|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 414/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9562 — Alight Solutions/NGA Human Resources) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
il–Kunsill |
|
|
2019/C 414/02 |
||
|
2019/C 414/03 |
||
|
2019/C 414/04 |
||
|
2019/C 414/05 |
||
|
2019/C 414/06 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 414/07 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 414/08 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 414/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9694 — Hermes/Iridium/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2019/C 414/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9521— Bamesa/Sumitomo/Steel Centre Europe) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 414/11 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
10.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9562 — Alight Solutions/NGA Human Resources)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 414/01)
Fid-29 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9562. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
|
10.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/2 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar il-Ħidma Diġitali Fost iż-Żgħażagħ
(2019/C 414/02)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL
JAGĦRFU LI:
|
1. |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ jikkontribwixxu għall-iżvilupp innovattiv tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa u għandhom isiru sforzi msaħħa biex tissokta l-ħidma f'din it-triq. |
|
2. |
Il-litteriżmu diġitali u ħiliet oħra tas-seklu 21 għandhom rwol kruċjali fl-indipendenza, l-inklużjoni soċjali, l-impjegabbiltà u l-ħajja ta' kuljum taż-żgħażagħ. Iż-żgħażagħ għandhom kompetenzi differenti li jippermettulhom joperaw f'ambjent diġitalizzat. Madankollu, iż-żgħażagħ kollha ser ikollhom bżonn approċċ aġili, flessibbli u kritiku għat-teknoloġija diġitali fil-ħidma futura tagħhom u fil-ħajja ta' kuljum. |
|
3. |
Id-distakk diġitali jeħtieġ li jitnaqqas. (1) Iż-żgħażagħ kollha għandu jkollhom opportunitajiet indaqs biex itejbu l-kompetenzi diġitali tagħhom, irrispettivament mill-ambjent minn fejn jiġu (2). |
|
4. |
Il-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ tista' tgħin biex jinkisbu l-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ (3). |
|
5. |
Jeħtieġ li jiġu indirizzati d-differenzi bejn is-sessi fil-kompetenzi diġitali u l-involviment f'attivitajiet diġitali, bħalma għandhom jiġu indirizzati l-isterjotipi relatati mal-użu tat-teknoloġiji diġitali. |
|
6. |
Il-ħidma fost iż-żgħażagħ għandha potenzjal kbir li tippermetti t-tagħlim mill-esperjenza f'ambjent mhux formali u li tinvolvi liż-żgħażagħ f'attivitajiet li jsaħħu l-kompetenzi diġitali u l-litteriżmu medjatiku tagħhom. Il-ħidma fost iż-żgħażagħ tista' tinvolvi wkoll liż-żgħażagħ li jinsabu f'riskju li jitħallew lura f'soċjetà diġitalizzata. |
|
7. |
L-approċċi, l-għanijiet, il-prinċipji u l-limiti professjonali tal-ħidma fost iż-żgħażagħ għandhom jiġu kkunsidrati fil-kuntest tad-diġitalizzazzjoni u l-impatt tagħhom għandu jiġi vvalutat f'dan id-dawl. |
|
8. |
Il-ħidma fost iż-żgħażagħ tagħti s-setgħa liż-żgħażagħ biex ikunu attivi u kreattivi fis-soċjetà diġitali, biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati u motivati, u biex jieħdu r-responsabbiltà u l-kontroll tal-identità diġitali tagħhom. Il-ħidma fost iż-żgħażagħ tista' tgħin ukoll liż-żgħażagħ jiffaċċjaw riskji online relatati mal-imġiba, il-kontenut, il-kuntatt u l-kummerċjaliżmu (4), inkluż id-diskors ta' mibegħda, il-bullying ċibernetiku, id-diżinformazzjoni u l-propaganda. |
|
9. |
Id-diġitalizzazzjoni tal-ħidma fost iż-żgħażagħ spiss ġiet mifhuma bħala l-użu tal-media soċjali. Madankollu, teknoloġiji diġitali ġodda qed jiffaċċjaw b'mod rapidu. L-intelliġenza artifiċjali, ir-realtà virtwali, ir-robotika u t-teknoloġija blockchain, fost l-oħrajn, qed jaffettwaw lis-soċjetajiet tagħna lil hinn mill-isfera tal-komunikazzjoni. Mhux biss huma meħtieġa kompetenzi diġitali bażiċi, iżda huma importanti wkoll il-kompetenzi diġitali speċifiċi li jsaħħu l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ. Il-ħidma maż-żgħażagħ għandha tkun kapaċi tindirizza l-isfidi tal-konverġenza bejn l-ambjenti diġitali u fiżiċi u tibbenefika mill-opportunitajiet offruti mit-trasformazzjoni diġitali, filwaqt li fl-istess ħin tiffaċċa l-isfidi fir-rigward tas-servizzi. |
|
10. |
L-avvanzi rapidi fil-media u t-teknoloġija diġitali f'dawn l-aħħar snin influwenzaw ukoll il-ħidma fost iż-żgħażagħ. Madankollu, għadd sinifikanti ta' prattikanti tal-ħidma fost iż-żgħażagħ ma għandhomx il-kompetenzi u l-għarfien diġitali biex jagħmlu l-aqwa użu possibbli mit-teknoloġiji diġitali biex iwettqu ħidma ta' kwalità għolja fost iż-żgħażagħ minħabba raġunijiet finanzjarji, strutturali, materjali jew amministrattivi. |
|
11. |
Ħafna dokumenti ta' politika dwar iż-żgħażagħ huma nieqsa minn tbassir dwar kif id-diġitalizzazzjoni ser tolqot lis-soċjetà, liż-żgħażagħ u l-ħidma fost iż-żgħażagħ. Ħafna strateġiji huma wkoll nieqsa minn approċċ olistiku lejn l-iżvilupp tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fl-era diġitali. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI, F'KONFORMITÀ MAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ U FIL-LIVELLI XIERQA, BIEX:
|
12. |
Jippromwovu u jiżviluppaw politiki u strateġiji taż-żgħażagħ li jistinkaw biex ikunu proattivi fir-rigward tal-iżvilupp teknoloġiku u d-diġitalizzazzjoni. Meta jitfasslu politiki li jaffettwaw il-ħajja taż-żgħażagħ, jenħtieġ li jitqiesu u jiġu vvalutati l-impatt tad-diġitalizzazzjoni fuq is-soċjetajiet, inklużi l-prattiki u s-servizzi tal-ħidma fost iż-żgħażagħ. Għal dak il-għan, għandha tiġi intensifikata l-kooperazzjoni transsettorjali bejn is-setturi rilevanti tal-politika u l-partijiet ikkonċernati. |
|
13. |
Jinkludu, fejn applikabbli, fl-istrateġiji tagħhom għaż-żgħażagħ jew fi pjanijiet ta' politika rilevanti oħra, għanijiet ċari u passi konkreti għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ u l-valutazzjoni tal-impatt tagħha fuq iż-żgħażagħ u l-ħidma fost iż-żgħażagħ. Dawn l-għanijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-għarfien, l-evidenza u d-data rigward il-kompetenzi diġitali taż-żgħażagħ, u l-ħtiġijiet għas-servizzi ta' ħidma fost iż-żgħażagħ. |
|
14. |
Jinkoraġġixxu l-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ biex isegwu dawn l-għanijiet filwaqt li jiżviluppaw l-attivitajiet u s-servizzi diġitali tagħhom f'konformità mal-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, u biex jużaw metodoloġiji innovattivi biex jappoġġaw il-kisba tal-eżiti tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, inkluż permezz ta' ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ. |
|
15. |
Jikkunsidraw, fejn xieraq, approċċi sperimentali u innovattivi u mudelli ġodda ta' kooperazzjoni, biex iwettqu attivitajiet u servizzi tal-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ. |
|
16. |
Jinvestu f'linji gwida u jistabbilixxuhom għall-bini ta' kapaċità diġitali fost il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet li jagħmlu xogħol maż-żgħażagħ, fejn meħtieġ. Il-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ tista' tiġi integrata kemm fil-kurrikuli professjonali għall-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ kif ukoll fit-taħriġ għall-voluntiera, u tista' tiġi inkorporata fl-edukazzjoni u t-taħriġ kontinwi tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ. |
|
17. |
Jinkoraġġixxu lill-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u liż-żgħażagħ biex iżidu u jtejbu l-kompetenzi diġitali tagħhom fi proċess ta' tagħlim konġunt. |
|
18. |
Jippromwovu l-użu ta' materjali eżistenti (5) u jiżviluppaw materjali ġodda ta' ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ u taħriġ għal persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ billi jsir użu, fost l-oħrajn, mil-lista tal-ħtiġijiet ta' taħriġ proposta mill-grupp ta' esperti (6) stabbilit taħt il-Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ għall-2016-2018. Barra minn hekk, jiġi organizzat taħriġ dwar l-iżvilupp strateġiku tal-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ. |
|
19. |
Joħolqu l-ispazju u l-kondizzjonijiet għall-esperimentazzjoni biex jiżviluppaw għodod u servizzi diġitali fil-ħidma fost iż-żgħażagħ, u biex jiġbru flimkien il-ħidma fost iż-żgħażagħ, ir-riċerka dwar iż-żgħażagħ u s-settur tal-ICT fl-iżvilupp ta' prattiki ta' ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ li jirnexxu u l-kondiviżjoni tal-esperjenzi. |
|
20. |
Jipprovdu opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jipprattikaw u jtejbu l-kompetenzi diġitali f'diversi ambjenti ta' ħidma fost iż-żgħażagħ, inkluż oqsma ewlenin ta' kompetenza diġitali kif elenkat fil-Qafas dwar il-Kompetenza Diġitali DigComp 2.1: il-litteriżmu fl-informazzjoni u fid-data; il-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni; il-ħolqien tal-kontenut; is-sikurezza; u s-soluzzjoni tal-problemi. Il-modalitajiet ta' tagħlim jistgħu jinkludu t-tagħlim esperjenzali, il-mentoraġġ invers u l-kooperazzjoni interġenerazzjonali. |
|
21. |
Jagħtu s-setgħa liż-żgħażagħ, inkluż dawk li jħossu li mhux qegħdin jinstemgħu u/jew li għandhom inqas opportunitajiet, biex jipparteċipaw b'mod attiv fi proċessi demokratiċi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, inkluż id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ, billi jinvolvuhom f'forom diġitali u f'forom innovattivi u alternattivi oħrajn ta' parteċipazzjoni demokratika. |
|
22. |
Iqisu l-ostakli kollha, inkluż il-forom kollha ta' diskriminazzjoni u l-isterjotipi tas-sessi, li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv l-opportunitajiet u l-motivazzjoni taż-żgħażagħ biex jiksbu kompetenza diġitali matul l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-perkorsi professjonali tagħhom, u biex iwettqu studji u karrieri fix-xjenza, it-teknoloġija, l-arti, l-inġinerija u l-matematika (STEAM). |
|
23. |
Issaħħu r-rwol tal-ħidma fost iż-żgħażagħ biex jiġi appoġġat l-użu kreattiv tat-teknoloġija miż-żgħażagħ u jingħataw il-ħiliet biex ikunu kemm konsumaturi kritiċi kif ukoll kreaturi attivi f'termini teknoloġiċi. |
|
24. |
Jippromwovu aċċess aħjar għaż-żgħażagħ, b'mod partikolari dawk li għandhom inqas opportunitajiet u dawk li jgħixu f'żoni rurali u remoti, jew fejn aċċess wiċċ imb'wiċċ ma jkunx fattibbli, għal servizzi ta' ħidma fost iż-żgħażagħ permezz tal-użu ta' teknoloġiji diġitali. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, FL-OQSMA TA' KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM, BIEX:
|
25. |
Jinkoraġġixxu l-iskambju tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta' strateġiji diġitali, inkluż bl-użu tal-opportunitajiet ipprovduti mill-Erasmus+ u strumenti ta' finanzjament rilevanti oħra tal-UE. |
|
26. |
Jippromwovu u jagħmlu użu mill-pjattaformi diġitali u fiżiċi eżistenti għal attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari dwar l-użu tat-teknoloġija diġitali fil-ħidma fost iż-żgħażagħ bħala għodda, attività jew kontenut. |
|
27. |
Jorganizzaw avvenimenti li jressqu flimkien liż-żgħażagħ, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, l-esperti, ir-riċerkaturi u personalitajiet mis-settur tal-ICT biex isibu modi u approċċi ġodda għall-użu tat-teknoloġija fil-ħidma fost iż-żgħażagħ. |
|
28. |
Iħeġġu u jappoġġaw riċerka madwar l-Ewropa kollha biex jiżdied l-għarfien dwar l-impatt tad-diġitalizzazzjoni fuq iż-żgħażagħ u l-ħidma fost iż-żgħażagħ. |
|
29. |
Itejbu l-kompetenzi diġitali permezz ta' tagħlim u taħriġ mhux formali, b'kont meħud tal-proċess ta' aġġornament tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali bil-ħsieb li jiġi estiż għall-ħidma fost iż-żgħażagħ. |
(1) "Id-distakk diġitali" jinkludi espliċitament l-aċċess għall-ICTs, kif ukoll il-ħiliet relatati li huma meħtieġa biex wieħed jieħu sehem fis-soċjetà tal-informazzjoni.
(2) "Id-distakk diġitali" jista' jiġi kklassifikat skont is-sess, l-età, l-edukazzjoni, id-dħul, il-gruppi soċjali jew il-post ġeografiku.
(3) L-Anness 3 għall-Istrateġija tal-UE dwar iż-Żgħażagħ 2019-2027
(4) https://www.childnet.com/ufiles/Supporting-Young-People-Online.pdf
(5) Eż. is-sett ta' għodod Salto għal taħriġ u ħidma fost iż-żgħażagħ, https://www.salto-youth.net/tools/toolbox/
(6) Il-ħtiġiet tat-taħriġ definiti mill-grupp ta' esperti dwar "Ir-riskji, l-opportunitajiet, u l-implikazzjonijiet tad-diġitalizzazzjoni għaż-żgħażagħ, il-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-politika dwar iż-żgħażagħ" jinkludu 1. Id-diġitalizzazzjoni tas-soċjetà, 2. L-ippjanar, it-tfassil u l-evalwazzjoni tal-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ, 3. Il-litteriżmu fl-informazzjoni u fid-data, 4. Il-komunikazzjoni, 5. Il-kreattività diġitali, 6. Is-sikurezza u 7. Ir-riflessjoni u l-evalwazzjoni (https://publications.europa.eu/s/fouj)
ANNESS
A. Referenzi
Fl-adozzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill jieħu nota tad-dokumenti li ġejjin:
|
1. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ (2017/C 418/02) |
|
2. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tat-tfal fid-dinja diġitali (ĠU C 372, 20.12.2011, p. 15) |
|
3. |
Grupp ta' esperti stabbilit taħt il-Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ għall-2016-2018 dwar ir-Riskji, l-opportunitajiet u l-implikazzjonijiet tad-diġitalizzazzjoni għaż-żgħażagħ, il-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-politika dwar iż-żgħażagħ: L-iżvilupp ta' ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ - Rakkomandazzjonijiet ta' politika u ħtiġijiet ta' taħriġ (2017); |
|
4. |
Kummissjoni Ewropea. DigComp 2.1: The Digital Competence Framework for Citizens with eight proficiency levels and examples of use (2017) (mhux disponibbli bil-Malti); |
|
5. |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali, COM(2018) 22 final; |
|
6. |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Strateġija Ewropea għal Internet Aħjar għat-Tfal (COM/2012/0196 final) |
|
7. |
Kummissjoni Ewropea. Study on the Impact of the Internet and Social Media on Youth Participation and Youth Work (2018) (mhux disponibbli bil-Malti); |
|
8. |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar qafas għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (2018/C 456/01) |
|
9. |
Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data - GDPR), (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1) |
|
10. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (2018/C 189/01) |
|
11. |
Ir-rapport tal-EIGE "L-ugwaljanza bejn is-sessi u ż-żgħażagħ: l-opportunitajiet u r-riskji tad-diġitalizzazzjoni" (14348/18 ADD 2) |
|
12. |
Screengers: Using ICT, digital and social media in youth work (mhux disponibbli bil-Malti). A review of research findings from Austria, Denmark, Finland, Northern Ireland and the Republic of Ireland (2016) (mhux disponibbli bil-Malti) |
|
13. |
Rapport ta' Simpożju ta' Sħubija taż-Żgħażagħ UE-KtE - "Connecting the dots: Young people, social inclusion and digitalization" (Tallinn, 26-28 ta' Ġunju 2018) (mhux disponibbli bil-Malti) |
B. Definizzjonijiet
Għall-fini ta' dawn il-konklużjonijiet tal-Kunsill:
|
— |
"Kompetenzi diġitali" tinvolvi l-użu kunfidenti, kritiku u responsabbli tat-teknoloġiji diġitali u l-involviment tagħhom għat-tagħlim, fuq il-post tax-xogħol, u għall-parteċipazzjoni fis-soċjetà. Din tinkludi [...] litteriżmu fl-informazzjoni u d-data, il-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni, il-litteriżmu fil-media, il-ħolqien ta' kontenut diġitali (inkluż l-ipprogrammar), is-sikurezza (inklużi l-benesseri diġitali u l-kompetenzi relatati maċ-ċibersigurtà), kwistjonijiet relatati mal-propjetà intellettwali, […] is-soluzzjoni tal-problemi u l-ħsieb kritiku. (Sors: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (2018/C 189/01) |
|
— |
"Ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ" tfisser l-użu proattiv jew l-indirizzar tal-media u t-teknoloġija diġitali fil-ħidma fost iż-żgħażagħ. Il-media u t-teknoloġija diġitali jistgħu jkunu għodda, attività jew kontenut fil-ħidma fost iż-żgħażagħ. Il-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ mhijiex metodu ta' ħidma fost iż-żgħażagħ. Il-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ tista' tiġi inkluża fi kwalunkwe ambjent ta' ħidma fost iż-żgħażagħ u għandha l-istess għanijiet bħall-ħidma fost iż-żgħażagħ b'mod ġenerali. Il-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ tista' ssir f'sitwazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ jew f'sitwazzjonijiet online, jew f'taħlita tat-tnejn. Il-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ hija msejsa fuq l-istess etika, valuri u prinċipji bħall-ħidma fost iż-żgħażagħ. (Sors: https://publications.europa.eu/fi/publication-detail/-/publication/fbc18822-07cb-11e8-b8f5-01aa75ed71a1) |
|
— |
"Distakk diġitali" tirreferi għad-distinzjoni bejn dawk li għandhom aċċess għall-internet u li huma kapaċi jagħmlu użu minn servizzi ġodda offruti fuq il-World Wide Web, u dawk li huma esklużi minn dawn is-servizzi. Fuq livell bażiku, il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-intrapriżi fis-soċjetà tal-informazzjoni tiddependi fuq l-aċċess għall-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni (ICT), jiġifieri l-preżenza ta' tagħmir elettroniku, bħal kompjuters, u konnessjonijiet tal-internet. It-terminu jinkludi espliċitament l-aċċess għall-ICTs, kif ukoll il-ħiliet relatati li huma meħtieġa biex wieħed jieħu sehem fis-soċjetà tal-informazzjoni. Id-distakk diġitali jista' jiġi kklassifikat skont il-kriterji li jiddeskrivu d-differenza fil-parteċipazzjoni skont is-sess, l-età, l-edukazzjoni, id-dħul, il-gruppi soċjali jew il-post ġeografiku. (Sors: https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Glossary:Digital_divide) |
|
10.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/7 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-sinifikat tal-5G għall-Ekonomija Ewropea u l-ħtieġa li jitnaqqsu r-riskji tas-sigurtà marbuta mal-5G
(2019/C 414/03)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
WARA LI KKUNSIDRA L-POTENZJAL TAN-NETWERKS 5G GĦALL-EKONOMIJA EWROPEA, GĦAS-SUQ UNIKU TAL-UE U GĦAĊ-ĊITTADINI EWROPEJ,
1.
JIRRIKONOXXI li l-5G huwa evoluzzjoni tan-netwerks 4G u li l-5G ser iżid il-potenzjal tal-provvista tas-servizzi tan-netwerk[…] mobbli u fl-istess ħin jippermetti mudelli ta’ negozju innovattivi u servizzi pubbliċi f’diversi setturi kif ukoll opportunitajiet oħra għaċ-ċittadini Ewropej, l-operaturi tat-telekomunikazzjoni, il-kumpanniji, inkluż l-SMEs, is-settur pubbliku kif ukoll partijiet ikkonċernati oħra.
2.
IFAKKAR li l-Unjoni żviluppat qafas legali għall-indirizzar u l-mitigazzjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà marbuta mal-5G, bħad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (EECC) u d-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (id-Direttiva NIS).
3.
JIRRIKONOXXI l-ħtieġa li jintlaħqu l-objettivi ambizzjużi tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-5G adottat mill-Kummissjoni fl-2016 u d-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Tallinn tal-5G, kif ukoll il-pjan direzzjonali relatat li ntlaħaq qbil dwaru bejn l-Istati Membri fl-2017 li jibni fuq l-għanijiet tas-Soċjetà tal-Gigabits.
4.
JISĦAQ li n-netwerks 5G ser jiffurmaw parti minn infrastruttura kruċjali għall-operazzjoni u l-manutenzjoni ta’ funzjonijiet soċjetali u ekonomiċi vitali u firxa wiesgħa ta’ servizzi essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern inkluż it-trasformazzjoni diġitali tagħha u f’dan ir-rigward JENFASIZZA l-importanza tas-sovranità teknoloġika Ewropea u l-promozzjoni globali tal-approċċ tal-UE lejn iċ-ċibersigurtà ta’ netwerks futuri tal-komunikazzjoni elettronika.
5.
JENFASIZZA l-ħtieġa li tiġi żgurata l-implimentazzjoni rapida bbażata fuq id-domanda tan-netwerks 5G u li l-5G huwa assi ewlieni għall-kompetittività u s-sostenibbiltà Ewropej u faċilitatur ewlieni għas-servizzi diġitali futuri kif ukoll prijorità għas-Suq Uniku Ewropew. F’dan il-kuntest, il-Kunsill JISĦAQ ukoll l-importanza ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri fl-użu ta’ netwerks 5G f’żoni transfruntiera bejn l-Istati Membri.
6.
JIRRIKONOXXI l-ħtieġa li titqajjem kuxjenza pubblika dwar il-possibbiltajiet tal-5G u li jiżdiedu l-kompetenzi fi ħdan l-iżviluppaturi u l-gruppi ta’ utenti differenti, u li s-settur pubbliku għandu rwol li jinkoraġġixxi l-użu tal-5G billi jmexxi bl-eżempju, u jħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha biex jimpenjaw ruħhom fil-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u l-esperjenza fl-appoġġ għat-tnedija b’suċċess tal-5G, inkluż kwistjonijiet relatati mal-kejl tal-limiti ta’ kampi elettromanjetiċi (EMF).
7.
JINKORAĠĠIXXI lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu l-passi meħtieġa biex l-UE ssir suq ewlieni għat-tnedija ta’ netwerks 5G u għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq il-5G li jrawmu t-tkabbir u l-innovazzjoni, itejbu l-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini u tan-negozji, jippermettu servizzi u applikazzjonijiet ġodda kif ukoll iġibu aktar opportunitajiet għas-soċjetà kollha f’setturi u industriji ewlenin bħall-enerġija, il-kura tas-saħħa, l-agrikoltura, il-finanzi u l-mobbiltà.
WARA LI KKUNSIDRA L-ISFIDI TAN-NETWERKS 5G,
8.
JENFASIZZA l-importanza li jiġu ssalvagwardjati s-sigurtà u r-reżiljenza tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-5G, wara approċċ ibbażat fuq ir-riskju.
9.
JISĦAQ li filwaqt li t-tnedija ta’ netwerks 5G iġġib magħha opportunitajiet ġodda, il-bidliet profondi li t-teknoloġiji 5G ser iġibu għan-netwerks, it-tagħmir u l-applikazzjonijiet, u ż-żieda fit-tħassib dwar is-sigurtà relatat mal-integrità u d-disponibbiltà tan-netwerks 5G, flimkien mal-kunfidenzjalità u l-privatezza, iwasslu biex ikun meħtieġ li l-UE u l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-promozzjoni taċ-ċibersigurtà ta’ dawn in-netwerks u s-servizzi kollha skont il-komunikazzjoni elettronika.
10.
JILQA’ l-isforzi konġunti Ewropej li għaddejjin dwar is-salvagwardja tas-sigurtà tan-netwerks 5G ibbażati b’mod partikolari fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar iċ-Ċibersigurtà ta’ Netwerks 5G u JISĦAQ l-importanza ta’ approċċ koordinat u implimentazzjoni effettiva tar-Rakkomandazzjoni sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni fis-Suq Uniku.
11.
JILQA’ l-valutazzjoni kkoordinata tar-riskji fil-livell Ewropew li ġiet ippubblikata fid-9 ta’ Ottubru 2019 bħala l-ewwel riżultat wara r-Rakkomandazzjoni.
12.
JENFASIZZA li l-bidliet teknoloġiċi introdotti mill-5G ser iżidu s-superfiċje globali tal-attakk u jeħtieġu attenzjoni partikolari għall-profili tar-riskju ta’ fornituri individwali.
13.
JISĦAQ li flimkien mar-riskji tekniċi relatati maċ-ċibersigurtà tan-netwerks 5G, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll fatturi mhux tekniċi bħalma huma l-qafas legali u politiku li l-fornituri jistgħu jkunu soġġetti għalih f’pajjiżi terzi.
14.
JAFFERMA MILL-ĠDID l-importanza li l-Istati Membri jikkunsidraw il-ħtieġa li jiddiversifikaw il-fornituri sabiex jevitaw jew jillimitaw il-ħolqien ta’ dipendenza kbira fuq fornitur wieħed, peress li dan iżid l-espożizzjoni għall-konsegwenzi ta’ falliment potenzjali ta’ dan il-fornitur.
15.
JENFASIZZA l-importanza li jiġu vvalutati r-riskji relatati ma’ interdipendenzi bejn in-netwerks 5G u sistemi u servizzi pubbliċi u privati kritiċi oħrajn.
GĦALDAQSTANT IL-KUNSILL:
16.
JENFASIZZA li tnedija rapida u sigura tan-netwerks 5G hija essenzjali għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE u teħtieġ approċċ koordinat fl-UE mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri fi kwistjonijiet ta’ tnedija ta’ netwerk u sigurtà nazzjonali.
17.
JISĦAQ li l-bini ta’ fiduċja fit-teknoloġiji 5G huwa bbażat b’mod sod fuq il-valuri fundamentali tal-UE bħad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt, il-protezzjoni tal-privatezza, tad-data personali u tal-proprjetà intellettwali, fuq l-impenn għat-trasparenza, l-affidabbiltà u l-inklużjoni tal-partijiet ikkonċernati u ċ-ċittadini kollha, kif ukoll fuq il-kooperazzjoni internazzjonali msaħħa.
18.
JISSOTTOLINJA li t-teknoloġija dejjem aktar kumplessa, interkonnessa u li qed tevolvi malajr titlob approċċ komprensiv u miżuri ta’ sigurtà effettivi u proporzjonati b’enfasi fuq is-sigurtà u l-privatezza mid-disinn bħala partijiet integrali tal-infrastruttura u t-tagħmir terminali tal-5G.
19.
JENFASIZZA li l-5G u netwerks oħra tal-komunikazzjoni elettronika relatati jeħtieġ li jiġu protetti b’mod kontinwu tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom biex ikopru l-katina tal-provvista kollha u t-tagħmir kollu rilevanti.
20.
JISĦAQ il-ħtieġa li jiġu indirizzati u li jittaffew l-isfidi potenzjali li jirriżultaw mit-tnedija ta’ netwerks u servizzi 5G għall-infurzar tal-liġi inkluż pereżempju l-interċettazzjoni legali.
21.
JIRRIKONOXXI l-ħtieġa li jiġu stabbiliti standards u miżuri komuni robusti ta’ sigurtà, li jirrikonoxxu l-isforzi ta’ standardizzazzjoni internazzjonali fil-5G, għall-manifatturi, l-operaturi tal-komunikazzjoni elettronika u l-fornituri tas-servizzi rilevanti kollha u li l-komponenti ewlenin, bħal komponenti li huma kritiċi għas-sigurtà nazzjonali, ser jinkisbu biss minn partijiet affidabbli.
22.
JAPPOĠĠA l-ħidma li għaddejja tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) fir-rigward tal-qafas Ewropew għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà stabbilit mill-Att dwar iċ-Ċibersigurtà, bil-potenzjal li jittejjeb il-livell taċ-ċibersigurtà għall-prodotti, is-servizzi u l-proċessi tal-ICT.
23.
JISĦAQ li filwaqt li l-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni jistgħu jkunu kapaċi jindirizzaw ċerti sfidi ta’ sigurtà relatati man-netwerks 5G, huma meħtieġa miżuri ta’ sigurtà addizzjonali biex ir-riskji jiġu mmitigati b’mod effettiv.
24.
JILQA’ l-preparazzjoni li għaddejja mill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u s-settur privat, ta’ sħubija Ewropea strateġika dwar Netwerks u Servizzi Intelliġenti taħt Orizzont Ewropa bil-għan li jiġu promossi l-investimenti, tinżamm u tissaħħaħ il-kompetittività, jissaħħu r-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet siguri fil-qasam tal-5G u lil hinn.
25.
JILQA’ l-prijoritizzazzjoni taċ-ċibersigurtà fil-Programm Ewropa Diġitali propost bħala mezz għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà tal-UE, kif ukoll l-inizjattiva taħt il-programm propost Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa dwar il-kurituri transkonfinali tat-TEN-T tal-5G.
26.
JAPPELLA lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bl-appoġġ tal-ENISA biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa fi ħdan il-kompetenzi tagħhom biex jiżguraw is-sigurtà u l-integrità tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika, b’mod partikolari n-netwerks 5G, u jkomplu jikkonsolidaw approċċ koordinat biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-sigurtà relatati mat-teknoloġiji 5G u abbażi tal-ħidma konġunta li għaddejja dwar is-sett ta’ għodod ta’ sigurtà tal-5G biex jiġu identifikati metodoloġiji u għodod komuni u effettivi għall-mitigazzjoni tar-riskji relatati man-netwerks 5G.
|
10.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/10 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu
(2019/C 414/04)
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tas-Sur Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana u s-Sur Habib Ibrahim Habib Eladli li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 (2), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu.
Il-Kunsill qed jikkunsidra li jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuna msemmija hawn fuq. Il-persuni kkonċernati huma b'dan informati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu l-elementi li l-Kunsill għandu fil-fajl rigward id-deżinjazzjoni tagħhom, qabel id-19 ta’ Diċembru 2019, fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu
F'dan ir-rigward, l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata qed tinġibed għar-rieżami regolari mill-Kunsill tal-lista ta' persuni ddeżinjati fid-Deċiżjoni 2011/172/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 270/2011.
|
10.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/11 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2109 (1) , u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2101 (2) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
(2019/C 414/05)
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK (3) u fl-Anness Ia tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1183/2005 (4) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel l-1 ta’ Settembru 2020, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu
Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill, skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK.
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-2 paragrafu u l-Artikolu 263, ir-4 u s-6 paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 318 , 10.12.2019, p. 134.
(2) ĠU L 318, 10.12.2019, p. 1.
|
10.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/12 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo
(2019/C 414/06)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 (2).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rappreżentat mid-Direttur Ġenerali ta’ RELEX (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar huwa RELEX.1.C li jista’ jkun ikkuntattjat f’dan l-indirizz:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu
L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1183/2005.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw kriterji għall-elenkar kif stipulati f’dak ir-Regolament.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.
Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu skont it-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).
Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
10.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/13 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-9 ta' Diċembru 2019
(2019/C 414/07)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1075 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
120,15 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4723 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84195 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,5435 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0959 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
134,30 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,1238 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,528 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
331,58 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2837 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7789 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,4270 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6228 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4675 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,6692 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6890 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5060 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 319,29 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,1780 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7960 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4388 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 506,11 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6074 |
|
PHP |
Peso Filippin |
56,316 |
|
RUB |
Rouble Russu |
70,5731 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
33,571 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,5903 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,3499 |
|
INR |
Rupi Indjan |
78,7070 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
10.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/14 |
Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreżervat (jiġifieri mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
(2019/C 414/08)
Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreżervat (jiġifieri mandolin, eċċ.) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “ir-RPĊ”), il-Kummissjoni Ewropea rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Talba għal rieżami
It-talba saret fl-10 ta’ Settembru 2019 mill-Federación Nacional de Asociaciones de Transformados Vegetales y Alimentos Procesados (“Fenaval” jew “l-applikant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni kollha tal-Unjoni ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreżervat (jiġifieri mandolin, eċċ.).
Verżjoni miftuħa tat-talba u l-analiżi tal-grad ta’ sostenn għat-talba mill-produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl għall-partijiet interessati.
2. Prodott taħt rieżami
Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri mandolin ippreparat jew ippreżervat (inklużi tanġerini u satsumas), klementini, wilkings u ibridi taċ-ċitru oħrajn simili, li ma jkollhomx spirti miżjudin magħhom, sew jekk ikollhom iz-zokkor miżjud jew sustanzi tal-ħlewwa oħra, kif inhu attwalment definit fl-intestatura SA 2008, li attwalment huma klassifikati taħt il-kodiċijiet NM 2008 30 55, 2008 30 75 u ex 2008 30 90 (il-kodiċijiet TARIC 2008309061, 2008309063, 2008309065, 2008309067 u 2008309069) u li joriġinaw mir-RPĊ (“il-prodott taħt rieżami”).
3. Miżuri eżistenti
Il-miżuri li hemm fis-seħħ bħalissa huma dazju definittiv ta’ anti-dumping impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1313/2014 (3).
4. Raġunijiet għar-rieżami
It-talba hija msejsa fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għat-tkomplija ta’ dumping u għat-tkomplija jew ir-rikorrenza ta’ dannu lill-industrija tal-Unjoni.
4.1. Allegazzjoni dwar il-probabbiltà li d-dumping jitkompla
Sabiex juri d-dumping, l-applikant iddikjara li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż ikkonċernat minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.
Biex jissostanza l-allegazzjonijiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti, l-applikant ibbaża fuq informazzjoni minn sorsi disponibbli pubblikament, jiġifieri dokumenti ta’ politika mill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u rapporti maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, id-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-Istati Uniti, l-OECD u korpi oħrajn, kif ukoll fuq ir-rapport tal-pajjiż (4) prodott mis-servizzi tal-Kummissjoni fl-20 ta’ Diċembru 2017 li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi speċifiċi tas-suq fil-pajjiż ikkonċernat. B’mod partikolari, l-applikant sostna li l-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt rieżami huma potenzjalment affettwati mid-distorsjonijiet fis-setturi Ċiniżi tal-agrikoltura, tal-azzar, tal-enerġija u tal-kimika.
B’hekk, fir-rigward tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, l-allegazzjoni ta’ tkomplija ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali maħdum fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew punti ta’ riferiment bla distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Fuq dik il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.
Fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li teżisti biżżejjed evidenza, skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku, li turi li, minħabba li hemm distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet, l-użu ta’ prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż ikkonċernat mhuwiex xieraq, u dan jirrikjedi li jingħata bidu għal investigazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.
Ir-rapport tal-pajjiż huwa disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni minn partijiet interessati u fis-sit web ta’ DĠ Kummerċ.
4.2. Allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu
L-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li turi l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu.
L-applikant ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni żdiedu b’mod sinifikanti f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem mis-suq.
L-applikant ipprovda wkoll evidenza li turi li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni probabbilment jiżdied minħabba l-kapaċità ta’ esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. Minbarra dan, fin-nuqqas ta’ miżuri, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi jkunu f’livell baxx biżżejjed biex jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. L-applikant finalment jallega li kull żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet bi prezzijiet soġġetti għal dumping mill-pajjiż ikkonċernat x’aktarx tikkawża aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni, jekk dawn il-miżuri jitħallew jiskadu.
5. Proċedura
Wara li ġie ddeterminat, b’segwitu għal konsultazzjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li teżisti biżżejjed evidenza ta’ probabbiltà ta’ dumping u dannu biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
Ir-rieżami tal-iskadenza se jiddetermina jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tad-dumping tal-prodott taħt rieżami li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat, kif ukoll għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dannu lill-industrija tal-Unjoni.
Kif diġà tħabbar, l-hekk imsejjaħ pakkett tal-Modernizzazzjoni tat-TDI (ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Ġunju 2018) daħħal, fost affarijiet oħra, tibdiliet sinifikanti fl-iskeda ta’ żmien u l-iskadenzi applikabbli preċedentement fi proċedimenti anti-dumping. Il-limiti ta’ żmien biex il-partijiet interessati jimmanifestaw ruħhom, b’mod partikolari fl-istadju bikri tal-investigazzjonijiet, tqassru. L-iskeda ta’ żmien għal din l-investigazzjoni, kif stabbilita f’din in-Notifika, tinkludi struzzjonijiet speċifiċi għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni fi stadji varji tal-investigazzjoni u fl-organizzazzjoni ta’ seduti ta’ smigħ. L-estensjonijiet għall-iskadenzi se jsiru wkoll aktar stretti u t-talba għal estensjonijiet bħal dawn tiġi kkunsidrata biss jekk tkun motivata kif xieraq. Għalhekk, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati jirrispettaw il-passi proċedurali u l-iskadenzi pprovduti f’din in-Notifika kif ukoll f’komunikazzjonijiet ulterjuri mill-Kummissjoni.
5.1. Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2018 sat-30 ta’ Settembru 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-istħarriġ tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2015 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).
5.2. Kummenti dwar it-talba u l-bidu tal-investigazzjoni
Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar l-inputs u l-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (SA) ipprovduti fit-talba fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6).
5.3. Proċedura għad-determinazzjoni ta’ probabilità ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping
F’rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni teżamina l-esportazzjonijiet li saru lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u, irrispettivament mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, tqis jekk is-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu u li jbigħu l-prodott taħt rieżami fil-pajjiż ikkonċernat hijiex tali li l-esportazzjonijiet bi prezzijiet oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni x’aktarx li jitkomplew jew jirrikorru jekk il-miżuri jiskadu.
Għaldaqstant, il-produtturi kollha (7) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat, irrispettivament minn jekk esportawx il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni tul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami jew le, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.3.1. Investigazzjoni tal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat
Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex tlesti l-investigazzjoni sal-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma hawnhekk mitluba biex jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom mitluba fl-Anness I ta’ din in-Notifika fi żmien sebat ijiem mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Il-Kummissjoni, sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ raġonevolment jiġi investigat fil-qafas ta’ żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa fil-pajjiż ikkonċernat, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat se jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk dawn humiex inklużi fil-kampjun. Il-produtturi fil-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni żżid nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett ijiem mid-data tan-notifikazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.
Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (8).
Il-kwestjonarju se jkun disponibbli wkoll għal kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi, u għall-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi li kkooperaw iżda mhumiex inklużi fil-kampjun”).
5.3.2. Proċedura addizzjonali fir-rigward tal-pajjiż ikkonċernat
Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jwasslu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Skont il-punt (e) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, ftit wara l-bidu tal-investigazzjoni, permezz ta’ nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, tinforma lill-partijiet fl-investigazzjoni dwar is-sorsi rilevanti li beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali fil-pajjiż ikkonċernat skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Dan ikun ikopri s-sorsi kollha, inkluża l-għażla ta’ pajjiż terz rappreżentattiv xieraq fejn ikun xieraq. Il-partijiet fl-investigazzjoni għandhom 10 ijiem mid-data li fiha dik in-nota tiddaħħal fil-fajl biex jippreżentaw kumment.
Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, pajjiż terz rappreżentattiv possibbli għall-pajjiż ikkonċernat, f’dan il-każ, huwa t-Turkija. Bl-għan li finalment tagħżel pajjiż terz rappreżentattiv xieraq, il-Kummissjoni se teżamina jekk hemmx pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż ikkonċernat, li fihom isiru l-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt rieżami u li fihom hemm data rilevanti disponibbli minnufih. F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż wieħed bħal dan, se tingħata preferenza, meta jkun il-każ, lill-pajjiżi b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.
Fir-rigward tas-sorsi rilevanti, il-Kummissjoni tistieden lill-produtturi kollha fil-pajjiż ikkonċernat sabiex jipprovdulha l-informazzjoni mitluba fl-Anness III ta’ din in-Notifika fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Barra minn hekk, kull preżentazzjoni ta’ informazzjoni fattwali biex jiġu vvalutati l-ispejjeż u l-prezzijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku trid issir fi żmien 65 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Tali informazzjoni fattwali jenħtieġ li tittieħed esklużivament minn sorsi disponibbli għall-pubbliku.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li għandha bżonn għall-investigazzjoni fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tibgħat ukoll kwestjonarju lill-gvern tal-pajjiż ikkonċernat.
5.3.3. Investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (9) (10)
Importaturi mhux relatati tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.
Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi li mhumiex relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi li mhumiex relatati u li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness II għal din in-Notifika.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-importaturi mhux relatati magħrufa kollha u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa ta’ importaturi kollha dwar il-kumpaniji li jkunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.
Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett ijiem mid-data tan-notifikazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqiegħed kwestjonarji għad-dispożizzjoni tal-importaturi mhux relatati li jkunu parti mill-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Kopja tal-kwestjonarju għall-importaturi mhux relatati hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (11).
5.4. Proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu
Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza tal-Kummissjoni.
5.4.1. Investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqiegħed kwestjonarji għad-dispożizzjoni tal-produtturi tal-Unjoni magħrufa, li jridu jippreżentaw il-kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li mhumiex elenkati hawn fuq huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, preferibbilment bil-posta elettronika, minnufih u mhux iktar tard minn sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, sabiex jippreżentaw lilhom infushom u jitolbu kwestjonarju.
Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (12).
5.5. Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu, tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.
Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, il-fornituri tal-frott taċ-ċitru (jiġifieri l-mandolin, eċċ.), it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interessi tal-Unjoni. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi jridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.
L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interessi tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta jew f’format ħieles jew inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni.
Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-fornituri tal-frott taċ-ċitru, hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (13). Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 21 se titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.
5.6. Partijiet interessati
Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, il-fornituri tal-frott taċ-ċitru (jiġifieri l-mandolin, eċċ.), it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.
Il-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-fornituri tal-frott taċ-ċitru (jiġifieri l-mandolin eċċ.), il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li rendew disponibbli informazzjoni b’konformità mal-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.3, 5,4 u 5.5 jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.
Partijiet oħra jkunu jistgħu jipparteċipaw biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument meta jippreżentaw lilhom infushom, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami. Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
L-aċċess għall-fajl li jista’ jiġi eżaminat mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ TRON.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq dik il-paġna sabiex ikollok aċċess.
5.7. Preżentazzjonijiet oħrajn bil-miktub
Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
B’mod partikolari, il-kummenti mill-partijiet interessati rigward id-definizzjoni tal-prodott u l-ambitu tal-prodott iridu jsiru fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ bidu.
5.8. Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.
Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.
5.9. Struzzjonijiet għat-tfassil ta’ preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza
L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw informazzjoni u/jew data lill-Kummissjoni soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Limited” (14) (Ristretti). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.
Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Limited” (Ristretta) huma mitluba jfasslu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli. Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew fuq DVD bl-idejn jew permezz tal-posta rreġistrata. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ) ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u informazzjoni ulterjuri dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet permezz ta’ TRON.tdi u bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Uffiċċju: CHAR 04/039 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
TRON.tdi: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi
Indirizzi elettroniċi:
Għal kwistjonijiet relatati mad-dumping:
TRADE-CITRUSFRUITS-DUMPING@ec.europa.eu
Għal kwistjonijiet relatati mad-danni:
TRADE-CITRUSFRUITS-INJURY@ec.europa.eu
6. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni għandha normalment tiġi konkluża fi żmien 12-il xahar, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku.
7. Preżentazzjoni tal-informazzjoni
Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss l-informazzjoni fil-perjodi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsima 5 ta’ din in-Notifika.
Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhix se taċċetta iktar preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali addizzjonali.
8. Possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra
Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.
Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet definittivi, jiġu ppreżentati fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti mressqa minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal dan l-iżvelar ulterjuri jsiru fi żmien ġurnata mill-iskadenza għall-kummenti dwar dan l-iżvelar ulterjuri, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-qafas ta’ żmien deskritt huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.
9. Estensjoni tal-iskadenzi speċifikati f’din in-Notifika
L-estensjonijiet tal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jistgħu jingħataw fuq talba min-naħa tal-partijiet interessati li jkollhom raġuni valida.
L-estensjonijiet għall-iskadenza biex tingħata risposta għall-kwestjonarji u għal limiti oħra ta’ żmien kif speċifikat f’din in-Notifika jew kif b’xi mod ieħor ipprovdut f’komunikazzjonijiet speċifiċi ma’ partijiet interessati jkunu limitati għal massimu ta’ tlett ijiem addizzjonali. Tali estensjoni tista’ tittawwal sa massimu ta’ sebat ijiem jekk il-parti rikjedenti tagħti prova dwar l-eżistenza ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali.
10. Nonkooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Jekk jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u għalhekk is-sejbiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandux jiġi kkunsidrat bħala nonkooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kost addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata jenħtieġ li tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih.
11. Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti tal-kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.
L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.
Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan il-għan, il-partijiet interessati jenħtieġ li jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ l-avveniment li jiġġustifika tali intervent. Meta t-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu ppreżentati lil hinn mill-iskedi ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/
12. Possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku
Billi dan ir-rieżami ta’ skadenza qed jinbeda skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jiġu revokati jew jinżammu f’konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti interessata tqis li jkun ġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.
13. Proċessar ta’ data personali
Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).
Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/
(1) ĠU C 104, 19.3.2019, p. 10.
(2) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1313/2014 tal-10 ta’ Diċembru 2014 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreservat (jiġifieri mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, ĠU L 354, 11.12.2014, p. 17.
(4) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, 20.12.2017, SWD (2017) 483 final/2, disponibbli hawnhekk: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf. Dokumenti msemmija fir-rapport tal-pajjiż jistgħu jinkisbu wkoll fuq talba raġunata kif xieraq.
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 143, 7.6.2018, p. 1).
(6) Ir-referenzi kollha għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika se jkunu referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
(7) Produttur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi l-prodott taħt rieżami, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami.
(8) http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2425.
(9) Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss importaturi li mhumiex relatati ma’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu bħala relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(10) Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti milli biex jiġi stabbilit id-dumping.
(11) http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2425.
(12) http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2425.
(13) http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2425.
(14) Dokument “Limited” (Ristrett) huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(15) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS I
ANNESS II
ANNESS III
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
10.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/30 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9694 — Hermes/Iridium/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 414/09)
1.
Fid-29 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Hermes GPE LLP (“Hermes”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Iridium Conceciones de Infrastructuras S.A. (“Iridium”, Spanja), li tappartjeni għall-ACS Group (“ACS”, Spanja), |
|
— |
il-joint venture, JV (Spanja), inklużi:
|
Hermes u Iridium jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV kollha kemm hi, li se tkun qed tiġġestixxi l-konċessjonijiet tal-pagamenti tal-motorways (jiġifieri Eix-Diagonal, A-21, Aupisa, Santiago-Brión, Reus-Alcover, Aumancha u Inversora, flimkien imsejħa “il-Konċessjonijiet tal-Pagamenti tal-Motorways”).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Hermes: hija investitur speċjalista ewlieni fis-swieq privati dinjija u li tispeċjalizza fl-iżvilupp ta’ ekwità privata personalizzata u diversifikata u portafolli tal-infrastruttura f’isem il-klijenti tagħha. |
|
— |
Iridium: parti mill-grupp tal-kostruzzjoni Spanjol, ACS, u hija attiva fl-iżvilupp, fil-ġestjoni u l-manutenzjoni ta’ konċessjoni. |
|
— |
il-JV: attiva fil-ġestjoni ta’ konċessjonijiet fis-settur tat-trasport, u se tkun tiġġestixxi l-Konċessjonijiet tal-Pagamenti tal-Motorways. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9694 — Hermes/Iridium/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
10.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/32 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9521— Bamesa/Sumitomo/Steel Centre Europe)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 414/10)
1.
Fit-3 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Bamesa Aceros S.L. (“Bamesa”, Spanja), ikkontrollata minn ARMASFI S.L., |
|
— |
Sumitomo Corporation (‘Sumitomo’, il-Ġappun), |
|
— |
Steel Centre Europe s.r.o. (“SCE”, iċ-Ċekja). |
Bamesa u Sumitomo jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ SCE kollha kemm hi. Qabel it-tranżizzjoni, Sumitomo kienet diġà azzjonist fl-SCE.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Bamesa: Distribuzzjoni ta’ azzar permezz ta’ ċentri ta’ servizzi tal-azzar, |
|
— |
Sumitomo: il-kummerċ ta’ prodotti tal-metall, it-trasport u sistemi tal-kostruzzjoni, l-ambjent u l-infrastruttura, il-kimiċi u l-elettronika, il-media, networks u oġġetti relatati mal-istil ta’ ħajja, riżorsi minerali, l-enerġija u x-xjenzi tal-ħajja, |
|
— |
SCE: Id-distribuzzjoni ta’ azzar permezz ta’ ċentri ta’ servizzi tal-azzar, prinċipalment fiċ-Ċekja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M. 9521— Bamesa/Sumitomo/Steel Centre Europe
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
10.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/33 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni ta’ Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2019/C 414/11)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“COUR-CHEVERN Y”
PDO-FR-A0304-AM02
Data tal-komunikazzjoni: it-18 ta’ Settembru 2019
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Regoli taż-żbir
Fil-punt VI(1)(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni “Cour Cheverny” tneħħiet is-sentenza “L-għadd ta’ fergħat li jagħtu l-frott, wara t-twarrid (stadju fenoloġiku 23 ta’ Lorenz), għandu jkun 11 jew inqas.”.
Din it-tneħħija għandha l-għan li tqis aħjar it-tibdil fil-klima billi tipprovdi aktar flessibbiltà fir-regoli taż-żbir sabiex dawn jiġu adattati f’każ ta’ perikli klimatiċi.
Għaldaqstant, il-punt 5.1 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
2. Ċirkolazzjoni bejn depożitanti awtorizzati
Il-punt IX(5)(b) tal-Kapitolu 1 dwar id-data tal-kummerċjalizzazzjoni tal-inbejjed bejn id-depożitanti awtorizzati huwa mħassar.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
3. Punti ewlenin li jridu jiġu kkontrollati
Il-Kapitolu 3 ġie rivedut sabiex jiġu ssimplifikati l-metodoloġiji ta’ kontroll tal-punti ewlenin li jridu jiġu kkontrollati.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
4. Referenza INAO
Fil-Kapitolu 3(II) il-muniċipalità “Montreuil sous-bois” ġiet sostitwita bil-muniċipalità “Montreuil”.
Din l-emenda għandha l-għan li tqis il-bidla fl-isem tal-muniċipalità.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din il-bidla.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet
Cour-Cheverny
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
1.Inbid
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Inbejjed bojod xotti mhux frizzanti
L-inbejjed xotti għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 10,5 %.
Wara l-ippakkjar, l-inbejjed xotti jkollhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ 4 grammi jew inqas għal kull litru u kontenut totali ta’ aċidità espress fi grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ta’ mhux inqas minn 2 grammi għal kull litru ta’ kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju).
Wara l-ippakkjar, l-inbejjed b’qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 13,5 % ikollhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ 6 grammi jew inqas għal kull litru.
Wara l-arrikkiment, l-inbejjed ma għandhomx jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 12,5 %. Il-kontenut ta’ aċidità volatili, aċidità totali u diossidu tal-kubrit totali huwa dak stabbilit fir-regoli Ewropej. L-inbejjed huma nbejjed bojod mhux frizzanti mimlijin vivaċità fl-età bikrija tagħhom.
Il-kriterji l-oħrajn isegwu r-regoli fis-seħħ.
L-aromi tagħhom ta’ spiss ikunu ta’ frott taċ-ċitru, ta’ frott bil-polpa safra jew ta’ fjuri bojod. Xi drabi jkollhom ukoll noti ta’ rabarbru, ta’ ħwawar jew ta’ mentol. Madankollu, l-oriġinalità tagħhom tiġi espressa bis-sħiħ maż-żmien, u xi ftit snin ta’ maturità ta’ spiss jiżvelaw aromi ta’ għasel, ta’ lumi, ta’ xama’ jew ta’ pruna, kif ukoll xi noti ħelwin ta’ ossidazzjoni, li huma karatteristiċi tal-varjetà romorantin B. Meta jkollhom zokkor fermentabbli, il-kumplessità u l-potenzjal ta’ maturità tagħhom normalment ikunu akbar.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% ta’ volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika attwali minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbejjed bojod mhux frizzanti ħelwin mezzan u ħelwin
L-inbejjed ħelwin mezzana u ħelwin għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 13,5 %.
Wara l-ippakkjar, l-inbejjed ħelwin mezzana u ħelwin ikollhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ 20 gramma jew aktar għal kull litru iżda ta’ 45 gramma jew inqas għal kull litru.
L-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ 20 gramma jew aktar għal kull litru jiġu prodotti mingħajr arrikkiment. Il-kontenut ta’ aċidità volatili, aċidità totali u diossidu tal-kubrit totali huwa dawk stabbiliti fir-regoli Ewropej.
Il-kriterji l-oħrajn isegwu r-regoli fis-seħħ.
L-aromi tagħhom ta’ spiss ikunu ta’ frott taċ-ċitru, ta’ frott bil-polpa safra jew ta’ fjuri bojod. Xi drabi jkollhom ukoll noti ta’ rabarbru, ta’ ħwawar jew ta’ mentol. Madankollu, l-oriġinalità tagħhom tiġi espressa bis-sħiħ maż-żmien, u xi ftit snin ta’ maturità ta’ spiss jiżvelaw aromi ta’ għasel, ta’ lumi, ta’ xama’ jew ta’ pruna, kif ukoll xi noti ħelwin ta’ ossidazzjoni, li huma karatteristiċi tal-varjetà romorantin B. Meta jkollhom zokkor fermentabbli, il-kumplessità u l-potenzjal ta’ maturità tagħhom normalment ikunu akbar.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% ta’ volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika attwali minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Prattika enoloġika speċifika
L-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ aktar minn 20 gramma għal kull litru jiġu prodotti mingħajr arrikkiment. L-użu tal-biċċiet tal-injam huwa pprojbit; Wara l-arrikkiment, l-inbejjed ma għandhomx jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 12,5 %. Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, l-inbejjed għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-livell tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu f’dak li għandu x’qasam mal-prattiki enoloġiċi użati.
Prattika tal-kultivazzjoni
(a) —Densità tat-tħawwil: Il-vinji għandhom densità minima ta’ tħawwil ta’ 4 500 pjanta għal kull ettaru, b’distanza bejn ir-ringieli ta’ mhux aktar minn 2,10 metri. L-ispazju bejn il-pjanti fuq l-istess ringiela huwa ta’ bejn 0,90 metru u 1,20 metru. b) — Regoli taż-żbir. Id-dwieli jinżabru b’massimu ta’ 13-il rimja kull pjanta, skont it-tekniki li ġejjin: — żabra Guyot b’zokk twil u b’mhux aktar minn żewġ fergħat; — żabra b’żewġt izkuk qosra; — żabra b’fergħat (tħarriġ f’forma ta’ mrewħa jew skont il-metodu Cordon de Royat).
b. Rendimenti massimi
Inbejjed xotti
72 ettolitru għal kull ettaru
Inbejjed ħelwin mezzana u ħelwin
60 ettolitru għal kull ettaru
6. Iż-żona ġeografika demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-produzzjoni, l-iżvilupp u l-maturazzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet tad-Dipartiment ta’ Loir-et-Cher li ġejjin: Cellettes, Cheverny, Chitenay, Cormeray, Cour-Cheverny, Huisseausur-Cosson, Montlivault, Mont-près-Chambord, Saint-Claude-de-Diray, Tour-en-Sologne, Vineuil.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Romorantin B — Daner
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Deskrizzjoni tal-fatturi naturali li jikkontribwixxu għar-rabta
Iż-żona ġeografika li tinsab fuq in-naħa tax-xellug tal-Loire testendi bejn ix-xatt tax-xmara fit-Tramuntana u l-muniċipalitajiet ta’ Cherverny u Cour-Cheverny fin-Nofsinhar. Fil-Majjistral hija limitata mil-Loire u mill-foresta ta’ Russy, u fil-Lvant u fin-Nofsinhar, mill-Grande Sologne (b’mod partikolari l-afforestazzjoni kontinwa tal-park ta’ Chambord u tal-foresta ta’ Cheverny). Il-foresta hija importanti ħafna fiż-żona ġeografika, u meta l-vinja ma tkunx qrib il-Loire, din tkun tinsab fil-qalba tal-ispazji vojta tal-foresti, bejn l-għadd ta’ muntanji pjuttost kbar u msaġġra.
Iż-żona ġeografika tinsab fuq medda ta’ art kbira kemxejn immewġa, imnixxfa, mil-Lvant għall-Punent, miż-żewġ tributarji tal-Loire li huma l-Cosson u l-Beuvron u xi wħud mit-tributarji tagħhom. Is-substrat ġeoloġiku jikkonsisti essenzjalment mill-formazzjonijiet ta’ tafal siliċiku Senonjani, u mill-ġir ta’ Beauce (Akwitanjan), li huwa mgħotti bil-formazzjonijiet ta’ tafal ramli ta’ Sologne (Burdigaljan). Il-qiegħ kollu, f’ċerti partijiet, huwa mgħotti minn terrazzi għoljin tal-Loire u ta’ ramel miġjub bir-riħ.
L-irqajja’ ta’ art delimitati bir-reqqa għall-ħsad tal-għeneb għandhom: — ħamrija li fil-biċċa l-kbira tagħha hija ramlija b’tafal ramli, li tistrieħ b’mod sostanzjali fuq orizzont tat-tafal (formazzjonijiet ta’ Sologne) — ħamrija tal-ġebel tal-ġir kannella u kalċju kannella (ġebel tal-ġir ta’ Beauce).
Il-klima oċeanika degradata għandha karatteristiċi kontinentali ftit aktar qawwijin minn dawk tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini kkontrollati fil-Wied ta’ Loire f’Touraine: ftit aktar xotta (mill-inqas bejn 25 millimetru u 50 millimetru ta’ xita kull sena), u konsiderevolment aktar friska (fil-perjodu tat-tkabbir, it-temperaturi medji huma inqas minn 0,5 °C sa 1 °C, u dawk minimi huma inqas minn 1 °C). Din il-klima hija taħt l-influwenza lokali taż-żoni msaġġra u tal-widien tal-Beuvron, tal-Cosson u tat-tributarji żgħar tagħhom.
Deskrizzjoni tal-fatturi umani li jikkontribwixxu għar-rabta
Fl-1519, François I introduċa 80 000 pjanta ta’ varjetà bajda minn Bourgogne fir-residenza tiegħu ta’ Romorantin. Din il-belt, li tinsab madwar erbgħin kilometru ’l bogħod mix-Xlokk ta’ Cour-Cheverny, sussegwentement tat l-isem tagħha lil din il-varjetà. Studji ġenetiċi reċenti juru li din il-varjetà ġejja minn taħlit bejn il-varjetajiet gouais B u pinot noir N, bħal varjetajiet oħra ta’ Bourgogne (aligoté B, auxerrois B, chardonnay B, gamay N u melon B), għaldaqstant l-oriġini tagħha minn Bourgogne hija plawżibbli ħafna.
Fl-1577, il-Parlament ta’ Pariġi ppromulga editt li jipprojbixxi lil dawk li jgħixu Pariġi milli jixtru nbejjed li huma prodotti inqas minn għoxrin mil ’il bogħod (88 kilometru) mill-belt kapitali. Sabiex tiġi ssodisfata d-domanda, l-estensjoni tat-tħawwil l-ewwel saret madwar Orléans, imbagħad aktar u aktar ’l isfel, lejn Blois u Tours. It-tqegħid fis-servizz tal-kanal li jgħaqqad il-Loire mas-Seine fis-seklu 17 iffaċilita t-trasport tal-inbid. It-tħawwil ta’ varjetajiet tal-għeneb produtturi kbar komplew jiżdiedu, u fis-seklu 18, il-mappa ta’ Cassini kienet turi vinja kontinwa fuq iż-żewġ naħat tal-Loire. Madankollu, għall-kuntrarju tal-vitikultura qadima ta’ Beauce (li tinsab fuq in-naħa l-oħra tal-Loire), fejn ġie żviluppat b’mod partikolari t-tħawwil ta’ teinturier N (li lokalment jissejjaħ iswed kbir, varjetà teinturier estremament b’saħħitha u produttiva), iż-żona ġeografika ta’ “Cour-Cheverny” iżżomm tradizzjoni tal-vitikultura ta’ kwalità, u l-kultivaturi tal-inbid baqgħu marbuta mal-varjetà tal-għenba romorantin B, varjetà bikrija, li r-reżistenza tagħha hija adattata sew għall-ambjent naturali. Il-maturazzjoni żejda tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed b’zokkor xi ftit jew wisq fermentabbli. Din il-varjetà ma titkabbar imkien ieħor b’mod daqshekk sinifikanti, la fi Franza u lanqas fid-dinja. Fl-2008, il-vinja ta’ “Cour-Cheverny” kienet tkopri 60 ettaru maħduma minn madwar tletin produttur, li jipproduċu ftit aktar minn 1500 ettolitru. L-inbejjed huma nbejjed bojod mhux frizzanti mimlijin vivaċità fl-età bikrija tagħhom. L-aromi tagħhom ta’ spiss ikunu ta’ frott taċ-ċitru, ta’ frott bil-polpa safra jew ta’ fjuri bojod. Xi drabi jkollhom ukoll noti ta’ rabarbru, ta’ ħwawar jew ta’ mentol. Madankollu, l-oriġinalità tagħhom tiġi espressa bis-sħiħ maż-żmien, u xi ftit snin ta’ maturità ta’ spiss jiżvelaw aromi ta’ għasel, ta’ lumi, ta’ xama’ jew ta’ pruna, kif ukoll xi noti ħelwin ta’ ossidazzjoni, li huma karatteristiċi tal-varjetà romorantin B. Meta jkollhom zokkor fermentabbli, il-kumplessità u l-potenzjal ta’ maturità tagħhom normalment ikunu akbar. Il-preżenza ta’ ħamrija fqira, li diffiċli tinħadem u bi ftit rendimenti ta’ ċereali, iżda favorevoli għall-vitikultura, kienet fattur determinanti għat-taħwil tal-vinja. Affettwata ħafna mill-attività tal-Loire (erożjoni u depożiti tat-terrazzi), il-ġeoloġija taż-żona ġeografika hija oriġinali meta mqabbla ma’ dik ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini kkontrollati oħra ta’ Loire.
Skont l-użanzi, iż-żona tar-raba’ delimitata tikklassifika l-irqajja’ ta’ art b’ħamrija li fil-biċċa l-kbira tagħha hija ramlija, inqas profonda, inqas fertili, u li għandha kapaċità tajba li tiskula u riżerva idrika dgħajfa. Dawn l-irqajja’ ta’ art jiżguraw maturità tajba tal-għeneb.
L-osservazzjoni u l-analiżi mwettqa mill-kultivaturi tal-inbid fuq l-imġiba tad-dwieli tagħhom jippermettulhom jiddefinixxu taħwil tajjeb tal-vinja, li jiffavorixxi t-tħawwil tal-varjetà romorantin B, li hija varjetà rari u partikolari, li tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-oriġinalità tal-profil aromatiku tal-inbejjed. L-unika varjetà maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata, ir-reżistenza tagħha u l-kapaċitajiet tagħha li tadatta għall-ambjent naturali diffiċli taż-żona ġeografika wasslu lill-kultivaturi tal-inbid biex jużawha lil hinn mil-limiti ta’ maturità tagħha, biex jipproduċu nbejjed ħelwin ta’ kwalità għolja.
Ħames sekli ta’ rabta ma’ din il-varjetà ppermettew lill-produtturi biex, permezz ta’ ġestjoni ottimali tal-pjanta u tal-potenzjal ta’ produzzjoni tagħha, bit-tħarriġ tal-vinja u regoli taż-żbir rigorużi, jenfasizzaw il-karatteristiċi oriġinali rikonoxxuti tal-prodotti tagħhom.
Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Cour-Cheverny” rikonoxxuta fl-1993, illum il-ġurnata tagħmel parti mill-inbejjed prestiġjużi tal-Val de Loire. Sabiex dawn l-inbejjed isiru magħrufa, il-produtturi stabbilixxew Dar għall-Inbejjed oriġinali fil-kastell ta’ Cheverny fejn jinġabru aktar minn 300 000 viżitatur fis-sena.
9. Kundizzjonijiet essenzjali oħra (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-produzzjoni, l-iżvilupp u l-maturazzjoni tal-inbejjed, tikkonsisti mit-territorju tal-muniċipalitajiet tad-Dipartiment ta’ Loir-et-Cher li ġejjin: Candé-sur-Beuvron, Feings, Fougères-sur-Bièvre, Fresnes, Maslives, Les Montils, Muides-surLoire, Ouchamps, Saint-Dyé-sur-Loire, Saint-Laurent-Nouan, Sambin, Seur u t-taqsima katastali E tal-muniċipalità ta’ Monthou-sur-Bièvre.
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
|
(a) |
L-indikazzjoni tal-varjetà ma tidhirx fuq it-tikketti taħt l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata. |
|
(b) |
L-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ 20 gramma jew aktar għal kull litru jridu jkunu ppreżentati bl-ismijiet “ħelwin mezzan” jew “ħelwin” li jikkorrispondu għall-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) fl-inbid, kif definit fir-regolamenti Komunitarji. |
|
(c) |
L-ismijiet mhux obbligatorji għandhom jinkitbu fuq it-tikketti b’karattri f’daqs li ma għandux ikun akbar, kemm fl-għoli u kemm fil-wisa’, mid-doppju tad-daqs tal-ittri li jifformaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata. |
|
(d) |
Id-daqs tal-ittri tad-denominazzjoni ġeografika “Val de Loire” ma għandux ikun akbar, kemm fl-għoli u kemm fil-wisa’, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jifformaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata. |
|
(e) |
It-tikkettar tal-inbejjed tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, bil-kundizzjoni li: — ikun post irreġistrat; — ikun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad. |
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-449162c2-914f-4ae7-a61a-51f9e03d691b