ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
Il-Kumitat tar-Reġjuni |
|
2019/C 404/01 |
||
|
OPINJONIJIET |
|
2019/C 404/02 |
||
2019/C 404/03 |
||
2019/C 404/04 |
||
2019/C 404/05 |
||
2019/C 404/06 |
||
2019/C 404/07 |
||
2019/C 404/08 |
||
2019/C 404/09 |
||
2019/C 404/10 |
|
III Atti preparatorji |
|
|
Il-Kumitat tar-Reġjuni |
|
2019/C 404/11 |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kumitat tar-Reġjuni
29.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404/1 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġiji makroreġjonali, bħar-Reġjun tad-Danubju: qafas għall-promozzjoni tar-raggruppamenti transnazzjonali
(2019/C 404/01)
Relatur |
: |
Dainis Turlais (LV/ALDE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Riga |
Dokument ta’ referenza |
: |
Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni ta’ strateġiji makroreġjonali tal-UE COM(2019) 21 final |
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
1. |
Jilqa’ t-talba tal-Presidenza Rumena lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għal opinjoni dwar il-kompetittività u l-politika industrijali tal-Unjoni Ewropea, bil-għan li jiġu żviluppati raggruppamenti transnazzjonali għal konverġenza ekonomika aħjar fil-livell makroreġjonali (bħal pereżempju r-Reġjun tad-Danubju); |
2. |
Jilqa’ t-tieni rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE, li jivvaluta l-implimentazzjoni tal-erba’ strateġiji makroreġjonali (1) għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u jeżamina l-iżvilupp ulterjuri ta’ dawn l-istrateġiji fid-dawl tal-possibbiltà ta’ qafas baġitarju tal-UE wara l-2020. Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (2) li jakkumpanja din il-Komunikazzjoni jinkludi valutazzjonijiet dettaljati ta’ kull strateġija makroreġjonali; |
3. |
Jilqa’ l-fatt li r-rapport tal-Kummissjoni Ewropea jidentifika kisbiet konkreti fl-oqsma tal-ambjent u t-tibdil fil-klima kif ukoll ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-iżvilupp ekonomiku u l-konnettività. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni ġustament tirreferi għall-problemi li jiffaċċjaw dawk responsabbli għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali: livelli differenti ta’ kapaċità amministrattiva u ta’ żvilupp ekonomiku, u problemi fil-qasam tal-governanza f’diversi livelli u l-aċċess għall-kapital; |
4. |
Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Mejju 2019 dwar l-implimentazzjoni ta’ Strateġiji Makroreġjonali tal-UE (3), li jappellaw lill-pajjiżi parteċipanti biex isaħħu s-sjieda u l-appoġġ politiku fil-livell nazzjonali filwaqt li jitrawwem l-involviment tal-partijiet interessati lokali u reġjonali, kif ukoll jenfasizza l-importanza li jkomplu jintużaw strateġiji makroreġjonali bħala qafas strateġiku li jippromovi l-implimentazzjoni aktar koerenti u sinerġetika tal-politiki, il-programmi u l-fondi tal-UE; |
5. |
Jenfasizza li l-governanza f’diversi livelli mhijiex biss essenzjali f’termini ta’ koordinazzjoni fil-livell makroreġjonali u nazzjonali. L-involviment dirett tar-rappreżentanti tal-bliet u r-reġjuni huwa ferm aktar importanti; |
6. |
Ifakkar li l-istrateġiji makroreġjonali għandhom l-għeruq tagħhom f’viżjoni Ewropea ġenwina u profonda (4) u jilqa’ d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fir-rapport li l-istrateġiji makroreġjonali joffru potenzjal kbir u jrawmu l-kooperazzjoni, kemm fi ħdan l-UE kif ukoll bejn l-UE u l-pajjiżi ġirien tagħha, b’mod uniku u innovattiv. Il-Kumitat itenni li l-UE teħtieġ viżjoni transkonfinali għall-iżvilupp territorjali (5); |
7. |
Ifakkar li l-objettiv ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali stabbilit fit-Trattat ta’ Lisbona għadu ma ntlaħaqx. It-tkabbir ekonomiku u l-prosperità li jġib miegħu għaċ-ċittadini ser jagħtu saħħa reali lill-UE. Billi jisfruttaw il-potenzjal tal-livelli kollha tal-gvern fl-UE biex jiġi promoss it-tkabbir ekonomiku, l-istrateġiji makroreġjonali jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti biex, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, jallinjaw l-istandards tal-għajxien ta’ dawk li jgħixu f’żoni ġirien u b’hekk jikkontribwixxu wkoll b’suċċess għall-objettiv ta’ koeżjoni stabbilit fit-Trattat tal-UE. It-titjib tal-benesseri taċ-ċittadini għandu jkun fil-qalba ta’ kull dokument ta’ strateġija; |
8. |
Ifakkar li l-istrateġiji makroreġjonali żviluppaw f’għodda sinifikanti ta’ koordinazzjoni territorjali minn isfel għal fuq li permezz tagħha jista’ jinkiseb “użu aktar effettiv tal-potenzjali komuni tal-makroreġjuni” (6). Huma joffru opportunitajiet għal governanza ġenwina f’diversi livelli mingħajr burokrazija ġdida u fl-istess ħin inaqqsu d-distakk bejn il-politiki Ewropej u dawk lokali permezz tal-involviment dirett ta’ rappreżentanti tal-bliet u r-reġjuni; |
9. |
Jilqa’ l-ħidma tal-Kummissjoni fil-qasam tal-politika tar-raggruppamenti u jappella għal rabta aktar mill-qrib bejn il-politika tar-raggruppamenti u l-istrateġiji makroreġjonali. Din tista’ tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u l-kisba tal-objettivi ta’ koeżjoni, peress li l-għan ewlieni tal-politika msemmija huwa t-tisħiħ tal-vantaġġi tal-kompetittività reġjonali. Ir-raggruppamenti diġà taw kontribut reali u pożittiv ħafna għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali. Pereżempju, il-proġett “DanuBioValNet” (7) fir-Reġjun tad-Danubju ser joħloq ktajjen ġodda ta’ valur għall-prodotti bijoloġiċi. L-istrateġiji makroreġjonali jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ raggruppamenti iżda ma jillimitawx ruħhom għaż-żona ġeografika ta’ strateġija makroreġjonali; |
10. |
Jirreferi għall-Opinjoni tiegħu dwar “L-implimentazzjoni ta’ strateġiji makroreġjonali” (8), li tappoġġja l-prinċipju ta’ “Tliet Iva” biex jittejjeb il-funzjonament tal-istrateġiji makroreġjonali: “Il-KtR jgħid iva għal sinerġiji aħjar bi strumenti ta’ finanzjament, iva għal integrazzjoni aħjar tal-istrutturi eżistenti fl-istrateġiji makroreġjonali u iva għal implimentazzjoni aħjar tar-regoli eżistenti.” Il-Kumitat jiddispjaċih li l-Kummissjoni Ewropea ma qisitx din il-proposta; |
11. |
Jaqbel bis-sħiħ mal-fehma tal-Presidenza Taljana tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Alpi li l-integrazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE fil-qafas legali tal-Politika ta’ Koeżjoni għas-snin 2021-2027 tkun ta’ vantaġġ għal kulħadd, peress li ssaħħaħ dawn l-istrateġiji u tgħin fit-titjib tal-koeżjoni territorjali tal-Unjoni; |
12. |
Huwa miftuħ għal inizjattiva għal strateġija makroreġjonali ġdida żviluppata u appoġġjata minn diversi Stati Membri u reġjuni b’mod konġunt biex tindirizza sfidi komuni f’żona ġeografika definita. Meta jiġi vvalutat it-tfassil ta’ strateġija makroreġjonali ġdida, wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-funzjonament tal-istrateġiji makroreġjonali eżistenti m’għandux isir aktar diffiċli; |
13. |
Jappoġġja l-inizjattiva biex tinħoloq Strateġija tal-UE għar-reġjun tal-Karpazji, li tifforma qafas permanenti għall-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi, ir-reġjuni u l-komunitajiet tal-Karpazji. Il-ħolqien ta’ dokument strateġiku għar-reġjun tal-Karpazji, minn naħa, se jiffoka fuq il-problemi li jiffaċċja l-makroreġjun u, min-naħa l-oħra, se joħloq opportunitajiet għall-potenzjal kulturali u ambjentali speċifiku tal-istati tal-Karpazji. L-involviment ta’ ħafna atturi li jirrappreżentaw kemm il-livell lokali u reġjonali kif ukoll il-livell nazzjonali u Ewropew għandu jiġi enfasizzat hawnhekk fil-proċess tal-istabbiliment ta’ din l-istrateġija, li fost l-oħrajn hija riflessa fl-attivitajiet tal-Grupp Interreġjonali tal-Karpazji fi ħdan il-Kumitat tar-Reġjuni; |
14. |
Jappoġġja d-diskussjoni tar-reġjuni u l-istati tal-Atlantiku, li attwalment jipparteċipaw fl-istrateġija tal-baċiri tal-baħar tal-Atlantiku, bil-għan li tinħoloq strateġija makroreġjonali bbażata fuq il-kooperazzjoni bejn l-imsieħba tal-Atlantiku li ilha teżisti għal għexieren ta’ snin. Strateġija makroreġjonali għaż-Żona tal-Atlantiku tikkomplementa l-istrateġija marittima attwali, billi tagħtiha dimensjoni politika u governanza f’diversi livelli li tista’ tinkludi stati u reġjuni terzi, testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal kwistjonijiet territorjali u tippromovi koerenza akbar bejn il-prijoritajiet tematiċi u l-istrumenti ta’ finanzjament eżistenti. Il-fokus tal-istrateġija makroreġjonali jkun il-qasam marittimu bħal, pereżempju, l-enerġiji tal-oċean, li ġew identifikati bħala prijorità għall-partijiet interessati tal-Atlantiku, kif ukoll oqsma rilevanti bħall-impjieg jew it-taħriġ; |
Finanzjament u governanza
15. |
Jenfasizza li l-istrateġiji makroreġjonali u l-programmi ta’ politika settorjali tal-UE, bħall-Orizzont 2020, Erasmus+, Ewropa Kreattiva, il-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME), LIFE, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-fondi tal-UE għal investimenti strateġiċi, għandhom jiġu integrati aktar sabiex jinħolqu sinerġiji għar-riżoluzzjoni konġunta tal-problemi urġenti; |
16. |
Jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura sinerġiji aħjar mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali permezz tal-proposta leġislattiva tagħha dwar il-kooperazzjoni territorjali Ewropea (9); jinnota, madankollu, li dawn l-aġġustamenti jkopru biss proporzjon żgħir ħafna tal-finanzjament tal-UE; |
17. |
Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li l-prijoritajiet tal-istrateġiji makroreġjonali jiġu allinjati aħjar mal-fondi tal-UE permezz tal-koordinazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ippjanar mal-implimentaturi ewlenin tal-istrateġiji makroreġjonali qabel il-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ sħubija. Il-pajjiżi u r-reġjuni involuti fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali jridu jaqblu fuq il-prijoritajiet ta’ dawn l-istrateġiji permezz ta’ approċċ minn isfel għal fuq u b’mod konġunt; |
18. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura koordinazzjoni mhux biss fi ħdan u bejn l-Istati Membri, iżda wkoll fit-tielet livell, dak Ewropew. L-istrateġiji makroreġjonali jkopru firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika u qed jiġu żviluppati b’mod separat mill-politika tal-UE dwar il-kooperazzjoni territorjali (KTE). Għaldaqstant, l-istrateġiji politiki li jikkonċernaw il-finanzjament fil-livell makroreġjonali mhumiex marbutin ma’ xulxin. Sabiex jiġi żgurat approċċ ġenwin f’diversi livelli, l-istrateġiji makroreġjonali għandhom jiġu implimentati wkoll taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Kummissjoni, filwaqt li jiġi żgurat li l-ħidma ta’diversi Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni tkun integrata f’kull strateġija makroreġjonali; |
19. |
Iqis li n-netwerk tal-awtoritajiet nazzjonali, li ilu jmexxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku sa mill-2016, huwa eżempju tajjeb ta’ koordinazzjoni minn isfel għal fuq li tista’ tiġi promossa f’oqsma ta’ politika settorjali oħra u f’żoni ġeografiċi oħra; |
20. |
Jaqbel bis-sħiħ mal-Kummissjoni Ewropea li l-implimentazzjoni b’suċċess tal-istrateġiji makroreġjonali tiddependi mill-impenn tal-Istati Membri u r-reġjuni. Dawn l-istrateġiji ma jilħqux il-potenzjal tagħhom u ma jkunux jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv jekk l-Istati Membri u r-reġjuni ma jirċevux ir-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa; |
21. |
Jenfasizza li l-istrateġiji makroreġjonali jgħinu fil-koordinazzjoni tal-ħidma u l-għarfien espert tal-istrutturi eżistenti u jagħmlu l-użu tar-riżorsi finanzjarji disponibbli aktar effettiv, u b’dan il-mod taw xhieda tal-importanza tagħhom għall-promozzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-prinċipju tal-governanza f’diversi livelli fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-UE; |
Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE
22. |
Itenni l-pożizzjoni tiegħu, b’mod partikolari fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, li l-istrateġiji makroreġjonali jistgħu jappoġġjaw ukoll l-iżvilupp integrat lil hinn mill-fruntieri tal-UE; jissuġġerixxi, għalhekk, li jiġi kkunsidrat kif l-istrateġiji makroreġjonali jistgħu jgħinu fit-tfassil ta’ relazzjonijiet futuri bejn ir-Renju Unit u l-UE, u jistieden liż-żewġ naħat biex jinvolvu mill-qrib lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-diskussjonijiet ulterjuri dwar din il-kwistjoni; |
23. |
Jirrimarka li l-KtR jirrikonoxxi l-istrateġiji makroreġjonali li jinvolvu r-reġjuni tar-Renju Unit u tal-UE jistgħu jkunu għodda importanti li, fil-futur, se tiżgura programmazzjoni konġunta sostenibbli, koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn il-bliet u r-reġjuni tar-Renju Unit u tal-UE. Il-KtR jappella għall-involviment attiv tal-bliet u r-reġjuni fit-tfassil ta’ din il-kooperazzjoni; |
Raggruppamenti
24. |
Jirrimarka li f’dinja fejn il-kompetizzjoni globali ma għadhiex biss kompetizzjoni bejn in-negozji, iżda wkoll bejn ir-reġjuni, ir-raggruppamenti jaqdu rwol importanti, bħala ċentri fejn hemm konċentrazzjoni ta’ ħiliet, biex iżidu l-prosperità u l-kompetittività tar-reġjuni u jagħtu spinta lill-iżvilupp ekonomiku tagħhom, u b’hekk jikkontribwixxu għall-koeżjoni territorjali; |
25. |
Ifakkar li r-raggruppamenti huma xpruni importanti tal-innovazzjoni, peress li huma ugwalment interessanti għall-investituri u għall-innovaturi u jgħaqqdu lin-negozji, l-awtoritajiet lokali, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka u taħriġ; iqis li huwa ta’ importanza kbira li jiġu involuti r-raggruppamenti fl-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, b’mod partikolari fil-pjattaformi tematiċi S3 promossi mill-Kummissjoni Ewropea. L-impulsi naturali għal approċċ ta’ raggruppament jistgħu jkunu bbażati fuq strateġiji makroreġjonali; jenfasizza li koordinazzjoni effettiva bejn strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u politiki reġjonali u nazzjonali hija importanti biex tiġi żgurata kooperazzjoni interreġjonali effettiva, u għalhekk il-valur miżjud tal-istrateġiji makroreġjonali, permezz ta’ preżenza akbar ta’ raggruppament u aċċess aħjar għall-finanzi li jippromovi żvilupp armonjuż taż-żoni affettwati; itenni l-ħtieġa li jiġu żgurati opportunitajiet ta’ finanzjament sostenibbli sabiex jissaħħu l-inizjattivi ta’ raggruppament fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti fil-kooperazzjoni interreġjonali u transnazzjonali; |
26. |
Jirrimarka li l-kooperazzjoni bejn ir-raggruppamenti hija għodda promettenti għat-titjib tal-kapaċità ta’ innovazzjoni tar-reġjuni, u għalhekk l-organizzazzjonijiet tar-raggruppamenti għall-kooperazzjoni transkonfinali jew reġjonali m’għandhomx ikunu limitati għall-Ewropa biss, iżda għandu jkollhom firxa globali bil-għan li jiffurmaw raggruppamenti globali. L-istrateġiji makroreġjonali bejn ir-reġjuni tal-UE, l-Istati Membri u, fejn xieraq, pajjiżi terzi, jistgħu jipprovdu qafas xieraq għal tali kooperazzjoni; |
27. |
Ifakkar fil-konklużjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Marzu 2018 li appella għal aktar żvilupp tal-politika Ewropea tar-raggruppamenti, sabiex jinħoloq netwerk ta’ raggruppamenti reġjonali, ibbażat fuq il-prinċipji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u biex jiġu żviluppati raggruppamenti pan-Ewropej ta’ klassi dinjija, sabiex jiġi appoġġjat il-ħolqien ta’ ktajjen ta’ valur ġodda madwar l-Ewropa. Il-finanzjament għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti fl-UE kollha għandu għalhekk jiġi żgurat fil-baġit li jmiss għall-Interreg; |
28. |
Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Mejju 2019 dwar l-implimentazzjoni ta’ Strateġiji Makroreġjonali tal-UE (10), li jappellaw biex jittieħed vantaġġ mir-rabtiet bejn l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u r-raggruppamenti sabiex l-ekosistemi, kif ukoll il-politiki industrijali u ta’ innovazzjoni jkunu konnessi aħjar fi ħdan l-istrateġiji makroreġjonali; |
29. |
Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa miżuri biex jiġu promossi aktar l-attivitajiet tar-raggruppamenti u l-kooperazzjoni tagħhom, u b’hekk, b’mod partikolari, tissaħħaħ id-dimensjoni reġjonali tar-raggruppamenti; barra minn hekk, approċċ territorjali u reġjonali għandu jiżgura aktar koerenza u sinerġiji fil-politiki tar-raggruppamenti; |
30. |
Jemmen li l-istrateġiji makroreġjonali jistgħu jikkontribwixxu għal ambjent favur ir-raggruppamenti. Dan se jippermetti li l-amministrazzjonijiet pubbliċi, b’mod partikolari l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja, iċ-ċentri ta’ riċerka u l-kumpaniji jaġixxu b’mod koordinat. Ir-raggruppamenti transkonfinali jippromovu b’mod naturali l-kooperazzjoni bejn imsieħba differenti lil hinn mill-konfini ġeografiċi u settorjali; |
31. |
Jistieden lill-UE tippromovi aktar l-kooperazzjoni transkonfinali fil-politika tar-raggruppamenti tagħha, pereżempju billi tappoġġja t-tfittxija għal imsieħba internazzjonali għal raggruppamenti (u l-membri tagħhom) u, sa ċertu punt, tipprovdi finanzjament għall-ittestjar u l-iżvilupp ulterjuri ta’ kooperazzjoni bejn ir-raggruppamenti. Dan l-approċċ ġie implimentat b’suċċess, pereżempju, għall-proġett “Innovation Express” fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku (11); |
Strateġija makroreġjonali għar-Reġjun tad-Danubju
32. |
Jinnota li r-Reġjun tad-Danubju għandu differenzi sinifikanti f’termini ta’ innovazzjoni, fejn xi reġjuni jagħmlu parti mill-grupp tar-reġjuni bl-aħjar prestazzjoni fl-UE, filwaqt li xi reġjuni oħrajn għadhom lura. Dan huwa dovut għal kundizzjonijiet qafas mhux ekwi u għall-firxa wiesgħa ta’ proċeduri ta’ governanza fil-qasam tar-riċerka u l-investiment. Jappella, f’dan il-kuntest, li jkun hemm koordinazzjoni aħjar tal-politiki pubbliċi rilevanti u investimenti aktar intelliġenti u mmirati, inkluż fil-qafas tal-programmi tal-UE; |
33. |
Jirrimarka li t-tkabbir relattivament b’saħħtu tal-SMEs huwa wieħed mill-aktar fatturi importanti għall-kompetittività tal-makroreġjun tad-Danubju. Peress li l-inizjattivi tar-raggruppamenti tipikament jiffokaw fuq l-SMEs u hemm korrelazzjoni qawwija u pożittiva bejn il-prestazzjoni tal-innovazzjoni reġjonali u l-kompetittività reġjonali, dan jista’ jipprovdi opportunità biex reġjun itejjeb il-kompetittività tiegħu; |
34. |
Jirrimarka li t-titjib tal-kompetittività fil-livell makroreġjonali jirrikjedi approċċ aktar attiv u li hemm bżonn li jissaħħaħ il-qafas għall-iżvilupp futur tar-raggruppamenti, anke jekk diġà qed jitwettqu diversi proġetti u inizjattivi promettenti mill-makroreġjuni. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet responsabbli mit-twettiq tal-istrateġija makroreġjonali biex mhux biss jissorveljaw u jivvalutaw il-progress u r-riżultati tal-implimentazzjoni ta’ dawn l-inizjattivi, iżda wkoll biex jisiltu konklużjonijiet, jaqsmu l-esperjenzi u joffru mekkaniżmi ġodda biex tingħata spinta lit-tkabbir u tissaħħaħ il-kompetittività fil-livell makroreġjonali; |
35. |
Huwa favur il-kunsiderazzjoni tal-possibbiltà li tiġi żviluppata strateġija ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti għall-makroreġjun tad-Danubju, filwaqt li jitqiesu l-vantaġġi u l-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjun, bħat-tkabbir relattivament b’saħħtu tal-SMEs; |
36. |
Jitlob li jingħata bidu għal skambju sistematiku ta’ esperjenzi, informazzjoni u data ma’ strateġiji makroreġjonali oħra, sabiex tiġi appoġġjata l-kompetittività tal-makroreġjuni li jiffukaw fuq l-ekonomija ekoloġika, is-settur tal-innovazzjoni u l-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ impjieg; |
37. |
Jenfasizza li r-raggruppamenti għandhom rwol importanti wkoll fl-approċċ tal-ispiral triplu għall-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja, l-awtoritajiet pubbliċi u s-settur privat. Minħabba l-prossimità tagħhom għas-swieq lokali u l-għarfien tagħhom tal-ħtiġijiet lokali, dawn huma għodod xierqa biex tiġi implimentata fil-prattika l-idea bażika ta’ miżuri bbażati fuq il-post flimkien ma’ approċċ minn isfel għal fuq. |
Konklużjonijiet
38. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi appoġġjata kwalunkwe inizjattiva li ssaħħaħ l-għaqda, il-kooperazzjoni, l-integrazzjoni, is-sigurtà, l-ugwaljanza soċjali u l-koeżjoni reali tal-Unjoni Ewropea. L-istrateġija makroreġjonali tista’ tagħti kontribut importanti biex jiġi żgurat li l-livell ta’ għajxien tal-abitanti taż-żoni tal-viċinat jiġi allinjat f’perjodu ta’ żmien raġonevoli; |
39. |
L-istrateġija makroreġjonali hija kkaratterizzata minn viżjoni profondament Ewropea, toffri potenzjal kbir u tippromovi mezzi innovattivi ta’ kooperazzjoni biex jiġu implimentati objettivi komuni li huma importanti għaċ-ċittadini, irrispettivament mill-pajjiż jew reġjun fejn jgħixu; |
40. |
L-istrateġija makroreġjonali tippermetti governanza ġenwina f’diversi livelli mill-awtoritajiet lokali sal-Kummissjoni Ewropea. Ma toħloq l-ebda strutturi burokratiċi ġodda, iżda tnaqqas id-distakk bejn il-politiki Ewropej u dawk lokali. L-interazzjoni tal-politika tar-raggruppamenti u tal-istrateġija makroreġjonali tista’ tikkontribwixxi biex taċċellera l-kisba tal-objettiv tat-Trattat ta’ Lisbona għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. |
Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2019.
Il-President
tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Karl-Heinz LAMBERTZ
(1) COM(2019) 21 final.
(2) SWD(2019) 6 final.
(3) http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9895-2019-INIT/mt/pdf
(4) Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “L-implimentazzjoni ta’ strateġiji makroreġjonali” (COR-2017-02554).
(5) Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Viżjoni territorjali għall-2050: x’inhu l-ġejjieni?” (COR-2015-04285).
(6) Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “L-implimentazzjoni ta’ strateġiji makroreġjonali” (COR-2017-02554).
(7) http://www.interreg-danube.eu/approved-projects/danubiovalnet.
(8) Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “L-implimentazzjoni ta’ strateġiji makroreġjonali” (COR-2017-02554).
(9) Artikolu 15(3) tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern, COM(2018) 374 final.
(10) http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9895-2019-INIT/mt/pdf
(11) http://www.bsr-stars.eu/innovation-express/.
OPINJONIJIET
29.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404/6 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Lejn teħid ta’ deċiżjonijiet aktar effiċjenti u demokratiku fil-qasam tal-politika tat-tassazzjoni tal-UE
(2019/C 404/02)
Relatur |
: |
Christophe ROUILLON (FR/PSE), Sindku ta’ Coulaines |
Dokument ta’ referenza |
: |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill — Lejn teħid ta’ deċiżjonijiet aktar effiċjenti u demokratiku fil-qasam tal-politika tat-tassazzjoni tal-UE, 15 ta’ Jannar 2019 COM(2019) 8 final |
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,
1. |
jaqbel mal-Kummissjoni li l-globalizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-iżvilupp tal-ekonomija tas-servizzi qegħdin jibdlu t-tassazzjoni b’mod dinamiku ħafna; |
2. |
ifakkar li diġà ħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tirrikorri għall-klawsola “passerelle” sabiex tapplika l-vot b’maġġoranza kwalifikata, b’mod partikolari fil-qasam tat-tassazzjoni (1); Jilqa’ f’dan il-kuntest ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 dwar ir-reati finanzjarji, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa (ir-rapport tal-kummitat TAX3), li tistieden lill-Kummissjoni biex tuża, jekk ikun meħtieġ, il-proċedura prevista fl-Artikolu 116 tat-TFUE; |
3. |
jenfasizza li skont l-Artikolu 4(2) tat-TFUE, is-suq intern huwa qasam ta’ kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri, u l-Artikolu 113 tat-TFUE jipprevedi mekkaniżmi li jippermettu l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni dwar il-politiki fiskali fost l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern u tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Iqis li l-proposta dwar l-introduzzjoni tal-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fuq din il-bażi, li f’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni m’għandhiex tinterferixxi mal-prerogattivi tal-Istati Membri biex jistabbilixxu rati tat-taxxa diretti tal-individwi jew tal-kumpaniji, għandha timxi id f’id ma’ involviment akbar tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali u reġjonali — peress li hemm reġjuni b’setgħat leġislattivi fil-qasam tal-politika tat-tassazzjoni; |
4. |
jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni m’għandhiex l-għan li tagħti kompetenzi ġodda lill-UE; Il-Kummissjoni lanqas ma qiegħda tipproponi li tinterferixxi fil-prerogattivi tal-Istati Membri fir-rigward tal-iffissar tat-tassazzjoni diretta tal-persuni jew tal-kumpaniji; |
5. |
Ifakkar li l-kooperazzjoni msaħħa (Artikoli 326-334 tat-TFUE) tista’ tiġi applikata għal kwistjonijiet ta’ taxxa u tippermetti mill-inqas 9 Stati Membri li jaqblu dwar leġislazzjoni komuni, kif kien il-każ fir-rigward tal-abbozz ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji. Madankollu, il-kooperazzjoni msaħħa għandha tkun biss l-aħħar għażla wara l-eżawriment tal-possibbiltajiet offruti mit-tħaddim normali tal-istituzzjonijiet, peress li l-kooperazzjoni msaħħa tista’ twassal għal frammentazzjoni tas-suq intern u hija bbażata fuq approċċ essenzjalment intergovernattiv; |
6. |
jilqa’ l-fatt li, matul il-mandat attwali tagħha, il-Kummissjoni ressqet 26 proposta leġislattiva mmirati biex isaħħu l-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa (2), kif ukoll biex jitjiebu l-ġbir tat-taxxa u t-tassazzjoni ġusta; jenfasizza li l-Kunsill għamel xi progress f’dak li jirrigwarda l-inizjattivi maġġuri ta’ riforma tat-tassazzjoni korporattiva li madankollu għadhom ma ġewx finalizzati; |
7. |
jinnota wkoll il-fatt li inizjattivi oħrajn minbarra dawk relatati mal-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa, fosthom il-proposti ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji ppreżentati sa mill-2011 u ta’ tassazzjoni fuq is-servizzi diġitali, li l-KtR kien appoġġja, ġew imblukkati minn minoranza ta’ Stati Membri fil-Kunsill; |
Tassazzjoni u demokrazija Ewropej
8. |
jinnota r-rabta intrinsika bejn it-tassazzjoni u d-demokrazija peress li l-istorja tad-demokraziji liberali hija marbuta mill-qrib mat-tfittxija tal-kunsens tal-kontribwenti għas-soġġettar tar-riżorsi u tal-infiq tat-taxxa għal kontroll demokratiku, bħalma tgħid il-frażi “No taxation without representation”; |
9. |
jenfasizza li skont stħarriġ riċenti tal-Ewrobarometru (3), għal tliet kwarti tar-rispondenti, il-ġlieda kontra l-abbuż tat-taxxa hija qasam prijoritarju għall-azzjoni tal-UE; iqis għalhekk li l-Kummissjoni għażlet il-mument opportun biex tippubblika l-proposta tagħha sabiex tqajjem id-dibattitu demokratiku qabel l-elezzjonijiet Ewropej; iqis ukoll li l-Unjoni Ewropea tkun tista’ trażżan aktar il-populiżmu anti-Ewropew jekk il-politika Ewropea dwar it-tassazzjoni tkun ġestita b’mod aktar trasparenti u aktar demokratiku (“Take back control”); |
10. |
jinnota li l-evitar tat-taxxa minn kumpaniji multinazzjonali għadha kwistjoni fl-UE, u jemmen li għandhom jissaħħu investigazzjonijiet individwali peress li l-għemil ħażin ta’ entità waħda ma jiddefinixxix l-imġiba ta’ kollha; |
Il-kost tal-unanimità fit-tassazzjoni
11. |
jenfasizza li fl-istess qafas ekonomiku, jeħtieġ li jinstab bilanċ bejn, minn naħa, ir-regolamentazzjoni tal-kompetizzjoni fiskali bejn l-Istati Membri, u xi kultant fi ħdanhom, u l-ħtieġa li jiġi evitat li s-sovranità fiskali nazzjonali ta’ Stat Membru tinterferixxi mas-sovranità fiskali ta’ Stat Membru ieħor, pereżempju minħabba n-nuqqas ta’ definizzjoni ta’ differenza massima xierqa bejn ir-rati tat-taxxa rispettivi jew l-eżistenza ta’ skemi ta’ taxxa aggressivi. Id-deċiżjonijiet dwar it-taxxa ta’ Stat Membru jistgħu tabilħaqq jaffettwaw ħafna d-dħul tal-Istati l-oħrajn u jaffettwaw ukoll l-ambitu biex jagħmlu l-għażliet ta’ politika tagħhom. Barra minn hekk, is-sovranità fiskali nazzjonali tiġi limitata malli l-bażi tat-taxxa ssir aktar mobbli. Il-KtR iqis għalhekk li jkun aħjar li jiġi propost il-kunċett ta’ sovranità fiskali kondiviża fil-livell Ewropew; |
12. |
jinnota li, b’mod parallel mal-progress tal-integrazzjoni Ewropea u t-trasformazzjoni sinifikanti u rapida tal-ekonomija, inħoloq żbilanċ ta’ integrazzjoni, bil-kapital u s-servizzi jiċċirkolaw liberament fl-UE waqt li l-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli tat-taxxa tagħhom b’mod indipendenti. Fil-fatt, f’kuntest fejn l-iżvilupp tas-suq intern kien essenzjalment limitat għall-kummerċ tal-merkanzija, l-effetti transfruntiera tat-tassazzjoni kienu ferm aktar limitati mil-lum billi l-kumpaniji jiddependu ħafna fuq assi intanġibbli, data u awtomatizzazzjoni li l-valur miżjud tagħhom huwa diffiċli jiġi kkwantifikat; |
13. |
jargumenta li huma essenzjali sforzi konġunti fil-livelli Ewropej u nazzjonali biex iħarsu l-baġits tal-Unjoni u tal-Istati Membri mit-telf dovut għall-frodi fiskali u għat-taxxi mhux imħallsa; josserva li d-dħul mit-taxxa miġbur kollu u b’mod effiċjenti biss jippermetti lill-Istati u lill-awtoritajiet lokali u indirettament lill-Unjoni Ewropea li jipprovdu, fost l-oħrajn, servizzi pubbliċi ta’ kwalità u kosteffiċjenti, b’mod partikolari fl-oqsma tal-edukazzjoni, tas-saħħa u tal-akkomodazzjoni affordabbli, tas-sigurtà u tal-ġlieda kontra l-kriminalità, u li jiffinanzjaw il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, jippromovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, it-trasport pubbliku u l-infrastrutturi essenzjali sabiex jiġu implimentati l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli; dan jista’ jwassal għal tnaqqis eventwali tal-piż tat-taxxa globali fuq iċ-ċittadini u l-kumapaniji Ewropej; |
14. |
iqis li l-unanimità fil-qasam tat-tassazzjoni xekklet ukoll l-implimentazzjoni ta’ kisbiet oħrajn tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fir-rigward tal-Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, inkluż ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-taxxa fuq l-enerġija li kellha tinkludi l-emissjonijiet tas-CO2 fir-rata tat-taxxa tal-fjuwil, l-ekonomija ċirkolari u r-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji; |
15. |
jinnota li skont studju reċenti, l-għadd kbir ta’ strateġiji tal-kumpaniji biex jevitaw it-taxxa huwa stmat li kkawża telf fid-dħul fl-Unjoni ta’ bejn EUR 50 u 70 biljun, li jirrappreżenta biss it-telf ta’ qligħ dovut għat-trasferimenti tal-profitti u huwa ekwivalenti għal mill-anqas 17 % tat-taxxi fuq id-dħul tal-kumpaniji miġbura fl-2013, u bejn EUR 160 u 190 biljun meta jinkludi t-telf stmat minħabba l-arranġamenti fiskali individwali tal-kumpaniji multinazzjonali l-kbar; |
16. |
ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma wkoll vittmi tal-evitar tat-taxxa peress li t-taxxi lokali jew reġjonali jinġabru skont il-bażi tat-taxxa nazzjonali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-maġġoranza tal-Istati Membri jirċievu sehem mid-dħul mit-taxxa korporattiva nazzjonali; |
17. |
jenfasizza li r-regolamentazzjoni tal-UE dwar il-VAT tmur lura għall-1993 meta din kellha tkun biss tranżitorja. Ir-rekwiżit tal-unanimità għamilha impossibbli li ssir kwalunkwe riforma sostanzjali minkejja l-iżviluppi teknoloġiċi riċenti u l-bidliet fis-suq. F’ħafna każijiet, l-Istati Membri għadhom japplikaw regoli differenti għat-tranżazzjonijiet nazzjonali u transfruntiera. Il-KtR jenfasizza li dan huwa xkiel kbir għall-kisba tas-suq uniku u jirriżulta fi proċeduri għaljin għall-kumpaniji Ewropej li joperaw lil hinn mill-fruntieri u li dejjem qegħdin jiżdiedu. Is-semplifikazzjoni u l-immodernizzar tar-regoli tal-VAT fl-UE jnaqqsu l-piż amministrattiv tal-kumpaniji transfruntiera, u b’hekk jiġġeneraw iffrankar globali għall-kumpaniji ta’ EUR 15-il biljun fis-sena. Is-sitwazzjoni attwali qiegħda tippenalizza b’mod partikolari lill-SMEs li m’għandhomx riżorsi umani u finanzjarji adegwati biex jiffaċċjaw il-kumplikazzjonijiet legali tar-regolamenti fiskali; |
18. |
iqis li t-tneħħija tar-rekwiżit tal-unanimità fil-qasam tat-tassazzjoni tippermetti li l-Unjoni Ewropea ma tiddefendix biss il-pożizzjoni tad-denominatur komuni Ewropew l-aktar baxx u b’hekk tkun aktar ambizzjuża fil-kuntest tar-riflessjonijiet internazzjonali tat-tassazzjoni, b’mod partikolari fil-kuntest tal-ħidma tal-OECD fuq it-tassazzjoni diġitali u t-trasferiment tal-profitt (BEPS); |
Rigward il-pjan direzzjonali
19. |
jappoġġja l-prinċipju ta’ sistema progressiva proposta mill-Kummissjoni u jqis li din is-sistema għandha tkun akkumpanjata fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u tippermetti li jiġu indirizzati b’mod partikolari s-sistemi ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa; |
20. |
jittama li, bħala l-ewwel pass, tiġi introdotta votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għall-inizjattivi li ma jkollhomx impatt dirett fuq id-drittijiet tal-intaxxar, il-bażijiet jew ir-rati tat-taxxa tal-Istati Membri, iżda li huma meħtieġa biex itejbu l-kooperazzjoni amministrattiva u l-assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa. Il-KtR jittama wkoll li l-ewwel stadju jkopri wkoll l-inizjattivi li jiffaċilitaw il-konformità fiskali tal-kumpaniji tal-UE; |
21. |
jistaqsi għalfejn il-Kummissjoni qed tipproponi li ma tużax il-klawsola speċifika “passerelle” tal-Artikolu 192(2) tat-TFUE fil-qasam tal-ambjent qabel it-tieni stadju meta t-tassazzjoni hija element essenzjali tal-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli mill-Unjoni Ewropea; għaldaqstant jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea tipproponi l-użu tal-klawsola “passerelle” għat-tassazzjoni ambjentali sa mill-ewwel stadju. B’mod partikolari hemm ħtieġa urġenti li tiġi introdotta sistema ta’ tassazzjoni Ewropea koordinata fis-settur tal-avjazzjoni, li attwalment ma huwa soġġett għal ebda skema fiskali Ewropea, pereżempju f’dan li jirrigwarda l-introduzzjoni ta’ VAT fuq il-biljetti tal-ajru jew it-tassazzjoni fuq il-pitrolju. |
Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2019.
Il-President
tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Karl-Heinz LAMBERTZ
(1) Ara l-punt 6 tar-Riżoluzzjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-2019 tal-Kummissjoni Ewropea (RESOL-VI/33) adottata fis-6 ta’ Frar 2019.
(2) Il-Kummissjoni Ewropea tiddefinixxi l-ippjanar aggressiv tat-taxxa bħala dak fejn “wieħed jieħu vantaġġ mit-teknikalitajiet ta’ sistema fiskali jew mid-diskrepanzi bejn żewġ sistemi fiskali jew aktar bl-iskop ta’ tnaqqis fit-taxxa dovuta.”
https://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/taxation_papers_71_atp_.pdf
(3) http://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/economy/20160707STO36204/frodi-tat-taxxa-75-tal-ewropej-jixtiequ-li-l-ue-tistinka-aktar-biex-tiggelidha.
29.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404/9 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Approċċ ibbażat fuq il-post għall-politika industrijali tal-UE
(2019/C 404/03)
Relatur |
: |
Jeannette BALJEU (NL/ALDE) Membru tal-Kunsill tal-Provinċja ta’ Zuid-Holland |
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,
Introduzzjoni
1. |
jenfasizza li industrija meqjusa bħala produzzjoni ta’ prodotti u servizzi hija pedament ta’ ekonomija innovattiva, sostenibbli u diversifikata li kapaċi tiżgura l-kompetittività Ewropea kif ukoll l-impjiegi ta’ kwalità fl-Unjoni Ewropea; |
2. |
itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-potenzjal kollu tat-Trattat tal-UE fir-rigward tal-politika industrijali kif stabbilit fl-Artikolu 173 tat-TFUE, b’mod partikolari billi jużaw il-possibbiltà li jieħdu “kull inizjattiva utli sabiex tippromwovi […] il-koordinazzjoni [tal-Istati Membri fil-qasam tal-politika industrijali], b’mod partikolari inizjattivi li jimmiraw li jistabbilixxu linji gwida u indikaturi, li jorganizzaw l-iskambju tal-aħjar prattika, u li jħejju l-elementi meħtieġa għall-monitoraġġ u l-valutazzjonijiet perijodiċi”, f’kooperazzjoni mal-partijiet interessati reġjonali; |
3. |
jenfasizza li l-industrija għandha importanza kruċjali għar-reġjuni u l-bliet Ewropej u għall-għexieren ta’ miljuni ta’ impjiegi li toħloq, u li minnha nnifisha topera f’kuntest globali fejn il-kummerċ huwa xprun importanti għat-tkabbir li jġib miegħu kemm benefiċċji kif ukoll sfidi; |
4. |
iqis li għandha tiġi enfasizzata l-importanza speċjali tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju għall-ħolqien tal-valur, l-innovazzjoni u l-impjiegi. B’mod partikolari, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju għandhom impatt partikolari fuq il-kapaċità tal-industrija li tadatta b’mod flessibbli għal ħtiġijiet ġodda, bħal dawk li huma riżultat tal-globalizzazzjoni jew tad-diġitalizzazzjoni. L-istrateġija industrijali tal-UE għandha toffri ideat xierqa għaż-żamma u l-ħolqien ta’ qafas favorevoli anke, b’mod partikolari, għal dawn il-kumpaniji; |
5. |
iqis li l-isfidi u l-opportunitajiet fi ħdan l-industrija ser isiru “adatti għall-futur” u li jkompli jagħti l-kontribut kruċjali tiegħu għall-prosperità u l-impjiegi, kif ukoll li jiżgura l-iżvilupp sostenibbli u l-ħolqien ta’ ekonomija ċirkolari u newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju; |
6. |
jenfasizza li hemm bżonn ta’ investiment f’teknoloġiji innovattivi ġodda u fid-diġitalizzazzjoni, f’ekonomija ċirkolari newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju u fil-ħiliet relatati madwar ir-reġjuni Ewropej biex jissaħħaħ il-vantaġġ kompetittiv tal-Ewropa; |
7. |
jenfasizza, għalhekk, li sabiex ikun hemm reazzjoni malajr għat-tibdil varjat tal-ekonomija u l-industrija u biex tinżamm pożizzjoni globali kompetittiva, hemm bżonn viżjoni strateġika għall-industrija Ewropea li tkun imsejsa fuq approċċ ibbażat fuq il-post; |
8. |
jemmen li hemm bżonn approċċ Ewropew ikkoordinat sabiex jiġi żgurat li l-industrija Ewropea hija kapaċi timmaniġġja l-kompetizzjoni globali, u li dan għandu jiffoka wkoll fuq it-titjib tal-konsistenza tal-oqfsa regolatorji u tal-istandards, it-tneħħija ta’ piżijiet regolatorji u amministrattivi eċċessivi u mhux meħtieġa, l-iffaċilitar tal-kollaborazzjoni u s-sħubijiet pan-Ewropej, l-iżgurar ta’ spejjeż tal-enerġija kompetittivi u l-provvista ta’ strumenti ta’ difiża kummerċjali xierqa kemm f’setturi tradizzjonali bħalma huma l-azzar u t-tessuti, l-industrija tal-kimika, l-agrikoltura u t-trasport marittimu kif ukoll f’setturi emerġenti; Pereżempju, jeħtieġ li tiġi introdotta b’mod urġenti tariffa fuq il-prodotti tal-azzar sabiex tiġi difiża l-industrija Ewropea tal-azzar; |
9. |
iqis li r-rwol tal-politika industrijali huwa li tipprovdi qafas ta’ abilitazzjoni li jippermetti lill-industrija tagħti spinta lill-kompetittività tagħha, billi tgħaqqad taħlita ta’ approċċi orizzontali u transsettorjali bbażati fuq il-post u, fejn meħtieġ, miżuri mmirati u speċifiċi għas-settur fil-katina tal-valur kollha kemm hi; |
10. |
jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ninvestu f’industrija intelliġenti, innovattiva u sostenibbli: Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE (1) u l-enfasi tagħha fuq is-sħubija mal-Istati Membri, ir-reġjuni, il-bliet u s-settur privat bħala pass importanti biex tiġi pprovduta għodda sabiex jiġu stimulati l-kompetittività industrijali u l-innovazzjoni fl-Ewropa; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-Politika ta’ Koeżjoni ta’ wara l-2020 li tiffoka fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-ekosistemi reġjonali fil-partijiet kollha tal-Ewropa, kif ukoll it-tisħiħ tad-dimensjoni internazzjonali u industrijali tal-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti; |
11. |
jinnota li l-industrija Ewropea għandha tiġi appoġġjata permezz ta’ azzjonijiet u miżuri kemm ekonomiċi kif ukoll mhux ekonomiċi, u fil-każ ta’ dawn tal-aħħar pereżempju permezz ta’ politiki dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ jew l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni; |
12. |
jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi Roundtable Industrijali ta’ Livell Għoli “Industrija 2030” li fiha l-Kumitat tar-Reġjuni għandu status ta’ osservatur (2); |
13. |
jilqa’ l-appelli tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tkompli tiġi żviluppata strateġija industrijali komprensiva tal-UE, b’enfasi fuq l-2030 u lil hinn, li tinkludi objettivi u indikaturi strateġiċi għall-perjodu medju u twil għall-industrija u li għandha tiġi akkumpanjata minn pjan ta’ azzjoni b’miżuri konkreti; |
14. |
jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ ta’ governanza f’diversi livelli bbażat fuq is-sħubija u d-djalogu mal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-partijiet interessati (3); |
15. |
jappella sabiex tiġi inkluża dimensjoni territorjali b’saħħitha, li tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà fi ħdan l-istrateġija; juri r-rieda tiegħu li jappoġġja lill-Kunsill u l-Presidenza tiegħu sabiex tiġi żviluppata strateġija għall-politika industrijali aktar orjentata fuq it-territorji; |
16. |
jemmen li strateġija industrijali tal-UE għandha tinkludi wkoll reviżjoni dettaljata u bbażata fuq l-evidenza tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna u l-kontroll tal-amalgamazzjonijiet sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fil-livell internazzjonali, skont il-politiki kummerċjali globali u l-ftehim multilaterali; Fl-istess ħin, din l-istrateġija għandha tinkludi wkoll il-potenzjal tal-investiment u l-innovazzjoni tal-għajnuna mill-Istat u l-operazzjonijiet ta’ fużjoni; |
17. |
jilqa’ d-dokument taċ-Ċentru Ewropew ta’ Strateġija Politika (4) li fih jipproponi li jinstab bilanċ ġdid bejn il-ftuħ u l-protezzjoni tas-suq Ewropew biex jinħolqu kundizzjonijiet aktar ekwi fuq livell globali, filwaqt li jissaħħu l-innovazzjoni u l-produttività tal-industriji fl-Ewropa; |
18. |
iqis li sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar ir-reazzjoni għat-theddida tat-tibdil fil-klima (5), jeħtieġ li l-industrija tadotta trasformazzjoni profonda, filwaqt li tiżgura li din tibqa’ kompetittiva. L-iskala tat-trasformazzjoni li jiffaċċjaw kemm l-industrija kif ukoll is-soċjetà teħtieġ azzjoni urġenti, viżjoni kondiviża u soluzzjonijiet integrati fost il-partijiet interessati kollha u fil-livelli kollha ta’ politika, peress li approċċ fuq diversi livelli biss jista’ jiżgura li l-atturi kkonċernati jaderixxu għad-deċiżjonijiet ta’ politika ekonomika ta’ tali importanza; |
19. |
jappoġġja r-rabta bejn l-idea ta’ politika industrijali tal-UE u l-politika tal-Kummissjoni Ewropea ta’ suq uniku ġust, li jirrispondi għall-isfida ta’ dinja tax-xogħol li qed tevolvi fl-ispirtu tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; |
Messaġġ 1: Industrija Ewropea kompetittiva teħtieġ approċċ kombinat li fih politika reġjonali bbażata fuq il-post tkun akkumpanjata minn kollaborazzjoni interreġjonali
20. |
jenfasizza li l-vantaġġi kompetittivi tar-reġjuni huma marbuta b’mod qawwi mal-industriji lokali, l-assi ġeografiċi, l-ekosistemi ta’ innovazzjoni industrijali reġjonali, l-istituzzjonijiet vokazzjonali u ta’ edukazzjoni għolja, kif ukoll il-forza tax-xogħol u l-għarfien espert disponibbli; |
21. |
jenfasizza l-importanza tal-esplorazzjoni, l-estrazzjoni u l-użu ta’ materja prima primarja u sekondarja Ewropea għall-iżvilupp tal-industriji lokali u l-ktajjen tal-valur industrijali fir-reġjuni. Approċċ sostenibbli bbażat fuq it-territorju għandu jqis l-ispeċifiċitajiet reġjonali li jistgħu jintużaw u l-potenzjal għall-iżvilupp, kif ukoll is-sinerġiji possibbli marbuta mal-ġabra ta’ riżorsi; |
22. |
iqis li approċċ ibbażat fuq il-post għandu jibni fuq il-potenzjal tan-negozji u tal-ekosistemi ta’ innovazzjoni li jixprunaw il-modernizzazzjoni industrijali u jiżviluppaw strateġiji territorjali għall-innovazzjoni u l-integrazzjoni fil-livell reġjonali, lokali, urban, jew transkonfinali; |
23. |
jinnota li dan jeħtieġ netwerks, bħalma huma l-istrateġiji makroreġjonali, u raggruppamenti ta’ kooperazzjoni li jaħdmu sew u li jinvolvu lill-imsieħba ewlenin; jenfasizza wkoll li l-kooperazzjoni interreġjonali ta’ dawn in-netwerks u r-raggruppamenti hija kruċjali sabiex jiġu żviluppati sinerġiji, jiġu skambjati l-esperjenzi, ikun hemm tagħlim bejn il-pari u tintlaħaq massa kritika fl-investiment konġunt sabiex l-innovazzjoni tintuża fil-ktajjen ta’ valur industrijali fl-Eworpa kollha; dan l-approċċ interreġjonali ta’ kooperazzjoni jista’ jirnexxi biss bl-użu tad-diġitalizzazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni; |
24. |
jenfasizza li l-gvernijiet reġjonali u lokali u organizzazzjonijiet oħra għandhom rwol ewlieni biex jistabbilixxu b’mod attiv il-kollaborazzjonijiet interreġjonali u transkonfinali meħtieġa; |
25. |
jenfasizza li l-kollaborazzjoni sostenibbli bejn ir-reġjuni għandha tmur lil hinn minn “inizjattivi ad hoc” u teħtieġ qafas strutturali għall-kollaborazzjoni mibnija fuq impenn fit-tul, ibbażat fuq il-ħidma li diġà saret mill-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġeni eżistenti, fil-qafas tal-investimenti interreġjonali futuri fl-innovazzjoni; |
26. |
josserva li hija kruċjali l-informazzjoni dwar l-attivitajiet reġjonali fl-innovazzjoni, il-kapaċitajiet eżistenti (infrastrutturi, għarfien espert) u l-potenzjal tal-ekonomija ċirkolari. Din id-data eżistenti spiss hija mxerrda u frammentata li tillimita l-utilità tagħha għar-reġjuni; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea twettaq eżerċizzju veru tal-ġbir tal-evidenza filwaqt li tqis il-perspettiva lokali u reġjonali dwar l-istrateġija tal-UE għall-industrija; |
27. |
jirrakkomanda li l-Kummissjoni ttejjeb l-appoġġ għall-kollaborazzjoni interreġjonali u transkonfinali, anke f’inizjattivi eżistenti bħalma huma l-Inizjattiva Vanguard jew is-Sħubijiet Tematiċi għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti li jinvolvu għadd dejjem akbar ta’ reġjuni, fil-kuntest ta’ approċċ imġedded ibbażat fuq il-post kif propost mill-Kummissjoni Ewropea fil-proposti għall-politika ta’ koeżjoni wara l-2020; |
28. |
fil-kuntest tal-perjodu ta’ programmazzjoni wara l-2020, jappella li l-UE ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għall-ekosistemi u r-raggruppamenti reġjonali fil-qafas tal-Investimenti Interreġjonali fl-Innovazzjoni, billi tistrieħ fuq l-approċċ tal-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti kif ukoll testendi u tapprofondixxi inizjattivi eżistenti bħall-Pjattaforma tal-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti dwar il-modernizzazzjoni industrijali u l-inizjattiva pilota dwar ir-reġjuni fi tranżizzjoni industrijali; iqis ukoll li huwa importanti li jiġu żviluppati strumenti sabiex jiġu implimentati proġetti kollaborattivi interreġjonali ta’ investiment industrijali b’kollaborazzjoni mill-qrib mar-reġjuni u mas-sħubijiet għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti; |
29. |
jenfasizza li l-pjattaformi tematiċi ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti għandhom jiġu ffinanzjati b’mod adegwat, peress li r-reġjuni mhux dejjem ikollhom ir-riżorsi meħtieġa biex jistrutturaw il-parteċipazzjoni xierqa tagħhom fihom; |
30. |
jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa strumenti intermedjarji li jidentifikaw u jsaħħu b’mod attiv il-kollaborazzjoni għall-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti biex jiffaċilitaw proċess kontinwu li fih ir-reġjuni jidentifikaw l-oqsma ta’ prijorità fejn il-kollaborazzjoni hija kruċjali sabiex tinżamm it-tmexxija Ewropea; |
31. |
jirrakkomanda li l-Kummissjoni tħeġġeġ l-innovazzjoni industrijali bbażata fuq Strateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti fost ir-reġjuni kollha billi tiffaċilita skemi ta’ appoġġ speċifiċi li fihom reġjuni żviluppati sew jistgħu jaħdmu flimkien fuq proġetti konkreti ma’ reġjuni inqas żviluppati għall-vantaġġ reċiproku tagħhom, kif ukoll fuq proġetti kollaborattivi bejn reġjuni żviluppati u proġetti rilevanti bejn ir-reġjuni inqas żviluppati għal benefiċċju reċiproku; |
Messaġġ 2: Peress li l-isfidi l-kbar tas-soċjetà ta’ spiss jeħtieġu kollaborazzjoni bejn ir-reġjuni Ewropej, il-gvernijiet reġjonali jaqdu rwol kruċjali fl-inizjattivi orjentati lejn missjoni u billi jdaħħlu fil-prattika l-politiki settorjali
32. |
iqis li approċċ ta’ politika orjentat lejn missjoni jista’ jintuża bħala għodda biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà u biex jiġi appoġġjat l-approċċ ta’ governanza f’diversi livelli, fejn l-approċċ ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti jista’ jgħin jallinja l-aġendi u l-investimenti reġjonali mal-prijoritajiet tal-UE; |
33. |
jenfasizza li biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà, hemm bżonn ta’ aktar investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni biex tiġi appoġġjata l-eċċellenza industrijali u jiġu sfruttati opportunitajiet ġodda, u li l-esperimentazzjoni u t-teħid tar-riskju għandhom jiġu appoġġjati fil-proċess ta’ skoperta; il-Kumitat iħeġġeġ li tiġi ffaċilitata d-diffużjoni tal-innovazzjoni u ta’ teknoloġiji ġodda fl-industrija; |
34. |
jenfasizza li r-reġjuni għandhom rwol importanti biex jikkonnektjaw, jiżviluppaw u jappoġġjaw l-ekosistema ta’ innovazzjoni reġjonali, jorganizzaw l-immappjar tal-kapaċitajiet disponibbli, u jinvolvu gruppi differenti ta’ partijiet interessati b’approċċ ġenwin u kollaborattiv immexxi mid-domanda biex jiġu stabbiliti miri industrijali, għalhekk, jappella li jkun hemm rappreżentanza reġjonali fil-governanza tal-approċċ orjentat lejn il-missjoni, inkluż fi ħdan is-sħubijiet u fil-bordijiet tal-missjoni; |
35. |
jirrakkomanda li l-Kummissjoni tistabbilixxi miri fuq perjodu medju u twil ta’ żmien fil-politiki orjentati lejn missjoni u li dawn jissarfu f’politiki li jsiru operattivi fil-Fondi Strutturali u ta’ Investiment, Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali; |
36. |
jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jfittxu b’mod attiv li jmexxu wħud minn dawn il-missjonijiet u li jiżguraw li jinħoloq approċċ interreġjonali. Dan jeħtieġ li jkun allinjat mal-istrumenti Ewropej disponibbli u ffaċilitati minnhom; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni Ewropa tiżgura involviment attiv tal-partijiet interessati reġjonali fil-governanza tal-missjonijiet fl-Orizzont Ewropa l-ġdid; |
37. |
jistieden lill-Kummissjoni tippromovi proġetti pilota f’raggruppamenti ta’ reġjuni li jippermettu l-esperimentazzjoni, skont l-approċċ simili għall-IPCEI (6) iżda fuq skala iżgħar sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni interreġjonali; |
Messaġġ 3: L-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jiżguraw id-disponibbiltà tal-ħiliet biex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni tal-industrija, filwaqt li tiġi ffaċilitata l-kollaborazzjoni bejn l-industrija u l-istituzzjonijiet edukattivi, appoġġjati minn strateġija Ewropea
38. |
josserva li t-trasformazzjoni industrijali li qed tinbidel malajr, it-tranżizzjoni tal-enerġija, id-diġitalizzazzjoni u l-ekonomija ċirkolari jeħtieġu l-iżvilupp ta’ ħiliet interdixxiplinari ġodda; |
39. |
jilqa’ l-isforzi biex jiġu kkoordinati strumenti differenti fil-livell Ewropew kif jidher fl-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali u l-Istrateġija għall-Ħiliet Diġitali; |
40. |
jenfasizza li hemm ħtieġa urġenti li jiġu antiċipati, appoġġjati u promossi l-iżvilupp kontinwu tal-ħiliet, l-edukazzjoni mill-ġdid u t-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol attwali, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħiliet diġitali; |
41. |
jirrikonoxxi li l-forza tax-xogħol tal-industrija Ewropea tikkostitwixxi numru kbir ta’ nies li huma mħarrġa permezz ta’ taħriġ vokazzjonali; |
42. |
jaqbel li l-benefiċċji tat-trasformazzjoni industrijali jeħtieġu li jinfirxu b’mod wiesa’ u li dawk li huma f’riskju li jibqgħu lura għandu jkollhom opportunitajiet u jiġu appoġġjati biex jadattaw għal dan; f’dan ir-rigward, iqis li l-inizjattivi ta’ politika jeħtieġ li jagħtu aktar prijorità biex jiġu pprovduti opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja kollha għal ħaddiema li għandhom livell baxx ta’ ħiliet, bil-għan li jiġi żgurat li jkollhom aċċess ekwu għall-ħiliet teknoloġiċi ġodda mitluba mill-industrija; |
43. |
jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp tal-kompetenzi attivi tal-professjonisti kollha fil-ħajja tax-xogħol fis-setturi industrijali kollha, għal dan il-għan, il-KtR jipproponi l-iżvilupp ta’ kunċetti effettivi għall-użu madwar l-Ewropa kollha għall-iskambju ta’ għarfien ġdid, għall-aġġornament tal-ħiliet u għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet individwali, f’kollaborazzjoni ma’ min iħaddem u mal-istabbilimenti edukattivi; |
44. |
iqis, għalhekk, li approċċ pan-Ewropew dwar il-politika tal-ħiliet huwa kritiku għall-kompetittività futura tal-industrija Ewropea u huma meħtieġa livelli ħafna ogħla ta’ investiment fil-kapital uman, fis-sistemi edukattivi u ta’ taħriġ professjonali u t-taħriġ tul il-ħajja kif ukoll fi ħdan l-industrija nnifisha; |
45. |
iqis li l-edukazzjoni intraprenditorjali, il-promozzjoni tal-ħiliet kummerċjali, it-tagħlim bejn il-pari u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki għandhom jiġu appoġġjati aktar sabiex jippermettu lill-atturi tal-industrija jadattaw għall-mudelli ġodda ta’ negozju u jikkollaboraw b’mod effettiv fi kteajjen tal-valur Ewropej kompetittivi; |
46. |
jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea ssaħħaħ programmi edukattivi transreġjonali bħall-Erasmus+ b’enfasi fuq it-taħriġ vokazzjonali u li tippermetti lit-talent jiċċaqlaq madwar l-Ewropa; |
47. |
jitlob li l-awtoritajiet responsabbli jipprovdu riżorsi flessibbli għat-taħriġ mill-ġdid fil-livell reġjonali u mhux fil-livell settorjali u jtenni t-talba tiegħu biex l-FSE+ jiġi kopert mir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni dwar ir-regoli komuni għall-politika ta’ koeżjoni wara l-2021, sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti kollha dwar il-prinċipju ta’ sħubija u l-involviment tal-livell reġjonali jkunu jistgħu jiġu applikati għall-iżvilupp ta’ programmi taħt l-FSE+; |
48. |
jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jikkooperaw dwar aġendi komuni fil-qasam tal-edukazzjoni u r-riċerka biex jiġu kkonkretizzati l-prijoritajiet komuni ta’ ħiliet tal-UE u jiġu appoġġjati opportunitajiet transreġjonali ta’ tagħlim; |
Messaġġ 4: L-industrija u l-gvernijiet Ewropej għandhom bżonn juru sens ta’ tmexxija biex isiru aktar sostenibbli billi jieħdu azzjoni
49. |
iqis li l-UE hija fuq quddiem nett tat-tranżizzjoni globali lejn ekonomija ċirkolari u newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Għalhekk, l-industrija Ewropea għandha tkun minn ta’ quddiem biex tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, għall-konservazzjoni tar-riżorsi, tipprevjeni d-degradazzjoni ambjentali u twieġeb għall-aspettattivi li qed jinbidlu tal-konsumatur fl-ekonomija ekoloġika; |
50. |
jenfasizza li t-tranżizzjoni tal-kumpaniji f’mudelli ta’ negozju aktar sostenibbli u effiċjenti fir-riżorsi ser tgħin l-ambjent u tipprovdi vantaġġ kompetittiv, li jwassal għall-innovazzjoni u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u opportunitajiet intraprenditorjali; |
51. |
jenfasizza li huwa kruċjali li l-industriji u ċ-ċittadini jiġu infurmati bil-vantaġġi ta’ approċċi ġodda bħall-ekonomiji ċirkolari, newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju u ta’ kondiviżjoni. Dawn l-approċċi l-ġodda jeħtieġu bidla fl-attitudni kemm mill-konsumatur (eż. lejn l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ) u mill-industrija, li hemm bżonn li tadatta progressivament għal domandi ġodda bħala parti mill-ippjanar strateġiku fit-tul; |
52. |
iqis li biex ikun hemm tranżizzjoni lejn industrija sostenibbli, l-Ewropa teħtieġ tikkapitalizza fuq ir-rwol ta’ tmexxija tagħha fis-setturi kollha u tindirizza l-kompetizzjoni globali li qed tiżdied fil-produzzjoni ekoloġika, il-bijoekonomija u t-teknoloġiji tal-enerġija nadifa; |
53. |
jirrimarka li t-tranżizzjoni ta’ reġjun għal ekonomija ċirkolari u newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju hija proġett fit-tul li jista’ jirnexxi biss permezz ta’ approċċ gradwali, u f’xi każijiet permezz ta’ tibdil radikali, li huwa mfassal minn miri intermedji u fattibbli mingħajr ma jintefa’ piż żejjed fuq il-popolazzjoni u s-setturi bħall-industrija tal-karozzi; għandha tingħata attenzjoni speċjali għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-komunitajiet rurali li huma f’riskju li jitħallew barra, meta niġu għall-proċess ta’ transizzjoni ekonomika; |
54. |
jenfasizza li hemm ostakli importanti li jridu jingħelbu, inklużi n-nuqqas ta’ sinjali u inċentivi korretti tas-suq sabiex jitfasslu prodotti għal ekonomija ċirkolari, spejjeż għoljin ta’ tranżizzjoni għall-kumpaniji, ostakli regolatorji, informazzjoni inadegwata għall-konsumatur u swieq sekondarji tal-materja prima li ma jiffunzjonawx sew; |
55. |
jemmen li l-kollaborazzjoni pan-Ewropea u interreġjonali għandha rwol importanti biex tgħin lir-reġjuni jiżviluppaw approċċ strateġiku biex jintlaħaq il-potenzjal tal-ekonomija ċirkolari u newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju; |
56. |
jappoġġja l-idea li jintuża l-akkwist pubbliku strateġiku bħala għodda biex tingħata spinta lill-innovazzjoni kif rikonoxxut mill-Kummissjoni Ewropea fl-2015 fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha għall-Ekonomija Ċirkolari (7), u fid-direttivi rilevanti dwar l-akkwist pubbliku, iżda jqis li l-kumplessità tar-regoli spiss tinkoraġġixxi l-averżjoni għar-riskju mill-awtoritajiet reġjonali u lokali; |
57. |
jirrakkomanda li l-gvernijiet reġjonali u lokali jadottaw perspettiva ta’ żvilupp ekonomiku multisettorjali u transsettorjali, li tintegra l-ġestjoni tal-iskart u tal-ambjent f’approċċ ta’ ekonomija ċirkolari integrata; |
58. |
jistieden lir-reġjuni u l-bliet jisfruttaw bis-sħiħ il-possibbiltajiet tal-politika ta’ koeżjoni wara l-2020 biex ivaraw soluzzjonijiet innovattivi li jindirizzaw it-tranżizzjoni klimatika u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari; |
59. |
jappella għal approċċ olistiku u koordinat ta’ governanza f’diversi livelli sabiex tiġi żgurata l-koerenza meħtieġa bejn l-istrumenti ta’ politika differenti u l-azzjoni f’livelli differenti. It-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju għandha tqis il-katina tal-valur kollha u l-industrija tal-manifattura kollha kemm hi kif ukoll il-kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju u negozji ġodda; |
60. |
jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja l-iżvilupp ta’ strateġiji konġunti f’oqsma speċifiċi, bħall-idroġenu u l-karburanti sintetiċi u tappoġġja l-adozzjoni fis-suq ta’ teknoloġiji aktar sostenibbli; |
Messaġġ 5: Is-sħubijiet strateġiċi pubbliċi/privati orjentati lejn l-innovazzjoni reġjonali huma kruċjali biex tissaħħaħ l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda mill-industrija
61. |
josserva li l-innovazzjoni hija diffiċli, speċjalment għan-negozji ġodda u l-SMEs, peress li l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda ta’ spiss hija akkumpanjata minn investimenti kbar u teħtieġ għarfien espert, u jenfasizza li għad hemm diskrepanza fit-tranżizzjoni diġitali bejn is-setturi u r-reġjuni fl-Ewropa; |
62. |
iqis li l-kollaborazzjoni bejn l-industrija, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-gvernijiet reġjonali hija importanti biex tippromovi l-innovazzjonijiet industrijali; |
63. |
japprezza l-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali, il-banek ta’ prova tal-Kummissjoni Ewropea, u l-infrastrutturi teknoloġiċi li huma eżempji ta’ sħubijiet strateġiċi pubbliċi/privati orjentati lejn l-innovazzjoni; |
64. |
jappoġġja l-enfasi fuq l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti wara l-2020 li jindirizzaw l-ostakli għat-tixrid ta’ ideat ġodda lill-kumpaniji; |
65. |
jappoġġja l-281 Hub ta’ Innovazzjoni Diġitali tal-UE bħala parti mill-programm Ewropa Diġitali biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni interreġjonali; |
66. |
jenfasizza li biex jiġi żgurat li l-industrija tkun tista’ faċilment taċċessa t-teknoloġiji u l-infrastruttura avvanzati eżistenti madwar l-Ewropa, għandha tiġi stabbilita kollaborazzjoni bejn dawn is-sħubijiet pubbliċi/privati fil-livell pan-UE; dawn ir-riżorsi għandhom isiru aktar viżibbli, u għandhom jiġu pprovduti l-mezzi ekonomiċi meħtieġa biex dawn jiġu inkorporati; |
67. |
iqis li hemm ħtieġa ulterjuri għal strateġija globali kkoordinata, kif ukoll strateġija biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni reġjonali fil-livell operattiv; |
68. |
jenfasizza li biex jiżdied l-impatt taċ-ċentri ta’ innovazzjoni diġitali, dawn ma għandhomx ikunu istituti separati li joperaw waħidhom u jikkompetu mal-oħrajn, iżda għandu jinħoloq element prinċipali fi ħdan netwerk li l-koordinazzjoni tiegħu tista’ tinvolvi diversi partijiet interessati, bħal universitajiet, ċentri ta’ riċerka, ċentri ta’ innovazzjoni eċċ.; |
69. |
jirrakkomanda li l-gvernijiet reġjonali għandhom ikunu involuti fl-għażla u fl-operazzjonalizzazzjoni tal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali tal-Ewropa fil-programm Ewropa Diġitali li jmiss; |
70. |
jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jippromovu s-sostenibbiltà u l-innovazzjoni permezz tal-akkwist, tal-appoġġ għall-bliet intelliġenti u inizjattivi oħra rilevanti, u tal-kollegament tal-atturi differenti mill-industrija, ir-riċerka u l-istituti edukattivi; |
71. |
jirrakkomanda li jiġu involuti r-reġjuni fl-istabbiliment ta’ approċċ ta’ kollaborazzjoni sostenibbli bejn sħubijiet pubbliċi/privati f’oqsma oħra minbarra d-diġitizzazzjoni (inklużi faċilitajiet oħra sperimentali u ta’ ttestjar). Dan l-involviment għandu jinkludi l-istabbiliment ta’ ħarsa ġenerali komprensiva tal-attivitajiet fir-reġjuni u valutazzjoni tal-komplementarjetà tagħhom; |
72. |
jenfasizza li għandha tiġi żviluppata strateġija komprensiva biex tinġabar, tiġi sistematizzata u tinxtered informazzjoni dwar l-infrastruttura disponibbli u l-kapaċitajiet ta’ innovazzjoni fl-Ewropa kollha; |
73. |
jenfasizza l-importanza dejjem tikber tal-intelliġenza artifiċjali (IA) fil-politika industrijali Ewropea u r-rwol ta’ tmexxija tal-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward billi tirrappreżenta 32 % tal-istituzzjonijiet tar-riċerka fl-IA fid-dinja kollha. Ifakkar f’dan l-isfond il-pożizzjoni tiegħu stess dwar l-IA espressa fl-Opinjoni tiegħu tas-6 ta’ Frar 2019 u japprova wkoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew (8); |
74. |
jilqa’ l-istedina tal-Kunsill Ewropew lill-Kummissjoni biex, sa tmiem l-2019, tippreżenta viżjoni fit-tul b’passi konkreti għall-futur industrijali tal-UE; |
Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2019.
Il-President
tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Karl-Heinz LAMBERTZ
(1) COM(2017) 479 final
(2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 8565 tal-15/12/2017 li tistabbilixxi r-Roundtable Industrijali ta’ Livell Għoli “Industrija 2030”
(3) Konklużjonijiet dwar Strateġija mġedda għall-Politika Industrijali tal-UE, Kunsill Kompetittività, 30 ta’ Novembru 2017 (705/17)
(4) EU Industrial Policy after Siemens-Alstom: finding a new balance between openness and protection, Kummissjoni Ewropea, Marzu 2019 (mhux disponibbli bil-Malti)
(5) In-Nazzjonijiet Uniti (2015)
(6) Proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni
(7) L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Ċirkolari [COM(2015) 614 final]
(8) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2019 dwar l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika (2018/2088 (INI)).
29.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404/16 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs): bażi għal strateġija fit-tul tal-UE għal Ewropa sostenibbli sal-2030
(2019/C 404/04)
Relatur |
: |
Is-Sur Arnoldas ABRAMAVIČIUS (LT/PPE) Membru tal-Kunsill Muniċipali tad-Distrett ta’ Zarasai |
Dokument ta’ referenza |
: |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Dokument ta’ Riflessjoni — Lejn Ewropa Sostenibbli sal-2030 COM(2019) 22 final |
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
1. |
jilqa’ d-dokument ta’ riflessjoni tal-UE “Lejn Ewropa Sostenibbli sal-2030”, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill Ewropew biex jirrikonoxxu l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u s-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) bħala prijorità għall-aġenda politika tagħhom, u bħala objettiv globali tal-pjan strateġiku li jmiss tal-UE għall-perjodu 2019-2024 u lil hinn. Jistenna wkoll li l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida twitti t-triq għal azzjoni fil-forma ta’ Strateġija għal Żvilupp Sostenibbli fl-UE kollha u Pjan ta’ Implimentazzjoni kif diġà mitlub mill-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2018; |
2. |
jaqbel mad-definizzjoni komprensiva tal-SDGs bħala qafas għal azzjoni politika biex jiġu ffaċċjati d-diversi sfidi tagħna — ekonomiċi, soċjali, ambjentali, ta’ governanza, esterni – u jinsisti li l-atturi kollha jeħtieġu fehim komuni tal-iżvilupp sostenibbli u tal-SDGs biex jimplimentawhom bis-sħiħ għall-benesseri taċ-ċittadini u tal-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni. L-ewwel intenzjoni hija li jittaffa l-faqar u li jitnaqqsu l-inugwaljanzi — li jfisser li ħadd ma jitħalla jaqa’ lura, li jkun hemm dinja paċifika, u li tinħoloq u tinqasam il-prosperità, fil-limiti tal-pjaneta tagħna; |
3. |
jinsisti li s-17-il SDG huma universali u indiviżibbli, u li l-koerenza politika bejn l-azzjonijiet meħuda għall-implimentazzjoni tagħhom hija element ewlieni għall-progress; |
Mir-riflessjoni għall-azzjoni
4. |
iqis li mit-tliet xenarji mressqa mill-Kummissjoni Ewropea biex tistimula d-dibattitu dwar il-passi li jmiss tal-UE biex tiġi implimentata l-Aġenda 2030, ix-Xenarju 1 huwa l-unika għażla li tindirizza kemm l-azzjoni interna kif ukoll l-azzjoni esterna tal-UE u tinkludi l-oqsma kollha ta’ politika; |
5. |
isostni li, minħabba n-natura kumplessa tal-SDGs u r-riżultati tal-istħarriġ tal-KtR-OECD dwar l-azzjoni lokali u reġjonali dwar l-SDGs (1), hemm ħtieġa urġenti għal strateġija globali tal-UE li tikkoordina l-implimentazzjoni bejn il-livelli kollha ta’ gvern b’miri marbutin biż-żmien u riżultati konkreti għall-2030, flimkien ma’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u reviżjoni, li jiffavorixxu x-xenarju 1; |
6. |
jenfasizza li l-miri ta’ implimentazzjoni tal-SDGs u l-istrateġiji ta’ politika relatati għandhom jiġu stabbiliti f’approċċ imħallat minn isfel għal fuq u minn fuq għal isfel, bl-involviment tal-livelli kollha ta’ gvern u l-partijiet interessati rilevanti u bl-iżvilupp ta’ sett ta’ miri differenzjati fil-livell nazzjonali u reġjonali. Din l-istrateġija għal Ewropa Sostenibbli 2030 għandha tieħu post l-istrateġija Ewropa 2020 attwali; |
7. |
jinsisti li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri għandhom jaċċelleraw l-azzjonijiet tagħhom minnufih fuq l-SDGs u jintegraw il-politiki kollha kif elenkati fix-xenarju 2; |
8. |
jenfasizza li hija meħtieġa l-azzjoni esterna kif ippreżentata fix-xenarju 3. Madankollu, enfasi fuq l-azzjoni esterna mhux biss tkun ta’ ħsara għall-kredibbiltà tal-UE fil-livell internazzjonali, iżda tonqos ukoll milli tirrikonoxxi li l-UE u l-Istati Membri tagħha huma ’l bogħod milli jiksbu l-SDGs kollha u wkoll ma tippermettix il-progress fil-kisba tagħhom fl-UE; |
9. |
jenfasizza li l-ambizzjoni teħtieġ li tkun ogħla fil-livelli kollha għall-implimentazzjoni tal-SDGs, jiġifieri fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali; |
L-involviment tar-reġjuni u l-bliet
10. |
jenfasizza li l-objettiv li ħadd ma jitħalla jaqa’ lura jeħtieġ li l-livelli kollha tal-gvern jiżguraw integrazzjoni fuq skala trasversali u t-tfassil ta’ politiki (territorjali) ta’ appoġġ u koeżjoni reċiproċi; Jappella li jiġi stabbilit mekkaniżmu biex jiġi analizzat il-progress u jiġu identifikati l-isfidi ewlenin tal-implimentazzjoni tal-SDGs fil-post u jiġi żgurat li r-riżorsi jintużaw b’mod effettiv; |
11. |
jirrimarka li 65 % tal-169 mira tas-17-il SDG jirrikjedu l-impenn sod tar-reġjuni u l-bliet biex jimplimentaw u jimmonitorjaw l-SDGs sabiex jintlaħqu (2). Il-bliet u r-reġjuni jillokalizzaw l-SDGs fil-post, mhux sempliċement bħala implimentaturi iżda bħala dawk li jfasslu l-politika li huma l-eqreb għaċ-ċittadini, in-negozji u l-komunitajiet lokali tagħhom. Ir-riżultati tal-istħarriġ tal-KtR-OECD ikomplu jikkonfermaw il-mobilizzazzjoni tal-bliet u r-reġjuni, fejn 59 % ta’ dawk li wieġbu jinsabu fil-proċess li jimplimentaw l-SDGs. Bosta reġjuni u bliet Ewropej kienu pijunieri (3) f’dan il-proċess ta’ lokalizzazzjoni tal-SDGs u wrew li r-reġjuni u l-bliet huma essenzjali għall-implimentazzjoni tal-SDGs b’mod effettiv u rapidu; |
12. |
jenfasizza r-rwol ta’ inizjattivi prekursuri promettenti bħal “Bliet u Reġjuni għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli” tal-OECD u l-“Pjattaforma tat-Tmexxija ta’ 25 + 5 Belt għall-SDGs” tan-NU biex jgħinu lir-reġjuni u l-bliet voluntiera jillokalizzaw l-SDGs, 5 snin qabel l-2030 għal dawn tal-aħħar; |
13. |
jenfasizza, abbażi tal-istudju tiegħu dwar approċċ territorjali għall-SDGs (4), l-importanza li jinbnew il-kapaċitajiet u l-ħiliet tar-reġjuni u l-bliet biex jillokalizzaw l-SDGs, filwaqt li jsaħħu l-viżibbiltà tal-inizjattivi attwali kif ukoll jippromovu użu mir-reġjuni u l-bliet tas-Servizz ta’ Sostenn għar-Riforma Strutturali (SRSS) (5) tal-UE, li l-objettivi tiegħu għandhom ikunu allinjati mal-SDGs; |
14. |
jieħu l-impenn li jappoġġja l-proċess ta’ “lokalizzazzjoni u territorjalizzazzjoni tal-SDGs” u jevita x-xogħol doppju billi jrawwem sħubijiet ma’ assoċjazzjonijiet internazzjonali (6) u Ewropej (7); |
15. |
jenfasizza r-rwol ewlieni tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat tar-Reġjuni, flimkien ma’ organizzazzjonijiet Ewropej oħrajn, biex jistimulaw l-evalwazzjoni bejn il-pari, l-iskambju, il-kollaborazzjoni u t-tagħlim reċiproku bejn ir-reġjuni u l-bliet fl-UE kollha; |
16. |
jappella għal rikonoxximent sħiħ tar-rwol tar-reġjuni fil-lokalizzazzjoni tal-SDGs fl-UE. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol importanti fl-iżvilupp tal-valuri u tar-relazzjonijiet soċjali, u huwa għalhekk li hemm ħtieġa ċara li jiġu involuti fil-ħidma biex jinbena l-iżvilupp sostenibbli tal-UE kollha kemm hi; |
17. |
jirrimarka li l-UE hija diversa ħafna f’termini ta’ żvilupp, demografija, struttura ta’ produzzjoni u grad ta’ industrijalizzazzjoni, li tesiġi approċċ flessibbli u bbażat fuq il-post fir-rigward tar-reġjuni inqas żviluppati, dawk remoti jew il-gżejjer kif ukoll reġjuni li qed jiffaċċjaw tranżizzjoni tal-enerġija; |
18. |
jappoġġja t-twaqqif ta’ Komunità ta’ Prattika tar-Reġjuni Ewropej għall-SDGs, immexxija minn nrg4SD; |
19. |
Jenfasizza, b’mod globali, il-qasma ekonomika, soċjali u territorjali, kif ukoll ġewwa u bejn l-Istati Membri tal-UE. Filwaqt li l-SDGs jindirizzaw l-isfida tal-urbanizzazzjoni bl-SDG 11, jeħtieġ li niżguraw żvilupp reġjonali bbilanċjat fl-UE sabiex niżguraw li ħadd u l-ebda territorju ma jitħalla jaqa’ lura; |
20. |
jenfasizza l-importanza ta’ sinerġija u integrazzjoni effettivi tal-fondi lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE, kemm pubbliċi kif ukoll privati, u ta’ kollaborazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat bi żvilupp strateġiku u investimenti fil-kisba tal-miri tal-SDGs sal-2030. |
21. |
jenfasizza li l-koeżjoni hija l-istrument ta’ investiment ewlieni tal-UE għar-reġjuni u l-bliet biex jimplimentaw l-SDGs u jiżguraw l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali tagħhom; għalhekk jappella li l-finanzjament ta’ koeżjoni tal-UE li jmiss 2021-2027 jibqa’ aċċessibbli għar-reġjuni kollha, filwaqt li jippromovi il-parteċipazzjoni miċ-ċittadini kollha, abbażi ta’ kodiċi ta’ kondotta Ewropew legalment vinkolanti dwar is-sħubija. Il-politika ta’ koeżjoni tal-UE li jmiss għandu jkollha l-objettivi tagħha allinjati aħjar mal-SDGs, sabiex tiżgura implimentazzjoni u koerenza aħjar tal-azzjonijiet; |
22. |
jenfasizza li, filwaqt li l-SDGs jinkludu għan urban, jiġifieri l-SDG 11, ma hemm l-ebda għan reġjonali ddedikat, u l-iżvilupp reġjonali saret referenza għalih biss b’mod indirett taħt l-intestatura dwar l-użu tal-art. Għaldaqstant, allinjament mill-qrib tal-politika ta’ koeżjoni mal-SDGs jimplika li l-ipprogrammar ta’ finanzjament ġdid tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE jindirizza l-SDGs kollha rilevanti għat-territorji u mhux biss l-SDG 11; |
23. |
jenfasizza l-mudell tal-Aġenda Urbana Ewropea biex jitrawwem djalogu bejn il-livelli kollha ta’ gvern dwar l-iżvilupp sostenibbli urban. Dan il-proċess jista’ jispira t-tfassil ta’ governanza tal-Aġenda Strateġika futura tal-UE 2019-2024, sabiex l-UE tkun tista’ tiffaċċja b’mod aktar effettiv l-isfidi għall-ilħuq tal-SDGs. |
24. |
jenfasizza l-potenzjal tal-proposta (8) tal-KtR li l-politika ta’ koeżjoni futura ta’ wara l-2020 għandha tappoġġja lir-reġjuni u l-bliet biex “jillokalizzaw l-SDGs” u jallinjaw l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ żvilupp urban sostenibbli mar-realtajiet lokali tagħhom; |
25. |
jenfasizza l-importanza tal-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE għall-agrikoltura, ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-FEIS u l-użu sinerġiku tagħhom flimkien mal-fondi ta’ koeżjoni biex jintlaħqu bis-sħiħ l-SDGs; |
L-involviment tal-partijiet interessati kollha
26. |
jenfasizza li minħabba n-natura trasformattiva tal-SDGs, il-livelli kollha tas-soċjetà u tal-ekonomija jeħtieġ li jkollhom is-sjieda tal-SDGs; jenfasizza l-importanza ta’ każijiet ta’ negozju tas-settur privat u dawk ekonomiċi fl-implimentazzjoni u l-kisba tal-miri tal-SDGs sal-2030; |
27. |
ifakkar li l-persuni jinsabu fiċ-ċentru tal-SDGs u li s-sħubija, il-parteċipazzjoni u l-emanċipazzjoni huma valuri fundamentali tal-iżvilupp sostenibbli. Il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini ta’ kull età, is-soċjetà ċivili fid-diversità tagħha, l-akkademja, il-korpi pubbliċi u s-settur privat fi djalogi bejn diversi partijiet interessati hija meħtieġa biex jidentifikaw u joħolqu flimkien soluzzjonijiet biex jinkisbu l-SDGs filwaqt li jinstabu l-bilanċi ġusti fir-rigward tal-kompromessi inevitabbli; |
28. |
jenfasizza r-rwol kruċjali ta’ movimenti minn isfel għal fuq, tal-kundizzjonijiet favorevoli u tal-ispirtu intraprenditorjali fil-bliet u r-reġjuni fil-kisba tal-miri tal-SDGs u t-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; |
29. |
jinkoraġġixxi attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni multilaterali dwar il-benefiċċji tal-iżvilupp sostenibbli sabiex jissawru attitudnijiet soċjali xierqa f’kull grupp ta’ età u fuq perjodu ta’ żmien twil; |
Governanza tal-UE għall-SDGs
30. |
jappella li l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida tassumi rwol ewlieni fl-istabbiliment ta’ governanza fuq diversi livelli, b’diversi partijiet interessati u transsettorjali, li tippermetti l-integrazzjoni tad-dimensjonijiet kollha tal-SDGs fil-politiki kollha tal-UE, filwaqt li tiżgura l-koerenza politika bejn is-setturi differenti, u li tinvolvi l-livelli kollha ta’ gvern u partijiet interessati, inklużi ċ-ċittadini, fl-istadji kollha tat-tfassil tal-politika; |
31. |
jenfasizza l-importanza kruċjali tat-tagħlim, peress li t-tmexxija politika hija tal-akbar importanza, u jinnota li kemm il-politiċi kif ukoll l-amministrazzjonijiet jeħtieġ li jkunu mħarrġa u impenjati fl-SDGs, u li kull istituzzjoni tal-UE teħtieġ li tintegra l-SDGs fil-governanza tagħha stess; |
32. |
jirrakkomanda li l-President tal-Kummissjoni Ewropea li jmiss jaħtar tim iddedikat li jkun marbut mal-mandat tiegħu/tagħha biex jaħdem mal-Kummissarji kollha u jeżamina l-proposti ta’ politika kollha dwar l-SDGs. Dan għandu jenfasizza l-kunflitti potenzjali u l-kompromessi neċessarji u se jkun inkarigat mill-integrazzjoni tal-SDGs fi ħdan il-politiki kollha tal-UE. Dan se jinvolvi koordinazzjoni b’saħħitha fost id-direttorati ġenerali; |
33. |
iħeġġeġ lill-President tal-Kummissjoni Ewropea li jmiss biex jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-SDGs fuq bażi annwali lill-Parlament Ewropew fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni, kif ukoll lill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali; |
34. |
iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni tal-SDGs u jrawwem it-tagħlim reċiproku fil-livell nazzjonali permezz tad-diskussjoni ta’ reviżjonijiet nazzjonali volontarji fi ħdan il-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali, qabel il-preżentazzjonijiet skedati waqt il-forums politiċi ta’ livell għoli tan-NU; |
35. |
iħeġġeġ lill-Parlament Ewropew, bħala koleġislatur, sabiex jimplimenta l-SDGs fil-fajls kollha ta’ politika rilevanti tiegħu u jimpenja l-kumitati kollha fl-ittrattar tal-implimentazzjoni tal-SDGs; jappella għal rapporteurs permanenti dwar l-SDGs fil-kumitati differenti tiegħu; |
36. |
jieħu l-impenn li jaħdem b’mod integrat u koerenti dwar l-SDGs u li jintegrahom fil-kummissjonijiet u l-Opinjonijiet kollha tal-KtR; |
37. |
jipproponi kollaborazzjoni mal-Kummissjoni u msieħba oħrajn dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-SDGs fil-livell lokali/reġjonali; jilqa’ l-ħidma tal-pjattaforma tal-SDGs tad-diversi partijiet interessati organizzata mill-Kummissjoni Ewropea bħala governanza miftuħa u parteċipattiva; jappoġġja bil-qawwa il-kontinwazzjoni tagħha sabiex tinvolvi r-reġjuni, il-bliet, is-soċjetà ċivili, l-akkademja u n-negozji fi djalogu dwar is-sostenibbiltà inklużiva u biex tinħoloq sjieda tal-SDGs; |
38. |
jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea inkludiet ir-rakkomandazzjonijiet tal-pjattaforma fid-dokument ta’ riflessjoni; |
39. |
jipprevedi l-pjattaforma bħala korp konsultattiv permanenti għal konsultazzjoni minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-UE — il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew — dwar strateġija globali għal Ewropa Sostenibbli sal-2030 kif ukoll it-tgħarrif tal-Kummissarji Ewropej u l-MEPs il-ġodda dwar l-SDGs; |
40. |
jappella għall-involviment regolari ta’ pjattaformi Ewropej, nazzjonali u sottonazzjonali fil-ħidma tal-pjattaforma ta’ bosta partijiet interessati tal-UE sabiex jissaħħu l-ħidma u r-rappreżentanza tagħha; |
41. |
jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE jinvolvu ruħhom fi djalogu interistituzzjonali regolari dwar l-SDGs, inkluż il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-politika, fl-ispirtu tal-SDG 17; |
L-integrazzjoni tal-SDGs fil-politiki tal-UE
42. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tuża l-linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar bħala għodda biex jgħinu fit-tfassil tal-leġislazzjoni, filwaqt li tqis id-dimensjonijiet kollha tal-SDGs. Dawn il-linji gwida għandhom juru biċ-ċar l-elementi varjabbli kollha li għandhom jiġu kkunsidrati jekk wieħed irid jadotta approċċ sostenibbli; |
43. |
isostni li l-kompromessi bejn id-dimensjonijiet differenti tal-SDGs se jkunu inevitabbli bejn l-SDGs u jitlob għal valutazzjonijiet tal-impatt sistematiċi ex-ante biex jiġu identifikati sinerġiji u kunflitti possibbli, kif ukoll biex jiġu vvalutati l-kompromessi b’mod trasparenti, filwaqt li jitqies l-impatt immedjat u fit-tul. Il-valutazzjoni tal-impatt territorjali kif ukoll id-dibattiti parteċipattivi maċ-ċittadini u l-partijiet interessati fil-livell lokali u reġjonali se jkunu strumentali biex jiggarantixxu l-aċċettazzjoni tad-deċiżjonijiet u biex jiżguraw it-tfassil tajjeb tal-politika; |
44. |
filwaqt li jaġixxi bħala eżempju għall-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet l-oħrajn, il-Kumitat tar-Reġjuni jieħu l-impenn li jorganizza konferenzi annwali li matulhom jiġu ppreżentati l-esperjenzi lokali u reġjonali u l-prattiki tajbin; |
45. |
jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri kollha biex jallinjaw is-semestru Ewropew mal-SDGs u strateġija sussegwenti tal-UE għal Ewropa Sostenibbli 2030. Il-gwida pluriennali għandha tiżgura li s-semestru Ewropew isaħħaħ l-istrateġija tal-UE u jsir għodda ta’ koordinazzjoni u nfurzar għall-SDGs u li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għalhekk isir l-“Istħarriġ Annwali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli”; |
46. |
jappella għal Stħarriġ tal-UE dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fuq bażi pluriennali li se jniedi ċiklu nazzjonali pluriennali ta’ rieżami u rappurtar ta’ rakkomandazzjonijiet. Dan l-istħarriġ għandu jqis l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE u l-Pjani ta’ Azzjoni ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-Istati Membri. Dan jipprovdi l-bażi għall-VNRs tal-pajjiżi tal-UE fil-kuntest tan-NU; |
47. |
jappella li l-governanza tas-Semestru Ewropew Sostenibbli fi ħdan il-Kummissjoni tinvolvi s-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni u tevita inizjattivi kompartamentalizzati (“silo initiatives”); |
48. |
itenni l-appell tiegħu li l-governanza tas-Semestru Ewropew tkun ibbażata fuq il-prinċipji tas-sħubija u l-governanza f’diversi livelli, filwaqt li jqis ir-reġjuni u l-bliet tal-UE bħala msieħba sħaħ sa mill-bidu taċ-ċiklu annwali, abbażi ta’ kodiċi ta’ kondotta (9) (10); |
49. |
jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jużaw il-baġit tal-UE biex jintegraw l-SDGs fil-politiki kollha, b’mod partikolari jwaqqfu s-sussidji għall-fjuwils fossili u jsaħħu l-kriterji ta’ sostenibilità fl-akkwist pubbliku; |
50. |
jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-SDGs u jappella li d-data tiġi diżaggregata, tal-anqas fil-livell NUTS2, u fejn meħtieġ fil-livell lokali, sabiex tippermetti tfassil aħjar tal-politika fejn il-medja nazzjonali tkun qarrieqa; |
51. |
itenni (11) l-ħtieġa li wieħed imur lil hinn mill-PDG u juża indikaturi addizzjonali li mhumiex purament ta’ natura ekonomika iżda li jirriflettu n-natura trasformattiva tal-SDGs, u li għandhom jitkejlu fil-livell ta’ NUTS2 tal-anqas permezz ta’ data diżaggregata rilevanti għall-kisba tal-SDGs; |
52. |
jirrimarka li r-reġjuni u l-bliet pijunieri jiżviluppaw tabilħaqq l-indikaturi tagħhom stess u jiġbru d-data tagħhom fi sħubija mal-atturi lokali, inkluż is-settur privat. L-iżvilupp ta’ indikaturi lokali jirrappreżenta opportunità tajba biex jitrawmu l-parteċipazzjoni u s-sjieda. Madankollu, 40 % ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ tal-KtR-OECD ma jużaw l-ebda indikatur. L-indikaturi tal-UE ma jistgħux jintużaw minħabba n-nuqqas ta’ data disponibbli fil-livell NUTS2 sabiex jintużaw lokalment; |
53. |
jipproponi li ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-UE jistabbilixxi pjattaforma ta’ data dwar l-SDGs urbani biex jitħejja manwal Ewropew tal-bliet volontarji li jimplimentaw l-SDGs; jinnota wkoll il-ħidma tad-Data tal-Bliet tal-Kunsill Dinji li tistabbilixxi standards tal-ISO għall-indikaturi għal bliet intelliġenti u reżiljenti, kif ukoll il-ħidma tal-OECD li telabora għodda ta’ viżwalizzazzjoni, li tikkombina indikaturi uffiċjali ma’ dawk mudellati fil-livell reġjonali u lokali biex jitqiesu d-disparitajiet reġjonali; |
54. |
jistieden lill-Eurostat sabiex jinkludi din il-ħidma u l-progress imkejjel fir-rapport ta’ monitoraġġ annwali tiegħu, filwaqt li jħalli wkoll spazju għal data kwalitattiva. Il-KtR huwa lest li jikkollabora u jrawwem il-kooperazzjoni ma’ dawn l-imsieħba għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-SDGs fil-livell lokali/reġjonali; |
55. |
itenni li ħafna reġjuni u bliet qed jimxu ’l quddiem u jsiru prekursuri f’din it-tranżizzjoni, b’inizjattivi li jirnexxu minn isfel għal fuq, bħall-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija u l-Ambaxxaturi tal-KtR li joperaw fuq dan. Dawn il-movimenti minn isfel għal fuq jistgħu jiksbu momentum ġdid u pass qawwi ’l quddiem fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli; |
Id-dimensjoni esterna tal-SDGs
56. |
jinsisti li l-UE tqis id-dimensjoni esterna tal-SDGs meta tkun qed timplimentahom, inkluż l-impatt estern tal-politiki domestiċi tagħha, pereżempju għall-PAK jew għall-kummerċ. Id-dimensjonijiet interni u esterni mhumiex dinjiet separati u huwa essenzjali li tintlaħaq koerenza politika għall-iżvilupp sostenibbli; |
57. |
jappella għal sħubija bejn il-livelli tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali biex jgħinu fl-implimentazzjoni tal-SDGs permezz tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp; |
58. |
jappella li r-rwol tal-ktajjen tal-provvista globali jkun immonitorjat aħjar sabiex jiġi żgurat li l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem ikunu rrispettati, u li l-prattiki tal-ekonomija ċirkolari jiġu implimentati u jiġi evitat l-użu eċċessiv tar-riżorsi; |
59. |
jinsisti fuq ir-rwol ewlieni tal-kooperazzjoni deċentralizzata u l-inizjattivi tal-KtR bħall-“Forum tal-Bliet u r-Reġjuni għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp” tal-KE u l-KtR, li fi Frar 2019 iffoka fuq sħubijiet urbani sostenibbli, laqqa’ flimkien aktar minn 500 parteċipant minn aktar minn 80 pajjiż u elabora rakkomandazzjonijiet ta’ politika konkreti dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli permezz ta’ sħubijiet reġjonali u lokali, jew l-Inizjattiva ta’ Nikosija ta’ appoġġ lill-muniċipalitajiet Libjani. Dawn l-inizjattivi tal-KtR juru li l-appoġġ tal-UE m’għandux jiffoka esklużivament fuq proġetti ta’ sħubija fuq skala kbira bejn il-bliet il-kbar, iżda ugwalment ikun aċċessibbli għal inizjattivi ta’ kooperazzjoni deċentralizzata ta’ daqsijiet differenti u li jinvolvu tipi differenti ta’ territorji; |
60. |
jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) il-ġdid ma tinkludix linja tematika ta’ finanzjament iddedikata għall-appoġġ tal-awtoritajiet lokali; |
61. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tappoġġja l-integrazzjoni ekonomika u soċjali taż-żgħażagħ, tan-nisa u tal-popolazzjonijiet spustjati f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. Il-loġika tas-sħubija ta’ kooperazzjoni deċentralizzata tista’ tgħin tittrasforma l-perċezzjoni tal-migrazzjoni bħala theddida għall-migrazzjoni bħala opportunità, speċjalment minħabba r-rwol ewlieni li jaqdu r-reġjuni u l-bliet fl-integrazzjoni tal-migranti fis-soċjetajiet li jospitawhom; |
Il-politiki tal-UE
62. |
jaqbel mad-dijanjosi u l-proposta tad-dokument ta’ riflessjoni biex issir aktar ħidma fuq erba’ raggruppamenti ta’ politika u erba’ faċilitaturi orizzontali bħala prijorità, iżda, madankollu, bl-osservazzjonijiet addizzjonali li ġejjin: |
63. |
Lil hinn miż-żieda proposta limitata fil-mira tal-integrazzjoni tal-klima, il-QFP il-ġdid għandu jalloka riżorsi finanzjarji rilevanti għall-iżvilupp sostenibbli u jiżgura wkoll li l-ebda finanzjament ma jdgħajjef l-implimentazzjoni tal-SDGs. |
64. |
jenfasizza l-urġenza li jiġu adottati l-istrateġiji u jiġu definiti azzjonijiet għal ekonomija ċirkolari b’użu effiċjenti tar-riżorsi, billi jiġi implimentat il-Ftehim ta’ Pariġi mingħajr aktar dewmien; |
65. |
jenfasizza li l-KtR janalizza iżjed fil-fond f’Opinjoni separata (12) ir-rabtiet bejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, it-tranżizzjoni ekoloġika u l-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima. Din l-Opinjoni ser tistabbilixxi l-perspettiva strateġika tal-bliet u r-reġjuni tal-UE għall-ilħuq tat-tranżizzjoni lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi, b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u newtrali għall-klima, u bijodiversa; |
66. |
jinsisti li l-konsum u l-produzzjoni sostenibbli jimplikaw ukoll tnaqqis fl-użu tar-riżorsi mhux rinnovabbli f’termini assoluti sabiex wieħed jersaq lejn is-suffiċjenza tar-riżorsi u mhux biss lejn l-effiċjenza tar-riżorsi; |
67. |
jenfasizza l-potenzjal partikolari tal-bijoekonomija f’termini tat-trawwim tal-indipendenza mill-fjuwils fossili u tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima permezz tan-newtralità tal-karbonju. Użu mifrux kemm jista’ jkun tal-prodotti bijoloġiċi f’kemm jista’ jkun setturi jgħin ukoll biex jiġu żgurati u jinħolqu impjiegi fi swieq ġodda u sostenibbli, b’mod partikolari f’reġjuni inqas industrijalizzati; |
68. |
isostni li r-reġjuni jistgħu jgħinu biex jinkiseb l-għan li, fid-deċennju li jmiss, jiżdied b’mod sinifikanti s-sehem tal-industriji innovattivi bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi bħala parti mill-prodott domestiku gross fid-deċennju li jmiss; |
69. |
jappella għal segwitu fir-rigward tal-“Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli” tal-Kummissjoni peress li l-finanzjament jeħtieġ li jintuża biex tiġi sfruttata l-bidla li tagħti redditi għas-sostenibbiltà u mhux biss redditi finanzjarji (13); |
70. |
jappella għall-involviment tas-setturi kummerċjali u tal-industrija Ewropej dwar is-sostenibbiltà bħala parti integrali tal-Istrateġija tal-Industrija Ewropea għall-2030 sabiex tgħin lin-negozji u lis-setturi tal-industrija jaċċeleraw lejn prattiki aktar sostenibbli. Proposta bħal din, diġà elenkata fir-rakkomandazzjonijiet tal-pjattaforma tal-UE ta’ bosta partijiet interessati dwar l-SDGs, għandha tiġi diskussa aktar madwar il-mejda industrijali ta’ livell għoli tal-“Industrija 2030” u tinkludi l-bijoekonomija integrata mal-SDGs għad-diskussjoni; |
71. |
jirrimarka li sabiex wieħed iżomm mal-Koerenza Politika għall-Iżvilupp (PCD) tal-Unjoni, il-PAK għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ agrikoltura sostenibbli f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex tippromovi ż-żamma tal-popolazzjoni rurali u tiżgura s-sigurtà tal-provvista alimentari tagħhom. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-esportazzjonijiet agrikoli u tal-ikel tal-UE jkunu jistgħu jitwettqu bi prezzijiet inqas mill-ispejjeż tal-produzzjoni Ewropej; |
72. |
jiddispjaċih li, fir-rigward tal-mobilità, id-dokument ta’ riflessjoni ma jinkludix l-importanza tad-disponibilità tat-trasport pubbliku għall-bini ta’ sistemi tat-trasport urban u reġjonali sostenibbli, u r-rwol kruċjali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan ir-rigward; |
73. |
jissuġġerixxi li impetu ġdid lill-aġenda sostenibbli tal-UE fil-livell internazzjonali għandu jinkludi inizjattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) fil-livell tal-OMI (trasport marittimu) u tal-ICAO (trasport bl-ajru), b’mod partikolari permezz ta’ sejħa għal taxxa globali fuq il-pitrolju u, jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim biex tiġi imposta taxxa bħal din fil-livell tal-ICAO, l-UE tita’ tikkunsidra azzjoni unilaterali bħat-tneħħija tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni għal titjiriet interni tal-UE, jew l-impożizzjoni ta’ ħlas fuq il-fjuwil għat-trasport tal-merkanzija bl-ajru; |
74. |
jinnota li l-industrija Ewropea tal-mobilità teħtieġ li żżid il-kompetittività tagħha permezz tal-innovazzjoni. Jeħtieġ li l-pjan ta’ implimentazzjoni dwar il-fjuwils alternattivi u l-infrastruttura tat-triq diġitali jiġi implimentat mill-awtoritajiet lokali u reġjonali f’kooperazzjoni mas-settur privat u appoġġjat mill-baġit tal-UE; |
75. |
fuq sfond ta’ inugwaljanzi soċjali kbar deskritti fid-Dokument ta’ Riflessjoni, bħalma huma l-fatt li aktar minn 22 % taċ-ċittadini tal-UE huma f’riskju ta’ faqar, itenni t-talba tiegħu li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jiġi implimentat bis-sħiħ u li tingħata l-istess attenzjoni lill-fatturi ta’ sostenibbiltà soċjali fir-rigward tas-sostenibbiltà ambjentali sabiex jagħti prova li l-UE għandha l-għan li ma tħalli lil ħadd u lill-ebda territorju jaqa’ lura. Fil-fatt, l-evidenza turi li territorji soċjalment fraġli ħafna drabi jkunu l-aktar esposti għall-impatt negattiv ta’ nuqqas ta’ żvilupp sostenibbli; |
76. |
jitlob monitoraġġ aktar reġjonalizzat tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-KtR bħalissa qed jiżviluppa tabella ta’ valutazzjoni soċjali reġjonali, li tista’ tintuża għal dan il-għan; |
77. |
jinnota li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-promozzjoni tat-tixjiħ attiv u b’saħħtu fost l-Ewropej, u l-approċċ għandu jinbidel minn wieħed istituzzjonali għal wieħed ibbażat fuq il-komunità; |
78. |
itenni t-talba tiegħu għall-implimentazzjoni ta’ Aġenda Ewropea għall-Abitazzjoni (14), li bħala segwitu għas-Sħubija tal-Aġenda Urbana tal-UE dwar l-abitazzjoni, tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-implimentazzjoni tal-SDG 11 (bliet u komunitajiet sostenibbli), iżda wkoll l-SDG 1 (l-ebda faqar), SDG 7 (enerġija affordabbli) u SDG 10 (inugwaljanzi mnaqqsa); |
79. |
jenfasizza li bil-kontribut tar-reġjuni u l-bliet tal-UE, l-iżvilupp ta’ teknoloġiji diġitali jista’ jittrasforma l-bidla demografika f’rebħa tripla għall-Ewropa: biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-popolazzjoni tagħna li qed tixjieħ, li nersqu lejn sistemi aktar sostenibbli tas-saħħa u l-kura u biex jinħolqu tkabbir ekonomiku sostenibbli u impjiegi fl-ekonomija tal-anzjani; |
80. |
jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol kruċjali x’jaqdu fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi, iżda jirrikonoxxi li n-nisa huma sottorappreżentati b’mod sinifikanti fl-UE fejn jammontaw biss għal 15 % tas-sindki eletti, 32 % tal-membri tal-kunsilli muniċipali u 33 % tal-membri ta’ parlamenti jew assemblej reġjonali (15); |
81. |
jappoġġja r-rikonoxximent u l-viżwalizzazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali fix-xogħol taż-żgħażagħ. L-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u tal-isport li jipprovdu programmi edukattivi mhux formali u informali għal ċittadinanza attiva barra mill-iskola huma partikolarment importanti għat-titjib tal-ħiliet u l-kompetenzi taż-żgħażagħ; |
82. |
jenfasizza l-potenzjal tal-metodoloġija dwar l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti tal-UE bħala parti essenzjali tal-politika ta’ Ewropa Sostenibbli 2030. Il-pjattaforma ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti tal-JRC tgħin lir-reġjuni jużaw il-fondi strutturali biex jintegraw l-istrateġiji ta’ innovazzjoni reġjonali tagħhom mal-SDGs, inkluż permezz tal-avvenimenti “Ix-Xjenza tiltaqa’ mar-reġjuni” organizzati mill-KtR u l-JRC. Il-komplementarjetà bejn l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u l-implimentazzjoni tal-SDGs fil-livell reġjonali ġġib magħha valur miżjud essenzjali għat-tkabbir sostenibbli; |
83. |
jenfasizza li l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet għandha tkun fost il-passi essenzjali li jmiss fl-implimentazzjoni tad-dokument ta’ riflessjoni; |
84. |
jiddispjaċih li fir-rigward tal-kummerċ, ma tħabbret l-ebda referenza għall-“ftehim komprensiv ta’ kummerċ ħieles interkontinentali bejn l-UE u l-Afrika” matul diskors dwar l-Istat tal-Unjoni. Dan il-ftehim għandu jkun iggwidat mill-SDGs u r-rwol enormi li jista’ jkollu l-kummerċ biex jgħin fil-kisba tagħhom; |
85. |
jappella għal djalogu soċjali mġedded fil-governanza korporattiva biex jiġu promossi l-SDGs u mudelli ta’ negozju ġodda biex tissaħħaħ id-demokrazija ekonomika għal tkabbir sostenibbli; |
86. |
jinsisti dwar ir-rwol pożittiv tal-ekonomija soċjali fil-ġlieda kontra l-qgħad u l-promozzjoni tat-tkabbir inklużiv u sostenibbli. Dan huwa partikolarment importanti fir-reġjuni kkaratterizzati mill-emigrazzjoni, popolazzjoni li qed tixjieħ malajr, nuqqas ta’ dinamiżmu ekonomiku u livell baxx ta’ intraprenditorija. F’reġjuni bħal dawn, l-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali jirrappreżentaw wieħed mill-modi li bihom l-intenzjonijiet tajba se jippromovu l-intraprenditorija u jattiraw l-aħjar użu tar-riżorsi lokali. |
Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2019.
Il-President
tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Karl-Heinz LAMBERTZ
(1) Dan l-istħarriġ irċieva aktar minn 400 tweġiba. Ir-riżultati u aktar informazzjoni jistgħu jiġu kkonsultati fuq https://cor.europa.eu/mt/news/Pages/SDGs_survey.aspx
(2) UN Sustainable Development Solution Network (2016), Getting Started with the SDGs in Cities. A Guide for Stakeholders, http://unsdsn.org/wp-content/uploads/2016/07/9.1.8.-Cities-SDG-Guide.pdf (mhux disponibbli bil-Malti).
(3) Bħall-Pajjiż Bask, il-Gżejjer Aland, Espoo, Ghent, Utrecht u Nordrhein-Westfalen.
(4) Studju kkummissjonat mill-KtR: Approċċ territorjali għall-implimentazzjoni tal-SDGs fl-UE — Ir-rwol tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (2019).
(5) Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi u l-Funzjoni Ewropea ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti (2018/3764, il-paragrafu 12, Relatur: Olga Zrihen (BE/PSE)).
(6) Organizzazzjonijiet bħal OECD, ICLEI, l-Inizjattiva UNDP-ART u l-UN-Habitat, u assoċjazzjonijiet bħal nrg4SD, UCLGs jew il-Global Taskforce.
(7) Bħal CEMR, Eurocities, CPMR, ESDN u n-Netwerk EEAC.
(8) Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar il-futur tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni wara l-2020.
(9) Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar It-titjib tal-governanza tas-Semestru Ewropew: Kodiċi ta’ Kondotta għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali (COR 2016/5386).
(10) Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Is-Semestru Ewropew u l-Politika ta’ Koeżjoni: l-allinjament tar-riformi strutturali mal-investimenti fit-tul (2018/5504).
(11) Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Indikaturi għal żvilupp territorjali — Il-PDG u lil hinn, adottata fil-11 ta’ Frar 2016.
(12) Ewropa Sostenibbli sal-2030: Segwitu tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, it-tranżizzjoni ekoloġika u l-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima (ENVE-VI/039) relatur Sirpa Hertell (FI/PPE).
(13) Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Il-finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli (2182/2018) adottata fis-6 ta’ Diċembru 2018.
(14) Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Lejn Aġenda Ewropea għall-Abitazzjoni” (CdR 1529/2017) adottata fl-1 ta’ Diċembru 2017.
(15) L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, Bażi ta’ Data dwar Statistika dwar is-Sessi, 2017.
29.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404/24 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Bijoekonomija sostenibbli għall-Ewropa: it-tisħiħ tal-konnessjoni bejn l-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent
(2019/C 404/05)
Relatur |
: |
Jácint HORVÁTH (HU/PSE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Nagykanizsa |
Dokument ta’ referenza |
: |
Bijoekonomija sostenibbli għall-Ewropa: it-tisħiħ tal-konnessjoni bejn l-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent COM(2018) 673 final |
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
Kummenti ġenerali
1. |
jilqa’ b’mod favorevoli l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Bijoekonomija sostenibbli għall-Ewropa: It-tisħiħ tal-konnessjoni bejn l-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent, li tipproponi pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea mġedda dwar il-bijoekonomija tul is-snin li ġejjin. Il-Kumitat iqis li jista’ jaqdi rwol ewlieni fid-djalogu mal-Kummissjoni Ewropea; |
2. |
iqis li l-pjan ta’ azzjoni ppubblikat huwa ambizzjuż biżżejjed u li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li jinkludi hija essenzjali għall-iżvilupp b’rata adatta tal-bijoekonomija Ewropea; |
3. |
iqis, barra minn hekk, li l-iżvilupp tal-bijoekonomija għandu potenzjal kbir ferm għat-tkabbir u l-impjiegi, u jirrimarka li dan jista’ jinkiseb biss jekk l-atturi reġjonali u lokali jikkooperaw mill-qrib fuq il-post u jsegwu objettivi komuni. Il-Kumitat jenfasizza wkoll l-importanza ta’ bijoekonomija sostenibbli għall-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli; |
4. |
huwa konvint li l-inizjattivi Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali tal-bijoekonomija għandhom jiġu armonizzati billi jiġu sfruttati l-effetti pożittivi tal-governanza f’diversi livelli b’tali mod li jinħolqu l-aħjar kundizzjonijiet għall-iżvilupp tal-bijoekonomija fl-Ewropa. Barra minn hekk, u anke fir-rigward tal-bijoekonomija, il-livell lokali u reġjonali għandu rwol importanti x’jaqdi fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-universitajiet, l-industrija, il-gvern u s-soċjetà ċivili, permezz tal-mudell tal-ispiral kwadruplu (quadruple helix); |
5. |
jenfasizza l-opportunitajiet straordinarji offruti mill-perjodu 2021-2027 għall-iżvilupp tal-bijoekonomija. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma essenzjali għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE u għadd kbir ta’ strateġiji reġjonali ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, peress li jippermettu l-kofinanzjament ta’ programmi u proġetti li jsaħħu l-bijoekonomija; |
6. |
barra minn hekk, jinnota li, mill-2021, il-Kummissjoni qed tipprevedi wkoll l-obbligu li jitfasslu l-pjani ta’ azzjoni għall-bijoekonomija fl-aktar livell territorjali xieraq, li se jinvolvi t-tisħiħ tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u l-ġestjoni tal-programmi bl-aktar mod dirett flimkien mas-setturi u ċ-ċittadini kkonċernati, skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-governanza f’diversi livelli. Sabiex tinħoloq bijoekonomija sostenibbli u ċirkolari, jeħtieġ li l-attivitajiet jiġu integrati sew fil-livell lokali u reġjonali, peress li l-popolazzjonijiet lokali jafu sew il-katini ta’ valur eżistenti fi ħdan ir-reġjuni. Ir-reġjuni jinvestu fis-servizzi u l-kapaċitajiet bażiċi, b’tali mod li l-approċċ lokali u reġjonali huwa l-garanzija ta’ rabta b’saħħitha mal-ispeċifiċitajiet u l-ispeċjalizzazzjoni reġjonali; |
7. |
iqis li tinħtieġ reviżjoni b’mod regolari tal-qafas legali sabiex jitneħħew l-ostakli legali għall-investiment, bil-għan li tinkiseb b’suċċess il-viżjoni tal-akbar espansjoni possibbli tal-bijoekonomija; |
8. |
huwa konvint li l-iżvilupp ta’ bijoekonomija Ewropea sostenibbli se joħloq l-impjiegi, b’mod partikolari fiż-żoni kostali u rurali, permezz taż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-produtturi primarji fil-bijoekonomija lokali. Huwa stmat li fis-setturi tal-bijoekonomija jistgħu jinħolqu miljun impjieg ġdid sal-2030; |
9. |
iħeġġeġ lill-pajjiżi kollha tal-UE jiżviluppaw strateġija nazzjonali dwar il-bijoekonomija sal-2021 bħala parti mill-ippjanar tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss għas-snin 2021-2027, sabiex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp; |
10. |
iħeġġeġ lir-reġjuni kollha fl-Ewropa, peress li huma wieħed mill-aktar livelli territorjali adatti għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji tal-bijoekonomija, biex jadottaw pjani ta’ azzjoni għall-bijoekonomija, sa mhux aktar tard minn tmiem l-2024, jew jipprevedu kapitolu separat dwar il-bijoekonomija fil-qafas tal-istrateġija ta’ żvilupp ġenerali tagħhom. Il-Kumitat iqis wkoll li, peress li l-limiti ekoloġiċi tal-bijoekonomija jmorru lil hinn minn dawk amministrattivi, għandhom jiġu previsti wkoll strateġiji interreġjonali sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni transkonfinali u interreġjonali (ġemellaġġ, netwerks) ma’ reġjuni bi profil simili. Fl-istess ħin, is-sħubijiet tal-bijoekonomija għandhom jiġu promossi fl-istrateġiji makroreġjonali u f’dawk tal-baċiri tal-baħar; |
11. |
jittama li t-tkabbir tal-akkwist pubbliku ekoloġiku jkun qawwi kemm jista’ jkun fil-futur fl-Unjoni Ewropea, u josserva li l-iżvilupp tal-bijoekonomija huwa prerekwiżit għal dan it-tkabbir; Josserva għalhekk li l-akkwist pubbliku huwa għodda importanti li jista’ jappoġġja l-iżvilupp ta’ prodotti u soluzzjonijiet b’bażi bijoloġika. Sabiex dan ikun appoġġjat u jkun possibbli, ta’ spiss jinħtieġ appoġġ mill-UE, fil-forma ta’ rekwiżiti ta’ ekodisinn, standards, dikjarazzjonijiet dwar il-klima u dikjarazzjonijiet ambjentali dwar il-prodotti u strateġiji dwar miżuri għall-iżvilupp; |
12. |
jinnota bi tħassib li, skont dokument reċenti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, fil-perjodu 2015-2030, madwar 11 % (aktar minn 20 miljun ettaru) ta’ art agrikola fl-UE jinsabu f’riskju potenzjali għoli ta’ abbandun minħabba fatturi relatati mal-adegwatezza bijofiżika tal-art, l-istruttura tal-azjendi agrikoli u l-vijabbiltà agrikola, il-popolazzjoni u l-ispeċifiċitajiet reġjonali (1). Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kumitat jenfasizza l-potenzjal importanti ta’ art agrikola abbandunata għaż-żieda fil-produzzjoni ta’ diversi tipi ta’ bijoriżorsi, sakemm tali użu diversifikat ma jipperikolax l-art agrikola b’Valur Naturali Għoli (HNV) u lanqas ma jnaqqas il-bijodiversità u l-potenzjal għar-ripristinar u r-restawr tal-ambjent selvaġġ tal-ħabitats; |
13. |
ifakkar li, f’Opinjoni preċedenti dwar ir-riforma tal-Politika Agrikola Komuni (2), fir-rigward tal-ambjent u l-ikel enfasizza l-ħtieġa tal-irduppjar, meta mqabbel mal-2017, tal-erja użata għall-produzzjoni organika fl-Istati Membri, jew mill-inqas 30 % tal-erja agrikola użata tal-Istati Membri; |
14. |
jappoġġja l-konklużjonijiet tar-rapport dwar ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-istrateġija tal-UE għall-foresti, li skonthom għandha tiġi kkoordinata r-reviżjoni tal-istrateġija għall-foresti u r-riforma tal-istrateġija dwar il-bijoekonomija. Għandha tiġi żgurata konsistenza bejn id-diversi politiki tal-UE fl-iżvilupp tal-bijoekonomija tal-foresti u l-promozzjoni tal-innovazzjoni; |
It-tisħiħ tas-setturi tal-bijoekonomija u l-iżvilupp tal-attività tagħhom, l-iżblukkar tal-investimenti u s-swieq
15. |
jemmen li l-innovazzjonijiet fil-qasam tal-bijoekonomija bħalissa jattiraw investituri kummerċjali biss jekk ikunu involuti fl-iżvilupp ta’ prodotti b’valur miżjud għoli. Ikun meħtieġ li jiġu rfinati l-iskemi ta’ sostenn sabiex jiġu żviluppati teknoloġiji fir-rigward ta’ prodotti b’bażi bijoloġika, b’valur tas-suq baxx iżda intiżi biex jissostitwixxu prodotti fossili. Jinħtieġu mekkaniżmi iżjed ċari għall-ipprezzar tar-riżorsi tal-bijoenerġija, mingħajr ma jiġi ddettat kif għandhom jintużaw ir-riżorsi. L-ipprezzar kif imiss tar-riżorsi fossili huwa fundamentali biex il-bijoekonomija tkun kompetittiva; |
16. |
huwa tal-fehma li l-istabbiliment ta’ sistema armonizzata għar-regolamentazzjoni tal-istandards dwar prodotti li jistgħu jiġu manifatturati b’mod sostenibbli u l-iskart tagħhom, kif ukoll il-garanzija tal-istabbiltà ta’ din is-sistema fil-livell tal-Istati Membri, ikunu pass kbir ’il quddiem għall-organizzazzjonijiet involuti fir-riċerka, l-iżvilupp u l-manifattura ta’ prodotti b’bażi bijoloġika; |
17. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tappoġġja l-proċessi involuti fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti b’bażi bijoloġika fl-Istati Membri tal-UE u l-multiplikazzjoni tat-teknoloġiji fil-qasam tal-bijoekonomija sostenibbli. L-UE għandha tassumi r-rwol ta’ mexxej fis-settur billi tiżviluppa teknoloġiji avvanzati relatati mal-bijoekonomija bil-għan li jiġi promoss il-ħolqien ta’ impjiegi u li tkun assigurata l-provvista ta’ prodotti b’bażi bijoloġika; |
18. |
jenfasizza li r-regoli applikabbli għandhom jevitaw li jimponu piż amministrattiv eċċessiv fuq l-utenti tar-riżorsi bijoloġiċi. Attwalment, dawn ir-rekwiżiti ta’ rappurtar relatati mas-sostenibbiltà u mal-ekonomija (inkluż għall-imsieħba tan-negozju) jiġu kemm mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll mid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED II). Huwa importanti wkoll li tiġi evitata l-mikroġestjoni tal-użu tar-riżorsi tal-bijoenerġija differenti, bil-kundizzjoni li dawn ir-riżorsi jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tnaqqis tal-impatt fuq il-klima u t-titjib tas-sostenibbiltà. B’mod partikolari, fil-bijoraffineriji jintużaw flussi differenti ta’ riżorsi għal varjetà ta’ finijiet differenti, inklużi l-bijokarburanti; |
19. |
iqis li l-iżvilupp tal-bijoekonomija, b’mod partikolari fir-reġjuni inqas żviluppati, huwa marbut ma’ proġetti konkreti, u li t-twettiq ta’ innovazzjonijiet ewlenin jagħmilha possibbli li jiġi segwit l-iżvilupp. Fir-rigward ta’ BIOEAST u inizjattivi simili b’aktar minn Stat Membru wieħed, il-KtR jipproponi li l-Kummissjoni tħeġġeġ it-tisħiħ ta’ sinerġiji pożittivi permezz ta’ programmi u għotjiet tematiċi. Jeħtieġ li l-interkonnessjoni bejn l-attivitajiet ta’ trasferiment tat-teknoloġija u r-riżorsi tal-bijomassa fir-reġjuni tippermetti li jinkisbu riżultati dimostrabbli għas-soċjetà wkoll, u b’hekk jintwera li l-bijoekonomija sostenibbli hija l-qalba “ekoloġika” ħajja tal-ekonomija ċirkolari; |
20. |
jemmen li, sabiex titħaffef it-tranżizzjoni tal-enerġija u sabiex l-enerġija rinnovabbli ssir aktar kompetittiva fis-suq meta mqabbla mal-karburanti fossili mingħajr ma dan jitqies bħala għajnuna mhux awtorizzata mill-Istat, għandu jiġi kkunsidrat l-aġġustament tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija u tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat; |
21. |
jilqa’ l-fatt li, fis-snin li ġejjin, il-Kummissjoni Ewropea qed tippjana li tistabbilixxi strument ta’ sostenn għall-politiki biex tindirizza l-iżbilanċi territorjali fil-bijoekonomija, iżda jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li din l-għodda tiffunzjona tal-inqas sa tmiem l-2027, sabiex jitnaqqsu b’mod effettiv id-disparitajiet territorjali li ħarġu fid-dieher preċedentement f’dan il-qasam; |
22. |
jilqa’ l-inklużjoni tal-bijoteknoloġija fl-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (RIS3) f’diversi pajjiżi tal-UE. It-tfassil ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti kienet kundizzjoni ex-ante għall-aċċess għall-fondi Ewropej tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (RŻI) fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, u dawn l-istrateġiji huma wkoll strumenti għall-azzjoni politika li, bl-għoti ta’ stampa tal-karatteristiċi reġjonali u territorjali, tas-setturi u l-prijoritajiet teknoloġiċi, huma punti ta’ riferiment għall-implimentazzjoni tal-politiki. Iqis ukoll li l-RIS3 reġjonali relatati mal-bijoekonomija jkunu aktar effettivi jekk ikunu bbażati fuq sforzi kkoordinati, kemm bejn ir-reġjuni ġirien kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri, sabiex jiġi salvagwardjat l-ambjent fit-tul, tiġi protetta l-bijodiversità u jiġi sfruttat il-potenzjal tal-bijoekonomija; |
23. |
iqis li jeħtieġ li jiżdied l-appoġġ għall-bijoteknoloġija, kemm mil-lat ta’ prijoritajiet ta’ riċerka u innovazzjoni kif ukoll fir-rigward tal-prijoritajiet ta’ investiment. Permezz tal-bażi ta’ għarfien u l-istrumenti tagħha, il-bijoteknoloġija tista’ mhux biss tnaqqas l-impatti negattivi fuq l-ambjent, peress li hija r-rabta bejn l-istadji tal-ipproċessar tal-bijomassa, iżda wkoll tippromovi l-iżvilupp ta’ industriji b’bażi bijoloġika b’mod sostenibbli; |
24. |
japprova l-Azzjoni 1.5 tal-Pjan ta’ Azzjoni, li tipprevedi l-iżvilupp ta’ 300 bijoraffinerija sostenibbli (3). Il-KtR jipproponi li, fil-bini ta’ bijoraffinerija ġdida, abbażi tad-data tas-sistema unika ta’ indikaturi u ta’ monitoraġġ, ir-reġjuni inqas żviluppati fis-settur tal-bijoekonomija għandhom jiġu megħjuna biex jirkupraw, b’konformità mar-regoli u l-għotjiet tal-PAK u d-Disa’ Programm Qafas. L-introduzzjoni ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi flimkien mal-iżvilupp ta’ sistemi konnessi ta’ trasferiment tal-għarfien se jiżguraw sfruttament ekoloġikament korrett tal-potenzjal tal-ekosistemi, li jista’ jwassal għal ktajjen ta’ valur sostenibbli tal-bijomassa; |
25. |
jemmen li sabiex il-ktajjen ta’ valur jiġu ottimizzati, ikkonvertiti u integrati huwa essenzjali li l-partijiet interessati lokali u reġjonali, u b’mod partikolari l-SMEs, jiġu involuti b’mod attiv sabiex tiġi involuta l-katina kummerċjali kollha lil hinn mill-produtturi primarji. Huwa essenzjali li jingħata appoġġ lill-involviment tal-SMEs fil-proċessi ta’ konverżjoni tat-teknoloġija u tan-negozju tagħhom lejn il-bijoekonomija; |
L-iskjerament rapidu tal-bijoekonomiji lokali madwar l-Ewropa
26. |
jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tagħti attenzjoni partikolari lill-għoti ta’ informazzjoni lil dawk responsabbli fi ħdan l-amministrazzjonijiet tal-bliet u ż-żoni rurali sabiex ikunu jistgħu jintegraw il-possibbiltajiet ta’ produzzjoni u proċessar tal-bijomassa fil-proċess ta’ pjanar strateġiku u tal-baġit fit-tul; |
27. |
jenfasizza li l-konsultazzjonijiet bejn reġjuni ġirien għandhom jagħmluha possibbli li jiġu żviluppati teknoloġiji u soluzzjonijiet għall-biedja organika u ċirkolari fil-kuntest ta’ kooperazzjoni reċiproka; |
28. |
jistma li l-bliet għandhom jiġu ttrasformati f’ċentri importanti tal-bijoekonomija ċirkolari. Il-ġestjoni ċirkolari tal-materjali u r-riċiklaġġ (jew fejn applikabbli, ir-riraffinar) tal-iskart, inkluż l-iskart organiku, fil-bliet huma ta’ importanza kbira, u l-implimentazzjoni tagħhom tirrikjedi mhux biss infrastruttura u sistemi ta’ ġbir, proċessar u riċiklaġġ (jew ir-riraffinar), iżda wkoll sensibilizzazzjoni fost il-popolazzjoni. Il-KtR jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tipprevedi b’mod ikkoordinat ir-riżorsi meħtieġa għal dan il-għan, li jinkludi wkoll l-iżvilupp konġunt u komplementari ta’ adattamenti teknoloġiċi u sistemi ta’ trasferiment tal-għarfien; |
29. |
huwa tal-fehma, b’mod partikolari, li fil-fatt, la l-istrateġija u lanqas il-pjan ta’ azzjoni ma jindirizzaw kwistjonijiet ta’ governanza. Sabiex jinkisbu l-proċessi stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni, jeħtieġ li jiġu attribwiti responsabbiltajiet ċari lill-atturi rilevanti u b’rispett sħiħ tal-governanza f’diversi livelli sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti ta’ kull parti tal-istrateġija; |
30. |
iqis li jeħtieġ li tiġi armonizzata l-leġislazzjoni, peress li t-28 Stat Membru bħalissa qed japplikaw regoli differenti għall-flussi tal-bijomassa li huma l-materja prima ewlenija tal-ktajjen ta’ valur deċiżivi għall-bijoekonomija u għall-flussi ta’ skart li jirriżultaw mill-ipproċessar tagħhom; |
31. |
huwa tal-fehma li l-organizzazzjonijiet (bħan-Netwerk Ewropew tar-Reġjuni tas-Sustanzi Kimiċi – ECRN), il-pjattaformi (bħall-Konsorzju tal-Industriji b’Bażi Bijoloġika – BIC) u r-raggruppamenti ta’ negozji, li huma kapaċi jimmassimizzaw il-potenzjal tar-riżultati u l-għarfien miksub u jikkombinaw l-inizjattivi lokali u reġjonali, jistgħu jippromovu l-proċessi tal-bijoekonomija b’mod effettiv. Fil-futur, se jkun partikolarment importanti li dawn jiġu inklużi f’sistemi ta’ trasferiment tal-għarfien; |
Fehim tal-konfini ekoloġiċi tal-bijoekonomija
32. |
jipproponi li l-limiti ekoloġiċi u l-ekosistemi, aktar milli l-konfini amministrattivi, jintużaw bħala bażi għall-valutazzjoni tal-potenzjal tal-produzzjoni tal-bijomassa. Sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni, il-kwantitajiet tal-bijomassa prodotti għandhom jiġu vvalutati bir-reqqa u rreġistrati f’sistema waħda. Dan jeħtieġ kooperazzjoni koordinata bejn ir-reġjuni u huwa essenzjali li jiġu żviluppati u definiti metodi standardizzati ta’ kejl u ta’ kontroll għal din il-valutazzjoni; |
33. |
jilqa’ b’sodisfazzjon l-appoġġ mogħti mill-Kummissjoni, b’konformità mal-Azzjoni 3.2 tal-Pjan ta’ Azzjoni, għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ mmappjar u ta’ statistika għall-monitoraġġ tal-ekosistema. Madankollu, il-KtR jipproponi li tiġi żviluppata u implimentata sistema Ewropea uniformi ta’ indikaturi għall-monitoraġġ tal-produzzjoni tal-bijomassa. Huwa essenzjali li jiġi stabbilit qafas ta’ informazzjoni uniku għall-installazzjoni ta’ teknoloġiji tal-ipproċessar downstream u l-ottimizzazzjoni tal-operat tagħhom f’termini ta’ effiċjenza enerġetika, protezzjoni ambjentali u loġistika tal-bijomassa; |
34. |
jipproponi l-iżvilupp ta’ sistema unika ta’ indikaturi li tkun kapaċi tipprovdi informazzjoni dwar l-attività tar-reġjuni permezz ta’ indikaturi bażiċi u indikaturi speċifiċi. Fir-rigward tal-indikaturi bażiċi, il-Kumitat jissuġġerixxi li jiġu mmonitorjati l-parametri li ġejjin: (1) il-PDG skont ir-reġjun (perċentwal meta mqabbel mal-PDG nazzjonali); (2) l-attività internazzjonali tar-RŻI; (3) l-iffrankar tal-enerġija fossili; (4) it-tnaqqis tal-emissjonijiet, b’mod partikolari tal-ammonijaka (NH3) u tal-gassijiet b’effett ta’ serra ewlenin (CO2, CH4); (5) il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli (f’dan il-każ, qed tiġi proposta l-istandardizzazzjoni tad-dimensjoni tal-kejl). L-indikaturi speċifiċi li jistgħu jiddefinixxu il-prestazzjoni tar-reġjuni fir-rigward tal-pjan ta’ azzjoni tal-istrateġija dwar il-bijoekonomija jkunu dawn li ġejjin: (1) in-numru ta’ impjiegi ġodda (b’rabta mal-iżvilupp tal-bijoekonomija); (2) ir-rwol tal-bijoekonomija fir-rigward tal-prestazzjoni reġjonali; (3) l-iskala tal-isforzi bil-għan li tinżamm u tiġi żviluppata l-bijodiversità (fondi allokati); (4) il-konservazzjoni tal-ambjent u t-tnaqqis tal-ammont ta’ skart; |
35. |
iqis li l-estensjoni tas-sistemi transkonfinali ta’ sostenn għal proċessi ta’ innovazzjoni u għall-opportunitajiet ta’ kooperazzjoni, li b’mod speċifiku jappoġġjaw l-iżvilupp tal-bijoekonomija, tagħti kontribut effettiv għall-koordinazzjoni transkonfinali tal-istrateġiji fir-reġjuni ġirien. Il-kooperazzjoni li tiffoka fuq approċċi ekoloġiċi, soċjali u ekonomiċi simili tista’ tiggwida l-ispeċjalizzazzjoni tat-taħriġ fil-livell lokali u jkollha wkoll impatt pożittiv fuq ir-rati tal-impjiegi settorjali; |
36. |
jirrakkomanda li jiġu promossi mekkaniżmi biex jinkisbu kompromessi bejn il-bijodiversità u l-produzzjoni u li jinstabu sinerġiji bejn il-politiki differenti. L-aċċelerazzjoni tat-tibdil fil-klima twassal ukoll għal mutazzjonijiet fil-livell mikroreġjonali; |
37. |
jitlob li jiġi żviluppat qafas ta’ żvilupp komprensiv li jikkontribwixxi għall-koordinazzjoni ta’ miżuri ta’ politika dwar il-klima fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu miġġielda t-telf tal-bijodiversità u t-tibdil ambjentali, waqt li jiġu ppreservati u mtejba r-riżorsi u l-fertilità tal-ħamrija; |
38. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħolqien ta’ strateġija dwar il-bijoekonomija f’konformità mal-objettivi ta’ sostenibbiltà, akkumpanjata minn pjan ta’ azzjoni, li l-bażi tiegħu hija l-protezzjoni ta’ żoni ta’ produzzjoni kontra l-isfruttament eċċessiv, flimkien mat-titjib tal-potenzjal tal-bijomassa. Il-KtR jilqa’ wkoll il-protezzjoni tar-riżorsi użati bħala bażi għall-produzzjoni, u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-reġjuni jkollhom aċċess ugwali aħjar għal fondi intiżi għas-sensibilizzazzjoni; |
Il-finanzjament tal-bijoekonomija
39. |
jilqa’ l-fatt li l-għan tal-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss għas-snin 2021-2027 huwa li tingħata spinta sinifikanti lir-riċerka u l-innovazzjoni sistematiċi fl-oqsma u s-setturi koperti mill-bijoekonomija, b’mod partikolari b’EUR 10 biljun (4), jiġifieri madwar 10 % tal-baġit stmat għar-raggruppament “Ikel u Riżorsi Naturali” tal-programm Orizzont Ewropa (5). Il-Kumitat jilqa’ wkoll, b’mod partikolari, l-inklużjoni ta’ “Soluzzjonijiet ibbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi sostenibbli, inklużivi u ċirkolari” għat-tmien oqsma ta’ sħubija tal-programm; |
40. |
jenfasizza, madankollu, li l-iżvilupp tal-bijoekonomija jirrikjedi approċċ olistiku, li jfisser ukoll li l-finanzjament tiegħu jirrikjedi l-użu koordinat u simultanju ta’ diversi riżorsi. Il-KtR iqis li l-Kummissjoni Ewropea jeħtiġilha ssaħħaħ il-komplementarjetajiet ta’ għadd ta’ strumenti finanzjarji u tiżviluppa għodod adegwati għall-koordinazzjoni tar-riżorsi (taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, il-Politika Agrikola Komuni, kif ukoll ir-riżorsi disponibbli għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u l-istrumenti finanzjarji tal-Programm InvestEU) sabiex tawtonomizza lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jagħmlu użu sħiħ mill-fondi disponibbli biex ikopru l-appoġġ għall-bijoekonomija; |
41. |
jenfasizza l-importanza li għandha tingħata lill-programm InvestEU bħala sors futur ta’ finanzjament tal-bijoekonomija; għaldaqstant jitlob li l-bijoekonomija tibqa’ żona fil-mira tal-finanzjament u tibqa’ tidher fost l-oqsma finanzjati mill-programm InvestEU; |
42. |
ifakkar li l-intenzjoni ddikjarata li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tintuża sabiex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi, mhijiex biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi. Il-KtR kien diġà stqarr fl-Opinjoni tiegħu dwar il-pakkett tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2021-2027 (6) li l-proposta dwar il-perspettivi finanzjarji li jmiss għandu jkollha l-għan li tippermetti li dan l-impenn ikun aktar minn 30 %, u li permezz tiegħu tikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija, l-industrija u s-sistema tat-trasport u għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari; dawn l-objettivi jippromovu l-iżvilupp tal-bijoekonomija b’rata adatta; |
43. |
itenni li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “Orizzont Ewropa” – Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, tinkludi l-ġustifikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni fil-qasam tal-aċċess tagħhom għall-programmi orizzontali tal-Unjoni, filwaqt li tqis is-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika tagħhom. Il-KtR jiddispjaċih li dan ir-rikonoxximent ma ġiex ikkonkretizzat fit-test propost, li se jagħmilha diffiċli għall-programm li jqis il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ dawn ir-reġjuni u l-assi uniċi tagħhom bħala banek tal-ittestjar għar-riċerka u l-innovazzjoni f’oqsma bħall-bijoekonomija jew it-tibdil fil-klima, f’konformità mal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti tagħhom; |
Edukazzjoni, taħriġ u sensibilizzazzjoni dwar il-bijoekonomija
44. |
huwa mħasseb dwar l-istatistika li turi li l-età medja tal-produtturi u l-intraprendituri fil-bijoekonomija qed tiżdied kull sena. Jista’ jingħad li, fin-nuqqas ta’ tibdil fis-sitwazzjoni tal-popolazzjoni li qed tixjieħ u ta’ trasferiment tal-għarfien u l-kisba meħtieġa ta’ ħiliet u kompetenzi ġodda, il-provvista futura ta’ ikel ta’ kwalità u fi kwantità suffiċjenti – u li dejjem tiżdied – qed tiġi mhedda. Għandha tingħata prijorità lill-iżvilupp ta’ sistemi xierqa tat-trasferiment tal-għarfien fis-setturi tal-bijoekonomija u lid-dimensjonijiet innovattivi, soċjali, ekonomiċi u ekoloġiċi tal-konnettività intersettorjali; |
45. |
iqis li l-forza tax-xogħol meħtieġa għal ktajjen ta’ valur b’bażi bijoloġika u sostenibbli, adatti għall-ekosistema, se tkun disponibbli fit-tul jekk isiru sforzi biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tax-xogħol tas-setturi tal-bijoekonomija permezz ta’ moduli ta’ edukazzjoni progressivi u konsistenti mill-edukazzjoni primarja ’l quddiem, kif ukoll taħriġ u moduli ta’ tagħlim tul il-ħajja, li jitħejjew mill-Istati Membri abbażi tal-metodu miftuħ tal-koordinazzjoni. Il-Kumitat iqis li l-iżvilupp ta’ dawn il-moduli huwa assolutament neċessarju peress li l-għarfien dwar il-kultura u s-sostenibbiltà ambjentali jeħtieġ li jiġi trasferit f’kull livell ta’ edukazzjoni, kif ukoll fit-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja. Għalhekk jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiffaċilita lill-Istati Membri ħalli flimkien jidentifikaw u jiddefinixxu objettivi komuni kif ukoll il-mezzi biex dawn jinkisbu fil-livell tal-UE; |
46. |
jenfasizza li l-ħolqien ta’ domanda tas-suq għal prodotti b’bażi bijoloġika huwa essenzjali għall-iżvilupp tal-bijoekonomija; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jitwettqu azzjonijiet u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, iżda wkoll li tiġi appoġġjata d-domanda, li jirrikjedi kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet. |
Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2019.
Il-President
tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Karl-Heinz LAMBERTZ
(1) “Agricultural Land Abandonment in the EU within 2015-2030” (“L-Abbandun tal-Art Agrikola fl-UE bejn l-2015 u l-2030”), Għarfien dwar il-Politika tal-JRC (Ottubru 2018), aċċessibbli hawnhttps://ec.europa.eu/jrc/sites/jrcsh/files/jrc113718.pdf (mhux disponibbli bil-Malti).
(2) Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “ir-riforma tal-PAK” (COR-2018-03637).
(3) OECD, Meeting Policy Challenges for a Sustainable Bioeconomy, (Nindirizzaw l-isfidi tal-politika għal bijoekonomija sostenibbli) 2018, ISBN 9789264292345 (mhux disponibbli bil-Malti); BIO-TIC, A roadmap to a thriving industrial biotechnology sector in Europe (Pjan direzzjonali għal settur tal-bijoteknoloġija b’saħħtu fl-Ewropa), 2015 (mhux disponibbli bil-Malti).
(4) COM(2018) 435, 7.6.2018: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu.
(5) COM(2018) 321 final, 2.5.2018: Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi – Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027.
(6) COR-2018-02389
29.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404/30 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — It-tisħiħ tat-tagħlim tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, (l-arti) u l-matematika [STE(A)M] fl-Unjoni Ewropea
(2019/C 404/06)
Relatur |
: |
Csaba BORBOLY (RO/PPE), President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Harghita |
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
1. |
jilqa’ r-rikonoxximent minn proporzjon sinifikanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Ewropa tal-fatt li hemm opportunitajiet u responsabbiltajiet importanti għalihom fid-definizzjoni ta’ approċċ koerenti u integrat għat-tagħlim tas-STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika) u l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi assoċjati ma’ dawn id-dixxiplini dejjem aktar mifruxa madwar id-dinja fil-livelli differenti ta’ tagħlim; |
2. |
jirrimarka li filwaqt li t-tkabbir ta’ setturi ekonomiċi intensivi fl-innovazzjoni bħal ICT, robotika, awtomazzjoni, riċerka u żvilupp tekniċi, loġistika u diversi attivitajiet ta’ inġinerija huwa mistenni li jkompli b’mod sostnut, dan jista’ jkun imxekkel minn implimentazzjoni mhux xierqa tal-edukazzjoni STEM; |
3. |
huwa tal-fehma li, fil-każ tas-STEM, għalkemm huwa ċertament possibbli li wieħed jitkellem dwar metodu ppruvat ta’ tagħlim li ilu fis-seħħ għal għexieren ta’ snin u li l-kundizzjonijiet materjali tiegħu huma diġà fis-seħħ, għad hemm bżonn li jittieħdu miżuri ġodda, fid-dawl tal-importanza li jkun hemm aktar għalliema li jkunu jistgħu jmorru lil hinn mill-fruntieri tradizzjonali bejn id-dixxiplini differenti u jagħtu prijorità lil approċċ interdixxiplinari ta’ tagħlim ibbażat fuq ir-riċerka applikata, il-metodu xjentifiku u proġetti, u fid-dawl tal-fatt li, f’ħafna każijiet, il-ħtieġa li jsir investiment f’dan il-qasam s’issa għadha ma ġietx rikonoxxuta fil-politiki nazzjonali tal-edukazzjoni fid-diversi Stati Membri; |
4. |
jenfasizza li l-edukazzjoni STEM ma tfissirx biss li wieħed jgħaddi lil ħaddieħor diversi suġġetti jew dixxiplini xjentifiċi b’mod separat. Wieħed mill-prinċipji bażiċi huwa li t-tagħlim tagħhom irid ikun ippjanat u mwassal mhux f’iżolament, iżda bħala parti minn approċċ koerenti u trasversali taħt sistema li fil-prattika tkun multidixxiplinarja; |
5. |
jinnota li skont diversi studji, l-għadd ta’ impjiegi se jiżdied b’mod sinifikanti, inkluż fil-perjodu medju, fis-setturi relatati mas-STEM, u huwa f’dawn l-oqsma li l-qgħad jinsab fl-aktar livell baxx fi kważi l-Istati Membri kollha; |
6. |
iwissi li, skont il-Forum Ekonomiku Dinji (1), id-dikotomija bejn l-Istudji Umanistiċi u x-Xjenzi ma tippreparax lill-ġenerazzjonijiet il-ġodda għal rwoli ġodda multifunzjonali li għalihom il-ħaddiema se jeħtieġu ħiliet tekniċi, kif ukoll soċjali u analitiċi. Għalhekk, jappella għal enfasi b’saħħitha fuq is-suġġetti STEAM, biex l-istudenti jiġu mgħammra b’ħiliet li jsolvu problemi kumplessi, kreattività, ħsieb kritiku, ġestjoni tal-persuni u flessibbiltà konjittiva; |
7. |
iqis li huwa importanti li jiġi ddikjarat li, fuq il-bażi tar-riżultati fil-qasam tas-STEM fil-livell internazzjonali, ikun jaqbel li dan mhux biss jitqies fl-edukazzjoni għolja, iżda li jiġu introdotti l-bażijiet fil-livelli kollha mill-edukazzjoni primarja ’l quddiem. Dan jista’ jinkiseb billi titwessa’ l-firxa tal-ħiliet bażiċi li għandhom ikunu disponibbli għal kulħadd sabiex jiġu inklużi l-ħiliet bażiċi STEM, u speċjalment il-litteriżmu tekniku u xjentifiku; |
8. |
iqis li, f’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-governanza f’diversi livelli, jeħtieġ li jiġi eżaminat kif il-livell lokali u reġjonali jista’ jgħin, abbażi tal-metodu miftuħ ta’ kooperazzjoni, biex jiġu kkoreġuti n-nuqqasijiet u l-ispariġġi eżistenti bejn it-taħriġ, il-forza tax-xogħol u l-impjiegi relatati mas-STEM permezz ta’ koordinazzjoni, u b’hekk jinħolqu kundizzjonijiet ekwi Ewropej; |
9. |
ifakkar li, fl-interess tas-sussidjarjetà u d-deċentralizzazzjoni fl-Istati Membri, jeħtieġ li jiġi rikonoxxut bis-sħiħ li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jiffinanzjaw l-iskejjel jew jappoġġjaw b’modi oħra n-netwerk edukattiv, bla dubju ta’ xejn għandhom post f’dan il-proċess peress li jaqdu rwol deċiżiv fil-mobilizzazzjoni tal-fondi tal-UE; |
10. |
iqis li l-inizjattivi, l-istrateġiji, il-pjani ta’ azzjoni u s-sħubijiet pubbliċi-privati implimentati fil-livell lokali u reġjonali fil-qasam tas-STEM jistgħu jaqdu rwol importanti biex inaqqsu d-differenzi fl-iżvilupp bejn reġjuni differenti. F’ħafna każijiet, it-titjib tal-kompetenzi marbuta ma’ impjiegi relatati mas-STEM ma jiddependix minn infrastruttura edukattiva tradizzjonali li tiswa ħafna, u barra minn hekk, b’mod partikolari fl-edukazzjoni vokazzjonali u t-tagħlim tal-adulti, hemm ukoll ħafna opportunitajiet biex jiġu organizzati korsijiet speċjalizzati ta’ ċiklu qasir, xi drabi ta’ ftit xhur biss. Il-preżenza ta’ ħaddiema kompetenti b’rabta mas-STEM fit-territorju tagħhom hija fattur deċiżiv għall-kompetittività tar-reġjuni, u l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali differenti f’dan il-qasam jista’ jkun partikolarment effikaċi. Meta s-suġġetti STEM jiġu kkunsidrati bħala prijorità edukattiva fil-livell lokali u reġjonali, l-istess bħal investimenti u inizjattivi miftiehma għall-iżvilupp, dawn jistgħu jikkontribwixxu ħafna biex irażżnu l-effetti dannużi tal-eżodu ta’ mħuħ għax fil-livell lokali jipprovdu opportunitajiet ta’ karrieri adattati għall-forza tax-xogħol attiva fil-qasam tas-STEM; |
11. |
iqis li meta l-kmamar u l-organizzazzjonijiet tal-professjonijiet li huma wkoll attivi u stabbiliti sew fil-livell lokali u reġjonali jiġu assoċjati fl-ippjanar tat-taħriġ u fl-attivitajiet ta’ taħriġ proprji, dan jiffavorixxi l-effiċjenza tal-approċċ tas-STEM, u b’hekk jippermetti li jiġu espressi aħjar u promossi l-valur miżjud u l-interessi lokali u reġjonali; |
12. |
fid-dawl tal-ipprogrammar tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni għall-2021–2027 u f’konformità mar-Rapporti tal-Pajjiżi tas-Semestru Ewropew, li joħorġu gwida għal dan l-għan, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità xierqa biex jappoġġjaw inizjattivi relatati mas-STEM fil-livell lokali u reġjonali u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-investimenti meħtieġa jsiru minn fondi tal-Istati Membri jew tal-Unjoni, u li l-ippjanar tal-politika ta’ koeżjoni jkollu approċċ aktar immirat lejn in-nuqqas tal-ħiliet STEM. Iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni biex, meta tfassal il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi u fl-ambitu tat-“Tisħiħ tal-provvista tax-xogħol u tal-ħiliet”, li jindirizza d-dgħufijiet strutturali fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, tħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġjaw kif xieraq l-inizjattivi relatati mas-STEM peress li dawn jistgħu jikkontribwixxu għaż-żamma ta’ mudell ekonomiku Ewropew ibbażat fuq l-għarfien li jista’ jiġi żviluppat b’suċċess filwaqt li jkun inklużiv u jippromovi l-opportunitajiet indaqs; |
13. |
iqis li issa huwa ż-żmien għall-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-pjani ambizzjużi taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, biex tiżgura li l-prijoritajiet kollha relatati mas-STEM jiġu indirizzati fil-ġestjoni diretta tagħha ta’ programmi rilevanti tal-UE; jirrakkomanda wkoll li l-Kummissjoni trawwem il-wiri u l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-qasam STEM anke permezz ta’ portal iddedikat tal-UE; |
14. |
jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforzi koordinati biex jiżguraw
jappella wkoll sabiex jittieħdu azzjonijiet konkreti għal dan l-għan biex jiġu indirizzati l-isterjotipi tal-ġeneri, jiġu promossi l-ħiliet u t-tagħlim STEM tan-nisa u jiġi appoġġjat l-involviment ta’ aktar nisa f’impjiegi u intraprenditorija relatati mas-STEM; |
15. |
jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li, matul l-aħħar ftit għexieren ta’ snin, kien hemm tliet lakuni inkwetanti fil-qasam tas-STEM:
|
16. |
iqis, madankollu, li dawn il-kwistjonijiet m’għandhomx jitqiesu bħala problema, iżda bħala sfida konkreta li għandha tiġi indirizzata, u li biex jiġu indirizzati b’mod effettiv bilfors hemm bżonn ta’ pjanar xieraq, it-twaqqif ta’ sħubijiet lokali u reġjonali u kooperazzjoni ma’ min iħaddem; barra minn hekk, il-fatt li attwalment disa’ Stati Membri biss għandhom strateġija nazzjonali fir-rigward tas-STEM jenfasizza l-urġenza li l-kwistjoni tiġi indirizzata mill-Istati Membri kollha u bl-aħjar mod possibbli permezz ta’ strateġiji lokali u reġjonali; |
17. |
jenfasizza li l-proporzjon ta’ nisa f’dan it-tip ta’ taħriġ u xogħol għadu baxx, li jfisser li għad hemm ħafna xogħol xi jsir f’termini ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri, iżda wkoll li dan il-qasam u dawn il-professjonijiet għandhom potenzjal għat-tkabbir. Fil-każ ta’ bniet żgħar, mudelli eżemplari jista’ jkollhom rwol importanti biex iħeġġuhom jikkunsidraw is-settur STEAM. Għall-etajiet kollha, huwa meħtieġ li jiġu introdotti għadd ta’ miżuri, inklużi programmi ta’ gwida vokazzjonali u għotjiet immirati ta’ studju u apprendistat. L-istudji juru li l-eliminazzjoni tad-disparità bejn is-sessi fis-STEM tikkontribwixxi għal żieda fil-PDG per capita tal-UE minn 2,2 % għal 3,0 % u żżid l-impjiegi fl-UE minn 850 000 impjieg għal 1 200 000 impjieg sal-2050, filwaqt li l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa fis-settur tal-ICT, li qed jikber b’mod rapidu iżda li għadu ferm segregat, twassal għal gwadann ta’ madwar EUR 9 biljuni fil-PDG tal-UE kull sena (2); |
18. |
jinnota li bħalissa, f’madwar 35 pajjiż Ewropew, inqas minn persuna minn kull ħames gradwati fix-xjenza tal-kompjuter huma nisa (3). Jirrimarka li, l-indirizzar tad-diskrepanza bejn is-sessi fir-rigward tal-ħiliet relatati ma’ STEM, hija ferm aktar kruċjali peress li l-ħolqien tal-impjiegi huwa dejjem aktar ikkonċentrat fis-setturi relatati mas-STEM, bil-ħolqien ta’ madwar 120 000 impjieg ġdid fl-ICT kull sena. Skont il-Kummissjoni Ewropea, l-Ewropa tista’ tiffiċċja nuqqas li jista’ jammonta sa 900 000 ħaddiem tas-sengħa fl-ICT sal-2020 (4). Jenfasizza għal dan l-għan, li l-għajnuna lil aktar bniet u nisa biex iħaddnu s-setturi STEM tirrikjedi sħubija bejn il-ġenituri, l-istituzzjonijiet edukattivi, il-livelli kollha governattivi u tal-industrija, bl-inkoraġġiment u l-mentoring u l-promozzjoni ta’ mudelli eżemplari femminili bħala komponenti ewlenin; |
19. |
jinnota wkoll opportunitajiet sinifikanti għal universitajiet reġjonali u ċiviċi fit-tixrid ta’ STEM, peress li korsijiet u dixxiplini universitarji relatati ma’ STEM jistgħu jiġu internazzjonalizzati, li jistgħu jagħmluhom partikolarment attraenti għal universitajiet ambizzjużi. Dan huwa wkoll minħabba l-fatt li l-orjentazzjoni mill-ġdid ta’ STEM, jiġifieri l-iżvilupp ta’ ħidma f’tim, il-faċilitazzjoni ta’ sinerġiji interprofessjonali, l-appoġġ u ż-żieda fid-disponibbiltà ta’ internships, it-tisħiħ tal-edukazzjoni bbażata fuq il-proġetti u ż-żieda tal-parteċipazzjoni ta’ studenti żvantaġġati jew b’diżabilità jew dawk minn sfondi minoritarji fl-edukazzjoni u l-attivitajiet ta’ taħriġ, tista’ tittrasforma r-reġjuni, l-universitajiet u l-iskejjel vokazzjonali f’pijunieri meta jiġi żgurat li dawn ikunu kapaċi jaħtfu l-opportunitajiet offruti minn STEM fi stadju bikri; |
20. |
jenfasizza li fejn il-moduli tas-STEM jiġu organizzati fil-livell lokali u reġjonali, l-għarfien lokali speċifiku jista’ jiġi integrat fl-offerta ta’ taħriġ, u dan ifisser li jkomplu jitwessgħu l-possibbiltajiet u l-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan il-qasam ukoll; |
21. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li meta mas-STEM jiżdied komponent marbut mal-arti, mal-kreazzjoni u mad-disinn, dan jippermetti li jiġu sfruttati soluzzjonijiet u tradizzjonijiet lokali u reġjonali speċifiċi, u li, fl-istess ħin, tali estensjoni tas-STEM tipprovdi lis-STEAM b’opportunitajiet reali għal innovazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ li, jekk jintużaw b’suċċess, jippermettu wkoll li r-reġjuni Ewropej jagħtu eżempju tajjeb madwar id-dinja, li jista’ jagħti spinta addizzjonali lill-kapaċitajiet tagħhom ta’ innovazzjoni li qed jikbru, peress li l-inklużjoni tal-arti tista’ twassal għal żieda sinifikanti fil-kreattività f’dan il-qasam; Ifakkar li, skont l-istudju reċenti tal-OECD (5), l-edukazzjoni artistika hija dejjem aktar importanti għal soċjetajiet xprunati mill-innovazzjoni, b’għadd dejjem jikber ta’ universitajiet li jiżviluppaw tipi ġodda ta’ kurrikuli interdixxiplinari; |
22. |
iqis, minn naħa waħda, li jkun utli li l-azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ persważjoni relatati mas-STEM u s-STEAM jiġu estiżi wkoll għall-ġenituri, u, min-naħa l-oħra, li huwa essenzjali li jinstabu metodi xierqa biex jiġbdu l-attenzjoni tat-tfal b’mod adatt u attraenti għall-komponenti STEM fi stadju bikri ħafna, sa mill-programmi preskolastiċi; |
23. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tieħu l-miżuri meħtieġa fil-kuntest tal-kontinwazzjoni u t-tiġdid tal-proċess ta’ Bolonja u fil-kuntest tal-proċess li jwassal għar-rikonoxximent awtomatiku ta’ diplomi, u jħeġġiġha tiżgura li l-kwistjoni tar-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi u taħriġ fl-oqsma tas-STEM u tal-arti tiġi indirizzata kemm jista’ jkun malajr bħala kwistjoni ta’ prijorità u b’mod xieraq; |
24. |
iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex, billi jużaw l-għodod disponibbli u bi qbil mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u billi jinvolvu wkoll universitajiet reġjonali u ċiviċi, jidentifikaw kurrikuli għal STEM u STE(A)M f’livelli differenti ta’ edukazzjoni. Dan jagħmilha possibbli li tiġi introdotta STEM b’mod aktar faċli u flessibbli, anki bħala programm ta’ edukazzjoni lokali; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi qafas integrat ta’ kompetenza STEM bil-ħsieb li jittejbu l-komparabilità u l-istandards ta’ kisba fl-UE; |
25. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Eurostat jirfinaw il-metodu ta’ ġbir ta’ data skont ir-rilevanza tagħha, biex jiġi żgurat li s-sistemi ta’ tagħlim tas-STEM bħala dixxiplini separati u s-sistemi bbażati fuq interpretazzjoni olistika tas-STEM ikunu jistgħu jiġu distinti b’mod ċar, u biex tiġi kjarifikata d-dimensjoni reġjonali globali, li jiffaċilita wkoll l-iżvilupp ta’ strateġiji lokali u reġjonali fir-rigward tas-STEM. |
Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2019.
Il-President
tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Karl-Heinz LAMBERTZ
(1) Forum Ekonomiku Dinji, Global Challenge Insight Report, Jannar 2016 (Mhux disponibbli bil-Malti).
(2) Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), 2017: Il-benefiċċji ekonomiċi tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE
(3) OECD Gender Data Portal, Where are tomorrow’s female scientists (https://www.oecd.org/gender/data/wherearetomorrowsfemalescientists.htm) (Mhux disponibbli bil-Malti)
(4) Digital skills, jobs and the need to get more Europeans online (https://ec.europa.eu/commission/commissioners/2014-2019/ansip/blog/digital-skills-jobs-and-need-get-more-europeans-online_en) (Mhux disponibbli bil-Malti)
(5) Art for Art’s Sake? The impact of Arts education (https://read.oecd-ilibrary.org/education/art-for-art-s-sake_9789264180789-en#page1) (Mhux disponibbli bil-Malti)
29.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404/34 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Lejn qafas tal-Unjoni Ewropea dwar l-interferenti endokrinali
(2019/C 404/07)
Relatur |
: |
Is-Sur SILBERG (AE/EE), President tal-Kunsill Muniċipali ta’ Kose |
Dokument ta’ referenza |
: |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Lejn qafas tal-Unjoni Ewropea dwar l-interferenti endokrinali COM(2018) 734 final |
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
Kummenti Ġenerali
1. |
iqis li huwa importanti li l-Kummissjoni tniedi rieżami komprensiv tal-qafas regolatorju eżistenti tal-UE dwar l-interferenti endokrinali, u jaqbel mal-fehma li jinħtieġ li jiġi aġġornat l-approċċ tal-UE għall-ġestjoni tal-interferenti endokrinali abbażi tal-għarfien, ir-riżultati u l-esperjenza, sabiex dan ikompli jirrifletti l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u jippermetti ġestjoni konsistenti ta’ dawn is-sustanzi f’oqsma differenti; |
2. |
iqis li huwa ta’ tħassib li l-provi xjentifiċi dwar ir-rabta bejn l-esponiment għall-interferenti endokrinali u l-mard fil-bnedmin, jew l-effetti negattivi fil-fawna u l-flora, ġew sostanzjati aktar mill-1999 ’il quddiem; |
3. |
jinsab imħasseb dwar in-natura superfiċjali tal-informazzjoni dwar l-interferenti endokrinali li ġiet indirizzata lill-pubbliku s’issa, peress li ħafna ċittadini aktarx ma jkunux familjari mat-termini “funzjoni endokrinali” u “interferent endokrinali”; |
4. |
jappoġġja l-inizjattivi tal-Kummissjoni biex tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għaċ-ċittadini tal-UE u l-ambjent, filwaqt li, fl-istess ħin, tadatta s-suq uniku fid-dawl taċ-ċirkostanzi l-ġodda u għall-benefiċċju tal-konsumaturi; |
5. |
jiġbed l-attenzjoni għall-kunflitti li jistgħu jinqalgħu bejn livell għoli ta’ protezzjoni għaċ-ċittadini u l-ambjent u l-kumpaniji li joperaw bi skop ta’ qligħ; fid-dawl ta’ dan, l-impatti tal-miżuri u r-riskji għall-ekonomija għandhom jiġu kkunsidrati sa mill-bidu nett; |
6. |
jistieden lill-Kummissjoni biex tħaffef it-tħejjija u l-adozzjoni tal-istrateġija l-ġdida dwar l-interferenti endokrinali; |
7. |
jitlob li l-istrateġija l-ġdida tkun akkumpanjata minn skeda dettaljata għall-implimentazzjoni ta’ kriterji xierqa għall-interferenti endokrinali fil-leġislazzjonijiet rilevanti kollha tal-UE, u speċjalment għall-aktar gruppi vulnerabbli, isir progress fit-tnaqqis tal-esponiment għal dawn is-sustanzi kimiċi; |
8. |
jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza malajr kemm jista’ jkun id-differenzi eżistenti bejn il-leġislazzjonijiet tal-UE u tarmonizza l-ġestjoni tal-interferenti endokrinali, jiġifieri, bil-preżunzjoni li mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit b’biżżejjed ċertezza limitu sikur għall-esponiment; |
9. |
jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jagħtu prijorità lill-eżiti tas-saħħa taċ-ċittadini filwaqt li jqisu wkoll l-interessi tal-konsumaturi u tal-industrija u jżidu b’mod sinifikanti l-fondi għar-riċerka indipendenti ffinanzjata pubblikament dwar l-interferenti endokrinali u alternattivi sikuri, kif ukoll dwar soluzzjonijiet innovattivi oħra; |
10. |
iqis li l-Ewropa għandha rwol mexxej fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali għall-ittestjar, il-kontroll u l-identifikazzjoni tal-interferenti endokrinali; jaqbel mal-ġbir imtejjeb u l-iskambju tad-data u jappoġġja l-idea ta’ klassifikazzjoni internazzjonali ta’ interferenti endokrinali; |
Riċerka dwar l-interferenti endokrinali
11. |
huwa konvint li l-awtoritajiet fil-livelli kollha ta’ gvern għandhom jikkontribwixxu sabiex tiġi ffinanzjata r-riċerka dwar l-interferenti endokrinali bil-għan li jingħalqu l-lakuni fl-għarfien u tkun provduta l-evidenza ferm meħtieġa; |
12. |
jenfasizza l-ħtieġa għal informazzjoni dwar kif u sa fejn in-nies u organiżmi ħajjin oħrajn jinsabu esposti għall-interferenti endokrinali, dwar kif jinfirxu dawn is-sustanzi, u x’impatt għandhom fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq il-flora u l-fawna; |
13. |
jappoġġja bis-sħiħ il-proposta mressqa f’din il-Komunikazzjoni li jiġu ffinanzjati attivitajiet ta’ riċerka, permezz ta’ Orizzont Ewropa, li jiffukaw fuq l-effett cocktail, il-valutazzjoni tar-riskju u tal-periklu; fuq l-eliminazzjoni ta’ sustanzi ta’ tħassib fil-produzzjoni u fl-aħħar fażijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, l-innovazzjoni ekoloġika u r-rimedju tat-tniġġis ambjentali u dwar l-interferenza bejn is-sustanzi kimiċi, il-prodotti u l-iskart; |
14. |
jistieden lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) biex jikkooperaw u jikkoordinaw ħidmiethom aktar mill-qrib sabiex ir-riżorsi eżistenti jintużaw b’mod effettiv għal valutazzjonijiet komprensivi; |
15. |
jiġbed l-attenzjoni għar-rapport dwar l-ispiża ta’ nuqqas ta’ azzjoni (“The Cost of Inaction” (1)) ikkummissjonat mill-Kunsill Nordiku tal-Ministri, li jistma l-ispiża (totali) tal-effetti tal-interferenti endokrinali fuq is-saħħa riproduttiva tal-irġiel fl-UE-28 għal EUR 1 267 miljun fis-sena; |
16. |
jenfasizza s-sejbiet ta’ studju ieħor (2) fejn l-interferenti endokrinali huma assoċjati ma’ dgħufija tal-kwozjent tal-intelliġenza u d-diżabbiltà intellettwali relatata; mal-awtiżmu, man-nuqqas ta’ attenzjoni/id-disturb tal-iperattività; l-endometrijożi; il-fibroma uteri; l-obeżità fit-tfal; l-obeżità fl-adulti; id-dijabete fl-adulti; il-cryptorchidism; l-infertilità fl-irġiel, u rata ogħla ta’ mortalità minħabba nuqqas ta’ testosteron. Dan l-istudju jistma li l-ispiża annwali għall-Ewropa se tilħaq EUR 163 biljun (ekwivalenti għal 1,28 % tal-PDG tal-UE); |
17. |
għandu dubji dwar id-definizzjoni stabbilita fl-2002 mill-Programm Internazzjonali dwar is-Sigurtà tas-Sustanzi Kimiċi – programm konġunt ta’ diversi Aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluża l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa – li skontha “interferent endokrinali huwa sustanza jew taħlita eżoġena li tbiddel il-funzjoni(jiet) tas-sistema endokrinali u konsegwentement jikkawża effetti negattivi fuq is-saħħa f’organiżmu intatt, jew fil-wild tiegħu, jew f’(sub)popolazzjonijiet”. Abbażi tal-evidenza attwali, din id-definizzjoni hija ristretta wisq u ma tqisx biżżejjed l-impatt fuq il-flora u l-fawna; |
18. |
jipproponi li tiġi kkunsidrata d-definizzjoni li ġejja għal interferent endokrinali abbażi tal-għarfien attwali: “L-interferenti endokrinali huma sustanzi kimiċi eżoġeni, jew taħlita ta’ sustanzi kimiċi li jbiddlu l-funzjoni(ijiet) tal-ormoni u s-sistema endokrinali, u jaffettwaw b’mod negattiv il-proċessi fiżjoloġiċi u tal-żvilupp, inkluża s-saħħa tal-bniedem u l-annimali u n-nisel tagħhom”; |
19. |
jenfasizza li mhuwiex biżżejjed li tiġi investigata biss ir-rabta bejn l-interferenti endokrinali u l-mard fil-bniedem; il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata b’mod partikolari mil-lat tas-saħħa tal-bniedem, tal-fawna, tal-flora u tal-ambjent u l-ħtieġa li jiġu evitati konsegwenzi possibbli – kemm soċjali kif ukoll ekonomiċi – għas-soċjetà b’mod usa’; |
20. |
jenfasizza li filwaqt li hemm ftehim li l-aktar perjodu kritiku għall-esponiment għall-interferenti endokrinali huwa l-istadji importanti tal-iżvilupp, bħalma huma l-iżvilupp tal-fetu u l-pubertà, iqis li huwa ta’ tħassib li l-esponiment għall-interferenti endokrinali f’dawn il-perjodi għandu konsegwenzi dejjiema u jista’ jwassal għal suxxettibbiltà akbar għall-mard iktar tard fil-ħajja; |
21. |
jirrakkomanda li jiġu approfonditi u ppubblikati s-sejbiet dwar il-kawżi tal-iżvilupp tal-mard, bħaż-żieda fit-tfal li jitwieldu bl-awtiżmu jew iż-żieda tal-kanċer tat-testikoli; |
22. |
jenfasizza wkoll li s-sitwazzjoni attwali tax-xjenza ma tipprovdix bażi suffiċjenti biex jiġi stabbilit limitu li taħtu ma jkunx hemm effetti negattivi. Għalhekk, l-interferenti endokrinali għandhom jitqiesu bħala sustanzi mingħajr konċentrazzjoni ta’ limitu, li jfisser li kwalunkwe esponiment għal tali sustanzi jista’ jippreżenta riskju, b’mod partikolari matul il-fażijiet kritiċi tal-iżvilupp (qabel it-twelid, wara t-twelid u l-pubertà), u għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-effetti tat-taħlit; |
23. |
jinsab imħasseb li r-riċerka sa issa ffokat essenzjalment fuq għadd limitat ta’ modi ta’ azzjoni enokrinali: madankollu, f’dawn l-aħħar snin intwera li hemm oqsma oħrajn tas-sistema endokrinali li jistgħu jkunu suxxettibbli għall-interferenti endokrinali u li flimkien dawn l-interferenti endokrinali jista’ jkollhom effett sinerġistiku (“kombinatorju” jew “cocktail”), b’tali mod li l-esponiment għal taħlita ta’ interferenti endokrinali f’konċentrazzjonijiet suffiċjenti jista’ jwassal għal effett negattiv li ma jkunx stabbilit għal dak l-interferent individwali; |
24. |
iqis li tinħtieġ aktar riċerka, iffinanzjata b’mod partikolari mill-programm Orizzont 2020, sabiex jiġu ċċarati l-effetti tal-esponiment għall-interferenti endokrinali fir-rigward tal-etjopatoġenesi u l-iżvlupp tal-mard kif ukoll fuq il-fawna u l-flora; |
25. |
iqis li tinħtieġ riċerka għat-tfassil, l-iżvilupp u l-validazzjoni ta’ metodi ta’ ttestjar u għall-iżvilupp ta’ mudelli ta’ previżjoni; |
26. |
jappoġġja l-fatt li taħt il-patroċinju tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) qed isir sforz immirat biex tittejjeb id-disponibbiltà ta’ linji gwida għall-ittestjar għall-identifikazzjoni ta’ interferenti endokrinali u biex jiġu eliminati l-lakuni fil-metodi tal-ittestjar fil-livell tal-UE u dak internazzjonali; |
27. |
jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja proġetti ta’ riċerka mmirati, inkluż l-iżvilupp ta’ metodi ġodda ta’ ttestjar u analiżi, dwar sustanzi li jistgħu jaffettwaw is-sistema endokrinali u biex tenfasizza l-effetti negattivi ta’ konċentrazzjonijiet baxxi jew ta’ esponiment kombinat; |
28. |
jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa metodi in vitro u in silico sabiex jiġi minimizzat l-ittestjar fuq l-annimali għall-iskrinjar tal-interferenti endokrinali; |
29. |
jinnota b’sodisfazzjon ir-riċerka li ġiet iffinanzjata jew ikkummissjonata sal-lum il-ġurnata u jittama li ser jiġu allokati aktar riżorsi baġitarji għall-promozzjoni futura tar-riċerka dwar l-interferenti endokrinali; |
Il-politika u r-regolament attwali tal-UE dwar l-interferenti endokrinali
30. |
jilqa’ d-diversi inizjattivi u proposti tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ġestjoni tal-interferenti endokrinali, inklużi l-proposta għal Regolament dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju, l-istrateġija Ewropea għall-plastiks, id-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb, il-Patt il-Ġdid għall-Konsumaturi, il-Pakkett dwar il-Prodotti u l-aġġornament tal-qafas legali eżistenti fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol; |
31. |
jinnota, madankollu, li fid-Deċiżjoni 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (3), il-Kummissjoni impenjat ruħha li twettaq – sal-2015 – miżuri orizzontali dwar “il-minimizzazzjoni tal-esponiment għal interferenti endokrinali” u li sal-2018 tkun lesta strateġija sħiħa tal-UE; f’dan ir-rigward, il-KtR jesprimi d-dispjaċir tiegħu li d-dokument attwali ma jilħaqx il-wegħda li saret fl-2013; |
32. |
jinnota li l-prinċipji ta’ “Regolamentazzjoni aħjar” m’għandhom idewmu l-ebda miżura li l-għan tagħha jkun li tevita jew tnaqqas konsegwenzi potenzjalment serji jew irriversibbli għas-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent, skont l-obbligu impost mill-prinċipju ta’ prekawzjoni stabbilit fit-Trattati tal-UE; |
33. |
ifakkar li l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha li tindirizza s-sustanzi perikolużi fil-livell internazzjonali, u jirreferi għad-dikjarazzjonijiet Ewropej tad-WHO minn Parma u Ostrava; |
34. |
jilqa’ l-approċċ meħud minn Franza, l-Iżvezja, id-Danimarka u l-Belġju għall-protezzjoni aħjar taċ-ċittadini tagħhom permezz ta’ miżuri nazzjonali komprensivi li jillimitaw l-użu tal-interferenti endokrinali; jistieden lill-Kummissjoni biex tibbaża fuq dawn l-Istati Membri mexxejja u tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-popolazzjoni kollha tal-Ewropa; |
35. |
iqis li l-leġislazzjoni kollha għandha bżonn tiffoka aktar fuq attivitajiet upstream, fi kliem ieħor li jeħtieġ li jiġu imposti rekwiżiti aktar stretti fuq il-manifatturi tas-sustanzi kimiċi, l-industrija farmaċewtika, eċċ. Mhuwiex kosteffettiv li wieħed jiffoka fuq passi ta’ purifikazzjoni addizzjonali fl-impjanti tal-ilma tax-xorb u x-xogħlijiet tad-drenaġġ; |
36. |
jinsab imħasseb li, b’differenza pereżempju mill-prodotti tat-tabakk, is-sustanzi b’effetti endokrinali ma jistgħux jiġu evitati għalkollox, peress li jinsabu kullimkien u jidħlu fil-ġisem tal-bnedmin mingħajr ma dawn ikunu jafu jew iridu; |
37. |
jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu liċ-ċittadini Ewropej b’informazzjoni affidabbli f’forma xierqa u b’lingwaġġ li jifhmu kulħadd dwar il-perikli relatati mal-interferenti endokrinali, l-effetti tagħhom, u modi possibbli ta’ kif jitnaqqas l-esponiment għalihom; |
38. |
jitlob li jiġu projbiti l-bisfenoli u l-ftalati f’materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel; |
39. |
jinnota li l-bisfenol A (BPA) sikwit jiġi sostitwit mill-bisfenol S (BPS), il-bisfenol F (BPF) u l-bisfenol HPF (BHPF) li s’issa ftit li xejn saret riċerka dwarhom, iżda apparentement għandhom effetti endokrinali simili; għaldaqstant jemmen li l-korpi leġislattivi għandhom jirregolaw gruppi ta’ sustanzi relatati pjuttost milli sustanzi individwali. Fejn l-ebda data affidabbli ma tagħti provi kuntrarji, għandu jitqies li s-sustanzi bi strutturi simili għandhom l-istess karatteristiċi tossikoloġiċi negattivi bħall-aktar sustanzi tossiċi magħrufa fil-grupp; |
40. |
josserva li approċċ ibbażat fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u l-konformità stretta tiegħu huma wkoll fl-interess tal-industrija (tal-kimika), jikkontribwixxu għal investiment fir-riċerka u għall-iżvilupp ta’ prodotti innovattivi u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent kif ukoll jipprovdu alternattivi siguri u sostenibbli u b’hekk iħallu impatt pożittiv fuq l-iżvilupp tas-suq intern u l-ekonomija inġenerali; |
41. |
jipproponi l-modernizzazzjoni tal-qafas legali u s-salvagwardji tal-UE relatati mal-interferenti endokrinali, li għandhom effetti diretti fuq is-saħħa tal-bniedem, sabiex pereżempju l-leġislazzjoni u l-linji gwida għall-prodotti kożmetiċi jiffukaw ukoll fuq il-protezzjoni ta’ nisa tqal; |
42. |
jissuġġerixxi li jiġu analizzati “artijiet u territorji f’riskju kbir”, bħal pereżempju l-art agrikola u l-bwar li jiġu fertilizzati bil-ħama tad-dranaġġ, iż-żoni tal-madwar tal-miżbliet u tal-impjanti tal-inċinerazzjoni, jew f’sens usa’ reġjuni bħaż-żoni muntanjużi, il-Baħar Baltiku, il-Mediterran u r-reġjun tad-Danubju, eċċ.; |
Il-promozzjoni tal-politiki tal-UE fil-qasam tal-interferenti endokrinali – l-impatt tal-miżuri ppjanati fil-livell lokali u reġjonali
43. |
jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni se tniedi kontroll tal-idoneità biex tanalizza jekk il-leġislazzjoni rilevanti tal-UE dwar l-interferenti endokrinali hijiex qed tikseb l-għan ġenerali tagħha li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent billi jiġi mminimizzat l-esponiment għal dawn is-sustanzi; |
44. |
jilqa’ fehim ibbażat fuq l-aktar evidenza xjentifika aġġornata disponibbli tal-interferenti endokrinali u t-tfassil tal-politika f’dan ir-rigward; |
45. |
iqis li huwa essenzjali li l-pubbliku jingħata kemm jista’ jkun informazzjoni dwar l-interferenti endokrinali, id-disseminazzjoni tagħhom, u l-perikli li dawn iġibu magħhom; |
46. |
iqis li huwa importanti li l-Kummissjoni tagħmel kull sforz sabiex tidentifika sustanzi kimiċi tossiċi, inklużi interferenti endokrinali, fil-prodotti, u tistabbilixxi u timplimenta tikkettar informattiv xieraq tal-prodotti eċċ.; |
47. |
huwa tal-fehma li għalkemm l-awtoritajiet lokali u reġjonali normalment ma jkollhomx setgħat biex jadottaw leġislazzjonijiet dwar l-interferenti endokrinali, huma madankollu obbligati jieħdu ħsieb il-benesseri tal-popolazzjoni tagħhom (fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE, il-livell reġjonali huwa responsabbli mis-sistemi tas-saħħa); |
48. |
iqis għalhekk li huwa essenzjali u ta’ importanza etika u ekonomika li l-livell lokali u reġjonali jieħu pożizzjoni fir-rigward l-interferenti endokrinali peress li, kif inhu magħruf, jaffettwaw is-saħħa tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri; |
49. |
ma għandu l-ebda dubju li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma lesti jipproteġu lill-ġenerazzjonijiet futuri, mingħajr ma jaqgħu għall-pressjoni dejjem tikber ta’ industrija b’saħħitha u ta’ xi msieħba kummerċjali tal-UE; |
50. |
Fin-nuqqas ta’ leġislazzjoni nazzjonali u Ewropea adegwata u komprensiva dwar l-interferenti endokrinali, jenfasizza l-inizjattivi bħal “bliet u territorji ħielsa mill-pestiċidi u mis-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali (EDC)”, “bliet mhux perikolużi”, “bliet mingħajr pestiċidi”, adottati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex inaqqsu l-esponiment tal-abitanti tagħhom għal sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali, b’mod partikolari għall-gruppi l-aktar vulnerabbli, it-tfal u n-nisa tqal. |
51. |
iqis li huwa essenzjali li nippromovu l-politika tal-UE fil-qasam tal-interferenti endokrinali u nanalizzaw l-effetti tal-miżuri ppjanati fil-livell lokali u reġjonali; |
52. |
josserva li llum il-ġurnata ċerti ftalati jinħtieġu fil-kura tas-saħħa sabiex irattbu apparat mediku b’mod suffiċjenti. Huwa importanti li jiġi xprunat l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda li jiggarantixxu l-istess prestazzjoni qabel ma jitnaqqas il-kontenut tal-ftalati. Sakemm dawn is-sustanzi jibqgħu jintużaw, huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-apparat jintrema b’mod adatt wara li jintuża, permezz ta’ sistemi effettivi ta’ ġbir u qerda; |
53. |
huwa konvint li l-prijoritizzazzjoni ta’ indikaturi tas-saħħa tal-bniedem fil-konfront tal-interessi tal-industrija u tas-suq uniku se toħloq sfidi ġodda għall-iżvilupp u l-użu ta’ teknoloġiji sostenibbli għas-saħħa u l-ambjent u tista’ tkun ta’ benefiċċju għall-kompetittività tal-kumpaniji billi timbuttahom biex jaġġornaw u jinvestu f’soluzzjonijiet aktar intelliġenti fit-tul. Madankollu, din għandha tkun ibbażata fuq evidenza xjentifika soda u tkun akkumpanjata minn analiżi tal-konsegwenzi soċjoekonomiċi. |
Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2019.
Il-President
tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Karl-Heinz LAMBERTZ
(1) https://www.norden.org/en/publication/cost-inaction
(2) https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/27003928
29.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404/39 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Id-dimensjoni transkonfinali fil-qasam tat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri (DRR)
(2019/C 404/08)
Relatur |
: |
Roberto CIAMBETTI (ECR/IT), President u membru tal-Kunsill Reġjonali tal-Veneto |
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
1. |
jenfasizza li l-intensità u l-frekwenza dejjem jiżdiedu tal-ħsarat ikkawżati mid-diżastri qed ikollhom impatt kemm fuq il-ħajja tal-persuni kif ukoll mil-lat finanzjarju. Kull sena, id-diżastri naturali jħallu madwar 90 000 persuna mejta u jaffettwaw kważi 160 miljun persuna madwar id-dinja. Bejn l-1980 u l-2016, id-diżastri naturali kkawżati mit-temp u l-klima kienu jlaħħqu madwar 83 % tat-telf finanzjarju fl-Istati Membri tal-UE; |
2. |
jenfasizza li d-diżastri m’għandhomx fruntieri u għalhekk l-iżvilupp tal-prevenzjoni, tar-reżiljenza u tar-rispons effettiv għall-emerġenzi jeħtieġu kooperazzjoni transkonfinali. Kooperazzjoni transkonfinali effettiva twassal għal vantaġġi notevoli għas-37,5 % tal-popolazzjoni tal-UE li jgħixu f’żoni konfinali; |
3. |
jenfasizza li l-possibilità ta’ qtugħ tad-dawl transkonfinali fuq skala kbira, l’hekk imsejħa “blackout”, tista’ tikkawża emerġenzi serji. Għal xenarju bħal dan għandhom jiġu rakkomandati b’urġenza miżuri speċifiċi tat-tnaqqis tar-riskji ta’ diżastru u kuntatti transkonfinali aktar b’saħħithom; |
4. |
itenni l-ħtieġa li l-kapaċità biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti r-riskju u l-konsegwenzi tad-diżastri tkun integrata fl-istrateġiji kollha tal-politiki tal-UE mil-lat ta’ investiment, sabiex il-finanzi pubbliċi jservu ta’ għajnuna lill-komunitajiet ħalli jsiru aktar reżiljenti għall-effetti negattivi tad-diżastri u jiżguraw li ħajjet iċ-ċittadini ma jkunux f’riskju. Jiddispjaċih li taħt il-fondi strutturali u l-fondi Ewropej tal-investiment, b’mod ġenerali, u l-fond ta’ koeżjoni b’mod partikolari, il-valutazzjoni tar-riskju ta’ diżastru mhijiex prerekwiżit biex jitwettqu proġetti infrastrutturali ffinanzjati mill-UE; |
5. |
filwaqt li jinnota li l-UE attwalment għandha żewġ għodod (il-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili u l-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE) li biħsiebha tużahom biex tikkontribwixxi għall-koordinazzjoni tar-rispons u għall-bini tar-reżiljenza għad-diżastri naturali, hemm il-ħtieġa għal approċċ ta’ governanza f’diversi livelli aktar robust sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015-2030 (SFDRR), b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju tan-NU għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri. Barra minn hekk, il-prinċipju ta’ investimenti fit-tnaqqis tar-riskji ta’ diżastri għandu jkun inkorporat bi sħiħ fil-futur tal-Ewropa, inklużi s-Semestru Ewropew u l-fondi tal-UE; |
Kummenti ġenerali
6. |
jinnota li f’Opinjonijiet preċedenti, il-KtR ġibed l-attenzjoni għat-theddid u d-diżastri transkonfinali li jolqtu reġjuni f’żewġ Stati Membri jew aktar tal-UE, u jappella għal kooperazzjoni aħjar bejn reġjuni ġirien biex ikun żgurat li l-isforzi għall-prevenzjoni jkunu kondiviżi u li l-attivitajiet ta’ rispons jiġu kkoordinati (1); |
7. |
jindika l-ħtieġa ta’ ppjanar li jqis b’mod proattiv il-ħtiġijiet li qed jevolvu tad-diversi reġjuni, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi, b’rabta mar-riskji, il-vulnerabbiltà u l-esponiment; |
8. |
jinnota li l-Ewropa għandha xenarju varjat ħafna ta’ strutturi u metodi ta’ ġestjoni tar-riskji fil-livell nazzjonali jew fil-livelli sottonazzjonali rilevanti. Id-dimensjoni transkonfinali tar-riskji tista’, għalhekk, tibbenefika minn approċċ aktar sistematiku għal valutazzjonijiet tar-riskju futuri; |
9. |
jappoġġja u jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta’ strateġiji u pjani ta’ ġestjoni tar-riskju nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż l-iżvilupp ta’ strateġiji transkonfinali konġunti għar-reġjuni tal-fruntiera u koordinazzjoni effettiva bejn strateġiji bħal dawn; il-KtR appella wkoll għal riżorsi suffiċjenti biex ikunu allokati għall-programmi li jappoġġjaw il-kooperazzjoni transkonfinali fil-qasam tat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri u l-ġestjoni tal-kriżijiet (2); |
10. |
iqis li l-pjani ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tar-riskji għandhom jinkludu, fost aspetti oħrajn, xenarji ta’ riskju fuq skala transreġjonali wiesgħa fir-rigward tas-sorveljanza u tal-monitoraġġ tal-avvenimenti mistennija, sabiex ikunu jistgħu jikkontribwixxu aħjar għall-fehim reġjonali u l-valutazzjoni tar-riskji. L-istudji dwar il-vulnerabbiltà u l-esponiment għar-riskji, dwar il-karatterizzazzjoni tal-perikli u l-ambjent li jirriżultaw fl-immappjar tar-riskji, jikkostitwixxu l-prerekwiżiti neċessarji għall-pjani ta’ prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji. Fil-livell transkonfinali, dawn għandhom ikunu pubblikament disponibbli u ppubbliċizzati b’mod adegwat fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera, għall-prevenzjoni, il-mitigazzjoni u t-tħejjija ta’ rispons għad-diżastri; |
11. |
jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-governanza għall-ġestjoni tar-riskju billi tiġi promossa l-kollaborazzjoni transkonfinali; |
12. |
jenfasizza l-importanza ta’ fehim aħjar tad-dimensjoni transkonfinali tat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri fl-Ewropa, kif ukoll il-ħtieġa u l-valur miżjud ta’ dan il-fehim għal tnaqqis aktar effettiv u fit-tul tar-riskju ta’ diżastri; |
13. |
itenni l-approvazzjoni tiegħu (3) għall-Proposta għal Regolament tal-Kummissjoni Ewropea li tistabbilixxi mekkaniżmu transfruntier Ewropew (4) bħala parti mill-isforzi biex jitneħħew l-ostakli għall-kooperazzjoni transfruntiera, inkluż fil-qasam tat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri; Sabiex tinkiseb kooperazzjoni transkonfinali aħjar u jiġu evitati d-diżastri, jistgħu jitniedu proġetti preparatorji ġodda għar-reġjuni l-aktar vulnerabbli, bħar-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-gżejjer u r-reġjuni kostali; |
14. |
jenfasizza li meta diżastru ma jkunx jista’ jiġi affrontat minn pajjiż wieħed, l-Istati parteċipanti jintervjenu u jagħtu l-assistenza permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili. Madankollu, meta t-theddid u d-diżastri transkonfinali jolqtu reġjuni ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, tinħtieġ kooperazzjoni aktar effettiva bejn ir-reġjuni tal-viċinat sabiex tiġi żgurata l-kondiviżjoni tal-azzjonijiet ta’ prevenzjoni u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ rispons; |
15. |
jinnota li, minbarra strateġiji konkreti ta’ koordinazzjoni u komunikazzjoni, l-għarfien tal-lingwa tal-ġirien tul il-fruntiera huwa importanti ħafna għat-tħejjija xierqa għal kwalunkwe diżastru u biex tkun żgurata l-aħjar komunikazzjoni possibbli f’każ ta’ kriżi; |
16. |
f’dan il-kuntest, jinnota li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi ffirmaw ftehimiet bilaterali ma’ pajjiżi ġirien (mhux neċessarjament limitati għal żewġ pajjiżi biss) li jirrigwardaw ukoll il-kooperazzjoni transkonfinali f’każ ta’ diżastri. Madankollu, għandha tingħata aktar attenzjoni għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji, kif ukoll it-tħejjija ta’ strateġiji ta’ rispons; |
17. |
jilqa’ l-fatt li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim proviżorju dwar it-tisħiħ tal-mekkaniżmu attwali tal-UE għall-protezzjoni ċivili u dwar ir-rispons tal-UE għad-diżastri – rescEU – li, fost kunsiderazzjonijiet oħrajn, jagħmel iżjed enfasi fuq ir-riskji transkonfinali; |
Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-proġetti transkonfinali
18. |
jirrakkomanda l-involviment aktar mill-qrib tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fi proġetti ffinanzjati mill-UE b’rabta mar-riskji ta’ diżastri, sabiex jiġi żgurat li dawn ikollhom kontinwità matul iż-żmien u jkunu jistgħu jiġu replikati f’oqsma oħra li qed jiffaċċjaw sitwazzjonijiet ta’ riskji simili; |
19. |
jistieden lill-Istati Membri biex jinvolvu wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iskrinjar ta’ investimenti ppjanati fil-programmi relevanti kollha u fid-diskussjoni dwar bidliet possibbli; |
20. |
jitlob li jkun hemm implimentazzjoni aktar attiva ta’ proġetti transkonfinali għat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, sabiex isir użu usa’ tal-fondi strutturali maħsuba għal dan il-għan; |
21. |
jittama li inċentivi akbar tal-UE jiġu diretti lejn il-livelli lokali u reġjonali sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni transkonfinali fit-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, mhux l-inqas fil-qasam tal-prevenzjoni, tat-taħriġ u tal-eżerċizzji; |
22. |
jenfasizza r-rwol ċentrali tal-atturi lokali fit-tnaqqis tar-riskji ta’ diżastri u l-bini ta’ reżiljenza, u l-valur ta’ inizjattivi eżistenti fil-promozzjoni tat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri fil-livell lokali bħall-Kampanja “Nagħmlu Bliet Reżiljenti” tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tnaqqis tar-Riskju tad-Diżastri; |
23. |
jemmen li huwa partikolarment importanti li jsir investiment, inkluż finanzjarjament, f’din il-kwistjoni ta’ ppjanar marbut mat-tnaqqis tar-riskji, speċjalment fid-dawl tat-tibdil fil-klima u tal-avvenimenti estremi li jirriżultaw, permezz tal-Mekkaniżmu Ewropew għall-Protezzjoni Ċivili u l-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE; |
Kooperazzjoni transkonfinali
L-ippjanar
24. |
jinnota l-ħtieġa li jinħoloq pjan transkonfinali ta’ kontinwità li jqis ix-xenarji ta’ riskju li jaffettwaw għadd ta’ pajjiżi, billi jiġu identifikati u vvalutati b’mod konġunt ir-riskji u l-immappjar tagħhom, kemm għall-iżvilupp tal-oqsma transkonfinali kif ukoll għall-protezzjoni tat-territorju vast, anke bil-ħsieb ta’ sorveljanza u monitoraġġ tal-avvenimenti mistennija; |
25. |
jappella għat-twaqqif ta’ kumitati xjentifiċi għal definizzjoni aħjar tax-xenarji ta’ riskju u n-netwerking tal-għarfien u l-ħiliet, li jlaqqgħu flimkien għarfien espert abbażi tal-fatturi ta’ riskju simili għal żoni omoġenji (pereżempju, nirien fil-foresti fil-Mediterran, għargħar għal għarrieda jew għargħar gradwali fl-Ewropa Ċentrali, eċċ.), bil-possibbiltà ta’ intervent rapidu u djalogu mal-awtoritajiet lokali, u dan sabiex jaċċessaw riżorsi finanzjarji, umani u materjali; |
26. |
jinnota li, bit-tnaqqis tal-finanzjamenti osservat f’ċerti awtoritajiet lokali u reġjonali, qed isir dejjem aktar importanti għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-protezzjoni ċivili, li jkollhom valutazzjoni aħjar tal-komunitajiet, tal-individwi u tal-proġetti ta’ protezzjoni ċivili. Iqis li l-indiċi ta’ reżiljenza soċjali INDRIX, wieħed mill-eżiti tal-proġett transkonfinali INDRIX kofinanzjat mill-UE, huwa adegwat għall-valutazzjoni ta’ reżiljenza tal-komunità bbażata fuq informazzjoni statistika u data mdaħħla speċifikament għal dan l-iskop: il-proġett uża indikaturi soċjali magħżula (livell ta’ edukazzjoni, stat ta’ saħħa, rata ta’ qgħad, servizzi offruti, eċċ.) biex tiġi stmata l-perċezzjoni tar-riskju f’diversi komunitajiet u, b’mod partikolari, biex jiġu identifikati komunitajiet li huma l-aktar esposti għar-riskju u huma l-aktar vulnerabbli. Jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti biex jikkunsidraw li jiżviluppaw politiki ta’ assigurazzjoni obbligatorja kontra d-diżastri naturali, li għandhom jiġu standardizzati fil-livell Ewropew, bi premia tal-assigurazzjoni li jkollhom rabta mal-livell ta’ riskju. Dan iqajjem kuxjenza u jippromovi l-fehim tal-importanza tal-prevenzjoni min-naħa tal-individwi, inaqqas il-periklu morali u jiggarantixxi kumpens ġust u uniformi għaċ-ċittadini Ewropej kollha; |
27. |
jinnota li hemm il-ħtieġa li tiġi stabbilita bażi kondiviża tad-data f’ċerti żoni transkonfinali, li tidentifika l-materjali, ir-riżorsi, it-tagħmir, il-voluntiera speċjalizzati u l-użu tar-riżorsi u l-loġistika; |
28. |
jinnota li din il-bażi tad-data għandha tiġi stabbilita u ġestita kemm biex tissaħħaħ it-tħejjija għad-diżastri kif ukoll bil-ħsieb li jissaħħaħ l-irkupru soċjoekonomiku u kulturali taż-żoni milqutin minn diżastri minn perspettiva transkonfinali kondiviża; |
29. |
huwa tal-fehma li għandhom jitqiesu u jkunu replikati eżempji pożittivi, li jeżistu diġà, ta’ kooperazzjoni transkonfinali pereżempju:
|
Taħriġ
30. |
jenfasizza l-importanza li jiġu inċentivati perkorsi ta’ taħriġ għaż-żgħażagħ u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jippromovu korsijiet universitarji speċifiċi u proġetti għall-attivitajiet tal-mitigazzjoni tar-riskju. Jenfasizza, barra minn hekk, li ż-żgħażagħ jistgħu jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ solidarjetà fil-qasam tal-prevenzjoni tar-riskju ta’ diżastri permezz tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (5). Dawn l-attivitajiet jistgħu jieħdu l-forma ta’ volontarjat, apprendistati, traineeships u esperjenza ta’ xogħol; |
31. |
jinnota l-ħtieġa li jinħoloq taħriġ speċifiku għall-amministraturi lokali (anke bil-ħsieb tal-kampanja “Nagħmlu Bliet Reżiljenti”) sabiex isiru aktar konxji u jingħataw aktar għodod ta’ għarfien fid-dawl tar-responsabbiltajiet diretti tagħhom fil-konfront taċ-ċittadini, il-protezzjoni u l-iżvilupp tat-territorju; |
32. |
jirrakkomanda li tingħata aktar attenzjoni fir-rigward tat-taħriġ tal-voluntiera u tat-tekniċi, li jagħmilhom aktar speċjalizzati billi jiġu pprovduti inċentivi u jiġu introdotti korsijiet ta’ taħriġ ibbażati fuq ir-riskji li jiffaċċjaw il-pajjiżi differenti, b’mod partikolari fiż-żoni transkonfinali, bil-għan li jittejjeb l-għarfien ġeografiku lokali u tittieħed azzjoni konġunta u koordinata għall-monitoraġġ, is-sorveljanza u l-intervent ta’ emerġenza; |
33. |
itenni li jeħtieġ jinħolqu kampanji ta’ informazzjoni mmexxija mill-awtoritajiet lokali jew voluntiera sabiex jingħata tagħrif dwar ir-riskji eżistenti u l-awtoprotezzjoni li għandha tkun adottata kif ukoll inizjattivi ta’ tagħlim reċiproku fil-livell lokali u reġjonali permezz ta’ rieżamijiet bejn il-pari fost il-bliet u r-reġjuni; |
34. |
jenfasizza li t-taħriġ transnazzjonali għandu jkun konformi max-xenarji tar-riskji definiti fil-pjani ta’ prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji transkonfinali. Dawk kollha involuti direttament fir-riskju – inklużi l-esperti tekniċi u l-organizzazzjonijiet tal-volontarjat – għandhom jieħdu sehem f’dawn il-korsijiet ta’ taħriġ fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera, jekk possibbli b’mod konġunt; |
35. |
jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-pjattaformi ta’ tagħlim elettroniku fuq il-linji tal-programm ta’ taħriġ tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, pereżempju, u li tiżdied id-disponibbiltà ta’ korsijiet onlajn miftuħa fil-qasam tal-protezzjoni ċivili; |
36. |
iqis li l-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE jipprovdi kampanji ta’ informazzjoni mtejba għar-reġjuni permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ li diġà qed jiffunzjonaw tajjeb għall-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi kandidati. Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE huwa għodda essenzjali ta’ appoġġ għar-reġjuni kkonċernati meta jkunu meħtieġa sforzi eċċezzjonali għall-bini mill-ġdid ta’ żoni milquta minn diżastri naturali u meteoroloġiċi, peress li d-diżastri naturali ma jiqfux mal-fruntieri; |
Rispons ta’ emerġenza
37. |
jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa sistema ta’ twissija transkonfinali li tkun kondiviża u standardizzata, inkluż b’notifika f’ħin reali ta’ kwalunkwe tfixkil jew diżastru li jista’ jkollha impatt fuq reġjun ta’ Stat Membru ieħor; |
38. |
jinnota li jinħtieġu ftehimiet transkonfinali sabiex jiġu standardizzati u mħaffa s-sistemi ta’ salvataġġ u l-ħinijiet ta’ attivazzjoni tal-voluntiera, filwaqt li jiġu identifikati l-ostakli legali u ssir sejħa għal kooperazzjoni sabiex tiġi ottimizzata l-loġistika tal-materjal u tal-persunal. Jappella sabiex jiġu konklużi wkoll ftehimiet fil-qasam idrawliku sabiex jiġi żviluppat għarfien aħjar tal-ġestjoni organizzattiva u funzjonali tad-digi bil-għan li jittieħdu azzjonijiet f’waqthom għat-tnaqqis tar-riskju idrawliku downstream f’territorji ta’ Stat Membru ieħor; |
39. |
jappella li jiġu introdotti akronimi biex jirreferu għaċ-ċentri ta’ koordinazzjoni tal-għajnuna f’diversi livelli territorjali sabiex jiġu standardizzati t-termini użati; |
40. |
jappella għal komunikazzjoni standardizzata dwar il-prevenzjoni u għal proċeduri operattivi kondiviżi fl-emerġenzi; |
41. |
jirrakkomanda li jintużaw applikazzjonijiet tal-IT li jservu biex iwissu liċ-ċittadini f’ħin reali; |
42. |
iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrikonoxxu u jiċċertifikaw pożizzjonijiet professjonali (definiti l-aħjar bħala “maniġers tar-riskju ta’ diżastri”), b’għarfien, ħiliet u kompetenzi multidixxiplinari u trasversali, li jassistu l-amministraturi lokali u reġjonali, partikolarment f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u waqt l-ippjanar; |
Il-prinċipju tas-sussidjarjetà
43. |
jaqbel li l-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-kompetenza li twettaq azzjonijiet biex tappoġġja, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni ċivili; |
L-aħjar prattika
44. |
jenfasizza li hemm għadd ta’ eżempji tal-aħjar prattika b’rabta mal-kooperazzjoni transkonfinali fit-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri li jistgħu jiġu segwiti u żviluppati b’mod ideali, bħal:
|
45. |
jappoġġja bis-sħiħ il-proġett “b-solutions” tal-Assoċjazzjoni ta’ Reġjuni mal-Fruntieri Ewropej (AEBR), li għandha l-għan li tidentifika l-ostakli legali u amministrattivi għall-kooperazzjoni transkonfinali fir-rigward tal-prevenzjoni u t-tnaqqis tad-diżastri. Jirrimarka li fl-ewwel sejħa għal proposti fl-2018, l-AEBR identifikat 10 każijiet minn dawn, li ġew trasformati fi proġetti pilota, iżda li ħafna ostakli oħrajn għad iridu jiġu riżolti (ambulanzi, vetturi għat-tifi tan-nar jew ħelikopters li jistgħu jidħlu f’xi reġjuni tal-fruntiera iżda mhux f’oħrajn, formalitajiet amministrattivi għat-trasferiment tal-katavri, forniment asimmetriku tas-servizzi transkonfinali, problemi relatati mal-assigurazzjoni, ir-rikonoxximent ta’ diplomi, eċċ.). Iħeġġeġ lir-reġjuni kollha li qed jiffaċċjaw ostakli simili biex jipparteċipaw f’sejħiet futuri għat-tressiq ta’ proposti; |
46. |
jenfasizza li r-reġjuni milquta minn diżastri jipproponu soluzzjonijiet b’mod konġunt lill-gvernijiet nazzjonali rispettivi tagħhom. Eżempju ta’ dan hija l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana tal-Portugall u r-reġjun Spanjol tal-Galicja, li jippreżentaw il-prijoritajiet tagħhom lill-gvernijiet ċentrali tagħhom fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jistgħu jiġu solvuti fil-qafas tas-“Summits Iberiċi”, jew il-kooperazzjoni mill-qrib bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Gżejjer Kanarji, l-Azores u l-Madeira permezz tal-programm Interreg MMK, li fih ingħaqdu wkoll pajjiżi terzi ġirien bħall-Cape Verde, il-Mauritania u s-Senegal; |
Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2019.
Il-President
tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Karl-Heinz LAMBERTZ
(1) Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Il-Qafas ta’ Hyogo għal Azzjoni wara l-2015: l-Immaniġġar ta’ riskji biex tinkiseb reżiljenza (ĠU C 271, 19.8.2014, p. 61).
(2) Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015-2030 (ĠU C 272, 17.8.2017, p. 32).
(3) Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Il-mekkaniżmu transfruntier (adottata fil-5 ta’ Diċembru 2018; għadha mhix ippubblikata fil-ĠU).
(4) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transfruntier, COM(2018) 373 final.
(5) Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar 2018/03892, Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar iż-żgħażagħ (relatur: Matteo Bianchi).
29.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404/44 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Programm Ewropew ġdid biex jiġi aċċellerat l-iżvilupp tal-industriji marittimi
(2019/C 404/09)
Relatur |
: |
Is-Sur CLERGEAU (FR/PSE), Membru tal-Kunsill Reġjonali ta’ Pays-de-la-Loire |
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
I) Rakkomandazzjonijiet ta’ politika ewlenin biex jiġi aċċellerat l-iżvilupp tal-industriji marittimi Ewropej
Nirrikonoxxu l-isfidi u nagħżlu politika industrijali ġdida u aktar proattiva
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
1. |
jappella għal sensibilizzazzjoni kemm għall-opportunitajiet ta’ żvilupp kif ukoll għat-theddid fir-rigward tal-industriji marittimi Ewropej, li jeħtieġ jimmobilizzaw ruħhom flimkien, bl-appoġġ tal-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u reġjonali, biex it-tranżizzjoni ekoloġika u enerġetika tagħhom tkun ta’ suċċess, biex it-trasformazzjoni diġitali u r-rivoluzzjoni industrijali tagħhom jirnexxu wkoll u biex jiżviluppaw attraenza ġdida għall-impjiegi fil-qasam. Dawn l-isfidi għandhom jiġu indirizzati hekk kif l-industriji marittimi qed jiġu mhedda minn kompetizzjoni ġdida mill-Asja, fir-rigward ta’ bastimenti b’valur miżjud għoli, fejn l-Ewropa tinsab fuq quddiem nett. Din il-kompetizzjoni, li qed tipprova taħkem it-teknoloġiji Ewropej, hija kompetizzjoni inġusta karatterizzata mid-dumping soċjali u ambjentali u ffinanzjata fil-biċċa l-kbira minn għajnuna pubblika, li jmur kontra r-regoli tal-kummerċ internazzjonali. Din hija kwistjoni li l-awtoritajiet Ewropej jeħtieġ jindirizzaw fl-interess tal-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet ekwi. Għandu jiġi nnutat li din il-kompetizzjoni inġusta issa tapplika wkoll għas-settur tas-sajd; |
2. |
jenfasizza d-diversità tas-setturi fi ħdan l-industriji marittimi, li hija assi fl-għoti ta’ spinta lis-sinerġiji bejn is-setturi u l-impatt territorjali: il-bini, it-tiswija u l-iskrappjar ta’ bastimenti ċivili u militari (minn bastimenti tal-kruċieri għal inġenji tal-baħar għar-rikreazzjoni, u minn dgħajjes tas-sajd għal bastimenti li jagħtu servizz u bastimenti tal-passiġġieri, biex ma nsemmux il-flotot militari), enerġiji rinnovabbli marittimi, industriji taż-żejt u tal-gass, infrastruttura tal-port, kostali u offshore, sajd, akkwakultura, sajd għall-frott tal-baħar bil-qoxra u l-bijoekonomija blu; |
3. |
jappella għal impenn kontinwu għall-iżvilupp tas-sajd, tas-sajd għall-frott tal-baħar bil-qoxra u għall-akkwakultura, kemm f’termini ta’ bilanċ kif ukoll tas-sostenibbiltà ambjentali, soċjali u ekonomika; bl-istess mod jenfasizza l-ħtieġa tat-tiġdid ġenerazzjonali, li ż-żewġ komponenti ewlenin tagħhom huma t-taħriġ u t-titjib tal-kundizzjonijiet abbord. |
4. |
iqis li l-industriji marittimi, bħall-industriji spazjali u tal-aeronawtika, jeħtieġu strateġija industrijali ambizzjuża u qafas ta’ implimentazzjoni konkret imfassal għall-karatteristiċi speċifiċi tagħhom: il-kwistjoni tas-sovranità, intensità ta’ kapital għoli, produzzjoni ta’ serje qosra, ċikli twal u livelli ta’ riskju għoli, u ħtiġijiet sinifikanti ta’ riċerka, innovazzjoni u taħriġ; |
5. |
jirrimarka l-ħtieġa li jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-enerġija mir-riħ offshore f’baħar fond bħala mezz biex titnaqqas l-okkupazzjoni ta’ żoni kostali mhux fondi favur attivitajiet oħrajn, speċifikament tal-ekonomija blu; |
6. |
jirrimarka li l-industriji marittimi huma t-tieni l-akbar settur fi ħdan l-ekonomija blu f’termini ta’ impjiegi: f’kuntest ta’ tkabbir globali, l-Ewropa tinsab f’pożizzjoni minn ta’ quddiem nett f’għadd ta’ oqsma, u qed toħloq bosta impjiegi industrijali sostenibbli u b’livell għoli ta’ ħiliet; |
7. |
jiġbed l-attenzjoni għar-rwol ewlieni tal-portijiet, li huma infrastrutturi strateġiċi li ma jservux biss bħala ċentri ta’ kummerċ u ta’ trasport, iżda li qed jistabbilixxu ruħhom dejjem aktar bħala pjattaformi industrijali u ta’ innovazzjoni fejn l-interfaċċa mal-bliet ġirien tista’ tiġi sfruttata aħjar. Għalhekk huwa importanti li jiġi ppjanat appoġġ xieraq għan-negozji kollha fuq l-art (1) li diġà jwettqu attivitajiet b’rabta mal-ekonomija blu jew jistgħu jiżviluppawhom permezz ta’ metodi ta’ diversifikazzjoni ppruvati. |
8. |
jirrimarka l-importanza soċjoekonomika tal-attivitajiet tas-sajd u dawk marittimi għall-forniment ta’ ikel sigur u ta’ kwalità tajba; jinnota l-importanza tad-dimensjoni kulturali tagħhom b’rabta mal-patrimonju, li hija fundamentali għall-għoti ta’ spinta lit-turiżmu; jenfasizza s-sinerġiji meħtieġa u l-aspetti komplimentari bejn dawn l-attivitajiet tradizzjonali u s-setturi ġodda li jridu jiġu żviluppati, għall-benefiċċju tal-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli; |
9. |
iqis li l-industriji marittimi huma waħda mill-lievi ewlenin fil-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) stabbiliti fl-Ewropa, peress li l-prodotti, is-servizzi u l-innovazzjonijiet tagħhom jagħtu kontribut kruċjali għall-appoġġ tal-attivitajiet meħtieġa għal tranżizzjonijiet b’suċċess, b’mod partikolari:—
|
10. |
jikkondividi l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-inizjattiva LeaderSHIP 2020 adottata fl-2018 mill-KESE (2), li jenfasizzaw l-limitazzjonijiet iffaċċjati fl-implimentazzjoni u n-nuqqas ta’ objettivi preċiżi u kwantifikabbli; |
11. |
jappella għall-istabbiliment ta’ approċċ ġdid u rivedut fil-fond ta’ “LeaderSHIP 2030”, li jistabbilixxi “European Blue New Deal” li jinkorpora tliet elementi: politika kummerċjali u ta’ kompetizzjoni bil-għan li tissalvagwardja l-interessi tagħna u toħloq promoturi Ewropej; il-mobilizzazzjoni u l-adattament tal-politiki Ewropej kollha sabiex jissodifaw il-ħtiġijiet u l-karatteristiċi tal-industriji marittimi, u l-adozzjoni ta’ sitt objettivi operazzjonali li madwarhom jistgħu jiġu mmobilizzati l-atturi lokali, nazzjonali u Ewropej matul il-perjodu 2020–2027:
Dawn is-sitt objettivi jinvolvu sfidi industrijali speċifiċi u jridu jitqiesu wkoll fid-dibattitu miftuħ dwar il-missjoni marittima taħt l-Orizzont Ewropa. |
12. |
Iħeġġeġ l-adozzjoni ta’ strateġiji għall-industriji marittimi fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer tal-Ewropa, bil-għan li jitħaffef il-progress fi tliet direzzjonijiet ta’ prijorità: il-portijiet, l-awtonomija enerġetika dekarbonizzata bi spiża minima u l-bijoekonomija blu, inklużi s-sajd u l-akkwakultura; |
13. |
ifakkar li għall-ġejjieni tal-industriji marittimi huwa importanti li l-isfidi marittimi jitqiegħdu fil-qalba tal-politiki futuri tal-Unjoni Ewropea u fil-qalba tal-implimentazzjoni tal-fondi tal-politika reġjonali; |
European Sea Tech: il-bini ta’ netwerks Ewropej biex jingħaqdu l-ekosistemi reġjonali ta’ innovazzjoni, u l-mobilizzazzjoni tar-reġjuni biex jiġu strutturati l-ktajjen ta’ valur industrijali
14. |
huwa tal-fehma li l-industriji marittimi l-ewwel u qabel kollox huma kkaratterizzati mill-għeruq lokali tagħhom fir-reġjuni marittimi, li żviluppaw ekosistemi ta’ eċċellenza u innovazzjoni reġjonali ddedikati għal dawn l-industriji. Il-politiki nazzjonali u Ewropej jeħtieġ li jibbażaw primarjament fuq dawn l-ekosistemi reġjonali ta’ innovazzjoni u l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti relatati biex ikunu flessibbli u effettivi; |
15. |
jipproponi li titnieda skema “European Sea Tech” biex jingħaqdu l-ekosistemi reġjonali ta’ innovazzjoni filwaqt li jinħolqu għadd ta’ netwerks ta’ kooperazzjoni:
Il-Kummissjoni għandha tniedi sejħiet għal espressjonijiet ta’ interess fit-twaqqif ta’ netwerks tematiċi, u kull ekosistema reġjonali (jew interreġjonali) tista’ tapplika biex tingħaqad ma’ għadd ta’ netwerks skont l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti tar-reġjun. L-ekosistemi li jikkombinaw diversi kompetenzi u li jiġbru diversi netwerks jiffurmaw l-“ekosistemi ċentrali” tal-iskema “European Sea Tech”. Kull netwerk għandu jkollu l-għan li jkun inklużiv kemm jista’ jkun, filwaqt li jinvolvi l-kompetenzi kollha tar-reġjuni diversi Ewropej. Fi ħdan in-netwerks, il-kwistjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli, ir-R&Ż, il-prestazzjoni industrijali, il-finanzjament u l-ħiliet se jiġu indirizzati b’mod sistematiku. Dawn in-netwerks ikunu aktar effettivi minn pjattaforma Ewropea ċentralizzata biex tipprovdi pedament għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni intrareġjonali u għall-istabbiliment ta’ proġetti operazzjonali ta’ rilevanza għad-diversi politiki tal-UE. Ir-rwol tal-“European Sea Tech” għandu jkun ukoll li jagħti spinta lit-trasferiment tat-teknoloġiji, l-esperjenzi u l-ħiliet bejn id-diversi netwerks u setturi tal-industriji marittimi; |
16. |
jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza tal-istrument European Sea Tech biex jittieħed approċċ trasversali għall-industriji marittimi u biex jiġu aċċellerati t-tranżizzjonijiet għal industriji marittimi ekoloġiċi u diġitali, billi jiġu mobilizzati t-teknoloġiji u l-ħiliet kollha tal-industriji marittimi sabiex ikunu disponibbli għal setturi oħrajn; |
17. |
itenni l-appoġġ tiegħu għall-proġett ta’ Komunità ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni Marittima, iżda jinnota li dan il-proġett jiffoka fuq il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi marittimi u għalhekk jista’ biss ikun wieħed min-netwerks li jsawru l-iskema “European Sea Tech”; |
18. |
jittama li l-proġetti mwettqa min-netwerks tal-European Sea Tech b’rabta mal-ekosistema tal-innovazzjoni jkunu jistgħu jiġu appoġġjati mis-sħubijiet Ewropej u kofinanzjati mill-Orizzont Ewropa u l-fondi l-oħra li jistgħu jiġu mobilizzati. Dawn il-proġetti għandhom ikunu jistgħu jinkludu l-finanzjament ta’ linji pilota, prototipi u dimostraturi; |
19. |
itenni wkoll it-talba tiegħu għal pjan direzzjonali marittimu fi ħdan l-Orizzont Ewropa, għal inklużjoni espliċita tal-isfidi xjentifiċi u teknoloġiċi tal-industriji marittimi fil-Pilastru 2, u għal mira ta’ mobilizzazzjoni ta’ 10 % tal-Orizzont Ewropa biex jiġu ffinanzjati proġetti b’impatt sinifikanti fuq l-ekonomija blu u l-industriji marittimi; |
II) Proposti prattiċi għall-isfruttar u l-adattament tal-politiki ta’ wara l-2020 tal-Unjoni Ewropea għas-servizz tal-industriji marittimi
Il-kummerċ internazzjonali u l-kompetizzjoni
20. |
jenfasizza li, fir-rigward tal-industriji u s-servizzi marittimi, tinħtieġ politika kummerċjali ġdida li tkun “realistika” u bbażata fuq ir-reċiproċità sabiex jiġu difiżi l-impjiegi u s-sovranità Ewropea fil-konfront tal-istrateġiji aggressivi u inġusti tal-pajjiżi marittimi l-kbar, b’mod partikolari fl-Asja. Kull meta tkun possibbli u effettiva, din il-politika għandha tippromovi sistema ta’ skambju stabbli u multilaterali bbażata fuq regoli ġusti u trasparenti li jiggarantixxu kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, tfittex ftehimiet mal-imsieħba kummerċjali li jħallu l-frott, u tibni fuq ir-rwol tad-WTO; |
21. |
iqis li, fir-rigward tas-swieq dinjija u globalizzati, il-politika tal-kompetizzjoni għandha tippermetti l-ħolqien ta’ promoturi Ewropej, filwaqt li dejjem tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta u bbilanċjata fi ħdan l-Unjoni, u jafferma mill-ġdid il-valur miżjud tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu u l-ħtieġa ta’ qafas tat-taxxa sempliċi, stabbli u kompetittiv biex jintlaħaq dan l-għan; |
22. |
jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-importanza li jiġu kkontrollati aħjar il-flussi ta’ investimenti barranin u li jiġu limitati u mnaqqsa l-effetti possibbli ta’ ħsara li t-trasferimenti tat-teknoloġiji jista’ jkollhom fuq l-industrija Ewropea, b’mod partikolari dawk inklużi fil-kuntratti internazzjonali kbar; |
23. |
jappella li jittieħdu impenji preċiżi fil-ġestjoni tal-akkwist pubbliku ċivili u militari, pereżempju permezz ta’ rekwiżiti stretti għall-forniment ta’ ċerti prodotti u servizzi identifikati minn qabel bħala strateġiċi jew partikolarment vulnerabbli minħabba l-kompetizzjoni globali. |
Finanzjament tal-proġetti
24. |
jappella għat-tlestija malajr tal-abbozz ta’ pjattaforma ta’ finanzjament tal-proġetti tal-ekonomija blu, li għandu jinkludi strument ta’ assistenza iżda wkoll fond ta’ investiment speċifiku biex jiġu ffinanzjati proġetti innovattivi u ta’ riskju għoli. Il-pjattaforma għandha tiffoka primarjament fuq li tagħmel disponibbli finanzjament b’rati preferenzjali għal proġetti li jitqiesu bħala riskjużi wisq mill-atturi tradizzjonali, u għalhekk tikkoreġi falliment fis-suq. Dan l-istrument se jkollu jopera mill-qrib ħafna mal-Istati Membri u r-reġjuni, sabiex tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn l-istrumenti ta’ politika u l-kontinwità fl-appoġġ tal-proġett. Din il-pjattaforma għandha, b’mod partikolari, tibbaża fuq in-netwerks u l-“ekosistemi ċentrali” tal-iskema “European Sea Tech”; |
25. |
jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tistabbilixxi objettiv u metodu biex jiġu sfruttati l-vetturi ta’ investiment Ewropej għall-benefiċċju tal-ekonomija blu u l-industriji marittimi, li għandhom jitnedew taħt InvestEU, b’rabta mal-programm Orizzont Ewropa; |
26. |
jenfasizza l-ħtieġa ta’ għodod li jippermettu li titnaqqas l-ispiża finanzjarja tal-proġetti strutturali u li jippermettu prefinanzjament effiċjenti tax-xiri u l-investimenti l-aktar għoljin (bastimenti tal-kruċieri, tagħmir tal-LNG, enerġija rinnovabbli tal-baħar, eċċ.); |
27. |
itenni l-ħtieġa ta’ finanzjament speċifiku għar-reġjuni ultraperiferiċi, filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet u l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom. Dawn ir-reġjuni jagħtu lill-Ewropa dimensjoni marittima u tal-oċeani eċċezzjonali, bis-saħħa tal-pożizzjoni strateġika tagħhom fl-Oċean Atlantiku, fl-Oċean Indjan u fil-Baħar Karibew, u huma assi naturali uniċi, kif irrikonoxxiet il-Kummissjoni Ewropea stess; |
28. |
jirrimarka li jkun ta’ benefiċċju li jiġi appoġġjat l-akkwist innovattiv, li jippermetti regoli aktar flessibbli dwar l-offerti meta tinxtara teknoloġija emerġenti li għadha mhijiex disponibbli f’forma standardizzata fis-suq. It-teknoloġiji innovattivi jistgħu għalhekk jitqiegħdu fis-suq aktar malajr peress li l-kumpaniji li jipprovdu servizzi u prodotti ġodda jkunu jistgħu jidentifikaw l-ewwel klijenti tagħhom aktar malajr; |
29. |
jenfasizza li r-restrizzjonijiet regolatorji speċifiċi stabbiliti fis-settur marittimu u l-ħin meħtieġ għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet huma ostaklu ewlieni biex isiru t-testijiet u l-provi fuq il-baħar; jissuġġerixxi t-twaqqif ta’ grupp ta’ ħidma Ewropew li jlaqqa’ flimkien lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-atturi ekonomiċi biex ixerrdu l-aħjar prattiki u jippromovu żviluppi pożittivi fl-oqfsa ta’ referenza nazzjonali; |
30. |
iqis li jkun jaqbel li ssir aktar ħidma u eventwalment tinħoloq “Aġenzija għall-Proġetti ta’ Riċerka Avvanzata Marittima”, ibbażata fuq l-Aġenzija għall-Proġetti tar-Riċerka Avvanzata fid-Difiża (DARPA) tal-Istati Uniti, u b’hekk jingħata appoġġ f’qafas ta’ finanzjament iddedikat għall-innovazzjoni rivoluzzjonarja, filwaqt li jiġi rikonoxxut id-dritt għall-falliment u b’kunsiderazzjoni sħiħa tar-restrizzjonijiet ta’ żvilupp tal-SMEs u tal-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja. |
31. |
jipproponi li, f’kuntest ta’ wara l-Brexit, parti mill-fondi speċifiċi allokati għall-appoġġ tal-aktar żoni milquta tingħata lill-partijiet interessati fl-industriji marittimi sabiex jinħolqu prospetti ġodda għall-iżvilupp u l-impjiegi; |
32. |
jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza tal-inizjattiva European Sea Tech biex jittieħed approċċ trasversali għall-industriji marittimi u biex jiġu aċċellerati t-tranżizzjonijiet għal industriji marittimi ekoloġiċi u diġitali, filwaqt li jiġu sfruttati t-teknoloġiji u l-ħiliet kollha fis-setturi kollha tal-industrija marittima sabiex isiru disponibbli għal setturi oħrajn. Dan l-approċċ trasversali għandu jitħeġġeġ ukoll bejn l-attivitajiet marittimi u kostali, u setturi industrijali u diġitali oħrajn li jġibu magħhom innovazzjonijiet li jistgħu jiġu sfruttati direttament jew jiġu adattati b’mod utli għad-dinja marittima; |
Industriji marittimi 4.0
33. |
jiġbed l-attenzjoni għall-isfidi li qed tiffaċċja l-Industrija 4.0 fir-rigward tat-tranżizzjoni ekoloġika u enerġetika, il-prestazzjoni industrijali, id-diġitalizzazzjoni (inklużi l-proċessi ta’ produzzjoni), u l-kooperazzjoni fi ħdan il-katini ta’ valur lokali u Ewropej; f’dan ir-rigward jappoġġja l-objettiv Green Shipyard 2050 għal tarzni eżemplari fit-tranżizzjoni ekoloġika u enerġetika; |
34. |
jirrimarka wkoll li t-tagħlim tul il-ħajja, l-iżvilupp u l-kwalità tal-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-isfruttar tal-esperjenza u l-kreattività tal-impjegati huma lkoll elementi intrinsiċi ta’ din it-trasformazzjoni industrijali; |
35. |
iqis li l-innovazzjonijiet u l-investimenti produttivi f’dan il-qasam għandhom ikunu prijorità ħalli l-politika Ewropea tappoġġja lill-industriji marittimi, u għandhom jiffukaw b’mod partikolari fuq l-SMEs; |
36. |
jenfasizza li l-kooperazzjoni bejn is-setturi ċivili u militari hija xprun għall-progress kondiviż billi tiffaċilita b’mod partikolari, it-trasferiment – fiż-żewġ direzzjonijiet – tat-teknoloġija u l-għarfien espert flimkien mal-mobbiltà għal persuni tas-sengħa; |
37. |
jenfasizza l-benefiċċji li l-kumpaniji taż-żejt u tal-gass offshore jiġu mħeġġa biex iwettqu t-tranżizzjoni u jiżviluppaw strateġiji għad-diversifikazzjoni f’setturi oħrajn fi ħdan l-ekonomija blu; dawn il-kumpaniji għandhom għarfien espert marittimu konsiderevoli, esperjenza fit-twettiq ta’ proġetti twal u kumplessi, u ħiliet siewja li jistgħu jkunu utli għall-iżvilupp tal-industriji marittimi (bastimenti tal-provvista, robotika ta’ taħt l-ilma, sistemi ta’ ankraġġ, applikazzjonijiet awtomatizzati, eċċ.). Dawn jistgħu, b’mod siewi u kollettiv, jerġgħu jinvestu parti mill-profitti mill-idrokarburi fil-fondi ta’ investiment fl-ekonomija blu u fl-enerġija rinnovabbli tal-baħar. |
38. |
jinnota li r-rivoluzzjoni teknoloġika tfisser li l-bastimenti qed jinbidlu minn unitajiet analoġiċi għal pjattaformi diġitalizzati ta’ trasport, filwaqt li joħolqu opportunitajiet għal aktar integrazzjoni u interkonnessjoni ma’ sistemi diġitali differenti. Il-metodi ta’ ħidma fis-settur qed jinbidlu b’riżultat ta’ dan, eż. l-interazzjoni bejn bastimenti u uffiċċji bbażati fuq l-art, il-kuntatti bejn il-bastimenti nfushom, u bejn il-bastimenti u l-awtoritajiet. Huwa importanti f’dan ir-rigward li l-industrija marittima Ewropea u l-awtoritajiet jaħtfu l-opportunitajiet li d-diġitalizzazzjoni ġġib magħha fil-kompetizzjoni internazzjonali; |
39. |
jenfasizza l-ħtieġa assoluta li tiġi kkunsidrata u appoġġjata d-diġitalizzazzjoni u, b’mod aktar ġenerali, il-forom ġodda tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA) fl-innovazzjoni marittima; |
40. |
jissuġġerixxi li l-programmi ta’ appoġġ u finanzjament għandhom iqisu firxa ta’ suġġetti li mhumiex ta’ natura purament teknoloġika, iżda għandhom ukoll x’jaqsmu mal-iżvilupp ta’ servizzi ġodda, bħall-vetturi awtonomi ta’ taħt l-ilma (AUVs), is-sorveljanza marittima u l-manutenzjoni predittiva, fejn l-impenji kuntrattwali għar-riżultati u l-prestazzjoni qegħdin dejjem aktar jieħdu prijorità fuq l-impenji tal-fondi. Għandu jitħeġġeġ il-ħolqien ta’ pjattaformi biex tinkiseb il-konverġenza ta’ teknoloġiji ta’ sorveljanza differenti fl-użu fid-diversi Stati Membri, sabiex tiżdied l-interoperabbiltà ta’ dawn l-attivitajiet, tiżdied l-effiċjenza tal-operazzjonijiet fuq il-baħar, tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni u l-politiki tal-UE f’dan il-qasam u, bħala riżultat, jiġi promoss monitoraġġ aħjar taż-żona marittima Ewropea; |
L-impjieg, il-ħiliet u t-taħriġ
41. |
jirrikonoxxi l-importanza li jiġi stimulat id-djalogu soċjali settorjali u li tiġi organizzata r-relazzjoni bejn l-impjiegi u t-taħriġ fl-industriji marittimi; jappella li l-pjattaformi speċifiċi jridu jissodisfaw dawn il-kompiti mhux biss fit-trasport marittimu u l-bijoriżorsi iżda wkoll fl-industrija tal-manifattura u l-bini tal-bastimenti. B’mod partikolari, qed tinġibed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġi promoss taħriġ imfassal apposta għall-industriji marittimi u dawk tas-sajd sabiex jiġi appoġġjat it-tiġdid ġenerazzjonali fis-sajd, l-akkwakultura u s-sajd għall-frott tal-baħar bil-qoxra, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu promossi korsijiet ta’ livell universitarju mfasslin apposta li jirrelataw mat-trasport marittimu merkantili. Bl-istess mod, hemm il-ħtieġa li tiġi stabbilita sistema li tiżgura li l-programmi ta’ taħriġ ikunu effiċjenti u li min iħarreġ ikun kwalifikat biżżejjed; |
42. |
jenfasizza li t-tkabbir tal-attivitajiet offshore jinvolvi l-mobilizzazzjoni tal-impjegati b’ħiliet marittimi sodi jew l-għoti ta’ taħriġ addizzjonali sinifikanti lil dawk li mhumiex familjari mal-ħajja fuq il-baħar. F’dan ir-rigward, huwa ċar li jeħtieġ li jsiru kampanji fost iż-żgħażagħ sabiex jiġi attirat it-talent u jiġu inkorporati professjonisti ġodda fis-settur tal-industriji marittimi, it-trasport marittimu merkantili u s-sajd, għal operazzjonijiet kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar; |
43. |
jilqa’ l-progress li sar bl-adozzjoni tad-Direttivi reċenti dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema, li huma rilevanti ferm fis-settur marittimu, u jappella għall-ħolqien ta’ sistema għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali (mhux biss id-diplomi u ċ-ċertifikati) sabiex jiġi implimentat bis-sħiħ il-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali; |
44. |
iqis li l-mobbiltà tal-ħaddiema fl-UE hija element pożittiv sabiex il-ktajjen ta’ valur fl-industriji marittimi jiġu strutturati b’mod effettiv kemm jista’ jkun u jlaħħqu mal-iżviluppi fis-setturi varji. Dan l-objettiv għandu jiġi indirizzat filwaqt li jinżammu u jissaħħu l-ħiliet meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-kumpaniji, l-ewwel fil-livell lokali, u mbagħad fil-livell Ewropew; |
III) Approċċ u proposti speċifiċi għas-setturi ewlenin fi ħdan l-industriji marittimi
Id-diġitalizzazzjoni tal-industriji marittimi
45. |
jenfasizza l-ħtieġa assoluta li jiġu kkunsidrati u appoġġjati d-diġitalizzazzjoni u, b’mod aktar ġenerali, it-teknoloġiji ġodda tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA) fl-innovazzjoni marittima;
jissuġġerixxi li l-programmi ta’ appoġġ u finanzjament għandhom iqisu firxa ta’ suġġetti li mhumiex ta’ natura purament teknoloġika, iżda għandhom ukoll x’jaqsmu mal-iżvilupp ta’ servizzi ġodda, bħall-vetturi awtonomi ta’ taħt l-ilma (AUVs), is-sorveljanza marittima u l-manutenzjoni predittiva; |
Il-bijoekonomija blu
46. |
jenfasizza l-potenzjal promettenti, iżda li għadu ma ġiex sfruttat sew, tas-settur tal-bijoekonomija blu, li għandu bosta applikazzjonijiet fis-swieq (ikel u għalf, farmakoloġija, kożmetiċi, enerġija) u impatt lokali sinifikanti; jenfasizza li għandha tingħata prijorità lill-aktar setturi ekonomiċi żviluppati u dawk l-aktar importanti: is-sajd, l-akkwakultura u l-kulturi tal-baħar. |
47. |
jilqa’ l-mobilizzazzjoni madwar dan is-settur emerġenti, b’mod partikolari permezz tal-Forum dwar il-Bijoekonomija Blu mmexxi mid-DĠ MARE; huwa tal-fehma li, wara fażi ta’ investiment maġġuri fir-riċerka u l-iżvilupp, għandha tingħata prijorità lill-industrijalizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ proċessi ġodda li ġew ippruvati u ttestjati fuq skala żgħira; |
48. |
jittama li tingħata prijorità ġdida lil dan is-settur billi jsir investiment fil-katina tal-valur kollha kemm hi, mill-estrazzjoni jew il-produzzjoni kkontrollata tar-riżorsi bijoloġiċi sal-ipproċessar u l-promozzjoni tal-prodotti; |
49. |
jipproponi, għal dan il-għan, li jiġu stabbiliti rabtiet mal-aktar setturi marittimi maturi bħas-sajd u l-akkwakultura, bil-perspettiva tal-proċess iktar ’l isfel fil-katina tal-valorizzazzjoni u l-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd li jiġġeneraw l-akbar valur miżjud; |
50. |
jenfasizza l-importanza tal-ekonomija ċirkolari marittima biex tappoġġja l-iżvilupp tal-bijoekonomija blu (applikazzjoni tal-prinċipju tal-ebda rimi mis-sajd, irkupru miż-żoni tal-marea, residwi mill-esplojtazzjoni tal-alga, trattament tal-iskart u tal-plastik, eċċ.); |
51. |
jistieden lill-Unjoni Ewropea tappoġġja l-esplorazzjoni tal-ibħra u l-oċeani kollha fid-dinja, b’mod partikolari bil-għan li jissaħħu l-għarfien dwar l-ambjent tal-baħar u x-xjenza tal-klima (iċ-ċiklu tal-karbonju u l-assorbiment tas-CO2, l-aċidifikazzjoni u ż-żieda fil-livell tal-baħar, eċċ.) jew biex jiġu identifikati d-diversi depożiti tal-enerġija u dawk mhux tal-enerġija sabiex jiġi vvalutat aħjar l-użu tal-potenzjal tar-riżorsi tal-baħar (l-enerġija ġeotermali, il-minerali strateġiċi, eċċ.); |
Bini ta’ bastimenti militari u ċivili
52. |
jenfasizza n-natura strateġika tal-investiment Ewropew fil-fatturi ta’ distinzjoni fis-settur tal-bini tal-bastimenti, b’mod partikolari fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika u enerġetika. Permezz tal-innovazzjoni, nistgħu ntejbu l-kompetittività tagħna u nerġgħu niksbu s-sehem mis-suq. Il-kwistjonijiet ta’ finanzjament huma essenzjali wkoll għall-bini tal-bastimenti; |
53. |
jiġbed l-attenzjoni lejn is-swieq ġodda relatati ma’ dawn it-tranżizzjonijiet: integrazzjoni ta’ propulsjoni nadifa fil-bastimenti, sistemi innovattivi ta’ propulsjoni dekarbonizzata (kunċetti ġodda ta’ qlugħ), bastimenti tal-forniment, laneċ elettriċi għall-ġarr tal-passiġġieri, bastimenti speċifiċi għall-ġarr tal-merkanzija fuq distanzi qosra, bastimenti ta’ servizzi portwarji u kostali, eċċ.; |
54. |
jenfasizza li huwa importanti li jissaħħu r-rabtiet u l-kooperazzjoni lokali bejn it-tarzni u l-ktajjen ta’ kokuntrattar tagħhom fil-qafas ta’ raggruppamenti marittimi; jenfasizza wkoll l-ħtieġa li jiġu appoġġjati r-reġjuni tal-bini tal-bastimenti u tat-tiswija tal-bastimenti, fejn joperaw għadd kbir ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju; jixtieq jara appoġġ speċifiku għall-ktajjen tal-valur fis-settur tal-manifattura tal-parts, li jammonta għal 50 % tas-sehem globali u għandu d-doppju tal-fatturat tal-bini tal-bastimenti stess; Fil-politika tagħha dwar il-kummerċ u l-finanzjament, l-UE għandha tippromovi wkoll l-użu ta’ parts Ewropej fil-bastimenti mibnija barra mill-UE; |
55. |
jenfasizza li għandhom isiru sforzi sistematiċi taħt European Sea Tech biex jinkludu atturi ġodda fil-ktajjen tal-valur tal-bini tal-bastimenti li jistgħu jgħinu biex jagħtu spinta lill-kapaċità tal-produzzjoni, jimmobilizzaw il-ħiliet u jżidu l-kompetittività Ewropea; |
56. |
jenfasizza li t-tiswija u l-kostruzzjoni ta’ bastimenti żgħar jikkostitwixxu industriji strateġiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi, peress li l-flotot u l-istrutturi galleġġanti li joperaw fl-ilmijiet tagħhom huma soġġetti għar-restrizzjonijiet tal-lokazzjoni ta’ gżirithom u d-distanza remota tagħhom mill-Ewropea kontinentali. Dan għandu effett kruċjali fuq il-loġistika, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ bastimenti żgħar: b’konsegwenza, għandu jingħata appoġġ speċifiku lil dawn l-industriji sabiex jappoġġjaw it-tkabbir effiċjenti tal-attività marittima f’dawn ir-reġjuni; |
57. |
huwa tal-fehma li l-kwistjonijiet marittimi għandhom jitpoġġew fil-qalba tal-politiki l-ġodda tad-difiża u s-sigurtà, li se jeħtieġu l-għoti ta’ attenzjoni partikolari lill-bini tal-bastimenti militari; għal dan il-għan, jissuġġerixxi li jitqies aktar l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji doppji li jistgħu jintużaw fis-setturi ċiviċi u militari; |
58. |
jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità tal-flotot li jwettqu kompiti sovrani ta’ sorveljanza u sigurtà, jemmen li dawn il-kompiti sovrani jeħtieġ jitwettqu minn bastimenti mibnija fl-Ewropa, u huwa tal-fehma li, speċjalment fid-dawl tal-Brexit u l-isfidi tal-migrazzjoni, l-organizzazzjoni xierqa ta’ dawn il-kompiti timplika dipendenza mill-flotot nazzjonali eżistenti fi sħubija mill-qrib mal-Frontex, u tirrikjedi sforz ta’ solidarjetà Ewropea biex jiġu appoġġati l-pajjiżi l-aktar involuti f’dawn il-missjonijiet ta’ interess komuni kbir; |
L-enerġija rinnovabbli tal-baħar
59. |
iqis l-enerġija rinnovabbli tal-baħar bħala settur b’potenzjal sostanzjali biex jagħti kontribut sinifikanti għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, filwaqt li fl-istess ħin joħloq katina ta’ valur industrijali li tiġġenera impjiegi lokali sostenibbli f’diversi reġjuni u jikseb suċċess fis-swieq tal-esportazzjoni, u jenfasizza li għandha tiġi żviluppata b’mod li jirrispetta l-ambjent li jkun kompatibbli, jew anke f’sinerġija, ma’ attivitajiet li jkunu jeżistu minn qabel; |
60. |
jenfasizza li l-ispejjeż qed jonqsu b’rata partikolarment impressjonanti fil-parks eoliċi fuq il-baħar b’bażi fissa fl-Ewropa, mill-installazzjoni tal-ewwel parks fl-1991 lil hawn u, l-iżjed, b’riżultat tas-settur industrijali effiċjenti Ewropew li ġie stabbilit matul l-aħħar deċennju; |
61. |
ifakkar fl-importanza tat-tiswijiet u tal-kontrolli li huma soġġetti għalihom il-bastimenti u li dawn għandhom jiġu skrappjati meta tintemm il-ħajja operattiva tagħhom. Għalhekk jirrakkomanda li l-Kummissjoni tfassal pjan speċifiku, bil-ħsieb li l-UE tiġi attrezzata b’faċilitajiet adegwati għat-twettiq xieraq ta’ dawn il-kompiti, inklużi l-impenji baġitarji meħtieġa għal dan l-għan; |
62. |
jirrimarka li l-iżvilupp ulterjuri ta’ dan is-settur se jinvolvi li jitkomplew l-isforzi li qed isiru fil-livell Ewropew, b’mod partikolari fir-R&Ż (aktar minn EUR 3 biljun ta’ investiment), iżda issa jirrikjedi għażliet ċari ta’ politika li primarjament huma f’idejn l-Istati Membri: l-istabbiliment ta’ volumi u skedi ta’ żmien ambizzjużi għas-sejħiet tal-offerti, mhux biss għall-enerġija mir-riħ b’bażi fissa, li bħalissa huwa s-sottosettur l-aktar żviluppat, iżda wkoll għal teknoloġiji ġodda bħat-turbini galleġġanti, l-enerġija mill-marea u l-enerġija mill-mewġ, li għandhom bżonn urġenti ta’ redditi suffiċjenti u garantiti biex jiskattaw l-investiment u tinbeda l-industrijalizzazzjoni tagħhom; |
63. |
jappella sabiex fil-livell Ewropew jiġu stabbiliti għodod ta’ appoġġ apposta għall-investiment, kif ukoll għodod ta’ assigurazzjoni tal-proġetti u ta’ ġestjoni tar-riskji. Il-ħolqien ta’ dawn l-għodod jista’ jnaqqas l-ispejjeż tal-finanzjament b’mod sinifikanti u għalhekk inaqqas il-kost tal-elettriku prodott; |
64. |
jilqa’ l-progress sinifikanti li sar f’dawn l-aħħar snin fl-ittestjar ta’ prototipi u dimostraturi għal teknoloġiji emerġenti f’kundizzjonijiet ta’ użu reali, b’mod partikolari fir-rigward tal-enerġija mill-marea. L-ispejjeż huma mistennija li jonqsu peress li qed jiġu ġestiti sew u qed isiru aktar kredibbli, u dan għandu jippermetti li s-suq jinfetaħ tabilħaqq bis-saħħa ta’ tariffi feed-in adattati u li l-atturi Ewropej jibqgħu mexxejja b’saħħithom fuq livell globali; |
65. |
jinsisti li l-Ewropa għandha timmira li ssir mexxej dinji fil-qasam tat-turbini eoliċi galleġġanti u jirrakkomanda lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex janalizzaw sejħiet koordinati jew konġunti għall-offerti sabiex jipprovdu volum akbar u viżibilità ogħla. Jista’ jiġi żviluppat approċċ simili għall-enerġija mill-marea u l-enerġija mill-mewġ għall-farms pilota prekummerċjali; |
66. |
jenfasizza l-importanza li jittieħed approċċ speċifiku fiż-żoni mhux interkonnessi, speċjalment fir-reġjuni tal-gżejjer, li jippermetti li jiġu proposti soluzzjonijiet globali għall-awtonomija tal-enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju b’taħlita ta’ teknoloġiji – inkluża l-enerġija rinnovabbli tal-baħar – f’modi differenti skont il-karatteristiċi ta’ kull territorju; fid-dawl ta’ dan, għandhom jiżdiedu l-isforzi biex jiġu żviluppati l-magni b’qawwa medja; |
67. |
jipproponi li dawn is-soluzzjonijiet awtonomi tal-enerġija għandhom jiġu ttestjati u ppruvati li huma effettivi f’faċilitajiet offshore ippjanati b’użijiet diversi, peress li tali faċilitajiet huma prekursuri ta’ orjentazzjoni dejjem aktar marittima tal-attivitajiet industrijali u, fil-perjodu twil, tal-ħajja tal-bniedem fis-sens usa’ tal-kelma. Wieħed għandu jżomm f’moħħu li dawn il-perspettivi aktar fit-tul se jkollhom jikkonformaw ma’ kriterji stretti fir-rigward tas-sostenibbiltà u l-ġestjoni tal-impatt ambjentali tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-proġetti; |
IV) Il-portijiet – element ewlieni għal industriji marittimi dinamiċi
Pjattaformi portwarji u infrastrutturi portwarji, kostali u offshore
68. |
jiġbed l-attenzjoni lejn il-kapaċità tal-portijiet bħala oqsma għall-iżvilupp ta’ proġetti tat-Tkabbir Blu, minħabba t-taħlita tal-attivitajiet u l-potenzjal tagħhom. Dawn jistgħu jservu wkoll bħala eżempju li jista’ jiġi estiż għar-reġjuni kostali kollha; |
69. |
jenfasizza li, irrispettivament mill-istatus tagħhom, il-portijiet għandhom ikomplu jitqiesu bħala assi strateġiċi li fihom l-awtoritajiet pubbliċi għandhom responsabbiltà li jinvestu, u li l-kompetizzjoni u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat iridu jippermettu dawn l-investimenti; |
70. |
jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-infrastruttura tal-portijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi, peress li dawn ma għandhomx alternattivi għat-trasport tal-merkanzija u minħabba l-fatt li n-natura purament lokali tagħhom tfisser li l-għajnuna mogħtija mill-Istat lil din l-infrastruttura ma twassalx għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern Ewropew; |
71. |
jenfasizza li l-funzjoni ta’ port hija kemm bħala ċentru tat-trasport marittimu, kif ukoll li jospita industriji marittimi u attivitajiet assoċjati ta’ innovazzjoni u taħriġ; jiġbed l-attenzjoni għall-fattur ta’ attraenza reġjonali li l-portijiet jipprovdu biex jattiraw attivitajiet industrijali ġodda lejn l-art u ż-żona tal-madwar tagħhom stess; |
72. |
jenfasizza l-importanza tas-setturi tal-loġistika u tas-servizzi marittimi fi ħdan il-portijiet u l-ħtieġa li, minbarra l-innovazzjonijiet teknoloġiċi, jiġu żviluppati mudelli kummerċjali u ta’ servizzi ġodda fil-portijiet, ibbażati, pereżempju, fuq id-diġitalizzazzjoni gradwali tagħhom (portijiet intelliġenti), u biex jiġi żviluppat il-potenzjal għat-titjib u l-ottimizzazzjoni tal-proċessi permezz tal-ipproċessar tad-data (big data); |
73. |
jirrakkomanda li titħeġġeġ koordinazzjoni aħjar bejn il-portijiet u l-ambjent urban tagħhom, filwaqt li tissaħħaħ l-awtonomija deċiżjonali tal-komunitajiet tal-port u jiġi żgurat li l-art tal-port tiġi ppreservata biex tippermetti żviluppi futuri; |
74. |
jissuġġerixxi l-ħolqien, fi ħdan l-iskema European Sea Tech, ta’ netwerk ta’ portijiet involuti fit-tkabbir tal-ekonomija blu, li jibni fuq il-ħidma tal-Forum Ewropew tal-Portijiet u l-“portijiet bħala ċentri ta’ tkabbir blu” u s-sottogruppi tal-“portijiet ekoloġiċi”; |
75. |
jenfasizza l-importanza tas-setturi tal-inġinerija ċivili u ambjentali fil-portijiet u ż-żoni kostali fl-iżvilupp tas-siti u x-xtut u fl-appoġġ għall-adattament għat-tibdil fil-klima; |
76. |
jipproponi li l-portijiet isiru l-post ta’ inkubazzjoni u eventwalment l-operaturi ta’ proġetti ta’ infrastrutturi ġodda fuq il-baħar, sew fil-każ ta’ portijiet offshore kif ukoll, b’mod aktar ġenerali, fil-każ ta’ ċentri kondiviżi għall-attivitajiet tal-ekonomija blu (trasbord, ċentri tal-loġistika, produzzjoni ta’ enerġija tal-baħar rinnovabbli, akkwakultura, tiswija tal-bastimenti, bażijiet tax-xjenza, eċċ.); |
77. |
jipproponi li titnieda diskussjoni dwar ir-rwol funzjonali tal-portijiet imsejħa “sekondarji”, li tiffoka fuq l-ispeċjalizzazzjoni fis-swieq ta’ volum baxx u fuq li ssaħħaħ/tikkomplementa portijiet industrijali kbar ġirien; |
Id-dekarbonizzazzjoni tal-portijiet u t-trasport marittimu
78. |
iqis li jeħtieġ li jissaħħaħ l-appoġġ għall-investiment fil-portijiet għall-bunkering tal-LNG u b’mod aktar wiesa’ għall-infrastruttura li tgħin biex titnaqqas il-marka tal-karbonju (konnessjoni elettrika bejn ix-xatt u l-art ibbażata fuq teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi) bħala kwistjoni ta’ urġenza; iqis li t-tranżizzjoni lejn karburanti aktar nodfa u vettur ġdid tal-enerġija bħala prijorità, bil-ħsieb li jintlaħqu l-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u gassijiet li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem, u jqis li s-sidien tal-bastimenti għandhom jingħataw appoġġ sabiex jaddattaw u jġeddu l-flotot tagħhom; jenfasizza li l-bijogass prodott minn bijoriżorsi (pjanti, agrikoltura u ikel) jista’ wkoll jikkontribwixxi għall-katina tal-valur tal-LNG, billi jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra saħansitra aktar mis-soluzzjonijiet attwali; |
79. |
jipproponi li ssir valutazzjoni tal-possibbiltà li jiġi stabbilit kuritur blu għal-LNG għall-gżejjer Ewropej u r-reġjuni ultraperiferiċi, f’konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2018 dwar il-varar tal-infrastruttura għall-fjuwils alternattivi fl-Unjoni Ewropea: wasal iż-żmien li naġixxu! (2018/2023(INI));
ifakkar, f’dan il-kuntest, fil-ħtieġa għal strumenti finanzjarji adegwati biex jappoġġjaw investimenti bħal dawn, li għadhom relattivament għoljin f’dawn l-oqsma; |
80. |
jenfasizza l-ħtieġa li jiġu appoġġjati r-riċerka u l-iżvilupp tal-akkwakultura offshore, billi jiġi integrat l-għarfien attwali tal-inġinerija tal-oċeani ma’ dak tal-industrija 4.0, bħala mezz biex titnaqqas il-preżenza ta’ farms tal-akkwakultura fiż-żoni kostali favur attivitajiet oħrajn speċifiċi tal-ekonomija blu li jeħtieġ li jużaw l-istess żoni tal-baħar; |
81. |
jindika li ħidma tar-R&Ż tiftaħ triq possibbli għal karburanti sintetiċi likwidi prodotti bl-użu tal-katina tal-valur tal-karbonju u l-enerġija rinnovabbli; iħoss li din it-triq għandha tiġi esplorata b’kawtela u li dawn it-teknoloġiji jridu jagħtu prova li huma kompetittivi meta mqabbla ma’ alternattivi oħra, ikollhom impatt ambjentali baxx u jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-effett serra matul iċ-ċiklu kollu. F’dan l-istadju, din il-prova għadha ma ġietx provduta; |
82. |
jirrikonoxxi li l-użu tal-LNG jista’ jkun biss soluzzjoni temporanja, u jappella sabiex jiġu żviluppati l-użijiet għall-provvista tal-elettriku lill-bastimenti fil-port, għall-bastimenti tal-elettriku, għall-enerġija solari u tar-riħ abbord il-bastimenti, u għall-kisba ta’produzzjoni kompetittiva u tal-użu tal-idroġenu rinnovabbli fit-trasport marittimu (flimkien mal-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mill-baħar, u b’mod partikolari s-setturi b’potenzjal kbir ta’ produzzjoni bħal parks eoliċi fuq il-baħar b’bażi fissa u dawk galleġġanti); |
83. |
jappella biex fil-portijiet tiġi stabbilita l-infrastruttura meħtieġa ta’ netwerks intelliġenti biex jiġu integrati s-sorsi distribwiti tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, jitnedew sistemi ta’ provvista tal-enerġija max-xatt, il-mobbiltà elettrika u t-teknoloġiji l-oħrajn kollha b’rabta man-netwerks intelliġenti; |
Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2019.
Il-President
tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Karl-Heinz LAMBERTZ
(1) NAT-V-044 – “L-innovazzjoni fl-Ekonomija Blu: inwettqu l-potenzjal tal-ibħra u l-oċeani tagħna għall-impjiegi u t-tkabbir”, relatur: Adam Banaszak.
(2) https://www.eesc.europa.eu/mt/node/56116
29.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404/53 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Il-governanza f’diversi livelli u l-kooperazzjoni transsettorjali fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku
(2019/C 404/10)
Relatur |
: |
Kata TÜTTŐ (HU/PSE), Membru tal-Kunsill Muniċipali tat-12-il Distrett ta’ Budapest |
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
Kummenti introduttorji
1. |
ifakkar li diġà enfasizza f’għadd ta’ Opinjonijiet preċedenti l-importanza li l-faqar enerġetiku jitqies fit-tfassil tad-diversi politiki u, fil-fehma tiegħu, wieħed mill-aktar żviluppi politiċi importanti f’dawn l-aħħar snin huwa li l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-konsegwenzi soċjali tiġi rikonoxxuta b’mod espliċitu meta jitfasslu l-politiki dwar l-enerġija u l-klima, issa u fil-ġejjieni. B’hekk, il-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku għandha titqies b’mod komprensiv mil-leġislazzjoni rilevanti kollha fil-livell nazzjonali u tal-UE; |
2. |
jenfasizza li waħda mill-kwistjonijiet ewlenin marbuta mal-konsegwenzi soċjali hija l-faqar enerġetiku, li huwa marbut mill-qrib mal-prijoritajiet attwali tal-Kumitat tar-Reġjuni; |
3. |
huwa tal-fehma li ġestjoni tal-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku, li tqis kemm il-punti ġenerali kif ukoll l-ispeċifiċitajiet lokali u reġjonali tal-Unjoni, tista’ tikkontribwixxi ferm għat-tisħiħ tal-fiduċja taċ-ċittadini fl-UE u biex l-UE titqarreb lejn iċ-ċittadini tagħha, kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi u għall-Unjoni tal-Enerġija; |
4. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-pakkett leġislattiv tal-Kummissjoni Ewropea intitolat “Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha” jagħraf l-importanza li jitwaqqaf il-faqar enerġetiku u jagħmel referenza espliċita għal dan f’diversi okkażjonijiet; |
5. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, wara l-ħolqien ta’ qafas fil-livell tal-Unjoni, l-isfida li jmiss se tkun li d-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa jinbidlu f’adattamenti tal-elementi speċifiċi differenti tal-leġislazzjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati bis-sħiħ il-ħtiġijiet tar-reġjuni differenti. fejn, minn naħa, se jkun meħtieġ li tinżamm konformità mal-qafas ġenerali tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, li jiġi definit qafas u arranġamenti għal azzjoni abbażi tal-għarfien u r-rikonoxximent tad-diversi aspetti tal-faqar enerġetiku; |
6. |
jilqa’ bi pjaċir il-progress li sar fil-proċess leġislattiv dwar elementi importanti tal-pakkett dwar l-enerġija nadifa, b’mod partikolari l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku u r-rikonoxximent espliċitu tiegħu tal-ħtieġa għal ġbir komprensiv ta’ data dwar il-faqar enerġetiku mill-Istati Membri, il-flessibbiltà ssuġġerita għall-Istati Membri biex jintervjenu fis-suq biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku, u t-twessigħ tad-definizzjoni ta’ “konsumaturi vulnerabbli” (Art. 28) (1); |
7. |
jappoġġja b’mod partikolari t-talba tal-PE għal gwida mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-kriterji li għandhom jintużaw biex jiddefinixxu “numru sinifikanti ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku” (anke fil-kuntest tal-Artikolu 3.3.d tar-Regolament 2018/1999 dwar l-INECPs (pjani nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima) u japprova bis-sħiħ il-premessa tal-PE li “kwalunkwe proporzjon tal-unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jista’ jitqies bħala wieħed sinifikanti”; |
8. |
josserva li, fid-dawl tal-fatt li l-faqar enerġetiku jikkostitwixxi problema magħrufa tajjeb u qed kulma jmur tiġi rikonoxxuta aktar fil-qafas leġislattiv tal-UE b’obbligi espliċiti għall-Istati Membri, ħadd ma għandu jkun jista’ jafferma fil-ġejjieni li ma kienx jaf biha: jinħtieġu politiki u azzjonijiet konkreti; jinnota, madankollu, li d-definizzjoni preċiża tal-aspetti u l-effetti differenti tal-faqar enerġetiku kif ukoll l-indikaturi neċessarji biex dawn jitkejlu hemm bżonn li jiġu żviluppati b’attenzjoni sħiħa għad-diversità taċ-ċirkostanzi reġjonali u lokali sabiex jiġi żgurat li l-miżuri ta’ politika jkunu jistgħu jiġu mmirati u implimentati b’mod effettiv; |
9. |
jenfasizza, madankollu, li fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku, diġà jeżistu esperjenzi pijunieri fil-livell lokali u reġjonali, inkluż ix-xogħol siewi mwettaq mis-sħubija fil-qasam tal-abitazzjoni fl-ambitu tal-Aġenda Urbana tal-UE; |
10. |
josserva li wieħed mill-aħjar modi biex jinqered il-faqar enerġetiku fil-livell Ewropew huwa bis-saħħa ta’ investimenti fl-effiċjenza enerġetika u ta’ suq uniku bi prezzijiet baxxi li jiffunzjona kif imiss u bi prezzijiet baxxi; |
11. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li r-Regolament il-ġdid dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija jipprovdi qafas li jippermetti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jsemmgħu leħinhom u jindirizzaw b’mod prijoritarju l-faqar enerġetiku; |
12. |
jirrikonoxxi li l-faqar enerġetiku jirrappreżenta sfida soċjetali maġġuri b’impatti soċjali u ambjentali, li għandha tiġi indirizzata b’mod urġenti fil-livelli kollha ta’ governanza u teħtieġ approċċ olistiku u trasversali li jqis ir-relazzjonijiet bejn l-għanijiet u l-istrumenti soċjali u ambjentali; |
X’inhu l-faqar enerġetiku fl-essenza tiegħu?
13. |
ifakkar li l-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija jiddefinixxi l-faqar enerġetiku bħala s-sitwazzjoni fejn unità domestika jew individwu ma jkollux il-mezzi biex jakkwista servizzi bażiċi ta’ enerġija (tisħin, tkessiħ, tidwil, mobilità u elettriku) li jiggarantixxu standard tal-għajxien deċenti minħabba taħlita ta’ dħul baxx, spejjeż tal-enerġija għoljin u effiċjenza dgħajfa fl-użu tal-enerġija f’daru; |
14. |
jenfasizza li wieħed minn kull għaxar Ewropej ma jistax isaħħan sew id-dar tiegħu fix-xitwa, li wieħed minn kull ħames ċittadini tal-UE ma jiflaħx iħallas għall-arja kundizzjonata fis-sajf u li, barra minn hekk, aktar minn 80 miljun Ewropew jgħixu fi djar umdi bi traċċi ta’ moffa, li għandu jitqies ukoll fir-rigward tad-diffikultajiet tagħhom li jsaħħnu u jiffriskaw biżżejjed id-djar tagħhom; |
15. |
josserva li l-faqar enerġetiku – bħal forom oħra ta’ faqar u flimkien magħhom – jhedded u jolqot lin-nisa b’mod aktar serju, b’mod partikolari minħabba d-distribuzzjoni inugwali tad-dħul u tax-xogħol domestiku u tal-familja bejn in-nisa u l-irġiel, u l-proporzjon ogħla ta’ nisa fost il-ġenituri waħedhom u l-persuni mdaħħlin fl-età li jgħixu waħidhom; |
Il-bżonn ta’ approċċ globali
16. |
jirrikonoxxi li l-faqar enerġetiku huwa kwistjoni estremament kumplessa, li r-riżoluzzjoni tagħha titlob li jiġu kkunsidrati b’mod konġunt u kkoordinat id-diversi aspetti soċjali, tekniċi, ekonomiċi u baġitarji; |
17. |
josserva li, sabiex tinkiseb stampa tal-faqar enerġetiku u biex jinstabu soluzzjonijiet, jeħtieġ li tinġabar u tiġi analizzata fil-fond minjiera ta’ informazzjoni; f’dan il-kuntest partikolari jisħaq, kif innotat fil-valutazzjoni tal-impatt territorjali tal-KtR stess, dwar il-ħtieġa għal informazzjoni addizzjonali fil-livell NUTS 3 jew f’livell aktar baxx fejn adatt, għal żvilupp ulterjuri ta’ indikaturi adatti biex ikjejlu l-aspetti u l-effetti differenti tal-faqar eneġetiku fil-livell lokali, u għal ġbir/ipproċessar aktar effettiv tal-informazzjoni disponibbli sabiex din tkun aċċessibbli għal dawk li jfassklu l-politiki; |
18. |
jenfasizza li l-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku tirrikjedi l-użu ta’ diversi strumenti ta’ politika pubblika, filwaqt li jitqiesu kemm l-effiċjenza enerġetika kif ukoll il-kwistjonijiet ta’ protezzjoni soċjali; |
19. |
jinsisti, madankollu, li l-approċċ trasversali globali ma jista’ fl-ebda każ jintuża bħala pretest biex jiġu segwiti għanijiet politiċi u interessi settorjali, kummerċjali jew oħrajn li mhumiex marbuta mal-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku; |
20. |
jiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej għall-fatt li l-implimentazzjoni tal-approċċ globali hija partikolarment importanti iżda tista’ tinkiseb b’mod relattivament sempliċi fil-livell lokali u reġjonali. Madankollu, sabiex dan ikun possibbli, huwa essenzjali li jsir skambju tal-esperjenzi u jiġu sfruttati forom oħra ta’ kooperazzjoni; |
21. |
jenfasizza li s-sitwazzjoni tal-unitajiet domestiċi affettwati mill-faqar enerġetiku tvarja ħafna minn każ għal ieħor u, fi kwalunkwe każ, kull sitwazzjoni għandha l-karatteristiċi speċifiċi tagħha. Il-persuni kkonċernati jistgħu jkunu kerrejja jew sidien li jgħixu f’żoni urbani jew rurali u li, b’mod ġenerali, jiffaċċjaw ukoll diffikultajiet oħra, li jeħtieġu approċċ ġust, innovattiv, miftuħ u inklużiv, u huwa kruċjali li l-atturi rilevanti kollha jikkooperaw biex dan l-approċċ jittieħed; |
22. |
josserva li l-faqar enerġetiku ma jikkonċernax biss l-istat tal-akkomodazzjoni, iżda għandu wkoll impatt dirett fuq is-saħħa fiżika u mentali tal-persuni kkonċernati u jxekkilhom fir-relazzjonijiet soċjali, fit-tagħlim, fl-opportunità li jagħmlu negozju u f’ħafna attivitajiet oħra tagħhom; |
Appoġġ mhux biss għall-osservazzjoni tal-fenomenu tal-faqar enerġetiku, iżda wkoll il-qerda tiegħu!
23. |
jemmen li s-suċċess tal-politiki pubbliċi fil-livell tal-Unjoni ġeneralment jinkiseb permezz ta’ għanijiet ambizzjużi biżżejjed, konkreti u li jistgħu jitkejlu; |
24. |
jenfasizza li, filwaqt li l-għan aħħari ta’ politika biex jinqered il-faqar enerġetiku jista’ jkun biss il-qerda totali tal-faqar enerġetiku, l-effettività tal-proċess politiku teħtieġ li jiġu stabbiliti għanijiet fuq perjodu iqsar ta’ żmien; |
25. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi għanijiet konkreti għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku sal-2030 u l-qerda tiegħu sal-2050; |
L-azzjonijiet meħtieġa fil-livell tal-UE
26. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-iżgurar tal-aċċess għall-enerġija mhuwiex biss wieħed mill-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tan-NU, iżda li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, imniedi f’Novembru 2017, jagħti wkoll importanza partikolari lill-kwistjoni tal-protezzjoni soċjali. Il-faqar enerġetiku huwa każ tipiku fejn tinħtieġ azzjoni wkoll fil-livell tal-UE; |
27. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-viżjoni strateġika adottata mill-Kummissjoni Ewropea f’Novembru 2018 bit-titolu “Pjaneta Nadifa għal Kulħadd”, li għandha l-għan li tinkiseb Ewropa “newtrali għall-klima” sal-2050, filwaqt li tiżgura mhux biss aktar prosperità u ħolqien tal-impjieg iżda wkoll ġustizzja soċjali għal tranżizzjoni ġusta; |
28. |
jistieden lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li kulħadd ikun jista’ effettivament igawdi mid-dritt għal enerġija affordabbli, u għal dan il-għan jikkunsidraw il-possibbiltà ta’ moratorju fuq il-waqfien jew is-sospensjoni tal-forniment ta’ servizzi pubbliċi minħabba nuqqas ta’ ħlas, b’tali mod li l-ebda unità domestika ma titħalla mingħajr provvista bażika ta’ tisħin jew tkessiħ; |
29. |
huwa tal-fehma li l-limitazzjoni tal-ispejjeż eċċessivi tal-enerġija ma tistax titħalla biss għad-diskrezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-awtoregolamentazzjoni tas-suq, u li l-Unjoni għandha għalhekk tistabbilixxi oqfsa legali li jipprovdu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali bl-għodod adatti għall-iżgurar ta’ enerġija affordabbli. Biex il-prezzijiet tal-enerġija jinżammu f’livell baxx, qabel kollox l-UE u awtoritajiet oħra għandha jiżguraw li s-suq tal-enerġija jkollu provvista adegwata, li jissieltu kontra l-ipprezzar ta’ monopolju u li l-metodi għall-promozzjoni tal-enerġija jkunu kosteffettivi u ma jgħollux il-prezzijiet wisq; |
30. |
jenfasizza l-ħtieġa ta’ miżuri adatti biex jiġu evitati jew ikkumpensati riperkussjonijiet negattivi possibbli ta’ rinnovazzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika, bħal żieda fl-ispejjeż tal-akkomodazzjoni; f’dan il-kuntest, huwa kruċjali li tiġi garantita distribuzzjoni ġusta tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-effiċjenza enerġetika bejn is-sidien u l-inkwilini; |
31. |
huwa tal-fehma li jeħtieġ li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiffaċilitaw l-għoti ta’ pariri mingħajr ħlas u indipendenti lill-pubbliku dwar l-enerġija, u li jappoġġjaw parteċipazzjoni iżjed attiva tal-unitajiet domestiċi fil-produzzjoni tal-enerġija; |
32. |
jemmen li l-leġislazzjoni Ewropea tista’ tkun ferm iżjed ambizzjuża, u li jeħtieġ li l-gvernijiet nazzjonali jikkooperaw b’sinċerità u impenn mal-awtoritajiet lokali u reġjonali bil-għan li tiġi żgurata l-governanza f’diversi livelli; |
33. |
jemmen li huwa essenzjali li jiġi ssemplifikat u estiż l-aċċess għall-fondi tal-Unjoni, peress li l-mezzi limitati ta’ azzjoni tal-persuni u l-gruppi affettwati mill-faqar enerġetiku u l-aċċess imnaqqas tagħhom għas-servizzi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi ta’ spiss jaqdu rwol biex jikkawżaw jew jaggravaw is-sitwazzjoni. Barra minn hekk, jirrimarka li l-miżuri marbutin mar-rinnovazzjoni u l-effiċjenza enerġetika jistgħu jkunu limitati minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuni li jokkupaw il-proprjetà u mir-regolamenti tal-kera li jagħmluha diffiċli li l-ispejjeż jiġu rkuprati; jenfasizza, għaldaqstant, il-ħtieġa li jiġu żgurati inċentivi adatti għal investiment f’titjib marbut mal-effiċjenza enerġetika kemm għall-inkwilini kif ukoll għas-sidien tad-djar, u l-ħtieġa li jiġu protetti l-konsumaturi vulnerabbli; |
34. |
jitlob kooperazzjoni iżjed mill-qrib bejn l-Osservatorju Ewropew tal-Faqar Enerġetiku, il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija u l-Eurostat; |
35. |
jenfasizza li huwa primordjali li t-trasformazzjoni tal-konsumaturi tal-enerġija fi prosumaturi tkun fost l-istrumenti għall-qerda tal-faqar enerġetiku u li, għal dan il-għan, jeħtieġ li jitħeġġu fil-livelli kollha l-inizjattivi li jippermettu wkoll lill-konsumaturi f’sitwazzjoin ta’ faqar enerġetiku jsiru produtturi tal-enerġija; |
Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali
36. |
jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kumplessa kontra l-faqar enerġetiku, peress li jistgħu jidentifikaw il-persuni affettwati u jidentifikaw il-kawżi konkreti tal-fenomenu u jipprovdu pariri prattiċi u gwida liċ-ċittadini b’mod dirett, u li ħafna mill-miżuri għall-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku jistgħu jiġu implimentati fil-livell lokali; |
37. |
jenfasizza li, minħabba li l-faqar enerġetiku huwa kwistjoni kumplessa ħafna, ma tista’ tinstab l-ebda soluzzjoni uniformi fid-diversi reġjuni tal-Unjoni, u li jeħtieġ li l-awtoritajiet lokali wkoll jadottaw approċċ komprensiv ġdid huma u jfittxu mezzi adegwati, billi l-uffiċċji tal-amministrazzjonijiet lokali responsabbli fid-diversi oqsma jiġu involuti biex jinsab l-aħjar rimedju. Il-livelli lokali u reġjonali tal-gvern għandhom ċerti setgħat fundamentali f’dak li jirrigwarda l-politika fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika u tal-produzzjoni tal-enerġija, bis-saħħa tal-kumpaniji proprji tagħhom tal-enerġija, l-assoċjazzjonijiet tad-djar, il-kooperazzjoni mas-settur privat, il-finanzjament ta’ proġetti, konsulenza, eċċ.; |
38. |
jiġbed l-attenzjoni għall-possibbiltà li l-politiki dwar il-ġestjoni tal-faqar enerġetiku joħolqu benefiċċji oħra għal dawn l-awtoritajiet, billi tingħata prijorità lis-suċċess ta’ objettivi politiċi oħrajn u billi jiġu appoġġjati, pereżempju, il-politiki fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, it-titjib ta’saħħet iċ-ċittadini, l-inklużjoni soċjali u l-protezzjoni soċjali u b’hekk il-kwalità tal-ħajja u s-sostenibbiltà inġenerali; |
39. |
jenfasizza li ġlieda effettiva kontra l-faqar enerġetiku tista’ tgħin lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jkomplu jwessgħu l-bażi soċjali ta’ azzjoni b’rabta mal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, peress li tinvolvi gruppi soċjali li s’issa kienu inqas attivi u kienu jirċievu inqas attenzjoni; |
40. |
jinsisti, madankollu, li dan kollu jkun possibbli biss jekk l-istrumenti legali u finanzjarji tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jissaħħu kif imiss; |
L-istokk tad-djar u l-effiċjenza enerġetika
41. |
jenfasizza li l-effiċjenza enerġetika tikkostitwixxi rabta importanti bejn l-għanijiet relatati man-newtralità klimatika u dawk relatati ma’ tranżizzjoni ġusta tal-enerġija, inkluża l-ġestjoni tal-faqar enerġetiku; |
42. |
iqis li t-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-istokk tad-djar huwa wieħed mill-kompiti ewlenin tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u li, għal dan il-għan, għandhom jevitaw li jiffokaw esklużivament fuq l-akkomodazzjoni soċjali, speċjalment fl-Istati Membri b’rati baxxi ta’ akkomodazzjoni soċjali; |
43. |
jenfasizza li jkun tajjeb li l-obbligu li jiġu rinnovati annwalment 3 % tal-bini tal-gvern ċentrali tal-Istati Membri bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza enerġetika jiġi segwit minn investiment ambizzjuż u appoġġ biex ir-rinnovazzjoni tiġi aċċellerata anke f’partijiet oħra tal-istokk tad-djar, inkella l-isforzi biex jinqered il-faqar enerġetiku mhu se jkollhom l-ebda ċans li jirnexxu fil-futur qarib, u wisq inqas li jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi; |
44. |
jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-akbar parti possibbli tal-fondi tal-Unjoni tiġi ddedikata għal rinnovazzjoni komprensiva tal-istokk tal-bini li tqis l-aspett tal-faqar enerġetiku, sabiex jiġi evitat dewmien fil-kwalifikazzjoni mill-ġdid tal-akkomodazzjoni tal-ifqar inkwilini u sidien, li jżid il-faqar enerġetiku u, barra minn hekk, ixekkel it-tilħiq tal-għanijiet dwar il-klima; |
45. |
iħeġġeġ lill-Istati Membri jittrasponu fil-liġijiet nazzjonali d-Direttiva aġġornata dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (2) mill-iżjed fis possibbli u mhux iżjed tard minn Marzu 2020, peress li t-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-istokk eżistenti tal-bini huwa marbut direttament mall-implimentazzjoni sħiħa tal-qafas leġislattiv eżistenti; |
L-importanza tal-Patt tas-Sindki
46. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija poġġa l-kwistjoni tal-faqar enerġetiku fit-tielet pilastru, u b’hekk jaqdi rwol ewlieni fiż-żamma ta’ din il-kwistjoni fl-aġenda u fis-sejba ta’ soluzzjonijiet; jenfasizza r-rwol siewi ħafna tal-Patt tas-Sindki fil-kondiviżjoni tal-għarfien u l-esperjenza u fl-appoġġ u l-għoti ta’ gwida metodoloġika lill-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej u atturi oħra; |
47. |
jenfasizza li ser ikompli jappoġġja l-Patt tas-Sindki, fid-dawl tal-valur kbir għaċ-ċittadini Ewropej tar-rwol attiv li jaqdi u l-għeruq profondi tiegħu fis-soċjetà; |
48. |
jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej u lill-mexxejja tagħhom biex jissieħbu fil-Patt tas-Sindki u netwerks oħra involuti fil-qasam tal-azzjoni klimatika u jipparteċipaw b’mod attiv fl-attivitajiet tagħhom, b’enfasi partikolari fuq l-iskambju ta’ prattiki tajba lokali; |
49. |
josserva li grupp ta’ membri tal-Kumitat tar-Reġjuni jaġixxi bħala ambaxxatur tal-Patt tas-Sindki bil-kompitu li jippubbliċizza l-attivitajiet tiegħu u jinkoraġġixxi l-akbar numru possibbli ta’ firmatarji, u jemmen li l-ambaxxaturi għandhom jiġu appoġġjati kif imiss fl-isforzi tagħhom; |
Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku
50. |
jenfasizza li d-definizzjoni u l-kejl preċiżi tal-fenomenu tal-faqar enerġetiku huma indispensabboli għall-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet u miżuri adatti ta’ politika pubblika; |
51. |
jiddeplora l-fatt li żewġ terzi tal-Istati Membri mhumiex qed isegwu l-iżvilupp tal-faqar enerġetiku fuq il-bażi ta’ miżuri kwantitattivi; |
52. |
jinnota li, s’issa, il-funzjonament tal-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea jissodisfa għalkollox l-għanijiet stabbiliti meta twaqqaf; |
53. |
billi l-Osservatorju qed joqrob lejn tmiem il-mandat previst tiegħu, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex teżamina l-kundizzjonijiet għall-estensjoni tal-attività tiegħu, biex testendi l-kamp ta’ applikazzjoni u l-kompiti tiegħu safejn dan ikun ġustifikat, u biex tiżviluppa possibbiltajiet għall-ġbir u l-evalwazzjoni tad-data, fid-dawl tal-fatt li l-informazzjoni miġbura mill-Osservatorju se tkompli tkun indispensabbli għall-iżvilupp kif imiss tal-politiki pubbliċi fil-futur. |
Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2019.
Il-President
tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Karl-Heinz LAMBERTZ
(1) P8_TA-PROV(2019)0226 adottata fis-26.03.2019
(2) Id-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 75).
III Atti preparatorji
Il-Kumitat tar-Reġjuni
29.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 404/58 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni – Pjaneta Nadifa għal kulħadd — Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima
(2019/C 404/11)
Relatur |
: |
Michele EMILIANO (IT/PSE), President tar-Reġjun tal-Puglia. |
Dokument ta’ referenza |
: |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment: Pjaneta Nadifa għall-kulħadd — Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima COM(2018) 773 final |
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
Implimentazzjoni tal-istrateġija fit-tul għall-2050
1. |
jilqa’ l-Komunikazzjoni dwar “Pjaneta nadifa għal kulħadd” u jappoġġja l-għan li tintlaħaq newtralità fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra (emissjonijiet netti żero), u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa pjan direzzjonali aktar ambizzjuż u li jista’ jintlaħaq billi tadotta miżuri li jillimitaw it-tisħin globali għal 1,5 °C meta mqabbel mal-livelli preindustrijali, filwaqt li tipprijoritizza l-aktar xenarji ambizzjużi; barra minn hekk, jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt ta’ diversi xenarji fuq l-aspetti klimatiċi, tas-saħħa, ambjentali, ekonomiċi u soċjali, u jistedinha tipproponi qafas regolatorju komprensiv korrispondenti bbażat fuq din l-evalwazzjoni u f’konformità mal-istrateġija għall-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU (SDGs); f’dan il-kuntest jilqa’ bi pjaċir ukoll il-ħidma li għaddejja fil-livell tal-UE dwar id-dokument ta’ riflessjoni dwar ‘Lejn Ewropa sostenibbli’ inkluż fil-Kumitat tar-Reġjuni, dwar kif l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jiġu involuti fil-proċessi ta’ trasformazzjoni essenzjali; |
2. |
jissottolinja l-ħtieġa li jsir investiment fl-edukazzjoni u fis-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet dwar il-klima fost iċ-ċittadini b’mod ġenerali u li jiffukaw b’mod partikolari fuq iż-żgħażagħ, li huma dejjem aktar imħassbin dwar dak li jqisu bħala progress kajman wisq biex tiġi indirizzata din l-isfida; jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, f’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet edukattivi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, għandhom rwol importanti x’jaqdu fit-trawwim ta’ dan l-involviment, u fir-rispons għall-aspettattivi taż-żgħażagħ; |
3. |
itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex jistabbilixxu pjattaforma permanenti f’diversi livelli għad-djalogu dwar l-enerġija kif iddefinit fir-Regolament dwar il-governanza tal-unjoni tal-enerġija, li jinkludi wkoll l-aspetti klimatiċi u ambjentali, biex jiġu appoġġjati r-reġjuni u l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, in-negozji u partijiet oħrajn interessati fit-tranżizzjoni tal-enerġija (1); jiddikjara f’dan il-kuntest ir-rieda tiegħu li jistabbilixxi, jekk jintalab mill-Kummissjoni Ewropea, struttura għal skambji tekniċi dwar l-implimentazzjoni tal-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa fil-livell lokali jew reġjonali; |
4. |
ifakkar ir-rwol kruċjali tar-reġjuni u tal-awtoritajiet lokali, fl-implimentazzjoni tal-politiki pubbliċi dwar il-klima u l-enerġija u fil-promozzjoni tal-bidliet fl-imġiba meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva tagħhom, u billi jiżguraw li ċ-ċittadini kollha jaċċettaw dawn il-bidliet, fuq il-bażi ta’ strateġija definita ta’ dekarbonizzazzjoni, bil-għan li jinkiseb l-objettiv li ma jkun hemm l-ebda emissjonijiet, f’dan ir-rigward, jenfasizza l-inizjattivi meħuda mill-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija u jistieden lill-Kummissjoni tkompli tippromovih u tappoġġja inizjattivi simili biex issaħħaħ l-azzjoni lokali u tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni permanenti bbażat fuq id-djalogu ta’ Talanoa (2); |
5. |
jiġbed l-attenzjoni għall-appoġġ għal inizjattivi bħall-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija. Permezz ta’ relazzjoni diretta bejn l-awtoritajiet lokali u l-Kummissjoni, il-patt jippermetti l-iżvilupp minn isfel għal fuq ta’ pjan speċifiku, abbażi tal-Pjani ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u l-Klima fl-UE, lejn pjan ta’ ġestjoni territorjali integrat għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, f’koordinazzjoni wkoll ma’ partijiet interessati lokali oħra involuti fil-Pjani Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima (NECPs) u fl-appoġġ tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli; |
6. |
jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-NECPs u l-istrateġiji nazzjonali fit-tul jiġu armonizzati mal-Ftehim ta’ Pariġi, l-istrateġija 2050 u l-SDGs; iqis li huwa essenzjali li dawn jiġu żviluppati permezz ta’ djalogu f’diversi livelli u permezz ta’ metodu parteċipattiv u għandhom ikunu bbażati fuq prattika tajba eżistenti fil-livell reġjonali u lokali; jissuġġerixxi wkoll li jitnaqqas iż-żmien previst għar-reviżjoni kull tant żmien ta’ dawn il-pjani u li jiġi pprovdut qafas istituzzjonali għas-sistema ta’ kontributi determinati fil-livell lokali (LDC) biex tgħaqqadha mas-sistema tal-kontributi stabbiliti fil-livell nazzjonali (NDCs); |
7. |
jistieden lill-Kummissjoni tqis b’mod attiv il-vulnerabbiltà partikolari ta’ ċerti territorji bħar-reġjuni ultraperiferiċi u taċ-ċittadini fil-proċess ta’ tranżizzjoni lejn Ewropa newtrali fir-rigward tal-klima, sabiex jiġi evitat li l-proċess ta’ tranżizzjoni jiġi rrifjutat; jitlob ukoll li jiġi stabbilit Osservatorju Ewropew dwar in-newtralità fir-rigward tal-klima biex jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-obbligi ta’ rapportar nazzjonali skont il-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, u biex jgħin fl-immappjar u l-monitoraġġ ta’ dawk il-vulnerabbiltajiet, flimkien mat-tiġdid ta’ verifika tal-kompetenzi tal-UE fil-kuntest tal-Panorama ta’ Ħiliet tal-UE. Dawn il-miżuri, maħsubin biex tinkiseb Ewropa newtrali fir-rigward tal-klima, iridu jqisu l-ħtiġijiet tal-kompetenzi reġjonali u lokali: jiġifieri sabiex l-iżvilupp tal-politiki ta’ sostenibbiltà jiġi allinjat mat-tkabbir tal-kompetenzi għal impjiegi ta’ kwalità għolja u validi għall-futur fir-reġjuni l-iktar vulnerabbli u sabiex jiġi faċilitat skambju effettiv ta’ prattiki tajba bejn dawn ir-reġjuni, anke abbażi ta’ indikaturi komposti attwali u eventwali oħrajn li jistgħu jiġu identifikati; |
8. |
jiġbed l-attenzjoni għall-karatteristiċi differenti tal-klima, l-ambjent, il-pajsaġġ, il-mobbiltà u l-istruttura ekonomika u soċjali tar-reġjuni Ewropej, filwaqt li jenfasizza l-importanza li l-implimentazzjoni tal-istrateġija tiġi mfassla skont il-karatteristiċi ġeografiċi, ġeopolitiċi u ekonomiċi, u b’hekk li jingħelbu l-fruntieri amministrattivi; |
9. |
jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat approċċ olistiku li jinkludi strumenti u strateġiji fil-politiki ġenerali tal-UE dwar l-SDGs, il-koeżjoni u l-ekonomija ċirkolari, iżda wkoll azzjonijiet speċifiċi bħall-politika dwar l-enerġija, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u t-tranżizzjoni tar-reġjuni tal-faħam; |
In-newtralità klimatika tas-sistema tal-enerġija
10. |
filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tar-reġjuni u l-awtoritajiet lokali fl-implimentazzjoni parteċipattiva tal-politiki dwar l-enerġija u l-klima, jirrikonoxxi r-rwol eżemplari tal-awtoritajiet pubbliċi fis-setturi kollha, li jibda mill-ġestjoni tal-partrimonju ta’ bini pubbliku u kumpaniji mmexxija mis-settur pubbliku; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza ta’ pjani għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-bini pubbliku, flimkien mal-implimentazzjoni tal-kriterji tal-Akkwist Pubbliku Sostenibbli u tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija u tal-ambjent, f’konformità mal-kriterji ambjentali minimi (3); |
11. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tkompli tippromovi l-effiċjenza enerġetika tal-bini bħala prijorità, biex tnaqqas l-emissjonijiet tal-bini eżistenti u biex tiżgura li s-sussidji pubbliċi u l-istrumenti finanzjarji jippermettu lis-sidien itejbu l-effiċjenza enerġetika tal-bini permezz ta’ interventi ta’ adattament. Barra minn hekk, l-investimenti meħtieġa u l-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu kklassifikati bħala spejjeż kapitali sabiex jiġu ffaċilitati l-marġini tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Dan jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal żieda tar-rata medja annwali ta’ rinnovazzjoni tal-bini; |
12. |
ifakkar fl-importanza li ċ-ċittadini vulnerabbli jiġu protetti mill-faqar enerġetiku u li jiġi żgurat aċċess ugwali għaċ-ċittadini Ewropej kollha għal servizzi ta’ enerġija bażiċi; |
13. |
jistieden lill-Kummissjoni tippromovi approċċ ċirkolari fil-fażi tat-tfassil, il-bini u l-ġestjoni ta’ bini ġdid, li jeħtieġ li jkun sostenibbli jew jinkludi l-effiċjenza enerġetika u l-użu ta’ sorsi rinnovabbli, skont l-eżempju tal-inizjattiva Level(s) (4). Mill-perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja, iridu jiġu stabbiliti standards ta’ prestazzjoni tal-klima u ambjentali fir-rigward ta’ materjali tal-bini u l-prattiki ta’ kostruzzjoni u rigward id-dokumentazzjoni tal-materjali użati, u dan jesiġi investiment kontinwu fl-istandardizzazzjoni, fir-rekwiżiti tal-ekodisinn, fid-dikjarazzjonijiet ambjentali dwar il-prodotti u fis-sistemi ta’ informazzjoni dwar l-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja; |
14. |
jemmen bil-qawwa li l-mira ta’ 32 % tal-enerġija rinnovabbli fil-livell tal-UE għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid b’mod ulterjuri fil-futur fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi bl-għan li tilħaq 40 % sal-2030 u tinkiseb newtralità klimatika sal-2050, u li, fi kwalunkwe każ, ir-reġjuni Ewropej li kapaċi jaqbżu dan il-limitu għandhom jiġu inċentivati u appoġġjati b’mod adegwat; |
15. |
jilqa’ l-istabbiliment formali ta’ komunitajiet tal-enerġija lokali fil-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa (5) u jistieden lill-Istati Membri jisfruttaw il-potenzjal tagħhom (6), filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti skemi ta’ appoġġ finanzjarju mmirati, fejn tingħata prijorità lit-territorji li jsofru minn ostakli bħal dawk b’sistemi elettriċi iżolati u mhux konnessi man-netwerks Ewropej il-kbar. Fil-livell lokali u reġjonali, il-kumpaniji tal-enerġija pubbliċi u privati huma muturi importanti tat-tranżizzjoni tal-enerġija; |
16. |
jenfasizza l-importanza li titrawwem id-dekarbonizzazzjoni u li jinkiseb l-objettiv ta’ “emissjonijiet żero” u li l-Istati Membri jintalbu jistabbilixxu, flimkien mar-reġjuni, pjani direzzjonali speċifiċi għall-konverżjoni mill-ġdid tal-impjanti u l-infrastrutturi li jużaw karburanti fossili u tal-impjanti tal-enerġija nukleari, u b’hekk jinċentivaw l-użu ta’ sorsi rinnovabbli (bħall-idroġenu) u teknoloġiji biex jiddekarbonizzaw is-settur Ewropew tal-gass, u abbażi tal-BREFs. Jinnota li l-ipprezzar xieraq tal-enerġija fossili skont l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet jew għal finijiet ta’ tassazzjoni huwa prekundizzjoni essenzjali għat-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli; għaldaqstant jilqa’ bi pjaċir il-Komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni Ewropea dwar teħid tad-deċiżjonijiet b’mod aktar effiċjenti u demokratiku b’rabta mal-politiki tal-UE dwar l-enerġija u l-klima, u jemmen li ħafna mis-suġġerimenti f’dan id-dokument, speċjalment fir-rigward tal-element kruċjali tat-tassazzjoni tal-enerġija, huma essenzjali biex jiżguraw rispons koordinat, koerenti u f’waqtu għall-isfidi enormi li qed taffaċċja l-UE; |
L-ippjanar territorjali u n-newtralità klimatika
17. |
ifakkar fir-rwol ċentrali tar-reġjuni u l-awtoritajiet lokali fl-implimentazzjoni ta’ politiki għall-mobilità sostenibbli ta’ persuni u merkanzija, inkluż permezz ta’ ppjanar urban u territorjali mmirat lejn riekwilibriju modali, it-tnaqqis tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u t-tnaqqis tal-konsum tal-art; |
18. |
itenni l-ħtieġa li t-trasport isir newtrali mil-lat ta’ klima, li huwa l-uniku settur fejn l-emissjonijiet tas-CO2 għadhom ogħla mil-livelli tal-1990 (7), inkluż billi jiżdied l-appoġġ finanzjarju u tekniku għall-pjattaformi Ewropej, bħal S3P Energy (8); |
19. |
jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta l-finanzjament Ewropej biex tħaffef l-introduzzjoni ta’ punti tal-iċċarjġjar għall-vetturi biex jiġi żgurat li l-infrastruttura attwali ma tostakolax l-iżvilupp ta’ mobilità nadifa madwar l-Ewropa sabiex tiġi ssodisfata d-domanda tal-ġejjieni; |
20. |
jenfasizza l-importanza li titħeġġeġ u tiġi ffinanzjata t-tranżizzjoni lejn mezzi ta’ trasport kollettivi, kondiviżi, multimodali u intermodali, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ pjattaformi loġistiċi u pjani ta’ ġestjoni tal-mobilità fil-livell lokali u reġjonali, filwaqt li jitqiesu wkoll il-karatteristiċi speċifiċi ta’ reġjuni b’popolazzjoni skarsament popolati u dawk imbiegħda, ultraperiferiċi u reġjuni gżejjer; |
21. |
jenfasizza l-importanza li l-pjani ta’ mobilità jkunu konformi maż-żieda fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ elettriku ekoloġiku u karburanti rinnovabbli (9), bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta’ emissjonijiet żero mit-traffiku, u jkunu integrati mal-ippjanar urban u territorjali u, fejn rilevanti, mal-Pjani ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u l-Klima; jinnota li dawn il-politiki għandhom rwol kruċjali fit-titjib tal-ħajja u l-protezzjoni tas-saħħa taċ-ċittadini; |
22. |
jenfasizza l-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari lill-miżuri possibbli ta’ dekarbonizzazzjoni fis-sistema tat-trasport, billi jiġi promoss l-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli u karburanti alternattivi, u b’hekk il-mobilizzazzjoni ta’ infrastrutturi speċifiċi biex tiġi żgurata provvista ekoloġika u diversifikata, speċjalment billi jissaħħu l-operaturi tan-netwerk ta’ distribuzzjoni lokali; |
23. |
jenfasizza l-importanza tal-interazzjonijiet bejn l-użu tal-art, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-potenzjal ta’ adattament, kif ukoll l-importanza li jiġi indirizzat l-impatt enormi tal-agrikoltura fuq il-klima, billi huma elementi essenzjali ta’ kwalunkwe strateġija mmirata biex tirrikonċilja l-konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi u l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli ma’ benessri ambjentali, tas-saħħa, ekonomiku u soċjali aħjar; |
24. |
jenfasizza r-rwol tal-komunitajiet tal-gżejjer bħala laboratorji potenzjali għal politiki dwar in-newtralità klimatika u jenfasizza l-ħtieġa għal miżuri ta’ dekarbonizzazzjoni tat-trasport marittimu, filwaqt li jitqiesu t-territorji vulnerabbli li jiddependu ħafna fuq il-kummerċ marittimu; |
In-newtralità klimatika tas-sistema ekonomika
25. |
jenfasizza r-rwol tal-akkwist pubbliku sostenibbli fil-promozzjoni tal-iżvilupp tal-ekonomija ekoloġika u fit-tibdil fl-imġiba, l-importanza li nimxu b’mod rapidu lejn akkwist pubbliku ċirkolari, u l-importanza li jintużaw sistemi ta’ ġestjoni ambjentali fis-settur privat, li jibdew mill-implimentazzjoni sħiħa tal-IED (10) u tal-BREFs għal kull settur ta’ produzzjoni u tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni ambjentali EMAS u ISO (11); |
26. |
jenfasizza n-nuqqas ta’ referenza fl-istrateġija għas-settur tal-iskart, għall-ġerarkija Ewropea tal-iskart u għall-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari (12) u jipproponi, għalhekk, li jiġu introdotti miżuri għad-definizzjoni rapida ta’ kriterji uniformi għal tmiem l-istadju tal-iskart, bil-għan li jitnaqqsu l-operazzjonijiet ta’ rimi, jiġi promoss l-irkupru u l-minimizzazzjoni tal-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa minn proċessi industrijali relatati; jenfasizza li l-iskart għandu jiġi minimizzat ukoll permezz ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn tal-prodotti fir-rigward tal-kontenut ta’ sustanzi kimiċi u r-riċiklabbiltà, kif ukoll permezz ta’ investimenti fis-separazzjoni tal-iskart u l-irkupru ta’ materja prima u tal-enerġija; |
27. |
ifakkar fl-importanza li tingħata attenzjoni speċjali lir-reġjuni fejn jinsabu industriji li jużaw ħafna enerġija kif ukoll infrastrutturi tal-enerġija, sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni rapida, kif ukoll il-ġestjoni ġusta u inklużiva tagħha, billi jiġu limitati jew ikkumpensati l-impatti soċjali u ambjentali, u jenfasizza l-importanza li jiġi ggarantit li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll iċ-ċittadini u l-NGOs ikkonċernati, is-settur tan-negozju, l-universitajiet u l-istituti ta’ riċerka jkunu involuti fid-definizzjoni ta’ miżuri ta’ kumpens għall-impatti negattivi potenzjali tat-tranżizzjoni tal-enerġija; |
28. |
jinnota l-ħtieġa li tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tal-ispejjeż ambjentali u tal-benefiċċji għas-saħħa, ambjentali, ekonomiċi u soċjali għaċ-ċittadini affettwati mill-post fejn jinsabu l-infrastrutturi tal-enerġija u mit-tibdil li huwa meħtieġ fit-tranżizzjoni. B’mod partikolari, jenfasizza l-importanza li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-reġjuni li jgħaddu minnhom flussi kbar ta’ enerġija, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fl-istabbiliment tal-kriterji biex jitqassmu l-ispejjeż u l-benefiċċji ambjentali filwaqt li jiġi żgurat sehem ġust mid-dħul iġġenerat favur iċ-ċittadini l-aktar milqutin; jenfasizza wkoll li l-politiki kollha tal-UE, inkluż il-politika kummerċjali tal-UE ma’ imsieħba mhux mill-UE, jeħtieġ li jiġu allinjati mal-għan ta’ newtralità klimatika; |
Strateġiji ta’ assorbiment u ta’ kumpens għall-emissjonijiet
29. |
jilqa’ b’sodisfazzjon l-aġġornament tal-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijoekonomija (13), li tappoġġja l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ produzzjoni li jippermettu t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra; |
30. |
ifakkar fir-rwol kruċjali taż-żoni ekoloġiċi urbani u rurali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, billi huma sistemi ekoloġiċi li jaġixxu bħala ekwivalenti naturali ta’ bjar tal-karbonju, b’mod partikolari fir-reġjuni l-aktar vulnerabbli, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer; sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet, ifakkar fl-importanza tat-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija organika, ir-restawr tal-artijiet tal-pit, l-artijiet mistagħdra, kif ukoll is-sistemi agronomiċi kollha u l-qbid tal-emissjonijiet; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi u appoġġjati l-protezzjoni u l-ġestjoni tajba tal-patrimonju tal-foresti, kif ukoll l-integrazzjoni sħiħa tal-politiki agrikoli u tal-forestrija ma’ dawk tal-ġestjoni tar-riskju idroġeoloġiku u klimatiku; |
31. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tinvolvi lir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali fl-implimentazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR) u dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-assorbimenti mill-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) (14), filwaqt li tistabbilixxi miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030 u tistabbilixxi inizjattivi realistiċi biex dawn jinkisbu; |
32. |
jenfasizza l-kompetenzi tal-bliet u r-reġjuni fil-ġbir tad-data meħtieġa biex jitwettaq l-inventarju tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fis-setturi koperti mil-LULUCF u mill-ESR (ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi), u jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jappoġġjawhom biex jippromovu l-kapaċitajiet tagħhom (15); |
33. |
jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati aktar it-tekniki u t-teknoloġiji kollha li għandhom l-għan li jirkupraw kompletament il-massa u l-enerġija fis-sistemi ta’ produzzjoni u l-forom kollha ta’ kumpens ambjentali tal-emissjonijiet li ma jinħażnux, inkluż id-dijossidu tal-karbonju, li se jeħtieġ jiġu kkumpensati b’sistemi ekoloġiċi naturali u, jekk ma teżisti l-ebda possibilità oħra, jintużaw tekniki ta’ ġbir u ħżin tad-dijossidu tal-karbonju (CCS); jenfasizza, madankollu, li tali teknoloġiji għad iridu jagħtu prova tal-effettività u s-sigurtà tagħhom, u li, għalhekk, l-ewwel prijorità trid tkun li jiġu evitati l-emissjonijiet; |
Finanzjament tan-newtralità klimatika
34. |
ifakkar fl-importanza li tiġi żgurata kopertura finanzjarja suffiċjenti sabiex tinkiseb ekonomija b’żero emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, filwaqt li jiżdied il-perċentwal tal-PDG investit kull sena fis-sistema tal-enerġija u l-infrastruttura tagħha, u jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli ppubblikat mill-Kummissjoni fl-2018 (16); |
35. |
itenni l-ħtieġa li l-mira tal-infiq tal-baġit tal-UE għall-klima tiżdied għal mill-inqas 30 % billi jiġu implimentati bis-sħiħ l-impenji li saru skont il-Ftehim ta’ Pariġi, inkluż il-finanzjament iddedikat fuq perjodu ta’ żmien twil mill-gvernijiet nazzjonali (17); |
36. |
jissottolinja li, minħabba l-konsegwenzi soċjali importanti li huma mistennija mit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’żero emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra, se jkun meħtieġ li jiġi previst fond għal tranżizzjoni ġusta li jkollu l-għan li jappoġġja lir-reġjuni jew lis-setturi tas-soċjetà fejn se jinħassu l-aktar l-effetti fuq perjodu qasir ta’ żmien tal-bidla mill-fjuwils fossili; |
37. |
ifakkar li huma meħtieġa riżorsi finanzjarji sinifikanti biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi inklużi sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u biex jiġu integrati fis-suq: iqis li huwa importanti li jiġi stabbilit approċċ integrat u komuni fost l-awtoritajiet fil-livelli kollha sabiex jiġu konnessi s-sorsi differenti ta’ finanzjament u jinkiseb effett multiplikatur, filwaqt li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-eżistenza ta’ strumenti differenti u tittejjeb l-aċċessibbiltà ġenerali għalihom; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġi rivedut il-qafas leġislattiv tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli u l-għajnuna mill-Istat sabiex mhux biss ikun ta’ benefiċċju iżda wkoll li jsir sforz lejn l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda b’emissjonijiet żero fir-rigward tal-benefiċċji klimatiċi u s-sostenibbiltà. Pereżempju, id-Direttiva dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu adattati sabiex jitnaqqsu t-taxxi fuq l-enerġija rinnovabbli, sabiex jagħmluha kompetittiva meta mqabbla mal-enerġija fossili; |
38. |
jirrimarka li l-investimenti għal infrastruttura ambjentalment sostenibbli huma ferm profittabbli fit-tul peress li jistgħu jwasslu għal żieda qawwija kemm fil-PDG kif ukoll fir-rati ta’ impjieg; jinnota, barra minn hekk, li dawn l-investimenti jwasslu għal iffrankar ekonomiku billi jagħmluha possibbli li tiġi kkunsmata inqas enerġija u jitnaqqsu l-importazzjonijiet tal-karburanti fossili; |
39. |
itenni l-importanza li jiġu stabbiliti regoli sempliċi, ċari u uniformi għall-akkwist pubbliku u għall-proċeduri legali biex jitħeġġeġ l-investiment (18), u jilqa’ b’sodisfazzjon l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tissemplifika r-regoli għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 u li tgħaqqad f’regolament wieħed ir-Regolament għall-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni (19); |
40. |
ifakkar fl-importanza li jkun hemm newtralità klimatika, sostenibbiltà ambjentali u adattament għat-tibdil fil-klima bħala komponenti trasversali fil-fondi u l-programmi ta’ finanzjament kollha li għandhom jinkludu miri favur ekonomija newtrali f’termini ta’ klima li għandhom jintlaħqu permezz tad-definizzjoni ta’ indikaturi speċifiċi, u jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva favur l-Ekoloġizzazzjoni tas-Semestru Ewropew (20) li titlob aktar sforzi f’dan ir-rigward; f’dan il-kuntest, jissuġġerixxi wkoll li fi ħdan il-qafas għar-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija tal-Kummissjoni jiġu inklużi indikaturi relatati mal-klima; |
41. |
jissuġġerixxi li l-valutazzjonijiet ta’ impatt exante tal-proposti leġislattivi tal-UE jkunu akkumpanjati minn valutazzjoni tal-impatt klimatiku u tal-kontribut tagħhom sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi (21); jitlob, barra minn hekk, li titwettaq valutazzjoni tal-impatt xierqa tal-fondi Ewropej għas-setturi u r-reġjuni milquta mit-tranżizzjoni tal-enerġija biex jiġi żgurat li dawn jappoġġjaw il-proċess b’mod effettiv; |
42. |
jenfasizza l-importanza ta’ rati għoljin ta’ kofinanzjament tal-UE, sabiex jiġi garantit l-aċċess anke għall-awtoritajiet lokali żgħar u dawk reġjonali, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa li jiġu definiti metodoloġiji u indikaturi speċifiċi li jqisu l-objettivi ta’ ekonomija newtrali f’termini ta’ klima għall-valutazzjoni ta’ proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati; |
43. |
jenfasizza r-rwol tas-settur tal-assigurazzjoni biex ilaħħaq mat-telfien u mal-ħsara ta’ proprjetà sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza lokali; |
44. |
jilqa’ b’sodisfazzjon ir-referenza għall-iffrankar mistenni fis-settur tas-saħħa bħala konsegwenza tal-politiki dwar il-klima u l-ambjent, u jistieden lill-Kummissjoni tesplora aktar il-possibbiltà li jiġi kkwantifikat dan l-iffrankar billi jiġu identifikati indikaturi speċifiċi bl-involviment ukoll tad-WHO (22); f’dan ir-rigward jiġbed l-attenzjoni dwar l-esperjenza ta’ struttura bħal dik tan-netwerk tal-bliet b’saħħithom tal-WHO (WHO Healthy Cities Network) u jitlob li jsiru aktar sforzi biex jinħolqu sinerġiji bejn tali inizjattivi u dawk iffokati fuq it-tranżizzjoni enerġetika u t-tibdil fil-klima fil-bliet; |
45. |
jaqbel mal-objettivi tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar Finanzi Sostenibbli biex jiġu appoġġjati t-tkabbir sostenibbli u x-xewqa li s-settur finanzjarju u l-investituri privati jkunu jistgħu jagħtu sehemhom biex jintlaħqu miri ambizzjużi u komuni dwar il-klima u s-sostenibbiltà ambjentali; jirrikonoxxi li l-mobilizzazzjoni tal-kapital privat jirrikjedi ppjanar fit-tul u stabbiltà regolatorja fil-livell tal-UE u nazzjonali, iżda wkoll fil-livell lokali u reġjonali; |
46. |
jenfasizza l-importanza li jkun hemm qafas sod ta’ finanzjament għar-riċerka u fil-qasam tat-teknoloġija mmirata lejn in-newtralità klimatika, u jilqa’ b’sodisfazzjon l-istabbiliment tal-Fond għall-Innovazzjoni, li jitlob approvazzjoni rapida tar-regolament ta’ implimentazzjoni (23), li jistabbilixxi “żoni ħielsa ta’ għarfien”, fejn isir tnaqqis importanti fit-taxxi; |
47. |
jirrimarka li huwa importanti li r-reġjuni u l-awtoritajiet lokali jkollhom qafas integrat koerenti u maniġġabbli tal-obbligi u l-aqwa tekniki disponibbli permezz ta’ portal li jippreżenta l-BAT (l-aqwa tekniki disponibbli) għal kull settur, il-proġetti H2020 u l-inizjattivi tal-Patt tas-Sindki. |
Żamma ta’ kuntatti ma’ impenji internazzjonali u leġislazzjoni eżistenti
48. |
jilqa’ l-għan ambizzjuż tal-UE li tippromovi l-adozzjoni ta’ politiki u azzjonijiet fil-livell globali biex treġġa’ lura l-perkors tal-emissjonijiet mhux sostenibbli attwali u jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri biex jinvolvu b’mod stabbli, dejjiemi u koerenti lir-reġjuni u lill-awtoritajiet lokali fl-implimentazzjoni tal-Aġenda Globali għall-Iżvilupp Sostenibbli u s-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (24) relatati; kif ukoll il-Ftehim ta’ Pariġi, inkluż permezz tal-inklużjoni tal-KtR fil-ħidma preparatorja tal-COP25, sabiex jiġi żgurat li l-pożizzjoni tal-UE fin-negozjati tkun appoġġjata mil-livelli kollha ta’ gvern; |
49. |
jappella biex rappreżentant tal-KtR jingħata r-rwol ta’ osservatur fil-ħidma preparatorja kollha tal-korpi tal-UNFCCC sabiex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tal-awtoritajiet lokali u tar-reġjuni u l-potenzjal tagħhom li jikkontribwixxu b’miżuri konkreti jitqiesu kif dovut u jikkontribwixxu għall-evalwazzjoni miftuħa, inklużiva u trasparenti tal-ħidma kollettiva mwettqa fi ħdan il-baġit globali. |
Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2019.
Il-President
tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Karl-Heinz LAMBERTZ
(1) Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Il-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-enerġija nadifa” (2017/C 342/13), https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52017AR0830.
(2) https://unfccc.int/topics/2018-talanoa-dialogue-platform.
(3) Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea COM(2008) 397 — Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u l-Politika Industrijali Sostenibbli, COM(2008) 400 — Akkwist pubbliku għal ambjent aħjar u COM(2015) 614 — L-għeluq taċ-ċirku — Pjan ta’ azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari adottati mill-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea.
(4) http://ec.europa.eu/environment/eussd/buildings.htm
(5) https://ec.europa.eu/energy/en/topics/energy-strategy-and-energy-union/clean-energy-all-europeans
(6) Mudelli ta’ sjieda tal-enerġija lokali u r-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija lokali fit-tranżizzjoni enerġetika fl-Ewropa (CDR 2515/2018), https://cor.europa.eu/EN/our-work/Pages/OpinionTimeline.aspx?opId=CDR-2515-2018
(7) Il-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ mobilità bla xkiel (CDR 3560/2017), https://cor.europa.eu/mt/our-work/Pages/OpinionTimeline.aspx?opId=CDR-3560-2017
(8) https://e3p.jrc.ec.europa.eu/articles/smart-specialisation-platform-energy-s3p-energy
(9) It-twettiq ta’ mobilità b’emissjonijiet baxxi (CDR 6151/2017), https://cor.europa.eu/mt/our-work/Pages/OpinionTimeline.aspx?opId=CDR-6151-2017
(10) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32010L0075
(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1505 tat-28 ta' Awwissu 2017 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 222, 29.8.2017, p. 1) — https://www.iso.org/home.html
(12) Id-Direttiva (UE) 2018/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 141), id -Direttiva (UE) 2018/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta’ skart f’landfills (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 100) u Direttiva (UE) 2018/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 93).
(13) Bijoekonomija sostenibbli għall-Ewropa: it-tisħiħ tal-konnessjoni bejn l-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent (2018)
(14) Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26) — id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136), https://unfccc.int/topics/land-use/workstreams/land-use–land-use-change-and-forestry-lulucf
(15) L-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposti leġislattivi għal Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi u r-Regolament dwar il-LULUCF (ĠU C 272, 17.8.2017, p. 36), https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52016AR5780
(16) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2018) 97 final – Pjan ta’ Azzjoni: Il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli.
(17) Il-programm InvestEU (CoR 2018/03766), relatur: Konstantinos Agorastos (EL/PPE).
(18) Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1), id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65) u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(19) Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni, relatur: Michiel Rijsberman (NL/ALDE).
(20) http://ec.europa.eu/environment/integration/green_semester/index_en.htm
(21) L-Opinjoni dwar Il-finanzjament tal-azzjoni klimatika: għodda essenzjali għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi, COR2108/2017, https://cor.europa.eu/MT/our-work/Pages/OpinionTimeline.aspx?opId=CDR-2108-2017
(22) https://www.who.int/publications/guidelines/en/
(23) Proposta għal Regolament Delegat tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2019 dwar l-operat tal-Fond għall-Innovazzjoni (C(2019)1492 final).
(24) L-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli = SDGs.