ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 409A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
5 ta' Diċembru 2019


Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2019/C 409 A/01

Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/380/19 — Amministraturi (AD 7/AD 9) fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali u ġestjoni tal-għajnuna lil pajjiżi mhux tal-UE

1


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

5.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 409/1


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

EPSO/AD/380/19 — AMMINISTRATURI (AD 7/AD 9) FIL-QASAM TAL-KOOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI U ĠESTJONI TAL-GĦAJNUNA LIL PAJJIŻI MHUX TAL-UE

(2019/C 409 A/01)

Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: L-14 ta’ Jannar 2020 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni ġenerali, ibbażata fuq kwalifiki u testijiet, sabiex jinħolqu listi ta’ riserva li minnhom l-iżjed il-Kummissjoni Ewropea tkun tista’ tirrekluta membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “ amministraturi ” (grupp ta’ funzjoni AD).

Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal dawn il-proċeduri ta’ selezzjoni.

Ara l-ANNESS III tar-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali.

L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula:

AD 9: 20 AD 7: 85

Dan l-avviż ikopri profil wieħed b’żewġ gradi. Tista’ tapplika biss għal wieħed. Din l-għażla trid tagħmilha meta tkun qed tapplika online u ma tistax tibdilha ġaladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni elettronika tiegħek. Madankollu, taħt ċerti kundizzjonijiet , deskritti fil-punt 3) tat-Taqsima KIF SE NINTGĦAŻEL?, l-applikazzjoni tiegħek għall-grad AD 9 tista’ tiġi assenjata mill-ġdid mill-Bord tas-Selezzjoni għall-grad AD 7.

LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NAGĦMEL?

L-amministraturi jappoġġjaw l-aktar lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fejn jaħdmu.

Jekk tiġi reklutat minn din il-kompetizzjoni tibda twettaq dawn it-tipi ta’ xogħol ewlenin:

1.

L-analiżi ta’ politiki u kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp u mal-għajnuna umanitarja;

2.

L-iżvilupp ta’ kooperazzjoni internazzjonali nazzjonali u reġjonali u għajnuna umanitarja;

3.

L-iżgurar ta’ djalogu ta’ politika ma’ pajjiżi u organizzazzjonijiet sħab;

4.

Il-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi u kwistjonijiet relatati mas-sigurtà;

5.

L-identifikazzjoni, l-iżvilupp u l-ġestjoni ta’ proġetti u programmi fl-oqsma tal-kooperazzjoni internazzjonali u l-għajnuna umanitarja;

6.

Il-ġestjoni ta’ programmi ta’ appoġġ baġitarju u pjanijiet ta’ investiment esterni (taħlit/self/ekwitajiet);

7.

Tmexxi timijiet (applikabbli biss għal AD9).

Kun af li jekk tiġi impjegat x’aktarx li tqatta’ parti mill-karriera tiegħek taħdem f’delegazzjoni tal-UE f’pajjiżi fejn il-kundizzjonijiet tal-għajxien jistgħu jkunu diffiċli.

Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li għandhom jitwettqu.

JIENA ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?

Trid tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi KOLLHA li ġejjin sad-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet online:

(1)    Kundizzjonijiet ġenerali

Tkun tgawdi mid-drittijiet kollha bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE

Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari

Tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru għad-dmirijiet ikkonċernati

(2)    Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi

Irid ikollok għarfien ta’ mill-inqas żewġ (2) lingwi uffiċjali tal-UE ; waħda minnhom b’minimu ta’ livell C1 u b’livell minimu ta’ B2 fl-oħra (għarfien sodisfaċenti).

Kun af li l-livelli minimi meħtieġa hawn fuq iridu japplikaw għal kull ħila lingwistika (taħdit, kitba, qari u smigħ) kif mitluba fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn l-abbiltajiet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr).

F’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni nagħmlu referenza għal-lingwi bħala:

Lingwa 1: il-lingwa użata għat-testijiet b’Ġħażla Multipla bbażati fuq il-kompjuter

Lingwa 2: il-lingwa użata għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener), għat-testijiet taċ-ċentru ta’ valutazzjoni u għall-komunikazzjoni bejn l-EPSO u l-kandidati li jkunu ppreżentaw applikazzjoni valida. Din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwa 1.

Il-lingwa 2 trid tkun l-Ingliż jew il-Franċiż

Il-kandidati li jirnexxu u li jiġu rreklutati għal dawn l-oqsma partikolari huma meħtieġa li jkollhom għarfien sodisfaċenti (livell minimu B2) tal-Ingliż jew il-Franċiż. Filwaqt li l-għarfien ta’ lingwi addizzjonali jista’ jkun ta’ vantaġġ, id-dipartimenti tal-Kummissjoni fl-oqsma tal-kooperazzjoni Internazzjonali u l-għajnuna umanitarja, jiġifieri d-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp (DĠ DEVCO), id-Direttorat Ġenerali għan-Negozjati tal-Viċinat u t-Tkabbir (DĠ NEAR), Id-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili Ewropea u l-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja (DĠ ECHO) u s-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI) għamlu rikors għall-Ingliż jew il-Franċiż għax-xogħol analitiku, il-komunikazzjoni interna kif ukoll għall-komunikazzjoni ma’ pajjiżi terzi u pajjiżi li qed jidħlu, partijiet interessati esterni, l-abbozzar ta’ pubblikazzjonijiet u rapporti, leġiżlazzjoni, jew dokumenti ekonomiċi, kif imsemmi taħt “Liema kompiti nista’ nistenna li nwettaq?” u fl-Anness I. Għalhekk, għarfien sodisfaċenti tal-Ingliż jew il-Franċiż huwa essenzjali.

(3)    Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol

Għall-Grad AD 7:

1.

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrespondi għal studji universitarji kompluti ta’ mill-inqas 4 snin mixhuda b’diploma, segwiti minn mill-inqas 6 snin esperjenza professjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni.

jew

2.

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrespondi għal studji universitarji kompluti ta’ mill-inqas 3 snin mixhuda b’diploma, segwiti minn mill-inqas 7 snin esperjenza professjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni.

Għall-Grad AD 9:

1.

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrespondi għal studji universitarji kompluti ta’ mill-inqas 4 snin mixhuda b’diploma, segwiti minn mill-inqas 10 snin esperjenza professjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni.

jew

2.

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrespondi għal studji universitarji kompluti ta’ mill-inqas 3 snin mixhuda b’diploma, segwiti minn mill-inqas 11-il sena esperjenza professjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni.

Ara l-ANNESS IV għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

KIF SE NINTGĦAŻEL?

(1)    Il-proċess tal-applikazzjoni

Meta timla l-forma tal-applikazzjoni tiegħek, ikollok tagħżel il-lingwa 1 u l-lingwa 2 tiegħek. Ikollok tagħżel il-lingwa 1 tiegħek minn fost l-24 lingwa uffiċjali tal-UE, u l-lingwa 2 tiegħek minn bejn l-Ingliż u l-Franċiż. Tintalab ukoll tikkonferma l-eliġibbiltà tiegħek għall-kompetizzjoni u tagħti aktar informazzjoni rilevanti għall-kompetizzjoni (pereżempju: diplomi, esperjenza ta’ xogħol, u tweġibiet għal mistoqsijiet speċifiċi għall-qasam (Talent Screener)).

Tista’ tagħżel kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE biex timla l-formola tal-applikazzjoni tiegħek, ħlief fit-taqsima tat- Talent Screener li trid timtela bil-lingwa 2 tiegħek , għar-raġunijiet li ġejjin: it-Talent Screener huwa suġġett għal valutazzjoni komparattiva mill-Bord tas-Selezzjoni, jintuża bħala dokument ta’ referenza mill-Bord waqt l-intervista relatata mal-qasam fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni, u jintuża għal skopijiet ta’ reklutaġġ jekk kandidat jirnexxi. Huwa għalhekk fl-interess tas-servizz u tal-kandidati li t-Talent Screener jimtela bil-Lingwa 2.

Kun af li l-formola tal-applikazzjoni kollha tiegħek se tiġi aċċessata mill-Bord tas-Selezzjoni (matul il-kompetizzjoni) u mis-servizzi tal-HR tal-Istituzzjonijiet Ewropej (għar-reklutaġġ fil-każ li inti tkun fost il-kandidati ammessi) li joperaw b’għadd limitat ta’ lingwi ta’ ħidma. F’każ li jirnexxilek tgħaddi mill-kompetizzjoni u titqiegħed fil-lista ta’ riżerva, inti tintalab tipprovdi traduzzjoni tal-formola tal-applikazzjoni fil-lingwa 2 (l-Ingliż jew il-Franċiż) lis-servizzi tar-reklutaġġ jekk tkun użajt xi lingwa oħra biex timla l-formola tal-applikazzjoni.

Meta tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek tiddikjara fuq l-unur tiegħek li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” Meta tkun ivvalidajt il-formola tal-applikazzjoni tiegħek, ma tkunx tista’ tagħmel aktar tibdil. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tara li timla u tivvalida l-applikazzjoni tiegħek sal-iskadenza .

(2)    Testijiet ta’ Mistoqsijiet b’Għażla Multipla (MCQ) ibbażati fuq il-kompjuter

Jekk in-numru ta’ kandidati jaqbeż ċertu limitu għal kull grad , kif definit mid-direttur tal-EPSO li jaġixxi bħala l-Awtorità tal-Ħatra, il-kandidati kollha li jkunu vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza jkunu mistiedna jattendu sensiela ta’ testijiet MCQ bil-kompjuter f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.

Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid tibbukkja appuntament għat-testijiet MCQ skont l-istruzzjonijiet mill-EPSO. Tipikament, tiġi offrut diversi dati li fihom inti tista’ tagħmel it-testijiet, f’diversi postijiet. Il-perjodi tal-ibbukkjar u l-ittestjar huma limitati .

Jekk in-numru ta’ kandidati jkun taħt il-limitu , dawn it-testijiet minflok jiġu organizzati fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni (punt 5).

It-testijiet MCQ bil-kompjuter ikunu organizzati kif ġej:

Testijiet

Lingwa

Mistoqsijiet

Tul taż-żmien

Marka

Marka minima meħtieġa

Raġunament verbali

Lingwa 1

20 mistoqsija

35 minuta

Minn 20

10/20

Raġunament numeriku

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

20 minuta

Minn 10

Numeriku + astratt flimkien: 10/20

Raġunament astratt

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

10 minuti

Minn 10

Dawn it-testijiet huma eliminatorji u ma jpattux għat-testijiet l-oħrajn li jsiru fiċ-Ċentru ta’ Valutazzjoni.

(3)    Kontrolli tal-eliġibbiltà

Ir-rekwiżiti tal-eliġibilità stabbiliti fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” hawn fuq se jiġu ċċekkjati mad-data pprovduta fl-applikazzjonijiet online tal-kandidati. L-EPSO jiċċekkja jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà filwaqt li l-Bord ta’ Selezzjoni jivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà taħt it-taqsimiet “Edukazzjoni u Taħriġ”, “Esperjenza Professjonali” u “Ħiliet Lingwistiċi” tal-applikazzjoni online tal-kandidati, filwaqt li jitqiesu d-dmirijiet imsemmija fl-Anness I.

Hemm żewġ xenarji possibbli:

Jekk it-testijiet MCQ fuq il-kompjuter jiġu organizzati minn qabel , il-fajls tal-kandidati jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-marki miksuba f’dawk it-testijiet sakemm jintlaħaq il-limitu għan-numru ta’ kandidati eliġibbli definit qabel it-testijiet mid-direttur tal-EPSO li jaġixxi bħala Awtorità tal-Ħatra. Il-fajls l-oħrajn ma jiġux iċċekkjati.

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter ma jiġux organizzati minn qabel , il-fajls tal-kandidati kollha li jkunu vvalidaw l-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza jiġu ċċekkjati għall-eliġibilità.

Kandidati tal-Grad AD 9: waqt il-verifika tal-eliġibbiltà, il-Bord tas-Selezzjoni jista’ jittrasferixxi l-applikazzjoni tiegħek għall-grad AD 7 jekk tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

jekk it-testijiet MCQ ġew organizzati minn qabel, inti ġibt waħda mill-ogħla marki totali għall-grad AD 9, u

skont l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni tiegħek inti ma tkunx tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ eliġibbiltà tal-grad AD 9 iżda tkun tissodisfa dawk għall-grad AD 7, u

tkun tajt il-kunsens tiegħek għat-trasferiment lejn il-grad AD 7 meta tkun applikajt, u

jekk it-testijiet MCQ ġew organizzati minn qabel, inti ġibt waħda mill-ogħla marki totali għall-grad AD 7.

F’dan il-każ, inti tkun meqjus bħala kandidat għall-grad AD 7 għall-kumplament tal-proċedura.

Kull assenjar mill-ġdid bħal dan iseħħ qabel is-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener) u jsir fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun tajt fl-applikazzjoni online tiegħek. Il-kandidati li ma kisbux l-aħjar marki għall-grad AD 9 mhux se jiġu kkunsidrati għat-trasferiment għall-grad AD 7.

(4)    Selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener)

Sabiex il-Bord tas-Selezzjoni jkun jista’ jagħmel valutazzjoni oġġettiva tal-merti komparattivi tal-kandidati kollha b’mod strutturat, il-kandidati kollha li japplikaw għall-istess grad iridu jwieġbu l-istess sett ta’ mistoqsijiet fit-taqsima “Talent Screener” tal-formola ta’ applikazzjoni bil-lingwa 2. Is-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki ssir biss għal dawk il-kandidati li jitqies li jkunu eliġibbli kif deskritt hawn fuq fil-punt 3, bl-użu tal-informazzjoni pprovduta f’din it-Taqsima tat-Talent Screener biss . Għalhekk trid tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti fit-tweġibiet tiegħek fit-Taqsima Talent Screener, anki jekk tkun diġà semmejtha f’taqsimiet oħra tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek. Il-mistoqsijiet huma bbażati fuq il-kriterji tas-selezzjoni inklużi f’dan l-avviż.

Ara l-ANNESS II għal-lista ta’ kriterji.

Biex jagħmel is-selezzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki, il-bord tas-selezzjoni l-ewwel jassenja piż lil kull kriterju tas-selezzjoni li jirrifletti l-importanza relattiva tiegħu (minn 1 sa 3) u t-tweġibiet ta’ kull kandidat jingħataw bejn 0 u 4 punti. Il-punti jiġu mbagħad immultiplikati bil-piż għal kull kriterju u magħduda flimkien sabiex jiġu identifikati dawk il-kandidati li l-profili tagħhom jaqblu l-aħjar id-dmirijiet li se jitwettqu.

Dawk il-kandidati li jkunu kisbu l-aħjar marki totali fis-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki biss jgħaddu għall-istadju li jmiss.

(5)    Iċ-ċentru ta’ valutazzjoni

Sa massimu ta’ 3 darbiet l-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija għal kull grad jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni online tiegħek u jekk għandek waħda mill- ogħla marki totali fis-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata jew tnejn f’ċentru ta’ valutazzjoni, x’aktarx fi Brussell , sabiex tagħmel it-testijiet fil- lingwa 2 tiegħek.

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter deskritti fil-punt 2 ma jkunux ġew organizzati minn qabel , tagħmilhom fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni. Dawn it-testijiet huma eliminatorji u l-marki miksuba mhux se jkunu miżjuda mal-marki ta’ testijiet oħra li jsiru fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni fil-kalkolu tal-punteġġ totali tiegħek.

Sakemm ma tkunx avżat mod ieħor, trid iġġib stikka tal-memorja elettronika li jkun fiha kopji skenjati tad-dokumenti ta’ sostenn tiegħek għaċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-EPSO jniżżel il-fajls tiegħek matul it-testijiet fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni tiegħek u jagħtik lura l-istikka tal-memorja fl-istess ġurnata.

Fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni jiġu ttestjati tmien kompetenzi ġenerali kif ukoll il-kompetenzi marbutin mal-qasam meħtieġa għall-kompetizzjoni permezz ta’ ħames testijiet (intervista ġenerali bbażata fuq il-kompetenza, intervista speċifika marbuta mal-qasam, eżerċizzju fi grupp, test bil-miktub fil-qasam u studju ta’ każ) kif deskritt fil-matriċijiet li ġejjin:

Kompetenza

Testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Eżerċizzju fi grupp

Studju ta’ każ

2.

Komunikazzjoni

Studju ta’ każ

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

3.

Kwalità u riżultati

Studju ta’ każ

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

4.

Tagħlim u żvilupp

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Eżerċizzju fi grupp

Studju ta’ każ

6.

Reżiljenza

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

7.

Ħidma ma’ oħrajn

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

8.

Ħiliet ta’ tmexxija

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

Marki minimi meħtieġa: 3/10 għal kull kompetenza u 40/80 b’kollox

Kompetenza

Test

Marka minima meħtieġa

Kompetenzi relatati mal-qasam

Intervista relatata mal-qasam

25/50

Eżami bil-miktub fil-qasam

25/50

(6)    Lista ta’ riżerva

Wara li jiċċekkja d-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati vis-à-vis l-informazzjoni pprovduta fil-formola ta’ applikazzjoni online tagħhom, il-Bord tas-Selezzjoni jistabbilixxi lista ta’ riżerva għal kull grad - sakemm jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ kandidati li għaddew - minn dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa kollha kif ukoll l-ogħla marki wara ċentru ta’ valutazzjoni. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku.

Il-lista ta’ riżerva u l-passaporti ta’ kompetenza, li jagħtu rispons kwalittativ mill-Bord tas-Selezzjoni, tal-kandidati ta’ suċċess jkunu disponibbli għall-istituzzjonijiet Ewropej fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u l-iżvilupp futur tal-karriera. L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva ma tagħti l-ebda dritt jew garanzija li persuna tiġi rreklutata .

OPPORTUNITAJIET INDAQS U AĠĠUSTAMENTI SPEĊJALI

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess ugwali lill-kandidati kollha.

Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ taffettwa l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn.

Skopri aktar dwar il-politika ta’ opportunitajiet indaqs tagħna u l-proċedura biex titlob aġġustamenti speċjali fuq il-websajt tagħna (https://epso.europa.eu/how-to-apply/equal-opportunities_mt) u fir-regoli Ġenerali annessi ma’ dan l-avviż (taħt il-punt 1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali).

META U FEJN NISTA’ NAPPLIKA?

Sabiex tapplika, l-ewwel trid toħloq kont tal-EPSO. Kun af li tista’ toħloq kont tal-EPSO wieħed biss għal kull applikazzjoni tal-EPSO.

Applika online fuq il-websajt tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sa:

l-14 ta’ Jannar 2020 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.


ANNESS I

DMIRIJIET

Din il-kompetizzjoni ġenerali hija maħsuba biex tirrekluta Amministraturi (AD 7/AD 9) fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali u l-ġestjoni ta’ għajnuna lil pajjiżi mhux tal-UE.

Id-dmirijiet ewlenin jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

l-analiżi ta’ politiki u kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp u mal-għajnuna umanitarja;

il-formulazzjoni ta’ orjentazzjoni strateġika għall-kooperazzjoni internazzjonali u l-għajnuna umanitarja tal-UE;

l-elaborazzjoni ta’ kooperazzjoni internazzjonali nazzjonali u reġjonali, għajnuna umanitarja u politiki ta’ żvilupp, inklużi politiki settorjali, u djalogi ta’ politika ma’ sħab u partijiet interessati rilevanti;

il-kontribut għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi u kwistjonijiet relatati mas-sigurtà;

l-identifikazzjoni u l-formulazzjoni ta’ proġetti u programmi ta’ kooperazzjoni internazzjonali u ta’ għajnuna umanitarja;

il-ġestjoni ta’ proġetti u programmi ta’ kooperazzjoni internazzjonali u ta’ għajnuna umanitarja inkluż l-abbozzar ta’ termini ta’ referenza, it-tfigħ ta’ offerti, l-għoti ta’ kuntratti u s-superviżjoni tal-implimentazzjoni ta’ kuntratti;

il-ġestjoni ta’ strumenti ffinanzjati mill-baġit tal-UE, inklużi strumenti ġestiti minn istituzzjonijiet finanzjarji f’isem il-Kummissjoni Ewropea;

it-tfassil, il-formulazzjoni u l-promozzjoni tal-użu ta’ strumenti finanzjarji f’kooperazzjoni mad-diversi interlokuturi interni u esterni u partijiet interessati;

B’żieda ma’ dan ta’ hawn fuq, kandidati ta’ suċċess tal-grad ta’ AD 9 jistgħu jkunu meħtieġa:

jimmaniġġjaw tim ta’ professjonisti.

Il-kandidati ta’ suċċess għandhom ikunu konxji li f’każ ta’ reklutaġġ x’aktarx iqattgħu ftit mill-karriera tagħhom jaħdmu f’delegazzjoni tal-UE f’pajjiżi fejn il-kundizzjonijiet tal-għajxien jistgħu jkunu diffiċli.

Dawk reklutati jridu jkunu lesti jaċċettaw l-ewwel allokament f’delegazzjoni f’pajjiż fejn il-kundizzjonijiet tal-għajxien jistgħu jkunu diffiċli.

Id-delegazzjonijiet jinsabu f’pajjiżi fejn dawn il-lingwi huma l-aktar mitkellma: L-Għarbi, l-Ingliż, il-Franċiż, il-Mandarin, il-Portugiż, ir-Russu u l-Ispanjol.

Tmiem l-ANNESS I, agħfas hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS II

KRITERJI TAS-SELEZZJONI

Il-Bord tas-Selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki:

Għal AD 7

1.

Esperjenza professjonali ta’ ħidma fil-kwartieri ġenerali jew f’rappreżentanza ta’ pajjiż ta’ organizzazzjoni bilaterali, multilaterali jew internazzjonali jew f’aġenzija/ministeru tal-għajnuna bilaterali (primarjament f’Delegazzjoni tal-UE, uffiċċju ta’ Ambaxxata/uffiċċju ta’ żvilupp ta’ Stat Membru tal-UE jew uffiċċju reġjonali tan-NU) fil-qasam tal-kompetizzjoni.

2.

Esperjenza professjonali fl-analiżi u l-iżvilupp tal-politika, jew fi djalogu politiku, fil-qasam tal-kompetizzjoni.

3.

Esperjenza professjonali fil-ġestjoni ta’ proġetti jew programmi ta’ kooperazzjoni internazzjonali u ta’ għajnuna umanitarja, b’mod partikolari fil-livell tal-qasam (fil-pajjiż benefiċjarju).

4.

Esperjenza professjonali fil-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi u kwistjonijiet relatati mas-sigurtà fil-qasam tal-kompetizzjoni.

5.

Esperjenza professjonali ta’ ħidma ma’ strumenti ta’ finanzjament internazzjonali fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali u l-għajnuna umanitarja, primarjament fir-rigward tal-appoġġ baġitarju, it-taħlit ta’ għotjiet u self jew strumenti oħra ta’ finanzjament.

6.

Esperjenza professjonali ta’ xogħol fis-settur privat f’kuntest ta’ żvilupp u/jew għajnuna umanitarja jew f’banek ta’ żvilupp internazzjonali.

7.

Esperjenza professjonali ta’ ħidma bi kwistjonijiet trasversali, primarjament fid-drittijiet tal-bniedem, il-governanza demokratika, il-governanza ekonomika jew l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qasam tal-kompetizzjoni.

8.

Għarfien ippruvat ta’ waħda jew aktar minn dawn il-lingwi li ġejjin għajr il-lingwi 1 u 2 tiegħek kif iddikjarat fl-applikazzjoni: L-Ingliż, il-Franċiż, il-Portugiż jew l-Ispanjol, (u lingwi oħra mhux tal-UE (b’mod partikolari: l-Għarbi, il-Mandarin u r-Russu)) (livell minimu meħtieġ: B2 tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)).

Għal AD 9

1.

Esperjenza professjonali ta’ ħidma fil-kwartieri ġenerali jew f’rappreżentanza ta’ pajjiż ta’ organizzazzjoni bilaterali, multilaterali jew internazzjonali jew f’aġenzija/ministeru tal-għajnuna bilaterali (primarjament f’Delegazzjoni tal-UE, uffiċċju ta’ Ambaxxata/uffiċċju ta’ żvilupp ta’ Stat Membru tal-UE jew uffiċċju reġjonali tan-NU) fil-qasam tal-kompetizzjoni.

2.

Esperjenza professjonali fl-analiżi u l-iżvilupp tal-politika, jew fi djalogu politiku, fil-qasam tal-kompetizzjoni.

3.

Esperjenza professjonali fil-ġestjoni ta’ proġetti jew programmi ta’ kooperazzjoni internazzjonali u ta’ għajnuna umanitarja, b’mod partikolari fil-livell tal-qasam (fil-pajjiż benefiċjarju).

4.

Esperjenza professjonali fit-tmexxija ta’ tim.

5.

Esperjenza professjonali fil-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi u kwistjonijiet relatati mas-sigurtà fil-qasam tal-kompetizzjoni.

6.

Esperjenza professjonali ta’ ħidma ma’ strumenti ta’ finanzjament internazzjonali fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali u l-għajnuna umanitarja, primarjament fir-rigward tal-appoġġ baġitarju, it-taħlit ta’ għotjiet u self jew strumenti oħra ta’ finanzjament.

7.

Esperjenza professjonali ta’ xogħol fis-settur privat f’kuntest ta’ żvilupp u/jew għajnuna umanitarja jew f’banek ta’ żvilupp internazzjonali.

8.

Esperjenza professjonali ta’ ħidma bi kwistjonijiet trasversali, primarjament fid-drittijiet tal-bniedem, il-governanza demokratika, il-governanza ekonomika jew l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qasam tal-kompetizzjoni.

9.

Għarfien ippruvat ta’ waħda jew aktar minn dawn il-lingwi li ġejjin għajr il-lingwi 1 u 2 tiegħek kif iddikjarat fl-applikazzjoni: L-Ingliż, il-Franċiż, il-Portugiż jew l-Ispanjol, (u lingwi oħra mhux tal-UE (b’mod partikolari: l-Għarbi, il-Mandarin u r-Russu)) (livell minimu meħtieġ: B2 tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)).

Tmien tal-ANNESS II, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS III

REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

INFORMAZZJONI ĠENERALI

Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.

Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.

Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.

1.   MIN JISTA’ JAPPLIKA?

1.1.   Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi

Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”.

Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jinħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” ta’ dan l-avviż li hija rilevanti għall-kompiti .

(a)

Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. F’dan ir-rigward, il-bord tas-selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni.

Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija.

(b)

L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u:

tikkostitwixxi xogħol ġenwin u effettiv;

tkun imħallsa;

tkun tinvolvi relazzjoni ta’ subordinazzjoni jew il-forniment ta’ servizz; kif ukoll

tkun suġġetta għal dawn il-kundizzjonijiet:

ħidma volontarja: jekk imħallsa u tinvolvi ħinijiet fil-ġimgħa u tul bħal impjieg normali;

apprendistati: jekk imħallsa;

servizz militari obbligatorju: magħmul qabel jew wara d-diploma meħtieġa għal perjodu li ma jaqbiżx it-tul ta’ żmien statutorju fl-Istat Membru tiegħek;

liv tal-maternità/tal-paternità/tal-adozzjoni: jekk kopert minn kuntratt ta’ impjieg;

dottorat: għal perjodu massimu ta’ tliet snin, bil-kundizzjoni li d-dottorat ikun effettivament inkiseb, u jekk ix-xogħol kienx imħallas jew le; kif ukoll

xogħol part-time: ikkalkulat pro rata skont in-numru ta’ sigħat maħduma, pereżempju half-time għal sitt xhur ikun jiswa daqs tliet xhur.

1.2.   Dokumenti ta’ sostenn

Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).

Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:

dokumenti minn impjegatur(i) fil-passat kif ukoll mill-impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew

il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa;

(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti;

(għall-interpreti ta’ konferenzi, fejn l-esperjenza professjonali hija meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ jiem, u l-lingwi interpretati minn u lejn, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni ta’ konferenzi.

B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.

Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ sostenn għandek bżonn tipprovdi u meta.

1.3.   Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali

Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn. Jekk diżabilità jew kundizzjoni tiżviluppa wara li tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.

Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li l-akkomodazzjoni raġonevoli tista’ ssir meta dan ikun meħtieġ.

Jekk tiltaqa’ ma’ xi kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà, jew jekk għandek bżonn aktar informazzjoni, ikkuntattja t-tim tal-aċċessibbiltà tal-EPSO bil-:

posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu);

faks (+ 32 22998081); jew

posta:

European Personnel Selection Office (EPSO)

EPSO accessibility

Avenue de Cortenbergh/Kortenberglaan 25

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

2.   MINN MIN NIĠI VVALUTAT?

Jiġi maħtur bord tas-selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.

Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-bord tas-selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.

Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom iridu jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.

L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-bordijiet tas-selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).

L-ismijiet tal-membri tal-ġurija huma ppubblikati fuq is-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) qabel il-bidu taċ-ċentru/fażi ta’ valutazzjoni.

3.   KOMUNIKAZZJONI

3.1.   Komunikazzjoni mal-EPSO

Jinħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, trid tinnotifika lill-EPSO immedjatament u esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.

F’kull korrispondenza relatata ma’ applikazzjoni, semmi ismek kif mogħti fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.

L-EPSO japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba https://ec.europa.eu/info/about-european-union/principles-and-values/ethics-and-integrity/code-conduct-eu-staff_mt (kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali). Għaldaqstant, l-EPSO jirriserva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrelevanti).

3.2.   Aċċess għall-informazzjoni

Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personali, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.

Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.

Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.

3.2.1.   Żvelar awtomatiku

Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:

It-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza/l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament;

eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità li ma kinux issodisfati;

Talent Screener (Evalwatur tat-Talenti): ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek;

testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek;

testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss;

fażi/ċentru ta’ valutazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-bord tas-selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru/fil-fażi ta’ valutazzjoni.

Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunikax lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, peress li dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:

it-testijiet ikunu tlestew;

ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll

it-testi sors/l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri.

3.2.2.   Informazzjoni fuq talba

Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal eżerċizzji tal-e-tray u studji ta’ każijiet.

Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u ma jiġux żvelati.

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.

Kull talba għal informazzjoni jinħtieġ li tkun mibgħuta permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.

4.   ILMENTI U KWISTJONIJIET

4.1.   Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi

Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO immedjatament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

F’kull korrispondenza, indika ismek (kif mogħti fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru tal-proċedura tas-selezzjoni.

Jekk il-problema sseħħ f’ċentru tat-testijiet:

tavża lill-inviġilaturi immedjatament sabiex tkun tista’ tiġi investigata soluzzjoni fiċ-ċentru nnifsu. F’kull każ, itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll

ikkuntattja lill-EPSO mhux iktar tard minn tlett (3) ijiem kalendarji wara t-testijiet tiegħek permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.

Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju prinċipalment dwar il-proċess tal-ibbukkjar tat-test), segwi l-istruzzjonijiet fil-kont EPSO tiegħek u fuq is-sit web tal-EPSO jew ikkuntattja lill-EPSO minnufih permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).

Għal kwistjonijiet bl-applikazzjoni tiegħek, trid tikkuntattja lill-EPSO immedjatament u f’kull każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt). Mistoqsijiet mibgħuta inqas minn ħamest (5) ijiem tax-xogħol qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet jistgħu ma jitweġbux qabel l-iskadenza.

4.2.   Proċeduri ta’ reviżjoni interna

4.2.1.   Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)

Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-bordijiet tas-selezzjoni.

Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-bord tas-selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).

Taħt din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-avviż tal-kompetizzjoni.

L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien tlitt (3) ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter;

tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun.

Ma jiġux ikkunsidrati t-talbiet li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.

B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.

L-istess proċedura ta’ eżami mill-ġdid tapplika fir-rigward ta’ żbalji fl-eżerċizzju tal-e-tray.

4.2.2.   Talbiet għal rieżami

Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-bord tas-selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.

It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:

irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew

nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż tal-kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza.

Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-bord tas-selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, l-esperjenza u/jew il-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li hija għamel żball. It-talbiet għal rieżami ppreżentati fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.

L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.

Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.

4.3.   Forom oħra ta’ kontestazzjoni

4.3.1.   Ilmenti amministrattivi

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.

Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn bord tas-selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).

L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li fiha d-deċiżjoni suppost saret;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

4.3.2.   Appelli ġudizzjarji

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt tippreżenta appell ġudizzjarju lill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Innota li l-appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO minflok milli mill-bord tas-selezzjoni ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali biss jekk ikun ippreżentat ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 4.3.1). B’mod partikolari, dan huwa l-każ bid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-kriterji ġenerali tal-eliġibbiltà, li huma meħuda mill-EPSO u mhux mill-bord tal-għażla.

L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:

proċedura: ikkonsulta l-websajt tal-Qorti Ġenerali (http://curia.europa.eu/jcms/).

4.3.3.   L-Ombudsman Ewropew

Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew.

Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1-4.3).

L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ lmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.

L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:

proċedura: Ikkonsulta l-websajt tal-Ombudsman Ewropew (http://www.ombudsman.europa.eu/).

4.4.   Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni

Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju ta’ proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li int:

ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed;

applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli;

ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibilità;

għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa;

ma bbukkjajtx jew ma għamiltx wieħed jew iżjed mit-testijiet tiegħek;

qarraqt waqt it-testijiet;

ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwi meħtieġa f’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, jew ma ddikjarajtx il-livell(i) minimu/i meħtieġ(a) għal dawn il-lingwi;

ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat;

inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni;

bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ sostenn jew tikketti/titoli ta’ diplomi); u/jew

iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi.

Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.

Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS IV

EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI SKONT IL-PAJJIŻ U L-GRAD LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONIJIET

Ikklikkja hawn għal verżjoni li tinqara faċilment ta’ dawn l-eżempji

PAJJIŻ

Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6

Minn AST 1 sa AST 7

Minn AST 3 sa AST 11

Minn AD 5 sa AD 16

Edukazzjoni sekondarja (li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja)

Edukazzjoni postsekondarja (kors postsekondarju iżda mhux Universitarju jew kors Universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn)

Edukazzjoni universitarja (mill-anqas tliet snin)

Edukazzjoni universitarja (erba’ snin jew aktar)

Belgique —

België —

Belgien

Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs

Diplôme d'aptitude à accéder à l'enseignement supérieur (DAES)/Getuigschrift van hoger secundair onderwijs

Diplôme d'enseignement professionnel/Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs

Candidature/Kandidaat

Graduat/Gegradueerde

Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor

Bachelor académique (180 crédits)

Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS)

Licence/Licentiaat

Master

Diplôme d'études approfondies (DEA)

Diplôme d'études spécialisées (DES)

Diplôme d'études supérieures spécialisées (DESS)

Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS)

Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS)

Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

Agrégation/Aggregaat

Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur

Doctorat/Doctoraal diploma

България

Диплома за завършено средно образование

Специалист по …

 

Диплома за висше образование

Бакалавър

Магистър

Česká republika

Vysvědčení o maturitní zkoušce

Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.)

Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář)

Diplom o ukončení vysokoškolského studia

Magistr

Doktor

Danmark

Bevis for:

Studentereksamen

Højere Forberedelseseksamen (HF)

Højere Handelseksamen (HHX)

Højere Afgangseksamen (HA)

Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX)

Videregående uddannelser

= Bevis for = Eksamensbevis som (erhvervsakademiuddannelse AK)

Bachelorgrad (BA eller BS)

Professionsbachelorgrad

Diplomingeniør

Kandidatgrad/Candidatus

Master/Magistergrad (mag.art)

Licenciatgrad

ph.d.-grad

Deutschland

Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife

Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife

 

Fachhochschulabschluss

Bachelor

Hochschulabschluss /Fachhochschulabschluss / Master

Magister Artium/Magistra Artium

Staatsexamen/Diplom

Erstes Juristisches Staatsexamen

Doktorgrad

Eesti

Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus

Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta

Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta

Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti)

Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

Rakenduskõrghariduse diplom

Bakalaureusekraad (160 ainepunkti)

Magistrikraad

Arstikraad

Hambaarstikraad

Loomaarstikraad

Filosoofiadoktor

Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

Éire/Ireland

Ardteistiméireacht, Grád D3, I 5 ábhar/Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects

Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)/Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP)

Teastas Náisiúnta/National Certificate

Gnáthchéim bhaitsiléara/Ordinary bachelor degree

Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)/National diploma (ND, Dip.)

Ardteastas (120 ECTS)/Higher Certificate (120 ECTS)

Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)/Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)/Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS)

Céim ollscoile/University degree

Céim mháistir (60-120 ECTS)/Master’s degree (60-120 ECTS)

Dochtúireacht/Doctorate

Ελλάδα

Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου

Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (ΙΕΚ)

 

Πτυχίο ΑΕΙ (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕΙ)

Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος)

Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

España

Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU)

Bachillerato

BUP

Diploma de Técnico especialista

FP grado superior (Técnico superior)

Diplomado/Ingeniero técnico

Licenciatura

Máster

Ingeniero

Título de Doctor

France

Baccalauréat

Diplôme d'accès aux études universitaires (DAEU)

Brevet de technicien

Diplôme d'études universitaires générales (DEUG)

Brevet de technicien supérieur (BTS)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Diplôme d'études universitaires scientifiques et techniques (DEUST)

Licence

Maîtrise

Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d'études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d'études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d'études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche

Diplôme des grandes écoles

Diplôme d'ingénieur

Doctorat

Hrvatska

Svjedodžba o državnoj maturi

Svjedodžba o završnom ispitu

Stručni pristupnik/pristupnica

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Stručni specijalist

Magistar struke

Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing)

Doktor struke

Doktor umjetnosti

Italia

Diploma di maturità (vecchio ordinamento)

Perito ragioniere

Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore

Diploma universitario (DU)

Certificato di specializzazione tecnica superiore

Attestato di competenza (4 semestri)

Diploma di laurea – L (breve)

Diploma di laurea (DL)

Laurea specialistica (LS)

Master di I livello

Dottorato di ricerca (DR)

Κύπρος

Απολυτήριο

Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory)

Higher Diploma

 

Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor

Master

Doctorat

Latvija

Atestāts par vispārējo vidējo izglītību

Diploms par profesionālo vidējo izglītību

Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību

Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu)

Bakalaura diploms (160 kredītpunktu)

Profesionālā bakalaura diploms

Maģistra diploms

Profesionālā maģistra diploms

Doktora grāds

Lietuva

Brandos atestatas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštesniojo mokslo diplomas

Profesinio bakalauro diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Bakalauro diplomas

Magistro diplomas

Daktaro diplomas

Meno licenciato diplomas

Luxembourg

Diplôme de fin d’études secondaires et techniques

BTS

Brevet de maîtrise

Brevet de technicien supérieur

Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Bachelor

Diplôme d'ingénieur technicien

Master

Diplôme d'ingénieur industriel

DESS en droit européen

Magyarország

Gimnáziumi érettségi bizonyítvány

Szakközépiskolai érettségi-képesítő bizonyítvány

Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme)

Főiskolai oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits)

Egyetemi oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits)

Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés)

Doktori fokozat

Malta

Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher)

Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5 2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent

MCAST diplomas/certificates

Higher National Diploma

Bachelor’s degree

Bachelor’s degree

Master of Arts

Doctorate

Nederland

Diploma VWO

Diploma staatsexamen (2 diploma's)

Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO)

Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO)

Kandidaatsexamen

Associate degree (AD)

Bachelor (WO)

HBO bachelor degree

Baccalaureus of „Ingenieur”

HBO/WO Master's degree

Doctoraal examen/Doctoraat

Österreich

Matura/Reifeprüfung

Reife- und Diplomprüfung

Berufsreifeprüfung

Kollegdiplom/Akademiediplom

Fachhochschuldiplom / Bakkalaureus/ Bakkalaurea

Universitätsdiplom

Fachhochschuldiplom

Magister/Magistra

Master

Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur

Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis

Doktortitel

Polska

Świadectwo dojrzałości

Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego

Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego

Świadectwo ukończenia szkoły policealnej

Licencjat/Inżynier

Magister/Magister inżynier

Dyplom doktora

Portugal

Diploma de Ensino Secundário

Certificado de Habilitações do Ensino Secundário

 

Bacharel Licenciado

Licenciado

Mestre

Doutorado

România

Diplomă de bacalaureat

Diplomă de absolvire (colegiu universitar)

Învățământ preuniversitar

Diplomă de licență

Diplomă de licență

Diplomă de inginer

Diplomă de urbanist

Diplomă de master

Certificat de atestare (studii academice postuniversitare)

Diplomă de doctor

Slovenija

Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu)

Diploma višje strokovne šole

Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

Univerzitetna diploma

Magisterij

Specializacija

Doktorat

Slovensko

Vysvedčenie o maturitnej skúške

Absolventský diplom

Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár)

Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia

Bakalár (Bc.)

Magister

Magister/Inžinier

ArtD.

Suomi/Finland

Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus - Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning

Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier)

Ammatillinen opistoasteen tutkinto -Yrkesexamen på institutnivå

Kandidaatin tutkinto -Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto - Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa - studieveckor)

Maisterin tutkinto - Magisterexamen/ Ammattikorkeakoulututkinto - Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa - studieveckor)

Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen - antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen

Lisensiaatti/Licentiat

Sverige

Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning)

Högskoleexamen (80 poäng)

Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år

Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)

Licentiatexamen

Doktorsexamen

Meriter på avancerad nivå:

Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng

Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Meriter på forskarnivå:

Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

United Kingdom

General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E)

BTEC National Diploma

General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level

Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level)

Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC

Diploma of Higher Education (DipHE)

National Vocational Qualifications (NVQ)

Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4

(Honours) Bachelor degree

NB: Master’s degree in Scotland

Honours Bachelor degree

Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc)

Doctorate

Tmiem tal-ANNESS IV, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali