntratt, id-differenza konsiderevoli bejn il-valur massimu tal-kuntratt (EUR 8 miljun) u l-offerta rebbieħa (EUR 5,8 miljun), tista’ toħloq riskju sinifikanti għall-ġestjoni finanzjarja tajba. Il-possibbiltà li jinxtraw servizzi addizzjonali li jammontaw għal EUR 2,2 miljun, jew qrib it-30 % tal-valur tal-kuntratt, mhix meqjusa bħala kontinġenza raġonevoli. Jeħtieġ li, fid-dokumenti tal-offerta, l-Aġenzija tagħmel stimi aktar realistiċi tal-ħtiġijiet tagħha rigward servizzi u jeħtieġ li hija tapplika ġestjoni finanzjarja rigoruża għall-kuntratti tal-IT.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

3.30.14.

L-Aġenzija ma għandhiex politika dwar karigi sensittivi li kieku tidentifika funzjonijiet sensittivi, iżżommhom aġġornati u tiddefinixxi miżuri xierqa biex timmitiga r-riskju ta’ interessi personali. Dan mhuwiex konformi mal-istandards ta’ kontroll intern tal-Aġenzija. Jeħtieġ li l-Aġenzija tadotta u timplimenta tali politika dwar karigi sensittivi mingħajr dewmien.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

3.30.15.

Fl-2018, l-Aġenzija mmaniġġjat baġit ta’ EUR 289 miljun. Ir-riporti baġitarji għall-2019 ammontaw għal EUR 83 miljun (29 %) u kienu kemxejn inqas minn dawk tas-sena preċedenti (EUR 88 miljun jiġifieri 32 %). Ir-rata ta’ riporti kkanċellati għall-2018 kienet ta’ EUR 11-il miljun (12 %), li f’termini relattivi huwa ftit inqas mill-ammont ta’ EUR 11-il miljun (15 %) għall-perjodu preċedenti. Ir-raġunijiet prinċipali għar-riporti u l-kanċellazzjonijiet kienu l-isfidi biex jinkisbu l-għadd u l-profili tal-membri tal-persunal skont it-tabella tal-persunal, id-dewmien biex jitnieda l-proġett tal-bini għas-sede l-ġdida tal-Aġenzija, in-natura pluriennali tal-proġetti tal-ICT u l-fatt li l-pajjiżi li jikkooperaw ikomplu jistmaw b’mod eċċessiv l-iskala u l-ispiża tal-attivitajiet. Jeħtieġ li l-Aġenzija, flimkien mal-pajjiżi li jikkooperaw, tkompli tistinka biex tipproduċi stimi tal-ispejjeż u previżjonijiet tal-baġit aktar preċiżi.

3.30.16.

Għalkemm l-Aġenzija kompliet bi sforzi ta’ reklutaġġ ulterjuri u żiedet l-għadd ta’ membri tal-persunal minn 526 għal 630 fl-2018, hija xorta waħda ma laħqitx l-għadd ta’ 760 membru tal-persunal awtorizzat fit-tabella tal-persunal tagħha għall-2018 (83 %).

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.30.17.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar il-Ġestjoni tal-Kuntratti fil-FRONTEX (267). L-Aġenzija waslet għal qbil mal-IAS dwar pjan ta’ azzjoni biex jiġu indirizzati l-oqsma identifikati fejn jista’ jsir titjib.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.30.18.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2013

Għall-kontijiet hemm il-ħtieġa li l-monitoraġġ tal-bilanċi tal-fornituri jsir b’mod aktar regolari u li l-analiżi tad-differenzi ssir b’mod aktar f’waqtha.

Ikkompletata

2014

Id-dokumentazzjoni mill-pajjiżi li jikkooperaw, li ssostni l-infiq ikklejmjat, mhux dejjem tkun suffiċjenti. Barra dan, ma ntalab l-ebda ċertifikat tal-awditjar.

Għadha għaddejja għall-verifikazzjonijiet ex ante u ex post

Ikkompletata għaċ-ċertifikati tal-awditjar

2014

L-għadd għoli u dejjem jiżdied ta’ ftehimiet ta’ għotja u l-kobor tal-infiq relatat li għandu jiġi vverifikat u rrimborżat mill-Frontex iqajmu l-mistoqsija dwar jekk jistgħux jintużaw mekkaniżmi ta’ finanzjament alternattivi li huma aktar effiċjenti u kosteffettivi.

Ikkompletata

2015

L-awditu ex post fl-Iżlanda li twettaq mill-Aġenzija f’Ottubru 2015 qabad pagamenti irregolari li ġew irkuprati parzjalment biss.

Ikkompletata

2015

Hemm riskju mhux indirizzat ta’ finanzjament doppju mill-Fond għas-Sigurtà Interna li huwa mmaniġġjat mill-finanzjament tal-Kummissjoni u tal-Frontex.

Pendenti

2015

L-Istati li jipparteċipaw f’operazzjonijiet tal-fruntieri jiddikjaraw l-ispejjeż li jkunu ġġarrbu fuq il-bażi ta’ fuljetti ta’ kklejmjar tal-ispejjeż. Fir-Rapport Speċjali Nru 12/2016 tagħha, il-Qorti rrakkomandat li l-aġenziji għandhom jużaw possibbiltajiet ta’ spejjeż simplifikati kull meta xieraq, biex jiġu evitati ineffiċjenzi bħal dawn.

Ikkompletata f’dak li jirrigwarda t-tqassim tar-riżorsi umani

Għadha għaddejja għat-tagħmir tekniku

2016

Il-livell ta’ riporti kien għoli. Mill-pajjiżi li jikkooperaw, hemm ħtieġa li jinkisbu stimi aktar preċiżi tal-ispejjeż kif ukoll rappurtar aktar f’waqtu tal-ispejjeż. L-Aġenzija tista’ wkoll tqis il-possibbiltà li tintroduċi approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati.

Għadha għaddejja

2016

Mill-postijiet awtorizzati fit-tabella tal-persunal tal-Aġenzija, imtlew biss 71 %.

Għadha għaddejja

2017

L-għoti dirett tal-kuntratt ta’ sostituzzjoni għal servizzi tat-trasport bil-laneċ lill-offerent ikklassifikat fit-tieni post kien irregolari, peress li l-proċedura inizjali ta’ akkwist kienet ingħalqet.

M/A

2017

Ir-Regolamenti tal-Persunal jipprovdu li persunal temporanju ġdid jista’ jiġi rreklutat biss fi gradi SC 1 sa SC 2, AST 1 sa AST 4 jew AD 5 sa AD 8. Fl-2017, l-Aġenzija rreklutat 2 membri tal-persunal fi gradi AST aktar għoljin (14 fl-2016). Ir-reklutaġġ f’dawn il-gradi huwa irregolari.

M/A

2017

Fl-2017, l-Aġenzija rrimborżat kompletament l-infiq ikklejmjat mill-Gwardji tal-Kosta tal-Iżlanda, għalkemm il-fatturi li jiġġustifikaw tip wieħed ta’ nfiq ikklejmjat qatt ma ġew ipprovduti.

Pendenti

2017

L-Aġenzija kkofinanzjat ukoll l-infiq ikklejmjat mill-Gwardja Ċivili Spanjola, għalkemm mhux l-infiq kollu kien sostnut b’evidenza.

Pendenti

2017

Għalkemm l-Aġenzija kienet diġà ttrażlokat għas-sede attwali tagħha fl-2014, hija għad ma għandhiex Pjan tal-Kontinwità tal-Operat komprensiv approvat mill-Bord Amministrattiv.

Għadha għaddejja

2017

L-Aġenzija reġgħet ikkanċellat ammont kbir ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati mis-sena preċedenti għal rimborżi ta’ infiq lil pajjiżi li jikkooperaw f’operazzjonijiet konġunti, li għal darb’oħra wera li l-pajjiżi li jikkooperaw reġgħu stmaw konsiderevolment b’mod eċċessiv l-infiq li jrid jiġi rrimborżat mill-Aġenzija.

Għadha għaddejja

2017

Fl-2017, l-approprjazzjonijiet disponibbli għall-operazzjonijiet ta’ ritorn ammontaw għal EUR 66,5 miljun. Madankollu, l-operazzjonijiet ma żammewx il-pass mal-approprjazzjonijiet disponibbli u, għalhekk, l-Aġenzija rritornat EUR 13,5 miljun lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-Aġenzija rritornat EUR 4 miljun mit-Titolu I tal-baġit billi ma setgħetx tirrekluta l-għadd ippjanat ta’ impjegati ġodda fl-2017.

Għadha għaddejja

2017

Il-baġit inizjali tal-Aġenzija għall-2017 kien jinkludi riżerva operazzjonali finanzjarja statutorja għal interventi rapidi fil-fruntiera u interventi ta’ ritorn. F’Settembru u għal darb’oħra f’Ottubru 2017, l-Aġenzija ttrasferiet ammonti sinifikanti mir-riżerva għall-baġit operazzjonali tagħha biex tiffinanzja attivitajiet oħra.

M/A

2017

L-ibbaġitjar u l-użu ta’ riżervi mhux statutorji mhumiex konformi mal-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni baġitarja u jnaqqas it-trasparenza tal-baġit.

Għadha għaddejja

2017

L-Aġenzija tippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tagħha u permezz ta’ mezzi oħra, iżda mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Għadha għaddejja

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Aġenzija kienet introduċiet l-għodod għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing) u għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) għal ċerti proċeduri, iżda mhux dawk għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission).

Pendenti

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

Osservazzjonijiet dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

3.30.9.

Id-dokumenti pprovduti mill-Forzi Armati ta’ Malta li jkopru l-ispezzjonijiet/il-manutenzjoni kollha għall-assi tal-ajru, ġew ivvalutati mill-Frontex bħala dettaljati biżżejjed u komparabbli ma’ skjeramenti simili fil-passat. Dawn speċifikaw l-ispiża tal-manutenzjoni totali stmata għal kull siegħa ta’ titjir f’konformità mal-linji gwida tal-REM interni u l-prattiki, il-metodoloġiji u l-istandards internazzjonali tal-ġestjoni tal-flotta.

3.30.10.

Id-dokument ta’ sostenn imressaq għall-iskop ta’ verifika ex ante tal-allowances għall-ekwipaġġ tal-bastimenti kien fih sommarju dettaljat tal-ispejjeż, u għamel referenza għall-ismijiet, il-perjodi tal-iskjerament, in-numru ta’ jiem u d-diversi allowances mitluba, bħas-sahra, ix-xift ta’ bil-lejl, u allowances oħra. Id-dokument ta’ sostenn kien iffirmat bħala “iċċertifikat korrett” mill-Kmandant tal-Gwardja tal-Fruntiera tal-Istat Latvjan.

3.30.11.

Fil-preżent il-Frontex ma tistax tikkonferma l-valutazzjoni tal-ineffettività tal-pagamenti. Il-kontrolli ex ante u ex post huma bbażati fuq ir-riskju u kull sena jiġu aġġustati għall-iskemi ta’ finanzjament li jkunu fis-seħħ. Meta wieħed iqis ir-regolament il-ġdid EBCG 2.0 u l-arranġamenti finanzjarji futuri, l-iskema/i ta’ finanzjament għall-attivitajiet operazzjonali se tkun/jkunu suġġetti għall-bidliet sinifikanti, inklużi simplifikazzjonijiet.

3.30.13.

Il-Frontex tat il-kuntratt qafas għall-ammont massimu ta’ EUR 8 miljun, bl-istess valur tal-istima inizjali, u b’hekk aċċettat l-offerta tal-offerent magħżul (EUR 5 807 727), li tinkludi d-dispożizzjonijiet għal spejjeż oħra mhux fissi, bħal servizzi addizzjonali ta’ Time and Means (madwar 3 %), reviżjonijiet futuri tal-prezzijiet (marġni ta’ indiċjar) u marġni ta’ sigurtà ta’ kontinġenza.

Minkejja l-fatt li kuntratt qafas ma jikkostitwixxix obbligu għal xiri sal-valur massimu tal-kuntratt, il-Frontex tirrikonoxxi lok għal titjib fl-istima tal-baġit ta’ kuntratti qafas simili, u abbażi tat-tagħlimiet miksuba, se tapplika prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja aktar stretti għall-kuntratti tal-IT.

Osservazzjonijiet dwar il-kontroll intern

3.30.14.

B’segwitu għall-eżempji u t-tagħlimiet miksuba mill-esperjenza ta’ Aġenziji oħra tal-UE, il-Frontex bħalissa qed tiffinalizza d-deċiżjoni tal-ED dwar il-politika dwar karigi sensittivi u se tadottaha sa tmiem l-2019.

Osservazzjonijiet dwar il-ġestjoni baġitarja

3.30.15.

Kif indikat mill-Qorti, il-livell ta’ riporti għall-2019 kien ftit inqas minn dak tal-2018. Il-livell ta’ riporti jista’ jiġi spjegat permezz tan-natura tan-nefqiet imsemmija. Fl-2018 dawn kienu prinċipalment nefqiet operazzjonali f’forma ta’ għotjiet, li jkopru ċ-ċiklu operazzjonali minn Frar N sa Jannar tas-sena N+1 kif ukoll in-nefqiet marbuta mal-kuntratti li għalihom se jsiru l-pagamenti fis-sena N+1. Il-Qorti semmiet ir-raġunijiet ewlenin għall-kanċellazzjonijiet tar-riporti; l-Aġenzija, għalkemm b’mod kawt, hija ottimista li l-iskema ta’ għotjiet simplifikata implimentata fl-2018 għal parti mill-attivitajiet operazzjonali, se ssarraf f’riżultati pożittivi.

3.30.16.

B’kollox imtlew 187 post battal (aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati), inklużi 13-il post ta’ Diretturi, Kapijiet ta’ Unitajiet, Kapijiet ta’ Task Forces u Kapijiet ta’ Setturi. Madankollu, minħabba dawran għoli tal-persunal, kemm intern kif ukoll estern, iż-żieda netta tal-persunal fl-2018 meta mqabbla mas-sena ta’ qabel kienet 117 minħabba li ħafna postijiet saru battala matul is-sena. Il-Frontex tiffaċċja sfidi biex tattira numru ikbar ta’ kandidati esterni adattati l-aktar minħabba l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni baxx, li huwa l-inqas fost l-Aġenziji kollha tal-UE.

Informazzjoni dwar ir-rapporti tas-Servizz tal-Awditjar Intern

3.30.17.

Il-Frontex qed timplimenta l-pjan ta’ azzjoni miftiehem mas-Servizz tal-Awditjar Intern biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar tal-IAS dwar il-“Ġestjoni tal-Kuntratti fil-FRONTEX”. Bosta azzjonijiet ta’ titjib iridu jkunu diġà ffinalizzati sa tmiem Settembru 2019.

Aġenziji ffinanzjati taħt l-Intestatura 4 tal-QFP – Ewropa Globali

3.31.   FONDAZZJONI EWROPEA GĦAT-TAĦRIĠ (ETF)

INTRODUZZJONI

3.31.1.

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (minn hawn ’il quddiem “il-Fondazzjoni”, jew l-“ETF”), li tinsab f’Turin, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 (268) (tfassil mill-ġdid (KE) Nru 1339/2008). Il-kompitu tal-Fondazzjoni huwa li tappoġġa r-riforma tat-taħriġ vokazzjonali fil-pajjiżi msieħba tal-Unjoni Ewropea. Biex tagħmel dan, hija tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ diversi programmi ta’ taħriġ vokazzjonali.

3.31.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Fondazzjoni (269).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Fondazzjoni

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (270)

20

20

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (271)

125

124

Sors:

Data pprovduta mill-Fondazzjoni.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.31.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Fondazzjoni, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (272) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (273) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.31.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Fondazzjoni għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Fondazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.31.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.31.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.31.7.

L-informazzjoni ppreżentata hawn taħt ma tixħitx dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

3.31.8.

L-ETF qabbdet ħaddiema temporanji minn aġenzija tax-xogħol (minn hawn ’il quddiem, ħaddiema interim) permezz ta’ kuntratti qafas ma’ Aġenzija li ssib xogħol temporanju għall-ħaddiema. Fl-2018, l-ETF kellha 5 ħaddiema interim, minbarra l-124 membru tal-persunal tagħha stess, u ħallset EUR 200 181 għas-servizzi tagħhom. Għall-proċedura ta’ akkwist pubbliku sottostanti, l-ETF applikat kriterji tal-għoti li kienu jikkonsistu f’elementi tal-prezzijiet li fil-biċċa l-kbira ma kinux kompetittivi, bħas-salarju gross, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u t-taxxi ddefiniti. Għalhekk, ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-proċedura ta’ akkwist irriżultat fl-għoti tal-kuntratt li offra l-aħjar valur għall-flus. Jeħtieġ li l-Fondazzjoni tuża kriterji tal-għoti li jiffukaw fuq elementi tal-prezzijiet kompetittivi.

INFORMAZZJONI DWAR L-EVALWAZZJONIJIET ESTERNI

3.31.9.

Evalwazzjoni esterna tal-aġenziji tal-UE li jaqgħu taħt il-mandat tad-DĠ Impjiegi (l-ETF, l-EU-OSHA, il-Eurofound u s-Cedefop) twettqet fl-2018, f’isem il-Kummissjoni, u kienet tirrigwarda r-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tagħhom (274).

RISPOSTA TAL-FONDAZZJONI

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ ħadet nota tar-rapport tal-Qorti.

Aġenziji ffinanzjati taħt l-Intestatura 5 tal-QFP – Amministrazzjoni

3.32.   AĠENZIJA FORNITRIĊI TAL-EURATOM (ESA)

INTRODUZZJONI

3.32.1.

L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab fil-Lussemburgu, inħolqot fl-1958 (275). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom (276) issostitwiet l-Istatuti preċedenti tal-Aġenzija. Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li tiżgura li jkun hemm forniment regolari ta’ materjali nukleari, b’mod partikolari fjuwils nukleari, lill-utenti tal-UE, permezz ta’ strateġija ta’ forniment komuni bbażata fuq il-prinċipju tal-aċċess ugwali għal sorsi ta’ forniment.

3.32.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (277).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (278)

0,1

0,1

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (279)

17

16

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.32.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija li jinkludu r-rapporti finanzjarji (280) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (281) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.32.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.32.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.32.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.32.7.

L-informazzjoni ppreżentata hawn taħt ma tixħitx dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

3.32.8.

Ir-rata ta’ kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet baġitarji riportati mill-2017 għall-2018 hja għolja f’livell ta’ 21 %, li juri li saru impenji mhux iġġustifikati fis-sena preċedenti. Il-livell ta’ riporti ġodda mill-2018 għall-2019 għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) huwa wkoll għoli f’rata ta’ 33 % u huwa biss parzjalment iġġustifikat, li jwassal għal darb’oħra għar-riskju ta’ rata għolja ta’ kanċellazzjonijiet. Jeħtieġ li l-Aġenzija ma tirriportax l-approprjazzjonijiet baġitarji ħlief meta dan ikun iġġustifikat.

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

3.32.8.

Il-kanċellazzjoni tar-riporti fl-2018 kellha valur assolut ta’ EUR 6241,16 biss. L-approprjazzjonijiet ikkanċellati kienu jinvolvu żewġ kuntratti tal-IT, marbuta maċ-ċaqliq tal-Aġenzija lejn il-bini l-ġdid tagħha, li kien ta’ natura eċċezzjonali u li, fil-parti l-kbira tiegħu, kien jinvolvi fatturi barra mill-kontroll tal-Aġenzija.

Abbażi tal-implimentazzjoni tal-baġit attwali, l-Aġenzija tistma li fl-2019 ir-rata ta’ kanċellazzjoni għar-riporti tat-Titolu II se tkun inqas minn dik prevista mill-Qorti.

Fil-futur, l-Aġenzija se tirrispetta l-prinċipju tal-annwalità sal-punt massimu possibbli.

Aġenziji Awtofinanzjati

3.33.   UFFIĊĊJU KOMUNITARJU TAL-VARJETAJIET TAL-PJANTI (CPVO)

INTRODUZZJONI

3.33.1.

L-Uffiċċju tal-Komunità tal-Varjetajiet ta’ Pjanti (l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti) (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”, jew is-“CPVO”), li jinsab f’Angers, inħoloq bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 (282). Il-kompitu prinċipali tiegħu huwa li jirreġistra u jeżamina applikazzjonijiet għall-għoti ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali tal-Unjoni għal varjetajiet ta’ pjanti u li jiżgura li l-eżamijiet tekniċi meħtieġa jsiru mill-uffiċċji kompetenti fl-Istati Membri.

3.33.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju (283).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (284)

16

17

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (285)

51

50

Sors:

Data pprovduta mill-Uffiċċju.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.33.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Uffiċċju, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (286) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (287) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.33.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Uffiċċju għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.33.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.33.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.33.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.33.8.

L-Uffiċċju juża kuntratti ta’ servizzi ma’ kumpaniji tal-IT b’mod li fil-prattika jammonta għall-assenjar (“mise à disposition”) ta’ ħaddiema temporanji minn aġenzija tax-xogħol (żewġ konsulenti tal-IT), minflok għall-forniment ta’ servizzi tal-IT jew ta’ prodotti ddefiniti b’mod ċar. Il-pagamenti relatati li saru fl-2018 ammontaw għal EUR 176 568. L-assenjar ta’ ħaddiema minn aġenzija tax-xogħol temporanju (ħaddiema interim) biex iwettqu kompiti preċiżi għal durata temporanja f’impriża li tħaddimhom huwa suġġett għad-Direttiva 2008/104/KE dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija u għal regoli speċifiċi adottati mill-Istati Membri fit-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva. Skont il-liġi tax-xogħol ta’ Franza, huma biss l-aġenziji tax-xogħol temporanju rreġistrati li huma awtorizzati jipprovdu ħaddiema interim lil impriżi li jħaddmuhom (f’dan il-każ is-CPVO). L-użu ta’ kuntratti ta’ servizzi tal-IT għall-forniment ta’ ħaddiema ma jkunx jikkonforma mar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE u r-regoli tal-UE dwar is-servizzi soċjali u l-impjiegi, u jesponi lill-Uffiċċju għal riskji legali u reputazzjonali. Jeħtieġ li l-Uffiċċju jiżgura li l-ħtiġijiet tal-persunal ikunu koperti b’mod regolari jew billi jindirizza l-ħtieġa ta’ persunal statutorju lill-awtoritajiet baġitarji, jew inkella bl-użu legali u regolari ta’ ħaddiema interim.

3.33.9.

Skont ir-Regolament Finanzjarju, tista’ tintuża l-proċedura ta’ akkwist innegozjata (simplifikata) mingħajr il-pubblikazzjoni ta’ avviż dwar kuntratt hija possibbli meta dan ikun iġġustifikat b’mod xieraq u meta l-valur stmat tal-kuntratt ikun inqas minn EUR 144 000. Għal proċedura ta’ akkwist partikolari li awditjajna u li kienet relatata ma’ servizzi tat-tindif, aħna sibna li l-fajl tal-akkwist ma ppermettiex li jiġi vverifikat li dan il-limitu massimu qed jiġi rrispettat u li tista’ tintuża l-proċedura ta’ akkwist simplifikata. Il-pagamenti totali li saru fl-2018 taħt il-kuntratti ffirmati għal perjodu ta’ erba’ snin ammontaw għal EUR 13 394. Jeħtieġ li l-Uffiċċju juża l-proċeduri ta’ akkwist skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

3.33.10.

Għal proċedura ta’ reklutaġġ partikolari, il-kontrolli ta’ eliġibbiltà ma kinux kompleti billi ma qabdux il-fatt li ċertifikat essenzjali fl-applikazzjoni ta’ kandidat li ġie rreklutat ma kienx tal-awtorità legali mitluba. Jeħtieġ li l-Uffiċċju jkun rigoruż meta jikkontrolla l-kriterji ta’ eliġibbiltà u meta jwettaq proċeduri ta’ reklutaġġ.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.33.11.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2014

Ma tinħtieġx il-firma ta’ persuna oħra għall-pagamenti elettroniċi, u dan jirrappreżenta riskju finanzjarju għall-Uffiċċju.

Ikkompletata

2014

Għalkemm l-Uffiċċju sar operattiv fl-1995, għad ma hemmx ftehim dwar is-sede, iffirmat mal-Istat Membru ospitanti tiegħu.

Għadha għaddejja

(Mhux taħt il-kontroll tal-Uffiċċju)

2015

Il-livell ta’ tariffi mhux imħallsa kien għoli wisq.

Għadha għaddejja

2016

Ir-Regolament fundatur tal-Uffiċċju ma jirrikjedix li jsiru evalwazzjonijiet esterni perjodiċi tal-prestazzjoni.

Pendenti

(Mhux taħt il-kontroll tal-Uffiċċju)

2017

Fl-2017, id-dokumentazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist u ta’ għotjiet ma kinitx adegwata.

Għadha għaddejja

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Uffiċċju kien għadu ma introduċa l-ebda waħda mill-għodod tal-IT li ġew żviluppati mill-Kummissjoni.

Pendenti

RISPOSTA TAL-UFFIĊĊJU

3.33.8.

Is-CPVO jieħu nota tal-kummenti tal-Qorti, u jfakkar li d-deċiżjonijiet kollha meħuda fis-CPVO kienu jirriflettu l-implikazzjonijiet legali u l-limitazzjonijiet tar-riżorsi. Fil-każ imsemmi, kwalunkwe riskju potenzjali ġie mitigat billi l-maġġoranza tax-xogħol isir extra muros.

3.33.9.

Is-CPVO jieħu nota tal-kummenti tal-Qorti u għandu jiżgura li d-dokumentazzjoni tkun komprensiva għall-proċeduri ta’ akkwist futuri kollha.

3.33.10.

Is-CPVO jieħu nota tal-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri u għandu jsaħħaħ il-proċeduri skont dan il-kumment. Sadanittant, għar-reklutaġġ inkwistjoni, id-dokumentazzjoni meħtieġa fil-format mitlub ġiet riċevuta.

3.34.   UFFIĊĊJU EWROPEW TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI (EUIPO)

INTRODUZZJONI

3.34.1.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”, jew l-“EUIPO”), li sat-23 ta’ Marzu 2016 kien magħruf bħala l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (l-“OHIM”), ġie stabbilit fl-1993. Ir-Regolament fundatur inizjali tiegħu ġie rivedut l-aħħar permezz tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (288). L-attività prinċipali tal-Uffiċċju, li jinsab f’Alicante, hija r-reġistrazzjoni ta’ trademarks tal-UE u disinji Komunitarji rreġistrati li huma validi fl-UE kollha.

3.34.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju (289).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (290)

401

403

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (291)

995

1 050

Sors:

Data pprovduta mill-Uffiċċju.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.34.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Uffiċċju, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (292) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (293) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.34.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Uffiċċju għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.34.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.34.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.34.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.34.8.

F’Lulju 2018, l-Uffiċċju nieda sejħa għall-forniment ta’ servizzi ta’ tindif, immaniġġjar tal-iskart, trattamenti speċjali u servizzi ta’ ġardinaġġ. Il-kriterji finanzjarji nqasmu f’żewġ partijiet: Il-Parti A kienet tkopri servizzi tat-tindif standard, immaniġġjar tal-iskart u trattamenti speċjali, u l-Parti B kienet tkopri servizzi ta’ tindif straordinarju u servizzi ta’ ġardinaġġ. Għall-Parti B, l-offerent li kien il-fornitur eżistenti tas-servizzi offra prezz ta’ EUR 0,01 għal kull wieħed mill-54 oġġett mitlub fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta. Dan il-prezz kien 99,99 % aktar baxx mill-offerta tat-tieni offerent. L-Uffiċċju qies li din l-offerta dehret anormalment baxxa u talab ċerti elementi oħra. L-offerent iġġustifika l-offerta f’termini ġenerali billi ddikjara sinerġiji ma’ u ffrankar minn kuntratti pubbliċi oħra fiż-żona ta’ Alicante. Din il-ġustifikazzjoni ġiet aċċettata mill-Uffiċċju u l-kuntratt ingħata lill-offerent. Aħna nqisu li l-Uffiċċju kien imissu rrifjuta din l-offerta għar-raġuni li kienet anormalment baxxa. Li servizz jiġi offrut mingħajr ħlas huwa l-ewwel nett prattika kummerċjali inġusta, it-tieni nett jagħti vantaġġ kompetittiv inġust fir-rigward tal-kompetituri, u t-tielet nett, dan il-vantaġġ inkiseb b’mod illegali peress li l-offerent semma sussidjar reċiproku (irregolari) tal-kuntratt minn kuntratti pubbliċi oħra. Il-proċedura ta’ akkwist u l-pagamenti ta’ bażi li saru fl-2018 (EUR 1 456 141) huma irregolari. Jeħtieġ li l-Uffiċċju janalizza b’mod rigoruż sitwazzjonijiet ta’ offerti potenzjalment anormali biex jiżgura l-konformità mar-Regolament Finanzjarju u kompetizzjoni ġusta.

3.34.9.

Għal żewġ pagamenti awditjati għall-forniment ta’ servizzi tal-IT, l-Uffiċċju uża kuntratt speċifiku fil-forma ta’ kuntratt bi prezzijiet fissi, filwaqt li l-kuntratti qafas relatati jistabbilixxu rati ta’ kuljum għal kull profil. Fiż-żewġ każijiet, il-prezz fiss fil-kuntratt speċifiku ġie kkalkulat fuq il-bażi ta’ “unitajiet ta’ xogħol” jew “rati kkombinati” li ma kinux parti mill-kuntratti qafas. Dawn kienu jinkludu żieda ta’ 10 % u 15 % rispettivament fuq ir-rati maqbula għal kull profil fil-kuntratti qafas. Madankollu, din iż-żieda addizzjonali qatt ma kienet ġiet inkluża, la fil-kuntratti qafas u lanqas fl-emendi tagħhom. B’konsegwenza ta’ dan, il-kuntratti speċifiċi mhumiex marbuta b’mod ċar u trasparenti mal-kuntratti qafas, kif meħtieġ mir-Regolament Finanzjarju. Għalhekk, il-parti tal-pagamenti li jirrappreżentaw iż-żidiet hija irregolari. Jeħtieġ li l-Uffiċċju jiffirma u juża kuntratti speċifiċi fil-każ biss li dawn ikunu konformi mal-iskemi tal-prezzijiet stabbiliti fil-kuntratti qafas relatati.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

OSSERVAZZJONIJIET DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

3.34.10.

Fil-31 ta’ Diċembru 2018, il-flus kontanti li l-Uffiċċju kellu fil-banek kienu jammontaw għal EUR 493 miljun. Fl-2018, l-Uffiċċju ħallas imgħax negattiv ta’ EUR 1,4 miljun. Il-politika ta’ investiment tal-Uffiċċju tirrikjedi li r-riżervi jinżammu fi flus kontanti f’istituzzjonijiet ta’ kreditu kklassifikati AAA. Din il-politika ta’ investiment għandha l-għan li tillimita kwalunkwe riskju ta’ kreditu. Madankollu, dan jiġġenera spiża sostanzjali għall-Uffiċċju. Jeħtieġ li l-Uffiċċju jerġa’ jqis mill-ġdid il-possibbiltà li juża r-riżorsi finanzjarji tiegħu b’mod aktar produttiv (ara l-Opinjoni Nru 1/2019 tagħna).

Konsulenza

3.34.11.

Minbarra x-xogħol annwali tal-awditjar li wettqet għall-aġenziji kollha, il-Qorti għamlet analiżi tal-użu li l-Uffiċċju jagħmel mis-servizzi ta’ konsulenza.

Użu estensiv ta’ konsulenti esterni

3.34.12.

Skont ir-Regolament Finanzjarju Qafas għall-korpi tal-UE, aġenziji ssussidjati jistgħu jinkarigaw lil ħaddieħor b’kompiti ta’ għarfien espert tekniku u kompiti amministrattivi, preparatorji jew anċillari li la jkunu jinvolvu l-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika u lanqas l-użu ta’ setgħat diskrezzjonali ta’ ġudizzju, fil-każ biss fejn dan ikun indispensabbli. Madankollu, ir-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju bħala aġenzija kompletament awtofinanzjata ma fihx din il-limitazzjoni u jippermetti l-użu ta konsulenti esterni dment li l-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba jiġi rrispettat.

3.34.13.

L-Uffiċċju għamel użu estensiv mis-servizzi ta’ konsulenza. Pereżempju, kuntratt qafas (FWC) ta’ erba’ snin li sar fl-2014, b’valur tas-suq ta’ EUR 30 miljun għall-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza, u li kien ikopri firxa wiesgħa ta’ attivitajiet inklużi servizzi tal-awditjar, ġestjoni tal-proġetti, konsulenza ġenerali u studji, intuża kompletament fi żmien sentejn u nofs biss. L-FWC suċċessiv li ġie konkluż fl-2016 għal perjodu ta’ erba’ snin għandu valur tas-suq stmat ta’ EUR 80 miljun. L-għadd ta’ membri tal-persunal estern ipprovdut mill-fornituri tas-servizzi taħt dawn il-kuntratti u taħt kuntratti simili żdied minn madwar 250 fl-2011 għal aktar minn 350 fl-2014, li mbagħad reġa’ naqas għal 215 fil-bidu tal-2018 (simili għal madwar 20 % tal-persunal statutorju tal-Uffiċċju).

Servizzi ta’ konsulenza u mhux ta’ konsulenza

3.34.14.

Id-deskrizzjoni tas-servizzi fl-FWC tinkludi lista ta’ servizzi. Madankollu, din il-lista mhix eżawrjenti u jistgħu jirriżultaw suġġetti oħra ta’ interess. Il-Qorti analizzat kampjun ta’ kuntratti speċifiċi taħt dan l-FWC f’oqsma differenti. Aħna osservajna li, filwaqt li parti mis-servizzi li jingħataw taħt dawn il-kuntratti hija konsulenza (pereżempju appoġġ għall-ġestjoni tal-proġetti, analiżi tal-proċess tan-negozju), parti oħra, tikkonsisti pjuttost minn appoġġ amministrattiv (pereżempju appoġġ segretarjali, skrivani amministrattivi li jħejju rapporti, appoġġ għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni interna u esterna). Is-servizzi msemmija l-aħħar huma fil-biċċa l-kbira rikorrenti u ma għandhomx ikunu s-suġġett ta’ esternalizzazzjoni minħabba li l-membri tal-persunal li jwettqu dawn il-kompiti neċessarjament ikunu taħt l-istruttura ġerarkika tal-Uffiċċju. F’dan il-każ, mhuwiex servizz li qed jiġi pprovdut iżda self tal-persunal, li huwa rregolat b’mod strett u ma jistax jiġi offrut minn kumpaniji ta’ konsulenza.

3.34.15.

L-Uffiċċju rrikonoxxa li f’ċerti punti, riżorsi esterni wettqu kompiti limitati li n-natura tagħhom kienet relatata mal-attivitajiet prinċipali tal-Uffiċċju, minkejja li dawn il-kompiti inizjalment ma kinux hekk, u dan ġara minħabba l-evoluzzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet inkarigati lill-Uffiċċju. Għal din ir-raġuni, fl-2016 l-Uffiċċju beda l-internalizzazzjoni mill-ġdid ta’ xi wħud mill-kompiti li kienu twettqu minn riżorsi esterni sabiex iżomm l-għarfien u l-kompetenza essenzjali billi jqabbad persunal kuntrattwali. Għall-2019, l-Uffiċċju biħsiebu jinternalizza mill-ġdid 4 kompiti (12 fl-2018). Attwalment, la l-programm ta’ ħidma annwali u lanqas ir-rapport annwali tal-attività ma fihom informazzjoni dwar l-għadd ta’ ekwivalenti full-time li huma pprovduti minn fornituri tas-servizzi u li qed jesegwixxu kompiti relatati ma’ attivitajiet mhux prinċipali, iżda li huma inkorporati f’dawk prinċipali. Din l-informazzjoni, kieku, iżżid it-trasparenza għall-partijiet ikkonċernati fir-rigward tar-riżorsi umani proprji tal-Uffiċċju u r-riżorsi umani esterni li jintużaw minnu.

3.34.16.

Barra minn hekk, f’ċerti każijietm l-Uffiċċju juża parzjalment dan il-kuntratt qafas ta’ konsulenza b’mod li, fil-prattika, jammonta għall-assenjar (“mise à disposition”) ta’ ħaddiema temporanji minn aġenzija tax-xogħol, minflok għall-forniment ta’ servizzi jew prodotti ddefiniti b’mod ċar. L-assenjar ta’ ħaddiema minn aġenzija tax-xogħol temporanju (ħaddiema interim) biex iwettqu kompiti preċiżi għal durata temporanja f’impriża li tħaddimhom huwa suġġett għad-Direttiva 2008/104/KE dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija u għal regoli speċifiċi adottati mill-Istati Membri fit-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva. Skont il-liġi tax-xogħol ta’ Spanja, huma biss l-aġenziji tax-xogħol temporanju rreġistrati li huma awtorizzati jipprovdu ħaddiema interim lil impriżi li jħaddmuhom (f’dan il-każ l-EUIPO). L-użu ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ konsulenza għall-forniment ta’ ħaddiema ma jkunx jikkonforma mar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE u mar-regoli tal-UE dwar is-servizzi soċjali u l-impjiegi, u jesponi lill-Uffiċċju għal riskji legali u reputazzjonali. Jeħtieġ li l-Uffiċċju jiżgura li l-ħtiġijiet tal-persunal ikunu koperti b’mod regolari billi tiġi indirizzata l-ħtieġa għal persunal statutorju lill-kumitat baġitarju tal-Uffiċċju, jew inkella bl-użu legali u regolari ta’ ħaddiema interim.

Użu ta’ kuntratti speċifiċi bi prezzijiet fissi

3.34.17.

Taħt l-FWC għal konsulenza, l-Uffiċċju jikkonkludi prinċipalment kuntratti speċifiċi għal prezzijiet fissi. Dawn il-kuntratti huma adatti meta r-riżultati tanġibbli u l-iskeda ta’ żmien tagħhom jistgħu jiġu ddefiniti fil-kuntratti billi huwa l-kuntrattur li huwa responsabbli għar-riskju tal-prestazzjoni. Aħna eżaminajna kampjun ta’ kuntratti speċifiċi bi prezzijiet fissi taħt l-FWC għal servizzi ta’ konsulenza u sibna li l-biċċa l-kbira minnhom ma kinux jinkludu riżultati tanġibbli jew skedi ta’ żmien iddefiniti b’mod ċar iżda kienu jiddefinixxu s-servizzi li għandhom jingħataw b’mod pjuttost ġenerali sabiex jitnaqqas l-għadd ta’ kuntratti. B’konsegwenza ta’ dan, ħafna minn dawn il-kuntratti ġew emendati bosta drabi matul id-durata tagħhom sabiex jadattaw il-prezz maqbul skont is-servizzi li fil-fatt ġew ordnati u ngħataw. L-ordni tas-servizzi u d-definizzjoni tar-riżultati tanġibbli relatati jiġu maqbula bejn l-Uffiċċju u l-kuntrattur f’komunikazzjonijiet li ma jiffurmawx parti mill-kuntratt. Aħna nqisu li dan isaħħaħ il-pożizzjoni tal-Uffiċċju fir-rigward tal-kuntrattur jekk ir-riżultati tanġibbli kollha għal prezz fiss ikunu ddefiniti b’mod ċar fil-kuntratti.

3.34.18.

L-użu estensiv li l-Uffiċċju jagħmel mill-hekk imsejħa riżorsi ta’ konsulenza jirrappreżenta riskju għall-ġestjoni finanzjarja tajba, u jeħtieġ li l-Uffiċċju janalizza fejn dan l-użu jkun indispensabbli. B’mod partikolari, jeħtieġ li huwa jkompli janalizza fejn ir-riżorsi esterni jintużaw għal kompiti relatati mal-attivitajiet prinċipali u jkompli jinternalizza mill-ġdid dawn l-attivitajiet kif meħtieġ. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-Programmi ta’ Ħidma Annwali u r-Rapporti Annwali tal-Attività tal-Uffiċċju jkun fihom informazzjoni dwar l-għadd ta’ ekwivalenti full-time li huma pprovduti minn fornituri ta’ servizzi esterni u li qed jaħdmu fuq kompiti relatati mal-attivitajiet prinċipali. Jeħtieġ li l-kuntratti għal konsulenza bi prezzijiet fissi jkunu jiddefinixxu b’mod ċar ir-riżultati tanġibbli mistennija.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.34.19.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2016

Il-proċedura ta’ akkwist u l-użu sussegwenti ta’ kuntratt qafas ta’ erba’ snin b’valur ta’ EUR 30 miljun għall-akkwist ta’ servizzi ta’ konsulenza ma kinux immaniġġjati sew.

M/A

2016

Ir-Regolament fundatur tal-Uffiċċju jistabbilixxi li s-servizzi ta’ traduzzjoni għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (is-“CdT”), bir-riżultat li l-Uffiċċju huwa l-klijent prinċipali tas-CdT. L-Uffiċċju qed jagħmel użu dejjem akbar minn soluzzjonijiet interni li jista’ jirriżulta f’duplikazzjoni tal-isforzi u tal-ispejjeż relatati (294).

Għadha għaddejja

2017

Fl-2017, l-Uffiċċju kkanċella EUR 3,2 miljun tal-approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati mill-2016, li jindika diffikultajiet fl-ippjanar inizjali tal-ħtiġijiet baġitarji.

M/A

2017

Fil-proċedura ta’ akkwist għal kuntratt qafas ta’ EUR 80 miljun għal konsulenza ġenerali, awditi, studji u servizzi ta’ ġestjoni tal-proġetti, l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħiet għall-offerti kien fihom żewġ każijiet tan-negozju. Madankollu, il-kompetizzjoni kienet ibbażata fuq il-prezzijiet unitarji, it-tipi ta’ profili u l-kwalità, iżda mhux fuq l-għadd probabbli ta’ unitajiet meħtieġa.

M/A

2017

Għal kuntratt speċifiku dwar il-ġestjoni tad-dokumenti konkluż taħt dan il-kuntratt qafas, il-ġranet ta’ xogħol meħtieġa għal dawn is-servizzi ma jistgħux ikunu konnessi mal-każijiet tan-negozju indikati fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħiet għall-offerti u lanqas mad-deskrizzjoni tas-servizzi fil-kuntratt speċifiku.

M/A

RISPOSTA TAL-UFFIĊĊJU

3.34.8.

L-Uffiċċju jqis li l-uffiċjal awtorizzanti b’mod korrett eżerċita s-setgħa ta’ diskrezzjoni mogħtija lilu mir-Regolament Finanzjarju.

Kif ġie indikat mill-Qorti tal-Awdituri, in-natura tas-servizzi fil-Parti B hija straordinarja u għalhekk rari mitluba. Għal din ir-raġuni, dawn ingħataw ponderazzjoni ta’ 10% biss għall-kriterji finanzjarji.

Barra minn hekk, kif deskritt mill-Qorti tal-Awdituri, l-Uffiċċju segwa l-passi kollha previsti mir-Regolament Finanzjarju meta ttratta offerta li potenzjalment tista’ tidher bħala baxxa wisq.

Barra minn hekk, l-Uffiċċju ma jaqbilx mad-dikjarazzjoni tal-Qorti li l-offerta ta’ servizz (li hija eċċezzjonali u rari tintuża) għal prezz imnaqqas tirrappreżenta prattika inġusta u toffri vantaġġ kompetittiv inġust fil-konfront tal-kompetituri.

L-Uffiċċju ma jqisx li huwa f’pożizzjoni li jipprevjeni lill-offerenti milli jittraduċu l-ekonomiji ta’ skala tagħhom fl-offerti tagħhom.

Ta’ min jinnota wkoll li l-kunċett ta’ offerta baxxa ħafna huwa mmirat primarjament biex jiżgura li l-fornitur ikun jista’ jwettaq is-servizzi meħtieġa matul il-perjodu tal-kuntratt li huwa l-każ hawnhekk.

Għalhekk, l-Uffiċċju ma jqisx li l-proċedura ta’ akkwist u l-pagamenti sottostanti huma irregolari.

3.34.9.

Prezz fiss ma jistax jikkoinċidi mal-kunċett ta’ “Times and Means” għaliex jinkludi riskju addizzjonali għall-fornitur li jiġi tradott billi jintalbu prezzijiet ogħla. F’dan il-kuntest, l-unitajiet ta’ ħidma jinkludu saff raġonevoli ta’ spejjeż ġenerali miżjuda għall-ġestjoni, ir-rappurtar u l-kontroll tar-riżultati tanġibbli u tqiesu bħala elementi ta’ servizz li ma għandhomx jaqbżu l-15% tal-isforz globali.

B’reazzjoni għall-kummenti tal-Qorti, l-Uffiċċju diġà qed jieħu l-miżuri meħtieġa biex itaffi dan ir-riskju. Għalhekk, il-prattika ġiet emendata f’konformità mal-osservazzjoni.

3.34.10.

Minħabba li huwa korp pubbliku prudenti u li jrid jagħti rendikont, is-sigurtà tal-fondi tal-Uffiċċju hija tabilħaqq l-ixprun ewlieni tal-linji gwida tagħha dwar it-teżor li huma kompletament allinjati mal-prattika tal-Kummissjoni. Fiċ-ċirkustanzi attwali tas-suq il-prezz tat-titolu ta’ sigurtà jiġi tradott f’interess negattiv.

Ta’ min jinnota li mit-teżor totali, l-Uffiċċju huwa meħtieġ li jżomm fond ta’ riżerva (EUR 243 miljun), teżor għal żmien qasir għan-nefqa operattiva (EUR 60 miljun) u nefqa dovuta li għandha titħallas (EUR 30 miljun). Dan iħalli teżor nett ta’ EUR 160 miljun.

L-Uffiċċju qed jirrevedi l-linji gwida tat-teżor tiegħu sabiex inaqqas, kemm jista’ jkun, l-impatt ta’ interess negattiv filwaqt li jirrispetta l-istandards ta’ sigurtà meħtieġa.

L-istedina tal-Qorti biex tuża r-riżorsi finanzjarji tagħha b’mod aktar produttiv tista’ tittieħed biss fil-limiti tar-regolamenti applikabbli fis-seħħ.

3.34.12.

Ir-referenza espliċita għall-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba fir-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju ma tikkostitwixxix portal ta’ esternalizzazzjoni ta’ attivitajiet iżda pjuttost isservi bħala l-prinċipju ta’ gwida li l-uffiċċji pubbliċi għandhom jikkunsidraw b’mod sistematiku meta jivvalutaw jekk kompiti mhux ewlenin għandhomx jiġu internalizzati jew esternalizzati.

L-Uffiċċju jqis din id-dispożizzjoni legali bħala aktar oġġettiva u preċiża minn “meta jirriżulta li huwa indispensabbli” u mhux f’kontradizzjoni.

3.34.13.

Fir-rigward tad-dikjarazzjoni dwar l-użu “estensiv”, din hija suġġettiva. Fiż-żmien li ġie ffirmat il-Kuntratt Qafas tal-2014 (Framework Contract - FWC), il-Pjan Strateġiku (PS) 2016-2020 kien għadu fil-fażi preparatorja tiegħu. Minħabba li l-proġetti strateġiċi taħt l-SP ħadu forma, l-Uffiċċju kien f’pożizzjoni aħjar biex jistma s-servizzi esterni meħtieġa li ġew tradotti fi stima ta’ volum adegwat għall-FWC il-ġdid.

3.34.14.

Fir-rigward tal-użu tal-Kuntratt Qafas (FWC), għat-talba ta’ servizzi li jistgħu jidhru li huma ta’ natura amministrattiva, l-Uffiċċju ma jqisx li dan jista’ jiġi assoċjat ma’ “self tal-persunal”. Bħala politika ġenerali dan l-appoġġ amministrattiv ikkuntrattat huwa pprovdut fil-kuntest ta’ proġetti u mhux tan-negozju ewlieni.

B’mod ġenerali, l-użu ta’ persunal mhux statutorju għall-għoti ta’ appoġġ amministrattiv lil hinn mill-proġetti huwa limitat għal ħaddiema permezz tal-aġenzija (interim).

Peress li l-immappjar tal-impjiegi tal-Uffiċċju jiddefinixxi b’mod ċar il-kompiti li jistgħu jitwettqu minn kull kategorija tal-persunal tal-EUIPO, dan ifforma l-bażi biex tittieħed deċiżjoni dwar il-ħtieġa jew il-possibbiltà li jintalbu servizzi esterni. L-immappjar tal-impjiegi huwa dokument ħaj li jippermetti li profili ġodda jiġu integrati fuq il-bażi ta’ kompiti jew kompetenzi ġodda. F’dan ir-rigward, l-Uffiċċju wettaq politika ambizzjuża ta’ internalizzazzjonijiet, b’kunsiderazzjoni xierqa għad-disponibbiltà tal-baġit, f’dawn l-aħħar snin, fit-twettiq ta’ aktar minn 60 internalizzazzjoni f’perjodu qasir ta’ żmien.

Fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ ċerti kompiti rikorrenti minn riżorsi esterni, l-EUIPO jemmen li r-rikorrenza mhux dejjem tiġġustifika l-użu ta’ persunal statutorju meta l-kompiti jkunu ta’ natura kummerċjali mhux ewlenija (jiġifieri mhux direttament marbuta mal-kompiti fdati lill-EUIPO mil-leġiżlazzjoni).

3.34.15.

L-Uffiċċju jilqa’ r-rikonoxximent tal-Qorti tal-Awdituri tal-isforzi importanti li qed isiru mill-EUIPO biex jinternalizza kompiti li saru ċentrali.

L-Uffiċċju se jikkunsidra s-suġġeriment li tiġi inkluża informazzjoni dwar l-ekwivalenti full-time mogħtija minn fornituri ta’ servizz fil-programm ta’ ħidma annwali jew ir-rapport ta’ attività annwali għall-attivitajiet imwettqa taħt kuntratti “time and means”.

Madankollu, l-Uffiċċju prinċipalment jagħti kuntratti għal servizzi esterni permezz tal-modalità bi prezz fiss li biha l-għadd ta’ riżorsi ma jkunx magħruf u għalhekk tali stima mhix possibbli.

Fl-aħħar nett, l-informazzjoni ppubblikata mill-Uffiċċju fil-Programm ta’ Ħidma Annwali u fir-Rapport ta’ Attività Annwali hija eżawrjenti u konformi għalkollox mar-Regolament Finanzjarju.

3.34.16.

L-Uffiċċju għandu qafas definit b’mod ċar dwar l-użu ta’ ħaddiema temporanji li huwa konformi mal-Liġi Spanjola tax-Xogħol u li jintuża għal kompiti definiti b’mod ċar skont l-immappjar tal-impjiegi tal-Uffiċċju. Barra minn hekk, issir verifika ċentrali fil-livell tal-Uffiċċju li tiżgura li s-servizzi ta’ konsulenza ma jkoprux kompiti ta’ natura ta’ ħaddiema permezz tal-aġenzija.

3.34.17.

L-Uffiċċju tabilħaqq juża prinċipalment kuntratti bi prezz fiss li huwa jikkunsidra l-modalità l-aktar effettiva għall-antiċipazzjoni u l-kontroll tal-ispejjeż tas-servizzi mitluba kif ukoll jillimita r-riskju ta’ kawżi fil-qrati quddiem il-Qrati Nazzjonali tax-Xogħol Spanjoli peress li l-Uffiċċju ffaċċja każijiet bħal dawn fil-passat, fost oħrajn, wara l-użu tat-“times and means”.

Fil-maġġoranza tal-każijiet, il-bidliet fil-kamp ta’ applikazzjoni jsegwu talba mill-Uffiċċju lill-kuntrattur biex jiġu adattati r-riżultati u mhux bil-kontra. Meta l-ambitu tal-kuntratt ikun jeħtieġ li jiġi adattat, dan ikun rifless formalment fl-emendi kuntrattwali f’konformità mal-Artikolu 172 tar-Regolament (EU, Euratom) 2018/1046.

Madankollu, l-Uffiċċju jieħu nota tas-suġġeriment tal-Qorti li terġa’ tiddaħħal id-definizzjoni tar-riżultati taħt kuntratti ta’ prezz fiss.

3.34.18.

Bħala riżultat tal-isforzi tal-Uffiċċju, l-użu ta’ servizzi ta’ konsulenza naqas b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin u mhuwiex ikkunsidrat bħala eċċessiv mill-EUIPO.

L-Uffiċċju jilqa’ l-kunsiderazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-isforzi ta’ internalizzazzjoni huma rikonoxxuti u mħeġġa. L-Uffiċċju se jsegwihom sa fejn ikun possibbli.

L-Uffiċċju se jikkunsidra s-suġġeriment li tiġi inkluża informazzjoni dwar l-għadd ta’ ekwivalenti full-time minn fornituri ta’ servizzi esterni fil-programm ta’ ħidma annwali jew ir-rapport ta’ attività annwali għall-attivitajiet imwettqa taħt kuntratti “time and means”. Madankollu, l-Uffiċċju prinċipalment jagħti kuntratti għal servizzi esterni permezz tal-modalità bi prezz fiss li biha l-għadd ta’ riżorsi ma jkunx magħruf u għalhekk tali stima mhix possibbli.

Fir-rigward tal-prezz fiss, l-Uffiċċju se jikkunsidra li jsaħħaħ id-definizzjoni tar-riżultati fil-kuntratti speċifiċi.

L-Uffiċċju jqis il-prezz fiss bħala l-modalità l-aktar effettiva għall-ġestjoni tar-riskji f’termini ta’ allokazzjoni u monitoraġġ tar-riżorsi finanzjarji.

3.34.19.

Segwitu għall-Kummenti tas-Snin ta’ qabel:

L-Uffiċċju qed jaħdem id f’id mas-CdT, u l-programm ta’ kooperazzjoni EUIPO-CdT tal-2019–2020 jinkludi 5 proġetti li għandhom jiġu implimentati b’mod konġunt miż-żewġ aġenziji. Permezz tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti, l-Uffiċċju jikkonferma li ma hemmx duplikazzjoni tal-isforzi u l-ispejjeż relatati.

3.35.   BORD UNIKU TA’ RIŻOLUZZJONI (SRB)

INTRODUZZJONI

3.35.1.

Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (minn hawn’il quddiem “il-Bord”, jew l-“SRB”), li jinsab fi Brussell, ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (295) dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ir-“Regolament SRM”). Il-missjoni tal-Bord hija li jiżgura r-riżoluzzjoni ordnata ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti ditti tal-investiment (minn hawn ’il quddiem “Istituzzjonijiet ta’ Kreditu”) li qed ifallu, b’impatt minimu fuq l-ekonomija reali u fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri parteċipanti fl-Unjoni Bankarja.

3.35.2.

Il-Bord huwa inkarigat bl-amministrazzjoni tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (minn hawn ’il quddiem “il-Fond”) li ġie stabbilit bir-Regolament SRM u jeħtieġ li jagħti appoġġ lill-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni. Il-Fond se jiġi żviluppat gradwalment matul il-perjodu mill-2016 sal-2023 u jeħtieġ li, sal-31 ta’ Diċembru 2023, jilħaq il-mira ta’ mill-inqas 1 % tal-ammont ta’ depożiti koperti tal-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu kollha fi ħdan l-Unjoni Bankarja Ewropea.

3.35.3.

Il-Bord għandu baġit awtonomu li mhuwiex parti mill-baġit tal-UE. Il-kontribuzzjonijiet jinkisbu minn Istituzzjonijiet ta’ Kreditu li huma stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti fl-Unjoni Bankarja.

3.35.4.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Bord (296).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Bord

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (297)

 

 

Parti I (Baġit amministrattiv tal-Bord)

113

104

Parti II (Baġit tal-Fond u Riżerva)

6 462

6 836

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (298)

276

334

Sors:

Data pprovduta mill-Bord.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.35.5.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Bord, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (299) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (300) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.35.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Bord għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Bord fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Osservazzjonijiet

3.35.7.

Appelli amministrattivi jew proċedimenti ġudizzjarji relatati mal-kontribuzzjonijiet għall-Fond bejn ċerti istituzzjonijiet ta’ kreditu u bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali u l-Bord, kif ukoll azzjonijiet legali mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja relatati ma’ deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni tal-iskemi ta’ riżoluzzjoni ma kinux suġġetti għall-awditu tagħna. L-impatt possibbli tagħhom fuq ir-rapporti finanzjarji tal-Bord għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 (b’mod partikolari fir-rigward ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti, provvedimenti u obbligazzjonijiet) huwa suġġett għal awditu annwali speċifiku, kif stipulat taħt l-Artikolu 92(4) tar-Regolament SRM.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.35.8.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Kwistjoni oħra

3.35.9.

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjonijiet espressa hawn fuq, il-Qorti tixtieq tenfasizza li l-kontribuzzjonijiet għall-Fond jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (u minn ċerti ditti tal-investiment) lill-Bord. L-awditu li wettaqna tad-dħul tal-Bord kien ibbażat fuq din l-informazzjoni iżda ma vverifikax l-affidabbiltà tagħha. Minħabba li r-Regolament SRM ma jipprevedix qafas ta’ kontroll li jkun komprensiv u konsistenti, li jiżgura l-affidabbiltà ta’ din l-informazzjoni, ma jitwettqux kontrolli fil-livell tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Madankollu, l-SRB iwettaq kemm kontrolli tal-konsistenza kif ukoll kontrolli analitiċi fir-rigward tal-informazzjoni. Barra minn hekk, il-Qorti tosserva li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet u stabbilita fil-qafas legali hija kumplessa ħafna, li jirriżulta f’riskju għall-preċiżjoni. Barra dan, il-Bord ma jistax jirrilaxxa dettalji dwar il-kalkoli tal-kontribuzzjonijiet involuti skont ir-riskju, għal kull istituzzjoni ta’ kreditu, billi dawn huma interkonnessi u jinkludu informazzjoni kunfidenzjali dwar istituzzjonijiet ta’ kreditu oħra. Dan jaffettwa t-trasparenza ta’ dawn il-kalkoli.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.35.10.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.35.11.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

3.35.12.

L-SRB juża approprjazzjonijiet mhux differenzjati għall-baġit amministrattiv tiegħu, li ma jippermettux li tingħata riflessjoni ġusta tan-natura pluriennali ta’ xi wħud mill-kuntratti u li jistgħu jwasslu wkoll għal stima eċċessiva tal-ħtiġijiet baġitarji annwali. Jeħtieġ li l-SRB iqis il-possibbiltà li jintroduċi approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati biex itejjeb l-ippjanar, l-implimentazzjoni u r-rappurtar baġitarju.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.35.13.

L-SRB uża proċedura ta’ akkwist eċċezzjonali nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt, u ffirma direttament, mal-kuntrattur preċedenti, kuntratt qafas relatat mat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni għal volum ta’ EUR 10 000 000. Il-pagamenti li saru taħt il-kuntratt fl-2018 ammontaw għal EUR 440 020. L-SRB iġġustifika l-użu ta’ proċedura ta’ akkwist simplifikata permezz ta’ raġunijiet tekniċi (użu intern) u finanzjarji (investimenti li diġà saru għax-xiri tas-softwer). Jeħtieġ li l-SRB jevita kwalunkwe dipendenza fuq il-kuntrattur li fil-futur tista’ ma tippermettix li huwa jagħżel soluzzjonijiet alternattivi b’mod kompetittiv, biex b’hekk jiżgura l-aħjar valur għall-flus.

3.35.14.

L-SRB uża xi kuntratti qafas ta’ servizzi speċifiċi ma’ kumpaniji tal-IT, li ġew ifformulati b’mod li jista’ jimplika li sar assenjar (“mise à disposition”) ta’ ħaddiema temporanji minn aġenzija tax-xogħol (24 konsulent tal-IT), minflok is-servizzi tal-IT jew il-prodotti ddefiniti b’mod ċar. Il-forniment ta’ ħaddiema temporanji minn aġenzija tax-xogħol (ħaddiema interim) biex iwettqu kompiti preċiżi għal durata temporanja f’impriża li tħaddimhom huwa suġġett għad-Direttiva 2008/104/KE dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija u għal regoli speċifiċi adottati mill-Istati Membri fit-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva. Skont il-liġi tax-xogħol Belġjana, huma biss l-aġenziji tax-xogħol temporanju rreġistrati li huma awtorizzati jipprovdu ħaddiema interim lil impriżi li jħaddmuhom (f’dan il-każ l-SRB). L-użu ta’ kuntratti ta’ servizzi tal-IT għall-forniment ta’ ħaddiema ma jkunx jikkonforma mar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE u mar-regoli tal-UE dwar is-servizzi soċjali u l-impjiegi. Jeħtieġ li l-SRB tiżgura li l-kuntratti jevitaw kwalunkwe konfużjoni bejn l-akkwist ta’ servizzi tal-IT u ta’ ħaddiema interim.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

3.35.15.

Barra mill-użu ta’ konsulenti tal-IT indirizzat hawn fuq, fl-2018 il-Bord qabbad ukoll 23 ħaddiem interim minbarra t-334 membru tal-persunal tiegħu stess. Il-pagamenti relatati li saru fl-2018 ammontaw għal EUR 943 673. Il-kuntratti speċifiċi ffirmati mal-aġenzija tax-xogħol temporanju ma jsemmux ir-raġunijiet għall-użu ta’ ħaddiema interim, kif meħtieġ taħt il-liġi tax-xogħol Belġjana. Skont xi jkunu r-raġunijiet, hemm rekwiżiti ta’ approvazzjoni u ta’ rappurtar differenti li jridu jiġu rrispettati. Jeħtieġ li l-Bord juża kuntratti li jkunu jinkludu l-informazzjoni kollha mitluba mil-liġi.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.35.16.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2015

Għadd ta’ proċeduri u kontrolli essenzjali għad iridu jiġu abbozzati, adottati jew implimentati, inklużi l-istrateġija għall-ġestjoni u l-kontroll tar-riskju, l-istandards ta’ kontroll intern, il-valutazzjoni perjodika tal-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ kontroll intern u l-istrateġija kontra l-frodi.

Għadha għaddejja

2016

Is-sistema kontabilistika tal-Bord kienet għadha ma ġietx ivvalidata mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà.

Ikkompletata

2016

Ir-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit kienet baxxa.

Ikkompletata

2016

Il-Bord impenja EUR 2 miljun għall-akkwist ta’ servizzi legali li ma kinux preċeduti minn deċiżjoni ta’ finanzjament, u lanqas ma kienu ppjanati fil-Programm ta’ Ħidma Annwali jew fil-baġit.

M/A

2016

Bl-applikazzjoni, mill-Bank Ċentrali Ewropew, tar-rata negattiva għall-faċilità ta’ depożitu fl-2016, il-Fond ħallas imgħax negattiv li ammonta għal EUR 24 miljun lill-banek ċentrali nazzjonali.

M/A

(Mhux taħt il-kontroll tal-SRB)

2017

Il-Bord ma żgurax li l-pagamenti jsiru f’waqthom. Madwar 28 % tal-pagamenti (9,5 % tal-ammonti totali mħallsa) lill-kuntratturi u r-rimborżi tal-ispejjeż lill-esperti u lill-membri tal-persunal saru tard.

Ikkompletata

2017

Il-pjan indikattiv ta’ akkwist (IPP) li huwa anness mal-Programm ta’ Ħidma Annwali (AWP) 2017 antiċipa li kellhom jiġu akkwistati 16-il servizz differenti, iżda kienu biss is-servizzi legali li fil-fatt ġew akkwistati. Barra minn hekk, il-valur stmat tal-kuntratti previst fl-IPP għas-servizzi legali kien ta’ EUR 3 miljun, filwaqt li l-ammont ikkuntrattat kien ta’ EUR 29 miljun. Matul l-2017 ma kien hemm l-ebda akkwist għall-15-il servizz l-ieħor li kienu elenkati fl-IPP. Dan jindika ppjanar dgħajjef tal-akkwist.

M/A

2017

Mill-ammont ta’ EUR 29 miljun ikkuntrattati għas-servizzi legali, EUR 20 miljun ġew ikkuntrattati permezz ta’ 11-il proċedura ta’ akkwist innegozjati, mingħajr ma saret pubblikazzjoni minn qabel. Barra minn hekk, żewġ kuntratti ta’ EUR 3 miljun għal servizzi ta’ valwazzjoni ekonomika u finanzjarja, (kif previst fl-AWP 2016), ġew akkwistati wkoll bl-użu tal-istess proċedura. Użu eċċessv ta’ dawn il-proċeduri jillimita l-kompetizzjoni.

Ikkompletata

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, il-Bord kien għadu ma introduċa l-ebda waħda mill-għodod tal-IT żviluppati mill-Kummissjoni.

Għadha għaddejja

2017

Il-Bord jippubblika avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web proprju tiegħu u fuq il-midja soċjali, iżda normalment mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Għadha għaddejja

RISPOSTA TAL-BORD

3.35.9.

Il-kontribuzzjonijiet ex ante annwali lill-Fond huma kkalkulati abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u xi ditti tal-investiment lill-Bord. Minkejja li r-Regolament dwar l-SRM (Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni) ma jipprevedix qafas ta’ kontroll komprensiv u konsistenti biex jiżgura l-affidabbiltà tal-informazzjoni, l-SRF (Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni) jindirizza din il-kwistjoni sa fejn ikun possibbli. Id-data pprovduta hija vverifikata mad-data sottomessa mill-istituzzjonijiet fis-sena preċedenti kif ukoll mad-data fil-bażi tad-data tal-BĊE. Ir-regoli dwar il-validazzjoni ġew implimentati fil-portal ta’ ġbir ta’ data u assigurazzjoni addizzjonali, f’għamla ta’ rapport dwar Proċeduri li Sar Qbil Dwarhom jew formola Iffirmata (Signed off), tinġabar mill-istituzzjonijiet sinifikanti. Id-diskrepanzi jiġu indikati lill-ARN (Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali), u tintalab kjarifika, u b’hekk setgħet titjieb il-kwalità tad-data fiċ-ċikli preċedenti. Barra minn hekk, il-Bord ma jistax jirrilaxxa dettalji dwar il-parti relatata mar-riskju tal-kalkoli tal-kontribuzzjoni ex ante għal kull istituzzjoni peress li dawn huma interkonnessi u għaldaqstant jekk jagħmel dan ikun qed jiżvela informazzjoni kunfidenzjali dwar istituzzjonijiet oħra. Madankollu, l-SRF ippreżenta lill-ARN metodoloġija ta’ kalkolu kif ukoll kalibrazzjonijiet iddettaljati, biex b’hekk jiżgura t-trasparenza u l-kooperazzjoni. Barra mill-passi tal-verifika tad-data ex ante diġà implimentati mill-SRB, isiru wkoll verifiki ex post f’għamla ta’ analiżi mhux fuq il-post sabiex tinġabar evidenza addizzjonali dwar l-affidabbiltà tad-data.

3.35.12.

L-SRB jaqbel mal-osservazzjoni u diġà ppjana biex jintroduċi approprjazzjonijiet differenzjati fil-baġit tal-2020.

3.35.13.

L-użu tas-soluzzjoni magħżula ġie rrakkomandat wara riċerka dwar is-suq fl-2016 u l-SRB xtara l-liċenzji taħt Kuntratt Qafas tal-Kummissjoni. Fl-2018, minħabba obbligi regolatorji u limitazzjonijiet ta’ ħin relatati, kif ukoll l-investiment finanzjarju li kien diġà sar, l-SRB kien meħtieġ li jkompli juża s-soluzzjoni magħżula. Il-Kuntrattur huwa l-fornitur uniku ta’ dan is-softwer liċenzjat u l-unika impriża li tista’ twettaq l-iżvilupp. Għaldaqstant, twettqet proċedura nnegozjata eċċezzjonali mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt mal-Kuntrattur. Madankollu, l-SRB jevalwa b’mod kontinwu d-disponibbiltà fis-suq ta’ soluzzjonijiet differenti għar-rekwiżiti tal-IT tiegħu sabiex jevita, sa fejn ikun possibbli, li jsib lilu nnifsu f’sitwazzjoni fit-tul ta’ dipendenza fuq fornitur uniku.

3.35.14.

L-SRB huwa kompletament konxju mil-liġi Belġjana applikabbli. F’konformità mal-leġislazzjoni Belġjana, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-użu tal-kuntratti għall-forniment tas-servizzi jkun distint b’mod ċar mill-forniment ta’ ħaddiema temporanji. L-SRB jaqbel li l-formulazzjoni ta’ xi wħud mit-talbiet għas-servizzi possibilment ma kinitx preċiża biżżejjed u setgħet twassal għal interpretazzjoni ħażina. Madankollu, fil-prattika, il-mod li bih il-kuntratti speċifiċi ġew implimentati huwa f’konformità sħiħa mal-liġi Belġjana. L-SRB se jiżgura li, għal kuntratti speċifiċi fil-futur, il-formulazzjoni tat-talbiet se tkompli tittejjeb. Barra minn hekk, sabiex jevita kwalunkwe konfużjoni potenzjali, l-SRB se jiżgura li l-kuntratti speċifiċi jiddeskrivu b’mod ċar it-tip ta’ struzzjonijiet li l-persunal tal-SRB huwa permess li jagħti lill-fornituri tas-servizzi.

3.35.15.

L-SRB ħa l-miżuri neċessarji biex jindirizza l-osservazzjoni u diġà qed jispeċifika r-raġunijiet għalfejn jagħmel użu minn ħaddiema interim fil-kuntratti. Din l-informazzjoni ilha parti mill-proċess intern ta’ approvazzjoni u mid-dokumentazzjoni tal-SRB.

3.36.   ĊENTRU TAT-TRADUZZJONI GĦALL-KORPI TAL-UNJONI EWROPEA (CDT)

INTRODUZZJONI

3.36.1.

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Entitajiet tal-Unjoni Ewropea (iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea) (minn hawn ’il quddiem “iċ-Ċentru”, jew is-“CdT”), li jinsab fil-Lussemburgu, inħoloq bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 (301). Il-kompitu taċ-Ċentru huwa li jipprovdi s-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-attivitajiet ta’ kwalunkwe istituzzjoni u korp tal-Unjoni Ewropea li jitlob is-servizzi tiegħu.

3.36.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru (302).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (303)

49

47

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (304)

215

206

Sors:

Data pprovduta miċ-Ċentru.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.36.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet taċ-Ċentru, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (305) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (306) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.36.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja taċ-Ċentru fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.36.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.36.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.36.7.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2016

Fl-2016, il-flus kontanti u d-depożiti għal terminu qasir taċ-Ċentru naqsu għal EUR 34,2 miljun (EUR 38,3 miljun fi tmiem l-2015) u r-riżervi naqsu għal EUR 31,1 miljun (EUR 34 miljun fi tmiem l-2015).

Għadha għaddejja

2017

Jeħtieġ li l-mandat futur u l-mudell kummerċjali taċ-Ċentru jiġu kkjarifikati.

Għadha għaddejja

2017

Jeħtieġ li l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tissaħħaħ billi dan jibda jirrapporta direttament lid-Direttur (amministrattiv) u lill-Bord tal-Maniġment (funzjonali) taċ-Ċentru.

Ikkompletata

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, liċ-Ċentru kien introduċa l-għodod għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing) għal ċerti proċeduri, iżda mhux dawk għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) u għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission).

Għadha għaddejja

RISPOSTA TAĊ-ĊENTRU

Iċ-Ċentru ħa nota tar-rapport tal-Qorti.

Aġenziji Eżekuttivi tal-Kummissjoni

3.37.   AĠENZIJA EŻEKUTTIVA GĦALL-EDUKAZZJONI, L-AWDJOVIŻIV U L-KULTURA (EACEA)

INTRODUZZJONI

3.37.1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, jew l-“EACEA”), li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/776/UE (307) li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/336/KE (308). Il-kompitu tal-Aġenzija huwa l-ġestjoni ta’ programmi li jiġu deċiżi mill-Kummissjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura, inkluż it-twettiq tal-implimentazzjoni dettaljata ta’ proġetti tekniċi.

3.37.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (309).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (310)

50

50

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (311)

436

441

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.37.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (312) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (313) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.37.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.37.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.37.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.37.7.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2017

Jeħtieġ li l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tissaħħaħ billi dan jibda jirrapporta direttament lid-Direttur (amministrattiv) u lill-Kumitat ta’ Ġestjoni (funzjonali) tal-Aġenzija.

Pendenti

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Aġenzija kienet introduċiet l-għodod għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing) għal ċerti proċeduri, iżda mhux dawk għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) u għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission).

Ikkompletata

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti.

3.38.   AĠENZIJA EŻEKUTTIVA GĦALL-INTRAPRIŻI ŻGĦAR U MEDJI (EASME)

INTRODUZZJONI

3.38.1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, jew l-“EASME”), li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2024 bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/771/UE (314). Il-kompitu prinċipali tagħha huwa li timmaniġġja, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ seba’ Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni, l-azzjonijiet tal-UE fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni, il-kompetittività tal-SMEs, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, l-affarijiet marittimi u s-sajd.

3.38.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (315).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (316)

43

44

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (317)

434

453

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.38.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (318) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (319) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.38.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.38.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.38.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.38.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

3.38.8.

Ir-rata ta’ kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet baġitarji riportati mill-2017 għall-2018 kienet għolja f’livell ta’ 18,5 %, li juri li saru impenji mhux iġġustifikati fis-sena preċedenti. Il-livell ta’ riporti ġodda mill-2018 għall-2019 għat-Titolu III (nefqa għall-appoġġ tal-programmi) huwa wkoll għoli f’rata ta’ 60 %, li jwassal għal darb’oħra għar-riskju ta’ rata għolja ta’ kanċellazzjonijiet. Jeħtieġ li l-Aġenzija ma tirriportax l-approprjazzjonijiet baġitarji ħlief meta dan ikun debitament iġġustifikat.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KONTROLL INTERN

3.38.9.

L-Aġenzija ma għandhiex politika dwar karigi sensittivi li kieku tidentifika funzjonijiet sensittivi, iżżommhom aġġornati u tiddefinixxi miżuri xierqa biex timmitiga r-riskju ta’ interessi personali. Dan mhuwiex konformi mal-istandards ta’ kontroll intern tal-Aġenzija. Jeħtieġ li l-Aġenzija tadotta u timplimenta tali politika dwar karigi sensittivi mingħajr dewmien.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.38.10.

F’April 2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar il-Ġestjoni tal-Proġett H2020 fl-EASME (320). L-Aġenzija ħejjiet pjan ta’ azzjoni biex tindirizza xi wħud mill-oqsma fejn jista’ jsir titjib.

3.38.11.

F’Marzu 2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar Analiżi limitata tar-rappurtar dwar il-kapaċità korrettiva (321), li kien ikopri s-sena ta’ rappurtar 2016 kif ukoll diversi direttorati ġenerali u servizzi tal-Kummissjoni Ewropea, minbarra l-EASME. L-Aġenzija ħejjiet pjan ta’ azzjoni biex tindirizza xi wħud mill-oqsma fejn jista’ jsir titjib.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.38.12.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2016

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin. L-Aġenzija tista’ tqis il-possibbiltà li tintroduċi approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati.

M/A

2017

Jeħtieġ li l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà tissaħħaħ billi dan jibda jirrapporta direttament lid-Direttur (amministrattiv) u lill-Kumitat ta’ Tmexxija (funzjonali) tal-Aġenzija.

Ikkompletata

2017

Fl-2014, il-mandat tal-Aġenzija ġie estiż konsiderevolment. Minkejja l-bidliet sinifikanti fil-proċeduri tal-Aġenzija u żieda sinifikanti fil-baġit u l-persunal, l-aħħar validazzjoni mill-ġdid tas-sistema kontabilistika saret fl-2012.

Ikkompletata

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Aġenzija kienet introduċiet l-għodod għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) u għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission) għal ċerti proċeduri, iżda mhux dawk għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing).

Ikkompletata

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

3.38.8.

Il-kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit riportati mill-2017 għall-2018 kienet essenzjalment marbuta mad-dispożizzjoni għall-valutazzjoni tal-ispejjeż relatati mal-kuntratt LIFE, fejn irriżulta li kienu inqas importanti milli previst. L-ispejjeż huma stmati fil-bidu tal-proċess ta’ evalwazzjoni proposta, potenzjalment dak li jifdal ladarba l-proposti kollha jkunu evalwati. Dan ir-riskju għandu jitnaqqas fil-futur peress li tali spejjeż ta’ evalwazzjoni se jkunu sostnuti mill-baġit operattiv.

Il-livell ta’ riporti ġodda mill-2018 għall-2019 naqas meta mqabbel mas-sena preċedenti, kemm fl-ammonti kif ukoll fil-perċentwal tal-baġit inizjali.

L-Aġenzija se tkompli tissorvelja mill-qrib il-livell ta’ ħtiġijiet baġitarji u tqajjem sensibilizzazzjoni għas-setturi/unitajiet ikkonċernati biex iżżid il-konsum baġitarju fis-sena.

3.38.9.

L-Aġenzija aġġornat l-analiżi tagħha ta’ funzjonijiet sensittivi f’Jannar 2019. L-Aġenzija se tiddefinixxi l-miżuri adatti biex jitnaqqsu r-riskji u taġġorna l-politika ta’ karigi sensittivi fil-perjodu qasir.

3.39.   AĠENZIJA EŻEKUTTIVA TAL-KUNSILL EWROPEW GĦAR-RIĊERKA (ERCEA)

INTRODUZZJONI

3.39.1.

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, jew l-“ERCEA”), li tinsab fi Brussell, inħolqot bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/37/KE (322). L-Aġenzija ġiet stabbilita għal perjodu li beda fl-1 ta’ Jannar 2008 u li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2017 bl-għan li tmexxi l-programm speċifiku “Ideat” taħt is-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka. Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE (323), il-mandat tal-Aġenzija ġie estiż billi hija saret l-istruttura ta’ implimentazzjoni ddedikata, responsabbli għall-implimentazzjoni amministrattiva u l-eżekuzzjoni tal-programm għar-riċerka Orizzont 2020, u timplimenta l-azzjonijiet taħt il-Parti I “Xjenza eċċellenti” tal-programm, relatati mal-objettiv speċifiku tat-tisħiħ tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien, permezz tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC) (324).

3.39.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (325).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (326)

47

49

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (327)

477

494

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.39.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (328) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (329) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.39.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.39.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.39.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.39.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.39.8.

L-Aġenzija tuża kuntratti qafas ma’ kumpanija tal-IT għall-forniment ta’ servizzi tal-IT minn konsulenti fuq bażi “time and means” u fl-uffiċċji tal-Aġenzija. Ibbażat fuq il-kriterji speċifiċi u ġenerali pprovduti mil-Liġi Belġjana, rigward l-implimentazzjoni ta’ dawn il-kuntratti, jeħtieġ li l-Aġenzija ma tiddeterminax il-funzjonijiet li għandhom jiġu assenjati lill-impjegati tal-fornituri tas-servizzi. Aħna sibna li l-istruzzjonijiet mogħtija lill-konsulenti tal-IT jistgħu jwasslu għal konfużjoni dwar min jiddetermina l-funzjonijiet li għandhom jiġu assenjati lill-impjegati tal-fornituri tas-servizzi. Jeħtieġ li l-Aġenzija tiżgura li d-dispożizzjonijiet legali kollha, kemm dawk nazzjonali kif ukoll dawk tal-UE, jiġu rrispettati meta tagħmel użu minn konsulenti tal-IT.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KONTROLL INTERN

3.39.9.

Minbarra l-użu ta’ konsulenti tal-IT, li ġie spjegat hawn fuq, fl-2018 l-Aġenzija qabbdet ukoll 36 ħaddiem interim taħt kuntratti qafas ma’ aġenzija waħda li ssib xogħol temporanju għall-ħaddiema. Madankollu, il-formoli ta’ ordnijiet relatati ma jsemmux ir-raġuni għall-użu ta’ ħaddiema interim, kif meħtieġ taħt il-liġi tax-xogħol Belġjana. Skont xi tkun ir-raġuni, hemm rekwiżiti ta’ approvazzjoni u ta’ rappurtar differenti li jridu jiġu ssodisfati. Jeħtieġ li l-Aġenzija tuża formoli ta’ ordnijiet li jkunu jinkludu l-informazzjoni kollha mitluba mil-liġi.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.39.10.

Fl-2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar rigward ir-Rapport finali tal-awditjardwar il-Ġestjoni tal-għotjiet taħt H2020 (il-Fażi II) (330). L-Aġenzija ħejjiet pjan ta’ azzjoni biex tindirizza xi wħud mill-oqsma fejn jista’ jsir titjib.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.39.11.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Aġenzija kienet introduċiet l-għodod għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) u għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing) għal ċerti proċeduri, iżda mhux dawk għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission).

Ikkompletata

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

3.39.8.

L-ERCEA tagħmel differenza ċara bejn il-persunal tal-ERCEA u l-konsulenti tal-IT, peress li ma għandha l-ebda rabta ġerarkika magħhom. Id-deċiżjonijiet kollha relatati mal-impjieg bħal tkeċċija/reklutaġġ, kundizzjonijiet tal-impjieg, skeda tax-xogħol u sahra, sanzjonijiet dixxiplinari, evalwazzjonijiet, proċedura f’każ ta’ mard jew applikazzjonijiet għal btala, jittieħdu mill-kuntrattur. L-ERCEA tieħu nota tal-osservazzjoni tal-Qorti u se tikkunsidra miżuri biex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni potenzjali dwar min jiddetermina l-funzjonijiet assenjati lill-konsulenti tal-IT. Fil-fatt, l-Aġenzija se timplimenta l-linji gwida dwar l-użu tal-fornituri tas-servizzi in-house li qed jiġu rieżaminati mill-Kummissjoni.

3.39.9.

l-ERCEA timplimenta b’mod strett il-kuntratt qafas interistituzzjonali HR/R3/PR/2014/078 għall-użu ta’ ħaddiema interim u l-ispeċifikazzjonijiet (TS) (tender specifications) tiegħu. Id-dokument sussegwenti jiddefinixxi b’mod ċar fl-Artikolu 2.10 ir-rekwiżiti obbligatorji li għandhom jiddaħħlu fil-bon de commande/formoli ta’ ordnijiet (“kuntratti”) li għandhom jiġu indirizzati lill-aġenzija tax-xogħol temporanju għal kull assenjazzjoni partikolari. Skont l-Artikolu 1 tat-TS, il-ġustifikazzjonijiet għall-użu tal-ħaddiema interim mill-aġenzija huma ddefiniti fil-livell tal-kuntratt qafas innifsu. L-ERCEA se tirrevedi l-formoli ta’ ordnijiet tagħha biex tinkludi l-ġustifikazzjoni applikabbli f’konformità mal-kuntratt qafas.

3.39.10.

Wara l-approvazzjoni tal-IAS dwar il-pjan ta’ azzjoni tal-ERCEA relatat mal-awditjar tal-“Fażi II tal-ġestjoni tal-Għotjiet H2020”, l-Aġenzija qed timplimenta l-miżuri relatati skont l-iskedi ta’ żmien miftiehma.

3.40.   AĠENZIJA EŻEKUTTIVA GĦALL-INNOVAZZJONI U N-NETWERKS (INEA)

INTRODUZZJONI

3.40.1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA – minn hawn ‘il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab fi Brussell, twaqqfet bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/801/UE (331) biex tieħu post l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport. L-Aġenzija ġiet stabbilita għal perjodu li beda fl-1 ta’ Jannar 2014 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2024 għall-ġestjoni ta’ azzjonijiet tal-UE relatati mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Programm Orizzont 2020 għall-Finanzjament tar-Riċerka u l-Innovazzjoni, in-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport u l-Programm Marco Polo.

3.40.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (332).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (333)

24

27

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (334)

249

282

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.40.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (335) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (336) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.40.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.40.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.40.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.40.7.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Aġenzija kienet introduċiet l-għodod għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing) għal ċerti proċeduri, iżda mhux dawk għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) u għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission).

Għadha għaddejja

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti.

3.41.   AĠENZIJA EŻEKUTTIVA GĦAR-RIĊERKA (REA)

INTRODUZZJONI

3.41.1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, jew ir-“REA”), li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/46/KE (337). L-Aġenzija ġiet stabbilita għal perjodu limitat li beda fl-1 ta’ Jannar 2008 u li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2017 bl-għan li tmexxi attivitajiet speċifiċi tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka. Fil-15 ta’ Ġunju 2009 l-Aġenzija uffiċjalment ingħatat l-awtonomija amministrattiva u operazzjonali tagħha mill-Kummissjoni Ewropea. Fit-13 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/778/UE (338) tagħha, estendiet it-tul tal-ħajja tar-REA għall-2024 u ddelegatilha wkoll partijiet minn Orizzont 2020, il-Programm Qafas il-ġdid għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.

3.41.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (339).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (340)

67

70

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (341)

693

736

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.41.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (342) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (343) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.41.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.41.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.41.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.41.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.41.8.

Fl-2018, l-Aġenzija kkonkludiet kuntratt speċifiku għall-għoti ta’ assistenza fl-organizzazzjoni tal-avveniment li fakkar l-10 anniversarju tal-Aġenzija. Il-kuntratt speċifiku jimplimenta kuntratt qafas tal-Kummissjoni għall-organizzazzjoni u l-ġestjoni ta’ avvenimenti, li jinkludi l-possibbiltà ta’ servizzi supplimentari, sa 20 % tal-valur totali tal-kuntratt speċifiku. Madankollu, il-kuntratt speċifiku tar-REA kellu volum totali ta’ EUR 68 688 u s-servizzi supplimentari akkwistati ammontaw għal EUR 39 218 (57 %). Għalhekk, l-akkwist tas-servizzi supplimentari ma kienx jikkonforma mal-kuntratt qafas u kien għalhekk irregolari (ma sarux pagamenti relatati fl-2018). Jeħtieġ li l-Aġenzija tikkonforma mad-dispożizzjonijiet u l-limiti massimi għall-kuntratti.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RAPPORTI TAS-SERVIZZ TAL-AWDITJAR INTERN

3.41.9.

F’Novembru 2018, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ħareġ rapport tal-awditjar dwar il-Ġestjoni tal-Għotjiet taħt H2020 fir-REA. L-Aġenzija ħejjiet pjan ta’ azzjoni biex tindirizza l-oqsma fejn jista’ jsir titjib.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.41.10.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2017

Il-ġestjoni tal-proċess tal-għażla għal persunal kuntrattwali żvelat ċerti dgħufijiet. Il-fajls ta’ reklutaġġ u l-minuti tal-laqgħat tal-kumitat ta’ għażla mhux dejjem jinkludu l-kriterji użati biex jintgħażlu l-kandidati mid-database tar-reklutaġġ.

M/A

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Aġenzija kienet introduċiet l-għodod għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing) għal ċerti proċeduri, iżda mhux dawk għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) u għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission).

Għadha għaddejja

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

3.41.8.

Is-servizzi proposti mill-kuntrattur għall-kuntratt speċifiku ġew aċċettati mir-REA fi stadju bikri tal-organizzazzjoni tal-avveniment sabiex jippermettu lill-kuntrattur jibda jaħdem fuq aspetti li jeħtieġu tħejjija importanti u l-iżgurar tal-post fejn se jsir l-avveniment. Minħabba d-daqs tal-avveniment, kemm ir-REA kif ukoll il-kuntrattur kienu konxji li se jkunu meħtieġa aġġustamenti fil-fażijiet sussegwenti tal-organizzazzjoni. F’dan il-kuntest, ġie miftiehem mal-kuntrattur li, fejn possibbli, is-“servizzi supplimentari” se jiġu sostitwiti minn oġġetti ta’ katalgu mil-lottijiet rispettivi permezz ta’ emenda għall-kuntratt speċifiku. Sadanittant, ir-REA iddefinixxiet b’mod sħiħ il-format tal-avveniment u talbet għal offerta riveduta. Emenda li tnaqqas is-sehem tas-“servizzi supplimentari” għal EUR 4 289 (7,7 % tal-kuntratt speċifiku) ġiet iffirmata fis-17 ta’ Mejju 2019.

3.42.   AĠENZIJA EŻEKUTTIVA GĦALL-KONSUMATUR, IS-SAĦĦA, L-AGRIKOLTURA U L-IKEL (CHAFEA)

INTRODUZZJONI

3.42.1.

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel (l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel) (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) twaqqfet fl-1 ta’ Jannar 2005 (l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika – PHEA – mill-2005 sal-2008, l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi – EAHC – mill-2008 sal-2013 u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel – Chafea – mill-1 ta’ Jannar 2014) (344). L-Aġenzija tinsab fil-Lussemburgu u l-mandat tagħha ġie estiż sal-31 ta’ Diċembru 2024. L-Aġenzija timplimenta l-Programm tal-UE dwar is-Saħħa, il-Programm tal-Konsumaturi u l-inizjattiva għat-Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel.

3.42.2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (345).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2017

2018

Baġit (miljun EUR) (346)

10

11

Persunal fil-31 ta’ Diċembru (347)

61

66

Sors:

Data pprovduta mill-Aġenzija.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI PPROVDUTA MILL-QORTI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL – RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

OPINJONI

3.42.3.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija li jinkludu r-rapporti finanzjarji (348) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (349) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

3.42.4.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

3.42.5.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

3.42.6.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

3.42.7.

L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.42.8.

L-Aġenzija tuża kuntratti ma’ kumpanija tal-IT għall-forniment ta’ servizzi tal-IT minn konsulenti (13 fl-2018) fuq bażi “time and means” u fl-uffiċċji tal-Aġenzija. Ibbażat fuq il-kriterji speċifiċi u ġenerali pprovduti mil-Liġi Lussemburgiża, rigward l-implimentazzjoni ta’ dawn il-kuntratti, jeħtieġ li l-Aġenzija ma tiddeterminax il-funzjonijiet li għandhom jiġu assenjati lill-impjegati tal-fornituri tas-servizzi. Aħna sibna li l-istruzzjonijiet mogħtija lill-konsulenti tal-IT jistgħu jwasslu għal konfużjoni dwar min jiddetermina l-funzjonijiet li għandhom jiġu assenjati lill-impjegati tal-fornituri tas-servizzi. Jeħtieġ li l-Aġenzija tiżgura li kemm id-dispożizzjonijiet legali nazzjonali kif ukoll dawk tal-UE jiġu rrispettati meta tagħmel użu minn konsulenti tal-IT.

SEGWITU GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET MIS-SNIN PREĊEDENTI

3.42.9.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-osservazzjonijiet tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

ANNESS

Segwitu għall-osservazzjonijiet mis-snin preċedenti

Sena

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2015

L-Aġenzija kkanċellat EUR 0,2 miljun, jiġifieri 18 % tar-riporti tagħha għall-2015 (2014: EUR 0,1 miljun, jiġifieri 14 %), li jindika dgħufijiet fl-ippjanar għalihom.

M/A

2017

Fl-2017, l-Aġenzija ma ddokumentatx il-proċeduri ta’ reklutaġġ b’mod adegwat. Barra minn hekk, il-proċeduri ma żgurawx l-anomimità u ma rrispettawx id-dati ta’ skadenza stabbiliti. Dan jista’ jdgħajjef l-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament indaqs tal-kandidati.

Ikkompletata

2017

Fl-2017, l-Aġenzija kellha diffikultajiet biex tattira biżżejjed kompetizzjoni għall-proċeduri ta’ akkwist b’valur baxx u medju.

Ikkompletata

2017

E-procurement: sa tmiem l-2017, l-Aġenzija kienet introduċiet l-għodod għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) u għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing) għal ċerti proċeduri, iżda mhux dawk għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission).

Ikkompletata

2017

L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Aġenzija ilu nieqes minn tmiem Novembru 2017. Fit-13 ta’ Diċembru 2017, il-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Aġenzija ħatar formalment amministratur biex ikun uffiċjal tal-kontabbiltà temporanju; dan l-amministratur qed jagħmilha ta’ deputat tal-uffiċjal awtorizzanti b’delega. Dan imur kontra l-Artikolu 28 tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, li jiddikjara li l-dmirijiet tal-uffiċjal awtorizzanti u tal-uffiċjal tal-kontabbiltà għandhom ikunu segregati u reċiprokament inkompatibbli.

Ikkompletata

2017

L-Aġenzija tippubblika avviżi ta’ postijiet battala għal aġenti temporanji fuq is-sit web proprju tagħha u fuq il-midja soċjali, iżda mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Għadha għaddejja

2017

L-ippjanar baġitarju tal-Aġenzija huwa dgħajjef. Filwaqt li r-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati mill-2017 għall-2018 kienu għoljin għat-Titolu III tal-baġit b’ammont ta’ EUR 1,6 miljun, jiġifieri 63 % (2016: EUR 1,2 miljun, jiġifieri 48 %), ir-rata ta’ kanċellazzjoni ta’ approprazzjonijiet baġitarji riportati mill-2016 għall-2017, kienet għolja wkoll b’ammont ta’ EUR 354 260 , jiġifieri 23 %.

M/A

RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

3.42.8.

CHAFEA tagħmel distinzjoni ċara bejn il-persunal ta’ CHAFEA u l-konsulenti tal-IT, peress li CHAFEA ma teżerċitax rabta ġerarkika magħhom. Id-deċiżjonijiet kollha relatati max-xogħol bħall-promozzjoni, is-sensja/ ir-reklutaġġ, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-iskeda tax-xogħol, is-sahra, il-miżuri dixxiplinarji, il-ġestjoni tal-mard, it-talba għall-vaganzi u l-validazzjoni jittieħdu mill-kuntrattur. CHAFEA tinnota l-osservazzjoni tal-Qorti u se tikkunsidra miżuri biex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni potenzjali dwar min jiddetermina l-funzjonijiet assenjati lill-konsulenti tal-IT. Fil-fatt, CHAFEA se timplimenta l-linji gwida dwar l-użu ta’ Konsulent tal-IT IntraMuros li qed jiġu riveduti mill-Kummissjoni.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Alex Brenninkmeijer, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-24 ta’ Settembru 2019.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  L-Artikoli 285 sa 287 (ĠU C 326, 26.10.2012, pp. 169-171).

(2)  Disponibbli fuq is-sit web tagħna: www.eca.europa.eu

(3)  Tliet aġenziji li jaħdmu fil-qasam tad-difiża (l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, l-Istitut Ewropew għall-Istudji fuq is-Sigurtà, u ċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea) li jiġu ffinanzjati permezz ta’ kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, ma jiġux awditjati mill-QEA iżda minn awdituri indipendenti esterni oħra.

(4)  ACER, Uffiċċju tal-BEREC, Cedefop, CdT, CEPOL, CPVO, EASA, EASO, EBA, ECDC, ECHA, EEA, EFCA, EFSA, EIGE, EIOPA, ELA, EMA, EMCDDA, EMSA, ENISA, UPPE, ERA, ESMA, ETF, EUIPO, eu-LISA, EU-OSHA, Eurofound, Eurojust, Europol, FRA, Frontex, GSA.

(5)  Skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1), hija pprovduta l-possibbiltà li jkun hemm żewġ bordijiet differenti: bord maniġerjali u bord eżekuttiv.

(6)  Chafea, EACEA, EASME, ERCEA, INEA, REA.

(*1)  In-nefqa għall-persunal tinkludi dik għall-membri tal-persunal li jaħdmu kemm fuq attivitajiet operazzjonali kif ukoll amministrattivi.

(7)  L-ELA u l-UPPE ma ġewx awditjati fl-2018, billi l-ewwel sena tagħhom tal-baġit se tkun l-2019.

(8)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(9)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit huma rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(10)  CdT, CPVO, EASA, EBA, ECHA, EIOPA, EMA, ESMA, EUIPO, SRB.

(11)  Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

(12)  Skont l-Aġenzija, ġiet konkluża sullokazzjoni, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2019, wara t-tmiem tal-kontijiet għall-2018. Aħna għadna ma awditjajniex il-ftehim ta’ sullokazzjoni.

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(14)  Saru osservazzjonijiet simili għal bosta aġenziji fir-rapporti tal-awditjar tas-snin preċedenti.

(15)  Saru osservazzjonijiet simili għal bosta aġenziji fir-rapporti tal-awditjar tas-snin preċedenti.

(16)  Ċifra pprovduta min-Netwerk tal-aġenziji tal-UE (EUAN).

(17)  Ċifri pprovduti min-Netwerk tal-aġenziji tal-UE (EUAN). Minħabba r-rabta amministrattiva tagħhom mal-Kummissjoni, l-aġenziji eżekuttivi u l-ESA normalment jipparteċipaw fil-proċeduri ta’ akkwist li jitniedu mill-Kummissjoni.

(18)  Rapid case review on the implementation of the 5 % reduction of staff posts (Analiżi rapida dwar każ speċifiku rigward l-implimentazzjoni tat-tnaqqis ta’ 5 % fil-postijiet għall-persunal); ippubblikata fil-21 ta’ Diċembru 2017.

(19)  Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).

(20)  Il-Kummissjoni Ewropea (SEC 2008 (77)), Guidance on sensitive functions (Gwida dwar funzjonijiet sensittivi), 19 ta’ Diċembru 2007.

(21)  Ma tiġi imposta l-ebda tariffa għal reġistrazzjonijiet ta’ sustanza kimika fi kwantità ta’ bejn tunnellata waħda u 10 tunnellati taħt ċerti kundizzjonijiet.

(22)  F’4 % tal-każijiet li ġew ivverifikati, id-daqs skorrett kien ifisser li l-kumpanija kienet għamlet dikjarazzjoni proprja ta’ daqs li kien kbir wisq u kienet intitolata għal rifużjoni.

(23)  Ara d-dokument intitolat: ECA Opinion No 5/2015 concerning the proposal for an amended Regulation of the Budget Committee of the Office for Harmonisation in the Internal Market laying down the financial provisions applicable to the Office (Opinjoni Nru 5/2015 tal-QEA dwar il-proposta għal Regolament emendat tal-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet finanzjarji applikabbli għall-Uffiċċju).

(24)  Ara d-dokument intitolat: ECA Opinion No 1/2019 concerning the proposal for regulation BC-01-2019 of the Budget Committee of the European Intellectual Property Office laying down the financial provisions applicable to the Office (Opinjoni Nru 1/2019 tal-QEA dwar il-proposta għar-Regolament BC-01-2019 tal-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet finanzjarji applikabbli għall-Uffiċċju.

(25)  Ara d-dokument intitolat: ECA Opinion No 3/2015 on a proposal for the Financial Regulation of the Single Resolution Board laying down the financial provisions applicable to the Board (Opinjoni Nru 3/2015 dwar proposta għar-Regolament Finanzjarju tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet finanzjarji applikabbli għall-Bord).

(26)  Ara d-dokument intitolat: ECA Opinion No 2/2015 on a proposal for an amended of the Financial Regulation of the Community Plant Variety Office, (Opinjoni Nru 2/2015 dwar proposta għal emenda tar-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti).

(27)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(28)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.

(29)  Ir-Regolament Nru 1227/2011 UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1), li jagħti rwol importanti lill-Aġenzija fis-superviżjoni tan-negozjar fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa madwar l-Ewropa.

(30)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.acer.europa.eu.

(31)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(32)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(33)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(34)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(35)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(36)  L-aġenzija tippubblika wkoll xi avviżi ta’ postijiet battala fuq is-sit web tal-EPSO.

(37)  Fl-2018, l-Aġenzija introduċiet l-għodod għall-preżentazzjoni elettronika ta’ sejħiet għall-offerti (e-submission), iżda mhux dawk għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ dokumenti relatati ma’ avviżi dwar kuntratti (e-tendering) jew għall-fatturazzjoni elettronika (e-invoicing).

(38)  ĠU L 321, 17.12.2018, p. 1.

(39)  ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.

(40)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.berec.europa.eu.

(41)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(42)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux bħala ħaddiema interim jew konsulenti.

(43)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(44)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(45)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(46)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(47)  ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.

(48)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.cedefop.europa.eu.

(49)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(50)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(51)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(52)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(53)  L-ebda proċedura ta’ reklutaġġ reċenti ma kienet ġiet iffinalizzata saż-żmien meta sar l-awditu (Novembru 2018).

(54)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(55)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1.

(56)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(57)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.easa.europa.eu.

(58)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(59)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(60)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(61)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(62)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(63)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol ta’ evalwazzjoni esterna.

(64)  Fl-2014 u fl-2015, il-bilanċi pożittivi kienu jammontaw għal EUR 15,3 miljun u EUR 16,9 miljun rispettivament. Sa tmiem l-2018, il-bilanċ pożittiv ammonta għal EUR 52 miljun.

(65)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(66)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eba.europa.eu.

(67)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(68)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(69)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(70)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(71)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(72)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(73)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.ECHA.europa.eu.

(74)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(75)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(76)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(77)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(78)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(79)  L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 tas-16 ta’ April 2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 107, 17.4.2008, p. 6).

(80)  Iċ-ċifri jvarjaw minn sena għall-oħra. Fl-2018, iċ-ċifra kienet ta’ 32 %.

(81)  Fi tmiem Frar 2019, l-ECHA kienet ivverifikat ir-reġistranti kollha tal-SMEs mis-snin 2008-2012 u, bl-użu ta’ approċċ ta’ prijoritizzazzjoni , 48 % tar-reġistranti tal-SMEs mis-snin 2013-2015. Mill-bidu tal-2020, l-ECHA se tuża l-approċċ ta’ verifikazzjonijiet prijoritizzati għat-tielet lott (2016-2019).

(82)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(83)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(84)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: https://www.eiopa.europa.eu/.

(85)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(86)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(87)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(88)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(89)  Ir-Rapport Speċjali Nru 29/2018.

(90)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(91)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(92)  F’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament inizjali.

(93)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Istitut hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: https://eit.europa.eu/.

(94)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(95)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(96)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(97)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(98)  Climate-KKI tal-EIT, EIT Innoenergy u EIT Digital ilhom joperaw mill-2010. Iż-żewġ KKI tat-tieni grupp, EIT Health u EIT Raw Material, għandhom prestazzjoni konsiderevolment aħjar f’dan ir-rigward, prinċipalment minħabba li sa mill-bidu nett tal-operazzjonijiet, ingħatat prijorità ogħla għas-sostenibbiltà finanzjarja.

(99)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(100)  L-EIT ma aċċettatx żewġ rakkomandazzjonijiet.

(101)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(102)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: emsa.europa.eu.

(103)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(104)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(105)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(106)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(107)  Sadanittant, il-kuntratt qafas tal-2014 skada u l-mod kif inhu mfassal il-kuntratt qafas suċċessiv jipprevedi promozzjoni akbar tal-kompetizzjoni ġusta.

(108)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(109)  Il-persunal operazzjonali tal-Aġenzija ġie rrilokat għal Ateni f’Marzu 2013.

(110)  ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.

(111)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.

(112)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.enisa.europa.eu.

(113)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(114)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(115)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(116)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(117)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(118)  Attwalment, il-Gvern Grieg qed jinnegozja l-ftehim dwar is-sede l-ġdida.

(119)  Skont l-ENISA, fi tmiem l-2018, dan l-ammont kompla tnaqqas għal tmien membri tal-persunal.

(120)  Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 07, Volum 008, pp. 214 – 226.

(121)  ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3, u ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1. Skont ir-Regolament tal-aħħar, l-isem oriġinali tal-Aġenzija, jiġifieri l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji, inbidel għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji.

(122)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.era.europa.eu.

(123)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(124)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(125)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(126)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(127)  Sadanittant, il-kuntratt qafas tal-2014 skada u l-mod kif inhu mfassal il-kuntratt qafas suċċessiv jipprevedi promozzjoni akbar tal-kompetizzjoni ġusta.

(128)  Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).

(129)  Ara l-Artikolu 5(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/764 (ir-Regolament dwar it-tariffi u l-imposti) (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 68).

(130)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/764 tat-2 ta’ Mejju 2018 dwar it-tariffi u l-imposti li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u l-kundizzjonijiet għall-ħlas tagħhom (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 68).

(131)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(132)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.esma.europa.eu.

(133)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(134)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(135)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(136)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(137)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1. Ir-Regolament ġie emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1112/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5). Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 05, Volum 002, pp. 205 – 212.

(138)  ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.

(139)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.osha.europa.eu.

(140)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(141)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(142)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(143)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(144)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(145)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol ta’ evalwazzjoni.

(146)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(147)  ĠU L 30, 31.1.2019, p. 74.

(148)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eurofound.europa.eu.

(149)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(150)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(151)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(152)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(153)  Sadanittant, il-kuntratt qafas tal-2014 skada u l-mod kif inhu mfassal il-qafas suċċessiv jipprevedi promozzjoni akbar tal-kompetizzjoni ġusta.

(154)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(155)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol ta’ evalwazzjoni.

(156)  Id-Deċiżjoni 2010/803/UE meħuda bi ftehim komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-10 ta’ Diċembru 2010 dwar il-post tas-Sede tal-Aġenzija Ewropea GNSS (ĠU L 342, 28.12.2010, p. 15).

(157)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

(158)  ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1.

(159)  ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.

(160)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.gsa.europa.eu.

(161)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(162)  Minn dawn, EUR 676 miljun ġew riċevuti permezz ta’ ftehimiet ta’ delega mal-Kummissjoni.

(163)  Minn dawn, EUR 1 142 miljun ġew riċevuti permezz ta’ ftehimiet ta’ delega mal-Kummissjoni.

(164)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati , iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(165)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(166)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(167)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(168)  ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1.

(169)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eea.europa.eu.

(170)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(171)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(172)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(173)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(174)  L-Aġenzija tqis li din il-kwistjoni hija magħluqa minħabba l-istatus tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà bħala Uffiċjal kif ukoll minħabba l-ħatra tagħha mill-Bord ta’ Tmexxija u l-aċċess dirett tagħha għal dan il-Bord.

(175)  ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

(176)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.efca.europa.eu.

(177)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(178)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(179)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(180)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(181)  Sadanittant, il-kuntratt qafas tal-2014 skada u l-mod kif inhu mfassal il-qafas suċċessiv jipprevedi promozzjoni akbar tal-kompetizzjoni ġusta.

(182)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(183)  Ir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1).

(184)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI ta’ l- 20 ta’ Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/820/ĠAI (ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63).

(185)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.cepol.europa.eu.

(186)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(187)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(188)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(189)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(190)  ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(191)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.easo.europa.eu.

(192)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(193)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(194)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(195)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(196)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(197)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.ecdc.europa.eu.

(198)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(199)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(200)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(201)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(202)  Sadanittant, il-kuntratt qafas tal-2014 skada u l-mod kif inhu mfassal il-kuntratt qafas suċċessiv jipprevedi promozzjoni akbar tal-kompetizzjoni ġusta.

(203)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(204)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.efsa.europa.eu.

(205)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(206)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(207)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(208)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(209)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(210)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(211)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Istitut hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.eige.europa.eu.

(212)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(213)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(214)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(215)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(216)  ĠU L 214, 24.8.1993, p. 1, u ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. Skont ir-Regolament imsemmi l-aħħar, l-isem oriġinali tal-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni tal-Prodotti Mediċinali, inbidel għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

(217)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.ema.europa.eu.

(218)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(219)  Il-baġit finali inklużi t-tariffi u l-imposti.

(220)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(221)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(222)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(223)  Skont l-aġenzija, ġiet konkluża sullokazzjoni b’effett mill-1 ta’ Lulju 2019. Aħna għadna ma awditjajniex il-ftehim ta’ sullokazzjoni.

(224)  Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).

(225)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).

(226)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(227)  ĠU L 36, 12.2.1993, p. 1. Dan ir-Regolament u l-emendi tiegħu tħassru bir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1).

(228)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.emcdda.europa.eu.

(229)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(230)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(231)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(232)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(233)  ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.

(234)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eulisa.europa.eu.

(235)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(236)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(237)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(238)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(239)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1

(240)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Eurojust hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eurojust.europa.eu.

(241)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(242)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(243)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(244)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(245)  Regolament Delegat Tal-Kummissjoni (UE) 2015/2462 tat-30 ta’ Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 342, 29.12.2015, p. 7).

(246)  ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.

(247)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(248)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.europol.europa.eu.

(249)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(250)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(251)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(252)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(253)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(254)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(255)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.fra.europa.eu.

(256)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(257)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(258)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(259)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(260)  ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.

(261)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(262)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.frontex.europa.eu.

(263)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(264)  Il-persunal li jaħdem fl-Aġenzija, inklużi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti. L-għadd ta’ postijiet awtorizzati taħt it-Tabella tal-Persunal finali għall-2018 kien ogħla - 760 li kienu jikkonsistu f’418-il post (2017: 352 post) għal uffiċjali u aġenti temporanji, u 342 post (2017: 303 postijiet) għal persunal kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

(265)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(266)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(267)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(268)  ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1.

(269)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.etf.europa.eu.

(270)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(271)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(272)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(273)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(274)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol ta’ evalwazzjoni.

(275)  ĠU 27, 6.12.1958, p. 534/58.

(276)  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.

(277)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: http://ec.europa.eu/euratom/index.html.

(278)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(279)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(280)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(281)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(282)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.

(283)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.cpvo.europa.eu.

(284)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(285)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(286)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(287)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(288)  ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1.

(289)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: https://euipo.europa.eu.

(290)  Iċ-ċifri tal-baġit jinkludu riżerva għal avvenimenti mhux previsti.

(291)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(292)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(293)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(294)  L-Uffiċċju ta bidu għal azzjoni korrettiva f’kooperazzjoni mas-CdT.

(295)  ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.

(296)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Bord hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: https://srb.europa.eu.

(297)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(298)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(299)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu r-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(300)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(301)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(302)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.cdt.europa.eu.

(303)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(304)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(305)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(306)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(307)  ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46.

(308)  ĠU L 101, 21.4.2009, p. 26.

(309)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eacea.ec.europa.eu.

(310)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(311)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(312)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(313)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(314)  ĠU L 341, 18.12.2013, p. 73.

(315)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.ec.europa.eu/easme/.

(316)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(317)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(318)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(319)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(320)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(321)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(322)  ĠU L 9, 12.1.2008, p. 15.

(323)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965.

(324)  Perjodu ta’ implimentazzjoni mill-2014 sal-2020.

(325)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.erc.europa.eu.

(326)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(327)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(328)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(329)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(330)  Aħna ma vverifikajniex ix-xogħol tal-awditjar.

(331)  ĠU L 352, 24.12.2013, p. 65.

(332)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.ec.europa.eu/inea.

(333)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(334)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(335)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(336)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(337)  ĠU L 11, 15.1.2008, p. 9.

(338)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 54.

(339)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.ec.europa.eu/rea.

(340)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(341)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(342)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(343)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(344)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/770/UE tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/858/KE (ĠU L 341, 18.12.2013, p. 69).

(345)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: http://ec.europa.eu/chafea/.

(346)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(347)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali tal-UE, kif ukoll esperti nazzjonali sekondati, iżda mhux ħaddiema interim jew konsulenti.

(348)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(349)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.