ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 413

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
9 ta' Diċembru 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 413/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2019/C 413/02

Kawża C-616/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-1 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal correctionnel de Foix – Franza) – proċeduri kriminali kontra Mathieu Blaise et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Regolament (KE) Nru 1107/2009 – Validità – Prinċipju ta’ prekawzjoni – Definizzjoni tal-kunċett ta’ sustanza attiva – Kumulu ta’ sustanzi attivi – Affidabbiltà tal-proċedura ta’ evalwazzjoni – Aċċess pubbliku għall-fajl – Testijiet ta’ tossiċità fit-tul – Pestiċidi – Glifosat)

2

2019/C 413/03

Kawża C-621/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria - l-Ungerija) – Gyula Kiss vs CIB Bank Zrt., Emil Kiss, Gyuláné Kiss (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Artikolu 3(1) – Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali – Artikolu 4(2) – Artikolu 5 – Obbligu ta’ formulazzjoni ċara u li tinftiehem tal-klawżoli kuntrattwali – Klawżoli li jimponu l-ħlas ta’ spejjeż għal servizzi mhux speċifikati)

3

2019/C 413/04

Kawża C-673/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-1 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof - il-Ġermanja) – Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs Planet49 GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 95/46/KE – Direttiva 2002/58/KE – Regolament (UE) 2016/679 – Ipproċessar ta’ data personali u protezzjoni tal-ħajja privata fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi – Cookies – Kunċett ta’ kunsens tas-suġġett tad-data – Dikjarazzjoni ta’ kunsens permezz ta’ kaxxa tal-immarkar immarkata minn qabel)

4

2019/C 413/05

Kawża C-18/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof - l-Awstrija) – Eva Glawischnig-Piesczek vs Facebook Ireland Limited (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Soċjetà tal-informazzjoni – Moviment liberu tas-servizzi – Direttiva 2000/31/KE – Responsabbiltà tal-fornituri intermedjarji – Artikolu 14(1) u (3) – Fornitur ta’ servizzi ta’ hosting – Possibbiltà li l-fornitur jiġi mitlub itemm ksur jew li jipprevjeni ksur – Artikolu 18(1) – Limiti personali, materjali u territorjali għall-portata ta’ ordni – Artikolu 15(1) – Assenza ta’ obbligu ġenerali fil-qasam tal-monitoraġġ)

5

2019/C 413/06

Kawża C-42/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Trier vs Cardpoint GmbH, aventi kawża ta’ Moneybox Deutschland GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Is-Sitt Direttiva 77/388/KEE – Eżenzjonijiet – Punt 3 tal-Artikolu 13(B)(d) – Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-pagamenti – Servizzi pprovduti minn kumpannija lil bank relatati mal-operat ta’ distributuri awtomatiċi ta’ flus)

6

2019/C 413/07

Kawża C-70/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi Baxxi) – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs A, B, P (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija – Deċiżjoni Nru 2/76 – Artikolu 7 – Deċiżjoni Nru 1/80 – Artikolu 13 – Klawżoli ta’ standstill – Restrizzjoni ġdida – Ġbir, reġistrazzjoni u żamma ta’ data bijometrika ta’ ċittadini Torok f’fajl ċentrali – Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali – Għan ta’ prevenzjoni u ta’ ġlieda kontra l-frodi tal-identità u dokumentarja – Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata – Dritt għall-protezzjoni ta’ data personali – Proporzjonalità)

6

2019/C 413/08

Kawża C-93/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Court of Appeal in Northern Ireland - ir-Renju Unit) – Ermira Bajratari vs Secretary of State for the Home Department (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ċittadinanza tal-Unjoni – Direttiva 2004/38/KE – Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ Stat terz li jkun axxendent dirett ta’ ċittadini tal-Unjoni minuri – Artikolu 7(1)(b) – Kundizzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti – Riżorsi kkostitwiti minn dħul li joriġina minn impjieg eżerċitat mingħajr titolu ta’ residenza u ta’ permess ta’ xogħol)

7

2019/C 413/09

Kawżi magħquda C-152/18 P u C-153/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2019 – Crédit Mutuel Arkéa (C-152/18 P) Crédit Mutuel Arkéa (C-153/18 P) vs Il-Bank Ċentrali Ewropew, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Politika ekonomika u monetarja – Artikolu 127(6) TFUE – Regolament (UE) Nru 1024/2013 – Artikolu 4(1)(g) – Superviżjoni prudenzjali ta’ stabbilimenti ta’ kreditu fuq bażi kkonsolidata – Regolament (UE) Nru 468/2014 – Artikolu 2(21)(c) – Regolament (UE) Nru 575/2013 – Artikolu 10 – Grupp suġġett għal superviżjoni prudenzjali – Stabbilimenti affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali)

8

2019/C 413/10

Kawża C-197/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wien – l-Awstrija) – proċedura mibdija minn Wasserleitungsverband Nördliches Burgenland, Robert Prandl, Gemeinde Zillingdorf (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 91/676/KEE – Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli – Għan li jitnaqqas it-tniġġis – Ilmijiet affettwati mit-tniġġis – Livell massimu ta’ nitrati ta’ 50mg/l – Programmi ta’ azzjoni adottati mill-Istati Membri – Drittijiet tal-individwi għal tibdil ta’ tali programm – Locus standi quddiem l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali)

9

2019/C 413/11

Kawża C-208/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – Jana Petruchová vs FIBO Group Holdings Limited (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Artikolu 17(1) – Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi – Kunċett ta’ konsumatur – Persuna fiżika li twettaq tranżazzjonijiet fis-suq internazzjonali tal-kambju permezz ta’ kumpannija ta’ senserija – Regolament (KE) Nru 593/2008 (Ruma I) – Direttiva 2004/39/KE – Kunċett ta’ klijent tax-xiri bl-imnut)

10

2019/C 413/12

Kawża C-260/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Okręgowy w Warszawie - il-Polonja) – Kamil Dziubak, Justyna Dziubak vs Raiffeisen Bank International AG, prowadzący działalność w Polsce w formie oddziału pod nazwą Raiffeisen Bank International AG Oddział w Polsce, li kienet Raiffeisen Bank Polska SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 93/13/KEE – Kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Klawżoli inġusti – Self ipotekarju indiċjat fuq munita barranija – Klawżola dwar id-determinazzjoni tar-rata tal-kambju bejn il-muniti – Effetti tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola – Possibbiltà tal-qorti li tirrimedja l-klawżoli inġusti billi tirrikorri għal klawżoli ġenerali tad-dritt ċivili – Evalwazzjoni tal-interess tal-konsumatur – Sussistenza tal-kuntratt mingħajr klawżoli inġusti)

11

2019/C 413/13

Kawża C-267/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel București – ir-Rumanija) – Delta Antrepriză de Construcții și Montaj 93 SA vs Compania Națională de Administrare a Infrastructurii Rutiere SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 57(4) – Raġunijiet fakultattivi ta’ esklużjoni – Esklużjoni ta’ operatur ekonomiku mill-parteċipazzjoni fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku – Xoljiment ta’ kuntratt preċedenti minħabba s-subappalt parzjali tiegħu – Kunċett ta’ nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti – Portata)

12

2019/C 413/14

Kawża C-272/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ottubru (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Verein für Konsumenteninformation vs TVP Treuhand- und Verwaltungsgesellschaft für Publikumsfonds mbH & Co KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali – Esklużjoni tad-dritt tal-kumpanniji mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma u tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 (Ruma I) – Kuntratt fiduċjarju konkluż bejn professjonist u konsumatur, li jkollu bħala uniku għan il-ġestjoni ta’ sehem in akkomandita)

13

2019/C 413/15

Kawża C-274/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeits- und Sozialgericht Wien – l-Awstrija) – Minoo Schuch-Ghannadan vs Medizinische Universität Wien (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Ftehim Qafas dwar ix-Xogħol Part-time – Klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Trattament inqas favorevoli ta’ ħaddiema part-time meta mqabbla mal-ħaddiema full-time fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ xogħol tagħhom – Projbizzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi tul massimu ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien fiss itwal għal ħaddiema part-time milli għal ħaddiema full-time – Prinċipju ta’ prorata temporis – Direttiva 2006/54/KE – Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Artikolu 2(1)(b) – Kunċett ta’ iskriminazzjoni indiretta ibbażata fuq is-sess – Artikolu 14(1)(c) – Kundizzjonijiet għall-impjieg u tax-xogħol – Artikolu 19 – Oneru tal-prova)

14

2019/C 413/16

Kawża C-285/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – fil-proċedura mressqa minn Kauno miesto savivaldybė, Kauno miesto savivaldybės administracija (copier mots-clés sans guillemets)

15

2019/C 413/17

Kawża C-302/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen - il-Belġju) – X vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika tal-immigrazzjoni – Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal perijodu twil – Direttiva 2003/109/KE – Kundizzjonijiet marbuta mal-kisba tal-istatus ta’ resident għal perijodu twil – Artikolu 5(1)(a) – Riżorsi stabbli, regolari u suffiċjenti)

16

2019/C 413/18

Kawża C-329/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja – Valsts ieņēmumu dienests vs Altic SIA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Xiri ta’ prodotti tal-ikel – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Rifjut ta’ tnaqqis – Fornitur possibbilment fittizju – Frodi tal-VAT – Rekwiżiti dwar l-għarfien min-naħa tax-xerrej – Regolament (KE) Nru 178/2002 – Obbligi ta’ traċċabbiltà ta’ prodotti tal-ikel u ta’ identifikazzjoni tal-fornitur – Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 882/2004 – Obbligi ta’ reġistrazzjoni ta’ operaturi fis-settur tal-ikel – Effett fuq id-dritt għal tnaqqis tal-VAT)

16

2019/C 413/19

Kawża C-378/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht - il-Ġermanja) – Landwirtschaftskammer Niedersachsen vs Reinhard Westphal (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 – Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 3(1) – Terminu ta’ preskrizzjoni – Regolamenti (KEE) Nru 3887/92 u (KE) Nru 2419/2001 – Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll relatata ma’ ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità – Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament – Applikazzjoni tar-regola ta’ preskrizzjoni l-inqas severa)

17

2019/C 413/20

Kawża C-632/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kunsill tal-Istat – il-Belġju) – Fonds du Logement de la Région de Bruxelles-Capitale SCRL vs Institut des Comptes nationaux (ICN) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika ekonomika u monetarja – Sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea – Regolament (UE) Nru 549/2013 – Settur tal-amministrazzjonijiet pubbliċi – Istituzzjoni finanzjarja kaptiva – Kunċett – Kumpannija li toffri lill-familji bi dħul medju jew modest ipoteka taħt il-kontroll tal-gvern)

18

2019/C 413/21

Opinjoni 1/19: Talba għal opinjoni mressqa mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 218(11) TFUE

19

2019/C 413/22

Kawża C-522/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 6 de Ceuta (Spanja) fid-9 ta’ Lulju 2019 - DC vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

19

2019/C 413/23

Kawża C-523/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 6 de Ceuta (Spanja) fid-9 ta’ Lulju 2019 – ED vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

20

2019/C 413/24

Kawża C-527/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 6 de Ceuta (Spanja) fid-9 ta’ Lulju 2019 – HG u IH vs Bankia S.A.

21

2019/C 413/25

Kawża C-582/19 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2019 minn Holzer y Cia, SA de CV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-23 ta’ Mejju 2019 fil-Kawżi magħquda T-3/18 u T-4/18 – Holzer y Cia vs EUIPO – Annco

22

2019/C 413/26

Kawża C-591/19 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2019 mill-Kommissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-11 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-138/18, De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni Ewropea

23

2019/C 413/27

Kawża C-613/19 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2019 minn Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-209/18 – Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

23

2019/C 413/28

Kawża C-614/19 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2019 minn Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-210/18 – Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

24

2019/C 413/29

Kawża C-618/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-16 ta’ Awwissu 2019 – Ge.Fi.L. - Gestione Fiscalità Locale SpA vs Regione Campania

24

2019/C 413/30

Kawża C-649/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fit-3 ta’ Settembru 2019 – Proċeduri kriminali kontra IR

25

2019/C 413/31

Kawża C-674/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-10 ta’ Settembru 2019 – UAB Skonis ir kvapas vs Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

26

2019/C 413/32

Kawża C-684/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Settembru 2019 – mk advokaten GbR vs MBK Rechtsanwälte GbR

27

2019/C 413/33

Kawża C-704/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

27

2019/C 413/34

Kawża C-708/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Settembru 2019 – Von Aschenbach & Voss GmbH vs Hauptzollamt Duisburg

28

2019/C 413/35

Kawża C-718/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fis-27 ta’ Settembru 2019 – Ordre des barreaux francophones et germanophone, Association pour le droit des Étrangers ASBL, Coordination et Initiatives pour et avec les Réfugiés et Étrangers ASBL, Ligue des Droits de l’Homme ASBL, Vluchtelingenwerk Vlaanderen ASBL vs Conseil des ministres

29

2019/C 413/36

Kawża C-724/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-1 ta’ Ottubru 2019 – Proċeduri kriminali kontra HP

30

2019/C 413/37

Kawża C-735/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fis-7 ta’ Ottubru 2019 – Euromin Holdings (Cyprus) Limited vs Finanšu un kapitāla tirgus komisija

31

2019/C 413/38

Kawża C-736/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Litwanja) fis-7 ta’ Ottubru 2019 – ZS Plaukti vs Lauku atbalsta dienests

32

2019/C 413/39

Kawża C-737/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif de Montreuil (Franza) fis-7 ta’ Ottubru 2019 – Bank of China Limited vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

33

2019/C 413/40

Kawża C-739/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-7 ta’ Ottubru 2019 – VK vs An Bord Pleanála

34

2019/C 413/41

Kawża C-741/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi (Franza) fit-8 ta’ Ottubru 2019 – ir-Repubblika tal-Moldova vs Société Komstroy, aventi kawża tal-kumpannija Energoalians

34

2019/C 413/42

Kawża C-745/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fl-10 ta’ Ottubru 2019, PH, OI vs Eurobank Bulgaria AD

35

2019/C 413/43

Kawża C-787/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

36

2019/C 413/44

Kawża C-791/19: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

36

 

Il-Qorti Ġenerali

2019/C 413/45

Kawża T-586/14 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Xinyi PV Products (Anhui) Holdings vs Il-Kummissjoni (Dumping – Importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina miċ-Ċina – Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (li sar l-Artikolu 2(7)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036) – Status ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq – Kunċett ta’ distorsjoni sinjifikattiva tal-ispejjeż ta’ produzzjoni u tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriżi – Vantaġġi fiskali – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

38

2019/C 413/46

Kawżi T-755/15 u T-759/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Il-Lussemburgu u Fiat Chrysler Finance Europe vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Għajnuna implimentata mil-Lussemburgu – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tagħha – Deċiżjoni tat-taxxa bil-quddiem (tax ruling) – Vantaġġ – Prinċipju ta’ distakkament – Natura selettiva – Preżunzjoni – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni – Irkupru)

39

2019/C 413/47

Kawża T-760/15 u T-636/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Il-Pajjiżi l-Baxxi et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Għajnuna implimentata mill-Pajjiżi l-Baxxi – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tagħha – Deċiżjoni tat-taxxa bil-quddiem (tax ruling) – Prezz ta’ trasferiment – Kalkolu tal-bażi taxxabbli – Prinċipju ta’ distakkament – Vantaġġ – Sistema ta’ referenza – Awtonomija fiskali u proċedurali tal-Istati Membri)

40

2019/C 413/48

Kawża T-105/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – HSBC Holdings et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Settur tad-derivattivi tar-rati tal-imgħax iddenominati f’EUR – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Manipulazzjoni tar-rati ta’ referenza interbankarji tal-Euribor – Skambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni bħala għan – Ksur uniku u kontinwu – Multi – Ammont bażiku – Valur tal-bejgħ – Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Obbligu ta’ motivazzjoni)

41

2019/C 413/49

Kawża T-217/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – FVE Holýšov I et. vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Suq tal-elettriku ġġenerat minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli – Miżuri li jistabbilixxu prezz ta’ xiri minimu għall-elettriku ġġenerat minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jew li jagħtu bonus lill-produtturi ta’ dan l-elettriku – Emenda tal-miżuri inizjali – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern wara tmiem il-fażi ta’ eżami preliminari – Artikolu 107(3)(c) TFUE – Benefiċjarji tal-għajnuna u azzjonisti tal-benefiċjarji – Aspettattivi leġittimi – Riżorsi tal-Istat – Kompetenza tal-Kummissjoni biex teżamina l-kompatibbiltà tal-miżuri ma dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni minbarra dawk rispettivi tal-Istati Membri)

42

2019/C 413/50

Kawża T-391/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni (Dritt istituzzjonali – Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej – Protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi – Tisħiħ tad-diversità kulturali u lingwistika – Reġistrazzjoni parzjali – Prinċipju ta’ attribuzzjoni ta’ kompetenzi – Assenza ta’ nuqqas manifest ta’ kompetenzi leġiżlattivi tal-Kummissjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 5(2) TUE – Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 – Artikolu 296 TFUE)

43

2019/C 413/51

Kawża T-466/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Printeos et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-envelops standard/fuq katalogu u envelops speċjali stampati – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Annullament parzjali minħabba ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Deċiżjoni emendatorja – Proċedura għar-riżolviment – Multi – Ammont bażiku – Aġġustament eċċezzjonali – Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ globali – Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament – Kumulu tas-sanzjonijiet – Proporzjonalità – Ekwità – Ġurisdizzjoni sħiħa)

44

2019/C 413/52

Kawża T-780/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – US vs BĊE (Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Rapport ta’ evalwazzjoni 2016 – Eżerċizzju ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u tal-allowances – Rifjut ta’ kwalifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

44

2019/C 413/53

Kawża T-13/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 24 ta’ Settembru 2019 – Crédit mutuel Arkéa vs EUIPO – Confédération nationale du Crédit mutuel (Crédit Mutuel) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ nullità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Crédit Mutuel – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Natura deskrittiva – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Karattru distintiv miksub bl-użu – Rikors inċidentali – Artikolu 7(1)(b) u (c) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 59(1)(a) u (2) tar-Regolament 2017/1001)

45

2019/C 413/54

Kawża T-39/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – VF vs BĊE (Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent – Eżerċizzju ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u tal-allowances – Rifjut ta’ kwalifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

46

2019/C 413/55

Kawża T-68/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Fränkischer Weinbauverband vs EUIPO (Forma ta’ flixkun ellissojdali) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea – Forma ta’ flixkun ellissojdali ttundjat, iċċattjat quddiem u wara – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

47

2019/C 413/56

Kawża T-219/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Piaggio & C. vs EUIPO – Zhejiang Zhongneng Industry Group (Mobylettes) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta moped – Disinn Komunitarju preċedenti – Raġuni għall-invalidità – Karattru individwali – Impressjoni globali differenti – Utent avżat – Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Interpretazzjoni konformi mal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002 – Assenza ta’ użu ta’ trade mark nazzjonali tridimensjonali preċedenti mhux irreġistrat fid-disinn irreġistrat – Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament Nru 6/2002 – Assenza ta’ użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett taħt il-liġi tad-dritt tal-awtur ta’ Stat Membru fid-disinn irreġistrat – Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament Nru 6/2002)

47

2019/C 413/57

Kawża T-255/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – US vs BĊE (Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Kuntratt għal żmien determinat – Rifjut ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazjoni)

48

2019/C 413/58

Kawża T-356/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Volvo Trademark vs EUIPO – Paalupaikka (V V-WHEELS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva V V-WHEELS – Trade marks tal-Unjoni Ewropea, nazzjonali u mhux irreġistrati figurattivi preċedenti VOLVO – Raġuni relattiva għal rifjut – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

49

2019/C 413/59

Kawża T-458/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Multifit vs EUIPO (real nature) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea real nature – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

49

2019/C 413/60

Kawża T-492/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Zhadanov vs EUIPO (Scanner Pro) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Scanner Pro – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

50

2019/C 413/61

Kawża T-507/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Franza vs Il-Kummissjoni (FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Infiq imwettaq minn Franza fil-kuntest tal-programm ta’ għażliet speċifiċi għad-distanza u għall-insularità (POSEI) – Kontabbiltà mhux preċiża għal ċerti konsenji tal-banana (snin finanzjarji 2013 sa 2016) – Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa)

51

2019/C 413/62

Kawża T-650/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Reaktor Group vs EUIPO (REAKTOR) (Trademark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea REAKTOR – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Relazzjoni diretta u konkreta mal-prodotti u s-servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal trade mark)

52

2019/C 413/63

Kawża T-553/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – von Blumenthal et vs BEI (Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Remunerazzjoni – Adattament annwali tal-livelli tas-salarji bażiċi – Metodu ta’ kalkolu – Tilwima li ma għadx għandha skop – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

52

2019/C 413/64

Kawża T-746/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – TrekStor vs EUIPO – Beats Electronics (i.Beat jump) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Irtirar tat-talba għal revoka – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Spejjeż legali evitabbli – Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali)

53

2019/C 413/65

Kawżi Magħquda T-748/17 u T-770/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – TrekStor u Beats Electronics vs EUIPO – Beats Electronics u TrekStor (iBeat) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Irtirar tat-talba għal revoka – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Spejjeż tal-qorti evitabbli – Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali)

54

2019/C 413/66

Kawża T-749/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – TrekStor vs EUIPO – Beats Electronics (i.Beat jess) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Irtirar tat-talba għal revoka – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Spejjeż legali evitabbli – Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali)

55

2019/C 413/67

Kawża T-566/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2019 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni (Talba għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Proroga tat-terminu – Assenza ta’ interess)

56

2019/C 413/68

Kawża T-613/19: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2019 – ENIL Brussels Office et vs Il-Kummissjoni

56

2019/C 413/69

Kawża T-648/19: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2019 – Nike European Operations Netherlands u Converse Netherlands vs Il-Kummissjoni

57

2019/C 413/70

Kawża T-663/19: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2019 – Hasbro vs EUIPO – Kreativni Dogadaji (MONOPOLY)

58

2019/C 413/71

Kawża T-693/19: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2019 – Kerry Luxembourg vs EUIPO – Ornua (KERRYMAID)

59

2019/C 413/72

Kawża T-696/19: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2019 – Teva Pharmaceutical Industries vs EUIPO (Moins de migraine pour vivre mieux)

60

2019/C 413/73

Kawża T-697/19: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2019 – Teva Pharmaceutical Industries vs EUIPO (Weniger Migräne. Mehr vom Leben)

61

2019/C 413/74

Kawża T-705/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2019 – GV vs Il-Kummissjoni

61

2019/C 413/75

Kawża T-707/19: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2019 – FF&GB vs EUIPO (ONE-OFF)

62

2019/C 413/76

Kawża T-709/19: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2019 – GW vs Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

63

2019/C 413/77

Kawża T-720/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2019 – Ashworth vs Il-Parlament

64

2019/C 413/78

Kawża T-675/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Trifolio-M et vs EFSA

66

2019/C 413/79

Kawża T-287/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – BigBen Interactive vs EUIPO – natcon7 (nacon)

66

2019/C 413/80

Kawża T-494/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019– CupoNation vs EUIPO (Cyber Monday)

66


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 413/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 406, 2.12.2019.

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 399, 25.11.2019.

ĠU C 383, 11.11.2019.

ĠU C 372, 4.11.2019.

ĠU C 363, 28.10.2019.

ĠU C 357, 21.10.2019.

ĠU C 348, 14.10.2019.

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-1 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal correctionnel de Foix – Franza) – proċeduri kriminali kontra Mathieu Blaise et

(Kawża C-616/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament (KE) Nru 1107/2009 - Validità - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Definizzjoni tal-kunċett ta’ “sustanza attiva” - Kumulu ta’ sustanzi attivi - Affidabbiltà tal-proċedura ta’ evalwazzjoni - Aċċess pubbliku għall-fajl - Testijiet ta’ tossiċità fit-tul - Pestiċidi - Glifosat)

(2019/C 413/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal correctionnel de Foix

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Mathieu Blaise, Sabrina Dauzet, Alain Feliu, Marie Foray, Sylvestre Ganter, Dominique Masset, Ambroise Monsarrat, Sandrine Muscat, Jean-Charles Sutra, Blanche Yon, Kevin Leo-Pol Fred Perrin, Germain Yves Dedieu, Olivier Godard, Kevin Pao Donovan Schachner, Laura Dominique Chantal Escande, Nicolas Benoit Rey, Eric Malek Benromdan, Olivier Eric Labrunie, Simon Joseph Jeremie Boucard, Alexis Ganter, Pierre André Garcia

fil-preżenza ta’: Espace Émeraude

Dispożittiv

L-eżami tad-domandi preliminari ma żvela l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE.


(1)  ĠU C 22, 22.1.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria - l-Ungerija) – Gyula Kiss vs CIB Bank Zrt., Emil Kiss, Gyuláné Kiss

(Kawża C-621/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 3(1) - Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali - Artikolu 4(2) - Artikolu 5 - Obbligu ta’ formulazzjoni ċara u li tinftiehem tal-klawżoli kuntrattwali - Klawżoli li jimponu l-ħlas ta’ spejjeż għal servizzi mhux speċifikati)

(2019/C 413/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gyula Kiss

Konvenuti: CIB Bank Zrt., Emil Kiss, Gyuláné Kiss

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rekwiżit skont liema klawżola kuntrattwali għandha tiġi fformulata b’mod ċar u li jinftiehem ma timponix li klawżoli kuntrattwali li ma kinux is-suġġett ta’ negozzjazzjoni individwali li jinsabu f’kuntratt ta’ self konkluż ma’ konsumaturi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jiddeterminaw preċiżament l-ammont tal-ispejjeż ta’ ġestjoni u kummissjoni ta’ ħruġ tal-flus imposta fuq il-konsumatur, il-metodu ta’ kalkolu tagħhom u d-data ta’ meta jsiru eżiġibbli, għandhom jelenkaw ukoll is-servizzi kollha pprovduti b’korrispettiv tal-ammonti kkonċernati.

2)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar spejjeż ta’ ġestjoni tas-self, li ma tippermettix li jiġu identifikati mingħajr ambigwità s-servizzi konkreti pprovduti b’korrispettiv, ma toħloqx, fil-prinċipju, żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt għad-detriment tal-konsumatur, minkejja r-rekwiżit ta’ bona fide’.


(1)  ĠU C 22, 22.1.2018


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-1 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof - il-Ġermanja) – Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs Planet49 GmbH

(Kawża C-673/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 95/46/KE - Direttiva 2002/58/KE - Regolament (UE) 2016/679 - Ipproċessar ta’ data personali u protezzjoni tal-ħajja privata fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi - Cookies - Kunċett ta’ kunsens tas-suġġett tad-data - Dikjarazzjoni ta’ kunsens permezz ta’ kaxxa tal-immarkar immarkata minn qabel)

(2019/C 413/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Konvenuta: Planet49 GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(f) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), kif emendata permezz tad-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, moqrija flimkien mal-Artikolu 2(h) tad Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, kif ukoll mal-punt 11 tal-Artikolu 4 u mal-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunsens previst f’dawn id-dispożizzjonijiet ma huwiex mogħti b’mod validu meta l-ħażna ta’ informazzjoni jew l-aċċess għal informazzjoni diġà maħżuna fit-tagħmir terminali tal-utent ta’ sit internet, permezz ta’ cookies, tiġi awtorizzata permezz ta’ kaxxa tal-immarkar immarkata minn qabel li l-utent għandu jneħħi l-marka minnha sabiex jirrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu.

2)

L-Artikolu 2(f) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2002/58, kif emendata permezz tad-Direttiva 2009/136, moqrija flimkien mal-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46, kif ukoll mal-punt 11 tal-Artikolu 4 u mal-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament 2016/679, ma għandhomx jiġu interpretati b’mod differenti skont jekk l-informazzjoni maħżuna jew ikkonsultata fit-tagħmir terminali tal-utent ta’ sit internet tikkostitwixxix data personali, fis-sens tad-Direttiva 95/46 u tar-Regolament 2016/679.

3)

L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2002/58, kif emendata permezz tad-Direttiva 2009/136, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni li l-fornitur ta’ servizzi għandu jagħti lill-utent ta’ sit internet tinkludi t-tul ta’ funzjonament tal-cookies kif ukoll jekk huwiex possibbli li terzi jkollhom aċċess għal dawn il-cookies.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof - l-Awstrija) – Eva Glawischnig-Piesczek vs Facebook Ireland Limited

(Kawża C-18/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Soċjetà tal-informazzjoni - Moviment liberu tas-servizzi - Direttiva 2000/31/KE - Responsabbiltà tal-fornituri intermedjarji - Artikolu 14(1) u (3) - Fornitur ta’ servizzi ta’ hosting - Possibbiltà li l-fornitur jiġi mitlub itemm ksur jew li jipprevjeni ksur - Artikolu 18(1) - Limiti personali, materjali u territorjali għall-portata ta’ ordni - Artikolu 15(1) - Assenza ta’ obbligu ġenerali fil-qasam tal-monitoraġġ)

(2019/C 413/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eva Glawischnig-Piesczek

Konvenuta: Facebook Ireland Limited

Dispożittiv

Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix li qorti ta’ Stat Membru tkun tista’:

tordna lil fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ineħħi l-informazzjoni li huwa jaħżen u li l-kontenut tagħha huwa identiku għal dak ta’ informazzjoni ddikkjarata illegali preċedentement jew li jibblokka l-aċċess għaliha, ikun min ikun dak li jitlob li din l-informazzjoni tinħażen;

tordna lil fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ineħħi informazzjoni li huwa jaħżen u li l-kontenut tagħha huwa ekwivalenti għal dak ta’ informazzjoni ddikkjarata illegali preċedentement jew li jibblokka l-aċċess għaliha, sakemm il-monitoraġġ u t-tfittix tal-informazzjoni kkonċernata minn tali ordni jkunu limitati għal informazzjoni li fiha messaġġ li l-kontenut tiegħu jibqa’ essenzjalment l-istess meta mqabbel ma’ dak li wassal għal konstatazzjoni ta’ illegalità u li fih elementi speċifikati fl-ordni u sakemm id-differenzi fil-formulazzjoni ta’ dan il-kontenut ekwivalenti meta mqabbel ma’ dik li tikkaratterizza l-informazzjoni ddikkjarata illegali preċedentement ma humiex tali li jobbligaw lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jipproċedi għal evalwazzjoni awtonoma ta’ dan il-kontenut, u

tordna lil fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ineħħi l-informazzjoni koperta mill-ordni jew jibblokka l-aċċess għaliha fuq il-livell dinji, fil-kuntest tad-dritt internazzjonali rilevanti.


(1)  ĠU C 104, 19.3.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Trier vs Cardpoint GmbH, aventi kawża ta’ Moneybox Deutschland GmbH

(Kawża C-42/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Is-Sitt Direttiva 77/388/KEE - Eżenzjonijiet - Punt 3 tal-Artikolu 13(B)(d) - Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-pagamenti - Servizzi pprovduti minn kumpannija lil bank relatati mal-operat ta’ distributuri awtomatiċi ta’ flus)

(2019/C 413/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Trier

Konvenuta: Cardpoint GmbH, aventi kawża ta’ Moneybox Deutschland GmbH

Dispożittiv

Il-punt 3 tal-Artikolu 13B(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma tikkostitwixxix tranżazzjoni li tikkonċerna l-pagamenti eżentata mill-VAT, prevista minn din id-dispożizzjoni, il-provvista ta’ servizzi mogħtija lil bank li jopera distributuri awtomatiċi ta’ flus, li tikkonsisti fl-operat u fil-manutenzjoni ta’ dawn id-distributuri, fil-provvista ta’ flus fihom, fl-installazzjoni ta’ ħardwer u ta’ softwer fihom, fit-trażmissjoni ta’ talba għal awtorizzazzjoni ta’ ġbid ta’ flus lill-bank li ħareġ il-karta bankarja użata, fid-distribuzzjoni tal-flus mitluba u fir-reġistrazzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ ġbid ta’ flus.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi Baxxi) – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs A, B, P

(Kawża C-70/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Deċiżjoni Nru 2/76 - Artikolu 7 - Deċiżjoni Nru 1/80 - Artikolu 13 - Klawżoli ta’ “standstill” - Restrizzjoni ġdida - Ġbir, reġistrazzjoni u żamma ta’ data bijometrika ta’ ċittadini Torok f’fajl ċentrali - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Għan ta’ prevenzjoni u ta’ ġlieda kontra l-frodi tal-identità u dokumentarja - Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata - Dritt għall-protezzjoni ta’ data personali - Proporzjonalità)

(2019/C 413/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Konvenuti: A, B, P

Dispożittiv

L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, imwaqqaf mill-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat fit-12 ta’ Settembru 1963, f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u l-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-23 ta’ Diċembru 1963, għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ residenza provviżorja favur ċittadini ta’ Stati terzi, inklużi ċittadini Torok, għall-kundizzjoni li d-data bijometrika tagħhom tinġabar, tiġi rreġistrata u tinżamm f’fajl ċentrali, tikkostitwixxi “restrizzjoni ġdida”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Tali restrizzjoni hija madankollu ġġustifikata mill-għan li jikkonsisti fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-frodi tal-identità u dokumentarja.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Court of Appeal in Northern Ireland - ir-Renju Unit) – Ermira Bajratari vs Secretary of State for the Home Department

(Kawża C-93/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Direttiva 2004/38/KE - Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ Stat terz li jkun axxendent dirett ta’ ċittadini tal-Unjoni minuri - Artikolu 7(1)(b) - Kundizzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti - Riżorsi kkostitwiti minn dħul li joriġina minn impjieg eżerċitat mingħajr titolu ta’ residenza u ta’ permess ta’ xogħol)

(2019/C 413/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal in Northern Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ermira Bajratari

Konvenuta: Secretary of State for the Home Department

fil-preżenza ta’: Aire Centre

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin tal-Unjoni minuri għandu għad-dispożizzjoni tiegħu riżorsi suffiċjenti sabiex ma jsirx ta’ piż mhux raġonevoli fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tal-Istat Membru ospitanti matul ir-residenza tiegħu, anki meta dawn ir-riżorsi joriġinaw minn dħul miksub mill-impjieg eżerċitat b’mod illegali minn missieru, ċittadin ta’ Stat terz li la għandu titolu ta’ residenza u lanqas permess ta’ xogħol f’dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU C 152, 30.04.2018


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2019 – Crédit Mutuel Arkéa (C-152/18 P) Crédit Mutuel Arkéa (C-153/18 P) vs Il-Bank Ċentrali Ewropew, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-152/18 P u C-153/18 P) (1)

(Appell - Politika ekonomika u monetarja - Artikolu 127(6) TFUE - Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Artikolu 4(1)(g) - Superviżjoni prudenzjali ta’ stabbilimenti ta’ kreditu fuq bażi kkonsolidata - Regolament (UE) Nru 468/2014 - Artikolu 2(21)(c) - Regolament (UE) Nru 575/2013 - Artikolu 10 - Grupp suġġett għal superviżjoni prudenzjali - Stabbilimenti affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali)

(2019/C 413/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

(Kawża C-152/18 P)

Appellant: Crédit Mutuel Arkéa (rappreżentant: H. Savoie, avocat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: K. Lackhoff, R. Bax u C. Olivier, aġenti, assistiti minn P. Honoré, avocat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, K.-P. Wojcik u A. Steiblytė, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-partijiet l-oħra: Confédération nationale du Crédit mutuel (rappreżentanti: M. Grégoire u C. De Jonghe, avocats)

(Kawża C-153/19 P)

Appellant: Crédit Mutuel Arkéa (rappreżentant: H Savoie, avocat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: K. Lackhoff, R. Bax u C. Olivier, aġenti, assistiti minn P. Honoré, avocat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, K.-P. Wojcik u A. Steiblytė, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-partijiet l-oħra: Confédération nationale du Crédit mutuel (rappreżentanti: C. De Jonghe u M. Grégoire, avocats)

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

Crédit mutuel Arkéa hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 07.05.2018


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wien – l-Awstrija) – proċedura mibdija minn Wasserleitungsverband Nördliches Burgenland, Robert Prandl, Gemeinde Zillingdorf

(Kawża C-197/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 91/676/KEE - Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli - Għan li jitnaqqas it-tniġġis - Ilmijiet affettwati mit-tniġġis - Livell massimu ta’ nitrati ta’ 50mg/l - Programmi ta’ azzjoni adottati mill-Istati Membri - Drittijiet tal-individwi għal tibdil ta’ tali programm - Locus standi quddiem l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali)

(2019/C 413/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wasserleitungsverband Nördliches Burgenland, Robert Prandl, Gemeinde Zillingdorf

Fil-preżenza ta’: Bundesministerium für Nachhaltigkeit und Tourismus, li kienet Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

Dispożittiv

L-Artikolu 288 TFUE kif ukoll l-Artikolu 5(4) u (5) u l-punt A(2) tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sakemm l-iskarigu ta’ komponenti ta’ nitroġenu agrikoli jikkontribwixxi b’mod sinjifikattiv għat-tniġġis tal-ilmijiet ta’ taħt l-art inkwistjoni, persuni fiżiċi u ġuridiċi, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, għandhom ikunu jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti t-tibdil ta’ programm ta’ azzjoni eżistenti jew l-adozzjoni ta’ miżuri addizzjonali jew ta’ azzjonijiet imsaħħa, previsti fl-Artikolu 5(5) ta’ din id-direttiva ladarba, fl-assenza ta’ dawn il-miżuri, il-livell ta’ nitrati fl-ilmijiet ta’ taħt l-art jaqbeż jew jirriskja li jaqbeż 50 mg/l f’punt ta’ kejl wieħed jew iktar, fis-sens tal-Artikolu 5(6) tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 268, 30.7.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – Jana Petruchová vs FIBO Group Holdings Limited

(Kawża C-208/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 17(1) - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi - Kunċett ta’ “konsumatur” - Persuna fiżika li twettaq tranżazzjonijiet fis-suq internazzjonali tal-kambju permezz ta’ kumpannija ta’ senserija - Regolament (KE) Nru 593/2008 (Ruma I) - Direttiva 2004/39/KE - Kunċett ta’ “klijent tax-xiri bl-imnut”)

(2019/C 413/11)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jana Petruchová

Konvenuta: FIBO Group Holdings Limited

Dispożittiv

L-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika li, skont kuntratt bħal kuntratt finanzjaru għad-differenzi konkluż ma’ kumpannija ta’ senserija, twettaq tranżazzjonijiet fis-suq internazzjonali tal-kambju FOREX (Foreign Exchange) permezz ta’ din il-kumpannija għandha tiġi kklassifikata bħala “konsumatur”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk il-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt ma taqax taħt l-attività professjonali ta’ din il-persuna, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. Għall-finijiet ta’ din il-klassifikazzjoni, minn naħa, fatturi bħall-valur tat-tranżazzjonijiet imwettqa skont kuntratti bħall-kuntratti finanzjarji għad-differenzi, is-sinjifikat tar-riskji ta’ telf finanzjarju marbuta mal-konklużjoni ta’ tali kuntratti, il-konoxxenzi jew l-għarfien espert possibbli ta’ din il-persuna fil-qasam tal-istrumenti finanzjarji jew l-aġir attiv tagħha fil-kuntest ta’ tali tranżazzjonijiet huma, inkwantu tali, bħala prinċipju irrilevanti u, min-naħa l-oħra, il-fatt li l-istrumenti finanzjarji ma jaqgħux taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), jew li din il-persuna tkun “klijent tax-xiri bl-imnut”, fis-sens tal-Artikolu 4(1)(12) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, huwa, inkwantu tali, bħala prinċipju mingħajr effett.


(1)  ĠU C 200, 11.6.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Okręgowy w Warszawie - il-Polonja) – Kamil Dziubak, Justyna Dziubak vs Raiffeisen Bank International AG, prowadzący działalność w Polsce w formie oddziału pod nazwą Raiffeisen Bank International AG Oddział w Polsce, li kienet Raiffeisen Bank Polska SA

(Kawża C-260/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Klawżoli inġusti - Self ipotekarju indiċjat fuq munita barranija - Klawżola dwar id-determinazzjoni tar-rata tal-kambju bejn il-muniti - Effetti tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola - Possibbiltà tal-qorti li tirrimedja l-klawżoli inġusti billi tirrikorri għal klawżoli ġenerali tad-dritt ċivili - Evalwazzjoni tal-interess tal-konsumatur - Sussistenza tal-kuntratt mingħajr klawżoli inġusti)

(2019/C 413/12)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kamil Dziubak, Justyna Dziubak

Konvenuti: Raiffeisen Bank International AG, prowadzący działalność w Polsce w formie oddziału pod nazwą Raiffeisen Bank International AG Oddział w Polsce, anciennement Raiffeisen Bank Polska SA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi li qorti nazzjonali, wara li tkun ikkonstatat in-natura inġusta ta’ ċerti klawżoli ta’ kuntratt ta’ self indiċjat fuq munita barranija b’rata ta’ interessi direttament marbuta mar-rata interbankarja tal-munita kkonċernata, tqis, skont id-dritt intern tagħha, li dan il-kuntratt ma jistax jissussisti mingħajr dawn il-klawżoli għar-raġuni li t-tneħħija tagħhom ikollha l-konsegwenza li tbiddel in-natura tas-suġġett prinċipali tal-imsemmi kuntratt.

2)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, il-konsegwenzi fuq is-sitwazzjoni tal-konsumatur ikkawżati mill-invalidazzjoni ta’ kuntratt kollu kemm hu, kif previsti fis-sentenza tat-30 ta’ April 2014, Kásler u Káslerné Rábai (C-26/13, EU:C:2014:282), għandhom jiġu evalwati fid-dawl taċ-ċirkustanzi eżistenti jew prevedibbli fil-mument tat-tilwima, u li, min-naħa l-oħra, għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni, ir-rieda li l-konsumatur ikun esprima f’dan ir-rigward hija determinanti.

3)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li jiġu rrimedjati l-lakuni ta’ kuntratt, ikkawżati mit-tneħħija ta’ klawżoli inġusti li jinsabu fih, fuq il-bażi biss ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ natura ġenerali li jipprovdu li l-effetti espressi f’att legali għandhom jiġu kkompletati, b’mod partikolari, mill-effetti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ ekwità jew minn użanzi, li ma humiex dispożizzjonijiet supplenti u lanqas dispożizzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ ftehim tal-partijiet fil-kuntratt.

4)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi ż-żamma ta’ klawżoli inġusti li jinsabu f’kuntratt meta t-tneħħija tagħhom twassal għall-invalidazzjoni ta’ dan il-kuntratt u l-qorti tqis li din l-invalidazzjoni toħloq effetti sfavorevoli għall-konsumatur, jekk dan tal-aħħar ma jkunx ta l-kunsens tiegħu għal din iż-żamma.


(1)  ĠU C 259, 23.7.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel București – ir-Rumanija) – Delta Antrepriză de Construcții și Montaj 93 SA vs Compania Națională de Administrare a Infrastructurii Rutiere SA

(Kawża C-267/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 57(4) - Raġunijiet fakultattivi ta’ esklużjoni - Esklużjoni ta’ operatur ekonomiku mill-parteċipazzjoni fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku - Xoljiment ta’ kuntratt preċedenti minħabba s-subappalt parzjali tiegħu - Kunċett ta’ “nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti” - Portata)

(2019/C 413/13)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Delta Antrepriză de Construcții și Montaj 93 SA

Konvenuti: Compania Națională de Administrare a Infrastructurii Rutiere SA

Dispożittiv

L-Artikolu 57(4)(g) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li s-subappalt, minn operatur ekonomiku, ta’ parti mix-xogħlijiet fil-kuntest ta’ kuntratt pubbliku preċedenti, deċiż mingħajr il-kunsens tal-awtorità kontraenti u li wassal għax-xoljiment ta’ dan il-kuntratt, jikkostitwixxi nuqqas sinjifikattiv jew persistenti kkonstatat waqt l-eżekuzzjoni ta’ obbligu essenzjali relatat mal-imsemmi kuntratt, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, u huwa għalhekk ta’ natura li jiġġustifika l-esklużjoni ta’ dan l-operatur ekonomiku mill-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku ulterjuri jekk, wara li tkun wettqet l-evalwazzjoni tagħha stess dwar l-integrità u l-affidabbiltà tal-operatur ekonomiku li jkun ikkonċernat mix-xoljiment tal-kuntratt pubbliku preċedenti, l-awtorità kontraenti li torganizza din il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt sussegwenti tqis li tali subappalt iwassal għat-tmiem tar-rabta ta’ fiduċja mal-operatur ekonomiku inkwistjoni. Madankollu, qabel ma tiddikjara tali esklużjoni, l-awtorità kontraenti għandha, skont l-Artikolu 57(6) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-premessa 102 tad-direttiva msemmija, tħalli l-possibbiltà lil dan l-operatur ekonomiku li jippreżenta l-miżuri korrettivi li jkun adotta wara x-xoljiment tal-kuntratt pubbliku preċedenti.


(1)  ĠU C 249, 16.07.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ottubru (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Verein für Konsumenteninformation vs TVP Treuhand- und Verwaltungsgesellschaft für Publikumsfonds mbH & Co KG

(Kawża C-272/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali - Esklużjoni tad-dritt tal-kumpanniji mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma u tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 (Ruma I) - Kuntratt fiduċjarju konkluż bejn professjonist u konsumatur, li jkollu bħala uniku għan il-ġestjoni ta’ sehem in akkomandita)

(2019/C 413/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verein für Konsumenteninformation

Konvenuta TVP Treuhand- und Verwaltungsgesellschaft für Publikumsfonds mbH & Co KG

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(2)(e) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980, u l-Artikolu 1(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), għandhom jiġu interpretati fis-sens li obbligi kuntrattwali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jirriżultaw minn kuntratt fiduċjarju li għandu bħala għan il-ġestjoni ta’ sehem f’soċjetà in akkomandita, ma humiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-konvenzjoni.

2)

L-Artikolu 5(4)(b) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u l-Artikolu 6(4)(a) tar-Regolament Nru 593/2008 għandhom jiġu interpretati fis-sens li kuntratt fiduċjarju li bis-saħħa tiegħu servizzi dovuti lill-konsumatur għandhom jiġu pprovduti, mill-bogħod, fil-pajjiż ta’ residenza abitwali tiegħu mit-territorju ta’ pajjiż ieħor ma jaqax taħt l-esklużjoni prevista għal dawn id-dispożizzjonijiet.

3)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola ta’ kuntratt fiduċjarju dwar il-ġestjoni ta’ sehem in akkomandita, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, konkluż bejn professjonist u konsumatur, li ma kinitx ġiet innegozjata individwalment u li bis-saħħa tagħha d-dritt applikabbli huwa dak tal-Istat Membru tas-sede tas-soċjetà in akkomandita hija inġusta, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta twassal lill-konsumatur fi żball billi tagħtih l-impressjoni li hija biss il-liġi ta’ dan l-Istat Membru li tapplika għall-kuntratt, mingħajr ma tinformah dwar il-fatt li jibbenefika wkoll, bis-saħħa tal-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 593/2008, mill-protezzjoni żgurata lilu mid-dispożizzjonijiet imperattivi tad-dritt nazzjonali li tkun applikabbli fl-assenza ta’ din il-klawżola.


(1)  ĠU C 221, 25.6.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeits- und Sozialgericht Wien – l-Awstrija) – Minoo Schuch-Ghannadan vs Medizinische Universität Wien

(Kawża C-274/18) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Ftehim Qafas dwar ix-Xogħol Part-time - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Trattament inqas favorevoli ta’ ħaddiema part-time meta mqabbla mal-ħaddiema full-time fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ xogħol tagħhom - Projbizzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi tul massimu ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien fiss itwal għal ħaddiema part-time milli għal ħaddiema full-time - Prinċipju ta’ prorata temporis - Direttiva 2006/54/KE - Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikolu 2(1)(b) - Kunċett ta’ ‘iskriminazzjoni indiretta’ ibbażata fuq is-sess - Artikolu 14(1)(c) - Kundizzjonijiet għall-impjieg u tax-xogħol - Artikolu 19 - Oneru tal-prova)

(2019/C 413/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeits- und Sozialgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Minoo Schuch-Ghannadan

Konvenuta: Medizinische Universität Wien

Dispożittiv

1)

Il-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, konkluż fit-6 ta’ Ġunju 1997 li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-Xogħol Part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tiffissa, għall-ħaddiema għal żmien determinat li hija tkopri, tul massimu ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol itwal għal ħaddiema part-time milli għal ħaddiema full-time tal-istess tip, sakemm tali differenza fit-trattament ma tiġix iġġustifikata minn raġunijiet oġġettivi u tkun proporzjonata meta mqabbla mal-imsemmija raġunijiet, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. Il-Klawżola 4(2) tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time għandha tiġi interpretata fis-sens li l-prinċipju ta’ prorata temporis imsemmi f’dan l-artikolu ma japplikax għal tali leġiżlazzjoni

2)

L-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi tul massimu ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol itwal għall-ħaddiema part-time milli għal ħaddiema full-time tal-istess tip, jekk jiġi stabbilit li din il-leġiżlazzjoni taffettwa b’mod negattiv perċentwali ħafna iktar għolja ta’ ħaddiema nisa milli ta’ ħaddiema rġiel u jekk l-imsemmija leġiżlazzjoni hijiex oġġettivament iġġustifikata minn għan leġittimu jew jekk il-mezzi sabiex jintlaħaq dan l-għan ma jkunux xierqa u neċessarji. L-Artikolu 19(1) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni ma tirrikjedix mill-parti li tħossha leża minn tali diskriminazzjoni li hija tipproduċi, sabiex tistabbilixxi każ prima facie ta’ diskriminazzjoni, statistiċi jew fatti preċiżi li jiffokaw fuq il-ħaddiema kkonċernati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni jekk din il-parti ma jkollhiex aċċess jew ikollha diffikultà sabiex taċċedi għal dawn l-istatistiċi jew fatti.


(1)  ĠU C 285, 13.08.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – fil-proċedura mressqa minn Kauno miesto savivaldybė, Kauno miesto savivaldybės administracija

(Kawża C-285/18) (1)

(copier mots-clés sans guillemets)

(2019/C 413/16)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kauno miesto savivaldybė, Kauno miesto savivaldybės administracija

Fil-preżenza ta’: UAB “Irgita”, UAB “Kauno švara”

Dispożittiv

1)

Sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn kuntratt pubbliku jingħata minn awtorità kontraenti lil persuna ġuridika li fuqha hija teżerċita kontroll analogu għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess, fil-kuntest ta’ proċedura mibdija meta d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] kienet għadha fis-seħħ u li wasslet għall-konklużjoni ta’ kuntratt wara t-tħassir ta’ din id-direttiva, jiġifieri fit-18 ta’ April 2016, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18, meta l-awtorità kontraenti tkun iddeċidiet b’mod definittiv il-kwistjoni dwar jekk hija kinitx obbligata tagħmel sejħa għal offerti qabel l-għoti ta’ kuntratt pubbliku wara din id-data.

2)

L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2014/24 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix regola nazzjonali li permezz tagħha Stat Membru jissuġġetta l-konklużjoni ta’ operazzjoni interna b’mod partikolari għall-kundizzjoni li l-għoti ta’ kuntratt pubbliku ma jkunx jippermetti li tiġi ggarantita l-kwalità tas-servizzi mwettqa, l-aċċessibbiltà tagħhom jew il-kontinwità tagħhom, sakemm l-għażla espressa favur metodu ta’ provvista ta’ servizzi b’mod partikolari, u mwettqa fi stadju preċedenti għal dak tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku, tkun tosserva l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ rikonoxximent reċiproku, ta’ proporzjonalità u ta’ trasparenza.

3)

L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2014/24, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ trasparenza, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjonijiet li għalihom l-Istati Membri jissuġġettaw il-konklużjoni ta’ operazzjonijiet interni għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ regoli preċiżi u ċari tad-dritt pożittiv tal-kuntratti pubbliċi, li għandhom ikunu suffiċjentement aċċessibbli u prevedibbli fl-applikazzjoni tagħhom sabiex jiġi evitat kull riskju ta’ arbitrarjetà, u dan għandu, f’dan il-każ, jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

4)

Il-konklużjoni ta’ operazzjoni interna li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1)(a) sa (c) tad-Direttiva 2014/24 ma hijiex fiha nnifisha konformi mad-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 276 tas-06.08.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen - il-Belġju) – X vs Belgische Staat

(Kawża C-302/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika tal-immigrazzjoni - Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal perijodu twil - Direttiva 2003/109/KE - Kundizzjonijiet marbuta mal-kisba tal-istatus ta’ resident għal perijodu twil - Artikolu 5(1)(a) - Riżorsi stabbli, regolari u suffiċjenti)

(2019/C 413/17)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad voor Vreemdelingenbetwistingen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Belgische Staat

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “riżorsi” msemmi f’din id-dispożizzjoni ma jirrigwardax biss ir-“riżorsi proprji” tal-applikant għall-istatus ta’ resident għal perijodu twil, iżda jista’ jkopri wkoll ir-riżorsi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ dan l-applikant minn terz sakemm, fid-dawl tas-sitwazzjoni individwali tal-applikant ikkonċernat, huma jitqiesu li huma riżorsi stabbli, regolari u suffiċjenti.


(1)  ĠU C 276, 6.8.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja – Valsts ieņēmumu dienests vs “Altic” SIA

(Kawża C-329/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Xiri ta’ prodotti tal-ikel - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Rifjut ta’ tnaqqis - Fornitur possibbilment fittizju - Frodi tal-VAT - Rekwiżiti dwar l-għarfien min-naħa tax-xerrej - Regolament (KE) Nru 178/2002 - Obbligi ta’ traċċabbiltà ta’ prodotti tal-ikel u ta’ identifikazzjoni tal-fornitur - Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 882/2004 - Obbligi ta’ reġistrazzjoni ta’ operaturi fis-settur tal-ikel - Effett fuq id-dritt għal tnaqqis tal-VAT)

(2019/C 413/18)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Valsts ieņēmumu dienests

Konvenuta:“Altic” SIA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-input imħallsa jiġi rrifjutat lil persuna taxxabbli li tipparteċipa fil-katina alimentari għas-sempliċi raġuni, li wieħed jassumi li ġiet stabbilita kif xieraq, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, li din il-persuna taxxabbli ma osservatx l-obbligi dwar l-identifikazzjoni tal-fornituri tagħha, għall-finijiet tat-traċċabbiltà tal-prodotti tal-ikel, li huma imposti fuqha skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel. In-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn l-obbligi jista’ madankollu jikkostitwixxi element fost oħrajn li, flimkien u b’mod konkordanti, jindikaw li l-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li kienet qiegħda tipparteċipa fi tranżazzjoni involuta fi frodi tal-VAT, fatt li għandu jiġi evalwat mill-qorti tar-rinviju.

2)

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-assenza ta’ verifika, minn persuna taxxabbli li tipparteċipa fil-katina alimentari, tar-reġistrazzjoni tal-fornituri tagħha quddiem l-awtoritajiet kompetenti, konformement mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 Dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel u l-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar s-saħħa ta’ l-annimali u l-welfare ta’ l-annimali, ma hijiex rilevanti għall-finijiet li jiġi ddeterminat jekk il-persuna taxxabbli kinitx taf jew kellhiex tkun taf li kienet qiegħda tipparteċipa fi tranżazzjoni involuta fi frodi tal-VAT.


(1)  ĠU C 276, 6.8.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht - il-Ġermanja) – Landwirtschaftskammer Niedersachsen vs Reinhard Westphal

(Kawża C-378/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 3(1) - Terminu ta’ preskrizzjoni - Regolamenti (KEE) Nru 3887/92 u (KE) Nru 2419/2001 - Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll relatata ma’ ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament - Applikazzjoni tar-regola ta’ preskrizzjoni l-inqas severa)

(2019/C 413/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Landwirtschaftskammer Niedersachsen

Konvenut: Reinhard Westphal

Dispożittiv

L-Artikolu 49(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001 tal-11 ta’ Diċembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3508/92, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2004 tat-23 ta’ Jannar 2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-punt ta’ tluq tat-terminu ta’ preskrizzjoni li jipprovdi huwa ddeterminat skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, u jikkorrispondi, għall-irregolaritajiet kontinwi jew repetuti, għall-ġurnata meta tintemm l-irregolarità.


(1)  ĠU C 301, 27.8.2018


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kunsill tal-Istat – il-Belġju) – Fonds du Logement de la Région de Bruxelles-Capitale SCRL vs Institut des Comptes nationaux (ICN)

(Kawża C-632/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika ekonomika u monetarja - Sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea - Regolament (UE) Nru 549/2013 - Settur tal-amministrazzjonijiet pubbliċi - Istituzzjoni finanzjarja kaptiva - Kunċett - Kumpannija li toffri lill-familji bi dħul medju jew modest ipoteka taħt il-kontroll tal-gvern)

(2019/C 413/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Il-Kunsill tal-Istat

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fonds du Logement de la Région de Bruxelles-Capitale SCRL

Konvenut: Institut des Comptes nationaux (ICN)

Dispożittiv

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li unità istituzzjonali distinta, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, imqiegħda taħt il-kontroll ta’ amministrazzjoni pubblika, għandha tiġi kkunsidrata mhux kummerċjali u taqa’ għalhekk taħt is-settur tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, fis-sens tas-SEK 2010, peress li għandha l-karatteristiċi ta’ istituzzjoni finanzjarja kaptiva u mingħajr ma huwa neċessarju li jiġi eżaminat il-kriterju ta’ espożizzjoni tagħha għar-riskju ekonomiku fl-eżerċizzju tal-attività tagħha..

2)

Unità istituzzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-grad ta’ indipendenza tagħha fir-rigward ta’ amministrazzjoni pubblika hija limitata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li permezz tagħha l-imsemmija unità istituzzjonali ma għandhiex kontroll sħiħ tal-ġestjoni tal-assi u l-obbligi tagħha, sa fejn din l-amministrazzjoni pubblika, minn naħa, teżerċita kontroll fuq l-assi tagħha u, min-naħa l-oħra, tassumi r-riskju marbut mal-obbligi tagħha, tista’ tiġi kklassifikata bħala “Istituzzjoni finanzjarja kaptiva”, fis-sens tal-punti 2.21 sa 2.23 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, sakemm il-miżuri ta’ kontroll previsti minn din il-leġiżlazzjoni nazzjonali jistgħu jiġu interpretati mill-qorti nazzjonali fis-sens li jkollhom bħala effett li l-unità istituzzjonali kkonċernata ma tkunx tista’ taġixxi indipendentement mill-imsemmija amministrazzjoni pubblika, sa fejn din tal-aħħar timponi fuqha l-kundizzjonijiet li fihom din l-unità istituzzjonali hija obbligata li taġixxi, mingħajr ma jkollha l-possibbiltà li tbiddilhom sostanzjalment fuq inizjattiva tagħha stess.


(1)  ĠU C 4, 07.01.2019.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/19


Talba għal opinjoni mressqa mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 218(11) TFUE

(Opinjoni 1/19)

(2019/C 413/21)

Lingwa tal-kawża: il-lingwi uffiċjali kollha

Talba mressqa minn

Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Warin, O. Hrstková Šolcová, A. Neergaard, aġenti)

Domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja

L-Artikoli 82(2) u 84 TFUE jikkostitwixxu l-bażijiet legali xierqa għall-att tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul jew dan l-att għandu jiġi bbażat fuq l-Artikoli 78(2), 82(2) u 83(1) TFUE u huwa neċessarju jew possibbli li d-deċiżjonijiet dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Konvenzjoni jinqasmu fi tnejn minħabba din l-għażla tal-bażi legali?

Il-konklużjoni mill-Unjoni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul, konformement mal-Artikolu 218(6) TFUE, hija kompatibbli mat-Trattati fl-assenza ta’ ftehim komuni tal-Istati Membri kollha dwar il-kunsens tagħhom li jkunu marbuta bl-imsemmija konvenzjoni?


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 6 de Ceuta (Spanja) fid-9 ta’ Lulju 2019 - DC vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

(Kawża C-522/19)

(2019/C 413/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 6 de Ceuta

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DC

Konvenut: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

Domandi preliminari

1)

Sabiex tkun iggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti u l-osservanza tal-ġurisprudenza tal-Unjoni li timplimentaha, huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni, mad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) u, b’mod iktar partikolari, mal-Artikolu 6(1) u mal-Artikolu 7(1) ta’ din tal-aħħar li t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) stabbilixxiet bħala kriterju mhux ekwivoku, fis-sentenzi tagħha Nri 44 sa 49 tat-23 ta’ Jannar 2019, in-natura inġusta, fil-kuntratti ta’ self li jinkludu garanzija ipotekarja konklużi ma’ konsumaturi, ta’ klawżola mhux innegozzjata li tipprevedi li l-ispejjeż relatati mal-ħolqien tat-tranżazzjoni ta’ self ipotekarju għandhom jitħallsu minn min jissellef u qassmet ir-responsabbiltà għad-diversi spejjeż li jinsabu f’din il-klawżola inġusta li n-nullità tagħha ġiet ikkonstatata bejn l-istabbiliment bankarju li daħħal il-klawżola u l-konsumatur li jissellef, sabiex tiġi llimitata r-restituzzjoni tal-ammonti mħallsa indebitament b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali?

Sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti u l-osservanza tal-ġurisprudenza tal-Unjoni li timplimentaha, huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni, mad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 u, b’mod iktar partikolari, mal-Artikolu 6(1) u mal-Artikolu 7(1) ta’ din tal-aħħar il-fatt li t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) tagħmel interpretazzjoni inklużiva ta’ klawżola nulla minħabba n-natura inġusta tagħha, meta t-tħassir ta’ din il-klawżola u l-effetti ta’ dan it-tħassir ma jipprekludux iż-żamma fis-seħħ tal-kuntratt ta’ self b’garanzija ipotekarja?

2)

Bl-istess mod, għandu jiġi kkunsidrat, fid-dawl tal-Artikolu 394 tal-LEC, li jistabbilixxi l-kriterju tal-kundanna oġġettiva għall-ispejjeż, li, fl-ipoteżi fejn klawżola inġusta fil-qasam tal-ispejjeż tiġi annullata iżda l-effetti ta’ dan l-annullament huma llimitati għat-tqassim tal-ispejjeż imsemmija iktar ’il fuq, jinkisru l-prinċipji tan-natura mhux vinkolanti [tal-klawżoli inġusti fil-konfront tal-konsumatur] u tal-effettività tad-dritt tal-Unjoni Ewropea jekk jintlaqgħu parzjalment it-talbiet tal-partijiet, u dan jista’ jiġi interpretat bħala li għandu effett dissważiv oppost li jwassal għall-assenza ta’ protezzjoni tal-interessi leġittimi tal-konsumaturi u tal-utenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 6 de Ceuta (Spanja) fid-9 ta’ Lulju 2019 – ED vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

(Kawża C-523/19)

(2019/C 413/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 6 de Ceuta

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ED

Konvenut: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

Domandi preliminari

1)

Sabiex tkun iggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti u l-osservanza tal-ġurisprudenza tal-Unjoni li timplimentaha, huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni, mad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) u, b’mod iktar partikolari, mal-Artikolu 6(1) u mal-Artikolu 7(1) ta’ din tal-aħħar li t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) stabbilixxiet bħala kriterju mhux ekwivoku, fis-sentenzi tagħha Nri 44 sa 49 tat-23 ta’ Jannar 2019, in-natura inġusta, fil-kuntratti ta’ self li jinkludu garanzija ipotekarja konklużi ma’ konsumaturi, ta’ klawżola mhux innegozzjata li tipprevedi li l-ispejjeż relatati mal-ħolqien tat-tranżazzjoni ta’ self ipotekarju għandhom jitħallsu minn min jissellef u qassmet ir-responsabbiltà għad-diversi spejjeż li jinsabu f’din il-klawżola inġusta li n-nullità tagħha ġiet ikkonstatata bejn l-istabbiliment bankarju li daħħal il-klawżola u l-konsumatur li jissellef, sabiex tiġi llimitata r-restituzzjoni tal-ammonti mħallsa indebitament b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali?

Sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti u l-osservanza tal-ġurisprudenza tal-Unjoni li timplimentaha, huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni, mad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 u, b’mod iktar partikolari, mal-Artikolu 6(1) u mal-Artikolu 7(1) ta’ din tal-aħħar il-fatt li t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) tagħmel interpretazzjoni inklużiva ta’ klawżola nulla minħabba n-natura inġusta tagħha, meta t-tħassir ta’ din il-klawżola u l-effetti ta’ dan it-tħassir ma jipprekludux iż-żamma fis-seħħ tal-kuntratt ta’ self b’garanzija ipotekarja?

2)

Bl-istess mod, għandu jiġi kkunsidrat, fid-dawl tal-Artikolu 394 tal-LEC, li jistabbilixxi l-kriterju tal-kundanna oġġettiva għall-ispejjeż, li, fl-ipoteżi fejn klawżola inġusta fil-qasam tal-ispejjeż tiġi annullata iżda l-effetti ta’ dan l-annullament huma llimitati għat-tqassim tal-ispejjeż imsemmija iktar ’il fuq, jinkisru l-prinċipji tan-natura mhux vinkolanti [tal-klawżoli inġusti fil-konfront tal-konsumatur] u tal-effettività tad-dritt tal-Unjoni Ewropea jekk jintlaqgħu parzjalment it-talbiet tal-partijiet, u dan jista’ jiġi interpretat bħala li għandu effett dissważiv oppost li jwassal għall-assenza ta’ protezzjoni tal-interessi leġittimi tal-konsumaturi u tal-utenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 6 de Ceuta (Spanja) fid-9 ta’ Lulju 2019 – HG u IH vs Bankia S.A.

(Kawża C-527/19)

(2019/C 413/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 6 de Ceuta

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HG u IH

Konvenuti: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

Domandi preliminari

1)

Sabiex tkun iggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti u l-osservanza tal-ġurisprudenza tal-Unjoni li timplimentaha, huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni, mad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) u, b’mod iktar partikolari, mal-Artikolu 6(1) u mal-Artikolu 7(1) ta’ din tal-aħħar li t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) stabbilixxiet bħala kriterju mhux ekwivoku, fis-sentenzi tagħha Nri 44 sa 49 tat-23 ta’ Jannar 2019, in-natura inġusta, fil-kuntratti ta’ self li jinkludu garanzija ipotekarja konklużi ma’ konsumaturi, ta’ klawżola mhux innegozzjata li tipprevedi li l-ispejjeż relatati mal-ħolqien tat-tranżazzjoni ta’ self ipotekarju għandhom jitħallsu minn min jissellef u qassmet ir-responsabbiltà għad-diversi spejjeż li jinsabu f’din il-klawżola inġusta li n-nullità tagħha ġiet ikkonstatata bejn l-istabbiliment bankarju li daħħal il-klawżola u l-konsumatur li jissellef, sabiex tiġi llimitata r-restituzzjoni tal-ammonti mħallsa indebitament b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali?

Sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti u l-osservanza tal-ġurisprudenza tal-Unjoni li timplimentaha, huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni, mad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 u, b’mod iktar partikolari, mal-Artikolu 6(1) u mal-Artikolu 7(1) ta’ din tal-aħħar il-fatt li t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) tagħmel interpretazzjoni inklużiva ta’ klawżola nulla minħabba n-natura inġusta tagħha, meta t-tħassir ta’ din il-klawżola u l-effetti ta’ dan it-tħassir ma jipprekludux iż-żamma fis-seħħ tal-kuntratt ta’ self b’garanzija ipotekarja?

2)

Bl-istess mod, għandu jiġi kkunsidrat, fid-dawl tal-Artikolu 394 tal-LEC, li jistabbilixxi l-kriterju tal-kundanna oġġettiva għall-ispejjeż, li, fl-ipoteżi fejn klawżola inġusta fil-qasam tal-ispejjeż tiġi annullata iżda l-effetti ta’ dan l-annullament huma llimitati għat-tqassim tal-ispejjeż imsemmija iktar ’il fuq, jinkisru l-prinċipji tan-natura mhux vinkolanti [tal-klawżoli inġusti fil-konfront tal-konsumatur] u tal-effettività tad-dritt tal-Unjoni Ewropea jekk jintlaqgħu parzjalment it-talbiet tal-partijiet, u dan jista’ jiġi interpretat bħala li għandu effett dissważiv oppost li jwassal għall-assenza ta’ protezzjoni tal-interessi leġittimi tal-konsumaturi u tal-utenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/22


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2019 minn Holzer y Cia, SA de CV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-23 ta’ Mejju 2019 fil-Kawżi magħquda T-3/18 u T-4/18 – Holzer y Cia vs EUIPO – Annco

(Kawża C-582/19 P)

(2019/C 413/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Holzer y Cia, SA de CV (rappreżentanti: N.A. Fernández Fernández-Pacheco, abogado)

Partiijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Annco, Inc.

Permezz ta’ digriet tat-22 ta’ Ottubru 2019 il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess u li Holzer y Cia, SA de CV, għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/23


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2019 mill-Kommissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-11 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-138/18, De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-591/19 P)

(2019/C 413/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Kommissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u J. Baquero Cruz, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Fernando De Esteban Alonso

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2019 (T-138/18);

tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza;

tikkundanna lil F. De Esteban għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel aggravju, ibbażat fuq żball fil-klassifikazzjoni legali tal-fatti fir-rigward tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 1999/396, il-Kummissjoni tissottometti li l-Qorti Ġenerali ma kellhiex tqis li F. De Esteban kellu jiġi “assimilat” mal-persuni msemmija b’isimhom fin-nota mibgħuta mill-OLAF lill-awtoritajiet Franċiżi fid-19 ta’ Marzu 2003 jew għall-inqas ikkunsidrat li kien involut personalment fil-fatti, minkejja li l-persuna kkonċernata ma kienet taqa’ fl-ebda waħda minn dawn il-kategoriji.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata fil-liġi tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 1073/1999 li jgħid li l-istituzzjonijiet għandhom dwar ir-rapport ippreżentat mill-OLAF “jieħdu dik l-azzjoni, partikolarment dixxiplinarja jew legali, fuq il-bażi ta’ l-investigazzjonijiet interni, skond ir-riżultati ta’ dawk l-investigazzjonijiet.”. Il-Kummissjoni tikkunsidra li din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi interpretata a contrario bħala li tillimita d-diskrezzjoni li għandha fid-difiża tal-interessi tal-Unjoni u, b’mod partikolari, bħala li tipprojbixxiha milli tidher bħala l-parti ċivili fil-proċeduri kriminali u tressaq rapport kriminali quddiem l-awtoritajiet nazzjonali meta tikkunsidra dan xieraq fid-dawl tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, inkluż fi stadju qabel l-adozzjoni ta’ kwalunkwe rapport mill-OLAF.

Bit-tielet motiv tagħha, ippreżentat sussidjarjament, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx tilqa’ r-rikors għad-danni, minħabba nuqqas ta’ rabta kawżali. Il-Qorti Ġenerali tbiegħdet indebitament mill-ġurisprudenza tagħha li skontha ma hemm l-ebda rabta kawżali diretta biżżejjed bejn it-trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-OLAF lill-awtoritajiet nazzjonali u d-dannu allegatament subit.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/23


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2019 minn Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-209/18 – Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-613/19 P)

(2019/C 413/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (rappreżentant: C. Klawitter, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Autec AG

B’digriet tal-24 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha stess.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/24


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2019 minn Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-210/18 – Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-614/19 P)

(2019/C 413/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (rappreżentant: C. Klawitter, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Autec AG

B’digriet tal-24 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha stess.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-16 ta’ Awwissu 2019 – Ge.Fi.L. - Gestione Fiscalità Locale SpA vs Regione Campania

(Kawża C-618/19)

(2019/C 413/29)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ge.Fi.L. - Gestione Fiscalità Locale SpA

Konvenuta: Regione Campania

Domanda preliminari

Dispożizzjoni ta’ liġi reġjonali bħalma huwa l-Artikolu 1(121) tal-legge della Regione Campania 7 agosto 2014, n. 16 (il-Liġi Nru 16 tar-Reġjun ta’ Campania tas-7 ta’ Awwissu 2014), li tippermetti l-għoti dirett, mingħajr sejħa għal offerti, ta’ kuntratt għas-servizzi marbuta mal-amministrazzjoni tat-taxxa fuq il-vetturi tar-reġjun ta’ Campania lill-ACI, tikser id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, il-prinċipji ta’ moviment liberu tas-servizzi u ta’ ftuħ massimu tal-kompetizzjoni fil-kuntest tal-kuntratti pubbliċi għal servizzi?


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fit-3 ta’ Settembru 2019 – Proċeduri kriminali kontra IR

(Kawża C-649/19)

(2019/C 413/30)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

IR

Domandi preliminari

Id-drittijiet tal-persuna akkużata taħt l-Artikolu 4 (u b’mod partikolari taħt l-Artikolu 4(3)), taħt l-Artikolu 6(2) u taħt l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (1) japplikaw għal persuna akkużata li tkun ġiet arrestata fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva: l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti bidla fil-kontenut tal-mandat ta’ arrest Ewropew konformement mal-formula li tinsab annessa u b’mod partikolari fis-sens li jippermetti l-introduzzjoni ta’ test ġdid f’din il-formola dwar id-drittijiet tal-persuna rikjesta fil-konfront tal-qrati tal-Istat emittenti għall-finijiet tal-kontestazzjoni tal-mandat ta’ arrest nazzjonal u tal-mandat ta’ arrest Ewropew?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda: ikun konformi mal-premessa 12 u mal-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, mal-Artikolu 4, mal-Artikolu 6(2) u mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2012/13, u mal-Artikoli 6 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jekk mandat ta’ arrest Ewropew jinħareġ b’mod kompletament konformi mal-formola li tinsab annessa (jiġifieri, mingħajr ma l-persuna rikjesta ma tiġi informata dwar id-drittijiet tagħha quddiem il-qorti emittenti) u, hekk kif issir taf bl-arrest ta’ din il-persuna, il-qorti emittenti tinformaha dwar id-drittijiet tagħha u tibgħatilha id-dokumenti rilevanti?

Fil-każ li ma jkunx hemm mezz legali ieħor sabiex jiġu żgurati d-drittijiet taħt l-Artikolu 4, b’mod partikolari taħt l-Artikolu 4(3), taħt l-Artikolu 6(2) u taħt l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2012/13 tal-persuna arrestata fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, id-Deċiżjoni Qafas 2002/584 tkun valida?


(1)  ĠU 2012, L 142, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-10 ta’ Settembru 2019 – UAB “Skonis ir kvapas” vs Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-674/19)

(2019/C 413/31)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “Skonis ir kvapas”

Konvenut: Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tabakk tal-pipa tal-ilma bħal dak inkwistjoni fil-kawża preżenti (jiġifieri li jikkonsisti minn tabakk (sa 24 %), ġulepp taz-zokkor, gliċerina, sustanzi aromatiċi u preservattiv) għandu jkun ikkwalifikati bħala “prodott magħmul parzjalment minn sustanzi barra mit-tabakk” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?

2)

L-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 2011/64, inkluż fejn jinqara flimkien mal-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li meta t-tabakk li jkun fit-taħlita intiża għat-tipjip – f’dan il-każ, fit-tabakk tal-pipa tal-ilma (f’dan il-każ, fil-prodott inkwistjoni) – jissodisfa l-kriterji msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2011/64, it-taħlita kollha kemm hija għandha titqies bħala tabakk għat-tipjip, indipendentement mis-sustanzi l-oħra li fiha?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda, l-Artikolu 2(2) u/jew l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2011/64 għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandu jitqies bħala “tabakk għat-tipjip” fis-sens ta’ din id-direttiva kwalunkwe prodott, bħal dak inkwistjoni fil-kawża preżenti, miksub billi tħallat tabakk maqsum ma’ likwidi u sustanzi oħra normalment f’forma ta’ trab (ġulepp taz-zokkor, gliċerina, sustanzi aromatiċi u preservattiv).?

4)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda u ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel u għat-tielet domanda, id-dispożizzjonijiet tan-Nomenklatura magħquda stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (2), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013 u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta’ Ottubru 2014, dwar l-intestatura 2 403 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma humiex ikkunsidrati bħala “sostituti għat-tabakk” sustanzi wżati bħala komponenti tat-tabakk tal-pipa tal-ilma, bħal (1) ġulepp taz-zokkor, (2) sustanzi aromatiċi, u (3) gliċerina?


(1)  ĠU 2011, L 176, p. 24.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Settembru 2019 – mk advokaten GbR vs MBK Rechtsanwälte GbR

(Kawża C-684/19)

(2019/C 413/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: mk advokaten GbR

Konvenuta: MBK Rechtsanwälte GbR

Domanda preliminari

Terz li jkun sar riferiment għalih fuq sit tal-internet f’entrata li tinkludi sinjal identiku għal trade mark ikun qiegħed jagħmel użu mill-imsemmija trade mark fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (1) jekk ma kienx hu li għamel din l-entrata iżda l-operatur tas-sit li ħadha minn entrata oħra li t-terz kien ippubblika bi ksur tad-dritt tat-trade mark?


(1)  ĠU 2008, L 299, p. 25.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/27


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-704/19)

(2019/C 413/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi ma adottax fit-termini stabbiliti l-miżuri kollha neċessarji sabiex jirkupra mingħand il-benefiċċjarju prinċipali, Telecom Castilla-La Mancha S.A, l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1385 tal-1 ta’ Ottubru 2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.27408 (C 24/10 (ex NN 37/10, ex CP 19/09) implimentata mill-awtoritajiet ta’ Castilla-La Mancha għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Castilla-La Mancha (1) (ĠU 2016 L 222, p. 52), billi ma wriex li kien annulla l-pagamenti pendenti kollha tal-imsemmija għajnuna u billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni, fit-termini stabbiliti, il-miżuri aottati sabiex jikkonforma ruħu ma’ din id-deċiżjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas mill-obbligi tiegħu skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikoli 3 u 4 tad-deċiżjoni; u

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Renju ta’ Spanja ma applikax id-deċiżjoni inkwistjoni fit-termini stabbiliti mill-Artikolu 4(2) u (3) ta’ din id-deċiżjoni.

Ir-Renju ta’ Spanja għadu ma rkuprax l-ammont totali tal-għajnuna mingħand il-benefiċċjarju prinċipali, Telecom Castilla-La Mancha S.A. Ir-Renju ta’ Spanja ma stabbilixxiex jekk ġewx interotti l-pagamenti kollha tal-għanjuna pendenti wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni. L-assenza ta’ rkupru sħiħ tal-ammonti tal-għajnuna mogħtija lil Telecom CLM previsti mid-deċiżjoni u ta’ prova formali tal-annullament tal-pagamenti kollha sospiżi tikkostitwixxi ksur tal-obbligu impost fuq Spanja skont l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni.

Barra minn hekk, ir-Renju ta’ Spanja ma kkomunikax lill-Kummissjoni, fit-terminu stabbilit, l-informazzjoni rikjesta marbuta mal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, kif rikjest mill-Artikolu 4(3) u (4) ta’ din tal-aħħar.


(1)  ĠU 2016, L 222, p.52


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Settembru 2019 – Von Aschenbach & Voss GmbH vs Hauptzollamt Duisburg

(Kawża C-708/19)

(2019/C 413/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Von Aschenbach & Voss GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Duisburg

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/271 tas-16 ta’ Frar 2017 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta fuljetta tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerta fuljetta tal-aluminju ftit modifikata (1) huwa invalidu, minħabba li jikser l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2), sa fejn estenda d-dazju antidumping stabbilit għal fuljetti tal-aluminju tad-dar wkoll għall-fuljetti tal-aluminju konvertituri, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2384 tas-17 ta’ Diċembru 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm il-proċediment għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw fil-Brażil wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (3) u jipprevedi eżenzjoni tal-fuljetti tal-aluminju konvertituri mid-dazju antidumping unikament taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2017/271?

2)

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2017/271 huwa invalidu, peress li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni bl-adozzjoni ta’ dan ir–regolament, peress li l-ipoteżi tagħha li 80 % tal-prodotti eżaminati kienu prodotti ftit modifikati ma hijiex suffiċjentement motivata?

3)

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2017/271 huwa invalidu, peress li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni bl-adozzjoni ta’ dan ir–regolament, peress li ma vverifikatx fl-Unjoni l-użu finali tal-fuljetti tal-aluminju importati?


(1)  ĠU 2017, L 40, p. 51

(2)  ĠU 2016, L 176, p. 21.

(3)  ĠU 2015, L 332, p. 63.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fis-27 ta’ Settembru 2019 – Ordre des barreaux francophones et germanophone, Association pour le droit des Étrangers ASBL, Coordination et Initiatives pour et avec les Réfugiés et Étrangers ASBL, Ligue des Droits de l’Homme ASBL, Vluchtelingenwerk Vlaanderen ASBL vs Conseil des ministres

(Kawża C-718/19)

(2019/C 413/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ordre des barreaux francophones et germanophone, Association pour le droit des Étrangers ASBL, Coordination et Initiatives pour et avec les Réfugiés et Étrangers ASBL, Ligue des Droits de l’Homme ASBL, Vluchtelingenwerk Vlaanderen ASBL

Konvenut: Conseil des ministres

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikoli 20 u 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tapplika għal ċittadini tal-Unjoni u għal membri tal-familji tagħhom dispożizzjonijiet simili għal dawk li jikkostitwixxu t-traspożizzjoni, fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati terzi, tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, jiġifieri dispożizzjonijiet li jistgħu jobbligaw liċ-ċittadin tal-Unjoni jew lill-membru tal-familja tiegħu jikkonforma ruħu ma’ miżuri preventivi sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ ħarba matul it-terminu li jkun ingħatalu sabiex jitlaq mit-territorju wara t-teħid ta’ deċiżjoni ta’ tmiem ta’ residenza minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew matul l-estensjoni ta’ dan it-terminu?

2)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikoli 20 u 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tapplika għal ċittadini tal-Unjoni u għal membri tal-familji tagħhom li ma jkunux ikkonformaw ruħhom ma’ deċiżjoni ta’ tmiem ta’ residenza minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika dispożizzjoni identika għal dik applikata għal ċittadini ta’ Stati terz fl-istess sitwazzjoni fir-rigward tat-terminu massimu ta’ detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija, jiġifieri tmien xhur?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-1 ta’ Ottubru 2019 – Proċeduri kriminali kontra HP

(Kawża C-724/19)

(2019/C 413/36)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

HP

Domandi preliminari

Leġiżlazzjoni nazzjonali (f’dan il-każ il-punt 1 tal-Artikolu 5(1) taz-Zakon za Evropeyskata zapoved za razsledvane (il-Liġi dwar it-Talba għal Investigazzjoni Ewropea)) li tidentifika lill-prosekutur bħala l-awtorità kompetenti, fil-kuntest tal-fażi preliminari tal-proċedura kriminali, sabiex toħroġ talba għal investigazzjoni Ewropea li tikkonċerna t-trażmissjoni ta’ data dwar it-traffiku u dwar il-lokalizzazzjoni relatata ma’ telekomunikazzjonijiet, hija konformi mal-Artikolu 2(c)(i) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (1) u mal-prinċipju ta’ ekwivalenza, sa fejn, fl-istess sitwazzjoni fil-kuntest nazzjonali, l-awtorità kompetenti hija mħallef?

Ir-rikonoxximent ta’ din it-talba għal investigazzjoni Ewropea mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni (prosekutur jew imħallef istruttorju) jista’ jissostitwixxi d-digriet ta’ mħallef li jeżiġi d-dritt tal-Istat emittenti?


(1)  ĠU 2014, L 130, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 143, p. 16.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fis-7 ta’ Ottubru 2019 – Euromin Holdings (Cyprus) Limited vs Finanšu un kapitāla tirgus komisija

(Kawża C-735/19)

(2019/C 413/37)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Euromin Holdings (Cyprus) Limited

Konvenuta: Finanšu un kapitāla tirgus komisija

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (1), jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, għall-finijiet ta’ offerta obbligatorja ta’ xiri lura, il-valur tal-azzjoni għandu jiġi kkalkolat billi l-attiv nett tal-kumpannija li qegħda tirċievi l-offerta (inkluż is-sehem ta’ azzjonist minoritarju li, għaldaqstant, ma jagħtix kontroll) jiġi diviż bin-numru ta’ azzjonijiet maħruġa?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva fir-rigward tal-punt dwar jekk is-sehem ta’ azzjonist minoritarju (li, għaldaqstant, ma jagħtix kontroll) għandux jiġi inkluż fl-attiv nett tal-kumpannija li qegħda tirċievi l-offerta, il-metodu tal-iffissar tal-prezz tal-azzjoni jista’ jitqies bħala ddeterminat b’mod ċar fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25, jekk ikun neċessarju, sabiex jinftiehem il-kontenut ta’ dan il-metodu, li jiġi applikat wieħed mill-metodi ta’ interpretazzjoni praetorjana tad-dritt, jiġifieri dak tat-tnaqqis teleoloġiku?

3)

L-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25, jiġifieri d-dispożizzjoni ta’ din id-direttiva dwar l-iffissar ta’ prezz ekwu, jipprekludi leġiżlazzjoni li tipprevedi li għandu jintgħażel l-ogħla prezz fost it-tliet varjanti possibbli sussegwenti?

3.1

Il-prezz li l-offerent jew li l-persuni li qegħdin jaġixxu bi qbil miegħu kisbu għall-azzjonijiet tal-kumpannija li qegħda tirċievi l-offerta matul l-aħħar tnax-il xahar. Jekk l-azzjonijiet inxtraw bi prezzijiet differenti, il-prezz ta’ xiri lura għandu jkun l-ogħla prezz ta’ xiri tal-azzjonijiet matul it-tnax-il xahar preċedenti għat-tnissil tal-obbligu legali li ssir offerta ta’ xiri lura;

3.2

Il-prezz medju ponderat tal-azzjoni f’suq irregolat jew f’sistema multilaterali ta’ kummerċ bl-ikbar volum ta’ skambji għall-azzjoni kkonċernata matul l-aħħar tnax-il xahar. Il-prezz medju ponderat tal-azzjoni għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-aħħar tnax-il xahar preċedenti għat-tnissil tal-obbligu legali li ssir offerta ta’ xiri lura;

3.3

Il-valur tal-azzjoni li jiġi kkalkolat billi l-attiv nett tal-kumpannija li qegħda tirċievi l-offerta jiġi diviż bin-numru ta’ azzjonijiet maħruġa. Sabiex jiġi kkalkolat l-attiv nett, għandhom jitnaqqsu mill-attiv totali l-azzjonijiet miżmuma mill-kumpannija stess li qegħda tirċievi l-offerta, kif ukoll l-impenji tagħha. Jekk il-kumpannija li qegħda tirċievi l-offerta jkollha azzjonijiet b’valuri nominali differenti, sabiex jiġi kkalkolat il-valur tal-azzjoni, l-attiv nett għandu jinqasam skont x’jirrappreżentaw proporzjonalment l-azzjonijiet ta’ ċertu valur nominali fil-kapital tal-kumpannija.

4)

Jekk il-metodu ta’ kalkolu ddefinit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali (fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali li l-Istati Membri għandhom permezz tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25) iwassal għal prezz ogħla minn dak li kieku ġie applikat l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tal-istess direttiva, ikun konformi mal-għan tad-Direttiva li dejjem jintgħażel l-ogħla prezz?

5)

Jekk individwu jissubixxi dannu minħabba l-applikazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni, id-dritt nazzjonali jista’ jipprevedi limitu fir-rigward tal-kumpens għal dan id-dannu meta tali limitu japplika kemm fir-rigward tad-danni subiti minħabba applikazzjoni żbaljata tad-dritt nazzjonali kif ukoll fir-rigward ta’ dawk subiti minħabba applikazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni?

6)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/25, bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża, jagħtu drittijiet lill-individwi; fi kliem ieħor, ir-rekwiżit korrispondenti għar-responsabbiltà tal-Istat huwa ssodisfatt?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 20.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Litwanja) fis-7 ta’ Ottubru 2019 – ZS “Plaukti” vs Lauku atbalsta dienests

(Kawża C-736/19)

(2019/C 413/38)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ZS “Plaukti”

Konvenut: Lauku atbalsta dienests

Domandi preliminari

1)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali (1) huwa applikabbli meta r-rikorrent ma jkunx issodisfa l-kundizzjonijiet għall-ħsad taż-żona li għaliha ntalbet l-għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar (liema rekwiżit imur lil hinn mill-istandards obbligatorji previsti fl-Artikolu 39(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (2)), mingħajr ma tkun ġiet ikkonstatata ebda bidla fil-grupp ta’ għelejjel?

2)

Ksur jista’ jagħti lok, fl-istess ħin, kemm għas-sanzjoni prevista fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament Nru 65/2011 kif ukoll għal dik prevista fl-Artikolu 18(1)(a) tal-istess regolament?

3)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (3) flimkien mal-Artikolu 39(3) tar-Regolament Nru 1698/2005 jippermettu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-istess rekwiżit jista’ jikkostitwixxi kemm rekwiżit obbligatorju (standard) kif ukoll rekwiżit li jmur lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji (kundizzjoni għall-ħlas ta’ għajnuna agroambjentali)?


(1)  ĠU 2011, L 25, p. 8, rettifika fil-ĠU 2011, L 201, p. 20.

(2)  ĠU 2010, L 286M, p. 26, rettifika fil-ĠU 2012, L 206, p. 23.

(3)  ĠU 2009, L 30, p. 16, rettifika fil-ĠU 2010, L 43, p. 7.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif de Montreuil (Franza) fis-7 ta’ Ottubru 2019 – Bank of China Limited vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-737/19)

(2019/C 413/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Montreuil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bank of China Limited

Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics

Domandi preliminari

1)

Is-soluzzjonijiet tas-sentenza tal-24 ta’ Jannar 2019, “Morgan Stanley & Co International plc vs Ministre de l’Économie et des Finances”, C-165/17, huma applikabbli fil-każ fejn fergħa twettaq fi Stat Membru, minn naħa, tranżazzjonijiet suġġetti għall-VAT u, min-naħa l-oħra, servizzi għall-benefiċċju tas-sede tagħha u ta’ fergħat stabbiliti fi Stat terz?

2)

Meta l-fergħa stabbilita fi Stat Membru titlob dritt għal tnaqqis ibbażat fuq l-ispejjeż sostnuti minnha bil-għan li tipprovdi servizzi għall-benefiċċju tas-sede tagħha fi Stat terz, jiġifieri l-esportazzjonijiet ta’ servizzi finanzjarji u bankarji, il-persuna taxxabbli tista’ tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud skont il-punt (a) tal-Artikolu 169 jew skont il-punt (ċ) tal-istess artikolu tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda u fil-każ fejn il-fergħa tista’ titlob tnaqqis skont il-punt (a) tal-Artikolu 169, taħt liema kundizzjonijiet it-tranżazzjonijiet bankarji mwettqa mis-sede stabbilita fi Stat terz jistgħu jitqiesu li jagħtu dritt għal tnaqqis jekk ikunu twettqu fl-Istat Membru fejn ikunu ġew sostnuti l-ispejjeż suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud? Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda u fil-każ fejn il-fergħa tista’ titlob tnaqqis skont il-punt (ċ) tal-Artikolu 169, taħt liema kundizzjonijiet id-destinatarju jista’ jitqies li huwa stabbilit barra mill-Unjoni Ewropea meta l-fergħa tkun tinsab fl-Unjoni Ewropea u tkun tifforma entità ġuridika waħda mas-sede?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-7 ta’ Ottubru 2019 – VK vs An Bord Pleanála

(Kawża C-739/19)

(2019/C 413/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VK

Konvenut: An Bord Pleanála

Domandi preliminari

1)

Stat Membru huwa prekluż milli jeżerċita l-possibbiltà mogħtija mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 77/249/KEE (1) tat-22 ta’ Marzu 1977, kif emendata, li jippermetti li Stat Membru jimponi, fuq avukat li huwa impenjat fl-attività ta’ rappreżentazzjoni ta’ klijent fi proċeduri legali, ir-rekwiżit li dan “jaħd[em] flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem l-awtorità ġudizzjarja inkwistjoni”, fiċ-ċirkustanzi kollha fejn il-parti li lilha l-avukat minn Stat Membru ieħor jixtieq jirrappreżenta f’tali proċeduri tkun intitolata li tirrappreżenta lilha nnifisha?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija le, b’riferiment għal liema fatturi għandhom jiġu evalwati mill-qorti nazzjonali sabiex tiddetermina jekk huwiex permissibbli li jiġi impost ir-rekwiżit li “jaħd[em] flimkien ma’”?

3)

B’mod partikolari, l-impożizzjoni ta’ obbligu limitat li jaħdem “flimkien ma’”, bil-mod deskritt preċedentement f’din id-deċiżjoni tar-rinviju, tammonta għal interferenza proporzjonali għal-libertà tal-avukat li jipprovdi servizzi b’tali mod li tkun iġġustifikata, fid-dawl tal-fatt li l-interessi pubbliċi inkwistjoni huma kemm il-bżonn li l-konsumaturi ta’ servizzi legali jiġu protetti kif ukoll il-bżonn li tiġi żgurata amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja?

4)

Jekk ir-risposta għat-tielet domanda hija iva, din il-pożizzjoni tapplika fiċ-ċirkustanzi kollha?, u, jekk dan ma huwiex il-każ, liema fatturi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni minn qorti nazzjonali sabiex tiddetermina jekk tali rekwiżit jistax jiġi impost f’każ partikolari?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE tat-22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 52)


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi (Franza) fit-8 ta’ Ottubru 2019 – ir-Repubblika tal-Moldova vs Société Komstroy, aventi kawża tal-kumpannija Energoalians

(Kawża C-741/19)

(2019/C 413/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Il-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ir-Repubblika tal-Moldova

Konvenuta: Société Komstroy, aventi kawża tal-kumpannija Energoalians

Domandi preliminari

L-Artikolu 1(6) tat-Trattat fuq il-Karta tal-Enerġija għandu jiġi interpretat fis-sens li kreditu li jirriżulta minn kuntratt ta’ bejgħ tal-elettriku li ma kien jinvolvi l-ebda provvista min-naħa tal-investitur fl-Istat ospitanti jista’ jikkostitwixxi “investiment” fis-sens ta’ dan l-artikolu?

L-Artikolu 26(1) tat-Trattat fuq il-Karta tal-Enerġija għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi investiment l-akkwist minn investitur ta’ parti kontraenti fi kreditu kkostitwita minn operatur ekonomiku barrani għall-Istati partijiet?

L-Artikolu 26(1) tat-Trattat fuq il-Karta tal-Enerġija għandu jiġi interpretat fis-sens li kreditu li jappartjeni lil investitur, li jirriżulta minn kuntratt ta’ bejgħ tal-elettriku kkunsinnat fil-fruntiera tal-Istat ospitanti, jista’ jikkostitwixxi investiment imwettaq fiż-żona ta’ parti kontraenti oħra, fl-assenza ta’ kull attività ekonomika eżerċitata mill-investitur fit-territorju ta’ din tal-aħħar?


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/35


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fl-10 ta’ Ottubru 2019, PH, OI vs “Eurobank Bulgaria” AD

(Kawża C-745/19)

(2019/C 413/42)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PH, OI

Konvenuta:“Eurobank Bulgaria” AD

Domandi preliminari

1)

F’sitwazzjoni fejn jiġi kkonstatat li klawżola f’kuntratt ta’ kreditu konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, li tippermetti bidla unilaterali tar-rata tal-interessi, hija inġusta, il-qorti nazzjonali tista’ tqis li l-interessi dovuti bis-saħħa tal-kuntratt għandhom jiġu kkalkolati b’rata fissa (minkejja li l-kuntratt inizjali fih stipulazzjoni kuntrarja), liema rata tkun dik iffissata fid-data tal-għoti tal-kreditu?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, huwa saħansitra possibbli għall-qorti nazzjonali li taġġudika l-interessi f’sitwazzjoni fejn ikun hemm klawżola inġusta li ma tiffissax b’mod leċitu r-rata varjabbli tal-interessi tal-kuntratt?

3)

Għall-finijiet tar-risposti għall-ewwel żewġ domandi, x’rilevanza għandu l-fatt li l-konsumatur, fil-kuntest tar-rimbors tal-kreditu, ikun ta l-kunsens tiegħu għall-applikazzjoni ta’ metodu ta’ ffissar tar-rata ta’ interessi li ma jinvolvix klawżoli inġusti?


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/36


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-787/19)

(2019/C 413/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Jokubauskaitė u M. Wasmeier, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi eskludiet mill-iskema tal-VAT applikabbli għall-aġenziji tal-ivvjaġġar is-servizzi ta’ vvjaġġar ipprovduti lil persuni taxxabbli li jużawhom għall-impriża tagħhom, u billi ppermettiet lill-aġenziji tal-ivvjaġġar li jaqgħu taħt din l-iskema speċjali jiddeterminaw il-valur taxxabbli b’mod globali għal gruppi ta’ servizzi u għas-servizzi kollha pprovduti matul perijodu ta’ tassazzjoni, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 73 kif ukoll taħt l-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva 2006/112/KE tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1);

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni li r-regoli għall-kalkolu tal-VAT previsti fl-Awstrija f’dak li jirrigwarda s-servizzi ta’ vvjaġġar ma humiex konformi mad-Direttiva 2006/112. Din id-direttiva tipprevedi, fl-Artikoli 306 sa 310 tagħha, skema speċjali li taħtha s-servizzi ta’ vvjaġġar ipprovduti minn aġenzija ta’ vvjaġġar lil klijent għandhom jitqiesu bħala provvista ta’ servizzi unika. Id-dritt Awstrijak jitbiegħed minn dan b’mod illegali.

Ir-rikorrenti ssostni, fl-ewwel lok, li persuni taxxabbli li jużaw servizzi ta’ vvjaġġar għall-impriża tagħhom ma jistgħux jiġu esklużi mill-applikazzjoni ta’ din l-iskema speċjali. Diġà fis-sentenza tagħha tas-26 ta’ Settembru 2013, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-189/11, EU:C:2013:587), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-imsemmija skema speċjali kienet tapplika mhux biss għas-servizzi pprovduti lil konsumaturi finali privati, iżda wkoll għal dawk ipprovduti lil impriżi taxxabbli. L-Istati Membri ma humiex liberi li jillimitawha għas-servizzi msemmija l-ewwel. Il-Qorti tal-Ġustizzja reġgħet kkonfermat dan fis-sentenza tagħha tat-8 ta’ Frar 2018, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-380/16, mhux ippubblikata, EU:C:2018:76).

Ir-rikorrenti ssostni, fit-tieni lok, li l-metodu għall-kalkolu previst mid-dritt Awstrijak dwar il-VAT ma huwiex konformi mad-Direttiva 2006/112. Skont l-Artikolu 73 kif ukoll skont l-Artikoli 306 sa 310 tal-imsemmija direttiva, il-valur taxxabbli għandu jiġi stabbilit għal kull vjaġġ separatament. Issa, id-dritt Awstrijak jippermetti li l-marġni ta’ profitt jiġi stabbilit b’mod globali għal “gruppi ta’ servizzi” jew għall-vjaġġi kollha matul perijodu speċifiku. Fis-sentenzi ċċitati hawn fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li dan it-tip ta’ trattament globali ma huwiex konformi mas-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1; rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/36


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-791/19)

(2019/C 413/44)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Banks, H. Krämer, S. L.Kalèda, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1)

tikkonstata li

billi tippermetti li l-kontenut tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji jista’ jiġi kklassifikat bħala ksur dixxiplinari li jikkonċerna l-Imħallfin tal-qrati tad-dritt komuni (Artikolu 107(1) tal-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati tad-Dritt Komuni u Artikolu 97(1) u (3) tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema),

billi ma tiggarantixxix l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema, li fuqha jaqa’ l-istħarriġ tad-deċiżjonijiet mogħtija fil-proċeduri dixxiplinari kontra l-Imħallfin (il-punt 5 tal-Artikolu 3, Artikolu 27 u Artikolu 73(1) tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema, flimkien mal-Artikolu 9a tal-Liġi dwar il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura),

billi tagħti lill-president tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema s-setgħa diskrezzjonali li tinnomina l-Qorti Dixxiplinari kompetenti fl-ewwel istanza fil-kawżi kontra l-Imħallfin tal-qrati tad-dritt komuni (Artikolu 110(3), u Artikolu 114(7) tal-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati tad-Dritt Komuni) u, b’dan il-mod, ma tiggarantixxix li l-kawżi dixxipinari jiġu eżaminati minn qorti “stabbilita mil-liġi”, u

billi tagħti lill-Ministru tal-Ġustizzja s-setgħa li jinnomina aġent dixxiplinari tal-Ministru tal-Ġustizzja (Artikolu 112b tal-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati tad-Dritt Komuni) u, b’dan il-mod, ma tiggarantixxix li l-kawżi dixxiplinari kontra l-Imħallfin tal-qrati tad-dritt komuni jiġu eżaminati fi żmien raġjonevoli, b’mod li jipprevedu li l-atti marbuta man-nomina ta’ konsulent u l-aċċettazzjoni tal-patroċinju tal-każ minnu ma jkollhomx effett sospensiv fuq l-iżvolġiment tal-proċedura dixxiplinari (Artikolu 113a tal-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati tad-Dritt Komuni) u li l-Qorti Dixxiplinari tmexxi l-proċedura anki fil-każ ta’ assenza ġġustifikata tal-Imħallef inkwistjoni, informat, jew tal-konsulent tiegħu (Artikolu 115a(3) tal-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati tad-Dritt Komuni), u, b’dan il-mod, ma tiżgurax id-drittijiet tad-difiża tal-Imħallfin tal-qrati tad-dritt komuni inkwistjoni,

ir-Repubblika tal-Polonja naqset mill-obbligi tagħha taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 19(1) TUE; u li

billi tippermetti li d-dritt tal-qrati li jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja b’talbiet għal domandi preliminari jiġi llimitat bil-possibbiltà li tinfetaħ proċedura dixxiplinari,

ir-Repubblika tal-Polonja naqset mill-obbligi tagħha taħt it-tieni u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE;

2)

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-ewwel nett, fuq il-ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, il-Kummissjoni ssostni li d-dispożizzjonijiet kontenzjużi, i) jippermettu li l-kontenut tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji jistgħu jiġu kklassifikati bħala ksur dixxiplinari, ii) ma jiġġarantixxux l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema, li fuqha jaqa’ l-istħarriġ tad-deċiżjonijiet mogħtija fil-proċeduri dixxiplinari, iii) jagħtu lill-president tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema s-segħta diskrezzjonali li tinnomina l-Qorti Dixxiplinari kompetenti fl-ewwel istanza fil-kawżi kontra l-Imħallfin tal-qrati tad-dritt komuni u, b’dan il-mod, ma jiggarantixxux li l-kawżi dixxiplinari jiġu eżaminati minn qorti “stabbilita mil-liġi”, iv) ma jiggarantixxux li l-kawżi dixxiplinari kontra l-Imħallfin tal-qrati tad-dritt komuni jiġu eżaminati fi żmien raġjonevoli, u ma jiggarantixxux wisq iktar id-drittijiet tad-difiża tal-Imħallef inkwistjoni.

It-tieni nett, fuq il-ksur tat-tieni u tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, il-Kummissjoni ssostni li d-dispożizzjonijiet nazzjonali kontenzjużi jippermettu li d-dritt tal-qrati li jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja b’talbiet għal domandi preliminari jiġi llimitat bil-possibbiltà li tinfetaħ preċedura dixxiplinari.


Il-Qorti Ġenerali

9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Xinyi PV Products (Anhui) Holdings vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-586/14 RENV) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina miċ-Ċina - Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (li sar l-Artikolu 2(7)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036) - Status ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq - Kunċett ta’ “distorsjoni sinjifikattiva tal-ispejjeż ta’ produzzjoni u tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriżi” - Vantaġġi fiskali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

(2019/C 413/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd (Anhui, iċ-Ċina) (rappreżentant: Y. Melin, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u T. Maxian Rusche, aġenti)

Rikorrenti insostenn tal-konvenuta: GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH (Tschernitz, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. MacLean, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2014 tat-13 ta’ Mejju 2014 li jimponi dazju antidumping u ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2014, L 142, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2014 tat-13 ta’ Mejju 2014 li jimponi dazju antidumping u ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk ta’ Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd, bl-esklużjoni ta’ dawk relatati mal-intervent.

3)

GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż ta’ Xinyi PV Products (Anhui) Holdings relatati mal-intervent tagħha.


(1)  ĠU C 372 tal-20.10.2014.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Il-Lussemburgu u Fiat Chrysler Finance Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-755/15 u T-759/15) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna implimentata mil-Lussemburgu - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tagħha - Deċiżjoni tat-taxxa bil-quddiem (tax ruling) - Vantaġġ - Prinċipju ta’ distakkament - Natura selettiva - Preżunzjoni - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni - Irkupru”)

(2019/C 413/46)

Lingwi tal-kawża: il-Franċiż u l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-755/15: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: inizjalment D. Holderer u T. Uri, sussegwentement T. Uri, aġenti, assistiti inizjalment minn D. Waelbroeck, S. Naudin u A. Steichen, sussegwentement D. Waelbroeck u A. Steichen, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-759/15: Fiat Chrysler Finance Europe (Il-Lussemburgu, Il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J. Rodríguez, solicitor, G. Maisto u M. Engel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u B. Stromsky, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: L-Irlanda (rappreżentanti fil-Kawża T-755/15: inizjalment E. Creedon, G. Hodge u A. Joyce, sussegwentement G. Hodge, M. Browne u A. Joyce, u fl-aħħar nett A. Joyce u J. Quaney, aġenti, assistiti minn P. Gallagher, M. Collins, SC, B. Doherty u S. Kingston, barristers, u, fil-Kawża T-759/15: inizjalment E. Creedon, G. Hodge, K. Duggan u A. Joyce, sussegwentement G. Hodge, K. Duggan, M. Browne u A. Joyce, u fl-aħħar nett A. Joyce u J. Quaney, aġenti, assistiti minn M. Collins, P. Gallagher, SC, S. Kingston u B. Doherty, barristers)

Suġġett

Talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2326 tal-21 ta’ Ottubru 2015 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.38375 (2014/C) (ex 2014/NN) implimentata mil-Lussemburgu għal Fiat (ĠU 2016, L 351, p. 1).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-755/15 u T-759/15 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża T-755/15.

4)

Fiat Chrysler Finance Europe għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-Kawża T-759/15.

5)

L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Il-Pajjiżi l-Baxxi et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-760/15 u T-636/16) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna implimentata mill-Pajjiżi l-Baxxi - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tagħha - Deċiżjoni tat-taxxa bil-quddiem (tax ruling) - Prezz ta’ trasferiment - Kalkolu tal-bażi taxxabbli - Prinċipju ta’ distakkament - Vantaġġ - Sistema ta’ referenza - Awtonomija fiskali u proċedurali tal-Istati Membri”)

(2019/C 413/47)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż u l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-760/15: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment M. Bulterman, B. Koopman, M. de Ree u M. Noort, sussegwentement M. Bulterman, M. de Ree u M. Noort, aġenti)

Rikorrenti fil-Kawża T-636/16: Starbucks Corp. (Seattle, Washington, l-Istati Uniti), Starbucks Manufacturing Emea BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. Verschuur, M. Petite u M. Stroungi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropa (rappreżentanti fil-Kawża T-760/15: inizjalment P-J. Loewenthal u B. Stromsky, sussegwentement P-J. Loewenthal u F. Tomat, aġenti, u, fil-Kawża T-636/16: P-J. Loewenthal u F. Tomat, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-760/15: L-Irlanda (rappreżentanti: inizjalment E. Creedon, G. Hodge, K. Duggan u A. Joyce, sussegwentement G. Hodge, A. Joyce, K. Duggan, M. Browne u J. Quaney, aġenti, assistiti minn M. Collins, P. Gallagher, SC, u B. Doherty u S. Kingston, barristers)

Suġġett

Talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/502 tal-21 ta’ Ottubru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38374 (2014/C ex 2014/NN) implimentata min-Netherlands għal Starbucks (ĠU 2017, L 83, p. 38).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-760/15 u T-636/16 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/502 tal-21 ta’ Ottubru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38374 (2014/C ex 2014/NN) implimentata min-Netherlands għal Starbucks hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ta’ Starbucks Corp. u ta’ Starbucks Manufacturing Emea BV.

4)

L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – HSBC Holdings et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-105/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tad-derivattivi tar-rati tal-imgħax iddenominati f’EUR - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Manipulazzjoni tar-rati ta’ referenza interbankarji tal-Euribor - Skambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni bħala għan - Ksur uniku u kontinwu - Multi - Ammont bażiku - Valur tal-bejgħ - Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2019/C 413/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: HSBC Holdings plc (Londra, ir-Renju Unit), HSBC Bank plc (Londra), HSBC France (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: K. Bacon, QC, D. Bailey, barrister, M. Simpson, solicitor, u Y. Anselin u C. Angeli, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Farley, B. Mongin u F. van Schaik, aġenti, assistiti minn B. Lask, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 8530 finali tas-7 ta’ Diċembru 2016 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39914 – Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax f’Euro) u, min-naħa l-oħra, għall-bidla tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 8530 finali tas-7 ta’ Diċembru 2016 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39914 – Euro Interest Rate Derivatives), huwa annullat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

HSBC Holdings plc, HSBC Bank plc u HSBC France huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 112, 10.4.2017.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – FVE Holýšov I et. vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-217/17) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Suq tal-elettriku ġġenerat minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli - Miżuri li jistabbilixxu prezz ta’ xiri minimu għall-elettriku ġġenerat minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jew li jagħtu bonus lill-produtturi ta’ dan l-elettriku - Emenda tal-miżuri inizjali - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern wara tmiem il-fażi ta’ eżami preliminari - Artikolu 107(3)(c) TFUE - Benefiċjarji tal-għajnuna u azzjonisti tal-benefiċjarji - Aspettattivi leġittimi - Riżorsi tal-Istat - Kompetenza tal-Kummissjoni biex teżamina l-kompatibbiltà tal-miżuri ma dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni minbarra dawk rispettivi tal-Istati Membri”)

(2019/C 413/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FVE Holýšov I s. r. o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) u s-27 il-parti rikorrenti l-oħra li isimhom jinstab fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: A. Reuter, H. Wendt, C. Bürger, T. Christner, W. Schumacher, A. Compes u T. Herbold, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, P. Němečková u T. Maxian Rusche, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, T. Müller, O. Serdula u L. Dvořáková, aġenti), ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment A. Gavela Llopis, sussegwentement A. Rubio González u S. Centeno Huerta, aġenti), ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: E. Symeonidou u E. Zachariadou, aġenti), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: B. Ricziová u M. Kianička, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 7827 final tat-28 ta’ Novembru 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.40171 (2015/NN), dwar il-promozzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, li sunt tagħha ġie ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, C 69, p. 2)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FVE Holýšov I s. r. o. u l-parti rikorrenti l-oħra li isimhom jinstab fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika ta’ Ċipru u r-Repubblika Slovakka għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 202, 26.6.2017.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-391/17) (1)

(“Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej - Protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi - Tisħiħ tad-diversità kulturali u lingwistika - Reġistrazzjoni parzjali - Prinċipju ta’ attribuzzjoni ta’ kompetenzi - Assenza ta’ nuqqas manifest ta’ kompetenzi leġiżlattivi tal-Kummissjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 5(2) TUE - Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 - Artikolu 296 TFUE”)

(2019/C 413/50)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: inizjalment minn R. Radu, C.-M. Florescu, E. Gane u L. Lițu, sussegwentement minn C.-M. Florescu, E. Gane, L. Lițu u C.-R. Canțăr, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer, L. Radu Bouyon u H. Stancu, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér, G. Koós u G. Tornyai, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/652 tad-29 ta’ Marzu 2017 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ġġib l-isem “Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa” (ĠU 2017, L 92, p. 100).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Rumanija għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

3)

L-Ungerija għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 269, 14.8.2017.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Printeos et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-466/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-envelops standard/fuq katalogu u envelops speċjali stampati - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Annullament parzjali minħabba ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni - Deċiżjoni emendatorja - Proċedura għar-riżolviment - Multi - Ammont bażiku - Aġġustament eċċezzjonali - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ globali - Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Kumulu tas-sanzjonijiet - Proporzjonalità - Ekwità - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

(2019/C 413/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Printeos, SA (Alcalá de Henares, Spanja), Printeos Cartera Industrial, SL (Alcalá de Henares), Tompla Scandinavia AB (Stokkolma, l-Isvezja) Tompla France (Fleury-Mérogis, Franza), Tompla Druckerzeugnisse Vertriebs GmbH (Leonberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Brokelmann u P. Martínez-Lage Sobredo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, F. Jimeno Fernández u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 4112 final tas-16 ta’ Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni C(2014) 9295 final tal-10 ta’ Diċembru 2014 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu [101 TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (AT.39780 – Envelops), u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 318, 25.9.2017.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – US vs BĊE

(Kawża T-780/18) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Rapport ta’ evalwazzjoni 2016 - Eżerċizzju ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u tal-allowances - Rifjut ta’ kwalifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

(2019/C 413/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: US (rappreżentant: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. von Lindeiner u M. Rötting, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża, minn naħa, għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni 2016 tar-rikorrenti u tad-deċiżjoni relatata mal-eżerċizzju ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u tal-allowances għall-2016 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament sostna wara dawn l-atti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

US huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 52, 12.2.2018


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 24 ta’ Settembru 2019 – Crédit mutuel Arkéa vs EUIPO – Confédération nationale du Crédit mutuel (Crédit Mutuel)

(Kawża T-13/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ nullità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Crédit Mutuel - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Natura deskrittiva - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Karattru distintiv miksub bl-użu - Rikors inċidentali - Artikolu 7(1)(b) u (c) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 59(1)(a) u (2) tar-Regolament 2017/1001”)

(2019/C 413/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Crédit Mutuel Arkéa (Le Relecq Kerhuon, Franza) (rappreżentanti: A. Casalonga, L. Codevelle u C. Bercial Arias, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Confédération nationale du Crédit mutuel (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: B. Moreau-Margotin u M. Merli, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2017 (Każ R 1724/2016-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ nullità bejn il Crédit Mutuel Arkéa u l-Confédération nationale du Crédit Mutuel.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat 8 ta’ Novembru 2017 (Każ R 1724/2016-5) hija annulata inkwantu kkonkludiet li t-trade mark ikkontestata kisbet karattru distintiv bl-użu għall-prodotti u s-servizzi li għalihom hija kienet deskrittiva u mhux distintiva.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-rikors inċidentali huwa miċħud.

4)

Il-Crédit Mutuel Arkéa huwa kkundannat għal terz tal ispejjeż tiegħu u għal terz tal-ispejjeż tal-EUIPO u tal Confédération nationale du Crédit Mutuel marbuta mar rikors prinċipali.

5)

L-EUIPO huwa kkundannat għal żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu u għal żewġ terzi tal-ispejjeż tar-rikorrent marbuta mar rikors prinċipali.

6)

Il-Confédération nationale du Crédit Mutuel hija kkundannata għal żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha marbuta mar-rikors prinċipali kif ukoll għall-ispejjeż marbuta mar rikors inċidentali.


(1)  ĠU C 94, 12.3.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – VF vs BĊE

(Kawża T-39/18) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent - Eżerċizzju ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u tal-allowances - Rifjut ta’ kwalifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

(2019/C 413/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: VF (rappreżentant: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. von Lindeiner u D. Camilleri Podestà, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża essenzjalment, minn naħa, għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni dwar l-eżerċizzju ta’ revizjoni annwali tas-salarji u tal-allowances għall-2016 u, it-tieni nett, tad-deċiżjoni li ma ssirx kwalifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament sostna wara dawn l-atti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

VF huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Fränkischer Weinbauverband vs EUIPO (Forma ta’ flixkun ellissojdali)

(Kawża T-68/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea - Forma ta’ flixkun ellissojdali ttundjat, iċċattjat quddiem u wara - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 413/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fränkischer Weinbauverband eV (Würzburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Petri u M. Gilch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek, M. Fischer u D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appel tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 413/2017-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ flixkun ellissojdali ttundjat, iċċattjat quddiem u wara bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fränkischer Weinbauverband eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Piaggio & C. vs EUIPO – Zhejiang Zhongneng Industry Group (Mobylettes)

(Kawża T-219/18) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta moped - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għall-invalidità - Karattru individwali - Impressjoni globali differenti - Utent avżat - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Interpretazzjoni konformi mal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002 - Assenza ta’ użu ta’ trade mark nazzjonali tridimensjonali preċedenti mhux irreġistrat fid-disinn irreġistrat - Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament Nru 6/2002 - Assenza ta’ użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett taħt il-liġi tad-dritt tal-awtur ta’ Stat Membru fid-disinn irreġistrat - Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament Nru 6/2002”)

(2019/C 413/56)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Piaggio & C. SpA (Pontedera, l-Italja) (rappreżentanti: F. Jacobacci, B. La Tella u B. Lucchetti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zhejiang Zhongneng Industry Group Co. Ltd (Taizhou City, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Spolidoro, M. Gurrado, S. Verea u M. Balestriero, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Jannar 2018 (Każ R 1496/2015-3) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Piaggio & C. u Zhejiang Zhongneng Industry Group.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Piaggio & C. SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 182, 28.5.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – US vs BĊE

(Kawża T-255/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Kuntratt għal żmien determinat - Rifjut ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazjoni”)

(2019/C 413/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: US (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. von Lindeiner u M. Rötting, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li ma tikklassifikax mill-ġdid il-kuntratt tar-rikorrent f’kuntratt għal żmien indeterminat u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament ġarrab wara din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

US huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Volvo Trademark vs EUIPO – Paalupaikka (V V-WHEELS)

(Kawża T-356/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva V V-WHEELS - Trade marks tal-Unjoni Ewropea, nazzjonali u mhux irreġistrati figurattivi preċedenti VOLVO - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 413/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Volvo Trademark Holding AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: T. Dolde, avoukat, u M. Hawkins, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bonne u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Paalupaikka Oy (Iisalmi, il-Finlandja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2018 (Każ R 1852/2017-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Volvo Trademark Holding u Paalupaikka.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Marzu 2018 (Każ R 1852/2017-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat iħallas l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Volvo Trademark Holding AB għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 268, 30.7.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Multifit vs EUIPO (real nature)

(Kawża T-458/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea real nature - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 413/59)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Multifit Tiernahrungs GmbH (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u P. Gentili, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Walicka u M. Fischer, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Mejju 2018 (Każ R 2650/2017-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali real nature bħala tratde mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Mejju 2018 (Każ R 2650/2017-2) hija annullata sa fejn din irrifjutat ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali real nature bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea għas-servizzi ta’ “reklamar; marketing; konsulenza organizzattiva u professjonali għall-konċessjonijiet; distribuzzjoni ta’ know-how ekonomiku (konċessjoni)”, li jaqgħu fil-klassi 35 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks tal-15 ta’ Ġunju 1957 kif rivedut u emendat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Multifit Tiernahrungs GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti mill-EUIPO. Dan tal-aħħar għandu jbati terz tal-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 319, 10.9.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Zhadanov vs EUIPO (Scanner Pro)

(Kawża T-492/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Scanner Pro - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 413/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Igor Zhadanov (Odessa, l-Ukraina) (rappreżentant: P. Olson, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Sakalaitė-Orlovskienė, S. Palmero Cabezas u H. O’Neill, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 1812/2017-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Scanner Pro bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Igor Zhadanov huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 352, 1.10.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-507/18) (1)

(“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imwettaq minn Franza fil-kuntest tal-programm ta’ għażliet speċifiċi għad-distanza u għall-insularità (POSEI) - Kontabbiltà mhux preċiża għal ċerti konsenji tal-banana (snin finanzjarji 2013 sa 2016) - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa”)

(2019/C 413/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Alabrune, D. Colas, S. Horrenberger, A.-L. Desjonquères, A. Alidière u C. Mosser, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis u J. Aquilina, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/873 tat-13 ta’ Ġunju 2018 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nefqa partikolari li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) (2), sa fejn tapplika korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 % fir-rigward tar-Repubblika Franċiża, ekwivalenti għal ammont totali ta’ EUR 1 945 435,39, fir-rigward tal-miżuri intitolati “Għajnuna Diretta Oħra – POSEI”, minħabba “[k]ontabilità mhux preċiża għal ċerti konsenji tal-banana”, għas-snin finanzjarji 2013 sa 2016.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 392, 29.10.2018.

(2)  ĠU 2018, L 152, p. 29.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/52


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Reaktor Group vs EUIPO (REAKTOR)

(Kawża T-650/18) (1)

(“Trademark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea REAKTOR - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Relazzjoni diretta u konkreta mal-prodotti u s-servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal trade mark”)

(2019/C 413/62)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Reaktor Group Oy (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: L. Laaksonen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: K. Kompari, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Awwissu 2018 (Każ R 2626/2017-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali REAKTOR bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-27 ta’ Awwissu 2018 (Każ R 2626/2017-2) hija annullata, sa fejn, permezz tagħha, il-Bord tal-Appell ċaħad ir-rikors tar-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Reaktor Group Oy għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 16, 14.1.2019.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/52


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – von Blumenthal et vs BEI

(Kawża T-553/16) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Remunerazzjoni - Adattament annwali tal-livelli tas-salarji bażiċi - Metodu ta’ kalkolu - Tilwima li ma għadx għandha skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2019/C 413/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Henry von Blumenthal (Bergem, il-Lussemburgu) u t-369 rikorrent ieħor li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness tad-digriet (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: T. Gilliams, G. Faedo u J. Klein, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jinsabu fir-rendikonti tas-salarju tar-rikorrenti tax-xahar ta’ Frar 2015 u tax-xhur sussegwenti, li japplikaw għar-rikorrenti d-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tas-16 ta’ Diċembur 2014 d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BEI tal-4 ta’ Frar 2015, kif ukoll tal-artiklu mqiegħed fuq l-internet fis-6 ta’ Frar 2015 u tan-nota ta’ informazzjoni tal-10 ta’ Frar 2015 li tinforma lill-persunal bl-adozzjoni ta’ din l-aħħar deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu materjali u morali li r-rikorrenti allegatament ġarrbu.

Dispożittiv

1)

Tittieħed nota tar-rinunzja għall-atti ta’ Dominique Courbin.

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ta’ Henry von Blumenthal u tar-rikorrenti l-oħra ħlief D. Courbin li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness.

3)

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-78/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/53


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – TrekStor vs EUIPO – Beats Electronics (i.Beat jump)

(Kawża T-746/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Irtirar tat-talba għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Spejjeż legali evitabbli - Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”)

(2019/C 413/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TrekStor Ltd (Hong-Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker, M. Alber u A. Schönfleisch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis u D. Walicka, sussegwentement E. Markakis, A. Söder u H. O’Neill)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Beats Electronics LLC (Culver City, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Petersenn, avukat, u I. Fowler, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2017 (Każ R 2236/2016-4) dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Beats Electronics u TrekStor

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikorsi.

2)

TrekStor Ltd u Beats Electronics LLC għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, individwalment, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

TrekStor u Beats Electronics huma kkundannati jħallsu lill-Qorti Ġenerali, individwalment, is-somma ta’ EUR 2 500 taħt l-Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha.


(1)  ĠU C 32, 29.1.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/54


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – TrekStor u Beats Electronics vs EUIPO – Beats Electronics u TrekStor (iBeat)

(Kawżi Magħquda T-748/17 u T-770/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Irtirar tat-talba għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Spejjeż tal-qorti evitabbli - Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”)

(2019/C 413/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-748/17: TrekStor Ltd (Hong-Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker, M. Alber u A. Schönfleisch, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-770/17: Beats Electronics LLC (Culver City, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Petersenn, avukat, u I. Fowler, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti fil-kawża T-748/17: inizjalment E. Markakis u D. Walicka, sussegwentement minn E. Markakis, A. Söder u H. O’Neill, aġenti, u fil-Kawża T-770/17: inizjalment A. Söder u D. Walicka, sussegwentement A. Söder u K. Markakis u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġeneral fil-Kawża T-748/17: Beats Electronics LLC (Culver City, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Petersenn, avukat, u I. Fowler, solicitor)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-770/17: TrekStor Ltd (Hong-Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker, M. Alber u A. Schönfleisch, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2017 (Kawżi Magħquda R 2175/2016-4 u R 2213/2016-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Beats Electronics u TrekStor.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

TrekStor Ltd u Beats Electronics LLC għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll, kull waħda minnhom, in-nofs tal-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

TrekStor u Beats Electronics huma kkundannati jħallsu lill-Qorti Ġenerali, kull waħda minnhom, is-somma ta’ EUR2,500 abbażi tal-Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha.


(1)  ĠU C 22, 22.1.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/55


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – TrekStor vs EUIPO – Beats Electronics (i.Beat jess)

(Kawża T-749/17) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Irtirar tat-talba għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Spejjeż legali evitabbli - Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali)

(2019/C 413/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TrekStor (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker, M. Alber u A. Schönfleisch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn E. Markakis u D. Walicka, sussegwentement minn E. Markakis, A. Söder u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Beats Electronics LLC (Culver City, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Petersenn, avukat, u I. Fowler, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2017 (Każ R 2236/2016-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Beats Electronics u TrekStor.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

TrekStor Ltd u Beats Electronics LLC għandhom ibatu l-ispejjeż rispettiivi tagħhom kif ukoll, kull waħda, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

TrekStor u Beats Electronics huma kkundannati jħallsu lill-Qorti Ġenerali, kull waħda, is-somma ta’ EUR 2 500 skont l-Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha.


(1)  ĠU C 22, 22.1.2018.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/56


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2019 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-566/19 R)

(Talba għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Proroga tat-terminu - Assenza ta’ interess)

(2019/C 413/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scandlines Danmark ApS (Kopenħagen, id-Danimarka), Scandlines Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Georgieva-Kecsmar u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba, abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE, intiża għas-sospensjoni tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat SA.39078 (2019/C) (ex 2014/N) – Id-Danimarka – Il-finanzjament tal-proġett tal-Konnessjoni Fissa tal-Fehmarn Belt (ĠU 2019, C 226, p. 5).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/56


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2019 – ENIL Brussels Office et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-613/19)

(2019/C 413/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Network on Independent Living Brussels Office (ENIL Brussels Office) (Brussell, il-Belġju), Validity Foundation (Budapest, l-Ungerija), Center for Independent Living - Sofia (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentanti: B. Van Vooren and Ł. Gorywoda, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla att tal-Kummissjoni li jirrifjuta li jagħmel interruzzjoni tad-dati ta’ skadenza għall-ħlas jew li jissospendi pagamenti marbuta mas-Sejħa għal Proposti BG16RFOP001-5 002“Appoġġ għad-deistituzzjonalizzazzjoni ta’ servizzi għall-anzjani u persuni b’diżabbiltà” taħt l-Assi Prijoritarju 5 “Infrastruttura Soċjali Reġjonali” tal-Programm Operazzjonali “Reġjuni fi Tkabbir”;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regoli dwar il-locus standi għall-kontestazzjoni ta’ att illegali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea huma diskriminatorji abbażi ta’ diżabbiltà, flimkien mad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

Ir-rikorrenti jargumentaw li l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità tipprovdi għal azzjoni minn terza persuna u r-rikorrenti huma rappreżentattivi biżżejjed sabiex jressqu kawża biex jiddefendu persuni li ma jistgħux jiddefendu lilhom infushom minn diskriminazzjoni li tirriżulta mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tagħmilx interruzzjoni tad-dati ta’ skadenza għall-ħlas jew li tissospendi pagamenti relatati mas-sejħa għal proposti inkwistjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-att ikkontestat jaffettwa l-pożizzjoni legali ta’ grupp ta’ persuni identifikati b’mod ċar li ma għandhomx il-kapaċitajiet li jirrappreżentaw lilhom infushom quddiem qorti. Dan il-motiv huwa maqsum fiż-żewġ partijiet li jmiss:

L-att ikkontestat jirrigwarda direttament u individwalment lil grupp magħluq ta’ 1020 persuna b’diżabbiltà fil-Bulgarija;

Il-grupp ta’ persuni inkwistjoni ma jistax jiddefendi lilu nnifsu quddiem qorti.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li, billi adottat l-att ikkontestat, il-konvenuta kisret l-obbligi tagħha taħt, l-ewwel nett, ir-Regolament (UE) 1303/2013 (1) u, it-tieni nett, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU 2013, L 347, p. 320, u Rettifika fil-ĠU 2016, L 200, p. 140).


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/57


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2019 – Nike European Operations Netherlands u Converse Netherlands vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-648/19)

(2019/C 413/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nike European Operations Netherlands BV (Hilversum, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Converse Netherlands BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Martens u D. Colgan, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, fl-intier tagħha, id-deċiżjoni ta’ ftuħ ikkontestata, jiġifieri d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Jannar 2019 sabiex tagħti bidu għal proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat SA.51284 (2018/NN) – in-Netherlands – Għajnuna mill-Istat possibbli favur Nike (1); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, tal-Artikolu 108(2) TFUE, tal-Artikolu 1(d), tal-Artikolu 1(e) u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 (2) li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE, l-Artikoli 41(1) u 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, minħabba żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni preliminari tan-natura ta’ għajnuna tal-miżuri kkontestati.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 107(1), 108(2), 296(2) TFEU, tal-Artikoli 41(1) u 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE, minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-konklużjoni li l-miżuri kkontestati jissodisfaw l-elementi kollha ta’ għajnuna mill-Istat u, b’mod partikolari, ir-raġuni għalfejn għandhom jitqiesu li huma selettivi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296(2) TFEU, l-Artikoli 41(1) u 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 6(1) u 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE, minħabba ftuħ prematur tal-investigazzjoni formali u minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti għall-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat meta ma kienx hemm diffikultajiet fit-tkomplija tal-investigazzjoni preliminary.


(1)  ĠU 2019, C 226, p. 31

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/58


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2019 – Hasbro vs EUIPO – Kreativni Dogadaji (MONOPOLY)

(Kawża T-663/19)

(2019/C 413/70)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hasbro, Inc. (Pawtucket, Rhode Island, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Moss, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kreativni Dogadaji d.o.o. (Żagreb, il-Kroazja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “MONOPOLY” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 071 961

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 1849/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament u tal-Kunsill;

Ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal smigħ xieraq.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/59


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2019 – Kerry Luxembourg vs EUIPO – Ornua (KERRYMAID)

(Kawża T-693/19)

(2019/C 413/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kerry Luxembourg Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant tat-trade mark ikkonċernata: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “KERRYMAID” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 083 251

Proċedimenti quddiem il-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 2473/2013-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn l-appell ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tat-22 ta’ Ottubru 2013 tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fil-Każ B 1 938 417 ġie miċħud;

tiċħad l-oppożizzjoni miġjuba minn Ornua Co-operative Ltd kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni KERRYMAID, Nru 10 083 251;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Ornua Co-operative Ltd, jekk din tintervjeni, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/60


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2019 – Teva Pharmaceutical Industries vs EUIPO (Moins de migraine pour vivre mieux)

(Kawża T-696/19)

(2019/C 413/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Ġerusalem, l-Iżrael) (rappreżentanti: J. Bogatz u Y. Stone, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Moins de migraine pour vivre mieux” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 942 393

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Awwissu 2019 fil-Każ R 778/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/61


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2019 – Teva Pharmaceutical Industries vs EUIPO (Weniger Migräne. Mehr vom Leben)

(Kawża T-697/19

(2019/C 413/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Ġerusalem, l-Iżrael) (rappreżentanti: J. Bogatz u Y. Stone, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Weniger Migräne. Mehr vom Leben – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 942 400

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Awwissu 2019 fil-Każ R 779/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/61


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2019 – GV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-705/19)

(2019/C 413/74)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: GV (rappreżentant: B.-H. Vincent, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tagħti trattament prijoritarju lil din il-kawża;

tannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Lulju 2019 bir-referenza numru R/213/19 li tiċħad it-talba tiegħu għal assistenza;

tordna lill-Awtorità tal-Ħatra li tieħu kwalunkwe miżura ta’ trasferiment ta’ natura li tneħħi lir-rikorrent mid-DĠ EAC bl-osservanza tal-grad filwaqt li tosserva l-lokalizzazzjoni effettiva tal-impjieg fi Brussell sabiex tevita kull preġudizzju tal-familja jew dak privat;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas ammont provviżorju ta’ EUR 13 018 bħala danni u interessi bħala kumpens għad-dannu materjali u ta’ EUR 250 għal kull jum li jkun għadda bejn l-1 ta’ Frar 2018 u d-data tal-għoti tas-sentenza li għandha tingħata bħala kumpens għad-dannu morali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-istanza konformement mar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni ċaħdet it-talba tiegħu għal assistenza, li hija ma wettqet l-ebda miżura investigattiva u li hija pproċessat it-talba tiegħu bil-mod, b’mod burokratiku u b’mod inadegwat.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn il-Kummissjoni kellha tikklassifika l-fatti li fformaw il-bażi tat-talba għal assistenza bħala fastidju.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal. Ir-rikorrent jikkritika lill-Kummissjoni li ma osservatx il-bilanċ neċessarju bejn l-interess tas-servizz u l-interess tal-uffiċjal ikkonċernat.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 270 TFUE u tal-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-Unjoni għandha l-obbligu li tikkumpensa d-danni kkawżati lill-persunal tagħha minn kull illegalità mwettqa fil-kapaċità tagħha bħala persuna li timpjega mingħajr ma jkun neċessarju li tintwera l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju. Issa, skont ir-rikorrent, il-fatti li jifformaw il-bażi tat-talba għal assistenza huma illegalitajiet imwettqa fil-kapaċità ta’ persuna li timpjega u għalhekk jobbligaw lill-Unjoni li tikkumpensah għad-danni materjali u dawk mhux materjali, jiġifieri l-ispejjeż għal assistenza medika u ġuridika kif ukoll is-sofferenza li ġarrab matul il-perijodu kontenzjuż.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba li l-proċeduri relatati ma’ talba għal trasferiment jitolbu, minħabba n-natura tagħhom, deċiżjoni malajr.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/62


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2019 – FF&GB vs EUIPO (ONE-OFF)

(Kawża T-707/19)

(2019/C 413/75)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: FF&GB Srl (Mantova, l-Italja) (rappreżentant: M. Locatelli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ONE-OFF – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 933 041.

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Awwissu 2019 fil-Każ R 239/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara li t-trade mark ONE-OFF tista’ tiġi rreġistrata bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea għall-prodotti fil-klassijiet 18 u 25 kif indikati fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 933 041;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ koerenza u ugwaljanza fit-trattament.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/63


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2019 – GW vs Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-709/19)

(2019/C 413/76)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: GW (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-22 ta’ Mejju 2019 tal-Qorti tal-Awdituri li tiċħad it-talba għal riferiment lill-Kumitat tal-Invalidità sabiex tiġi kkonstatata l-evoluzzjoni tal-istat ta’ saħħitha u sabiex jiġu stabbiliti l-kontrolli mediċi wara t-tqegħid taħt stat ta’ invalidità;

tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 15 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, minħabba li dan l-artikolu jipprevedi biss il-possibbiltà għall-istituzzjoni, u mhux l-obbligu, tal-eżami b’mod perijodiku ta’ uffiċċjal li jibbenefika minn allokazzjoni ta’ invalidità sabiex jiġi żgurat li dejjem ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jibbenefika minn din l-allokazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Konklużjoni Nru 273/15, tal-25 ta’ Frar 2016, tal-Kulleġġ tal-Kapijiet tal-Amministrazzjoni dwar il-kontroll mediku wara t-tqegħid taħt stat ta’ invalidità, sa fejn din tipprevedi li t-tabib tal-istituzzjoni jista’, b’mod eċċezzjonali, jaċċetta rapport imħejji mit-tabib kuranti jew jissospendi l-kontroll jekk in-natura tal-kundizzjoni li wasslet għall-istat ta’ invalidità ma tiġġustifikax kontroll intiż għall-evalwazzjoni tal-possibbiltà li tmur lura għax-xogħol.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura. Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li l-istituzzjoni kellha l-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni l-opinjonijiet tat-tabib kuranti u tat-tabib konsulent tat-23 u tal-24 ta’ Awwissu 2017, tal-psikologu tas-26 ta’ Settembru 2019 u tat-tabib kuranti tal-11 ta’ Ottubru 2019.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/64


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2019 – Ashworth vs Il-Parlament

(Kawża T-720/19)

(2019/C 413/77)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Richard Ashworth (Lingfield, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Schmitt u A. Waisse, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi li,

ir-rikors preżenti huwa ammissibbli;

sa fejn hemm bżonn, bħala miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jew bħala miżuri istruttorji tal-kawża preżenti, il-Parlament Ewropew huwa kkundannat jippreżenta l-komunikazzjonijiet maħruġa mis-servizz legali tal-Parlament Ewropew, li nħarġu fis-16 ta’ Lulju 2018 kif ukoll fit-3 ta’ Diċembru 2018, mingħajr preġudizzju fir-rigward tad-data eżatta, iżda f’kull każ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni adottata mill-Uffiċċju tal-Parlament fl-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Miżuri għall-Applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (2018/C 466/02, Ġurnal Uffiċjali 28 ta’ Diċembru 2018, C 466/8);

id-deċiżjoni individwali kkontestata, innotifikata lir-rikorrent mill-Unità “Remunerazzjoni u Drittijiet Soċjali tal-Membri tal-Parlament” tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar fir-rigward tad-drittijiet tar-rikorrent għall-pensjoni kumplimentari (volontarja) tiegħu matul Settembru 2019 hija annullata abbażi tal-Artikolu 263 TFUE sa fejn din id-deċiżjoni implimentat it-tnaqqis speċjali ta’ 5 % fuq l-ammont nominali tal-pensjoni kumplimentari (volontarja) dovut lir-rikorrent kif stabbilit bid-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-10 ta’ Diċembru 2018 imsemmija iktar ’il fuq;

id-deċiżjoni adottata mill-Uffiċċju tal-Parlament fl-10 ta’ Diċembru 2018 imsemmija iktar ’il fuq hija ddikjarata inapplikabbli abbażi tal-Artikolu 277 TFUE, sa fejn din temenda l-Artikolu 76 tal-miżuri għall-applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u b’mod iktar partikolari sa fejn din tistabbilixxi tnaqqis speċjali ta’ 5 % fuq l-ammont nominali tal-pensjonijiet kumplimentari (volontarji) dovut mill-1 ta’ Jannar 2019;

il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza ratione materiae tal-Uffiċċju.

minn naħa, id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-10 ta’ Diċembru 2018 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni tal-Uffiċċju”) ġiet adottat bi ksur tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew adottat bid-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2005, 2005/684/KE, Euratom, (ĠU 2005, L 262, p. 1) (iktar ’il quddiem, l-“Istatut”). Id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tmur b’mod partikolari kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27 tal-Istatut li jimponi ż-żamma tad-“drittijiet kweżiti” u tad-“drittijiet li qedin jinkisbu”.

min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tal-Uffiċċju toħloq taxxa billi tistabbilixxi tnaqqis speċjali ta’ 5 % mill-ammont nominali tal-pensjoni filwaqt li l-ħolqien ta’ taxxa ma jinsabx fil-kompetenza tal-Uffiċċju skont l-Artikolu 223(2) TFUE.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-forom essenzjali.

minn naħa, huwa lmentat li l-Uffiċċju adotta d-deċiżjoni tiegħu mingħajr ma osserva r-regoli imposti mill-Artikolu 223 TFUE.

min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tal-Uffiċċju ma hijiex immotivata biżżejjed u b’hekk tikser l-obbligu stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u fl-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet kweżiti u tad-drittijiet li qedin jinkisbu u tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi.

minn naħa, id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tikser id-drittijiet kweżiti u d-drittijiet li qedin jinkisbu li jirriżultaw kemm mill-prinċipji ġenerali tal-liġi kif ukoll mill-Istatut, li jimponi espressament li dawn jinżammu “fl-intier tagħhom” (Artikolu 27).

min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tikser il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-prinċipji tal-ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.

minn naħa, il-ksur tad-drittijiet tar-rikorrent huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-għanijiet imfittxija mid-deċiżjoni tal-Uffiċċju.

min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tal-Uffiċċju għandha tiġi ddikjarata inapplikabbli minħabba l-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u fuq in-nuqqas ta’ miżuri tranżitorji.

minn naħa, id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali sa fejn din għandha effetti retroattivi b’mod irregolari.

min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali sa fejn din naqset milli tistabbilixxi miżuri tranżitorji.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/66


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Trifolio-M et vs EFSA

(Kawża T-675/18) (1)

(2019/C 413/78)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 25, 21.1.2019.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/66


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – BigBen Interactive vs EUIPO – natcon7 (nacon)

(Kawża T-287/19) (1)

(2019/C 413/79)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 220, 1.7.2019.


9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/66


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019– CupoNation vs EUIPO (Cyber Monday)

(Kawża T-494/19) (1)

(2019/C 413/80)

Lingwa tal-kawża: l-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti Ġenerali ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 288, 26.8.2019.