ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 390

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
18 ta' Novembru 2019


Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW SESSJONI 2018‒2019 Dati tas-seduti: 16 – 19 ta’ April 2018Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 450, 13.12.2018 . It-testi adottati tat- 18 ta’ April 2018 rigward il-kwittanzi għall-baġit tal-2016 ġew ippublikati fil- ĠU L 248, 3.10.2018 . TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

2019/C 390/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar strateġija Ewropea għall-promozzjoni tal-għelejjel li fihom il-proteini – Inħeġġu l-produzzjoni tal-pjanti leguminużi u li fihom il-proteini fis-settur agrikolu Ewropew (2017/2116(INI))

2

 

RIŻOLUZZJONIJIET

2019/C 390/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali (2017/2030(INI))

10

2019/C 390/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-settur tal-midja fl-UE (2017/2210(INI))

19

2019/C 390/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar l-emanċipazzjoni tan-nisa u tat-tfajliet permezz tas-settur diġitali (2017/3016(RSP))

28

2019/C 390/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, l-Istrument tal-Għajnuna Umanitarja u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (2017/2258(INI))

33

2019/C 390/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar t-titjib tas-sostenibbiltà tad-dejn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2016/2241(INI))

46

2019/C 390/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar it-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni Ewropea: is-seba' rapport tal-Kummissjoni Ewropea (2017/2279(INI))

53

2019/C 390/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-politika tal-integrità tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-ħatra tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea (2018/2624(RSP))

63

2019/C 390/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-progress rigward il-Patti Globali tan-NU għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari u dwar ir-Rifuġjati (2018/2642(RSP))

69

2019/C 390/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta' finanzjament estern tal-UE: analiżi ta' nofs it-terminu fl-2017 u arkitettura futura wara l-2020 (2017/2280(INI))

76

2019/C 390/11

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar ir-rapporti annwali 2015-2016 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (2017/2010(INI))

94

2019/C 390/12

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-Belarussja (2018/2661(RSP))

100

2019/C 390/13

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-Filippini (2018/2662(RSP))

104

2019/C 390/14

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar is-sitwazzjoni fl-Istrixxa ta' Gaża (2018/2663(RSP))

108

2019/C 390/15

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti investigattivi fl-Ewropa: il-każ tal-ġurnalist Slovakk Ján Kuciak u ta' Martina Kušnírová (2018/2628(RSP))

111

2019/C 390/16

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-ħtieġa li jiġi stabbilit Strument għall-Valuri Ewropej biex jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-valuri fundamentali fl-Unjoni Ewropea fil-livell lokali u nazzjonali (2018/2619(RSP))

117

2019/C 390/17

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt fil-każ ta' żewġ suldati Griegi arrestati u detenuti fit-Turkija (2018/2670(RSP))

120

2019/C 390/18

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jikkonċernaw il-parlamenti nazzjonali (2016/2149(INI))

121

2019/C 390/19

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (2017/2191(INI))

128

2019/C 390/20

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar ir-retiċenza dwar it-tilqim u t-tnaqqis fir-rati ta' tilqim fl-Ewropa (2017/2951(RSP))

141

2019/C 390/21

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/99/UE dwar l-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni (2016/2329(INI))

146

2019/C 390/22

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja – sitwazzjoni attwali u segwitu (2018/2571(RSP))

155


 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

2019/C 390/23

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Libaniża fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (11967/2017 – C8-0344/2017 – 2017/0199(NLE))

158

2019/C 390/24

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius (12476/2017– C8-0445/2017 – 2017/0223(NLE))

159

2019/C 390/25

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (13357/2017 – C8-0434/2017 – 2017/0259(NLE))

160

2019/C 390/26

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima (COM(2016)0479 – C8-0330/2016 – 2016/0230(COD))

161

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/ … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE

162

2019/C 390/27

P8_TA(2018)0097
Tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima (COM(2016)0482 – C8-0331/2016 – 2016/0231(COD))

163

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013

164

2019/C 390/28

P8_TA(2018)0098
L-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (COM(2017)0481 – C8-0307/2017 – 2017/0219(COD))

165

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

165

2019/C 390/29

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (COM(2016)0765 – C8-0499/2016 – 2016/0381(COD))

166

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018 / ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija

167

2019/C 390/30

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew biex ma jitqajmux oġġezzjonijiet għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430 (C(2018)01231 – 2018/2618(DEA))

168

2019/C 390/31

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tiffissa l-perijodu għad-disa' elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (07162/2018 – C8-0128/2018 – 2018/0805(CNS))

170

2019/C 390/32

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (15467/2016 – C8-0327/2017 – 2016/0367(NLE))

171

2019/C 390/33

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (15467/2016 – C8-0327/2017 – 2016/0367(NLE) – 2017/2227(INI))

172

2019/C 390/34

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (14494/2017 – C8-0450/2017 – 2017/0265(NLE))

178

2019/C 390/35

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Addizzjonali li jissupplimenta l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (14498/2017 – C8-0451/2017 – 2017/0266(NLE))

179

2019/C 390/36

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (COM(2015)0596 – C8-0385/2015 – 2015/0276(COD))

180

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillli temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

180

2019/C 390/37

P8_TA(2018)0113
Vetturi li m’għadhomx jintużaw, skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (COM(2015)0593 – C8-0383/2015 – 2015/0272(COD))

181

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku

182

2019/C 390/38

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (COM(2015)0595 – C8-0382/2015 – 2015/0275(COD))

183

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart

184

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

185

2019/C 390/39

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (COM(2015)0594 – C8-0384/2015 – 2015/0274(COD))

186

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'landfills

187

2019/C 390/40

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 87/217/KEE tal-Kunsill, id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 94/63/KE f'dak li għandu x'jaqsam mar-regoli ta' proċedura fir-rappurtar fil-qasam tal-ambjent u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE (COM(2016)0789 – C8-0526/2016 – 2016/0394(COD))

188

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2018 /… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 1257/2013 u d-Direttivi 94/63/KE u 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kunsill 86/278/KEE u 87/217/KEE f'dak li għandu x'jaqsam mar-regoli ta' proċedura fir-rappurtar fil-qasam tal-ambjent u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE

188

2019/C 390/41

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tal-obbligu li tiġi rispettata rata standard minima (COM(2017)0783 – C8-0007/2018 – 2017/0349(CNS))

189

2019/C 390/42

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu u li temenda d-Direttiva 2009/101/KE (COM(2016)0450 – C8-0265/2016 – 2016/0208(COD))

190

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE

191

2019/C 390/43

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (COM(2016)0031 – C8-0015/2016 – 2016/0014(COD))

192

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018 /… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE

192

2019/C 390/44

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi, li jemenda r-Regolament (UE) Nru XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali] u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (COM(2014)0180 – C7-0109/2014 – 2014/0100(COD))

193

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċiu li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007

194

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

195

2019/C 390/45

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2017)0677 – C8-0424/2017 – 2017/0305(NLE))

196

2019/C 390/46

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2019 (2018/2001(BUD))

215


MT

 


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2018‒2019

Dati tas-seduti: 16 – 19 ta’ April 2018

Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 450, 13.12.2018.

It-testi adottati tat- 18 ta’ April 2018 rigward il-kwittanzi għall-baġit tal-2016 ġew ippublikati fil- ĠU L 248, 3.10.2018.

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/2


P8_TA(2018)0095

Strateġija Ewropea għall-promozzjoni tal-għelejjel li fihom il-proteini

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar strateġija Ewropea għall-promozzjoni tal-għelejjel li fihom il-proteini – Inħeġġu l-produzzjoni tal-pjanti leguminużi u li fihom il-proteini fis-settur agrikolu Ewropew (2017/2116(INI))

(2019/C 390/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar "Id-defiċit ta' proteini fl-UE: x'soluzzjoni hemm għal problema li ilha teżisti?" (1),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Settembru 2016 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, magħruf bħala l-"Omnibus", dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (COM(2016)0605) u l-emenda tiegħu biex tiġi inkluża fih talba lill-Kummissjoni biex tippubblika "pjan dwar il-proteini"sa tmiem l-2018 (2),

wara li kkunsidra d-"Dikjarazzjoni Ewropea dwar is-Sojja", ippreżentata fit-12 ta' Ġunju 2017 lill-Kunsill Agrikoltura mill-Ġermanja u mill-Ungerija, u mbagħad iffirmata minn 14-il Stat Membru (3),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill 93/355/KEE tat-8 ta' Ġunju 1993 dwar il-konklużjoni ta' Memorandum ta' Ftehim fuq ċerti żrieragħ taż-żejt bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika fl-isfond tal-GATT (4),

wara li kkunsidra d-dokument adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015 bit-titolu "Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development"("Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli") u b'mod partikolari l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) 2, 12 u 15 inklużi fiha,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-68 sessjoni tagħha li tipproklama b'mod uffiċjali l-2016 bħala s-Sena Internazzjonali tal-Legumi, taħt il-patroċinju tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) (5),

wara li kkunsidra l-istudju ikkummissjonat mid-Dipartiment ta' Politika B tal-Parlament fuq it-talba tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, intitolat "The Environmental Role of Protein Crops in the new Common Agricultural Policy"("Ir-rwol Ambjentali tal-Għelejjel tal-Proteini fil-Politika Agrikola Komuni l-Ġdida") (6),

wara li kkunsidra s-seduta ta' smigħ li saret fil-Parlament dwar titjib fil-provvista Ewropea tal-għelejjel tal-proteina,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar is-Sojja tad-Danubju tad-19 ta' Jannar 2013,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0121/2018),

A.

billi l-Unjoni Ewropea qed tbati minn defiċit kbir fil-proteini veġetali minħabba l-ħtiġijiet tas-settur tat-trobbija tal-annimali, li jiddependi mill-importazzjonijiet tal-għalf minn pajjiżi terzi, sitwazzjoni li sfortunatament rat ftit titjib minkejja l-bosta avviżi ta' intenzjonijiet u inizjattivi dwar dan is-suġġett matul perjodu ta' aktar minn 15-il sena, u minkejja l-użu ta' prodotti sekondarji mill-bijofjuwils fl-għalf tal-annimali; billi s-sitwazzjoni attwali, ikkaratterizzata mill-importazzjoni ta' proteini veġetali (prinċipalment is-sojja) mill-Amerika t'Isfel, hija insostenibbli u turi li aħna għandna nieħdu azzjoni aktar enerġetika, partikolarment biex intejbu s-sostenibbiltà ta' dawn l-importazzjonijiet;

B.

billi huwa vitali li titnaqqas id-dipendenza qawwija tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet tal-għelejjel tal-proteina, li prinċipalment jintużaw għall-għalf tal-annimali; billi minbarra l-impatt ambjentali fir-reġjuni li jipproduċu s-sojja, is-sitwazzjoni attwali ġġorr magħha riskji kbar ħafna speċjalment għas-settur tal-bhejjem tal-UE, peress li l-volatilità tal-prezzijiet fis-swieq internazzjonali żdiedet sostanzjalment;

C.

billi l-Parlament għal diversi drabi tkellem dwar il-proteini u l-ħtieġa għal pjan Ewropew tal-proteini, iżda billi l-inizjattivi tiegħu ma wasslux għal effetti reali li jistgħu jbiddlu d-dipendenza tal-Ewropa fuq oħrajn għall-provvista ta' proteini veġetali;

D.

billi minħabba li faqqgħet il-kriżi tal-BSE kienet ġustament ġiet imposta projbizzjoni Ewropea fuq l-użu ta' sustanzi mitħuna li ġejjin mill-annimali fl-għalf (7), iżda dan kellu l-effett li tiżdied drastikament l-importazzjoni tas-sojja mill-Amerika Latina;

E.

billi, konsegwentement, l-Unjoni tiddedika biss 3 % tar-raba' għall-għelejjel li fihom il-proteini u timporta aktar minn 75 % tal-provvista ta' proteini veġetali tagħha li ġejja prinċipalment mill-Brażil, l-Arġentina u l-Istati Uniti;

F.

billi s-setturi tal-bhejjem fl-Unjoni huma estremament sensittivi għall-volatilità tal-prezzijiet u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u huma dipendenti fuq l-importazzjonijiet ta' proteini veġetali bi prezz raġonevoli u ta' kwalità għolja, li toffri sfida reali għall-azjendi agrikoli Ewropej;

G.

billi l-għelejjel tal-proteina Ewropej jiġġeneraw prodotti sekondarji żejtnin li jistgħu jikkontribwixxu għall-ekonomija ċirkolari u jkunu ta' valur għall-konsum mill-bniedem, l-enerġija rinnovabbli jew il-produzzjoni ta' sustanzi kimiċi ekoloġiċi; billi l-koproduzzjoni ta' proteini u prodotti sekondarji fl-Ewropa tagħmilha possibbli li jitnaqqsu l-importazzjonijiet kemm ta' proteini OĠM u kif ukoll ta' bijofjuwils li jikkontribwixxu għad-deforestazzjoni;

H.

billi l-kwistjoni tal-proteina veġetali użata fl-għalf tal-annimali spiss wisq ġiet analizzata mill-perspettiva ta' prodotti b'livell għoli ta' proteini, b'rabta mad-defiċit tagħna fil-proteini veġetali u mat-tfittxija ta' materja prima maħsuba biex tissupplimenta r-razzjonijiet tal-annimali tal-azjendi agrikoli;

I.

billi hemm il-ħtieġa li tiġi adottata analiżi aktar komprensiva tal-kwistjoni dwar il-proteina fl-Ewropa sabiex inkunu mogħnija bi strateġija fit-tul u nimmassimizzaw l-għadd ta' strumenti għad-dispożizzjoni tagħna biex nagħtu spinta lill-azzjonijiet tagħna sabiex innaqqsu d-dipendenza tagħna fuq il-proteini veġetali; billi din l-istrateġija hija għodda fit-tranżizzjoni lejn sistemi agroalimentari u sistemi tal-biedja aktar sostenibbli;

J.

billi l-proteini, bħall-enerġija, huma komponent essenzjali tal-ikel tagħna u jistgħu jiġu pprovduti mill-annimali jew mill-pjanti;

K.

billi l-proteini veġetali huma fil-qalba tal-isfidi tas-sikurezza u s-sovranità tal-ikel (l-ikel u l-għalf), il-protezzjoni ambjentali, it-tisħin globali u l-enerġija rinnovabbli; billi dawn huma essenzjali għall-ħajja u huma preżenti fl-ikel kollu kkonsmat, kemm mill-bnedmin u kif ukoll mill-annimali;

L.

billi l-produzzjoni totali Ewropea ta' materjal rikk fil-proteini telgħet minn 24,2 għal 36,3 miljun tunnellata (+50 %) bejn l-1994 u l-2014, iżda fl-istess ħin il-konsum totali tela' minn 39,7 għal 57,1 miljun tunnellata (+44 %); billi b'hekk id-defiċit globali tal-proteina tal-Unjoni qed jiżdied (20,8 tunnellata fl-2014); billi s-suq dinji tal-proteini veġetali, b'konnessjoni mas-suq tas-sojja u d-dqiq tas-sojja, żdied b'mod konsiderevoli matul dawn l-aħħar 50 sena, u billi l-konsum ta' dawn il-materji primi żdied drastikament fl-Istati Membri kollha, fejn il-konsum tas-sojja żdied minn 2,42 miljun tunnellata fl-1960 għal kważi 36 miljun tunnellata llum; billi s-settur tal-bhejjem tal-UE huwa dipendenti ħafna fuq l-importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja u d-dqiq tas-sojja minn pajjiżi terzi, b'mod speċjali mill-Amerika t'Isfel; billi d-domanda għas-sojja fi ħdan l-UE tuża erja ta' kważi 15-il miljun ettaru, li minnhom 13-il miljun ettaru huma fl-Amerika t'Isfel;

M.

billi l-kultivazzjoni tal-għelejjel tal-proteina tiġġenera valur miżjud sinifikanti għall-ambjent, li mhuwiex ipperikolat bl-użu relatat ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

N.

billi f'dawn l-aħħar snin iċ-Ċina saret l-akbar importatur fid-dinja tas-sojja u nediet l-istrateġija ġenwina u mhux trasparenti tas-sikurezza tal-provvista tagħha stess, li tinsab barra mill-mekkaniżmi tradizzjonali tas-suq u li hija bbażata fuq kuntratti ta' produzzjoni mal-akbar fornitur tas-sojja fid-dinja, il-Brażil, u b'investiment massiċċ hemmhekk, b'detriment għall-ambjent, il-produzzjoni, l-ipproċessar (tgħaffiġ) u l-infrastruttura tat-trasport portwali; billi din l-istrateġija ta' internazzjonalizzazzjoni min-naħa tal-industrija agroalimentari Ċiniża jista' jkollha impatt fuq il-provvisti attwali fis-suq tas-sojja u ta' żrieragħ taż-żejt fl-UE, li hija wkoll klijent ewlieni tal-Brażil, u tipperikola l-istabbiltà tas-swieq tal-Unjoni;

O.

billi l-maġġoranza tas-sojja importata, b'mod partikolari fl-Amerika, ġejja minn għelejjel ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi, u billi l-konsumaturi Ewropej ma jafdawx din it-teknoloġija; billi hemm interess dejjem jikber fi prodotti mhux ġenetikament modifikati u tħassib dejjem jiżdied dwar il-marka tal-karbonju tal-importazzjonijiet; billi fl-UE ħafna produtturi u proċessuri tas-sojja, produtturi tal-għalf tal-annimali, u rappreżentanti tal-industrija tal-ikel (produtturi tal-laħam, il-ħalib u l-bajd u utenti oħra ta' fażola tas-sojja), il-ktajjen tal-kummerċ u istituzzjonijiet rilevanti oħra jappoġġaw sistemi ta' produzzjoni tas-sojja mhux ġenetikament modifikati li huma sostenibbli u ċċertifikati;

P.

billi sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-ikel tal-Ewropa, il-biedja Ewropea għaddiet minn trasformazzjoni, fil-qafas tal-politika agrikola komuni (PAK); billi hija intensifikat ruħa u s-swieq tal-prodotti agrikoli u tal-materja prima agrikola nfetħu, li dan żied id-dipendenza tal-UE fuq importazzjonijiet ta' proteini veġetali mill-kontinenti Amerikani; billi l-globalizzazzjoni wasslet għal konverġenza tad-drawwiet fil-qasam tad-dieta u l-ispeċjalizzazzjoni tal-azjendi agrikoli, li ta lok għal ċaqliq fuq skala kbira ta' inputs fuq distanzi twal għall-produzzjoni tal-proteini, kemm jekk huma fertilizzanti sintetiċi tan-nitroġenu kif ukoll materja prima rikka fil-proteini għall-għalf tal-bhejjem, b'impatt fuq l-ambjent u l-klima;

Q.

billi l-produzzjoni ta' għelejjel tal-proteina, b'mod partikolari tas-sojja, importati għall-produzzjoni ta' għalf tal-annimali hija waħda mill-muturi ewlenin ta' tibdil fl-użu tal-art u hija mutur ewlieni tad-deforestazzjoni globali f'ħafna reġjuni barra mill-Ewropa; billi ż-żieda fil-kultivazzjoni ta' għelejjel tal-proteina Ewropej tista' tipprovdi komplement importanti għall-miżuri għall-promozzjoni ta' ktajjen tal-provvista tal-prodotti bażiċi agrikoli mingħajr id-deforestazzjoni; billi l-indirizzar tal-isfida globali tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti saret anki aktar importanti fid-dawl tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima;

R.

billi n-nitroġenu meħtieġ għall-alimentazzjoni tal-pjanti u għall-produzzjoni ta' proteini veġetali, bl-eċċezzjoni ta' għelejjel leguminużi, illum fil-biċċa l-kbira jiġi pprovdut mill-fertilizzanti tan-nitroġenu sintetiċi, li jiswew il-flus u jinvolvu enerġija intensiva għall-produzzjoni tagħhom, jiġġeneraw tniġġis kemm fir-riżorsi tal-ilma u tal-arja u għandhom marka ekoloġika għolja minħabba l-ammont kbir ħafna ta' fjuwils fossili kkunsmati waqt il-proċess ta' produzzjoni; billi dan ma jikkontribwixxix għall-għan tal-ekonomija ċirkolari u sabiex isir użu aktar effiċjenti tar-riżorsi tagħna u l-flussi tal-iskart; billi f'dawn iċ-ċirkostanzi, il-kwistjoni ta' proteini għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, mill-produzzjoni sal-konsum, f'termini ta' prestazzjoni produttiva u ambjentali, ibbażata fuq immaniġġjar aktar sodisfaċenti taċ-ċiklu tan-nitroġenu, inkluż l-użu u l-iżvilupp ta' fertilizzanti nitroġeni organiċi bħal nutrijenti riċiklati minn flussi ta' skart organiku bħal demel tal-annimali;

S.

billi sabiex tonqos id-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjonijiet ta' proteini veġetali, huwa neċessarju li niffokaw mhux biss fuq għelejjel b'kontenut għoli ta' proteini li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-annimali ruminanti u l-annimali mhux ruminanti, iżda wkoll fuq l-għelejjel l-oħra kollha (inkluż fiż-żoni tal-foraġġ u tal-bwar) li, għalkemm għandhom kontenut ta' proteini iktar baxx, huma kkultivati estensivament mal-Unjoni kollha; billi hemm ħafna benefiċċji fiż-żoni fejn ir-ruminanti jirgħu fil-mergħat, inkluż inqas spejjeż marbutin mar-riżorsi ta' produzzjoni tal-azjendi agrikoli;

T.

billi mhux se jkun hemm żieda fil-produzzjoni tal-proteini veġetali mingħajr titjib tal-profitabbiltà ta' dawn l-impjanti u llum hemm il-ħtieġa għall-implimentazzjoni ta' pjan ta' provvista ta' proteina strateġiku, effikaċi u ambizzjuż biex jiġi appoġġat l-iżvilupp sostenibbli tal-biedja Ewropea; billi pjan bħal dan jeħtieġ il-mobilizzazzjoni ta' bosta politiki tal-Unjoni, u l-ewwel u qabel kollox il-PAK;

U.

billi f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin, l-Unjoni użat tliet metodi ta' azzjoni prinċipali sabiex tappoġġa l-objettiv tal-indipendenza Ewropea rigward il-proteini, jiġifieri l-għajnuna akkoppjata volontarja għall-għelejjel li fihom il-proteini u għaż-żrieragħ żejtnin, il-politika tal-UE dwar il-bijofjuwils u l-kundizzjonalità ta' 30 % tal-appoġġ dirett, introdotti mill-aħħar riforma tal-PAK b'relazzjoni mal-implimentazzjoni ta' miżuri ta' ekoloġizzazzjoni, fosthom l-obbligu li 5 % tar-raba' tintuża bħala Żona ta' Interess Ekoloġiku (EFA) u d-deċiżjoni li jitħallew jitkabbru għelejjel li jiffissaw in-nitroġenu u għelejjel tat-titwiq;

V.

billi l-interess tal-bdiewa f'għelejjel li jiffissaw in-nitroġenu u r-raba' b'kontenut għoli ta' proteini żdied b'mod sinifikanti għaliex minħabba li dawn jgħinu lill-bdiewa jissodisfaw ir-rekwiżiti skont il-politika ta' ekoloġizzazzjoni, u billi dan l-interess ser jinkoraġġixxi dawk li jnisslu l-pjanti biex ikomplu bl-attivitajiet tagħhom relatati ma' dawn l-għelejjel jew iżiduhom;

W.

billi matul il-perjodu 2000-2013 il-miżuri introdotti mill-PAK ma rnexxilhomx waħedhom jeqilbu lura t-tendenza ta' tnaqqis jew staġnar tal-produzzjoni ta' proteini fl-Ewropa, iżda billi mill-2013 il-kombinazzjoni ta' din l-għajnuna flimkien mal-miżura ta' ekoloġizzazzjoni li ppermettiet il-kultivazzjoni tal-għelejjel tal-proteina f'EFAs wasslet għal żieda qawwija fil-produzzjoni ta' għelejjel tal-proteini fl-UE;

X.

billi l-ftehim politiku dwar il-PAK milħuq mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni fl-2013 jipprevedi l-possibbiltà ta' tkabbir ta' għelejjel li jiffissaw in-nitroġenu fl-EFAs;

Y.

billi r-riċerka wriet li l-manifatturi tal-għalf spiss iżidu aktar proteini lill-ikel milli huwa meqjus neċessarju u billi titjib fl-effiċjenza jista' jinkiseb permezz ta' determinazzjoni aktar preċiża tal-kontenut ta' proteina meħtieġa mill-ispeċijiet fil-mira;

Z.

billi, minħabba l-perċentwal baxx ta' kultivazzjoni ta' għelejjel li fihom il-proteini fl-UE, naqas l-għadd ta' programmi ta' riċerka dwar il-proteini veġetali, kif naqsu wkoll it-taħriġ, l-innovazzjoni u l-kisba ta' esperjenza prattika fl-UE; billi l-effikaċja tal-innovazzjoni għandha tissaħħaħ u l-politika ta' riċerka għandha tiġi intensifikata, iżda billi dan jista' jirnexxi biss jekk ikun sostnut minn impenji politiċi fuq perjodu medju sa twil; billi politika tar-riċerka dwar il-proteini għandha tinkludi wkoll għelejjel leguminużi mkabbra lokalment u adattati;

AA.

billi l-appoġġ ta' attivitajiet ta' tnissil tal-pjanti se jkun importanti biex jiġu żviluppati varjetajiet ġodda ta' għelejjel tal-proteina li jistgħu jikkontribwixxu għal aktar produzzjoni ta' proteini fl-UE; billi attivitajiet effettivi ta' tnissil ta' pjanti jeħtieġu politika ta' riċerka ffinanzjata b'mod suffiċjenti u ambjent regolatorju xieraq li jinkoraġġixxi l-innovazzjoni;

AB.

billi l-Kummissjoni diġà ffinanzjat, u qiegħda fil-proċess li tiffinanzja, għadd ta' proġetti rilevanti, inklużi dawk taħt l-intestatura "SFS-44-2016 - A joint plant breeding programme to decrease the EU's and China's dependency on protein imports"("Programm konġunt ta' tnissil ta' pjanti li jnaqqas id-dipendenza tal-UE u taċ-Ċina fuq l-importazzjonijiet ta' proteini"); billi komunikazzjoni, tixrid u sfruttament xierqa tar-riżultati ta' dawn il-proġetti għandhom ikunu żgurati sabiex deċiżjonijiet politiċi futuri f'dan il-qasam ikunu bbażati fuq l-evidenza;

AC.

billi l-ispiża ta' sojja bejn wieħed u ieħor irduppjat f'termini reali mill-2007;

1.

Huwa tal fehma li wasal il-waqt biex jiġi implimentat pjan strateġiku Ewropew wiesa' għall-produzzjoni tal-proteini u l-provvista tal-proteini veġetali, ibbażat fuq l-iżvilupp sostenibbli tal-għelejjel kollha mkabbra fl-Unjoni kollha; huwa wkoll tal-fehma li din il-bidla timplika bidla sostanzjali ta' sistemi ta' produzzjoni tagħna biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-għajxien tal-bdiewa u r-rekwiżiti ta' ekonomija ċirkolari u l-produzzjoni sostenibbli tal-biedja, fuq il-bażi ta' prinċipji bħall-agroekoloġija u prattiki oħra favur l-ambjent, inklużi strateġiji ta' l-għalf tar-ruminanti b'input baxx ibbażati kemm fuq mergħat permanenti u kif ukoll fuq bwar temporanji fir-raba';

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjonijiet immedjati bil-għan li jiġi evitat kwalunkwe tnaqqis fil-livell attwali tal-produzzjoni tal-għelejjel tal-proteina, filwaqt li jitqiesu b'mod xieraq il-benefiċċji ambjentali li jirriżultaw mill-kultivazzjoni konvenzjonali tal-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu fl-EFAs;

3.

Josserva li l-għelejjel tal-proteina jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-ambjent minħabba l-potenzjal tagħhom li jiffissaw in-nitroġenu mill-atmosfera; iżid li dawn il-benefiċċji jinkludu tnaqqis tal-użu ta' fertilizzanti bbażati fuq il-fjuwils fossili, it-titjib fil-kwalità u l-fertilità tal-ħamrija, u fin-newba tal-għelejjel, billi jonqos il-livelli ta' mard ġej minn monokultura kontinwa u l-protezzjoni u t-titjib tal-bijodiversità; Jenfasizza, barra minn hekk, li l-fatt li dawn l-għelejjel jiffissaw in-nitroġenu jista' jgħin biex jitnaqqsu l-ispejjeż ta' produzzjoni u l-possibbiltà ta' effetti ambjentali negattivi assoċjati mal-użu eċċessiv tal-fertilizzanti;

4.

Jitlob l-istabbiliment ta' pjattaforma Ewropea, b'appoġġ mill-Osservatorju Ewropew tas-Suq tal-Għelejjel li jagħmilha possibbli li: jiġu identifikati żoni Ewropej ta' kultivazzjoni ta' għelejjel tal-proteina skont il-kategorija tal-għelejjel u l-post fejn jinsabu, jinħolqu referenzi tekniċi li jkunu aċċessibbli għall-bdiewa kollha, jiġu determinati l-kapaċitajiet Ewropej ta' produzzjoni tal-proteini sabiex tiġi ffaċilitata l-kummerċjalizzazzjoni u tiġi kkatalogata r-riċerka pubblika u privata mwettqa fil-qasam tal-proteini;

5.

Jirrakkomanda li ssir enfasi fuq is-sorsi kollha ta' proteini veġetali, u b'hekk fuq l-għelejjel użati kemm fl-ikel u fl-għalf, u fuq appoġġ regolatorju għall-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta' proteini bbażati fuq il-pjanti; jemmen, barra minn hekk, li għandha ssir aktar riċerka dwar sorsi alternattivi ta' proteina;

6.

Jirrikonoxxi li l-produzzjoni tas-sojja fl-Amerika t'Isfel hija fattur ewlieni fil-bidla fl-użu tal-art u tikkawża diversi problemi ekoloġiċi multipli bħall-kontaminazzjoni tal-ilma ta' taħt l-art mill-pestiċidi, l-erożjoni tal-ħamrija, tnaqqis fir-riżorsi tal-ilma u d-deforestazzjoni li jwassal għal telf devastanti tal-bijodiversità; jirrikonoxxi li l-produzzjoni tas-sojja għandha konsegwenzi negattivi soċjali u għas-saħħa fil-pajjiżi produtturi, aggravata minn drittijiet tal-pussess tal-art dgħajfa, ħtif tal-art, tkeċċija sfurzata u abbużi oħra tad-drittijiet tal-bniedem;

7.

Ifakkar li l-kriżi tal-BSE fis-snin disgħin u l-projbizzjoni fuq l-użu ta' proteini tal-annimali pproċessati fl-għalf, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 999/2001, żiedu d-domanda għal proteini veġetali fl-Ewropa; jinnota li sorsi alternattivi Ewropej ta' għalf li fih il-proteini, bħall-ħut mitħun, jintużaw fis-settur Ewropew tat-trobbija tal-ħut;

L-objettivi multipli tal-pjan

8.

Huwa tal-fehma li dan il-pjan għandu jimmassimizza l-produzzjoni sostenibbli tal-bijomassa fiż-żoni agrikoli rilevanti billi jiġu żviluppati koperturi veġetali permanenti, li parti minnhom tista' tiġi ddedikata għall-provvista tal-proteini;

9.

Iqis li huwa neċessarju li wieħed iħares b'mod partikolari lejn il-potenzjal ta' għelejjel leguminużi, sew jekk ikunu qmuħ jew legumi tal-foraġġ, peress li din il-familja ta' pjanti tippreżenta diversi benefiċċji agrikoli, ekonomiċi u ambjentali, bil-vantaġġi prinċipali tagħhom li jassimilaw in-nitroġenu mill-arja permezz ta' sistema simbjotika, li tnaqqas il-ħtieġa ta' fertilizzanti nitroġeniċi sintetiċi, u jeħtieġu ftit użu ta' pestiċidi; jenfasizza li l-għelejjel leguminużi jħallu warajhom struttura tajba tal-ħamrija għall-għelejjel ta' wara permezz tan-nitroġenu li jħallu, li jista' jżid ir-rendimenti b'bejn 10 u 20 %; jenfasizza li n-newba hija ta' benefiċċju għall-kwalità tal-ħamrija, tnaqqas il-livelli ta' mard u ssostni l-bijodiversità;

10.

Jenfasizza, barra minn hekk, li fis-sistemi tan-newba tal-għelejjel li jinkludu l-għelejjel leguminużi, iċ-ċikli riproduttivi tal-pesti u l-patoġeni jiġu interrotti, u għaldaqstant jitnaqqsu l-livelli ta' mard tal-pjanti u l-ħtieġa li jiġu applikati l-pestiċidi; jinnota li benefiċċju ulterjuri huwa li l-bijodiversità tiżdied ukoll billi titwaqqaf il-monokultura sena wara sena;

11.

Jirrakkomanda li tiġi appoġġata, b'mod partikolari taħt il-PAK, il-kultivazzjoni tas-sojja fl-UE billi din tiġi magħmula aktar kompetittiva u bi profitti akbar, waqt li varjetajiet ġodda bħalissa qegħdin joffru possibbiltajiet ġodda għal xi reġjuni fejn l-għelejjel jistgħu jadattaw ruħhom, iżda jinnota li dan ma għandux inaqqas mill-importanza tal-kultivazzjoni ta' għelejjel ta' proteina oħra taċ-ċereali (lupina, fażola, piżelli, ċiċri, karawett, ful, eċċ.); jemmen li din il-varjetà wiesgħa tagħmilha possibbli li tiġi mmassimizzata l-produzzjoni tal-proteini fir-reġjuni kollha tal-Ewropa, skont il-kundizzjonijiet klimatiċi lokali;

12.

Jitlob li tingħata attenzjoni akbar lill-immaniġġjar tal-mergħat u tal-għelejjel tax-xnien li, minħabba l-art estensiva li jokkupaw, jagħtu kontribut kbir ħafna biex jiġu ssodisfati l-ħtiġiet tal-proteini għall-għalf tal-annimali (ir-ruminanti biss); jinnota li l-għelejjel leguminużi bħax-xnien jistgħu jagħmlu progress tajjeb fil-bwar;

13.

Jirrakkomanda li l-għelejjel tal-proteini veġetali bħas-sojja, l-alfalfa, il-ful, il-piżelli u għelejjel bħax-xnien, is-sainfoin u ħafna legumi oħra jerġgħu jiġu introdotti fis-sistemi ta' kultivazzjoni u ta' foraġġ fuq skala kbira;

14.

Jara l-ħtieġa li jiġu żviluppati ktajjen tal-produzzjoni u l-ipproċessar tal-proteina lokali u reġjonali billi jiġu stabbiliti gruppi ta' bdiewa u billi jinħolqu rabtiet aktar mill-qrib bejn bdiewa tar-raba' u bdiewa li jrabbu l-bhejjem (kuntratti ta' provvista u ta' skambju, bini ta' impjanti ta' daqs żgħir jew medju deċentralizzati għall-bijoraffinament tal-"proteina ħadra"), biex isir skambju ta' għarfien dwar varjetajiet ta' legumi xierqa, newb u ħamriji; iqis li jkun utli, għal dan l-iskop, li, permezz tal-PAK, jiġu assistiti l-operaturi li jieħdu riskji billi jidħlu fi ktajjen tal-provvista fi żmien qasir għall-ikel u l-għalf ibbażati fuq il-proteini; jenfasizza l-importanza ta' kuntratti diretti bejn il-kultivaturi u l-produtturi tal-għalf tal-annimali;

15.

Iħeġġeġ il-promozzjoni tal-produzzjoni ta' varjetajiet ta' kwalità għolja ta' proteini veġetali mingħajr OĠM bi traċċabilità u tikkettar ċari (fir-rigward kemm tal-post tal-produzzjoni u kif ukoll tal-metodi użati), b'reazzjoni għal żieda fl-interess tal-konsumaturi Ewropej fi prodotti ħielsa minn OĠM;

16.

iqis li jenħtieġ li tiġi appoġġata l-awtosuffiċjenza alimentari tal-azjendi agrikoli fil-livell kemm tal-azjendi kif ukoll fil-livell reġjonali għar-ruminanti, u għall-annimali poligastriċi, inkluż permezz ta' produzzjoni ta' għalf fl-azjenda agrikola;

17.

Iqis li huma mixtieq li jiġi minimizzat it-telf mill-ħsad u l-flussi residwi u li jiżdied il-valur nutrittiv billi jitjieb il-livell tal-ħsad, il-ħżin u s-sistemi ta' pproċessar (tnixxif, pakkettar);

18.

Huwa tal-fehma li biex titjieb il-produzzjoni tal-proteini veġetali huwa meħtieġ li tiżdied il-profittabbiltà ta' dawn l-għelejjel u li jiġu żviluppati prattiki bħan-newb tal-għelejjel (fuq tul minimu ta' tliet snin) u inqas żrigħ ta' għelejjel leguminużi, u żieda fit-taħlita tal-varjetajiet u għall-għelejjel fis-setturi ta' produzzjoni tal-bus (xnien/kolza, tritikal/piżelli, eċċ.) u foraġġ (ħaxix, xnien, meslins, eċċ) sabiex nersqu lejn sistema agroalimentari aktar sostenibbli, nappoġġaw bidla minn monokultura ta' għelejjel intensiva fl-input fi ħdan l-UE u barra mill-UE lejn sistema agroekoloġika diversifikata;

19.

Jitlob li l-ħidma ta' riċerka tibda fuq: l-idoneità għall-użu fin-newb tal-għelejjel imħallta; l-għażla ta' varjetajiet u speċijiet ġodda li jagħtu flessibbiltà lill-bdiewa biex jadattaw għat-tibdil fil-klima; ir-reżistenza għall-istress; it-taħlit tal-għelejjel; it-titjib fir-rendimenti; il-kontenut ta' proteini u tad-diġestibilità tal-għalf tal-annimali (żerriegħa mnibbta, iż-żerriegħa tal-kolza, eċċ.); it-titjib fir-reżistenza tal-pjanti kontra l-mard; il-bijoloġija tal-ġerminazzjoni tal-ħaxix salvaġġ bħala funzjoni ta' kontroll tal-ħaxix salvaġġ; il-konverżjoni tal-għalf; u bijostimulanti; jenfasizza l-ħtieġa li l-bdiewa jkollhom numru ta' għodod koerenti inklużi prattiki ta' mmaniġġjar, tekniki u prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti biex jiġu miġġielda l-pesti u fatturi oħra li jista' jkollhom impatt negattiv fuq ir-rendiment u t-tkabbir tal-għelejjel;

20.

Jappella għal investiment kbir fir-riċerka inkluża riċerka fil-varjetajiet sabiex tittejjeb il-prestazzjoni agronomika ta' dawn l-għelejjel, l-għelejjel tal-proteini jsiru ekonomikament attraenti, peress li huma jistgħu jbatu meta mqabbla mal-marġini li jista' jinkiseb minn għelejjel oħra, jipprovdu aktar varjetajiet tal-għelejjel, sabiex jiġi żgurati rendimenti, jiġu solvuti kwistjonijiet agronomiċi li qed jillimitaw il-kultivazzjoni tal-għelejjel tal-proteina u jiġi żgurat li l-volum ikun suffiċjenti, minħabba li dan huwa essenzjali għar-ristrutturar tal-ktajjen tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni; jenfasizza l-fatt li huwa neċessarju wkoll li jiġu żviluppati għelejjel tal-proteina li huma aktar adattati għall-klima Ewropea, li jitjieb il-valur tal-proteini u tiġi żgurata s-sigurtà għall-investimenti sabiex titrawwem ir-riċerka;

21.

Jirrakkomanda użu akbar mill-agrikoltura ta' preċiżjoni, b'mod partikolari l-bidla diġitali, biex il-kontribut tal-pjanti u r-razzjonijiet tal-għalf tal-annimali jiġu aġġustati bl-aktar mod preċiż, sabiex jinħela l-inqas possibbli u ċerti tipi ta' tniġġis jiġu minimizzati, u jirrakkomanda wkoll użu akbar ta' sistemi mekkaniċi ta' kontroll tal-ħaxix salvaġġ;

22.

Biħsiebu jippromwovi: il-kisba ta' għarfien ġdid; it-trasferiment tal-għarfien; it-taħriġ bażiku u kontinwu; u appoġġ għal kull tip ieħor ta' innovazzjoni u riċerka applikata kemm fl-ikel għall-bniedem u l-għalf tal-annimali;

23.

Jitlob li jingħata appoġġ lil forma kollha ta' innovazzjoni u riċerka applikata billi jinġabru flimkien l-esperjenza u l-għarfien u billi jiġu involuti partijiet ikkonċernati partikolarment dawk lokali billi jiġu offruti soluzzjonijiet innovattivi;

24.

Jitlob kriterji ta' sostenibbiltà għall-importazzjonijiet tal-għalf sabiex tiġi żgurata produzzjoni sostenibbli tal-pjanti tal-proteina f'pajjiżi terzi li ma jwassalx għal impatti ambjentali jew soċjali negattivi;

25.

Jenfasizza r-rwol importanti li l-edukazzjoni dwar id-dieta jista' jkollha fit-tiswir tad-domandi għall-ikel; jenfasizza l-ħtieġa tal-adozzjoni ta' linji gwida dwar id-dieta jew fil-livell tal-UE jew f'dak tal-Istati Membri bl-għan li jippromwovu dieta sana filwaqt li jindirizzaw kwistjonijiet ta' tħassib ambjentali marbuta mal-produzzjoni tal-ikel;

26.

Iqis li huwa essenzjali li l-appoġġ tekniku għall-bdiewa u s-servizzi ta' konsulenza jissaħħu bil-għan tal-promozzjoni ta' produzzjoni sostenibbli ta' proteini tal-qamħ u l-foraġġ;

L-istrumenti tal-pjan

27.

Huwa tal-fehma li dan il-pjan jeħtieġ il-mobilizzazzjoni u l-koordinazzjoni ta' bosta politiki tal-Unjoni: il-PAK; il-politika tar-riċerka; il-politiki dwar l-ambjent u l-azzjonijiet dwar il-klima; il-politika tal-enerġija; il-politika tal-viċinat u l-politika kummerċjali;

28.

Iqis li huwa importanti li l-PAK tappoġġja l-għelejjel tal-proteini permezz ta' pagament akkoppjat volontarju (li, jekk ma jkunx limitat biss għall-għelejjel u għar-reġjuni f'diffikultà, jirrendi aktar) u permezz ta' pagament ekoloġiku, kif ukoll permezz tat-tieni pilastru, b'mod partikolari bis-saħħa ta' miżuri agroambjentali fil-biedja organika u tipi oħra ta' biedja, l-investiment, il-kwalità, is-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli (FAS), it-taħriġ, u naturalment l-innovazzjoni permezz tal-EIP; jenfasizza l-fatt li l-introduzzjoni ta' pagament akkoppjat ta spinta lill-produzzjoni tal-għelejjel tal-proteina f'xi Stati Membri;

29.

Jemmen li għandhom jinstiltu tagħlimiet utli mill-projbizzjoni li saret dan l-aħħar fuq l-użu tal-pestiċidi fl-EFAs, anki jekk, fl-2016, dawn kienu jkopru 15 % tar-raba' Ewropea, (tmien miljun ettaru) u kważi 40 % ta' dawn iż-żoni huma magħmula minn għelejjel li jiffissaw in-nitroġenu jew għall-għelejjel tat-titwiq; huwa tal-fehma li, bħala parti mill-proċess li jsir użu miż-żoni agrikoli utli kollha, previst skont il-pjan awtonomu tal-proteini veġetali, l-EFAs jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-proteina kemm fi ħdan l-agrikoltura konvenzjonali — b'ġestjoni integrata tal-pesti, filwaqt li jitqies il-fatt li l-bdiewa li jkabbru dawn l-għelejjel f'EFAs fl-agrikultura konvenzjonali mhux dejjem ikollhom l-assigurazzjoni li jkunu jistgħu jirreaġixxu għall-invażjonijiet tal-pesti — u l-agrikoltura organika, peress li biex jiġu sostitwiti l-importazzjonijiet tas-sojja fl-UE, l-ekwivalenti ta' kważi 17-il miljun ettaru ta' raba' jridu jkunu ddedikati lis-soja fl-UE; iqis li l-EFAs huma wkoll essenzjali biex tingħata spinta lill-bijodiversità, li hija mhedda, u għas-sikurezza tal-ikel tagħna, peress li, b'mod partikolari billi jittejjeb id-dakkir, il-bijodiversità tista' żżid ir-rendimenti tal-għelejjel tal-viċinat, li jistgħu jkunu għelejjel tal-proteina, b'madwar 20 %;

30.

Jirrakkomanda aġġustament għall-arranġamenti ta' ekoloġizzazzjoni b'konnessjoni maż-żamma ta' bwar permanenti sabiex jitqiesu b'mod aktar effettiv, b'mod partikolari r-reġjuni, il-karatteristiċi speċifiċi tal-alfalfa, jew waħedha jew f'taħlitiet ta' ħaxix, fi bwar temporanji li jkollhom iktar minn ħames snin, li jfisser li l-bur ikkonċernat jiġi kklassifikat bħala permanenti, kif definit fil-liġi, u b'hekk il-ħrit jiġi llimitat wara l-perjodu ta' ħames snin, anki jekk it-tħawwil mill-ġdid jippermetti li jiġi prodott volum kbir ta' proteina tal-għalf b'awtonomija akbar għall-azjendi kkonċernati;

31.

Jilqa' l-fatt li fil-kuntest tar-reviżjoni omnibus tal-Politika Agrikola Komuni l-Parlament kiseb rivalutazzjoni tal-koeffiċjent ta' konverżjoni tal-għelejjel li jiffissaw in-nitroġenu minn 0,7 għal 1 b'kumpens għall-projbizzjoni tal-użu ta' pestiċidi fl-EFAs;

32.

Huwa tal-fehma li l-istrateġija Ewropea dwar il-proteini għandha tqis ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, l-użu doppju ta' proteini u r-rwol tal-prodotti sekondarji, l-iskart u r-residwi tagħhom fl-ekonomija ċirkolari, u tħeġġeġ in-newb tal-għelejjel u d-diversifikazzjoni u l-użu ta' art imserrħa skont il-miżuri ta' ekoloġizzazzjoni skont il-PAK;

33.

Iqis li huwa importanti li l-PAK futura tieħu kont ta' proposti addizzjonali biex tappoġġa l-kultivazzjoni ta' proteini veġetali, bħal proposti għal sistemi ta' newb ta' minimu ta' tliet snin fir-raba' li jkollhom komponent leguminuż; f'dan ir-rigward, jenfasizza li l-Istati Membri fejn huwa prominenti mard tat-temp umdu jista' jkollhom bżonn ta' perjodu itwal ta' newb; iqis ukoll li huwa partikolarment rilevanti li noħolqu pagament ta' ekosistema li jkun aktar flessibbli minn pagament ta' ekoloġizzazzjoni sabiex nirrikonoxxu l-benefiċċji ta' għelejjel leguminużi u għelejjel taż-żrieragħ żejtnin għall-bijodiversità, inkluż għat-tagħlif tad-dakkara, l-għoti ta' mekkaniżmi ta' teħid ta' riskju għall-innovaturi u l-ftuħ ta' sottoprijorità tal-proteini fil-politika dwar l-iżvilupp rurali;

34.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu introdotti strumenti ġodda li jgħinu biex ikabbru l-provvista ta' proteini tal-pjanti, b'mod partikolari tas-sojja, u li tiġi żgurata implimentazzjoni ekwa madwar l-Istati Membri kollha;

35.

Jemmen li r-riċerka kurrenti fil-qasam ta' strateġija għal għelejjel li fihom il-proteini hija frammentata u li mhijiex iffukata biżżejjed; jitlob li l-isforzi ta' riċerka u żvilupp, b'mod partikolari tar-riċerka pubblika, jiġu intensifikati rigward għelejjel tal-proteini sottożviluppati li huma adatti kemm bħala ikel għall-bnedmien u kemm bħala għalf tal-annimali u li ftit li xejn huma ta' interess għall-investituri privati, u rigward proteini alternattivi bħal proteini mill-insetti u mill-alka; jitlob li jkun hemm aktar kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet ta' riċerka pubbliċi u privati; jissottolinja l-ħtieġa ta' qafas regolatorju li jappoġġja l-programmi ta' riċerka u innovazzjoni sabiex tinkiseb produzzjoni akbar u kompetittiva ta' proteini;

36.

Jirrakkomanda żieda fl-investiment fi proġetti ta' riċerka industrijali u agrikoli li jiffokaw fuq it-titjib tal-kwalità u tad-diversità funzjonali tal-proteini għall-konsum tal-bniedem;

37.

Huwa tal-fehma li jeħtieġ li niżguraw il-provvisti tas-sojja tagħna permezz ta' aktar kooperazzjoni mal-viċinat tagħna, u li niddeviersifikaw is-sostenibbiltà tas-sorsi ta' proteini prodotti barra mill-UE, b'mod partikolari mill-ġirien tal-UE li għażlu l-Ewropa u li jipproduċu sojja li tista' tiddaħħal fl-Unjoni permezz tad-Danubju; jitlob li dawk l-importazzjonijiet jilħqu l-istess standards soċjali u ambjentali bħal dawk li japplikaw għall-produzzjni tas-sojja ġewwa l-UE, u jammetti li l-kultivazzjoni ta' sojja ħielsa mill-OĠM hija milqugħa biex taqdi d-domanda tal-konsumaturi;

38.

Jirrikonoxxi li prattiki agrikoli tal-lum huma inkonċepibbli mingħajris-sojja, li din il-pjanta importanti ħafna fil-passat reċenti kienet għoddha għebet mill-kultivazzjoni fl-Ewropa, u li l-kultivazzjoni tas-sojja żdiedet minn 17-il miljun tunnellata fl-1960 għal 319 miljun tunnellata fl-2015;

39.

Jitlob aġġustamenti għat-tieni pilastru tal-PAK biex jipprovdi aktar rikonoxximent remunerazzjoni għall-kontribut ta' għelejjel li jitimgħu lid-dakkara f'mumenti kritiċi tal-istaġun (pjanti li jagħmlu l-fjuri kmieni fir-rebbiegħa) u tar-rwol tagħhom fil-ġlieda kontra t-tnaqqis tad-dakkara;

40.

Jappoġġja l-istabbiliment ta' sistemi trasparenti ta' tikkettar tal-prodotti bbażati fuq standards tal-produzzjoni ċċertifikati, bħall-istandards tas-Sojja tad-Danubju u tas-Sojja tal-Ewropa;

41.

Huwa tal-fehma li, minkejja li l-Ftehim ta' Blair House tal-1992 għadu fis-seħħ, de facto huwa antikwat u m'għandux ifixkel l-iżvilupp sostenibbli tal-għelejjel tal-proteini fl-Ewropa;

o

o o

42.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 58

(2)  Ara r-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2012/2002, ir-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (A8-0211/2017).

(3)  Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, 10055/17, Brussell, 7 ta' Ġunju 2017.

(4)  ĠU L 147, 18.6.1993, p. 25.

(5)  Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO), "Sena Internazzjonali tal-Legumi"(AIL): Żrieragħ Nutrittivi għal Futur Sostenibbli.

(6)  IP/B/AGRI/IC/2012-067 (PE 495.856).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).


RIŻOLUZZJONIJIET

18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/10


P8_TA(2018)0100

Implimentazzjoni tas-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali (2017/2030(INI))

(2019/C 390/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna" (1) ("is-Seba' EAP"),

wara li kkunsidra l-Artikoli 191 u 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, relatati mas-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi, Deċiżjoni 1/CP.21 u l-21 Konferenza tal-Partijiet (COP 21) għall-UNFCCC, li ġiet organizzata f'Pariġi mit-30 ta' Novembru sal-11 ta' Diċembru 2015,

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU (SDGs) u n-natura interkonnessa u integrata tagħhom,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ta' Diċembru 2016 bit-titolu "Environmental indicator report 2016 – In support to the monitoring of the 7th Environment Action Programme"(Rapport tal-2016 dwar indikaturi ambjentali – B'appoġġ għall-monitoraġġ tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ta' Novembru 2017 bit-titolu "Environmental Indicator Report 2017 - In support to the monitoring of the Seventh Environment Action Programme"(Rapport tal-2017 dwar l-Indikaturi Ambjentali – b'appoġġ għall-monitoraġġ tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Frar 2017 bit-titolu "L-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali tal-UE: L-isfidi ewlenin u kif se ngħaqqdu l-isforzi biex nagħtu riżultati aħjar"(COM(2017)0063), u t-28 rapport ta' akkumpanjament mill-pajjiżi,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2016 bit-titolu "It-twassil tal-benefiċċji tal-politiki ambjentali tal-UE permezz ta' Analiżi regolari tal-Implimentazzjoni Ambjentali"(COM(2016)0316),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Novembru 2017 dwar l-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR) (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2016 dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 dwar Pjan ta' Azzjoni għan-natura, in-nies u l-ekonomija (5),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (6),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent bit-titolu "SOER 2015 – The European environment – state and outlook 2015"(SOER 2015 – L-ambjent Ewropew – il-qagħda attwali u l-prospettiva 2015),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tad-19 ta' Mejju 2015 bit-titolu "State of Nature in the EU"(Il-qagħda tan-natura fl-UE),

wara li kkunsidra l-istudju ta' Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea ta' Novembru 2017 dwar "Mid-term review of the implementation of the 7th Environment Action Programme (2014-2020)"(Analiżi ta' nofs it-terminu tal-implimentazzjoni tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali (2014-2020)) imwettaq mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew, inkluż l-Istudju anness tagħha,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' April 2012 dwar ir-rieżami tas-6 Programm ta' Azzjoni Ambjentali u l-istabbiliment tal-prijoritajiet għas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali – Ambjent aħjar għall-ħajja aħjar (7),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli"(COM(2016)0739),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2011 bit-titolu "Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi"(COM(2011)0571),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2017 bit-titolu "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja"(COM(2017)0713),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0059/2018),

A.

billi s-Seba' EAP jistabbilixxi għanijiet legalment vinkolanti fl-oqsma tal-ambjent u t-tibdil fil-klima li għandhom jintlaħqu sal-2020; billi huwa jistabbilixxi wkoll viżjoni fit-tul għall-2050;

B.

billi s-Seba' EAP ma fihx klawżola ta' analiżi ta' nofs it-terminu; billi r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel dwar l-implimentazzjoni tas-Seba' EAP huwa opportunità biex jiġi vvalutat il-progress tal-EAP u jsiru rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq l-evidenza għall-implimentazzjoni ulterjuri tal-EAP attwali u ta' kwalunkwe EAP futur; billi dan ir-rapport għandu jmur lil hinn milli jiddikjara mill-ġdid problemi magħrufa sew, u għandu jiffoka fuq il-proposti ta' soluzzjonijiet għall-ilħuq tal-miri stipulati fis-Seba' EAP;

C.

billi l-Kummissjoni qiegħda taħdem fuq rapport ta' evalwazzjoni li l-enfasi tiegħu se tkun fuq l-istruttura u r-rwol strateġiku li għandu s-Seba' EAP; billi l-għan tar-rapport huwa li jeżamina, b'mod partikolari, jekk il-qafas miftiehem huwiex qed jgħin fit-twassil tad-disa' għanijiet prijoritarji b'mod intelliġenti;

D.

billi l-UE għandha leġiżlazzjoni ambjentali b'saħħitha, li l-implimentazzjoni dgħajfa u ineffikaċi tagħha hija problema dejjiema; billi dawn id-diskrepanzi fl-implimentazzjoni huma ta' theddida għall-iżvilupp sostenibbli, għandhom impatti transkonfinali negattivi fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u jġibu magħhom spejjeż soċjoekonomiċi konsiderevoli; billi, barra minn hekk, id-diskrepanzi fl-implimentazzjoni jimminaw il-kredibbiltà tal-UE;

E.

billi l-progress lejn l-għanijiet tal-2020 sa issa kien imħallat: huwa improbabbli li jintlaħaq l-għan 1 (protezzjoni tal-kapital naturali), iżda x'aktarx li jintlaħqu xi wħud mill-għanijiet sekondarji taħt l-għan 2 (ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u effiċjenza fir-riżorsi); m'hemmx ċertezza jekk l-għan 3 (tnaqqis tal-pressjonijiet ambjentali u tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem) hux se jintlaħaq;

F.

billi n-nuqqas kontinwu li tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni u li l-għarfien speċjalizzat jiġi integrat fit-tfassil tal-politika f'oqsma bħall-kwalità tal-arja, il-ħsejjes ambjentali u l-esponiment għas-sustanzi kimiċi joħloq theddid serju għas-saħħa u jnaqqas il-kwalità u t-tul tal-ħajja għaċ-ċittadini tal-UE;

G.

billi l-aktar data riċenti ppubblikata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tikkonferma t-tendenzi ġenerali deskritti hawn fuq għal kull għan tematiku iżda tirrapporta wkoll tnaqqis fil-progress ta' wħud mill-oqsma; billi f'xi każijiet, bħall-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u l-effiċjenza fl-enerġija, il-perspettiva għall-ilħuq tal-għanijiet sekondarji minn dawn it-tendenzi tibqa' l-istess;

H.

billi issa mhuwiex ċert jekk il-mira għall-emissjonijiet tal-ammonja hijiex se tintlaħaq u huwa probabbli li l-mira tal-użu tal-art mhijiex se tintlaħaq;

I.

billi teżisti inċertezza kbira fir-rigward tal-implimentazzjoni minħabba nuqqas ta' indikaturi u l-limitazzjonijiet tal-indikaturi eżistenzi; billi l-lakuni fl-għarfien jibqgħu jxekklu l-progess fuq tliet livelli: il-fehim tar-riskju; it-tfassil ta' politika xierqa għall-ġestjoni u t-tnaqqis tar-riskju; u l-monitoraġġ tal-effettività tal-politiki;

J.

billi ħafna drabi jeżisti għarfien iżda mhuwiex jintuża fit-tfassil tal-politika jew mhuwiex jiġi ttrasferit lill-partijiet responsabbli għall-implimentazzjoni; billi ħafna drabi dan huwa kkawżat minn nuqqas ta' rieda politika u interessi f'kompetizzjoni li mhumiex meqjusa bħala konsistenti mal-EAP jew mal-għanijiet ta' politika ambjentali inġenerali; billi t-tkabbir ekonomiku huwa dipendenti wkoll minn ambjent nadif;

K.

billi s-sinerġija bejn l-istrumenti ta' livell għoli tal-politika tal-Unjoni u l-EAP jeħtieġ li tittejjeb sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm;

L.

billi hemm finanzjament inadegwat f'ċerti livelli għall-implimentazzjoni xierqa tas-Seba' EAP; billi l-finanzjament fil-livell tal-UE xi drabi naqas milli jagħti r-riżultati mistennija u dan, f'każijiet multipli, kien ir-riżultat ta' finanzjament amministrat ħażin aktar milli nuqqas ta' flus;

M.

billi l-kamp ta' applikazzjoni tas-Seba' EAP huwa rilevanti għall-ħtiġijiet attwali fil-qasam tal-politika ambjentali, għalkemm ħafna partijiet ikkonċernati jirrakkomandaw iż-żieda ta' għanijiet sekondarji ġodda biex tiżdied ir-rilevanza tal-programm fil-futur;

N.

billi l-partijiet ikkonċernati jesprimu wkoll preferenza għal EAP anqas kumpless u aktar iffokat;

O.

billi hemm appoġġ ġenerali għat-Tmien EAP;

Konklużjonijiet prinċipali

1.

Iqis li s-Seba' EAP għandu valur miżjud u influwenza pożittiva fuq il-politiki ambjentali fil-livell tal-UE u dak tal-Istati Membri, b'benefiċċji għaċ-ċittadini, in-natura u l-partijiet ikkonċernati ekonomiċi;

2.

Itenni li s-Seba' EAP għandu viżjoni ċara fit-tul għall-2050, sabiex ikun hemm ambjent stabbli għal investiment u tkabbir sostenibbli, fi ħdan il-limiti ekoloġiċi tal-pjaneta;

3.

Jilqa' t-tendenzi pożittivi tal-passat fir-rigward ta' diversi għanijiet sekondarji tas-Seba' EAP u l-prospettiva inkoraġġanti għal xi wħud mill-għanijiet tal-2020;

4.

Jenfasizza, madankollu, li għad hemm potenzjal kbir għat-titjib u jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jsaħħu r-rieda politika sal-ogħla livell biex jimplimentaw is-Seba' EAP;

5.

Jiddispjaċih li huwa improbabbli li jintlaħaq l-għan prijoritarju li l-kapital naturali tal-Unjoni jiġi protett, ikkonservat u mtejjeb; jinnota bi tħassib, barra minn hekk, li l-miri tal-Istrateġija għall-Bijodiversità 2020 tal-UE u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tal-UE mhumiex se jintlaħqu jekk ma jsirux sforzi immedjati, sostanzjali u addizzjonali;

6.

Jinnota li sar xi progress f'ċerti oqsma għall-għan prijoritarju 2, b'mod partikolari għall-miri relatati mal-klima u l-enerġija; jinnota, madankollu, li jrid jsir sforz akbar fuq l-effiċjenza tar-riżorsi; itenni l-potenzjal tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn (8) u tar-Regolament dwar l-Ekotikketta (9) sabiex jittejbu l-prestazzjoni ambjentali u l-effiċjenza fir-riżorsi tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, billi fost l-oħrajn jiġu indirizzati d-durabbiltà, ir-riparabbiltà, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklabbiltà, il-kontenut riċiklat u t-tul tal-ħajja tal-prodott;

7.

Jiddispjaċih li sal-2020 l-għan sekondarju relatat mal-ilħuq tal-istat kwalittattiv tajjeb tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ mhux se jintlaħaq minħabba l-pressjoni mit-tniġġis, l-interventi fil-morfoloġija tal-mogħdijiet tal-ilma u l-konsum eċċessiv li jirriżulta mill-ammonti kbar ta' ilma użati għall-ġenerazzjoni tal-idroelettriċità;

8.

Jenfasizza li l-għanijiet tas-Seba' EAP huma miri minimi, u li jeħtieġ li jsiru sforzi addizzjonali konsiderevoli sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs);

9.

Ifakkar li l-UE u l-Istati Membri tagħha huma kollha firmatarji għall-Ftehim ta' Pariġi, u għalhekk huma impenjati għall-għanijiet tiegħu, u li huma ppreżentaw Kontribut Determinat fil-livell Nazzjonali li jwassal tnaqqis ta' 40 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-ekonomija kollha sal-2030; jenfasizza l-ħtieġa li l-mira għall-2030 u l-mira tal-emissjonijiet żero netti fit-tul jiġu integrati bis-sħiħ fil-politiki u l-programmi kollha ta' finanzjament tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni żżomm il-miri tal-qafas dwar il-klima u l-enerġija taħt eżami, fil-kuntest tad-Djalogu ta' Faċilitazzjoni tal-2018 u tar-rendikonti globali ta' kull ħames snin, u jistedinha tħejji strateġija għal emissjonijiet żero sa nofs is-seklu għall-UE, li tipprovdi perkors kosteffikaċi biex jintlaħaq l-għan ta' emissjonijiet żero netti fil-Ftehim ta' Pariġi;

10.

Jinnota li hemm inċertezza konsiderevoli fir-rigward tal-progress lejn l-għanijiet għas-saħħa u l-benesseri tal-bniedem; jenfasizza li lakuni fl-għarfien u indikaturi limitati jxekklu l-iżvilupp u l-monitoraġġ tal-politika;

11.

Jilqa' l-inizjattivi eżistenti li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-lakuni fl-għarfien, inkluż: il-mudell "Forza Mexxejja – Pressjoni – Qagħda Attwali – Esponiment – Effetti – Azzjoni"(DPSEEA) sabiex jiġu mifhuma l-ixprunaturi li jxekklu s-servizzi tal-ekosistema; il-"bijomonitoraġġ uman"(HBM) li jikkalkula l-esponiment tal-popolazzjonijiet umani għall-kontaminanti u l-effetti possibbli tagħhom fuq is-saħħa; u l-"Pjattaforma ta' Informazzjoni għall-Monitoraġġ tas-Sustanzi Kimiċi"(IPCheM);

12.

Jinsab imħasseb li l-għarfien speċjalizzat u l-kunsens xjentifiku mhux dejjem jitqiesu b'mod xieraq fit-tfassil tal-politika jew mhumiex jiġu ttrasferiti lill-partijiet responsabbli għall-implimentazzjoni; jenfasizza l-eżempji tal-bijoenerġija, iż-żejt tal-palm, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, is-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali, il-produzzjoni u l-konsum tal-ikel, l-ippjanar u d-disinn urban, it-tniġġis tal-arja u tal-ħsejjes, u l-iskart tal-ikel urban bħala oqsma fejn l-evidenza xjentifika ta' riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent twarrbu fil-ġenb f'dibattiti pubbliċi u politiċi; jemmen li l-għarfien xjentifiku wiesa', kif ukoll l-aderenza għall-prinċipju ta' prekawzjoni minħabba n-nuqqas ta' data xjentifika suffiċjenti, għandhom jiggwidaw it-teħid politiku responsabbli ta' deċiżjonijiet; ifakkar l-importanza tal-parir xjentifiku tal-aġenziji tal-UE f'dan il-kuntest; jenfasizza li prinċipji ta' gwida oħrajn fil-liġi u l-politika ambjentali tal-UE jinkludu l-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, l-azzjoni preventiva u l-indirizzar tal-kwistjonijiet tas-sors;

13.

Jikkundanna n-nuqqas tal-Kummissjoni li tirrispetta l-iskadenzi stipulati bil-liġi għall-abbozzar ta' kriterji armonizzati bbażati fuq il-periklu għall-identifikazzjoni ta' sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali u għar-rieżami tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 (10) (ir-Regolament dwar il-Kożmetiċi) fir-rigward tas-sustanzi li jħarbtu s-sistema endokrinali; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi b'mod immedjat ir-Regolament dwar il-Kożmetiċi fir-rigward tas-sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali mingħajr aktar dewmien; jiddispjaċih li n-nuqqas ta' progress suffiċjenti dwar sustanzit li jfixxklu s-sistema endokrinali tqiegħed riskji fuq is-saħħa taċ-ċittadini u tfixkel il-kisba tal-għan prijoritarju 3 tas-Seba' EAP;

14.

Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' progress fl-iżvilupp ta' strateġija tal-Unjoni għal ambjent mhux tossiku, il-promozzjoni ta' ċikli ta' materjal mhux tossiku u u t-tnaqqis tal-espożizzjoni għal sustanzi perikolużi, inklużi sustanzi kimiċi fil-prodotti; jenfasizza l-fatt li huma meħtieġa aktar sforzi biex jiġi żgurat li, sal-2020, is-sustanzi kollha rilevanti ta' tħassib kbir, inklużi s-sustanzi bi proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali, jitpoġġew fil-lista ta' kandidati ta' REACH, kif stipulat fis-Seba' EAP; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-effetti kkombinati ta' sustanzi kimiċi jkunu indirizzati b'mod effettiv fil-leġiżlazzjoni kollha rilevanti tal-Unjoni mill-aktar fis possibbli, b'enfasi speċjali fuq ir-riskji għat-tfal li jirriżultaw minn esponiment għal sustanzi perikolużi; jilqa' l-istrateġija tal-Kummissjoni dwar il-plastiks u jitlob l-implimentazzjoni rapida tagħha; itenni, f'dan il-kuntest, li l-promozzjoni ta' ċikli ta' materjal mhux tossiku hija essenzjali għall-iżvilupp ta' suq funzjonali għall-materjali sekondarji;

15.

Jenfasizza li n-nuqqas ta' integrazzjoni tat-tħassib ambjentali f'oqsma ta' politika oħra huwa wieħed mill-kawżi ewlenin tad-diskrepanzi fl-implimentazzjoni fil-leġiżlazzjoni u l-politika ambjentali; iqis li s-sinerġiji bejn l-istrumenti ta' politika oħra ta' livell għoli tal-UE (bħal pereżempju l-politika agrikola komuni (PAK), il-politika komuni tas-sajd (PKS), il-fondi strutturali u ta' koeżjoni) u iktar koerenza bejn il-prijoritajiet politiċi ta' livell għoli jibqgħu fundamentali sabiex jinkisbu l-għanijiet tas-Seba' EAP; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, fil-kompożizzjonijiet kollha tagħhom, itejbu l-koordinazzjoni tal-politika u l-integrazzjoni tal-għanijiet tas-Seba' EAP; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li l-aspetti kollha tas-Seba' EAP li għadhom ma ġewx ittrattati fid-dettall jiġu integrati fis-Semestru Ewropew;

16.

Jissottolinja li l-potenzjal għall-istabbiliment ta' mekkaniżmi finanzjarji ġodda għall-konservazzjoni tal-bijodiversità bil-għan li jintlaħqu l-miri tal-2020 huwa limitat minħabba l-perjodu ta' żmien tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali; jitlob, f'dan ir-rigward, li r-riżorsi fi ħdan il-QFP attwali, inklużi l-LIFE, il-PAK u l-Fondi Strutturali, jintużaw bis-sħiħ u jitlob li fil-QFP li jmiss jiġu inklużi mekkaniżmi finanzjarji ġodda għall-konservazzjoni tal-bijodiversità;

17.

Jilqa' t-titjib fil-PKS u l-politika ta' koeżjoni, li żiedu l-koerenza mas-Seba' EAP; jiddispjaċih, madankollu, li minkejja t-titjib fil-qafas regolatorju, il-PKS għadha tbati minn implimentazzjoni dgħajfa; ifakkar l-importanza ta' stokkijiet tal-ħut b'saħħithom;

18.

Jagħraf li l-PAK, b'mod progressiv, integrat it-tħassib ambjentali iżda għada tippreżenta sfidi għall-ilħuq tal-għanijiet tal-EAP, b'mod partikolari fir-rigward tal-produzzjoni intensiva fl-użu tar-riżorsi u l-bijodiversità; ifakkar li l-PAK għandha l-isfida li tipprevjeni d-degradazzjoni ambjentali kkawżata minn prattiki agrikoli mhux xierqa (bħal bijofjuwils mhux sostenibbli), intensifikazzjoni agrikola mhux sostenibbli u abbandun tal-art, filwaqt li tipprovdi kwalità aħjar u aktar kwantitajiet ta' ikel u materja prima agrikola għal popolazzjoni dinjija li kulma jmur qiegħda tikber; jenfasizza li inizjattivi u appoġġ ulterjuri għal metodi agrikoli sostenibbli, inklużi r-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba' u pjanti li jikkonvertu n-nitroġenu, huma essenzjali u jeħtieġ jikkunsidraw l-agrikoltura u l-bdiewa bħala parti mis-soluzzjoni;

19.

Jenfasizza li l-protezzjoni u t-titjib tas-sigurtà tal-ikel fuq terminu twil bil-prevenzjoni tal-ħsara ambjentali u t-tendenza lejn sistema ta' ikel sostenibbli li tipprovdi ikel bi prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi għandhom ikunu prijoritajiet ewlenin ta' PAK riformata; jenfasizza li dawn l-għanijiet jistgħu jinkisbu biss permezz ta' ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u ta' interventi politiċi li jiżguraw il-ħarsien tal-ekosistemi;

20.

Ifakkar li, fil-kuntest tat-tibdil fil-klima u popolazzjoni tad-dinja li qiegħda tikber, id-domanda li qiegħda tiżdied għal dieti rikki fil-proteini tal-annimali qiegħda toħloq pressjonijiet ambjentali sinifikanti fuq l-art agrikola u l-ekosistemi dejjem aktar fraġli; jenfasizza wkoll li d-dieti b'ammont eċċessiv ta' xaħam tal-annimali huma marbuta dejjem iżjed mal-piż ta' mard li ma jitteħidx;

21.

Ifakkar l-impenn tal-Kummissjoni tal-2016 li tintegra l-SDGs f'politiki u inizjattivi tal-UE; jirrikonoxxi li dan l-impenn m'għandux strateġija ċara u proposti konkreti għal strutturi istituzzjonali u qafas ta' governanza li jiżguraw l-integrazzjoni tal-SDGs fil-politiki tal-UE, fil-proposti leġiżlattivi, fl-implimentazzjoni u fl-infurzar; iqis li huwa importanti għall-UE li timpenja ruħha bis-sħiħ, bħala pijuniera, fl-ilħuq tal-għanijiet tal-Aġenda 2030 u tal-iżvilupp sostenibbli; jenfasizza, barra minn hekk, li s-Seba' EAP huwa strument ewlieni għall-implimentazzjoni tal-SDGs;

22.

Jinnota l-kwalità għolja tal-ilma tajjeb għax-xorb fl-UE; jistenna r-reviżjoni tad-Direttiva 98/83/KE (11) ("id-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb") biex isiru l-aġġornamenti meħtieġa lil dan il-qafas legali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-kuntest tal-EAP, jintegraw aktar l-għanijiet tal-UE dwar l-ilma f'politiki settorjali oħra, b'mod partikolari l-PAK;

23.

Jilqa' t-titjib li sar minn diversi proġetti ffinanzjati mill-UE, iżda jiddispjaċih li ntilfet opportunità biex jingħataw riżultati aħjar kif enfasizzat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA); jenfasizza li l-QFP ta' wara l-2020 irid ikun orjentat lejn l-iżvilupp sostenibbli u l-integrazzjoni tal-politika ambjentali f'kull mekkaniżmu ta' finanzjament u linja baġitarja; jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied l-investiment ekoloġiku, l-innovazzjoni u t-tkabbir sostenibbli bl-użu ta' għodod ġodda ta' finanzjament, kemm pubbliċi kif ukoll privati, u approċċi differenti għall-politika ta' investiment attwali bħalma huma l-eliminazzjoni gradwali ta' sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent sabiex tinkiseb il-viżjoni fit-tul tas-Seba' EAP; iqis li kriterji ta' sostenibbiltà u għanijiet ibbażati fuq il-prestazzjoni ddefiniti b'mod ċar għandhom japplikaw għal fondi kollha strutturali u ta' investiment tal-UE; jitlob li jkun hemm użu iktar effiċjenti u mmirat tal-QFP attwali u l-fondi taħt il-politiki ta' żvilupp reġjonali u ta' koeżjoni, u biex il-problemi msemmija hawn fuq li saret referenza għaliha mill-QEA jiġu indirizzati b'mod urġenti; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġaw it-tkomplija tal-allokazzjoni ta' riżorsi baġitarji tal-UE għal azzjoni dwar it-tibdil fil-klima u l-ambjent, kif ukoll iż-żieda possibbli tagħhom;

24.

Jiddeplora n-nuqqasijiet persistenti tat-trattament tal-ilma urban mormi f'għadd ta' reġjuni fl-Ewropa; jenfasizza l-potenzjal ta' trattament tal-ilma mormi u l-użu mill-ġdid biex itaffu sitwazzjonijiet ta' stress tal-ilma, tnaqqis jew irtirar diretti tal-ilma għall-produzzjoni tal-bijogass u jiggarantixxu ġestjoni aħjar tar-riżorsi tal-ilma, b'mod partikolari permezz tal-irrigazzjoni għall-agrikoltura; jistenna bil-ħerqa l-proposta leġiżlattiva dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi li l-Kummissjoni se tressaq fil-bidu tal-2018;

25.

Jinnota li l-akbar theddid ambjentali għas-saħħa huwa l-aktar evidenti f'żoni urbani iżda jaffettwa wkoll żoni periferali u agglomerazzjonijiet suburbani, u li sal-2020, 80 % tal-popolazzjoni hija mistennija li tkun qed tgħix f'żoni urbani u suburbani; jenfasizza l-fatt li l-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa atmosferiċi, flimkien ma' ppjanar u infrastruttura inadegwati, għandhom konsegwenzi drammatiċi ekonomimċi, soċjali, fuq is-saħħa pubblika u ambjentali; jinnota li t-tniġġis tal-arja diġà jikkawża aktar minn 400 000 mewta prematura fl-UE (12) u li l-ispejjeż esterni relatati mas-saħħa jvarjaw minn EUR 330 biljun għal EUR 940 biljun;

26.

Jisħaq li tal-inqas 10 000 mewta prematura fl-UE huma kkawżati minn mard relatat mal-ħsejjes u madwar kwart tal-popolazzjoni Ewropea fl-2012 kienet esposta għal livelli ta' ħsejjes li jaqbżu l-limitu; jistieden lill-Istati Membri jipprijoritizzaw il-monitoraġġ tal-livelli ta' ħsejjes f'konformità mad-Direttiva 2002/49/KE (13), sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-valuri ta' limitu applikabbli mal-ambjent estern u intern;

27.

Jirrikonoxxi l-progress fit-tnaqqis ta' ċerti sustanzi li jniġġsu l-atmosfera, b'mod partikolari fiż-żoni urbani, iżda jiddispjaċih bil-problemi persistenti tal-kwalità tal-arja, li l-emissjonijiet mit-trasport bit-triq u mill-agrikoltura huma fattur kontributorju sinifikanti għalihom; jirrikonoxxi l-pakkett ta' "mobilità nadifa"ppreżentat mill-Kummissjoni f'Novembru 2017 u l-Istrateġija Ewropea għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi ppreżentata fl-2016, li tista' twitti t-triq lejn mobilità b'emissjonijiet baxxi fl-Unjoni;

28.

Jilqa' l-progress li sar fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar il-pakkett tal-ekonomija ċirkolari; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jilħqu ftehim b'miri ambizzjużi;

Rakkomandazzjonijiet

29.

Jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw il-progress tagħhom fl-ilħuq tal-għanijiet tas-Seba' EAP u jorjentaw mill-ġdid l-azzjonijiet tagħhom fejn meħtieġ; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu r-riżultati disponibbli għall-pubbliku;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe proposta leġiżlattiva timplimenta bis-sħiħ l-għanijiet u l-miżuri tas-Seba' EAP;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-inklużjoni attiva tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE;

32.

Jitlob li l-istituzzjonijiet u l-aġenziji rilevanti tal-UE jagħtu prijorità lir-riċerka u jagħlqu l-lakuni fl-għarfien fl-oqsma li ġejjin: il-limiti ambjentali stabbiliti (punti kritiċi), il-paradigma tal-ekonomija ċirkolari, l-effetti kkombinati ta' sustanzi kimiċi, in-nanomaterjali, il-metodi ta' identifikazzjoni tal-periklu, l-impatti tal-mikroplastik, l-interazzjoni bejn ir-riskji sistemiċi u determinanti oħra tas-saħħa, l-użu tal-ħamrija u tal-art u l-ispeċijiet aljeni invażivi;

33.

Jilqa' r-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR) bħala mekkaniżmu pożittiv biex titjieb l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politika ambjentali tal-UE, li jista' jikkontribwixxi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tas-Seba' EAP, kif diġà enfasizzat fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-16 ta' Novembru 2017 dwar ir-Reviżjoni Ambjentali tal-UE; iqis li l-EIR għandu jinvolvi b'mod sħiħ lill-partijiet interessati rilevanti kollha, inkluża s-soċjetà ċivili, u għandu jkopri l-ambitu sħiħ tal-għanijiet tematiċi ta' prijorità tal-EAP;

34.

Jistieden lill-Unjoni u lill-Istati Membri biex malajr u b'mod definittiv jabbandunaw sussidji li huma ta' ħsara għall-ambjent;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jżidu u jikkoordinaw l-isforzi sabiex jippromwovu l-iżvilupp u l-validazzjoni tal-metodi alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali sakemm dawn jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għan prijoritarju Nru 5 tas-Seba' EAP;

36.

Isejjaħ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħmlu aktar sabiex itejbu l-bażi ta' għarfien u dik xjentifika tal-politiki ambjentali tal-UE, billi jżidu l-aċċessibbiltà tad-data għaċ-ċittadini u jippromwovu l-involviment tal-pubbliku fir-riċerka xjentifika;

37.

Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll lill-gvernijiet nazzjonali u reġjonali fejn xieraq, jużaw bis-sħiħ l-għarfien speċjalizzat disponibbli dwar ir-riskji għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem meta jfasslu u jissorveljaw il-politiki;

38.

Jappella għal titjib tas-sistema tal-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi fl-UE, ibbażata fuq evalwazzjoni ta' studji xjentifiċi bejn il-pari u ta' trasparenza sħiħa dwar il-grad ta' esponiment għall-bniedem u għall-ambjent u għas-saħħa; jappella għal standards imtejba ta' monitoraġġ ta' pestiċidi u miri għat-tnaqqis tal-użu tagħhom; jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ‘Ipprojbixxu l-glifosat u pproteġu lin-nies u lill-ambjent mill-pestiċidi tossiċi’" (C(2017)8414);

39.

Jappella biex ikun hemm livell suffiċjenti ta' riżorsi materjali u umani li għandhom jiġu pprovduti b'tali mod li l-aġenziji tal-UE jistgħu jwettqu l-missjonijiet tagħhom u jipprovdu data xjentifika, analiżi u evidenza tal-aqwa kwalità;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li sal-2020 jiġu identifikati azzjonijiet fit-tul bl-għan li jinkiseb ambjent mhux tossiku;

41.

Jitlob lill-aġenziji rilevanti tal-UE u lill-Kummissjoni jżidu l-kwantità u l-kwalità tal-indikaturi użati għall-monitoraġġ tal-progress; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkooperaw fil-produzzjoni u l-ġbir ta' data ġdida sabiex jinħolqu indikaturi ġodda u jittejbu dawk eżistenti;

42.

Jitlob li l-kwistjoni tal-implimentazzjoni tidher bħala punt rikorrenti fil-programmi u l-prijoritajiet tat-triju ta' Presidenzi, tiġi diskussa fil-Kunsill Ambjent tal-inqas darba fis-sena, possibbilment permezz ta' Kunsill ta' Implimentazzjoni ddedikat, u li dan jiġi kkomplementat minn forum ieħor li fih jiġu involuti wkoll il-Parlament u l-Kumitat tar-Reġjuni; jitlob laqgħat konġunti tal-Kunsill sabiex tiġi trattata l-implimentazzjoni ta' kwistjonijiet transsettorjali u orizzontali u ta' sfidi komuni, kif ukoll kwistjonijiet emerġenti b'impatti transkonfinali possibbli;

43.

Jitlob li titħaffef l-implimentazzjoni sħiħa tal-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE;

44.

Jitlob li l-proġetti infrastrutturali, b'mod partikolari dawk relatati mat-TEN-T, iqisu bis-sħiħ l-impatti ambjentali fil-livell reġjonali u fil-livell tal-proġett; jinnota li koerenza bejn il-politiki ambjentali differenti hija rilevanti wkoll; jenfasizza l-importanza li l-ambjent u l-bijodiversità jiġu kkunsidrati fil-proġetti ta' infrastruttura għall-produzzjoni tal-enerġija idroelettrika u tal-baħar li tiġġedded;

45.

Isejjaħ lill-Istati Membri jwettqu aktar sforzi sabiex jiġi ppreservat l-użu u l-integrità tar-riżervi tal-ilma ħelu, minħabba l-inċertezza marbuta mal-possibbiltà li ma jintlaħaqx l-għan sekondarju inkluż f'dan ir-rigward fis-Seba' EAP; jistieden lill-Istati Membri jirrimedjaw bħala prijorità għall-istat ħażin tal-ilmijiet tal-wiċċ billi l-għanijiet ta' dan is-settur aktarx mhux se jintlaħqu sal-2020; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jindirizzaw il-pressjonijiet fuq il-korpi tal-ilma, u dan billi tiġi eliminata l-oriġini tas-sorsi ta' tniġġis tal-ilmijiet, filwaqt li jiġu stabbiliti żoni mhux mittiefsa mid-derivazzjonijiet idroelettriċi u filwaqt li tiġi żgurata ż-żamma tal-flussi ekoloġiċi tul ix-xmajjar; jistieden lill-Kummissjoni ma ttawwalx il-valutazzjoni dwar il-konformità tat-tieni ċiklu ta' pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmara, li ġew adottati mill-Istati Membri skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma;

46.

Iħeġġeġ aktar riforma tal-PAK biex jiġu allinjati l-produzzjoni tal-ikel sostenibbli u l-miri tal-politika ambjentali, inklużi l-miri tal-bijodiversità, sabiex tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà tal-ikel issa u fil-futur; jenfasizza l-ħtieġa għal politika agrikola intelliġenti b'impenn sod biex jinħolqu beni pubbliċi u servizzi tal-ekosistema relatati mal-ħamrija, l-ilma, il-bijodiversità, il-kwalità tal-arja, l-azzjoni klimatika u l-għoti ta' faċilitajiet li jiffavorixxu l-pajsaġġ; jitlob politika integrata b'approċċ immirat u ambizzjuż iżda flessibbli, fejn l-għoti ta' appoġġ lis-settur agrikolu ikun marbut kemm mas-sigurtà tal-ikel kif ukoll mat-twassil ta' riżultati ambjentali; jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-agroforestrija bħala erja b'fokus ekoloġiku skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 (14); jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-prattiki tal-biedja ta' benefiċċju għall-ambjent jingħataw appoġġ xieraq fi kwalunkwe rieżami futur tal-PAK;

47.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jżidu l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet għall-isfidi ambjentali, b'mod partikolari fejn jeżistu soluzzjonijiet tekniċi iżda li għadhom mhux qed jintużaw bis-sħiħ, bħat-tnaqqis tal-ammonja fl-agrikoltura;

48.

Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb b'mod sinifikanti l-volum, l-użu u l-amministrazzjoni tal-fondi tal-UE għall-għanijiet tal-EAP; jitlob monitoraġġ, trasparenza u responsabbiltà aħjar; jitlob li jiġu integrati kwistjonijiet klimatiċi u kwistjonijiet ambjentali oħra fil-baġit tal-UE;

49.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, mingħajr dewmien, qafas strateġiku komprensiv u ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-SDGs fl-UE, li jindirizza l-oqsma kollha ta' politika u li jinkludi mekkaniżmu ta' rieżami sabiex jiġi vvalutat il-progress tal-implimentazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi verifika tal-SDGs ta' kull politika u leġiżlazzjoni ġdida u tiżgura koerenza tal-politika sħiħa fl-implimentazzjoni tal-SDGs;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni eżistenti u tiżgura l-konformità sħiħa tal-Istati Membri mal-għanijiet tas-Seba' EAP billi tuża l-għodod kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, pereżempju l-proċeduri ta' ksur;

51.

Jilqa' r-rapporti speċjali eżistenti u l-awditi ta' prestazzjoni tal-QEA u jistieden lill-QEA tkompli tanalizza oqsma oħra rilevanti għall-EAP li ma ġewx inklużi fil-programm ta' ħidma sa issa;

52.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jipprovdu gwida xierqa sabiex il-fondi tal-UE jkunu aktar aċċessibbli, inklużi għall-proġetti lokali, b'mod partikolari fir-rigward tal-infrastruttura ekoloġika, il-bijodiversità, u d-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats;

53.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja; jistieden lill-awtoritajiet reġjonali jipprovdu qafas ta' appoġġ, b'mod partikolari fir-rigward tal-ippjanar urban u t-tfassil ta' politika lokali, sabiex jitjiebu l-eżiti tas-saħħa fl-oqsma kollha, u b'mod partikolari fl-oqsma affettwati bl-agħar mod;

54.

Isejjaħ lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali kompetenti jadottaw pjanijiet komprensivi ta' miżuri kredibbli sabiex tintemm il-problema tal-qbiż tal-valuri ta' limitu ta' kuljum u fis-sena stabbiliti mil-liġi tal-UE dwar il-materja partikolata fina u ultrafina fl-agglomeranti fejn il-kwalità tal-arja hija ħażina; jenfasizza l-fatt li dan huwa essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet prijoritarji Nru 2, 3 u 8 tas-Seba' EAP;

55.

Jipproponi l-azzjonijiet li ġejjin sabiex tittejjeb il-kwalità tal-arja fiż-żoni urbani: l-istabbiliment ta' żoni b'emissjonijiet baxxi; il-promozzjoni tal-faċilitajiet u s-servizzi tal-car-sharing u tar-ride-sharing; it-tneħħija gradwali tat-trattament fiskali preferenzjali għal vetturi li jniġġsu ħafna; l-introduzzjoni ta' "baġits tal-mobilità"għall-impjegati bħala alternattivi għall-karozzi tal-kumpaniji; l-applikazzjoni ta' politiki dwar l-ipparkjar li jnaqqsu l-volum tat-traffiku f'żoni konġestjonati; it-titjib fl-infrastruttura sabiex jitħeġġeġ iċ-ċikliżmu u jiżdiedu l-konnessjonijiet multimodali u tittejjeb is-sigurtà taċ-ċikliżmu; l-istabbiliment ta' żoni pedonali;

56.

Jappella għat-tisħiħ tal-ippjanar u l-iżvilupp urban fuq il-livelli ta' governanza xierqa biex l-infrastruttura tiġi adattata għall-vetturi elettriċi u vetturi nodfa kemm jista' jkun malajr, eż. bl-installazzjoni ta' infrastrutturi għall-iċċarġjar, u biex jiġu pprovduti benefiċċji ambjentali u tas-saħħa bħal dawk li jnaqqsu l-effett ta' gżejjer ta' sħana u jżidu l-attività fiżika, eż. billi tiżdied l-infrastruttura ekoloġika u l-irkupru ta' żoni industrijali degradati jew abbandunati; jirrikonoxxi li dawn il-miżuri se jtejbu l-kwalità tal-arja, jiġġieldu l-mard u l-imwiet prematuri kkawżati mit-tniġġis, u jippermettu li jsir progress lejn mobilità b'emissjonijiet żero;

57.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw kompetizzjoni intermodali ġusta u qlib għal mezzi tat-trasport sostenibbli;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, sa mhux aktar tard mill-2019, Programm ta' Azzjoni Ambjentali globali tal-Unjoni għall-perjodu ta' wara l-2020, kif meħtieġ mill-Artikolu 192(3) tat-TFUE; jenfasizza l-importanza tat-trasparenza u tar-responsabbiltà demokratika meta jsir monitoraġġ tal-politika tal-UE; jenfasizza, għalhekk, li l-EAP li jmiss għandu jinkludi stadji importanti ta' nofs it-terminu li jkunu jistgħu jitkejlu u bbażati fuq ir-riżultati;

59.

Jistieden lill-Kummissjoni li jmiss tiddedika qasam ta' prijorità tat-terminu leġiżlattiv li jmiss għall-iżvilupp sostenibbli, il-protezzjoni ambjentali u klimatika b'mod ġenerali u l-għanijiet tas-Seba' EAP u t-8 EAP li jmiss b'mod partikolari;

o

o o

60.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2017)0450.

(3)  ĠU C 265, 11.8.2017, p. 65.

(4)  ĠU C 35, 31.1.2018, p. 2.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2017)0441.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2017)0100.

(7)  ĠU C 258 E, 7.9.2013, p. 115.

(8)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).

(12)  Ir-rapport tal-EEA Nru 13/2017 tal-11 ta’ Ottubru 2017 dwar "Air quality in Europe 2017"(il-kwalità tal-arja fl-Ewropa 2017).

(13)  Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/19


P8_TA(2018)0101

Ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-settur tal-midja fl-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-settur tal-midja fl-UE (2017/2210(INI))

(2019/C 390/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (2),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta' April 2017 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (COM(2017)0253),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni dwar it-tielet programm ta' azzjoni tal-Komunità fuq perjodu ta' żmien medju dwar l-opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel 1991-1995 (COM(90)0449),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill u r-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqa' fi ħdan il-Kunsill tal-5 ta' Ottubru 1995 dwar l-immaġni tan-nisa u tal-irġiel murija fir-reklamar u fil-midja (3),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2000 bit-titolu "Lejn strateġija qafas tal-Komunità dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi (2001-2005)" (COM(2000)0335),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2008 dwar it-tneħħija tal-istereotipi tas-sessi fis-soċjetà,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2013 bit-titolu "Immexxu 'l quddiem ir-rwoli tan-nisa bħala dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-mezzi tax-xandir",

wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020), adottat mill-Kunsill f'Marzu 2011,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010 tal-1 ta' Marzu 2006 (COM(2006)0092),

wara li kkunsidra l-Istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 tal-21 ta' Settembru 2010 (COM(2010)0491),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2015 dwar l-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2016-2019 (SWD(2015)0278),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Lulju 1997 dwar id-diskriminazzjoni kontra n-nisa fir-reklamar (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Settembru 2008 dwar kif il-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar jaffettwaw l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2013 dwar l-eliminazzjoni tal-istereotipi tas-sessi fl-UE (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti ta' setgħa lin-nisa fl-era diġitali (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar il-ħolqien ta' kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol favorevoli għal bilanċ bejn il-ħajja u dik tax-xogħol (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol ("Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi") (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-ħtieġa ta' strateġija tal-UE biex titwaqqaf u tiġi evitata d-differenza bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u impjieg prekarju (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa fis-setturi privati u pubbliċi fl-UE (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (13),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tal-10 ta' Lulju 2013 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-midja,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 1555 tal-24 ta' April 2002 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Immaġni tan-nisa fil-midja,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 1799 tas-26 ta' Ġunju 2007 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-immaġni tan-nisa fir-reklamar,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tas-27 ta' Settembru 2017 lill-Istati Membri dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fis-settur awdjoviżiv,

wara li kkunsidra l-istudju tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) tal-2013 intitolat "Rieżami tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing fl-Istati Membri tal-UE: In-nisa u l-Mezzi tax-Xandir - l-Avvanz tal-ugwaljanza bejn is-sessi fit-teħid ta' deċiżjonijiet f'organizzazzjonijiet tal-mezzi tax-xandir", [traduzzjoni mhux uffiċjali]

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Beijing u l-Pjattaforma għall-Azzjoni u l-annessi tagħha, adottati waqt ir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa f'Settembru 1995,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2013 dwar il-Midja u l-immaġni tan-nisa,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0031/2018),

A.

billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif minqux fit-Trattati fl-Artikolu 8 tat-TFUE, li jiddikjara li, fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; billi l-politiki tal-UE biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi għenu biex jagħmlu l-ħajja aħjar għal bosta ċittadini Ewropej;

B.

billi l-midja taġixxi bħala r-raba' setgħa, għandha l-kapaċità li tinfluwenza u, fl-aħħar mill-aħħar, li tifforma l-opinjoni pubblika; billi l-midja hija waħda mis-sisien ewlenin ta' soċjetajiet demokratiċi u, bħala tali, għandha d-dmir li tiżgura libertà ta' informazzjoni, diversità ta' opinjoni u pluraliżmu tal-midja, biex tippromwovi r-rispett għad-dinjità tal-bniedem u biex tiġġieled il-forom kollha ta' diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi billi, fost affarijiet oħra, turi mudelli soċjali differenti; billi, għaldaqstant, l-organizzazzjonijiet tal-midja għandhom jiġu sensitizzati;

C.

billi r-raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa, li saret f'Beijing fl-1995 irrikonoxxiet l-importanza tar-relazzjoni bejn in-nisa u l-midja fil-kisba tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u inkludiet żewġ objettivi strateġiċi fil-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing (BPfA):

(a)

iż-żieda tal-parteċipazzjoni tan-nisa u l-aċċess tagħhom għall-espressjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet fil-midja u t-teknoloġiji l-ġodda ta' komunikazzjoni u permezz tagħhom;

(b)

il-promozzjoni ta' rappreżentazzjoni bblilanċjata u mingħajr stereotipi tan-nisa fil-midja;

D.

billi l-immaġni tan-nisa u l-irġiel fil-midja tista' twassal għal rappreżentanza mhux ugwali f'diversi kuntesti, inkluż kuntesti politiċi, ekonomiċi, soċjali, akkademiċi, reliġjużi, kulturali u sportivi, — billi l-irġiel jidhru l-aktar fi rwoli soċjali attivi u n-nisa jiġu limitati għal rwoli aktar passivi; billi mill-istereotipi kollha li jaffettwaw l-immaġni tan-nisa u l-irġiel, l-eżempju ewlieni huwa s-sesswalizzazzjoni tal-ġisem tal-mara, li tista' tidher bl-iktar mod ċar fl-istampa sensazzjonali u fir-reklamar; billi erotiċizzazzjoni tal-vjolenza u l-oġġettifikazzjoni tan-nisa fil-midja għandhom effett negattiv fuq il-ġlieda kontra l-qerda tal-vjolenza kontra n-nisa; billi ta' spiss l-istereotipi tas-sessi jiġu kkombinati ma' stereotipi oħra li jinvolvu diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi;

E.

billi l-midja għandha impatt sinifikanti fuq in-normi kulturali bejn is-sessi u fuq kif jiġu ffurmati u jevolvu r-rappreżentazzjonijiet soċjali assoċjati kemm man-nisa kif ukoll mal-irġiel, u tinfluwenza lill-udjenza b'immaġnijiet tal-ġisem u ideat stereotipati tal-maskulinità u l-femminilità, pereżempju, ir-rappreżentazzjoni tan-nisa fir-reklamar u l-mod ta' kif il-prodotti jimmiraw konsumaturi potenzjali għandhom tendenza li jipperpetwaw in-normi tradizzjonali bejn is-sessi; billi f'każijiet fejn il-midja tkompli tippreżenta rappreżentazzjonijiet stereotipati tan-nisa u tal-irġiel, inkluż dawk ta' individwi LGBTI, in-nies ta' spiss jaraw dawn l-immaġnijiet bħala leġittimi, u għaldaqstant ikun diffiċli jew impossibbli li jinxteħet dubju fuqhom;

F.

billi f'soċjetajiet moderni l-industrija tar-reklamar taqdi rwol ewlieni fix-xena tal-midja, għaliex tikkomunika bl-użu ta' immaġnijiet u ideat li għandhom effett fuq l-emozzjonijiet tagħna u għalhekk jistgħu jiffurmaw il-valuri, l-attitudnijiet u l-perċezzjonijiet tad-dinja tagħna; billi, meta jittrażmetti immaġni distorta tas-sessi, ir-reklamar jaf jirrikorri għas-sessiżmu u jirreplika prattiki diskriminatorji; billi reklam jista' jitqies bħala diskriminatorju jew sessist jekk ġeneru jkun irrappreżentat b'mod degradanti u insolenti, jew bħala li huwa inqas kapaċi, inqas intelliġenti jew inferjuri;

G.

billi teknoloġiji ġodda qed jibdlu l-mudelli kummerċjali tradizzjonali tal-midja; billi s-settur awdjoviżiv huwa industrija importanti ħafna ta' valur ekonomiku, li waħdu jimpjega b'mod dirett aktar minn miljun persuna fl-UE; billi, sabiex wieħed ikun jista' jlaħħaq ma' sistemi ġodda online ta' komunikazzjoni u multimedjali, iridu jsiru l-aġġustamenti meħtieġa għas-sorveljanza tal-arranġamenti fil-livell nazzjonali, kif ukoll għal skemi ta' awtoregolamentazzjoni mingħajr preġudizzju għall-eżitu tan-negozjati dwar id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva;

H.

billi għandha titqies b'mod ekwu l-perspettiva kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel sabiex tinkiseb stampa sħiħa u diversifikata ta' kull aspett tar-realtà soċjali; billi huwa importanti li ma jintilfux il-potenzjal u l-ħiliet tan-nisa fil-komunikazzjoni ta' informazzjoni, fatti u opinjonijiet dwar l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa fil-midja, filwaqt li jiġi rikonoxxut li n-nisa ma jistgħux jiġu trattati bħala grupp omoġenju;

I.

billi trid tinbidel il-projezzjoni kontinwa ta' immaġnijiet negattivi u degradanti tan-nisa fil-komunikazzjonijiet tal-midja elettronika, stampata, viżiva u bl-awdjo; billi l-inugwaljanzi bejn is-sessi huma wkoll maħluqa u riprodotti permezz tal-lingwaġġ u tal-immaġini mxerrda mill-midja; billi t-tfal jiġu kkonfrontati b'inugwaljanzi bejn is-sessi sa minn età żgħira ħafna permezz ta' mudelli promossi minn serjejiet u programmi televiżivi, diskussjonijiet, logħob, videogames u reklami; billi r-rwoli tas-sessi jiġu ffurmati l-aktar matul it-tfulija u l-adolexxenza u għandhom impatt tul il-ħajja; billi l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' professjonisti tal-midja huma għodod b'saħħithom biex jiġu miġġielda u eradikati l-istereotipi, permezz tas-sensibilizzazzjoni u l-promozzjoni tal-ugwaljanza;

J.

billi n-nisa ammontaw għal 68 % tal-persuni gradwati fil-ġurnaliżmu u l-informazzjoni fl-UE-28 fl-2015 (14), filwaqt li d-data dwar l-impjiegi għall-UE-28 matul il-perjodu 2008-2015 turi li l-perċentwali ta' nisa impjegati fis-settur tal-midja bħala medja baqa' ta' madwar 40 % biss;

K.

billi, barra minn hekk, is-sehem tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-midja fl-UE-28 fl-2015 kien għadu taħt iż-żona ta' bilanċ bejn is-sessi (bejn l-40 % u s-60 %) u kien biss 32 %, filwaqt li s-sehem ta' nisa bħala presidenti tal-bordijiet kien biss ta' 22 % (15);

L.

billi d-differenzi fil-pagi u l-pensjonijiet bejn is-sessi huma problema persistenti fl-UE, u huma evidenti f'setturi ekonomiċi differenti, inkluż fil-midja, fejn id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa hija ta' 17 %;

M.

billi n-nisa għadhom iħabbtu wiċċhom ma' saqaf tal-ħġieġ fil-midja u jista' ma jkollhomx opportunitajiet indaqs għall-promozzjoni jew għall-avvanz fil-karriera minħabba varjetà ta' fatturi, inklużi l-proċeduri ta' kultura organizzattiva li ta' spiss mhijiex favorevoli għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata b'ambjent kompetittiv, ikkaratterizzat minn stress, skadenzi inflessibbli u sigħat twal ta' xogħol; billi n-nisa għandhom inqas setgħa deċiżjonali fl-istabbiliment tal-aġenda tal-aħbarijiet minħabba li mhumiex rappreżentati biżżejjed f'pożizzjonijiet ta' maniġment superjuri;

N.

billi l-organizzazzjonijiet tal-midja fl-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-politiki ta' ugwaljanza tagħhom stess, u dan iwassal għal firxa wiesgħa ta' prattiki fl-UE: minn oqfsa tal-politika komprensivi ħafna li jkopru l-kontenut tal-midja u jipprevedu rappreżentanza bbilanċjata ta' rġiel u nisa fil-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, sa nuqqas totali ta' politika tali;

O.

billi r-riċerka wriet li 4 % biss tal-kopertura tal-aħbarijiet hija kontra l-immaġni stereotipika; billi n-nisa jammontaw għal 24 % biss tan-nies li nisimgħu bihom jew naqraw dwarhom fl-aħbarjiet (16); billi madwar 37 % tal-istejjer kemm f'sorsi tal-aħbarijiet online kif ukoll offline huma rrappurtati minn nisa, sitwazzjoni li ma wriet l-ebda prospett ta' titjib f'dawn l-aħħar 10 snin (17); billi n-nisa huma mitluba l-aktar biex jagħtu opinjoni popolari (41 %) jew esperjenza personali (38 %) u rarament jiġu kkwotati bħala esperti (17 % biss tal-istejjer); billi r-riċerka wriet ukoll li inqas minn wieħed minn kull ħames esperti jew kummentaturi huma nisa (18 %) (18);

P.

billi n-nisa huma sottorappreżentati b'mod sproporzjonat fl-aħbarijiet u fil-mezzi ta' informazzjoni u huma saħansitra inqas viżibbli fl-oqsma tal-isport, il-politika, l-ekonomija u l-finanzi, minkejja l-varjetà ta' organizzazzjonijiet tal-midja fl-Istati Membri; billi n-nisa tal-istorja huma kważi totalment nieqsa minn kontenut ta' midja relatat, bħal pereżempju dokumentarji bijografiċi;

Q.

billi l-parteċipazzjoni tan-nisa fuq livell ugwali mal-irġiel f'kontenut ta' rappurtar u f'servizz bħala sorsi ta' informazzjoni hija kruċjali mhux biss għal raġunijiet ta' rappreżentanza, iżda wkoll għal raġunijiet ta' opportunitajiet indaqs u r-rikonoxximent sħiħ tal-kompetenza u l-għarfien tagħhom; billi, fi ħdan il-pajsaġġ tal-midja Ewropea, hemm ostakli għal involviment f'approċċ responsabbli għall-ugwaljanza bejn is-sessi, minħabba l-limitazzjonijiet finanzjarji u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż l-impjieg prekarju u l-livelli ta' esperjenza professjonali, flimkien ma' veloċità dejjem akbar ta' informazzjoni u kunsiderazzjonijiet kummerċjali;

R.

billi hemm nisa fil-midja li jaħdmu fil-livell professjonali għoli, inklużi diretturi magħrufa tal-films, ġurnalisti u korrispondenti, li, minkejja li l-prestazzjoni tagħhom hija daqs dik tal-irġiel, huma aktar esposti għal vjolenza bbażata fuq il-ġeneru u diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol, u jistgħu ma jingħatawx l-istess livell ta' apprezzament daqs il-kontropartijiet maskili tagħhom;

S.

billi n-nisa li jiktbu fil-midja soċjali qed iħabbtu wiċċhom ma' livelli dejjem ogħla ta' fastidju; billi dan il-fastidju għandu l-potenzjal li jsikket il-vuċi tan-nisa u jdgħajjef il-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà; billi data miġbura globalment turi li nofs in-nisa impjegati fil-midja esperjenzaw abbuż sesswali, kwart minnhom esperjenzaw atti ta' vjolenza fiżika u tliet kwarti sofrew intimidazzjoni, theddid jew abbuż (19); billi hemm tħassib dejjem jikber dwar il-vjolenza ċibernetika kontra n-nisa u l-bniet, u huwa stmat li waħda minn kull għaxar nisa fl-UE esperjenzat xi forma ta' vjolenza ċibernetika minn mindu għalqet il-15-il sena; billi hemm nuqqas ta' data u riċerka dwar il-vjolenza ċibernetika kontra n-nisa u l-bniet fil-livell tal-UE; billi l-fastidju psikoloġiku u sesswali jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-midja u r-regolaturi nazzjonali u internazzjonali għandhom jistabbilixxu regoli, inklużi sanzjonijiet, li għandhom jiġu applikati minn organizzazzjonijiet tal-midja, biex jittrattaw dawn il-kwistjonijiet;

T.

billi l-ġurnalisti investigattivi nisa b'mod partikulari sikwit jiġu suġġetti għal vjolenza u jkunu l-mira ta' attakki fatali, kif muri permezz tal-każijiet ta' Veronica Guerin jew Daphne Caruana Galizia;

U.

billi skont studju tan-Netwerk Awdjoviżiv Ewropew tan-Nisa (EWA) (20), wieħed biss minn kull ħames films fis-seba' pajjiżi Ewropej eżaminati huwa dirett minn mara, u l-biċċa l-kbira tar-riżorsi ta' finanzjament imorru f'films li mhumiex diretti minn nisa, anke jekk madwar nofs il-gradwati tal-iskejjel kollha tal-films huma nisa;

V.

billi l-kumpaniji tal-midja għandhom jadottaw sistemi ta' awtoregolamentazzjoni u kodiċijiet ta' kondotta li jistabbilixxu regoli proċedurali u kriterji dwar il-karrieri u l-kopertura tal-midja biex jissalvagwardjaw u jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi; billi awtoregolamentazzjoni u kodiċijiet ta' kondotta ta' dan it-tip għandhom jitfasslu f'kollaborazzjoni mas-sindakati tal-industrija, skont politika ċara dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi;

Il-preżenza tan-nisa fil-midja

1.

Jenfasizza l-fatt li minkejja li n-nisa f'dan il-qasam f'livell universitarju jikkostitwixxu forza tax-xogħol sostanzjali, huma sottorappreżentati fil-karigi ta' ġestjoni u dawk ta' livell għoli; iqis li s-servizzi tal-midja kemm pubbliċi kif ukoll privati għandhom ir-responsabilità li jiżguraw l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw inċentivi ta' politika biex jitnaqqsu l-ostakli għall-aċċess tan-nisa għal karigi ta' maniġment u tmexxija f'organizzazzjonijiet tal-midja;

2.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li r-rappreżentanza tan-nisa f'midja ta' servizz pubbliku fl-UE hija baxxa bħala medja, f'karigi ta' livell għoli kemm strateġiċi kif ukoll operattivi u fuq bordijiet (fl-2017: 35,8 % għal karigi eżekuttivi, 37,7 % għal karigi mhux eżekuttivi u 33,3 % bħala membri ta' bordijiet) (21);

3.

Ifakkar li, bil-ħsieb li jsir monitoraġġ tal-oqsma kritiċi tal-BPfA dwar in-nisa fil-midja, l-EIGE żviluppa l-indikaturi li ġejjin:

il-proporzjon ta' nisa u rġiel f'karigi ta' teħid ta' deċiżjonijiet u fuq bordijiet ta' organizzazzjonijiet tal-midja fl-UE,

il-proporzjon ta' nisa u rġiel fuq bordijiet ta' organizzazzjonijiet tal-mezzi tax-xandir fl-UE,

politiki għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi f'organizzazzjonijiet tal-mezzi tax-xandir;

4.

Ifakkar li filwaqt li d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżivi tistipula li l-objettivi tagħha "ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni", hija ma tinkludi ebda riferiment għal rappreżentazzjoni ugwali f'organizzazzjonijiet tal-midja;

5.

Jinnota li minkejja li mhumiex rappreżentati biżżejjed fihom fil-preżent, xorta waħda teżisti probabilità akbar li n-nisa jiġu reklutati jew promossi għal karigi f'livell għoli fil-midja tas-servizz pubbliku milli fl-organizzazzjonijiet tal-midja privati (22);

6.

Jappella lill-Istati Membri u lill-organizzazzjonijiet tal-midja biex jappoġġaw u jiżviluppaw miżuri ta' inċentiv, inklużi kwoti, għal rappreżentanza ugwali ta' nisa u rġiel f'karigi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, u biex il-monitoraġġ effettiv ta' dawn l-isforzi jingħata prominenza akbar f'dawn l-organizzazzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex tiżblokka d-Direttiva dwar in-Nisa fil-Bordijiet, li ilha ffriżata fil-Kunsill mill-2013;

7.

Jieħu nota tat-tradizzjoni twila, li jiġu impjegati kemm staff freelance kif ukoll permanenti, li teżisti fis-settur tal-midja u tad-diġitizzazzjoni kontinwa tiegħu li wasslet għal tnaqqis fiċ-ċirkolazzjoni tradizzjonali u fid-dħul mir-reklamar, li kellu impatt fuq it-tip ta' kuntratti ta' impjieg offrut f'dan is-settur; jirrimarka, barra minn hekk, li n-nisa huma rappreżentati żżejjed f'ħafna forom atipiċi ta' xogħol fis-suq tax-xogħol kollu; jinnota li l-pressjonijiet dejjem akbar fuq is-settur tal-midja biex iżomm il-vijabilità ekonomika tiegħu x'aktarx se twassal għal għadd dejjem ikbar ta' dawn it-tipi ta' kuntratti;

8.

Iqis li l-istereotipi jistgħu jwasslu għal ambjent soċjali negattiv għan-nisa u jistgħu jikkontribwixxu għad-diskriminazzjoni bejn is-sessi fuq il-post tax-xogħol; jinnota l-importanza ta' ambjent soċjali pożittiv biex il-ħaddiema jiġu megħjuna jlaħħqu ma' livelli għolja ta' intensità fix-xogħol;

9.

Ifakkar li l-organizzazzjonijiet tal-midja huma liberi li jiddeterminaw ir-rwoli għall-impjegati tagħhom, kemm irġiel kif ukoll nisa, iżda jħeġġiġhom jagħmlu dan bl-akbar rispett lejn id-dinjità personali u l-kwalità professjonali; josserva, f'dan il-kuntest, sitwazzjonijiet inkwetanti ta' reporters nisa meqjusa aktar xierqa għall-ġurnaliżmu televiżiv minħabba li jitqiesu attraenti għall-udjenza, u sussegwentement posthom jittieħed minn kollegi iżgħar fl-età meta dawn jikbru;

10.

Jikkundanna, barra minn hekk, l-okkorrenza wiesgħa ta' fastidju sesswali u tipi oħra ta' abbuż, b'mod partikolari fil-logħob online u fil-midja soċjali, u jinkoraġġixxi lill-kumpaniji tal-midja joħolqu ambjenti sikuri li jirreaġixxu għal kwalunkwe każ ta' fastidju; jitlob, għalhekk, għal miżuri differenti, inklużi s-sensibilizzazzjoni, regoli interni dwar sanzjonijiet dixxiplinari fil-konfront ta' min iwettaq il-fastidju, u appoġġ psikoloġiku u/jew legali għall-vittmi ta' dawn il-prattiki, għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-bullying u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kif ukoll f'ambjenti online;

11.

Jikkundanna bil-qawwa l-attakki kontra ġurnalisti nisa li jirrappurtaw bla biża' dwar kwistjonijiet politiċi u kriminali ewlenin, u jitlob għall-akbar sforzi possibbli biex tkun żgurata l-protezzjoni u s-sikurezza tal-ġurnalisti kollha;

12.

Iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet tal-midja pubbliċi u privati jadottaw politiki interni bħal opportunitajiet indaqs u politiki ta' diversità li jinkludu miżuri kontra l-fastidju, skemi ta' liv tal-maternità jew tal-ġenituri, arranġamenti flessibbli tax-xogħol li jappoġġaw il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata biex in-nisa u l-irġiel jibbenefikaw b'mod ekwu minn liv tal-ġenituri u l-irġiel jitħeġġu jieħdu liv tal-paternità, biex jiġi żgurat it-tqassim ġust tal-kura tat-tfal, kif ukoll programmi ta' taħriġ fl-ikkowċjar u l-maniġment, l-użu tat-telexogħol u arranġamenti ta' xogħol flessibbli kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, fuq bażi volontarja u mingħajr preġudizzju għall-avvanz fil-karriera;

13.

Jistieden lill-midja tirrispetta d-dritt tan-nisa u tal-irġiel li jibbenefikaw bl-istess mod mil-liv tal-maternità, tal-paternità jew tal-ġenituri; jirrimarka li l-ebda mara tqila ma għandha tiġi diskriminata minħabba l-kundizzjoni tagħha, u l-ebda mara ma għandha tiġi miċħuda impjieg minħabba li hija tista' tiddeċiedi li tinqabad tqila; iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet tal-midja u lill-awtoritajiet regolatorji biex jiddivulgaw id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, jistabbilixxu obbligi tat-trasparenza tal-pagi u jimplimentaw il-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali permezz ta' miżuri vinkolanti;

14.

Jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet tal-midja jistabbilixxu bażijiet tad-data ta' nisa esperti f'għadd ta' oqsma, b'mod partikolari dawk fejn in-nisa mhumiex rappreżentati biżżejjed, bil-ħsieb li dawn jintużaw meta jkun xieraq; jinkoraġġixxi, barra minn hekk, il-ġbir ta' data diżaggregata skont is-sessi dwar il-kontenut tal-midja kollu possibbli;

15.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-parteċipazzjoni u l-aċċess tan-nisa għall-espressjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet permezz tal-midja u t-teknoloġiji l-ġodda ta' komunikazzjoni;

16.

Iqis li t-titjib ġenerali tal-kundizzjonijiet tan-nisa fuq il-post tax-xogħol jista' jkun ta' benefiċċju għal dawk kollha li jaħdmu fil-midja; iqis, madankollu, li ma sarx biżżejjed titjib u li għad hemm l-inugwaljanzi; jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jippromwovu u jiżguraw il-prinċipju ta' paga ugwali skont l-Artikolu 157 tat-TFUE, inkluż billi tiġi miġġielda d-differenza fil-pagi u l-pensjonijiet bejn l-irġiel u n-nisa, jitnaqqas ix-xogħol prekarju (23), jiġu żgurati l-aċċessibbiltà għal indukrar ta' kwalità u bi prezz raġonevoli għat-tfal u politiki ta' bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, filwaqt li jiġu żgurati wkoll id-drittijiet ta' negozjar kollettiv;

17.

Itenni li l-midja għandha, bħala kwistjoni ta' urġenza, timplimenta politika ta' paga ugwali għal xogħol ugwali, inklużi obbligi ta' trasparenza fil-pagi, filwaqt li tippermetti li n-nisa jkollhom l-istess opportunitajiet ta' promozzjoni u ta' taħriġ u kwalunkwe benefiċċju addizzjonali f'termini ugwali bħall-irġiel;

18.

Jinnota r-rwol pożittiv tal-kunsilli tan-nisa u l-uffiċjali tal-ugwaljanza bejn is-sessi fuq il-postijiet tax-xogħol; jappella sabiex l-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi promossa bħala politika trażversali tar-riżorsi umani fi ħdan il-midja; jikkunsidra li l-ilħiq fil-midja tal-ugwaljanza tan-nisa fil-livelli kollha, u b'mod partikolari fil-livelli deċiżjonali, jirrikjedi kultura ffukata fuq l-impjegat u tim ta' diriġenti sensittiv għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi; jirrakkomanda li entitajiet regolatorji u organizzazzjonijiet tal-midja nazzjonali jsegwu r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/124/UE dwar it-tisħiħ tal-prinċipju ta' pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa permezz tat-trasparenza (24), ifasslu gwida dwar proċeduri ta' selezzjoni ġusti, jistabbilixxu politiki ta' ugwaljanza komprensivi, li jkopru l-kontenut tal-midja u jipprevedu l-progress tan-nisa f'korpi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, u jistabbilixxu proċeduri interni li jittrattaw il-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tissorvelja l-applikazzjoni u l-infurzar xierqa tad-Direttiva 2006/54/KE li ddawwar l-oneru tal-provi f'każijiet ta' diskriminazzjoni sessista;

Il-kontenut tal-midja u n-nisa

19.

Jenfasizza r-rwol tal-midja bħala aġent tal-bidla soċjali u l-influwenza tagħha fl-iffurmar tal-opinjoni pubblika, u jistieden lill-Istati Membri jippromwovu kontenut dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-midja pubblika; jirrimarka li s'issa kull azzjoni regolatorja dwar sessiżmu u immaġni stereotipika tas-sessi fil-kontenut tal-midja kienet kompetenza tal-Istati Membri; ifakkar fil-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess fil-midja skont id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva; jenfasizza, barra minn hekk, li filwaqt li azzjoni regolatorja tkun soġġetta għal konsiderazzjonijiet xierqa tal-prinċipju ta' libertà ta' espressjoni, il-libertà editorjali fl-ebda ċirkustanza m'għandha sservi biex tħeġġeġ jew tilleġittimizza immaġnijiet degradanti ta' nisa u ta' persuni LGBTI; iħeġġeġ lill-Istati Membri, fis-salvagwardja tal-libertajiet imsemmija hawn fuq, jirregolaw l-aċċess għall-videogames b'kontenut online li jagħmel il-ħsara, u għall-pornografija fuq l-internet;

20.

Jenfasizza li l-argumenti ekonomiċi ma jistgħux jintużaw bħala skuża għall-persistenza tal-istereotipizzazzjoni tas-sessi fil-kontenut tal-midja;

21.

Jenfasizza li kontenut tal-midja vjolenti u sessista qed jaffettwa b'mod negattiv lin-nisa u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà; jesprimi tħassib dwar ċerti komunikazzjonijiet awdjoviżivi kummerċjali li qed joħolqu ħsara psikoloġika u fiżika lit-tfal u ż-żgħażagħ; iħeġġeġ lill-partijiet interessati rilevanti u lill-awtoritajiet jindirizzaw il-kwistjoni ta' reklamar li indirettament jinkoraġġixxi d-disturbi alimentari bħall-anoressija, u jieħdu passi oħrajn biex jipproteġu persuni partikolarment vulnerabbli, inklużi l-bniet u n-nisa żgħażagħ, kontra tali kontenut;

22.

Iħeġġeġ li l-kontenut tal-midja, inkluż ir-reklamar, relatati mal-ippjanar tal-familja, id-drittijiet sesswali u riproduttivi, is-saħħa tal-omm u tat-tfal u l-edukazzjoni jkun immirat kemm lejn l-irġiel kif ukoll lejn in-nisa;

23.

Jenfasizza l-importanza li jitrawwem litteriżmu tal-midja u li l-partijiet interessati kollha jingħataw inizjattivi ta' edukazzjoni tal-midja sensittivi għall-kwistjonijiet tal-ġeneri,, sabiex jinkoraġġixxu liż-żgħażagħ jiżviluppaw ħiliet ta' ħsieb kritiku, u jgħinuhom jidentifikaw u jitkellmu kontra immaġnijiet sessisti u diskriminazzjoni, vjolenza sessista, bullying ċibernetiku, diskorsi ta' mibgħeda u vjolenza motivata mill-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali jew il-karatteristiċi sesswali ta' persuna; jenfasizza l-ħtieġa ta' miżuri preventivi inklużi l-kriptaġġ u l-kontroll tal-ġenituri bil-ħsieb li jiġi żgurat użu tal-internet aktar sikur u litteriżmu diġitali u medjatiku; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-istereotipi fir-reklamar u fi prodotti oħra tal-midja għandhom impatt potenzjali fuq is-soċjalizzazzjoni tat-tfal u, sussegwentement, fuq il-mod kif dawn iqisu lilhom innifishom, il-membri tal-familja tagħhom u d-dinja ta' barra; jirrimarka li r-reklamar jista' jkun għodda effettiva biex jiġu sfidati l-istereotipi, bħall-istereotipi tal-ġeneri u l-istereotipi kontra l-persuni LGBTI; jitlob, għalhekk, li tingħata aktar attenzjoni lill-attivitajiet professjonali ta' taħriġ u ta' edukazzjoni bħala mod biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni u tiġi promossa l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-persuni LGBTI;;

24.

Jirrakkomanda li miżuri mhux vinkolanti bħal pjanijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi jew linji gwida għandhom jingħataw saħansitra aktar prominenza f'organizzazzjonijiet tal-midja, u jirrakkomanda li dawn il-protokolli jistabbilixxu l-istandards għal immaġni pożittiva tan-nisa fir-reklamar, l-aħbarijiet, ir-rappurtar, il-produzzjoni jew ix-xandir u jkopru l-oqsma kollha ta' kontenut sensittiv, bħar-rappreżentazzjoni tas-setgħa u tal-awtorità, il-kompetenza, it-teħid ta' deċiżjonijiet, is-sesswalità, il-vjolenza, id-diversità tar-rwoli u l-użu ta' diskors mhux sessista; iħeġġeġ barra minn hekk lill-organizzazzjonijiet tal-midja pubbliċi u privati jintegraw l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kontenut kollu tagħhom u jadottaw pjanijiet ta' ugwaljanza sabiex jirriflettu d-diversità soċjali;

25.

Jirrakkomanda li regolamenti maħruġa minn awtoritajiet kompetenti għal midja u komunikazzjoni jistabbilixxu l-kriterji li jiggarantixxu immaġnijiet mingħajr stereotipi tan-nisa u l-bniet, u li jinkludu l-possibilità li jitneħħa jew jiġi sospiż kontenut offensiv; jirrakkomanda ulterjorment li l-organizzazzjonijiet speċjalizzati, bħall-korpi ta' ugwaljanza nazzjonali u l-NGOs tan-nisa, jiġu involuti fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dawn ir-regolamenti;

26.

Jirrimarka li l-Istati Membri għandhom jiżguraw, bil-mezzi kollha xierqa, li l-midja, inkluż il-midja online u l-midja soċjali, kif ukoll ir-reklamar, ikunu ħielsa minn kwalunkwe inċitament għall-vjolenza jew mibegħda kontra kwalunkwe persuna jew grupp ta' persuni; jenfasizza l-ħtieġa li tinġabar data segregata skont il-ġeneri u li ssir riċerka, f'kooperazzjoni mal-EIGE, biex jiġu indirizzati l-vjolenza ċibernetika, il-fastidju sesswali online, it-theddid, ir-rimarki sessisti u d-diskors ta' mibegħda kontra n-nisa u l-bniet, inklużi dawk li huma LGBTI; jenfasizza li jeħtieġ tingħata attenzjoni speċjali lil taħriġ dwar kif il-midja tirrapporta każijiet ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, inkluża vjolenza kontra persuni LGBTI;; jissuġġerixxi li taħriġ kontinwu dwar rappreżentazzjonijiet tal-ġeneri fil-kontenut tal-midja jkun disponibbli għall-professjonisti tal-midja, inklużi dawk f'pożizzjonijiet ta' tmexxija; jirrakkomanda li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tiġi riflessa f'moduli ta' tagħlim fil-korsijiet tal-ġurnaliżmu u tax-xjenzi tal-komunikazzjoni universitarji u postgradwatorji;

27.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jippromwovu l-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni fil-midja permezz ta' kodiċijiet ta' kondotta;

Eżempji ta' prattika tajba

28.

Jinnota b'entużjażmu d-diversi eżempji ta' prattika tajba li jistgħu jiġu osservati fl-Istati Membri kollha, inkluż: kampanji fil-midja, leġiżlazzjoni speċifika, premji jew anti-premji għal reklamar sessista u stereotipat, bażijiet tad-data ta' nisa esperti, korsijiet ta' taħriġ għal professjonisti tal-industrija, u pjanijiet ta' ugwaljanza tal-organizzazzjonijiet tal-midja, kodiċijiet ta' kondotta u opportunitajiet indaqs u politiki ta' diversità, u l-limiti minimi stabbiliti għar-rappreżentazzjoni tas-sessi fil-korpi governattivi tar-regolaturi tal-midja;

29.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġaw kampanji bħall-għodda Expertalia tal-Belġju, il-premji "Sexist Piggy" tar-Repubblika Ċeka jew l-inizjattiva #TackaNej ("Le, grazzi") Żvediża, fost l-oħrajn; jistieden lill-Istati Membri biex b'mod regolari jorganizzaw kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni dwar kontenut diskriminatorju bbażat fuq is-sess fil-midja, u jirrappurtaw b'mod regolari dwar xejriet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fil-midja; jistieden lill-Kummissjoni talloka fondi speċjali għal sottoprogrammi b'enfasi fuq l-avvanz tan-nisa fl-industrija tal-midja u tappoġġa l-assoċjazzjonijiet u n-netwerks tal-midja li qed jimplimentaw kampanji ta' sensibilizzazzjoni pubbliċi u settorjali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tistabbilixxi premju tal-UE għal studenti fil-qasam tal-midja għal ħidma relatata mal-ugwaljanza bejn is-sessi;

30.

Jistieden lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jfasslu strateġiji ta' komunikazzjoni, mhux biss għall-midja tradizzjonali, iżda wkoll għall-midja online, sabiex jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni biex tiġi influwenzata u monitorjata l-aġenda tal-midja;

Aktar rakkomandazzjonijiet

31.

Jistieden lill-Istati Membri biex, flimkien ma' korpi tal-ugwaljanza, jimplimentaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni eżistenti li tindirizza l-ugwaljanza bejn is-sessi, u jinkoraġġixxu lill-korpi regolatorji jagħtu attenzjoni lill-preżenza u l-avvanz tan-nisa u lill-kontenut tal-midja mhux stereotipiku; iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu evalwazzjonijiet regolari fl-oqsma msemmija hawn fuq u jiżviluppaw, jekk dan għadu ma sarx, leġiżlazzjoni li tiffoka fuq kontenut tal-midja mhux stereotipiku; jenfasizza r-rwol tal-Istati Membri biex isir użu aħjar mir-riżorsi eżistenti fil-midja fil-kompetenza tagħhom biex iwettqu r-rwol tagħhom ta' servizz pubbliku filwaqt li jirriflettu soċjetà aktar ibbilanċjata bejn is-sessi u aktar demokratika;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq aktar riċerka dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa f'pożizzjonijiet għolja fil-midja; ifaħħar lill-EIGE għall-ħidma tiegħu fil-qasam u jistiednu jkompli jiżviluppa u jimmonitorja s-sett ta' indikaturi rilevanti, inkluż iżda mhux limitat għall-preżenza tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kontenut tal-midja, filwaqt li jestendi l-attenzjoni tiegħu għat-tekonoloġiji ġodda ta' midja soċjali sabiex jiżviluppa metodoloġiji biex jiġu evitati l-vjolenza bbażata fuq is-sess u l-fastidju fil-midja soċjali;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw u jippromovu l-organizzazzjonijiet tan-nisa li huma attivi fil-qasam tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-midja, inklużi organizzazzjonijiet li jappoġġaw lin-nisa u lit-tfajliet vittmi ta' vjolenza sessista, diskriminazzjoni intersezzjonali jew fastidju sesswali;

34.

Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw programmi ta' azzjoni li jiżguraw l-involviment tan-nisa fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki u programmi effikaċi u effiċjenti fir-rigward tas-sensittività għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi fl-organizzazzjonijiet medjatiċi;

35.

Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw programmi biex jippromwovu l-ħiliet tan-nisa fix-xjenza, it-teknolġija, l-inġinerija u l-matematika (is-suġġetti STEM), li huma importanti għal karriera ta' natura aktar teknika fis-settur tal-midja, bħal dik ta' tekniku tas-sound jew tekniku awdjoviżiv; jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fid-diversifikazzjoni tal-għażla tal-karriera u l-introduzzjoni tan-nisa u l-irġiel għal opportunitajiet ta' karrieri mhux tradizzjonali biex tingħeleb l-esklużjoni orizzontali u vertikali;

o

o o

36.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.

(2)  ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1.

(3)  ĠU C 296, 10.11.1995, p. 15.

(4)  ĠU C 304, 6.10.1997, p. 60.

(5)  ĠU C 295 E, 4.12.2009, p. 43.

(6)  ĠU C 36, 29.1.2016, p. 18.

(7)  ĠU C 66, 21.2.2018, p. 44.

(8)  Testi adottati, P8_TA(2016)0338.

(9)  Testi adottati, P8_TA(2016)0360.

(10)  Testi adottati, P8_TA(2017)0260.

(11)  Testi adottati, P8_TA(2017)0290.

(12)  Testi adottati, P8_TA(2017)0364.

(13)  Testi adottati, P8_TA(2017)0417.

(14)  Ġbir ta' data konġunt bejn UNESCO, OECD u Eurostat, disponibbli fuq: http://eige.europa.eu/gender-statistics/dgs/indicator/ta_educ_part_grad__educ_uoe_grad02

(15)  Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-EIGE, 2017.

(16)  https://www.womenlobby.org/IMG/pdf/factsheet_women_and_media.pdf

(17)  Lenka Vochocová, seduta pubblika tal-FEMM "L-ugwaljanza bejn is-sessi fis-settur tal-midja fl-UE", 26 ta' Ġunju 2017, disponibbli fuq http://www.europarl.europa.eu/ep-live/mt/committees/video?event=20170626-1500-COMMITTEE-FEMM

(18)  Il-proġett ta' monitoraġġ tal-midja globali (Global Media Monitoring), ir-rapport reġjonali għall-Ewropa (2015), disponibbli fuq http://cdn.agilitycms.com/who-makes-the-news/Imported/reports_2015/regional/Europe.pdf

(19)  International Federation of Journalists (IFJ), kampanja dwar il-vjolenza bbażata fuq is-sess fuq il-post tax-xogħol, https://www.ifj-stop-gender-based-violence.org/

(20)  "Fejn huma d-diretturi nisa fil-films Ewropej? Rapport dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi dwar diretturi nisa (2006–2013) flimkien mal-aqwa prattika u rakkomandazzjonijiet ta' politika", http://www.ewawomen.com/en/research-.html

(21)  L-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Poter u t-Teħid ta' Deċiżjonijiet. Reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing fl-Istati Membri tal-UE, 2017 (Sors: Bażi tad-Data bl-Istatistika dwar il-Ġeneri tal-EIGE — In-Nisa u l-Irġiel fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet).

(22)  Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE): Reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing fl-Istati Membri tal-UE: In-nisa u l-Mezzi tax-Xandir — Immexxu 'l quddiem l-ugwaljanza bejn is-sessi fit-teħid ta' deċiżjonijiet fl-organizzazzjonijiet tal-midja (2013).

(23)  Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u impjieg prekarju.

(24)  ĠU L 69, 8.3.2014, p. 112.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/28


P8_TA(2018)0102

L-emanċipazzjoni tan-nisa u tat-tfajliet permezz tas-settur diġitali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar l-emanċipazzjoni tan-nisa u tat-tfajliet permezz tas-settur diġitali (2017/3016(RSP))

(2019/C 390/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing, adottati fir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fl-1995, u, b'mod partikolari, il-qasam ikkonċernat "In-Nisa u l-Midja",

wara li kkunsidra l-eżitu tad-dokument tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar il-laqgħa ta' livell għoli tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar ir-rieżami ġenerali tal-implimentazzjoni tal-eżiti tas-Summit Dinji dwar is-Soċjetà tal-Informazzjoni,

wara li kkunsidra l-impenn strateġiku tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2015 bit-titolu "Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa" (COM(2015)0192), u r-rieżami ta' nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tagħha bit-titolu "Suq Uniku Diġitali Konness għal Kulħadd" (COM(2017)0228),

wara li kkunsidra l-Pilastru II tal-Istrateġija tal-Kummissjoni għal Suq Uniku Diġitali, li għandu l-għan li joħloq il-kundizzjonijiet adegwati u kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni u ambjent fejn in-netwerks diġitali u s-servizzi innovattivi jkunu jistgħu jimxu 'l quddiem, u l-Pilastru III, li jappoġġa soċjetà diġitali inklużiva, li fiha ċ-ċittadini jkollhom il-ħiliet it-tajba biex jaħtfu l-opportunitajiet li jġib miegħu l-Internet u jagħtu spinta lill-possibilitajiet tagħhom li jiksbu impjieg,

wara li kkunsidra l-qafas dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020,

wara li kkunsidra l-istudju tal-Kummissjoni "L-ICT għax-xogħol: Il-ħiliet diġitali fuq il-post tax-xogħol" u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 2016 bit-titolu "Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa: Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività" (COM(2016)0381),

wara li kkunsidra l-analiżi bir-reqqa bit-titolu "Empowering women on the Internet" ("It-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa fuq l-Internet"), ippubblikata mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għall-Politiki Interni tal-Unjoni f'Ottubru 2015 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ottubru 2013 bit-titolu "Women active in the ICT sector" ("In-nisa attivi fis-settur tal-ICT"),

wara li kkunsidra l-Istudju tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) tas-26 ta' Jannar 2017 bit-titolu "Gender and Digital Agenda" ("Il-Ġeneru u l-Aġenda Diġitali"),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Mejju 2012 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta' valur ugwali (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2013 dwar l-eliminazzjoni tal-istereotipi tas-sessi fl-UE (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2013 dwar l-Aġenda Diġitali għat-Tkabbir, il-Mobbiltà u l-Impjieg: Wasal iż-żmien li nħaffu l-ħidma tagħna (4), u b'mod partikolari l-Gran Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2016 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti ta' setgħa lin-nisa fl-era diġitali (6),

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-għoti tas-setgħa lin-nisa u l-bniet permezz tas-settur diġitali (O-000004/2018 – B8–0010/2018),

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi d-diġitalizzazzjoni rrivoluzzjonat u bidlet b'mod fundamentali l-mod li bih il-persuni jaċċedu u jipprovdu l-informazzjoni, jikkomunikaw, jissoċjalizzaw, jistudjaw u jaħdmu, filwaqt li qed toħloq opportunitajiet ġodda biex in-nies jieħdu sehem f'diskussjonijiet pubbliċi u politiċi, l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol, u qed tiftaħ prospetti ġodda għal ħajja ta' awtodeterminazzjoni, u għandha potenzjal ekonomiku enormi għall-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha; billi d-diġitalizzazzjoni għandha impatt mhux biss fuq is-swieq, iżda anki fuq is-soċjetà b'mod ġenerali;

B.

billi s-soċjetà tal-informazzjoni, xprunata mit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), iġġib magħha opportunitajiet enormi biex jiġu ġġenerati u mxerrda l-ġid u l-għarfien;

C.

billi madwar id-dinja kollha, in-nisa bħala grupp demografiku huma anqas probabbli li jkunu online milli huma l-irġiel; billi 68 % tal-irġiel u 62 % tan-nisa jużaw il-kompjuters u l-internet fuq bażi regolari; billi 54 % tal-irġiel, meta mqabbel ma' 48 % tan-nisa, jużaw l-internet fuq apparat mobbli; billi 33 % tal-irġiel jinstallaw is-softwer fuq l-apparat huma stess, meta mqabbel ma' 18 % biss tan-nisa; billi 41 % tal-irġiel jużaw ir-radju u t-televiżjoni online, meta mqabbel ma' 35 % tan-nisa; billi 47 % tal-irġiel jużaw is-servizzi bankarji online, meta mqabbel ma' 35 % tan-nisa; billi 22 % tal-irġiel ibigħu prodotti fuq l-internet, meta mqabbel ma' 17 % biss tan-nisa; billi 20 % tal-irġiel jixtru oġġetti online, meta mqabbel ma' 13 % tan-nisa;

D.

billi l-mudelli diġitali ta' komunikazzjoni kkontribwew għall-ħolqien ta' kundizzjonijiet li jwasslu għat-tixrid dejjem iżjed ta' diskors ta' mibegħda u ta' theddid kontra n-nisa, fejn insibu li 18 % tan-nisa fl-Ewropa batew xi sura ta' fastidju ċibernetiku mindu laħqu l-adolexxenza; billi n-numru ta' theddidiet, inklużi theddidiet ta' mewt, li n-nisa jirċievu, żdied; billi l-kuxjenza soċjali dwar is-suriet diġitali ta' vjolenza għadha mhix suffiċjenti; billi diversi suriet ta' vjolenza online għadhom ma ġewx ikkunsidrati għalkollox mill-qafas legali;

E.

billi 2 % biss tan-nisa kollha fis-suq tax-xogħol huma impjegati f'impjiegi tekniċi, professjonali u xjentifiċi, meta mqabbel ma' 5 % tal-irġiel; billi 9 % biss tal-iżviluppaturi fl-Ewropa huma nisa, 19 % biss tal-maniġers anzjani fis-setturi tal-ICT u tal-komunikazzjonijiet huma nisa (meta mqabbel ma' 45 % f'setturi tas-servizzi oħra) u n-nisa jirrappreżentaw biss 19 % tal-imprendituri f'dawn is-setturi (meta mqabbel ma' 54 % f'setturi tas-servizzi oħra);

F.

billi hemm distakk sinifikanti bejn is-sessi fl-aċċess għall-opportunitajiet professjonali u edukattivi fir-rigward tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-ħiliet tal-informatika;

G.

billi s-sessiżmu u l-istereotipi tas-sessi jikkostitwixxu ostaklu serju għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u jkomplu jwessgħu d-distakk bejn is-sessi fis-settur diġitali, u dan jagħmilha diffiċli biex in-nisa jiżviluppaw bis-sħiħ il-kapaċitajiet tagħhom bħala utenti, innovaturi u inventuri;

H.

billi l-impjiegi, mhux biss fi ħdan is-settur tal-ICT, aktar ma jgħaddi żmien aktar jeħtieġu xi livell ta' ħiliet elettroniċi u litteriżmu diġitali, u din ix-xejra x'aktarx se tiġi amplifikata fil-ġejjieni b'firxa usa' ta' ħiliet diġitali meħtieġa għall-maġġoranza tal-impjiegi u tal-postijiet tax-xogħol vakanti;

I.

billi t-titjib tal-ħiliet diġitali u tal-litteriżmu fl-IT jippreżenta opportunità unika biex jittejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata billi jżid l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ u jiffaċilita l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol mhux biss tan-nisa u tal-bniet, iżda anki tan-nies bi bżonnijiet speċjali, bħalma huma l-persuni b'diżabilità, u tal-abitanti taż-żoni rurali u remoti li jinsabu 'l bogħod miċ-ċentri urbani; billi d-diġitalizzazzjoni tal-post tax-xogħol tista' ġġib magħha xi sfidi li jeħtieġ li jiġu indirizzati; billi żieda fil-għadd tan-nisa fis-settur tal-ICT, li huwa wieħed mis-setturi bl-ogħla pagi, tista' tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-pożizzjoni finanzjarja tagħhom u għall-indipendenza finanzjarja tagħhom, li jwassal għal tnaqqis fid-differenza totali bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u għat-tisħiħ tal-indipendenza finanzjarja tan-nisa; billi madwar 16 % biss tal-kważi tmien miljun ruħ li jaħdmu fl-ICT fl-Ewropa huma nisa;

J.

billi d-diġitalizzazzjoni toffri opportunitajiet ġodda ta' intraprenditorija għan-nisa, inklużi l-intraprenditorija diġitali fuq skala żgħira, li f'ħafna każijiet ma teħtieġx kapital inizjali sinifikanti, kif ukoll impriżi mħaddma fil-qafas tal-ekonomija soċjali, li jsaħħu l-inklużjoni soċjali; billi hemm il-ħtieġa ta' appoġġ għall-intraprenditorija diġitali tan-nisa minħabba li din hija wieħed mis-setturi li qed jikbru b'ritmu mgħaġġel u li qed jirnexxu fl-ekonomija, li joffri għadd kbir ta' opportunitajiet għall-innovazzjoni u t-tkabbir, u n-nisa jirrappreżentaw biss 19 % tal-intraprendituri f'dan il-qasam;

K.

billi d-dħul ta' iktar nisa fis-settur tal-ICT isaħħaħ suq li fih hija prevista skarsezza ta' ħaddiema, u li fih il-parteċipazzjoni indaqs tan-nisa tkun twassal għal żieda annwali ta' madwar EUR 9 biljun fil-PDG tal-UE; billi n-nisa għadhom wisq sottorappreżentati fil-programmi ta' lawrji fl-ICT, fejn jikkostitwixxu biss madwar 20 % tal-gradwati fil-qasam, fejn insibu li 3 % biss tal-gradwati nisa għandhom lawrja fl-ICT; billi n-nisa jiffaċċjaw għadd kbir ta' diffikultajiet biex jintegraw u jibqgħu fis-settur tal-ICT; billi l-ambjent tax-xogħol iddominat mill-irġiel, fejn naraw li 30 % biss tal-forza tax-xogħol huma nisa, jikkontribwixxi għax-xejra li ħafna nisa jitilqu mis-settur tal-ICT ftit snin wara li jkunu lestew il-lawrja universitarja tagħhom; billi l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol diġitali tonqos bl-età; billi n-nisa ta' taħt it-30 sena b'lawrja fl-ICT jammontaw għal 20 % tas-settur tal-ICT, meta mqabbel ma' 15,4 % tan-nisa ta' bejn il-31 u l-45 sena u 9 % tan-nisa ta' aktar minn 45 sena;

L.

billi skont l-estimi tal-istudju "Women active in the ICT sector" ("In-nisa attivi fis-settur tal-ICT") se jkun hemm 900 000 post tax-xogħol vakanti fis-settur tal-ICT fl-Ewropa sal-2020; billi s-settur tal-ICT qed jikber b'pass mgħaġġel, u qed joħloq madwar 120 000 impjieg ġdid kull sena;

M.

billi s-settur tal-ICT huwa kkaratterizzat minn livell partikolarment għoli ta' segregazzjoni vertikali u orizzontali, kif ukoll minn distakk bejn il-kwalifiki edukattivi tan-nisa u l-pożizzjonijiet tagħhom fis-settur tal-ICT; billi anqas minn 20 % tal-imprendituri tal-ICT huma nisa; billi l-maġġoranza (54 %) tan-nisa f'impjiegi tal-ICT jokkupaw pożizzjonijiet inqas imħallsa u li jirrikjedu ħiliet ta' livell aktar baxx, u għadd żgħir biss minnhom (8 %) jokkupaw pożizzjonijiet fl-inġinerija tas-softwer li jirrikjedu ħiliet ta' livell għoli; billi n-nisa huma sottorappreżentati wkoll fit-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan dan is-settur, fejn 19,2 % biss tal-impjegati fis-settur tal-ICT għandhom maniġers nisa, meta mqabbel ma' 45,2 % tal-impjegati f'setturi oħra;

N.

billi n-nisa ta' 55 sena u aktar jinsabu f'riskju partikolari tal-qgħad u tal-inattività fis-suq tax-xogħol, fejn ir-rata medja ta' impjieg tal-UE fost in-nisa tal-età ta' bejn il-55 u l-64 sena kienet biss ta' 49 % fl-2016, meta mqabbel ma' 62 % għall-irġiel; billi livell baxx ta' litteriżmu fit-teknoloġija tal-informatika (IT) u fil-ħiliet elettroniċi jkompli jkabbar dan ir-riskju; billi t-titjib u l-investiment fil-kompetenzi diġitali tan-nisa ta' 55 sena u aktar għandhom isaħħu l-opportunitajiet ta' impjieg tagħhom u joffrulhom livell ta' protezzjoni kontra l-esklużjoni mis-suq tax-xogħol;

O.

billi skont id-data tal-Eurostat tal-2014, aktar nisa (42,3 %) milli rġiel (33,6 %) jibqgħu tilgħin għall-edukazzjoni għolja, iżda n-nisa huma preżenti f'numri akbar fl-istudji umanistiċi milli huma fl-oqsma xjentifiċi; billi 9,6 % biss tal-istudenti nisa fl-edukazzjoni terzjarja jistudjaw għal lawrji li għandhom x'jaqsmu mal-ICT, meta mqabbel ma' 30,6 % tal-istudenti rġiel; billi, f'inizjattivi bħalma huma l-Ġimgħa Ewropea tal-Ikkowdjar, l-ICT għal Edukazzjoni Mtejba, il-Klabb tal-Mexxejja Ewropew tal-Istartups u l-Gran Koalizzjoni għall-Impjiegi Diġitali, li huma mmirati biex irawmu dejjem iktar l-edukazzjoni elettronika u l-ħiliet elettroniċi, in-nisa għadhom fil-biċċa l-kbira sottorappreżentati;

P.

billi l-parteċipazzjoni baxxa tan-nisa u t-tfajliet fl-edukazzjoni relatata mal-ICT, u aktar tard fl-impjieg, hi r-riżultat ta' relazzjoni kumplessa tal-isterjotipar tas-sessi li jibda fl-istadji bikrija tal-ħajja u tal-edukazzjoni u jkompli fil-karriera professjonali;

1.

Jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta u tindirizza aħjar l-Aġenda Diġitali u l-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali bl-għan li tindirizza d-disparità serja bejn is-sessi fis-settur tal-ICT u trawwem l-integrazzjoni sħiħa tan-nisa fis-settur, b'mod partikolari fir-rigward tal-professjonijiet tekniċi u tat-telekomunikazzjoni, u titrawwem l-edukazzjoni u t-taħriġ tan-nisa u t-tfajliet fl-ICT u f'suġġetti oħra tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM);

2.

Jilqa' l-azzjonijiet li jappoġġaw l-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-soċjetà tal-informazzjoni inklużi fl-impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta azzjonijiet immirati lejn it-tnaqqis tad-differenzi bejn il-pagi, il-qligħ u l-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa, b'tali mod li jiġi miġġieled il-faqar fost in-nisa, u tingħata prijorità lill-promozzjoni tal-impjieg tan-nisa fis-settur tal-ICT, il-ġlieda kontra l-isterjotipi tas-sessi u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livelli kollha u f'kull tip ta' edukazzjoni, inkluż fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-għażla tal-istudji u l-karrieri, f'konformità mal-prijoritajiet stabbiliti fil-qafas tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020;

3.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu fi spirtu ta' kooperazzjoni miftuħa fi ħdan il-Qafas Strateġiku għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020 biex isibu soluzzjonijiet u jikkondividu l-aħjar prattiki dwar l-edukazzjoni diġitali bikrija, inklużi l-ħiliet diġitali u l-ikkowdjar, li huma inklużivi għat-tfajliet, kif ukoll, fi stadji aktar tard fl-edukazzjoni, dwar programmi mmirati li jżidu s-sehem tan-nisa li jiddeċiedu li jkomplu jistudjaw is-suġġetti STEM u jiggradwaw bi gradi fis-suġġetti STEM, peress li dan ikun jippermetti lin-nisa biex jiksbu aċċess sħiħ għas-servizzi elettroniċi fuq bażi ugwali mal-irġiel, u jibbenefikaw minn opportunitajiet ta' impjieg previsti għal inġiniera u speċjalisti tal-IT;

4.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżviluppaw, jappoġġaw u jimplimentaw l-azzjonijiet promossi min-NU u mill-korpi tagħha, partikolarment fil-qafas tad-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing u s-Summit Dinji dwar is-Soċjetà tal-Informazzjoni (WSIS), inkluż fil-kuntest tal-kurrikuli tal-iskejjel, sabiex isir sforz għall-għoti ta' setgħa lin-nisa fl-era diġitali fil-livell Ewropew u dinji;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw id-disparità bejn is-sessi fis-settur tal-ICT billi jenfasizzaw l-argument favur id-diversità u billi joħolqu inċentivi addizzjonali u aktar b'saħħithom kemm għall-kumpaniji kif ukoll għan-nisa bħal pereżempju billi jipprovdu mudelli ta' eżempju, programm ta' mentoraġġ u karrieri, sabiex tiżdied il-viżibbiltà tan-nisa; iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġaw u jieħdu azzjoni, fost affarijiet oħra, fuq l-iżvilupp tal-kontenut online li jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-promozzjoni tal-aċċess għal u l-użu tal-ICT bħala għodod biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni bejn is-sessi f'oqsma bħal l-vjolenza sessista, u l-kisba ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

6.

Jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni 2017-2019 tal-UE dwar l-indirizzar tad-differenzi bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa (COM(2017)0678); jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-konformità mal-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali għan-nisa u l-irġiel stabbilit fit-TUE, u jistieden lill-Kummissjoni timplimenta l-inizjattivi inklużi fl-Azzjoni II tal-Pjan immirati biex jattiraw iktar nisa fil-professjonijiet STEM, li skont l-EIGE, jista' jwassal għal għeluq tad-disparità fil-pagi bejn is-sessi sal-2050 minħabba produttività ogħla tal-impjiegi STEM;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu disponibbli fondi u jtejbu l-aċċess għall-fondi eżistenti sabiex jippromwovu u jappoġġaw l-imprendituri nisa, b'mod partikolari fil-qafas tat-trasformazzjoni diġitali tal-industrija, jiżguraw li kwalunkwe kumpanija, irrispettivament mid-daqs tagħha, is-settur li topera fih, jew il-post fejn tinsab fl-Ewropa, tista' tgawdi minn innovazzjonijiet diġitali; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li ċ-ċentri tal-innovazzjoni diġitali, li huma essenzjali biex jiffaċilitaw it-trasformazzjoni diġitali, għandhom jagħmlu enfasi speċifika fuq l-intraprendituri nisa u l-istart-ups b'sidien nisa; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza b'mod sħiħ u komprensiv id-disparità bejn is-sessi fi ħdan il-proċess tad-diġitalizzazzjoni;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw it-tagħlim tul il-ħajja kollha kif ukoll it-taħriġ u l-iskemi li jgħinu lill-parteċipanti biex jadattaw aħjar jew biex jippreparaw għal bidla potenzjali tal-karriera skont id-domanda li qed tikber għal ħiliet elettroniċi f'ħafna setturi differenti, b'attenzjoni partikolari għan-nisa ta' 55 sena u aktar, partikolarment dawk b'responsabbiltajiet marbuta mal-indukrar, u n-nisa li interrompew il-karriera tagħhom jew qed jidħlu mill-ġdid fil-post tax-xogħol, sabiex jiġi żgurat li ma jitħallewx jibqgħu lura fil-bidla rapida dejjem tikber lejn id-diġitalizzazzjoni, u sabiex ikunu ssalvagwardjati minn esklużjoni mis-suq ta-xogħol;

9.

Jenfasizza l-effikaċja tal-użu tal-internet għal kampanji, fora u biex tissaħħaħ il-viżibbiltà ta' mudelli ta' eżempji femminili, li jaċċeleraw l-ugwaljanza bejn is-sessi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu n-netwerks tan-nisa online, peress li jinvolvu approċċ minn isfel għal fuq fl-għoti tas-setgħa lin-nisa;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni trawwem il-ħolqien ta' netwerks fost is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet professjonali tal-midja sabiex jagħtu s-setgħa lin-nisa b'tali mod li jkollhom parti attiva u jirrikonoxxu l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom fis-settur tal-midja;

11.

Jenfasizza r-rwol ewlieni tas-soċjetà ċivili fil-governanza tal-internet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom b'mod kostruttiv mal-organizzazzjonijiet diġitali tas-soċjetà ċivili u jappoġġawhom;

12.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet kollha u lill-atturi tas-soċjetà ċivili biex jappoġġaw l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni tas-servizzi elettroniċi, il-ħiliet elettroniċi u l-forom diġitali tax-xogħol li jistgħu jagħtu spinta lill-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, filwaqt li jiżguraw li jiġi evitat piż doppju fuq in-nisa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jidentifikaw l-opportunitajiet u l-isfidi tad-diġitalizzazzjoni, anki fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, bħal forom ta' impjieg instabbli u problemi tas-saħħa mentali relatati max-xogħol;

13.

Jissottolinja l-importanza li tiġi żgurata l-integrazzjoni tas-sessi fis-settur tal-edukazzjoni billi jiġi promoss il-litteriżmu diġitali u l-parteċipazzjoni tan-nisa u tat-tfajliet fl-ICT għall-edukazzjoni u t-taħriġ permezz tal-inklużjoni tal-ikkowdjar, il-midja u t-teknoloġiji ġodda fil-kurrikuli edukattivi fil-livelli kollha, kif ukoll fl-edukazzjoni extrakurrikulari, informali u mhux formali, u f'kull tip ta' edukazzjoni u taħriġ, inkluż fost l-għalliema, bl-għan li jitnaqqsu u jitneħħew id-diskrepanzi fil-ħiliet diġitali, u biex it-tfajliet u ż-żgħażagħ nisa jitħeġġew jibdew karrieri fix-xjenzi u l-ICT; jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza ta' djalogu kostanti mas-sħab soċjali sabiex jingħeleb id-distakk bejn is-sessi f'dan il-qasam;

14.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu l-edukazzjoni tal-ICT skont l-età xierqa fl-istadji bikrija tal-iskejjel, b'enfasi partikolari fuq it-tħeġġiġtat-tfajliet biex jiżviluppaw interess u talenti fil-qasam diġitali, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-edukazzjoni STEM għat-tfajliet minn età żgħira, peress li t-tfajliet jitbiegħdu mis-suġġetti STEM fi stadju aktar bikri waqt il-perkors edukattiv tagħhom minħabba l-isterjotipi tas-sessi madwar dawn is-suġġetti, nuqqas ta' mudelli ta' eżempju, u segregazzjoni ta' attivitajiet u ġugarelli, bir-riżultat li teżisti sottorappreżentanza ta' nisa f'dawn is-suġġetti fl-università, li testendi għall-post tax-xogħol;

15.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jippromwovu, b'mod partikolari permezz ta' kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, il-parteċipazzjoni tan-nisa f'setturi ta' negozju sterjotipikament ikkunsidrati bħala "maskili", bħal fil-każ tad-diġitalizzazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu organizzati kampanji ta' sensibilizzazzjoni, taħriġ u integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi għall-atturi kollha involuti fil-proċess tad-diġitalizzazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi appoġġata l-kisba tal-ħiliet elettroniċi min-nisa f'setturi li mhumiex intensivi fl-ICT, iżda li jeħtieġu ħiliet u kompetenzi diġitali fil-futur qrib;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, kif ukoll lin-negozji, jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-ICT permezz tal-ġbir ta' data diżaggregata skont is-sessi rigward l-użu tal-ICT, l-iżvilupp ta' miri, indikaturi u punti ta' referenza sabiex jiġi segwit il-progress tal-aċċess tan-nisa għall-ICT, u jippromwovu eżempji tal-aħjar prattika fost il-kumpaniji tal-ICT; jistieden lill-EIGE jiġbor data dwar kif is-servizzi diġitali jistgħu jiġu użati aħjar għall-benefiċċju tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi;

17.

Jenfasizza l-importanza ta' identifikazzjoni tal-isfidi dovuti għall-użu tal-ICT u l-internet biex jitwettqu reati, isir theddid jew jitwettqu atti ta' fastidju jew vjolenza fuq in-nisa; iħeġġeġ lil dawk li jfasslu l-politika biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet kif xieraq, u biex jiżguraw li jkun hemm qafas biex jiżgura li l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi jkunu kapaċi jindirizzaw dawn ir-reati diġitali b'mod effikaċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu l-protezzjoni tat-tfajliet mir-reklamar fl-ambjent diġitali li jista' jħajjarhom iġibu ruħhom b'tali mod li jagħmel ħsara lil saħħithom;

18.

Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jvaraw kampanji biex iqajmu s-sensibilizzazzjoni tan-nisa dwar il-benefiċċji tal-ICT, kif ukoll ir-riskji involuti, u biex jagħtuhom l-edukazzjoni u t-tagħrif meħtieġa dwar kif jipproteġu lilhom infushom online;

19.

Jistieden lill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE, kif ukoll lill-Istati Membri u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, jikkooperaw u jieħdu passi konkreti għall-koordinament tal-azzjonijiet tagħhom sabiex jikkumbattu l-użu tal-ICT bl-iskop li jitwettqu reati relatati mat-traffikar tal-bnedmin, il-fastidju ċibernetiku u s-cyber-stalking, peress illi ta' spiss huma ta' natura transfruntiera u li l-koordinazzjoni fuq livell tal-UE hija vitali għall-prosekuzzjoni ta' dawn ir-reati; jistieden lill-Istati Membri jirrieżaminaw id-dritt kriminali tagħhom biex jiżguraw li jiġu definiti u rikonoxxuti forom ġodda ta' vjolenza diġitali;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  In-depth analysis – 'Empowering women on the Internet', European Parliament, Directorate-General for Internal Policies, Policy Department C – Citizens' Rights and Constitutional Affairs, Committee on Women's Rights and Gender Equality, October 2015.

(2)  ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 75.

(3)  ĠU C 36, 29.1.2016, p. 18.

(4)  ĠU C 93, 9.3.2016, p. 120.

(5)  ĠU C 349, 17.10.2017, p. 56.

(6)  ĠU C 66, 21.2.2018, p. 44.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/33


P8_TA(2018)0103

Implimentazzjoni tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, l-Istrument tal-Għajnuna Umanitarja u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, l-Istrument tal-Għajnuna Umanitarja u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (2017/2258(INI))

(2019/C 390/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 3(5) u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 208 sa 211 u 214 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra s-Sħubija Globali dwar Kooperazzjoni Effettiva għall-Iżvilupp, adottata fil-Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effettività tal-Għajnuna fil-Busan fl-2011 u mġedda fil-Laqgħa ta' Livell Għoli f'Nairobi fl-2016,

wara li kkunsidra t-Tielet Konferenza Dinjija tan-NU dwar it-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri, li ġiet organizzata f'Sendai (il-Ġappun) bejn l-14 u t-18 ta' Marzu 2015,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tan-NU bit-titolu "Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli", adottata fis-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fi New York fil-25 ta' Settembru 2015, u s-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) inklużi fiha,

wara li kkunsidra s-Summit Umanitarju Dinji li ġie organizzat f'Istanbul fit-23 u l-24 ta' Mejju 2016, u l-ftehim "Grand Bargain"li ntlaħaq minn xi wħud mill-akbar donaturi u fornituri tal-għajnuna,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE (1) ffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, kif rivedut fil-25 ta' Ġunju 2005 u fit-22 ta' Ġunju 2010,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (3),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (4),

wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji Barranin li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("il-Ftehim Intern"),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/322 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (5),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (6),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 (7),

wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja tal-2007 (8),

wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew ġdid għall-Iżvilupp tas-7 ta' Ġunju 2017 (9),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Ġunju 2017 dwar l-involviment tal-UE mas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet esterni,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2016 dwar it-titjib tal-effikaċja tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 bit-titolu "il-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika: l-implikazzjonijiet għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja" (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar ir-Rapport 2015 tal-UE dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili: l-involviment tal-Ewropa b'appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli (13),

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 18/2014 dwar is-Sistemi ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati, tal-EuropeAid,

wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2017 bit-titolu "Mid-term Review Report of the External Financing Instruments"(Rapport ta' Reviżjoni ta' Nofs it-Terminu dwar l-Istrumenti ta' Finanzjament Estern) (COM(2017)0720), u d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni relatati, "Evaluation of the Development Cooperation Instrument"(Evalwazzjoni tal-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp) (SWD(2017)0600) u "Evaluation of the 11th European Development Fund"(Evalwazzjoni tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp) (SWD(2017)0601),

wara li kkunsidra l-Evalwazzjoni Esterna tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (rapport finali ta' Ġunju 2017), ikkummissjonata mill-Kummissjoni minn tim ta' kuntratturi esterni,

wara li kkunsidra l-Evalwazzjoni Esterna tal-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (rapport finali ta' Ġunju 2017), ikkummissjonata mill-Kummissjoni minn tim ta' kuntratturi esterni,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Frar 2018 dwar Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020 (COM(2018)0098),

wara li kkunsidra l-"Coherence report– Insights from the External Evaluation of the External Financing Instruments"(Rapport ta' koerenza - Għarfien mill-Evalwazzjonijiet Esterni tal-Istrumenti ta' Finanzjament Estern) (rapport finali ta' Lulju 2017), ikkummissjonat mill-Kummissjoni minn tim ta' kuntratturi esterni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0118/2018),

A.

billi mill-adozzjoni tal-Istrumenti ta' Finanzjament Estern (EFIs), il-qafas ta' politika internazzjonali u tal-UE nbidel b'mod sinifikanti mal-adozzjoni ta' strumenti ewlenin bħall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima, l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa, il-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri 2015-2030 u l-Aġenda għall-Umanità; billi l-UE kellha rwol ewlieni fin-negozjati ta' dawn l-istrumenti;

B.

billi t-Trattat ta' Lisbona, l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), flimkien mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja, il-Kunsens Ewropew il-ġdid għall-Iżvilupp u l-prinċipji ta' Busan rigward l-effikaċja tal-iżvilupp, jiddeterminaw l-istrateġija tal-UE dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja; billi, barra minn hekk, il-Kunsill adotta Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea, li tittratta, fost l-oħrajn, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp;

C.

billi skont l-Artikolu 214 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja, l-għajnuna umanitarja jenħtieġ li tingħata skont il-prinċipji umanitarji tal-umanità, in-newtralità, l-indipendenza u l-imparzjalità u trid tkun iggwidata minn approċċ ibbażat fuq il-ħtiġijiet; billi l-għajnuna umanitarja jenħtieġ li ma tkunx għodda għall-ġestjoni ta' kriżijiet;

D.

billi l-politika ta' żvilupp jenħtieġ li tikkomplementa l-politika estera u l-ġestjoni tal-migrazzjoni tal-UE, filwaqt li tiżgura li l-finanzjament għall-iżvilupp jintuża biss għal objettivi u skopijiet relatati mal-iżvilupp u mhux biex ikopri spejjeż relatati mal-ilħuq ta' objettivi differenti, bħall-politiki li jirrigwardaw il-kontroll fil-fruntieri jew dawk ta' kontra l-migrazzjoni;

E.

billi l-objettiv ewlieni tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) huwa li jnaqqas u, fuq medda ta' żmien twil, jeqred il-faqar fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp li ma jibbenefikawx minn finanzjament taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), l-IstrumentEwropew tal-Viċinat (ENI) jew l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), sabiex jipprovdi appoġġ tematiku lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet lokali f'pajjiżi sħab fil-qasam tal-beni u l-isfidi pubbliċi globali relatati mal-iżvilupp, u jappoġġja s-sħubija strateġika bejn l-Afrika u l-UE; billi d-DCI huwa l-istrument ġeografiku ewlieni fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-baġit tal-UE, b'allokazzjoni ta' EUR 19,6 biljun għall-perjodu 2014-2020;

F.

billi l-objettiv ewlieni tal-FEŻ huwa li jnaqqas u, fuq medda ta' żmien twil, jeqred il-faqar fir-reġjun Afrikan, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u jikseb l-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi u territorji barranin (OCTs); billi l-FEŻ huwa l-istrument ewlieni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, b'allokazzjoni ta' EUR 30,5 biljun għall-11-il FEŻ għall-perjodu 2014-2020;

G.

billi l-objettiv ewlieni tal-Istrument ta' Għajnuna Umanitarja (HAI) huwa li jipprovdi għajnuna, serħan u protezzjoni lill-persuni affettwati minn diżastri u emerġenzi simili naturali jew ikkawżati mill-bniedem, filwaqt li jagħmel enfasi fuq l-aktar vittmi vulnerabbli irrispettivament min-nazzjonalità, ir-reliġjon, is-sess, l-età, l-oriġini etnika jew l-affiljazzjoni politika, u f'konformità mal-ħtiġijiet reali, mal-prinċipji umanitarji internazzjonali u mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja;

H.

billi l-HAI jestendi lil hinn mill-kompitu ewlieni tal-operazzjonijiet ta' salvataġġ biex jinkludi serħan għal dawk affettwati minn kriżijiet itwal, xogħol ta' riabilitazzjoni u rikostruzzjoni fuq terminu qasir, tħejjija għal diżastri u jindirizza l-konsegwenzi tal-movimenti tal-popolazzjoni;

I.

billi kooperazzjoni għall-iżvilupp effettiva titlob approċċi innovattivi, filwaqt li tagħti lid-donaturi l-kapaċità li jirreaġixxu malajr għal sitwazzjonijiet lokali, jaħdmu ma' organizzazzjonijiet lokali u jappoġġjaw negozji u intraprendituri lokali, speċjalment fl-aktar pajjiżi fqar u f'dawk l-aktar fraġli; billi s-sistema ta' awditu tal-UE jenħtieġ li tagħti lid-donaturi l-flessibbiltà li jieħdu ammont raġonevoli ta' riskju f'tali proġetti, filwaqt li ttejjeb il-kapaċità tal-UE li tirreaġġixxi malajr u tipprovdi għajnuna effettiva;

J.

billi l-UE hija d-donatur ewlieni fid-dinja tal-għajnuna għall-iżvilupp u dik umanitarja; billi, permezz ta' din l-għajnuna, l-UE tippromwovi sforzi sabiex jitnaqqas il-faqar u jiġu promossi l-interessi u l-valuri fundamentali globali u tal-UE;

K.

billi s-Summit bejn l-Unjoni Afrikana u l-UE li sar f'Abidjan fid-29 u t-30 ta' Novembru 2017 ikkonferma r-rieda li tiġi stabbilita sħubija ġenwina, modernizzata, globalizzata u ambizzjuża, filwaqt li jinħolqu l-kundizzjonijiet politiċi u ekonomiċi għal ugwaljanza reali;

L.

billi kien hemm żieda esponenzjali fl-għadd ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp konklużi ma' pajjiżi terzi, inklużi ċ-Ċina, ir-Russja, it-Turkija, il-Brażil u l-Indja;

M.

billi l-istabbiliment mill-ġdid u l-estensjoni tal-hekk imsejħa "global gag rule"u t-tnaqqis tal-fondi għall-organizzazzjonijiet li jipprovdu lin-nisa u lit-tfajliet servizzi li jirrigwardaw l-ippjanar tal-familja, is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi huma ta' tħassib serju;

N.

billi l-gvernijiet ta' pajjiżi terzi għandhom aspettattivi reali f'dak li għandu x'jaqsam ma' azzjoni rapida, effettività u indirizzar tal-bżonn urġenti li jinżammu sħubiji ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp b'saħħithom; billi jeħtieġ li jiġu żviluppati ekonomiji miftuħa u produttivi f'pajjiżi sħab, filwaqt li jitqiesu ċirkostanzi ġodda u partijiet ikkonċernati ekonomiċi ġodda fl-arena internazzjonali;

O.

billi minħabba n-nuqqas ta' involviment tar-Renju Unit wara l-2020, il-Brexit se jwassal għal tnaqqis fil-baġit tal-UE ta' bejn 12 u 15 %;

P.

billi l-evalwazzjonijiet tal-FEŻ u tad-DCI jikkonfermaw li l-użu ta' strumenti ġeografiċi u tematiċi differenti b'mod koerenti huwa fil-fatt possibbli;

Q.

billi l-evalwazzjoni tal-11-il FEŻ tiddikjara li "hemm theddida reali li l-FEŻ se jkollu jirrispondi għal aġendas li jbegħduh mill-objettiv primarju tiegħu li jnaqqas il-faqar, li huwa diffiċli biex dawn jirrikonċiljaw mal-valuri fundamentali tal-FEŻ u jinkludu dak li jagħmel b'mod tajjeb", li "minkejja l-konsultazzjonijiet, l-opinjonijiet tal-gvern u ta' [organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili] (b’xi eċċezzjonijiet notevoli bħal fir-reġjun Paċifiku), rarament tqiesu fl-għażliet ta' programmazzjoni"u li "għalhekk, il-programmazzjoni tal-11-il FEŻ użat approċċ minn fuq għal isfel biex tapplika l-prinċipju ta' konċentrazzjoni iżda għad-detriment tal-prinċipju ċentrali tas-sħubija tal-Ftehim ta' Cotonou";

R.

billi skont l-evalwazzjoni tal-11-il FEŻ, sa April 2017, kważi EUR 500 miljun mir-riżerva tal-FEŻ intefqu sabiex jiġi appoġġjat id-dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja tal-Kummissjoni (ECHO) tal-Kummissjoni, kważi EUR 500 miljun ġew allokati f'appoġġ ta' emerġenza għal pajjiżi individwali u EUR 1,5 biljun intefqu għall-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika; billi l-FEŻ jikkontribwixxi wkoll għall-Fond Ewropew il-ġdid għall-Iżvilupp Sostenibbli;

S.

billi l-evalwazzjoni tad-DCI tiddikjara li "id-DCI jibqa', b'mod ġenerali, rilevanti u xieraq, kemm meta dan jiġi adottat kif ukoll fin-nofs tal-implimentazzjoni tiegħu. Ġeneralment, dan huwa konformi ma' dokumenti ta' politika ġodda (pereżempju l-Kunsens Ewropew il-ġdid għall-Iżvilupp u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli) għalkemm l-implimentazzjoni ta' ċerti prijoritajiet tista' tkun diffiċli fil-format attwali tiegħu";

T.

billi meta ġew adottati l-EFIs tal-2014-2020, il-Parlament esprima preferenza għal EFI distint iddedikat għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp u talab id-delimitazzjoni tal-fondi tal-iżvilupp f'każ li jiġi bbaġitjat il-FEŻ;

U.

billi b'referenza għall-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika, l-evalwazzjoni tal-FEŻ tiddikjara li "meta mqabbel ma' proġetti tal-FEŻ standard, iż-żmien imqassar ta' tħejjija u ta' approvazzjoni, l-involviment indirett tal-UE fl-implimentazzjoni tal-proġett u l-fatt li dawn il-proġetti joriġinaw mit-tħassib prijoritarju tal-UE pjuttost milli bħala rispons għall-objettivi fit-tul tal-[pajjiżi sħab], kollha jqajmu tħassib dwar l-effettività u s-sostenibbiltà probabbli tal-proġetti tal-[Fondi Fiduċjarju ta' Emerġenza għall-Afrika] tal-UE u dwar il-kapaċità tal-UE li tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tagħhom";

V.

billi l-fluss finanzjarju mill-Unjoni lejn il-pajjiżi li jibbenefikaw minn strumenti finanzjarji għall-iżvilupp huwa aktar baxx mir-rimessi li jsiru privatement mid-dijaspora minn dawk l-istess pajjiżi li jgħixu fl-Ewropa;

W.

billi minkejja li rċeviet biljuni ta' euros mill-FEŻ għal bosta snin u minkejja t-tħassib serju tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja tagħha, il-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika ma kinitx parti mill-evalwazzjoni tal-FEŻ; billi l-Faċilita għall-Paċi fl-Afrika ilha ma tiġi evalwata mill-2011;

X.

billi skont l-evalwazzjonijiet rispettivi tagħhom u r-rapport ta' reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Kummissjoni dwar l-EFIs, huwa diffiċli li jitkejlu l-effettività globali u l-impatt fit-tul tad-DCI u l-FEŻ fl-ilħuq tal-objettivi tagħhom minħabba l-limitazzjonijiet serji fid-definizzjoni ta' sistemi xierqa ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ u fil-valutazzjoni tar-rwol li qdew fatturi esterni, u l-firxa tal-pajjiżi u t-temi kkonċernati; billi skont l-evalwaturi, it-taħlit jimmobilizza biss riżorsi addizzjonali f'50 % tal-każijiet;

Y.

billi l-Parlament kellu jħabbat wiċċu ma' skadenzi qosra ħafna għall-iskrutinju tal-abbozz ta' miżuri ta' implimentazzjoni; billi dawn l-iskadenzi ma jqisux b'mod xieraq il-karatteristiċi tal-attivitajiet parlamentari; billi, xi drabi, dan kien aggravat mill-fatt li l-Parlament irċieva abbozz ta' miżuri ta' implimentazzjoni wara l-iskadenza jew qabel il-perjodi ta' vaganzi, li saħansitra rrestrinġa aktar il-kapaċità tiegħu li jeżerċita b'mod adegwat is-setgħat ta' skrutinju tiegħu;

Z.

billi l-UE rrikonoxxiet l-importanza tas-sħubiji mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (CSOs) f'relazzjonijiet esterni; billi dan jinkludi l-involviment ta' CSOs fil-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-EFIs;

Fatti u sejbiet tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-implimentazzjoni tad-DCI, il-FEŻ u l-HAI

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.

Jilqa' l-fatt li l-evalwazzjonijiet tad-DCI, il-FEŻ u l-HAI juru li, meta tfasslu, l-objettivi ta' dawn l-istrumenti kienu fil-parti l-kbira tagħhom rilevanti għall-prijoritajiet ta' politika u li, b'mod ġenerali, dawn jaqdu l-funzjoni tagħhom u huma allinjati mal-valuri u l-objettivi tal-SDGs; jirrimarka li d-diskrepanza fil-finanzjament annwali għall-ilħuq tal-SDGs huwa ta' USD 200 biljun;

2.

Jinnota li xi pajjiżi fejn joperaw programmi ġeografiċi tal-FEŻ u d-DCI raw progress fit-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp tal-bniedem u dak ekonomiku u matul dawn l-aħħar għaxar snin, filwaqt li għal oħrajn, is-sitwazzjoni għadha kritika;

3.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-prijoritajiet tad-DCI u l-FEŻ huma allinjati mal-valuri u l-objettivi tal-SDGs, minħabba r-rwol instrumentali li l-UE kellha fl-adozzjoni tagħhom, u li dan il-fatt ffaċilita u ssimplifika bil-bosta r-reviżjoni ta' nofs it-terminu ta' dawn l-istrumenti;

4.

Jinnota li fl-ewwel snin tal-implimentazzjoni tagħhom, id-DCI u l-FEŻ ippermettew lill-UE tirrispondi għal kriżijiet u ħtiġijiet ġodda bis-saħħa tan-natura wiesgħa tal-objettivi tal-istrumenti; jinnota, madankollu, li multiplikazzjoni ta' kriżijiet u l-emerġenza ta' prijoritajiet politiċi ġodda poġġew pressjoni finanzjarja fuq id-DCI, l-FEŻ u l-HAI, l-istrumenti kellhom joperaw sal-limiti tagħhom u wasslu għad-deċiżjoni li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ad-hoc ġodda bħal fondi fiduċjarji, li hemm bosta tħassib serju dwarhom, jiġifieri fir-rigward tat-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont demokratiku u n-nuqqas ta' rabta tagħhom mal-objettivi ta' żvilupp; ifakkar fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli li ġie adottat riċentement, li nħoloq sabiex jipprovdi kapaċità ta' ingranaġġ ulterjuri;

5.

Jinsab sodisfatt bil-koerenza interna miżjuda fi ħdan id-DCI u l-FEŻ, l-aktar minħabba valutazzjonijiet ta' kwalità għolja, proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet armonizzati u konċentrazzjoni fis-setturi;

6.

Jinnota li hemm każijiet fejn l-appoġġ tal-baġit għadu jiġi kkritikat minħabba n-nuqqas tiegħu ta' adegwatezza u effiċjenza, meta fil-verità dan huwa forma ta' appoġġ li tikkorrispondi għal kunċett modern ta' kooperazzjoni li huwa ferm adatt għal sħubiji ta' żvilupp ġenwini, jagħmel possibbli l-appartenenza tal-pajjiżi sħab u għandu l-vantaġġ li huwa flessibbli u effiċjenti; jitlob, għalhekk, li tittieħed azzjoni sabiex tissaħħaħ is-sħubija politika u istituzzjonali li tippromwovi l-għoti tal-appoġġ tal-baġit, filwaqt li jinsisti fuq governanza ekonomika effettiva u rispett għall-valuri demokratiċi; jirrimarka li l-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp trid tiġi implimentata b'mod li jqis ix-xewqat tal-pajjiżi u tal-popolazzjonijiet li għandhom bżonnha, filwaqt li tiżgura l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u li dawn jassumu r-responsabbiltà għall-applikazzjoni trasparenti u effiċjenti tagħha;

7.

Jinnota l-fatt li għadd kbir ta' pajjiżi saru pajjiżi b'introjtu medju għoli (UMICs), bir-riżultat li dawn iggradwaw mill-kooperazzjoni bilaterali taħt id-DCI jew irċevew għotjiet imnaqqsa ta' kooperazzjoni bilaterali taħt il-FEŻ, peress li l-għajnuna għall-iżvilupp flimkien ma' politiki nazzjonali ta' suċċess jistgħu jwasslu għal riżultati pożittivi; ifakkar li l-faqar u l-iżvilupp huma multidimensjonali, u li ż-żamma tal-PDG bħala l-uniku indikatur għall-iżvilupp hija insuffiċjenti; jinnota wkoll li peress li l-maġġoranza tan-nies l-aktar foqra fid-dinja jgħixu f'pajjiżi b'introjtu medju, fejn jippersistu l-inugwaljanzi, l-irtirar f'daqqa tal-għajnuna għall-pajjiżi b'introjtu medju jista' jnaqqas l-ilħuq tal-SDGs; jinsisti, għalhekk, fuq il-ħtieġa li dawn il-pajjiżi jibqgħu jiġu appoġġjati f'din il-fażi delikata fi triqithom lejn żvilupp akbar;

8.

Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-għajnuna għall-iżvilupp tintuża skont l-iskop oriġinali tagħha, filwaqt li jitqiesu b'mod xieraq il-prinċipji dwar l-effikaċja tal-għajnuna u l-iżvilupp; itenni li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE jenħtieġ li tkun konformi mal-pjanijiet u mal-bżonnijiet tal-pajjiżi sħab;

9.

Jenfasizza li l-interessi domestiċi tal-UE fuq terminu qasir (is-sigurtà u l-migrazzjoni) jenħtieġ li taħt l-ebda ċirkostanza ma jixprunaw l-aġenda ta' żvilupp tagħha, u li l-prinċipji dwar l-effikaċja tal-għajnuna u l-iżvilupp jenħtieġ li jiġu rrispettati bis-sħiħ u applikati għall-forom kollha ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp;

10.

Jinnota li l-Kummissjoni kkonkludiet li l-koerenza fost l-istrumenti tista' tittejjeb billi dawn jiġu ssimplifikati; jenfasizza li ma saret l-ebda referenza għal tali sejba f'xi waħda mill-evalwazzjonijiet differenti;

11.

Jinsab imħasseb dwar is-sejbiet tal-evalwaturi li jikkonċernaw in-nuqqas ta' sistemi ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni, li jagħmilha diffiċli sabiex jitkejlu r-riżultati; jenfasizza, min-naħa l-oħra, id-diversi sejbiet pożittivi relatati mal-politiki għall-iżvilupp ta' awditi tal-UE li twettqu mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA); ifakkar l-osservazzjonijiet li saru mill-QEA fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 18/2014 dwar is-sistemi ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati tal-EuropeAid; jistieden lill-Kummissjoni tuża din l-okkażjoni sabiex tkompli ttejjeb is-sistema qafas tar-riżultati skont ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-QEA;

12.

Jinsab sorpriż mid-diskrepanza bejn ir-riżultati tal-evalwazzjoni u l-konklużjonijiet li għamlet il-Kummissjoni fir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tagħha; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-problemi serji tan-nuqqas ta' sħubija tal-istrumenti u r-riskju ta' devjazzjoni tal-fokus mit-tnaqqis tal-faqar mhuma indirizzati bl-ebda mod fil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, minkejja li dawn huma element ewlieni tal-evalwazzjoni;

13.

Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas tad-data disponibbli jew in-natura limitata tagħha; jinnota li n-nuqqas ta' sistema ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni lil hinn mill-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs) u l-SDGs jagħmilha impossibbli li l-bidliet jitkejlu b'mod preċiż, pereżempju fir-rigward tal-flessibbiltà tal-istrument jew il-livell ta' konsistenza ma' strumenti oħra;

14.

Jinnota wkoll li n-nuqqas ta' kapitolu ta' finanzjament li jkun imfassal b'mod espliċitu biex iħeġġeġ dibattitu politiku, b'referenza partikolari għall-appoġġ għall-partiti politiċi, ma jwassalx għall-ilħuq tal-miri ta' żvilupp sostenibbli;

15.

Jitlob titjib fir-rapportar billi dan jipproduċi b'mod awtomatiku statistika u indikaturi;

16.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni ma ħatfitx l-opportunità ppreżentata mir-reviżjoni ta' nofs it-terminu biex tadatta l-politiki tagħha għar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kunsens Ewropew il-ġdid għall-Iżvilupp fir-rigward tal-appoġġ għal biedja agroekoloġika fuq skala żgħira u sostenibbli; jinnota li, għall-kuntrarju ta' dan, il-miżuri proposti saħansitra jinkludu aktar appoġġ għal biedja u negozji agrikoli fuq skala kbira;

DCI

17.

Jenfasizza li r-rilevanza tal-DCI tinsab primarjament fil-flessibbiltà tiegħu li jirrispondi għal avvenimenti mhux previsti fir-rigward tal-għażla tal-metodi ta' programmazzjoni u ta' implimentazzjoni kif ukoll fir-rigward ta' riallokazzjonijiet fl-istrumenti u bejniethom u tal-użu ta' fondi ta' riżerva; jenfasizza li l-flessibbiltà fil-programmazzjoni multiannwali ppermettiet ukoll li t-tul tal-perjodu ta' programmazzjoni jiġi adatt għas-sitwazzjoni fil-prattika, sabiex ikun hemm riallokazzjoni rapida tal-finanzjament f'każ ta' bidliet kbar, u jintużaw miżuri speċjali;

18.

Jilqa' l-fatt li l-evalwazzjonijiet issottolinjaw ir-rilevanza strateġika tal-programm tematiku tad-DCI, b'mod partikolari fil-kapaċità tiegħu li jippromwovi l-azzjonijiet globali fuq il-beni pubbliċi;

19.

Jieħu nota tal-modalitajiet ta' simplifikazzjoni, armonizzazzjoni u implimentazzjoni usa' introdotti fir-Regolament (UE) Nru 236/2014 dwar regoli komuni għall-implimentazzjoni tal-EFIs, li waslu għal aktar effikaċja fid-DCI; jisħaq fuq il-fatt li r-Regolament (UE) Nru 233/2014 li jistabbilixxi d-DCI ma jipprovdix dettalji dwar sistema ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni għall-kejl tal-prestazzjoni tal-istrument; jinsab estremament imħasseb dwar il-fatt li l-proċeduri ta' implimentazzjoni, li xi wħud minnhom joriġinaw mir-Regolament Finanzjarju, għadhom meqjusa bħala twal u ta' piż żejjed, filwaqt li dan jagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-UE u jżid l-interess għal approċċi meħuda minn ċerti pajjiżi li huma meqjusa li jiddependu fuq formalitajiet u kundizzjonijiet f'livell ferm inqas; ifakkar, f'dan il-kuntest, li xi wħud minn dawn il-proċeduri joriġinaw mir-Regolament Finanzjarju, u mhux mill-EFIs, filwaqt li rekwiżiti oħra huma bbażati fuq l-applikazzjoni ta' prinċipji fundamentali ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, bħas-sħubija u s-sjieda;

20.

Jinnota li d-dokumenti ta' ħidma tal-Kummissjoni juru li l-ammonti mħallsa huma pjuttost baxxi meta mqabbla mal-ammonti impenjati; jenfasizza li din hija problema kbira fejn hija kkonċernata l-"kompetizzjoni"għal għajnuna għall-iżvilupp; jitlob, għalhekk, komunikazzjoni aħjar dwar l-għażliet ta' finanzjament, sabiex jiġi żgurat li s-sħab tal-UE jiġi infurmati; jitlob sabiex il-partijiet ikkonċernati lokali, inklużi l-impjegati taċ-ċivil, jingħataw taħriġ dwar il-kumpilazzjoni ta' dokumenti tal-UE, sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu fl-aħjar pożizzjoni biex jissodisfaw il-kriterji u b'hekk iżidu l-possibbiltajiet tagħhom li jagħmlu applikazzjonijiet tal-proġett b'suċċess; jinnota li tali taħriġ jista' jkun immirat ukoll lejn it-titjib tar-rispons għas-sejħiet ta' proġetti minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra;

21.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tad-DCI tindika r-riskju ta' nuqqas meqjus ta' konformità mar-rekwiżit għall-allokazzjoni ta' mill-anqas 20 % ta' assistenza taħt id-DCI għal servizzi soċjali bażiċi bħas-saħħa, u għall-edukazzjoni sekondarja u servizzi soċjali oħra, meta dawn il-ħtiġijiet huma essenzjali għall-iżvilupp ta' dawn il-pajjiżi; jinsab imħasseb ukoll dwar l-appoġġ inadegwat mogħti lis-sistemi tas-saħħa nazzjonali, kif ukoll in-nuqqas ta' data fir-rigward tar-riżultati miksuba b'rabta mal-finanzjament għall-edukazzjoni; itenni l-impenn li sar fil-Kunsens Ewropew il-ġdid għall-Iżvilupp li mill-inqas 20 % tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tal-UE (ODA) tiġi allokata għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bnedmin;

22.

Jinsab sodisfatt bl-objettivi u r-riżultati tal-programm tematiku ddedikat lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (CSOs) u l-awtoritajiet lokali (LAs), u jitlob li jinżamm fi strumenti futuri; jinsab imħasseb b'mod serju, madankollu, dwar l-ispazju dejjem jonqos mogħti lis-CSOs u l-LAs fil-fażijiet ta' programmazzjoni u implimentazzjoni tal-programmi, u jitlob rwol imsaħħaħ għal dawn il-korpi, inkluż bħala fornituri tas-servizz, kif ukoll aktar modalitajiet ta' kooperazzjoni mfassla apposta u approċċ aktar strateġiku; jissottolinja li l-iżvilupp ta' dawn il-pajjiżi jista' jinkiseb bis-sħiħ permezz ta' kooperazzjoni ma' awtoritajiet lokali leġittimi;

23.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta politiki li jħeġġu l-involviment tad-dijaspora Afrikana bħala parti kkonċernata ewlenija għall-iżvilupp;

FEŻ

24.

Jinnota li l-FEŻ għandu rwol importanti fl-indirizzar tal-qerda tal-faqar u l-kisba tal-SDGs; jinnota, madankollu, li l-evidenza ta' progress hija aktar dgħajfa fil-livell reġjonali u li l-FEŻ ma stabbiliex b'mod konsistenti sinerġiji u koerenza solidi fil-progammi nazzjonali, reġjonali u ta' kooperazzjoni intra-AKP kollha tiegħu;

25.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li r-reviżjoni ta' nofs it-terminu ma koprietx il-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika, li ilha ma tiġi evalwata b'mod xieraq għal bosta snin; iqis li fi żminijiet meta qed issir enfasi politika dejjem akbar fuq ir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp, tfassil ta' politika bbażat fuq l-evidenza huwa essenzjali;

26.

Jilqa' l-fatt li l-FEŻ wera li huwa xieraq għall-użu tiegħu f'ambjent li qed jinbidel b'mod rapidu bis-saħħa ta' ċiklu tal-ippjanar imnaqqas, proċeduri simplifikati u ġestjoni tal-baġit imtejba; jinnota, madankollu, li dan għadu mhuwiex adatt għalkollox għal kuntest mibdul u li l-proċeduri jibqgħu kemxejn riġidi u ta' piż;

27.

Jinnota li l-ħtiġijiet u n-natura differenti ħafna tal-gruppi tal-pajjiżi AKP u OCTs koperti mill-FEŻ iqajmu mistoqsijiet dwar l-appoċċ "wieħed tajjeb għal kulħadd"li jikkaratterizza l-għażla tal-proċeduri u l-modalitajiet, u fl-aħħar mill-aħħar dwar il-kamp ta' applikazzjoni territorjali tal-FEŻ; ifakkar il-ħtieġa għal sħubija ġdida u ġenwina bejn membri ugwali, bid-drittijiet tal-bniedem bħala l-fokus ewlieni;

28.

Jinnota li l-FEŻ iffaċċja pressjoni biex jindirizza numru dejjem jiżdied ta' domandi politiċi, bħas-sigurtà u l-migrazzjoni, li l-allinjament tagħhom mal-valuri u l-prinċipji ewlenin tal-FEŻ tal-politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni tal-UE, jiġifieri l-qerda tal-faqar, hija diffiċli;

HAI

29.

Jinsab sodisfatt li l-HAI kiseb l-objettiv tiegħu li tiġi pprovduta għajnuna f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza abbażi ta' rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali pubbliku, filwaqt li jiġi żgurat li l-għajnuna umanitarja mhijiex strumentalizzata u li l-prinċipji tal-umanita, l-imparzjalità, in-newtralità u l-indipendenza huma rispettati;

30.

Jinnota li l-għadd ta' kriżijiet u diżastri umanitarji indirizzati mill-HAI żdied b'mod sinifikanti f'dawn l-aħħar ftit snin, li wassal għall-użu sħiħ tar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza u għall-ħtieġa li jintużaw fondi addizzjonali, u li mhuwiex probabbli li din is-sitwazzjoni tara titjib f'perjodu taż-żmien qasir sa medju minħabba l-għadd dejjem akbar ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi li jaffettwaw bosta żoni madwar id-dinja kollha; jinnota li dan jindika l-ħtieġa għal żieda sostanzjali fir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza u għal użu aktar rapidu u aktar flessibbli tar-riżorsi kollha disponibbli;

31.

Iqis li l-persuni u l-komunitajiet jenħtieġ li jibqgħu l-miri u l-partijiet ikkonċernati ewlenin tal-HAI, u li approċċ flessibbli, ikkoordinat, speċifiku għall-kuntest li jikkunsidra l-opinjonijiet tal-gvernijiet u l-awtoritajiet lokali, kif ukoll tal-komunitajiet lokali, tal-organizzazzjonijiet reliġjużi orjentati lejn l-iżvilupp, u tal-atturi tas-soċjetà ċivili, jenħtieġ li jiġi adottat fiċ-ċirkostanzi kollha; jissottolinja li l-parti l-kbira ta' dawn l-organizzazzjoniet, inklużi l-organizzazzjonijiet tad-dijaspora bbażati fl-Ewropa, iwettqu xogħol siewi f'diversi oqsma kritiċi u jistgħu jipprovdu valur miżjud għall-għajnuna umanitarja;

32.

Ifakkar li l-abort mhux sikur huwa elenkat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bħala waħda mit-tliet kawżi ewlenin ta' mewt marbuta mal-maternità; ifakkar l-bażi legali ddikjarata fuq bażi internazzjonali għad-dritt għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet għall-vittmi ta' vjolenza sesswali u ta' persuni f'kunflitti;

Rakkomandazzjonijiet għall-bqija tal-perjodu ta' implimentazzjoni

33.

Jenfasizza li d-DCI, il-FEŻ u l-HAI jenħtieġ li jiġu implimentati fid-dawl tal-qafas ta' politika internazzjonali u tal-UE l-ġdid, inklużi l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima, l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa u l-Aġenda għall-Umanità;

34.

Ifakkar li l-SDGs iridu jintlaħqu madwar id-dinja permezz ta' sforzi konġunti u sħubija tal-atturi internazzjonali kollha, inklużi n-nazzjonijiet fil-fażi tal-iżvilupp u dawk żviluppati u organizzazzjonijiet internazzjonali; jisħaq fuq il-fatt li, fil-livell tal-UE, dan jitlob politiki interni u esterni mfassla u implimentati b'mod konġunt, koerenti u kkoordinat, skont il-prinċipji tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD); iqis li l-PCD trid tkun fattur ewlieni fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-EFIs u fl-adozzjoni ta' politiki u strumenti oħra tal-UE minħabba l-interkonnessjoni bejn il-politiki interni u esterni tal-UE; huwa tal-opinjoni, madankollu, li l-koerenza globali bejn l-istrumenti jenħtieġ li tkompli tittejjeb, b'mod partikolari billi jittejbu l-koerenza u l-koordinazzjoni bejn programmi ġeografiċi u tematiċi u billi jinkisbu koordinazzjoni u komplementarjetà akbar ma' politiki oħra tal-UE;

35.

Jinsab inkwetat għall-fatt li l-UMICs li ggradwaw mill-FEŻ u d-DCI jistgħu jiffaċċjaw diskrepanza tal-likwidità li tpoġġihom f'sitwazzjoni ta' vulnerabbiltà; jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti fuq il-konsegwenzi, tqis miżuri li jipprevjenu effetti negattivi, u tiffaċilita l-aċċess tal-UMICs għal EFIs imfassla apposta għall-bżonnijiet tagħhom, b'mod partikolari bl-għan li tintensifika l-isforzi sabiex ittejjeb il-governanza tajba permezz tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-frodi tat-taxxa u l-impunità, filwaqt li tiżgura r-rispett lejn l-istat tad-dritt u l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet ħielsa u ġusti, tiżgura aċċess ugwali għall-ġustizzja u tindirizza d-dgħufijiet istituzzjonali; jirrikonoxxi l-ħidma mwettqa minn EUROsociAL f'dan il-qasam; jisħaq, madankollu, fuq il-ħtieġa li tiġi pprijoritizzata l-allokazzjoni tal-għotjiet għall-pajjiżi l-inqas żviluppati (LDCs) li huma suxxettibbli għal instabbiltà, jiffaċċjaw ostakoli strutturali sinifikanti għall-iżvilupp sostenibbli u għalhekk jiddependu bil-bosta fuq finanzjament pubbliku internazzjonali;

36.

Huwa tal-opinjoni li l-EFIs jenħtieġ li jkomplu jappoġġjaw direttament lis-CSOs kemm tal-UE kif ukoll dawk lokali, lill-komunitajiet lokali, lill-gvernijiet lokali u reġjonali kif ukoll lill-awtoritajiet lokali f'pajjiżi sħab u s-sħubiji tagħhom mal-gvernijiet lokali u reġjonali Ewropej, u jiffaċilitaw b'mod sistematiku l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fi djalogi ma' bosta partijiet ikkonċernati dwar politiki tal-UE u dwar il-proċessi ta' programmazzjoni kollha fl-istrumenti kollha; iqis, barra minn hekk, li l-UE jenħtieġ li tippromwovi r-rwol tas-CSOs bħala gwardjani kemm fl-UE kif ukoll barra minnha u tappoġġja riformi ta' deċentralizzazzjoni f'pajjiżi sħab; jilqa', f'dan il-kuntest, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tapprofondixxi u tikkonsolida l-ħidma kontinwa biex tibni sħubiji u djalogu mas-soċjetà ċivili li taħdem fl-iżvilupp u ttejjeb l-involviment fi djalogu u l-involviment tan-netwerks tas-CSOs fit-tfassil tal-politika u l-proċessi tal-UE; ifakkar li l-UE jenħtieġ li tappoġġja konsolidazzjoni demokratika billi tidentifika mekkaniżmi li jappoġġjaw l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet f'pajjiżi terzi, sabiex tikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni u t-titjib ta' standards istituzzjonali għall-ġestjoni tal-beni pubbliċi;

37.

Jikkonferma d-determinazzjoni tiegħu li jimmonitorja t-twettiq tal-impenn tal-UE li tkompli tipprovdi appoġġ għall-iżvilupp tal-bniedem sabiex jittejbu l-ħajjiet tan-nies, b'mod konformi mal-SDGs; ifakkar li, fil-każ tad-DCI, dan jirriżulta fil-ħtieġa li mill-inqas 20 % tal-għajnuna tiġi allokata għal servizzi soċjali bażiċi, b'enfasi fuq is-saħħa u l-edukazzjoni, u għall-edukazzjoni sekondarja; jinsab imħasseb, għalhekk, dwar il-fatt li fi żmien meta għad hemm dubji dwar l-ilħuq tal-objettiv ta' 20 % ta' żvilupp tal-bniedem, il-Kummissjoni qed tiddevja l-fondi mill-iżvilupp tal-bniedem lejn l-investiment;

38.

Jitlob l-applikazzjoni stretta ta' prekundizzjonijiet li jippermettu l-użu effettiv tal-appoġġ tal-baġit u għal monitoraġġ aktar sistematiku ta' din il-modalità ta' għajnuna f'pajjiżi sħab, sabiex jittejbu r-responsabbiltà, it-trasparenza, l-effettività tal-għajnuna, u l-allinjament tal-appoġġ tal-baġit mal-objettivi tiegħu;

39.

Iwissi kontra rikors abużiv għal fondi fiduċjarji, li jhedded l-ispeċifiċità tal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE; jinsisti li dawn jenħtieġ li jintużaw biss meta jiġi ggarantit il-valur miżjud tagħhom meta mqabbla ma' modalitajiet oħra ta' għajnuna, speċjalment f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, u l-użu tagħhom jenħtieġ li dejjem ikun konformi mal-prinċipji dwar l-effikaċja tal-għajnuna u mal-objettiv primarju tal-politika tal-iżvilupp: il-qerda tal-qafar; huwa mħasseb dwar il-fatt li l-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u donaturi oħra għal fondi fiduċjarji kienu aktar baxxi milli mistenni, b'konsegwenzi negattivi għall-effikaċja tagħhom; ifakkar il-ħtieġa għal skrutinju parlamentari ta' dawn il-fondi; jinsab imħasseb b'mod serju dwar is-sejbiet tal-evalwazzjoni tal-FEŻ dwar l-effikaċja tal-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika;

40.

Ifakkar li l-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura t-trasparenza meta jintużaw il-fondi fiduċjarji, fost l-oħrajn, billi tipprovdi lill-Parlament aġġornamenti ta' informazzjoni regolari u tiżgura l-involviment xieraq tiegħu fi strutturi ta' governanza rilevanti, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE; ifakkar, barra minn hekk, li l-fondi fiduċjarji jridu japplikaw il-firxa sħiħa ta' prinċipji ta' effikaċja fl-iżvilupp, jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-prijoritajiet, il-prinċipji u l-valuri għal żvilupp fit-tul, ma' strateġiji nazzjonali u tal-pajjiżi tal-UE u ma' strumenti u programmi oħra rilevanti, u li jenħtieġ li jiġi ppubblikat, darbtejn fis-sena, programm ta' monitoraġġ li jivvaluta dan l-allinjament; ifakkar li, għaldaqstant, l-għan tal-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika huwa li jindirizza l-kawżi prinċipali tal-migrazzjoni billi jippromowovi r-reżiljenza, l-opportunitajiet ekonomiċi, l-opportunitajiet indaqs, is-sigurtà u l-iżvilupp;

41.

Ifakkar li l-baġit allokat għall-azzjoni esterna tal-UE ġie kontinwament mobilizzat u rinfurzat, bl-eżawriment tal-marġnijiet kollha disponibbli sabiex jiġi indirizzat l-għadd dejjem jiżdied ta' emerġenzi umanitarji; huwa tal-opinjoni li f'dan il-kuntest ta' bosta kriżijiet u inċertezza, l-EFIs jeħtieġ li jkollhom biżżejjed flessibbiltà biex ikunu jistgħu jaġġustaw ruħhom malajr għal prijoritajiet li qed jinbidlu u avvenimenti mhux previsti, u biex jiksbu r-riżultati fil-prattika; jirrakkomanda, għaldaqstant, użu intelliġenti tar-riżerva tal-EFIs jew il-fondi mhux użati, aktar flessibbiltà fil-programmazzjoni pluriennali, kombinazzjoni xierqa ta' modalitajiet ta' finanzjament u aktar simplifikazzjoni fil-livell tal-implimentazzjoni; jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li aktar flessibbiltà jenħtieġ li ma tinkisibx għad-detriment tal-effikaċja u tal-prevedibbiltà tal-għajnuna u lanqas tal-prijoritajiet ġeografiċi u tematiċi fit-tul, jew tal-impenji biex jinżammu r-riformi f'pajjiżi sħab;

42.

Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta l-HAI b'mod konsistenti mal-impenji umanitarji, mal-impenji miftiehma fil-Grand Bargain fis-Summit Umanitarju Dinji, u mal-konklużjonijiet tar-Rapport Speċjali tal-QEA Nru 15/2016 (14); jistieden lill-Kummissjoni sabiex, b'mod partikolari, iżżid it-trasparenza fil-proċedura tal-għażla strateġika tal-programmazzjoni u l-finanzjament, tagħti l-attenzjoni dovuta lill-kosteffikaċja tal-azzjonijiet, mingħajr ma tikkomprometti l-objettivi ta' għajnuna umanitarja u r-rieda li tingħata għajnuna lil dawk l-aktar vulnerabbli u filwaqt li żżomm il-kapaċità biex ittejjeb il-monitoraġġ biex issostni l-urġenza umanitarja billi tilħaq lil dawk l-aktar vulnerabbli u topera fejn il-ħtiġijiet huma l-aktar urġenti, ittejjeb il-monitoraġġ matul l-implimentazzjoni, talloka aktar finanzjament għal dawk li jintervjenu fuq livell nazzjonali u lokali, tnaqqas il-burokrazija permezz ta' rekwiżiti ta' rapportar armonizzati, u tipprevedi fuq bażi pluriennali f'termini ta' strateġija, il-programmazzjoni u l-finanzjament, sabiex jiġu żgurati aktar prevedibbiltà, flessibbiltà, rapidità u kontinwità fir-rispons umanitarju;

43.

Jinsisti fuq il-fatt li l-għajnuna umanitarja jenħtieġ li tkompli tiġi allokata għal gruppi ta' popolazzjoni f'żoni ta' kriżi, u li l-atturi umanitarji jenħtieġ li jkollhom aċċess bla xkiel għal vittimi f'żoni ta' kunflitt u f'pajjiżi vulnerabbli sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom;

44.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li, minbarra rispons immedjat għall-kriżijiet umanitarji, il-HAI, flimkien u f'komplementarjetà mad-DCI u l-FEŻ u fid-dawl tar-rabta bejn l-għajnuna umanitarja u l-iżvilupp, jibni reżiljenza għal xokkijiet futuri billi jippromwovi strateġiji u strutturi ta' twissija bikrija u prevenzjoni, jipprovdi benefiċċji għall-iżvilupp sostenibbli fuq terminu twil f'konformità mal-ħtieġa li tinħoloq rabta bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp, u jiffoka fuq kriżijiet minsija b'rispett sħiħ għall-prinċipju li ma jitħalla ħadd barra;

45.

Jinnota li l-komplementarjetà bejn l-istrumenti ta' żvilupp u l-HAI trid tittejjeb, b'mod partikolari fil-kuntest tar-rabta bejn l-għajnuna umanitarja u l-iżvilupp, l-approċċ strateġiku ġdid għar-reżiljenza u l-impenn tal-UE għat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u t-tħejjija għalihom, mingħajr ma timmina l-objettivi u l-mandati tagħhom;

46.

Ifakkar li l-iżvilupp jikkomplementa l-għajnuna umanitarja bl-għan li jipprevjeni xokkijiet u kriżijiet;

47.

Jitlob ir-rikonoxximent tal-ispeċifiċità tal-għajnuna umanitarja fil-baġit tal-UE, li jinvolvi l-ħtieġa li tiġi żgurata r-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza bħala strument flessibbli għar-rispons għal kriżijiet ġodda b'fondi suffiċjenti;

48.

Huwa tal-opinjoni li d-delegazzjonijiet tal-UE jenħtieġ li jkunu aktar involuti fl-għażliet ta' programmazzjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp taħt l-EFIs differenti li huma jimmaniġġjaw; iqis li dan jippermetti titjib fil-komplementarjetà u s-sinerġiji, u żieda fl-allinjament mal-ħtiġijiet u mas-sjieda tal-pajjiżi sħab;

49.

Jinsisti fuq il-ħtieġa ta' riżorsi umani xierqa fis-sede tal-Kummissjoni u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u fid-delegazzjonijiet tal-UE, kemm f'termini ta' numri kif ukoll f'għarfien espert fl-iżvilupp u fl-għajnuna umanitarja;

50.

Mhuwiex sodisfatt bl-iskadenza qasira ħafna mogħtija għall-iskrutinju tal-abbozz tal-miżuri ta' implimentazzjoni mill-Parlament taħt id-DCI; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmodifika r-Regoli ta' Proċedura tad-DCI u tal-Kumitati għall-Għajnuna Umanitarja sa Diċembru 2018 sabiex il-Parlament u l-Kunsill jingħataw aktar żmien biex jeżerċitaw is-setgħat ta' skrutinju tagħhom b'mod xieraq;

51.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-SEAE jżidu u jtejbu l-koordinazzjoni tad-donaturi permezz ta' programmazzjoni konġunta u implimentazzjoni konġunta ma' Stati Membri u donaturi oħra, f'konformità mal-programmi ta' żvilupp nazzjonali ta' pajjiżi sħab, taħt it-tmexxija u l-koordinazzjoni tad-delegazzjonijiet tal-UE;

52.

Jitlob li l-Parlament ikollu skrutinju politiku akbar fir-rigward tad-dokumenti ta' programmazzjoni tal-11-il FEŻ bħala mezz biex jittejbu t-trasparenza u r-responsabbiltà;

Rakkomandazzjonijiet għall-arkitettura ta' wara l-2020 tad-DCI u l-FEŻ, u għall-implimentazzjoni futura tal-HAI

53.

Itenni l-awtonomija tal-politiki tal-iżvilupp u umanitarji tal-UE, li huma bbażati fuq bażijiet legali speċifiċi rikonoxxuti fit-Trattati u jistabbilixxu valuri u objettivi li huma speċifiċi u li jenħtieġ li ma jiġux subordinati għall-istrateġija ġeopolitika tal-UE, u li jenħtieġ li jkunu dejjem allinjati mal-priniċpji dwar l-effikaċja tal-iżvilupp, u fil-każ ta' għajnuna umanitarja, mal-prinċipji tal-umanità, l-imparzjalità, in-newtralità u l-indipendenza;

54.

Jisħaq fuq il-ħtieġa assoluta li jinżammu strumenti tal-iżvilupp u tal-għajnuna umanitarja separati li jirrispettaw il-prinċipji ewlenin tal-iżvilupp, fid-dawl tas-sejbiet tal-evalwazzjoni tal-FEŻ u d-DCI dwar in-nuqqas ta' sħubija u t-theddida għall-objettiv ċentrali tat-tnaqqis tal-faqar fi ħdan il-qafas il-ġdid tal-bidla fil-prijoritajiet ta' politika;

55.

Ifakkar li l-FEŻ, id-DCI u l-HAI huma kkaratterizzati minn eżekuzzjoni pożittiva tal-baġit u huma essenzjali biex juru solidarjetà internazzjonali, filwaqt li jikkontribwixxu għall-kredibbiltà tal-UE fix-xena globali; iqis li, irrispettivament minn bidliet jew fużjonijiet strutturali possibbli fir-rigward ta' dawn l-istrumenti, inkluża l-inklużjoni possibbli tal-FEŻ fil-baġit, l-approprjazzjonijiet globali tal-QFP li jmiss jenħtieġ li jiżdiedu, filwaqt li jenħtieġ li ma jiddgħajfux il-kriterji għall-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA), u li l-arkitettura futura tal-istrumenti ta' finanzjament estern jenħtieġ li tinkludi inkorporazzjoni aktar trasparenti tal-fondi fiduċjarji u tal-faċilitajiet, iggwidata mill-prinċipji ewlenin ta' sjieda demokratika u l-effikaċja tal-iżvilupp, kif ukoll il-possibbiltà li jitkompla l-Pjan ta' Investiment Estern abbażi ta' evalwazzjoni li turi kemm l-addizzjonalità tal-iżvilupp kif ukoll l-impatt soċjali, ambjentali u fuq id-drittijiet tal-bniedem tagħha;

56.

Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment jikkonkludu ftehim interistituzzjonali mal-Parlament dwar it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-iskrutinju parlamentari abbażi tal-prinċipji ta' politika stabbiliti fil-Kunsens Ewropew il-ġdid għall-Iżvilupp, minħabba l-bidla fil-modalitajiet tal-għajnuna minn għotjiet diretti għall-fondi fiduċjarji u l-finanzjament imħallat, inkluż permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli;

57.

Jenfasizza l-istampa pożittiva li l-komunità internazzjonali għandha tal-UE bħala attur globali kooperattiv, li, madankollu, hemm ir-riskju li din tiġi mxekkla mill-burokrazija żejda u d-dewmien burokratiku; huwa tal-opinjoni li dan jikkontribwixxi għas-setgħa ta' persważjoni tal-UE fir-relazzjonijiet internazzjonali, li titlob politika tal-iżvilupp b'saħħitha u awtonoma wara l-2020 bi strumenti għall-iżvilupp differenzjati;

58.

Jenfasizza li t-tnaqqis, u fuq terminu twil, il-qerda tal-faqar, flimkien mal-implimentazzjoni tal-SDGs u l-Ftehim ta' Pariġi u l-protezzjoni tal-ġid komuni globali, jenħtieġ li jikkostitwixxu l-objettivi primarji tal-politika tal-iżvilupp tal-UE u tal-istrumenti għall-iżvilupp tagħha, b'attenzjoni speċjali għal dawk l-aktar f'riskju;

59.

Jisħaq fuq il-fatt li l-arkitettura ta' wara l-2020 tad-DCIs u tal-FEŻ u l-implimentazzjoni tal-HAI jridu jiġi allinjati mal-impenji internazzjonali tal-UE, inklużi l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-SDGs, il-Ftehim ta' Pariġi, u l-qafas ta' politika tal-UE, inkluż il-Kunsens Ewropew il-ġdid għall-Iżvilupp, l-Istrateġija Globali l-ġdida għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-UE u l-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja;

60.

Iqis li l-arkitettura tal-EFIs il-ġodda jenħtieġ li tqis il-funzjonament tajjeb ippruvat tal-EFIs attwali, l-eliġibbiltà tal-ODA u l-ħtieġa li jintlaħqu l-SDGs;

61.

Iqis li l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u d-dimensjoni globali ta' bosta SDGs jitolbu approċċ politiku ġdid, fejn l-atturi politiċi kollha, kemm mill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp kif ukoll minn dawk żviluppati, jeħtiġilhom jagħmlu ħilithom biex jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-SDGs permezz ta' politiki interni u esterni konsisteni u kkoordinati, u jqis li l-EFIs il-ġodda ta' wara l-2020 u l-Kunsens Ewropew il-ġdid għall-Iżvilupp se jkunu strumentali għal dan il-għan;

62.

Jinsab konvint bl-importanza li jiġi promoss approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u fuq il-prinċipji għall-iżvilupp, u b'hekk jiġu promossi l-prinċipji demokratiċi, il-valuri fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem mad-dinja kollha; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jikkombinaw b'mod xieraq l-għajnuna taħt l-EFIs u d-djalogu politiku, kemm b'mod bilaterali kif ukoll fil-qafas ta' ogranizzazzjonijiet reġjonali u globali, sabiex jippromwovu dawn il-prinċipji, valuri u drittijiet;

63.

Iqis li huwa essenzjali li l-protezzjoni ambjentali orizzontali u transsettorjali u l-opportunitajiet li joffru l-politiki ambjentali jiġu inklużi fil-politiki kollha tal-iżvilupp; jiddispjaċih dwar il-fatt li ma sarx biżżejjed progress f'termini tal-integrazzjoni tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi; iħeġġeġ, barra minn hekk, biex l-impenji tal-ftehim ta' Pariġi jiġu riflessi bis-sħiħ fl-istrumenti u l-programmi futuri, akkumpanjati minn monitoraġġ adegwat; iqis, għalhekk, li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima jenħtieġ li taqdi rwol dejjem aktar importanti fil-kuntest tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp;

64.

Iqis li jeħtieġ li jitwettaq eżerċizzju relatat mat-"tagħlimiet miksuba"sabiex jiġu identifikati n-nuqqasijiet fi, u tittejjeb, il-koordinazzjoni tal-EFIs tal-UE mal-istrumenti ta' finanzjament ta' istituzzjonijiet internazzjonali oħra, sabiex jinħolqu sinerġiji u jiżdied l-impatt tal-istrumenti ta' finanzjament fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp;

65.

Iqis li huwa meħtieġ li jiżdiedu l-livelli attwali tal-ODA tal-UE fl-arkitettura futura tal-EFIs ta' wara l-2020 u li tiġi żviluppata skeda ta' żmien ċara, sabiex l-UE tkun tista' tonora l-impenn kollettiv tagħha li tipprovdi 0,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) fl-ODA u talloka 0,2 % tal-ODA/ING lill-pajjiżi l-anqas żviluppati; jilqa', f'dan il-kuntest, il-komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni dwar il-QFP il-ġdid; ifakkar lill-Istati Membri dwar il-ħtieġa li jirrispettaw l-impenn tagħhom biex jikkontribwixxu 0,7 % tal-ING tagħhom fl-ODA; ifakkar il-ħtieġa li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi dwar il-kisba ta' element medju ta' għotjiet fl-ODA totali ta' 86 %.

66.

Huwa tal-opinjoni li, mingħajr preġudizzju għaż-żieda fil-flessibbiltà u/jew fir-riżervi, l-arkitettura ta' wara l-2020 tal-EFIs jenħtieġ li tkompli tipprevedi taħlita ta' programmi pluriennali ġeografiċi kif ukoll tematiċi, li jippermettu azzjonijiet ta' żvilupp fuq skali differenti; iqis li l-appoġġ għall-kooperazzjoni reġjonali u għall-integrazzjoni tal-pajjiżi sħab huwa fattur importanti li huwa meħtieġ sabiex jinqered il-faqar u jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli fit-tul;

67.

Jisħaq fuq il-fatt li l-azzjoni ta' żvilupp estern tal-UE trid tkun ibbażata fuq kombinazzjoni bbilanċjata b'mod xieraq ta' flessibbiltà u prevedibbiltà ta' għajnuna għall-iżvilupp, fuq bażi ta' finanzjament suffiċjenti; jirrikonoxxi, fl-istess ħin, li l-prevedibbiltà tal-għajnuna għall-iżvilupp tista' tinkiseb, fost l-oħrajn, permezz tat-twaqqif ta' sistemi ta' twissija bikrija li jiffunzjonaw tajjeb fl-aktar pajjiżi vulnerabbli u dawk l-inqas reżiljenti;

68.

Huwa tal-opinjoni li t-trasferiment ta' fondi bejn l-objettivi u għal prijoritajiet li qed jinbidlu fi ħdan strument jenħtieġ li jseħħ biss abbażi tal-ħtiġjiet reali tal-pajjiżi sħab, mingħajr ma jiġu kompromessi l-prinċipji u l-objettivi tal-istrument u b'involviment adegwat tal-awtorità ta' monitoraġġ; jitlob, b'mod partikolari, distinzjoni ċara bejn finanzjament eliġibbli għal ODA u finanzjament ieħor mhux eliġibbli għal ODA; jiċħad bil-qawwa kwalunkwe trasferiment ta' fondi allokati għal attivitajiet tad-DAC għal programmi li ma jistgħux jitqiesu bħala ODA; jenfasizza l-ħtieġa li dan jiġi ssalvagwardjat fil-miri tal-ODA fir-regolamenti tal-EFI;

69.

Hu tal-opinjoni li l-arkitettura ta' wara l-2020 tal-EFIs jenħtieġ li tinkludi numru ta' parametri referenzjarji u allokazzjoni delimitata stretta, kif ukoll l-integrazzjoni ta' impenji biex jiġu żgurati fondi suffiċjenti għal prijoritajiet ewlenin;

70.

Iqis li ħtiġijiet mhux previsti jenħtieġ li jiġu koperti minn riżerva ta' kontinġenza mdaqqsa fl-EFIs differenti, u li fondi mhux impenjati jew diżimpenjati relatati ma' sena partikolari jenħtieġ li jiġu trasferiti lir-riżerva ta' kontinġenza għas-sena ta' wara;

71.

Ifakkar il-ħtieġa li jinżamm strument robust u indipendenti għall-għajnuna umanitarja, kif mitlub mill-kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja; iqis li jenħtieġ li tinżamm riżerva separata speċifikament għal għajnuna umanitarja, u li l-baġit rilevanti jenħtieġ li jiżdied biex iqis il-fatt li r-riżerva tal-għajnuna umanitarja ġiet attivata b'mod kostanti matul il-perjodu kurrenti tal-QFP; ifakkar li, filwaqt li jirrikonoxxi ripetutament l-isforzi tal-Kummissjoni biex tirrispondi għall-isfidi dejjem akbar, il-Parlament enfasizza b'mod regolari l-ħtieġa biex jiżdied il-finanzjament għall-għajnuna umanitarja u insista fuq l-eliminazzjoni tad-diskrepanza dejjem akbar bejn l-impenji u l-ħlasijiet u fuq it-titjib tal-effettività u r-reattività tal-għajnuna umanitarja u dik għall-iżvilupp disponibbli taħt il-baġit tal-UE;

72.

Jenfasizza li kwalunkwe kisba f'termini ta' flessibbiltà u simplifikazzjoni finanzjarja jenħtieġ li ma tinkisibx a skapitu ta' anqas kapaċità ta' monitoraġġ u skrutinju min-naħa tal-koleġiżlatur, li xxekkel il-prinċipji tar-responsabbiltà u tat-trasparenza; jisħaq fuq il-ħtieġa għal trasparenza fil-kriterji tal-allokazzjoni tal-fondi u fil-fażijiet kollha ta' programmazzjoni; huwa tal-opinjoni li l-arkitetturi tal-EFI l-ġdida jenħtieġ li tkun flessibbli u moderna, filwaqt li tippermetti l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi u tipproduċi riżultati ta' żvilupp għall-pajjiżi sħab;

73.

Jisħaq fuq il-fatt li l-flessibbiltà finanzjarja fl-EFIs il-ġodda jenħtieġ li testendi wkoll għall-flessibbiltà fil-pajjiżi sabiex l-OSĊ, in-negozji u l-intraprendituri lokali jingħataw għotjiet żgħar fuq bażi diskrezzjonali; iqis li l-Kummissjoni jenħtieġ li tirrevedi r-rekwiżiti ta' awditu attwali tagħha fir-rigward tal-għajnuna għall-iżvilupp sabiex tippermetti profil ta' riskju akbar għal għotjiet fuq skala żgħira, u dawk fil-pajjiżi;

74.

Iqis li l-politika tal-iżvilupp u l-objettivi umanitarji jenħtieġ li la jiġu sottomessi għall-objettivi ta' sigurtà tal-pajjiżi donaturi u tal-UE jew għall-kontrolli fil-fruntieri u lanqas għall-ġestjoni tal-flussi tal-migrazzjoni; iqis, f'dan is-sens, li l-ODA jenħtieġ li tintuża primarjament biex jittaffa l-faqar u li l-azzjonijiet u l-programmi li huma allinjati unikament mal-interessi ta' sigurtà nazzjonali jenħtieġ għalhekk li ma jiġux iffinanzjati permezz tal-finanzjament tal-iżvilupp; iqis li, fl-istess ħin, jeħtieġ li tiġi appoġġjata r-reżiljenza tal-pajjiżi sħab bl-għan li jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp sostenibbli;

75.

Iqis li, fil-QFP futur, in-nefqa għall-ilħuq tal-objettivi interni tal-UE taħt l-intestaturi tal-migrazzjoni, l-asil u s-sigurtà interna, minn naħa waħda, u immirati lejn l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-Kunsens Ewropew il-ġdid għall-Iżvilupp, min-naħa l-oħra, iridu jinżammu separati; huwa tal-fehma li l-amalgamazzjoni ta' dawn iż-żewġ intestaturi distinti toħloq ir-riskju ta' aktar strumentalizzazzjoni tal-għajnuna mill-UE, inkluż billi din issir tiddependi fuq il-kooperazzjoni fil-qafas tal-migrazzjoni;

76.

Jipproponi, f'dan il-kuntest, sabiex ir-reżiljenza soċjetali u tal-istat tkompli tissaħħaħ permezz tal-għajnuna għall-iżvilupp, u li jiġu ddedikati aktar mezzi finanzjarji u politiċi għall-prevenzjoni tal-kunflitti, għat-tħejjija għal diżastri u għat-teħid ta' azzjoni bikrija kemm fid-dawl tal-kunflitti kif ukoll tad-diżastri naturali;

77.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex ma tibbażax l-allokazzjonijiet tal-finanzjament għall-pajjiżi sħab u l-modalitajiet ta' finanzjament fuq il-PDG biss, iżda fuq firxa wiesgħa ta' kriterji, filwaqt li tqis l-iżvilupp tal-bniedem, id-drittijiet tal-bniedem u l-livelli ta' inugwaljanza;

78.

Itenni t-talba tiegħu għall-ibbaġitjar tal-FEŻ bħala għodda ewlenija sabiex tiġi żgurata koerenza bejn l-iżvilupp u politiki oħra tal-UE u sabiex jissaħħaħ l-iskrutinju baġitarju tal-Parlament; itenni li l-ibbaġitjar tal-FEŻ iġib vantaġġi bħal leġittimità demokratika u skrutinju aktar b'saħħithom tal-istrument, u viżibbiltà u trasparenza mtejba, filwaqt li jwassal għal aktar ċarezza dwar l-infiq tal-UE f'dan il-qasam, kif ukoll żieda fl-effiċjenza u fl-effikaċja tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE; ifakkar li d-dibattiti parlamentari dwar il-politika ta' żvilupp jassisitu liċ-ċittadini fl-implimentazzjoni tal-infiq tal-UE fuq l-għajnuna għall-iżvilupp;

79.

Jissottolinja li l-ibbaġitjar tal-FEŻ jenħtieġ li jkun akkumpanjat b'garanziji li jipprevjenu kwalunkwe trasferiment tal-fondi FEŻ preċedenti lejn linji baġitarji oħra u li dan jenħtieġ li jqis kwalunkwe donatur ta' pajjiż terz; jissottolinja, barra minn hekk, li l-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika jenħtieġ li tibqa' barra mill-baġit tal-UE u fi ħdan il-qafas ta' strument iddedikat;

80.

Jisħaq fuq il-fatt li l-ibbaġitjar tal-FEŻ jenħtieġ li jkun akkumpanjat b'żieda proporzjonali fil-limitu massimu miftiehem tal-baġit tal-UE, sabiex b'hekk dan la jwassal għal tnaqqis fl-impenn finanzjarju tal-UE għall-pajjiżi AKP u lanqas għal tnaqqis globali fl-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE fil-QFP ta' wara l-2020;

81.

Iqis li n-natura mifuħa tal-HAI wasslet għal riżultati pożittivi; jirrakkomanda, għalhekk, li jinżammu strumenti u baġits separati għall-azzjoni umanitarja u ta' żvilupp, filwaqt li jinżammu wkoll rabtiet b'saħħithom u strateġiċi bejn dawn iż-żewġ oqsma;

82.

Jenfasizza l-importanza li tiġi rinforzata l-leġittimità demokratika fl-arkitettura ta' wara l-2020 u l-ħtieġa li ssir reviżjoni tal-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jisħaq fuq il-fatt li f'din l-arkitettura l-ġdid ta' wara l-2020, il-koleġiżlaturi jenħtieġ li jingħataw is-setgħa li jeżerċitaw bis-sħiħ is-setgħa ta' skrutinju tagħhom kemm fil-livell legali kif ukoll f'dak politiku, fil-fażijiet tat-tfassil, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrumenti u l-programmi ta' implimentazzjoni tagħhom; jissottolinja li jrid jingħata biżżejjed żmien għal dan il-għan;

83.

Huwa tal-fehma li l-potenzjal għall-kooperazzjoni mal-Istati Membri fil-fażijiet tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi ta' żvilupp, b'mod partikolari permezz ta' programmazzjoni konġunta u abbażi ta' programmi ta' żvilupp nazzjonali u b'sinkronizzazzjoni magħhom, jenħtieġ li jiġi sfruttat bis-sħiħ;

84.

Jitlob valutazzjoni u reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-arkitettura ta' wara l-2020 tal-EFIs sabiex tkompli tittejjeb il-ġestjoni tagħhom, jiġu esplorati modi li bihom jinkisbu aktar koerenza u simplifikazzjoni, u jiġu żgurati rilevanza u allinjament kontinwi mal-prinċipji effettivi dwar l-iżvilupp; jitlob l-involviment tal-partijiet ikkonċernati f'dan l-eżerċizzju;

o

o o

85.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, kif ukoll lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1.

(4)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(5)  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 1.

(6)  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.

(7)  ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44.

(8)  ĠU C 25, 30.1.2008, p. 1.

(9)  ĠU C 210, 30.6.2017, p. 1.

(10)  Testi adottati, P8_TA(2016)0437.

(11)  Testi adottati, P8_TA(2016)0337.

(12)  ĠU C 86, 6.3.2018, p. 2.

(13)  ĠU C 208, 10.6.2016, p. 25.

(14)  Rapport Speċjali, Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 15/2016 "Il-Kummissjoni mmaniġġjat b'mod effettiv l-Għajnuna umanitarja pprovduta lil popolazzjonijiet milquta minn kunflitti fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani?’,"It-Tnejn, 4 ta' Lulju 2016.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/46


P8_TA(2018)0104

It-titjib tas-sostenibbiltà tad-dejn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar t-titjib tas-sostenibbiltà tad-dejn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2016/2241(INI))

(2019/C 390/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-taqsima dwar id-dejn u s-sostenibbiltà tad-dejn tal-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa (1),

wara li kkunsidra r-rapporti tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tat-22 ta' Lulju 2014, tat-2 ta' Awwissu 2016 u tal-31 ta' Lulju 2017 dwar is-sostenibbiltà tad-dejn estern u l-iżvilupp,

wara li kkunsidra l-prinċipji tal-Konferenza tan-NU dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp UNCTAD għall-għoti ta' self u l-assunzjoni ta' dejn sovrani b'mod responsabbli,

wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali tal-UNCTAD għar-Ristruttrar Sostenibbli ta' Dejn Sovran (April 2015),

wara li kkunsidra l-Linji Gwida Operattivi tal-G20 dwar il-Finanzjament Sostenibbli,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 68/304 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-9 ta' Settembru 2014 bit-titolu "Lejn l-istabbiliment ta' qafas ġuridiku multilaterali għall-proċessi ta' ristrutturar tad-dejn sovran",

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 69/319 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-10 ta' Settembru 2015 dwar il-prinċipji bażiċi tal-proċessi ta' ristrutturar tad-dejn sovran,

wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida dwar id-Dejn Barrani u d-Drittijiet tal-Bniedem ifformulati mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2015 dwar il-finanzjament għall-iżvilupp (2), b'mod partikolari l-paragrafi 10, 26, 40, 46 u 47 tagħha,

wara li kkunsidra l-istudji maħruġa mill-korp ta' riċerka "Global Financial Integrity"dwar l-iskala u l-kompożizzjoni tal-flussi finanzjarji illeċiti,

wara li kkunsidra l-liġi Belġjana tat-12 ta' Lulju 2015 kontra l-attivitajiet ta' fondi opportunistiċi ("Moniteur belge"tal-11 ta' Settembru 2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0129/2018),

A.

billi l-indirizzar tal-problemi ta' dejn sovran tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw huwa element importanti fil-kooperazzjoni internazzjonali u jista' jikkontribwixxi għall-ksib tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) f'pajjiżi li qed jiżviluppaw;

B.

billi l-ksib tal-SDGs fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jirrikjedi investimenti enormi u billi l-flussi attwali ta' finanzjament f'dan il-qasam iħallu distakk ta' madwar USD 2,5 triljun fis-sena (3);

C.

billi s-self huwa sors possibbli ta' finanzjament għall-iżvilupp; billi s-self għandu jkun responsabbli u prevedibbli; billi l-ispejjeż tiegħu jridu jiġu kkumpensati kompletament mir-rendiment fuq l-investiment, u r-riskji relatati mad-dejn iridu jiġu eżaminati bir-reqqa u għandhom jittieħdu miżuri biex dawn jiġu indirizzati;

D.

billi l-kriżi tad-dejn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fit-tmeninijiet u d-disgħinijiet u l-kampanja kbira ta' serħan mid-dejn wasslu biex il-FMI u l-Bank Dinji nedew l-Inizjattiva tal-Pajjiżi Fqar b'Ħafna Dejn (HIPC) u l-Inizjattiva Multilaterali tas-Serħan mid-Dejn (MDRI) sabiex dawn il-pajjiżi jkunu jistgħu jimxu 'l quddiem lejn il-ksib tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju;

E.

billi l-inizjattivi HIPC u l-MDRI mhumiex biżżejjed biex itemmu l-kriżi tad-dejn;

F.

billi dawn l-inizjattivi u ż-żieda enormi fil-prezzijiet tal-materja prima tejbu s-sitwazzjoni finanzjarja ta' ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw u billi r-rati tal-imgħax eċċezzjonalment baxxi wara l-kriżi finanzjarja tal-2008 kkontribwew ukoll għas-sostenibbiltà tad-dejn; billi, madankollu, il-prezzijiet tal-materja prima niżlu mill-2008; billi kriżi ta' dejn ġdida bdiet f'pajjiżi foqra, u l-Mozambique, iċ-Chad, il-Kongo u l-Gambja ma jistgħux iħallsu d-dejn tagħhom;

G.

billi kriżijiet ta' dejn ikkawżati mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima u l-volatilità tal-flussi tal-kapital jirrappreżentaw theddida kostanti għas-sostenibbiltà tad-dejn, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; li jkomplu jkunu dipendenti fuq l-esportazzjoni tal-prodotti bażiċi;

H.

billi kien hemm żieda fin-numru ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw ikklassifikati mill-FMI u mill-Bank Dinji bħala pajjiżi li qed jiffaċċjaw piż ta' dejn mhux sostenibbli jew li huma f'riskju għoli jew medju, u billi l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi b'introjtu baxx issa jiffurmaw parti minn waħda minn dawn il-kategoriji;

I.

billi, skont l-FMI, il-medja tar-rati ta' dejn fl-Afrika sub-Saħarjana żdiedet b'mod konsiderevoli, minn 34 % tal-PDG fl-2013 għal 48 % fl-2017;

J.

billi bosta pajjiżi, inklużi l-Etjopja, il-Gana u ż-Żambja, għandhom livelli ta' dejn li jammontaw għal 50 % tal-PDG, u billi dan jikkostitwixxi piż ta' dejn sinifikanti, meta wieħed iqis il-bażi baxxa tat-taxxa f'ħafna pajjiżi Afrikani;

K.

billi s-servizz tad-dejn bħala perċentwal tal-infiq tal-gvern żdied b'mod konsiderevoli mill-2013 'l hawn, u billi dan inaqqas b'mod sostanzjali l-opportunitajiet għall-investiment pubbliku;

L.

billi l-kuntest globali tad-dejn pubbliku nbidel b'mod kunsiderevoli matul dawn l-aħħar għaxar snin minħabba l-emerġenza ta' investituri privati, kif ukoll iċ-Ċina, bħala atturi ċentrali;

M.

billi l-kompożizzjoni tad-dejn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw inbidlet, hekk kif il-kredituri privati u l-kundizzjonijiet kummerċjali ħadu rwoli dejjem aktar importanti u l-esponiment għall-volatilità tas-swieq finanzjarji żdiedet, li għandha impatt fuq is-sostenibbiltà tad-dejn; billi, għalkemm is-self denominat fil-valuta nazzjonali effettivament ineħħi r-riskji tar-rata tal-kambju, tali faċilità tista' tirriżulta sfavorevoli jew mhux fattibbli meta jkun hemm riżervi insuffiċjenti ta' kapital nazzjonali;

N.

billi fost it-theddidiet għas-sostenibbiltà tad-dejn hemm mhux biss id-deterjorament tat-termini tal-kummerċ, id-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, l-iżviluppi sfavorevoli u l-volatilità fis-swieq finanzjarji internazzjonali, iżda wkoll is-self irresponsabbli, il-ġestjoni ħażina tal-finanzi pubbliċi, l-użu ħażin tal-fondi u l-korruzzjoni; billi l-mobilizzazzjoni aktar effettiva tar-riżorsi interni għandha potenzjal kbir li ttejjeb is-sostenibbiltà tad-dejn;

O.

billi huwa neċessarju li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa u t-trasferiment tal-għarfien fil-pajjiżi sħab;

P.

billi, għakemm il-prinċipji tal-UNCTAD għall-għoti ta' self u l-assunzjoni ta' debiti sovrani b'mod responsabbli u l-linji gwida operattivi tal-G20 dwar il-finanzjament sostenibbli huma mingħajr dubju siewja sabiex jitwaqqaf qafas regolatorju, għandha tingħata prijorità lill-projbizzjoni ta' prattiki irresponsabbli permezz tal-introduzzjoni ta' prinċipji trasparenti, arranġamenti dissważivi vinkolanti u inforzabbli kif ukoll, meta dawn ikunu ġustifikati, sanzjonijiet;

Q.

billi s-sostenibbiltà tad-dejn nazzjonali tiddependi mhux biss fuq l-istokk ta' dejn, iżda wkoll fuq fatturi oħra, bħall-garanziji finanzjarji espliċiti u impliċiti (obbligazzjonijiet kontinġenti) maħruġa mill-pajjiżi kkonċernati; billi s-sħubijiet pubbliċi-privati ta' spiss jinvolvu garanziji relatati, u jistgħu wkoll jagħtu lok għal riskji kbar ta' salvataġġ tal-banek fil-ġejjieni;

R.

billi analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn ma għandhiex tiffoka biss fuq kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, bħalma huma l-prospetti għal tkabbir ekonomiku futur tal-Istat debitur u l-kapaċità tiegħu li jonora d-dejn tiegħu, iżda trid tieħu inkunsiderazzjoni l-impatt tal-piż tad-dejn fuq il-kapaċità tal-pajjiż li jirrispetta d-drittijiet kollha tal-bniedem;

S.

billi ż-żieda fl-użu tas-sħubijiet pubbliċi-privati (PPPs) f'pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-ambitu tal-Pjan ta' Investiment Estern tal-UE u l-Patt tal-G20 mal-Afrika tista' żżid id-dejn tal-Istati; billi l-investituri PPP huma protetti permezz ta' trattati ta' investiment bilaterali, b'mod partikolari l-mekkaniżmi tagħhom għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat, li jippermettu lill-investituri jressqu kawżi kontra stati ospitanti;

T.

billi d-dejn odjuż magħmul minn reġimi sabiex ikunu possibbli prattiki jew tranżazzjonijiet korrotti li l-kredituri jagħrfuhom bħala tali qed jirriżultaw f'piż konsiderevoli għan-nies, b'mod partikolari dawk l-aktar vulnerabbli;

U.

billi t-trasparenza ta' self magħmul lill-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw hija essenzjali biex tiġi żgurata r-responsabbiltà tas-self; billi n-nuqqas ta' trasparenza kien fattur ewlieni li ffavorixxa s-self irresponsabbli magħmul lill-Mozambique, li kien organizzat mingħajr kontrolli serji fuq il-kapaċità tal-pajjiż li jħallas lura d-dejn u sussegwentement moħbi mis-swieq finanzjarji u mill-poplu tal-Mozambique;

V.

billi d-dejn odjuż huwa definit bħala dejn magħmul minn reġim u li jservi biex jiffinanzja azzjonijiet li jmorru kontra ċ-ċittadini tal-Istat, fatt li l-kredituri kienu konxji minnu, u billi dan jikkostitwixxi dejn personali tar-reġim li daħal għalih mal-kredituri li kienu kompletament konxji tal-intenzjoni ta' min qed jissellef; billi hemm nuqqas ta' kunsens fir-rigward ta' dan il-kunċett minħabba l-oppożizzjoni qawwija minn ċerti kredituri

W.

billi l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi nazzjonali qed tiġi mxekkla mill-evażjoni fiskali u l-kompetizzjoni fiskali dannuża u permezz tat-trasferiment tal-profitti korporattivi transnazzjonali; billi l-inizjattiva tal-OECD dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti (BEPS) hija risposta pożittiva iżda insuffiċjenti għal din is-sitwazzjoni; billi jeħtieġ li jitwaqqaf korp intergovernattiv għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-taxxa taħt l-awspiċi tan-NU biex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu jipparteċipaw ugwalment fir-riforma globali tar-regoli internazzjonali fis-seħħ fil-qasam tat-taxxa, kif mitlub mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (4);

X.

billi l-flussi finanzjarji illeċiti mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u mill-pajjiżi emerġenti huma stmati li jammontaw għal USD 1 triljun fis-sena u qed inixxfu kontinwament ir-riżorsi nazzjonali tagħhom, b'mod partikolari, dawk neċessarji għall-ksib tal-SDGs; billi dawn il-flussi jaġixxu bħala mutur ta' self barrani u jimminaw il-kapaċità li d-dejn jitħallas lura;

Y.

billi t-twettiq tal-Aġenda 2030 u l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa jeħtieġ li jiġu kkunsidrati għażliet ta' finanzjament ġodda għall-SDGs, bħal pereżempju l-istabbiliment ta' taxxi fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u taxxa fuq it-transazzjonijiet f'valuta barranija; billi, skont l-istimi tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI), taxxa fuq it-transazzjonijiet f'valuta barranija ta' 0,1 % tista' faċilment tiffinanzja l-SDGs kollha tal-pajjiżi b'introjtu baxx (LICs) u l-pajjiżi b'introjtu medju aktar baxx (LMICs) (5);

Z.

billi hemm ħtieġa li jiġu indirizzati l-flussi finanzjarji illeċiti sabiex jiġu eliminati b'mod definittiv sal-2030, fost l-oħrajn permezz tal-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali permezz ta' miżuri li jiffaċilitaw l-iżvelar tad-data fiskali lill-awtoritajiet kompetenti u t-trasparenza tat-taxxa kemm fil-pajjiżi ta' oriġini u kif ukoll ta' destinazzjoni;

AA.

billi l-arranġamenti eżistenti għat-trattament ta' inadempjenza fil-ħlas tad-dejn mill-pajjiżi huma fundamentalment differenti mill-proċeduri ta' insolvenza għall-kumpaniji stabbiliti f'ġurisdizzjonijiet nazzjonali, peress li ma hemm l-ebda arbitru imparzjali quddiem qorti; billi self fuq żmien qasir, marbut b'kundizzjonijiet u mħallas f'porzjonijiet, huwa pprovdut mill-FMI, li għandu l-kompitu li jiżgura l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja internazzjonali; billi l-Klabb ta' Pariġi ta' Stati kredituri jagħmel deċiżjonijiet dwar serħan mid-dejn biss għal dak li jikkonċerna s-self bilaterali uffiċjali mill-membri tiegħu; billi l-Klabb ta' Londra ta' kredituri privati jagħmel biss deċiżjonijiet dwar self bankarju kummerċjali mill-membri tiegħu; billi ma hemm l-ebda forum permanenti għal proċess deċiżjonali koordinat dwar ir-ristrutturar tad-dejn mill-kredituri kollha lil pajjiż f'diffikultà minħabba dejn;

AB.

billi l-FMI jibqa' il-forum prinċipali għad-diskussjoni ta' kwistjonijiet relatati mar-ristrutturar tad-dejn sovran, u għandu influwenza sinifikanti fuq l-UE u l-Istati Membri tagħha;

AC.

billi l-fondi opportunistiċi li jippruvaw jisfruttaw debituri f'diffikultà u li jinterferixxu fil-proċessi ta' ristrutturar tad-dejn ma għandhomx jitħallew jibbenefikaw minn appoġġ legali u ġudizzjarju għall-attivitajiet distruttivi tagħhom, u billi jridu jittieħdu aktar passi f'dan ir-rigward;

AD.

billi, għalkemm is-serħan mid-dejn ipprovda lill-pajjiżi b'introjtu baxx b'opportunitajiet ġodda, jeħtieġ li jiġi rrilevat li dan huwa intervent wieħed biex tiġi restawrata s-sostenibbiltà tad-dejn u ma jindirizzax il-kawżi ta' bażi tal-akkumulazzjoni ta' dejn mhux sostenibbli, u billi l-isfidi bħal korruzzjoni, istituzzjonijiet dgħajfin u vulnerabbiltà għax-xokkijiet esterni jridu jiġu indirizzati b'mod prijoritarju;

1.

Jenfasizza li l-faċilitajiet ta' kreditu responsabbli u previdibbli huma għodda indispensabbli għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex dawn jiġu żgurati futur dinjituż; jenfasizza, min-naħa l-oħra, li d-dejn sostenibbli huwa prekundizzjoni għall-kisba tal-Aġenda 2030; jinnota, madankollu, li l-finanzjament tad-dejn għandu jkun biss komplementarju u t-tieni l-aħjar għażla għall-istrumenti li ma joħolqux dejn bħad-dħul ġenerat mit-taxxi u t-tariffi u l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp, peress li l-finanzjament tad-dejn jinvolvi riskji ta' kriżi inerenti u sostanzjali li jeżiġu l-istabbiliment ta' istituzzjonijiet adegwati għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kriżijiet tad-dejn;

2.

Jenfasizza li l-aċċess għas-swieq finanzjarji internazzjonali jippermetti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiġbru fondi bil-għan li jinkisbu l-għanijiet ta' żvilupp;

3.

Jinnota bi tħassib li l-għoti ta' self lil pajjiżi foqra żdied b'mod drammatiku mill-2008; jibża' minn ċiklu ta' kriżi ġdida ta' dejn; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' aktar trasparenza, regolamentazzjoni aħjar ta' min isellef u ġustizzja fiskali u l-ħtieġa li jittieħdu passi li jippermettu lill-pajjiżi jkunu inqas dipendenti fuq l-esportazzjoni ta' materja prima;

4.

Jinnota li s-self huwa mod importanti ta' kif jingħata appoġġ lil investiment, li huwa vitali sabiex jinkiseb żvilupp sostenibbli, inklużi l-SDGs;

5.

Iqis li l-faċilitajiet ta' kreditu huma intrinsikament marbuta ma' forom oħra ta' finanzjament għall-iżvilupp, inklużi r-redditi mill-kummerċ, id-dħul mit-taxxa, ir-rimessi mill-migranti lejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ukoll l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp; ifakkar, b'mod partikolari, li l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi nazzjonali permezz tat-tassazzjoni hija l-aktar sors importanti ta' dħul għall-finanzjament tal-iżvilupp sostenibbli; iħeġġeġ lill-UE, f'dan ir-rigward, biex iżżid l-assistenza tagħha ta' bini tal-kapaċità fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex trażżan il-flussi finanzjarji illeċiti, tappoġġja sistema fiskali effiċjenti, progressiva u trasparenti b'mod konformi mal-prinċipji ta' governanza tajba u żżid l-assistenza tagħha biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni u tirkupra l-assi misruqa;

6.

Jinsab imħasseb dwar iż-żieda sostanzjali fid-dejn privat kif ukoll dak pubbliku f'ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw u dwar l-impatti negattivi tiegħu fuq il-kapaċità tagħhom li jiffinanzjaw l-infiq ta' investiment fis-saħħa, l-edukazzjoni, l-ekonomija u l-infrastruttura;

7.

Itenni li l-pjanijiet ta' aġġustament strutturali applikati fid-disgħinijiet għall-pajjiżi b'dejn eċċessiv ħallew effett ħażin fuq l-iżvilupp tas-setturi soċjali bażiċi u naqqsu l-kapaċità ta' dawk il-pajjiżi li jassumu r-responsabbiltajiet essenzjali li huma għandhom bħala nazzjonijiet sovrani biex jiżguraw is-sigurtà;

8.

Jenfasizza li l-miżuri ta' serħan mid-dejn ma għandhomx jostakolaw il-provvista ta' servizzi bażiċi u jfixklu r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem kollha, b'mod partikolari d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, u l-iżvilupp fl-Istat riċevitur;

9.

Iqis li r-responsabbiltà primarja għall-iżvilupp eċċessiv tad-dejn (estern) hija tal-politiċi li jiggvernaw il-pajjiżi inkwistjoni, iżda li d-debituri u l-kredituri jeħtieġ li jikkondividu r-responsabbiltà għall-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' dejn li mhuwiex sostenibbli; jissottolinja, b'mod aktar ġenerali, ir-responsabbiltà konġunta tad-debituri u l-kredituri biex jipprevjenu u jsolvu l-kriżi tad-dejn permezz ta' self aktar responsabbli;

10.

Jirrimarka li t-taħlit jista' jikkawża bużżieqa ta' dejn, prinċipalment fil-pajjiżi tal-Afrika Sub-Saħarjana u tal-Karibew, u jħalli tali pajjiżi bi dħul limitat biex ikunu jistgħu joneraw id-dejn; tistieden lid-donaturi, għaldaqstant, biex jagħtu l-maġġoranza tal-għajnuna tagħhom lill-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs) fil-forma ta' għotja; itenni li kwalunkwe deċiżjoni biex jiġi promoss l-użu ta' PPPs permezz tat-taħlit fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandha tkun ibbażata kemm fuq valutazzjoni bir-reqqa ta' dawn il-mekkaniżmi, b'mod partikolari f'termini ta' addizzjonalità finanzjarja u ta' żvilupp, trasparenza u rendikont, kif ukoll fuq il-lezzjonijiet meħuda mill-esperjenzi tal-passat; jitlob li r-reviżjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) tkun tinkludi kriterji ċari dwar is-sostenibbiltà tad-dejn;

11.

Jenfasizza l-importanza tad-definizzjoni ta' mekkaniżmi ta' salvagwardja sabiex l-obbligi kontinġenti tal-gvern jiġu impediti milli jdgħajfu s-sostenibbiltà tad-dejn ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw; iħeġġeġ, b'mod partikolari, il-banek ta' żvilupp multilaterali biex iwettqu valutazzjonijiet tal-impatt fiskali ex ante tar-riskju ta' proġetti ta' PPP (filwaqt li jiġu kkunsidrati r-riskji fiskali sħaħ tul il-ħajja tal-proġetti ta' PPP), sabiex ma tiġix imminata s-sostenibbiltà tad-dejn ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw; huwa tal-opinjoni li l-FMI u l-Bank Dinji għandhom jinkludu l-ispejjeż kollha tal-PPP fl-Analiżi tas-Sostenibbiltà tad-Dejn tagħhom;

12.

Iqis li r-regoli jew l-istrumenti fis-seħħ bħalissa huma insuffiċjenti jew, f'livelli differenti, mhux vinkolanti biżżejjed;

13.

Jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jiġġieldu b'mod attiv ir-rifuġji fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-flussi finanzjarji illeċiti, li kull ma jagħmlu hu li jżidu l-piż tad-dejn tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jikkooperaw mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jiġġieldu l-evitar tat-taxxa aggressiv, u biex ifittxu modi biex jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw ħalli dawn ikunu jistgħu jirreżistu l-pressjoni li jidħlu f'kompetizzjoni fiskali, peress li dan jikkawża dannu għall-mobilizzazzjoni tad-dħul nazzjonali għall-iżvilupp;

14.

Huwa tal-fehma li, meta l-użu ħażin ta' fondi pubbliċi huwa identifikat mill-awtoritajiet, il-kredituri għandhom jiskattaw miżuri ta' twissija, u fejn dawn ma jkunux effettivi, għandhom jimponu sanzjonijiet ta' sospensjoni jew anki jeżiġu li s-self jitħallas lura qabel ma t-terminu mniżżel fil-kundizzjonijiet tas-self jiskadi;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jippromwovu l-aċċess pubbliku għad-data dwar id-dejn sovran tagħhom u biex jappoġġjaw l-edukazzjoni soċjali f'dan il-qasam, peress li informazzjoni dettaljata dwar l-istat tal-finanzi pubbliċi hija rarament disponibbli għas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

16.

Jitlob li titfassal leġiżlazzjoni sabiex jiġi impedit l-għoti ta' self lil gvernijiet korrotti b'mod evidenti u li jiġi ssanzjonat kwalunkwe kreditur li konxjament jagħtihom self;

17.

Jitlob lill-Kummissjoni tfassal, f'koordinazzjoni mal-atturi internazzjonali maġġuri u l-pajjiżi kkonċernati, White Paper bi strateġija ġenwina intiża sabiex issalva l-pajjizi li qed jiżviluppaw mid-dejn eċċessiv billi tadotta approċċ multilaterali, tispeċifika d-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet ta' dawk kollha kkonċernati, kif ukoll tikkunsidra dispożizzjonijiet istituzzjonali l-aktar xierqa sabiex jiġi żgurat approċċ ekwu u sostenibbli għall-problema tad-dejn; jirrakkomanda t-tfassil ta' kodiċi ta' kondotta dwar il-ġestjoni tal-kreditu għall-atturi istituzzjonali, politiċi u privati;

18.

Josserva li l-biċċa l-kbira tal-għanjiet għall-iżvilupp sostenibbli huma simili għad-drittijiet tal-bniedem u għalhekk jikkostitwixxu għanfihom infushom fil-ġlieda kontra l-faqar, kuntrarjament għall-ħlas tad-dejn, li, min-naħa l-oħra, huwa biss mezz biex jintlaħaq l-għan;

19.

Japprova l-"prinċipji gwida dwar id-dejn barrani u d-drittijiet tal-bniedem"ifformulati mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, li skonthom id-dritt għall-ksib tal-għanjiet ta' żvilupp sostenibbli għandu jkollu prijorità fuq l-obbligu ta' ħlas tad-dejn; jistieden lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jippromwovu l-użu sistematiku tal-evalwazzjonijiet tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem fil-qafas tal-evalwazzjonijiet tas-sostennibbiltà tad-dejn magħmula mill-FMI u l-Bank Dinji;

20.

Jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jaderixxu ma' dawn il-prinċipji fis-self bilaterali tagħhom u meta jaġixxu fi ħdan l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali;

21.

Jinnota li l-analiżijiet tas-sostenibbiltà tad-dejn (DSA) tal-FMI u l-Bank Dinji huma normalment użati mill-persuni li jsellfu biex jiggwidawhom fis-self tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-iżvantaġġi tagħhom, b'mod partikolari l-monitoraġġ tad-dejn privat estern u n-nuqqas ta' integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

22.

Iħeġġeġ lill-partijiet interessati fil-qasam tal-iżvilupp jivvalutaw l-impatt tas-servizz tad-dejn fuq il-kapaċità ta' finanzjament ta' pajjiżi b'ħafna dejn fid-dawl tal-SDGs, li jridu jitwettqu sal-2030 u li jrid ikollhom prijorità fuq id-drittijiet tal-kredituri li b'mod konxju jagħtu self lill-gvernijiet korrotti;

23.

Jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-UNCTAD li jitwaqqaf Fond Afrikan għall-Istabbilizzazzjoni tal-Prezzijiet tal-Materja Prima sabiex titnaqqas il-ħtieġa li wieħed jirrikorri għal self meta jonqsu l-prezzijiet tal-komoditajiet;

24.

Jistieden lill-Istati Membri u l-pajjiżi kredituri rilevanti l-oħra biex jipprovdu aktar finanzjament għall-investimenti tal-SDG u biex iżommu l-wegħda ta' żmien ilu tagħhom li jipprovdu 0,7 % tal-ING tagħhom bħala għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp; Jitlobhom jipprovdu dan il-finanzjament fil-forma ta' għotjiet pjuttost milli self, fejn rapporti ta' evalwazzjoni jindikaw li l-ksib tal-SDGs huwa kompromess fuq żmien twil minħabba d-deterjorament fil-finanzi pubbliċi; iħeġġeġ pajjiżi kredituri, barra minn hekk, jistabbilixxu sorsi ġodda innovattivi u diversifikati ta' finanzjament biex jinkisbu l-SDGs, bħal taxxa fuq it-tranżazzjonijiet f'valuta barranija u taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, li jistgħu jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà tad-dejn ta' kull pajjiż, b'mod partikolari fi żminijiet ta' kriżi finanzjarja;

25.

Huwa mħasseb dwar ir-reviżjoni mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) tal-OECD tal-kriterji ta' rappurtar tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp, b'mod partikolari għall-istrumenti tas-settur privat, peress li kriterji ta' rapportar usa' joħolqu inċentivi għall-użu ta' ċerti modalitajiet ta' għajnuna, speċjalment self u garanziji; jinnota li, filwaqt li għaddejjin dawn id-diskussjonijiet, id-donaturi bħalissa huma diġà permessi jirrapportaw ċertu self u garanziji bħala għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp, mingħajr ma hemm fis-seħħ għadd ta' regoli miftiehma; jenfasizza l-ħtieġa li jinħolqu salvagwardji fir-rigward tat-trasparenza u d-dejn;

26.

Jenfasizza l-fatt li t-trasparenza għandha tiġi promossa sabiex tijieb ir-responsabbiltà tal-atturi konċernati; jenfasizza kemm l-importanza tal-iskambju ta' kemm id-data kif ukoll il-proċessi relatati man-negozjar mill-ġdid tad-dejn sovran;

27.

Japprova l-prinċipji definiti mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp għal politika responsabbli dwar il-kreditu, prinċipji li jenfasizzaw b'mod partikolari r-responsabbiltà konġunta bejn il-kredituri u min jissellef (il-prinċipji tal-UNCTAD għall-għoti u t-teħid responsabbli ta' self sovran) kif ukoll il-kontroll Parlamentari indispensabbli fl-operazzjonijiet ta' finanzjament pubbliku u jistieden lill-Unjoni Ewropea tappoġġja l-implimentazzjoni ta' dawn il-prinċipji; iqis li l-prinċipji tal-UNCTAD għall-għoti u t-teħid responsabbli ta' self għandhom isiru strumenti ġuridikament vinkolanti u inforzabbli;

28.

Iqis li t-trasparenza u r-responsabbiltà huma essenzjali biex jiġi appoġġjat is-self sovran responsabbli; jistieden, għal dan il-għan, lill-Istati Membri biex jibnu fuq l-impenji li saru fl-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa u fil-Linji Gwida Operazzjonali dwar il-Finanzjament Sostenibbli tal-G20 biex irendu dawk li jsellfu aktar responsabbli għas-self tagħhom, fuq il-bażi tal-prinċipji ta' trasparenza u responsabbiltà fis-seħħ li jipprevalu fl-industriji estrattivi (EITI - Inizjattiva għat-trasparenza tal-industriji estrattivi ); u jippromwovu d-disponibbiltà pubblika tad-data dwar id-dejn sovran, inklużi l-obbligi kontinġenti permezz tal-ġbir ta' din id-data f'reġistru pubbliku ċentralizzat; jistieden lill-Istati Membri biex sistematikament jippubblikaw informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' self tagħhom lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

29.

Jenfasizza l-ħtieġa li jintlaħaq qbil dwar regoli internazzjonali vinkolanti li jindirizzaw id-dejn odjuż u illeġittimu; huwa tal-fehma, għalhekk, li r-ristrutturar tad-dejn għandu jkun appoġġjat minn awditu indipendenti tad-dejn bħala mod biex wieħed jiddistingwi s-self illeġittimu u odjuż minn self ieħor; jenfasizza li s-self illeġittimu u odjuż għandu jiġi annullat;

30.

Jiddeplora r-rifjut fl-2015 tal-Istati Membri, wara l-adozzjoni tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2015 (6), li japprovaw ir-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 69/319 dwar il-prinċipji fundamentali tal-proċessi ta' ristrutturar tad-dejn sovran, li madankollu ġiet adottata b'maġġoranza fl-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-10 ta' Settembru 2015;

31.

Jenfasizza l-importanza tal-konsistenza ta' azzjoni meħuda fil-livell tal-FMI u fil-kuntest tan-NU u tal-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet fost l-Istati Membri bl-aħjar mod possibbli;

32.

Jenfasizza l-ħtieġa li tissolva l-kriżi tad-dejn b'mod ġust, rapidu u sostenibbli permezz tal-istabbiliment ta' mekkaniżmu internazzjonali ta' ristrutturar tad-dejn, li jibni fuq il-pjan direzzjonali tal-UNCTAD fuq ir-ristrutturar tad-dejn sovran u l-idea hekk imsejħa Stiglitz tal-Kummissjoni li jiġi stabbilit Ċentru Internazzjonali ta' Ristrutturar tad-Dejn (IDRC);

33.

Jitlob lill-Istati Membri jattivaw il-mandat adottat fir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 69/319 tal-10 ta' Settembru 2015 bil-għan li:

(a)

jinħolqu mekkaniżmi ta' twissija bikrija bbażati fuq ir-rappurtar ta' deterjorament usa' fis-sostenibbiltà tad-dejn, li għandhom jgħinu biex jiġu identifikati r-riskji u l-vulnerabbiltajiet ta' pajjiżi b'dejn kbir fi stadju bikri;

(b)

jiġi permess, f'koordinazzjoni mal-FMI, it-twaqqif ta' qafas legali multilaterali għar-ristrutturar organizzat u previdibbli tad-dejn sovran ta' stati sabiex jiġi evitat li dan id-dejn isir insostenibbli u sabiex tittejjeb il-prevedibbiltà għall-investituri; jkun hemm rappreżentanza ġusta tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-entitajiet deċiżjonali ta' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali;

(c)

jiġi żgurat li l-UE tappoġġja lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-attivitajiet kriminali, l-evitar tat-taxxa u l-ħasil tal-flus;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu f'fora internazzjonali u flimkien mas-settur privat biex jiżviluppaw qafas regolatorju li jiżgura trasparenza sħiħa tal-kundizzjonijiet li jirregolaw self lil pajjiżi li qed jiżviluppaw u s-sjieda ta' dan is-self, bħalma huma l-Patt ta' Self Trasparenti li qed jiġi diskuss minn xi istituzzjonijiet finanzjarji;

35.

Jiddispjaċih li l-pressjoni fuq l-istati bħat-Tuneżija jinkoraġġuhom biex ma jwettqux awditi pubbliċi tal-oriġini u l-kundizzjonijiet tad-djun tagħhom; jitlob li l-UE taħdem ma' donaturi u istituzzjonijiet internazzjonali oħra bħall-FMI biex tipproteġi u tinkoraġġixxi d-dritt tal-Istati li jwettqu awditi tad-dejn pubbliku;

36.

Jitlob bil-qawwa l-adozzjoni ta' regola applikabbli f'każ ta' theddida ta' insolvenza, li permezz tagħha l-qrati jkunu jistgħu jċaħħdu l-kredituri mid-dritt li jitħallas dejn, jekk dan is-self ittieħed mill-istat bi ksur tal-liġi stabbilita mill-parlament nazzjonali tiegħu;

37.

Jitlob li l-Istati Membri jadottaw, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, regolament ibbażat fuq il-liġi Belġjana dwar il-ġlieda kontra l-ispekulazzjoni ta' debiti msejħa "fondi opportunistiċi";

38.

Jitlob lill-kredituri istituzzjonali u privati jaċċettaw moratorju fuq id-dejn wara li jkun hemm diżastru naturali jew kriżi umanitarja akuta, inkluża l-wasla mhux tas-soltu ta' numru kbir ta' immigranti, sabiex il-pajjiż li jkun qed jissellef ikun jista' jiddedika r-riżorsi kollha tiegħu ħalli jġib lura n-normalità;

39.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  Ara paġ. 27-29.

(2)  ĠU C 353, 27.9.2016, p. 2.

(3)  World Investment Report 2014. Investing in the SDGs: An Action Plan, (Ninvestu fl-SDGs:Pjan ta' Azzjoni), UNCTAD tal-2014, paġni 140-145.

(4)  ĠU C 101, 16.3.2018, p. 79.

(5)  Revisiting Debt Sustainability in Africa. (Reviżjoni tas-Sostenibbiltà tad-Dejn fl-Afrika.) Dokument ta' Sfond tar-rapport tal-2016 tal-UNCTAD għall-Iżvilupp Ekonomiku fl-Afrika: "Debt Dynamics and Development Finance in Africa"(Id-dinamika tad-dejn u l-finanzjament tal-iżvilupp fl-Afrika).

(6)  Dok. 11705/15.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/53


P8_TA(2018)0105

It-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni Ewropea: is-seba' rapport tal-Kummissjoni Ewropea

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar it-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni Ewropea: is-seba' rapport tal-Kummissjoni Ewropea (2017/2279(INI))

(2019/C 390/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) kif ukoll l-Artikoli 4, 162, 174 sa 178 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (5),

wara li kkunsidra ir-rapport tad-9 ta’ Ottubru 2017 tal-Kummissjoni bit-titolu "Ir-Reġjun tiegħi, L-Ewropa tiegħi, Il-Futur tagħna: Is-Seba' Rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali"(COM(2017)0583),

wara li kkunsidra l-Patt ta' Amsterdam li jistabbilixxi l-Aġenda Urbana tal-UE, miftiehem waqt laqgħa informali bejn il-Ministri tal-UE responsabbli għall-kwistjonijiet urbani li saret fit-30 ta' Mejju 2016 f'Amsterdam,

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta' Diċembru 2015 (6),

wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat fis-17 ta' Novembru 2017 f'Göteborg mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta' April 2017 bit-titolu "Lejn Politika ta' Koeżjoni aktar effettiva, rilevanti u viżibbli għaċ-ċittadini tagħna" (7),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2017 bit-titolu "Sinerġiji u simplifikazzjoni għall-Politika ta' Koeżjoni wara l-2020" (8),

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 dwar "Il-ġejjieni tal-Ewropa – Riflessjonijiet u xenarji għall-UE-27 sal-2025"(COM(2017)2025),

wara li kkunsidra d-dokument ta' riflessjoni tal-Kummissjoni dwar "Id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa"(COM(2017)0206) tas-26 ta' April 2017,

wara li kkunsidra d-dokument ta' riflessjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Mejju 2017 dwar "Il-ġestjoni tal-globalizzazzjoni"(COM(2017)0240),

wara li kkunsidra d-dokument ta' riflessjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Mejju 2017 dwar "L-Approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja"(COM(2017)0291),

wara li kkunsidra d-dokument ta' riflessjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2017 dwar "Il-futur tal-finanzi tal-UE"(COM(2017)0358),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tal-10 ta' April 2017 bit-titolu "Il-kompetittività fir-reġjuni bi dħul baxx u bi tkabbir baxx: rapport dwar ir-reġjuni li baqgħu lura fl-iżvilupp"(SWD(2017)0132),

wara li kkunsidra l-karta ta' ħidma tal-Kummissjoni "Why regional development matters for Europe's economic future"(Għaliex l-iżvilupp reġjonali huwa sinifikanti għall-futur ekonomiku tal-Ewropa) (9),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Frar 2018 dwar "Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020"(COM(2018)0098),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 bit-titolu "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE"(COM(2017)0623),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-11 ta' Mejju 2017 bit-titolu "Il-futur tal-politika ta' koeżjoni wara l-2020: Għal politika ta' koeżjoni Ewropea b'saħħitha u effettiva wara l-2020" (10),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Mejju 2016 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Ninvestu f'impjiegi u tkabbir – nimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej" (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 bit-titolu "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi: il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni" (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar id-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE (13),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2016 bit-titolu "Għodod ġodda għall-iżvilupp territorjali fil-politika ta' koeżjoni 2014-2020: Investiment Territorjali Integrat (ITI) u Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD)" (14),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2017 bit-titolu "It-taħlita ta' finanzjament it-tajba għar-reġjuni tal-Ewropa: ibbilanċjar tal-istrumenti u l-għotjiet finanzjarji fil-politika ta' koeżjoni tal-UE" (15),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar il-Politika ta' Koeżjoni u l-Istrateġiji ta' Riċerka u Innovazzjoni għall-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3) (16),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 bit-titolu "Il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea – l-aħjar prattiki u miżuri innovattivi" (17),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 bit-titolu "L-investiment f'impjiegi u tkabbir – nimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej: evalwazzjoni tar-rapport skont l-Artikolu 16(3) tas-CPR" (18),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2017 dwar l-elementi fundamentali għal politika ta' koeżjoni tal-UE wara l-2020 (19),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2017 dwar iż-żieda fl-involviment tas-sħab u l-viżibilità fil-prestazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (20),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2017 bit-titolu "Il-promozzjoni tal-koeżjoni u l-iżvilupp fir-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-UE: l-implimentazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE" (21),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar id-Dokument ta' Riflessjoni dwar il-Futur tal-Finanzi tal-UE (22),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2018 dwar ir-reġjuni li għadhom lura fl-UE (23),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 bit-titolu "Il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020" (24),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar is-simplifikazzjoni għall-benefiċjarji tal-Fondi SIE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0138/2018),

A.

billi l-politika ta' koeżjoni għandha l-għan li tippromwovi l-iżvilupp armonjuż tal-Unjoni kollha u r-reġjuni tagħha u dan iwassal għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha, fl-ispirtu tas-solidarjetà u bl-għan tal-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli, l-impjieg, l-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tad-disparitajiet bejn u fir-reġjuni, kif ukoll tar-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma inqas favoriti, f'konformità mat-Trattati;

B.

billi s-seba' rapport dwar il-koeżjoni juri li d-disparitajiet reġjonali qegħdin jonqsu mill-ġdid, iżda juri wkoll li s-sitwazzjoni tvarja ħafna, kemm jekk il-PDG jitkejjel per capita, skont l-impjieg jew permezz ta' indikaturi oħra, u li ċerti disparitajiet jippersistu, jew qed jiċċaqalqu jew jikbru, bejn u ġewwa r-reġjuni u l-Istati Membri;

C.

billi s-seba' rapport dwar il-koeżjoni jiżvela sejbiet inkwetanti rigward ir-rati tal-qgħad, inklużi r-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, li f'ħafna reġjuni ma reġgħux lura għal-livelli ta' qabel il-kriżi, u dwar il-kompetittività, il-faqar u l-inklużjoni soċjali;

D.

billi 24 % tal-Ewropej, jew madwar 120 miljun ruħ, huma foqra, jgħixu fir-riskju ta' faqar jew li jisfaw f'deprivazzjoni materjali estrema u/jew li jgħixu fi djar b'intensità baxxa ta' xogħol; billi l-għadd ta' foqra li jaħdmu qed jiżdied u l-għadd ta' żgħażagħ qiegħda għadu għoli;

E.

billi l-qgħad u l-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni ilhom jonqsu gradwalment mill-2013 iżda, b'rata ta' 7,3 % u ta' 16,1 %, rispettivament (Diċembru 2017) (25), għadhom ogħla mil-livelli tal-2008, filwaqt li hemm differenzi konsiderevoli fl-Istati Membri u bejniethom, b'mod speċjali fl-Stati Membri l-aktar milquta mill-kriżi finanzjarja; billi d-disparitajiet reġjonali bdew jiċkienu; billi d-differenzi fir-rati tal-qgħad bejn l-Istati Membri għadha sinifikanti, u tvarja minn 2,4 % fir-Repubblika Ċeka u 3,6 % fil-Ġermanja għal 16,3 % fi Spanja u 20,9 % fil-Greċja skont l-aħħar ċifri (26); billi l-qgħad moħbi – il-fenomenu ta' persuni qiegħda li lesti li jaħdmu iżda li mhux qed ifittxu impjieg b'mod attiv – kien ta' 18 % fl-2016;

F.

billi s-seba' rapport dwar il-koeżjoni jiġbed l-attenzjoni lejn id-diversità kbira tar-reġjuni u tat-territorji, inkluż fil-kategoriji attwali ta' reġjuni, minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom (ultraperiferiċi, b'densità tal-popolazzjoni baxxa, bi dħul baxx, bi tkabbir baxx, eċċ.), u b'hekk jindika l-ħtieġa ta' approċċ territorjali mfassal apposta;

G.

billi wieħed mill-kontributi ewlenin tas-seba' rapport dwar il-koeżjoni jirrigwarda l-identifikazzjoni ta' ċerti reġjuni meqjusa li jinsabu "maqbuda f'nassa ta' dħul medju"u li jaffaċċjaw ir-riskju li jitħallew lura, jistaġnaw jew jaqgħu lura;

H.

billi s-seba' rapport dwar il-koeżjoni jenfasizza l-eżistenza ta' żoni ta' faqar, ir-riskju ta' frammentazzjoni territorjali u t-twessigħ tad-disparitajiet infrareġjonali, anke f'reġjuni relattivament għonja;

I.

billi s-seba' rapport dwar il-koeżjoni jgħid li "l-impatt tal-globalizzazzjoni, il-migrazzjoni, il-faqar u n-nuqqas ta' innovazzjoni, it-tibdil fil-klima, it-tranżizzjoni tal-enerġija u t-tniġġis mhuwiex limitat għal reġjuni inqas żviluppati";

J.

billi, filwaqt li l-politika ta' koeżjoni kellha rwol sostanzjali fl-irkupru tal-ekonomija tal-UE permezz tal-promozzjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-investiment pubbliku fl-UE għadu taħt il-livell li kellu qabel il-kriżi, b'lakuni kbar f'uħud mill-Istati Membri l-aktar affettwati mill-kriżi, hekk kif niżel minn 3,4 % tal-PDG fl-2008 għal 2,7 % fl-2016;

K.

billi s-seba' rapport ta' koeżjoni jippreżenta b'mod ċar l-eżitu tal-politika ta' koeżjoni f'termini tat-tkabbir, l-impjiegi, it-trasport, l-enerġija, l-ambjent u l-edukazzjoni u t-taħriġ, kif muri fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 permezz tal-appoġġ mogħti lil 1,1 miljun SMEs ġodda li wassal direttament għall-ħolqien ta' 420 000 impjieg ġdid, u b'hekk għen lil aktar minn 7,4 miljun persuna qiegħda ssib xogħol u barra minn hekk biex għen 8,9 miljun persuna jiksbu kwalifiki ġodda, għaldaqstant din il-politika saret il-fattur li żammet lill-Ewropa sħiħa;

Il-valur miżjud tal-politika ta' koeżjoni

1.

Iqis li hu kruċjali li l-politika ta' koeżjoni fil-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid għandha tkompli tkopri lir-reġjuni Ewropej kollha b'mod adegwat u tibqa' l-istrument ta' investiment pubbliku prinċipali tal-Unjoni Ewropea abbażi ta' strateġija u perspettivi fit-tul, b'baġit proporzjonat mal-isfidi eżistenti u dawk ġodda u li jiżguraw li l-għanijiet bażiċi ta' din il-politika jintlaħqu; jenfasizza li konċentrazzjoni tal-politika ta' koeżjoni esklużivament fuq l-inqas reġjuni żviluppati tfixkel il-progress tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni kollha kemm hi;

2.

Jenfasizza li l-politika ta' koeżjoni tipprovdi valur miżjud Ewropew billi tikkontribwixxi għall-beni pubbliċi u l-prijoritajiet Ewropej (bħat-tkabbir, l-inklużjoni soċjali, l-innovazzjoni u l-protezzjoni ambjentali), kif ukoll l-investiment pubbliku u privat, kif ukoll tikkontribwixxi għall-investiment pubbliku u privat u li hija għodda fundamentali għall-ksib tal-objettiv tat-Trattat tal-ġlieda kontra d-disparitajiet bl-għan tal-adattament 'il fuq tal-istandards tal-għajxien u t-tnaqqis tas-sottożvilupp ta' dawk ir-reġjuni li huma inqas favoriti;

3.

Itenni l-impenn qawwi tiegħu għal ġestjoni kondiviża u l-prinċipju tas-sħubija li għandu jinżamm u jissaħħaħ għal wara l-2020, kif ukoll fir-rigward tal-governanza f'diversi livelli (MLG) u s-sussidjarjetà, li jikkontribwixxu għall-valur miżjud iġġenerat mill-politika ta' koeżjoni; jenfasizza li l-valur miżjud ta' din il-politika l-ewwel u qabel kollox ġej mill-kapaċità tagħha li tqis il-ħtiġijiet tal-iżvilupp nazzjonali flimkien mal-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet ta' reġjuni u territorji differenti u li jqarreb lill-Unjoni lejn iċ-ċittadini tagħha;

4.

Jenfasizza li l-valur miżjud Ewropew huwa rifless bil-qawwi fil-kooperazzjoni territorjali Ewropea fid-dimensjonijiet kollha tagħha (kooperazzjoni transfruntiera, transnazzjonali u interreġjonali, kemm interna kif ukoll esterna), billi tikkontribwixxi għall-objettivi ġenerali ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif ukoll għas-solidarjetà; itenni t-talba li jiżdied is-sehem tiegħu fil-baġit allokat għall-politika ta' koeżjoni, filwaqt li tittejjeb il-koordinazzjoni bejn il-programmi differenti biex tiġi evitata d-duplikazzjoni; ifakkar l-importanza tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali għall-ksib tal-objettivi tal-politika ta' koeżjoni;

5.

Jinnota li l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni f'reġjun tista' tiġġenera esternalitajiet u benefiċċji konsegwenzjali diretti u indiretti fl-UE kollha, inter alia grazzi għan-negozju miżjud iġġenerat, li jsaħħaħ is-suq uniku; jirrimarka, madankollu, li dawn il-benefiċċji jvarjaw konsiderevolment minn Stat Membru għal ieħor, b'mod partikolari skont il-qrubija ġeografika u l-istruttura tal-ekonomiji tal-Istati Membri;

6.

Jissottolinja l-ħtieġa li tiġi żviluppata metodoloġija tal-"politika tal-prezz tan-nonkoeżjoni"sabiex tiġi pprovduta evidenza kwantifikabbli addizzjonali dwar il-valur miżjud Ewropew tal-politika ta' koeżjoni, skont l-eżempju tal-ħidma mwettqa mill-Parlament Ewropew dwar "il-prezz tan-non-Ewropa";

Id-dimensjoni territorjali

7.

Jinnota li ż-żoni urbani jikkombinaw, minn naħa opportunitajiet kbar ta' tkabbir, investiment u innovazzjoni u, min-naħa l-oħra, sfidi ambjentali, ekonomiċi u soċjali varji, inter alia minħabba l-konċentrazzjoni tal-persuni u l-eżistenza ta' żoni ta' faqar, inkluż fi bliet relattivament għonja; jenfasizza, għalhekk, li r-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali għadu sfida ewlenija;

8.

Jenfasizza li l-isforzi biex tiġi kkonsolidata d-dimensjoni territorjali tal-politika ta' koeżjoni jirrikjedu li tingħata attenzjoni akbar lill-kwistjonijiet periurbani u rurali, b'referenza għall-għarfien espert tal-awtoritaiet lokali u b'attenzjoni speċjali għall-bliet ta' daqs medju f'kull Stat Membru;

9.

Jenfasizza l-importanza li jiġu appoġġati ż-żoni rurali fid-diversità tagħhom kollha billi jiġi valutat il-potenzjal tagħhom u jiġi inkoraġġit l-investiment fi proġetti li jappoġġaw l-ekonomiji lokali kif ukoll konnettività tat-trasport aħjar, aċċessibilità u broadband b'veloċità għolja u billi jiġu assistiti dawk iż-żoni biex jilqgħu l-isfidi li jiffaċċaw, jiġifieri d-deżertifikazzjoni rurali, l-inklużjoni soċjali, in-nuqqas ta' opportunitajiet ta' impjieg, inċentivi ta' intraprenditorija u abitazzjoni bi prezz raġonevoli, it-telf tal-popolazzjoni, il-qerda tal-komunitajiet tal-qalba tal-belt, żoni mingħajr kura tas-saħħa, eċċ; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza tat-tieni pilastru tal-PAK fil-promozzjoni tal-iżvilupp rurali sostenibbli;

10.

Jitlob li jiġu kkunsidrati aħjar ċerti karatteristiċi territorjali speċifiċi bħal dawk tar-reġjuni msemmija fl-Artikolu 174(3) tat-TFUE, bħar-reġjuni insulari, muntanjużi, rurali, tal-fruntiera, l-aktar fit-tramuntana, kostali jew periferali, meta jiġu stabbiliti l-prijoritajiet tal-investiment; jissottolinja l-importanza tal-ħolqien ta' strateġiji, programmi u azzjonijiet imfasslin apposta għal dawn ir-reġjuni differenti jew anki l-esplorazzjoni tat-tnedija possibbli ta' aġendi speċifiċi ġodda li jsegwu l-eżempju stabbilit mill-Aġenda Urbana tal-UE u l-Patt ta' Amsterdam;

11.

Ifakkar li s-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika partikolari tar-reġjuni ultraperiferiċi tiġġustifika miżuri speċifiċi, inkluż fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-aċċess tagħhom għall-Fondi SIE, f'konformità mal-Artikolu 349 tat-TFUE; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu pperpetwati d-derogi kollha maħsuba biex jikkumpensaw għall-iżvantaġġi strutturali tagħhom, kif ukoll għat-titjib ta' miżuri speċifiċi għal dawn ir-reġjuni billi jiġu aġġustati kull meta jkun meħtieġ; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE tal-15 ta' Diċembru 2015 bħala l-bażi biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tal-Artikolu 349 tat-TFUE fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-Fondi Strutturali; jissuġġerixxi b'mod partikolari li tiġi estiża l-allokazzjoni speċifika għar-reġjuni ultraperiferiċi għall-komponent soċjali, li jinżamm il-livell attwali ta' kofinanzjament tal-Unjoni f'dawn ir-reġjuni u li tiġi mfassla aħjar il-konċentrazzjoni tematika; jissottolinja l-potenzjal tar-reġjuni ultraperiferiċi, pereżempju, bħala żoni privileġġati għall-implimentazzjoni ta' proġetti sperimentali;

12.

Iqis li l-introduzzjoni ta' strateġiji integrati għal żvilupp urban sostenibbli rnexxiet u għandha għalhekk tissaħħaħ kif ukoll tiġi replikata f'territorji sottoreġjonali oħra, pereżempju billi jiġi stabbilit approċċ territorjali integrat flimkien mal-objettivi tematiċi, iżda mingħajr preġudizzju għall-konċentrazzjoni tematika; jissottolinja l-importanza tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità, li ssaħħaħ l-abilità tal-politika ta' koeżjoni biex tinvolvi lill-atturi lokali; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi esplorata l-possibilità li tiġi introdotta t-tħejjija ta' programmi operattivi reġjonali abbażi ta' strateġiji territorjali integrati u strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti;

Ir-"reġjuni ta' dħul medju": ninkoraġġixxu r-reżiljenza u nipprevjenu li t-territorji vulnerabbli jaqgħu lura

13.

Jissottolinja li "r-reġjuni bi dħul medju"ma kellhomx l-istess tkabbir bħar-reġjuni bi dħul baxx (li għad iridu jlaħħqu mal-bqija tal-UE) u r-reġjuni bi dħul għoli ħafna, peress li qed jiffaċċaw l-hekk imsejħa "nassa ta' dħul medju"minħabba l-ispejjeż għoljin wisq tagħhom meta mqabbla ma' dawk tal-ewwel u minħabba sistemi ta' innovazzjoni fraġli wisq meta mqabbla ma' dawk tat-tieni; jinnota madankollu li dawn it-territorji huma kkaratterizzati minn industriji tal-manifattura dgħajfa u mill-vulnerabilità tagħhom għax-xokkijiet ikkawżati mill-globalizzazzjoni u l-bidliet soċjoekonomiċi li jirriżultaw;

14.

Huwa konvint li sfida ewlenija għall-politika futura ta' koeżjoni se tkun li jingħata appoġġ xieraq lil dawn ir-reġjuni ta' dħul medju sabiex inter alia tinħoloq klima favorevoli għall-investiment u li l-politika ta' koeżjoni għandha tnaqqas kemm id-disparitajiet u l-inugwaljanzi kif ukoll tevita li t-territorji vulnerabbli jaqgħu lura, filwaqt li tqis it-tendenzi, id-dinamiċi u ċ-ċirkostanzi differenti;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-isfidi ffaċċjati mir-reġjuni ta' dħul medju li huma kkaratterizzati minn rata baxxa tat-tkabbir meta mqabbla mal-medja tal-UE b'tali mod li tippromwovi l-iżvilupp ġeneralment armonjuż tal-Unjoni; ifakkar li sabiex jiġu appoġġati dawn ir-reġjuni u jingħataw soluzzjonijiet għall-problemi tagħhom, il-politika futura ta' koeżjoni għandha tkopri, tappoġġa u tinkludihom kif jixraq fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, inkluż permezz tal-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' strateġiji, programmi u azzjonijiet imfassla apposta; ifakkar, f'dan il-kuntest, fl-importanza tal-indikaturi komplementari flimkien mal-PDG sabiex joffru stampa aktar preċiża tal-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi ta' dawn ir-reġjuni speċifiċi; iqis li għandha tingħata aktar attenzjoni lill-identifikazzjoni bikrija tal-vulnerabilitajiet sabiex il-politika ta' koeżjoni tkun tista' tappoġġa r-reżiljenza tar-reġjuni u tipprevjeni l-iżvilupp ta' disparitajiet ġodda fit-tipi ta' reġjuni kollha;

16.

Jilqa' t-tnedija mill-Kummissjoni ta' proġett pilota biex jipprovdi appoġġ imfassal apposta, adattat għall-isfidi partikolari li qed jiffaċċaw ir-reġjuni fi tranżizzjoni industrijali; jistieden lill-Kummissjoni tislet lezzjonijiet mill-proġett pilota u jistenna li jara r-riżultati previsti mill-aktar fis possibbli; huwa tal-fehma li l-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti għandhom il-potenzjal li, permezz ta' approċċ olistiku, joffru appoġġ aħjar lil dawn ir-reġjuni fl-istrateġiji ta' żvilupp tagħhom u, b'mod aktar ġenerali, jippromwovu implimentazzjoni divrenzjata fil-livell reġjonali, iżda jistgħu ukoll jiġu appoġġati permezz ta' kooperazzjoni addizzjonali u skambju ta' għarfien u esperjenza fost ir-reġjuni; jilqa' azzjonijiet bħall-inizjattiva Vanguard għall-użu ta' strateġija ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti biex tagħti spinta lit-tkabbir u lit-tiġdid industrijali fiż-żoni ta' prijorità fl-UE;

17.

Jenfasizza li l-konverġenza soċjali u fiskali tikkontribwixxi għat-trawwim tal-koeżjoni filwaqt li ttejjeb il-funzjonament tas-suq uniku; iqis li prattiki diverġenti f'dan il-qasam jistgħu jmorru kontra l-objettiv tal-koeżjoni u aktarx jikkawżaw aktar problemi lit-territorji batuti jew lil dawk l-aktar vulnerabbli għall-globalizzazzjoni u jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa kontinwa li r-reġjuni inqas żviluppati jlaħħqu mal-bqija tal-Unjoni; iqis li l-politika ta' koeżjoni tista' tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-konverġenza soċjali u fiskali (flimkien mal-konverġenza ekonomika u territorjali) b'mod li toffri inċentivi pożittivi; jissottolinja f'dan ir-rigward il-possibilità li jiġi użat, pereżempju, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra aktar dan l-aspett fis-Semestru Ewropew sabiex id-dimensjoni soċjali tal-politika ta' koeżjoni tiġi integrata aħjar mal-politika ekonomika, filwaqt li tinvolvi kif jixraq ukoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex iżżid l-effiċjenza tal-proċess u s-saħħaħ is-sjieda tiegħu;

Oqsma ta' azzjoni

18.

Jappoġġja konċentrazzjoni tematika qawwija fuq għadd limitat ta' prijoritajiet marbuta mal-objettivi politiċi Ewropej ewlenin, filwaqt li tingħata aktar flessibilità lill-awtoritajiet maniġerjali fit-tfassil tal-istrateġiji territorjali tagħhom abbażi tal-ħtiġijiet u l-potenzjal wara konsultazzjoni lokali u reġjonali fit-tħejjija tal-ftehimiet ta' sħubija; jenfasizza li l-impjiegi (inkluż il-qgħad fost iż-żgħażagħ), l-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar, l-appoġġ għall-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, l-appoġġ għall-SMEs u l-istart-ups, it-tibdil fil-klima, l-ekonomija ċirkolari u l-infrastruttura għandhom jikkostitwixxu oqsma ta' prijorità għall-politika tl-koeżjoni fil-futur;

19.

Jilqa' l-adozzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li jirrappreżenta pass 'il quddiem fil-bini ta' Ewropa soċjali; itenni l-impenn tiegħu favur l-FSE bħala parti integrata b'saħħitha tal-Fondi SIE, kif ukoll favur il-Garanzija għaż-Żgħażagħ, l-Inizjattiva favur l-Imġjieg taż-Żgħażagħ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, fid-dawl tar-rwol tagħhom biex jingħelbu l-isfidi tal-impjiegi, tat-tkabbir ekonomiku, tal-inklużjoni soċjali, tat-tagħlim u tat-taħriġ vokazzjonali;

20.

Jenfasizza li l-politika ta' koeżjoni tal-futur għandha tiffoka aktar fuq il-protezzjoni u l-appoġġ tal-komunitajiet u tat-territorji milquta ħażin mill-globalizzazzjoni (rilokazzjonijiet ta' impjanti, telf ta' impjiegi) kif ukoll minn xejriet simili fi ħdan l-UE; jappella biex, f'każijiet rilevanti, tiġi eżaminata l-koordinazzjoni bejn il-Fondi Strutturali u l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, sabiex, fost affarijiet oħra, jiġu koperti r-rilokazzjonijiet fi ħdan l-UE;

21.

Jinnota li l-vulnerabilità għat-tibdil fil-klima tvarja b'mod konsiderevoli minn reġjun għal ieħor; iqis li l-Fondi SIE għandhom jintużaw b'mod kemm jista' jkun effikaċi biex jgħinu lill-UE tissodisfa l-impenji tagħha skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima (COP21), pereżempju b'referenza għall-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jew l-iskambju tal-aħjar prattiki, b'mod partikolari fis-settur tal-abitazzjoni, u biex jitqiesu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU; jinsisti li l-fondi mill-istrumenti ta' solidarjetà għall-użu fil-każ ta' diżastri naturali għandhom ikunu disponibbli malajr kemm jista' jkun fiċ-ċirkustanzi, u dejjem b'mod koordinat;

22.

Jitlob li l-Fondi SIE jintużaw biex jiġu indirizzati, b'mod sostenibbli, l-isfidi demografiċi (it-tixjiħ, it-tnaqqis fil-popolazzjoni, il-pressjoni demografika, l-inabilità li jiġu attratti jew miżmuma riżorsi umani adegwati) li qed jaffettwaw ir-reġjuni Ewropej b'diversi modi speċifiċi; jenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa li jingħata appoġġ adegwat lit-territorji, bħal ċerti reġjuni ultraperiferiċi;

23.

Jenfasizza li għandu jinħoloq mekkaniżmu ta' finanzjament speċifiku għal wara l-2020 skont l-Artikolu 349 tat-TFUE biex il-migranti jiġu integrati fir-reġjuni ultraperiferiċi, li jridu jlaħħqu ma' pressjoni migratorja akbar minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli tagħhom;

24.

Huwa tal-fehma li l-fondi tal-UE għandhom jirrispettaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD) u għandhom ikomplu jħeġġu d-deistituzzjonalizzazzjoni;

25.

Jenfasizza l-potenzjal ta' aktar investimenti fil-kultura, fl-edukazzjoni, fil-wirt, fiż-żgħażagħ, fl-isport u fit-turiżmu sostenibbli biex jinħolqu l-impjiegi, fosthom, b'mod partikolari, impjiegi ta' kwalità għaż-żgħażagħ, kif ukoll it-tkabbir, u biex tittejjeb il-koeżjoni soċjali filwaqt li jiġu miġġielda wkoll il-faqar u d-diskriminazzjoni, li huwa ta' importanza partikolari fir-rigward, pereżempju, tar-reġjuni ultraperiferiċi, rurali u remoti; jappoġġja l-iżvilupp tal-industriji kulturali u kreattivi li huma marbuta mill-qrib mal-innovazzjoni u l-kreattività;

Il-qafas ta' programmazzjoni ta' wara l-2020

26.

Jenfasizza li s-seba' Rapport dwar il-Koeżjoni jisħaq fuq il-ħtieġa li jitqiesu l-indikaturi komplementari għall-PDG per capita, li għandu jibqa' l-indikatur ewlieni, għall-fini tal-allokazzjoni tal-fondi u biex tingħata stampa aktar eżatta tal-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi, f'konformità mal-isfidi u l-ħtiġijiet identifikati, anke fil-livell subreġjonali; jinnota l-importanza li nibbażaw ruħna fuq data ta' kwalità għolja, affidabbli, aġġornata, strutturata u disponibbli; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni u lill-Eurostat jipprovdu l-akbar dettall u diżaggregazzjoni ġeografika possibbli fl-istatistika ta' rilevanza għall-politika ta' koeżjoni sabiex jirriflettu adegwatament il-ħtiġijiet tar-reġjuni fil-proċess ta' programmazzjoni; jappoġġja l-użu ta' kriterji soċjali, ambjentali u demografiċi, b'mod partikolari r-rata tal-qgħad u r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ;

27.

Jirrakkomanda t-tisħiħ ta' approċċi integrati, u jenfasizza bil-qawwa li l-FSE għandu jkompli jkun parti integrali mill-politika reġjonali Ewropea, minħabba d-dimensjoni ta' koeżjoni essenzjali tiegħu;

28.

Jissottolinja li l-għotjiet għandhom jibqgħu l-istrument ta' finanzjament ewlieni tal-politika ta' koeżjoni, iżda jirrikonoxxi li l-istrumenti finanzjarji jistgħu jkunu lieva effikaċi u li għandhom jiġu promossi jekk jiġġeneraw valur miżjud u abbażi ta' valutazzjoni xierqa ex ante; madankollu, jenfasizza li l-użu tagħhom m'għandux isir fini fih innifsu, li l-effikaċja tagħhom tiddependi minn bosta fatturi (in-natura tal-proġett, tat-territorju jew tar-riskji) u li r-reġjuni kollha, irrispettivament mil-livell ta' żvilupp tagħhom, għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw b'mod liberu l-aktar metodu xieraq ta' finanzjament; jopponi kwalunkwe għan vinkolanti għall-użu tal-istrumenti finanzjarji;

29.

Jitlob li l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu tal-istrumenti finanzjarji jiġu ssimplifikati u li l-koordinazzjoni ta' dawn l-istrumenti mal-għotjiet tiġi ffaċilitata għall-fini tal-komplementarjetà u tal-effiċjenza u fid-dawl tar-realtajiet territorjali; jenfasizza l-importanza tal-kapaċità amministrattiva u tal-kwalità tal-governanza, kif ukoll tar-rwol komplementari tal-banek u tal-istituzzjonijiet tal-iżvilupp nazzjonali fl-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji mfassla apposta għall-ħtiġijiet lokali; iqis li huwa essenzjali li r-regoli dwar l-istrumenti finanzjarji jiġu armonizzati kemm jista' jkun, irrispettivament mill-mod kif jiġu ġestiti; jipproponi, minbarra l-istrumenti finanzjarji li diġà jeżistu għall-politika ta' koeżjoni, il-promozzjoni tal-istrumenti finanzjarji parteċipatorji wkoll;

30.

Jemmen li rabta bejn il-politika ta' koeżjoni u l-garanzija ta' ambjent li jwassal għall-investiment, l-effikaċja u l-użu xieraq tal-fondi tgħin ukoll biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika soċjali, filwaqt li jenfasizza li l-politika ta' koeżjoni mhijiex intiża biex tkun sepliċement strument li jaqdi l-prijoritajiet mingħajr referenza għall-objettivi tagħha; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi applikata l-pożizzjoni maqbula dwar il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir rigward il-flessibilità għall-kundizzjonijiet ċikliċi, għar-riformi strutturali u għall-investimenti tal-gvern; jemmen li l-miżuri li jorbtu l-effikaċja tal-Fondi SIE ma' governanza ekonomika soda, kif spjegat fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, għandhom jiġu analizzati bir-reqqa, anke bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra aġġustamenti dwar kif inhuma marbuta il-politika ta' koeżjoni u s-Semestru Ewropew sabiex issaħħaħ id-dimensjoni territorjali u soċjali u dan tal-aħħar, u għandha tqis fatturi oħrajn li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tal-koeżjoni, bħall-konverġenza reali; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest u fil-qafas tas-Semestru Ewropew, tagħti ħarsa lejn il-kofinanzjament reġjonali u nazzjonali taħt il-Fondi SIE u l-impatt tiegħu fuq id-defiċits nazzjonali;

31.

Jitlob li l-istrateġiji dwar l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti jiġu intensifikati bħala mezz ġdid ta' investiment fil-potenzjal ta' tkabbir fit-tul f'kuntest ta' tibdil teknoloġiku u globalizzazzjoni mgħaġġla; jirrikonoxxi l-utilità ta' kundizzjonalitajiet ex ante, iżda jenfasizza li f'xi każijiet kienu sors ta' kumplessità u dewmien fl-iżvilupp u l-varar tal-programmazzjoni; jieħu nota tal-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kundizzjonalitajiet ex ante fir-Rapport Speċjali 15/2017 tagħha; jistieden lill-Kummissjoni biex, meta jkun xieraq, tikkunsidra t-tnaqqis tal-għadd ta' kundizzjonalitajiet ex ante u, f'dan ir-rigward, ittejjeb il-konformità mal-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà, filwaqt li tagħmel l-aħjar użu mid-dokumenti strateġiċi eżistenti li jistgħu jissodisfaw kundizzjonalitajiet ex ante futuri; jissottolinja li l-kundizzjonalitajiet ex ante għandhom ikunu relatati mill-qrib mal-effikaċja tal-investimenti, filwaqt li jkun żgurat trattament indaqs għall-Istati Membri kollha;

32.

Jinnota li l-kwalità u l-istabilità tal-amministrazzjoni pubblika, li għaliha l-edukazzjoni tajba, it-taħriġ u l-assistenza konsultattiva disponibbli lokalment huma prekundizzjonijiet, għadhom fattur deċiżiv għat-tkabbir reġjonali u għall-effikaċja tal-Fondi SIE; jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb il-kwalità tal-governanza, u li jkun żgurat li tkun disponibbli assistenza teknika suffiċjenti, peress li dawn għandhom impatt serju fuq l-implimentazzjoni soda tal-politika ta' koeżjoni, u jistgħu jvarjaw sostanzjalment fl-Istati Membri, kif jidher speċjalment, pereżempju, fir-reġjuni inqas żviluppati; jistieden lill-Kummissjoni, b'mod partikolari, tevalwa l-programm JASPERS futur fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri;

33.

Huwa favur li l-iżvilupp tal-politika ta' koeżjoni jsir aktar orjentat lejn ir-riżultati u l-kontenut, billi mil-loġika tal-kontabilità nimxu lejn il-loġika tal-prestazzjoni u billi nagħtu lill-awtoritajiet maniġerjali aktar flessibilità fil-mod kif jilħqu l-objettivi, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji, inter alia, tas-sħubija, it-trasparenza u r-responsabilità;

34.

Iqis li huwa essenzjali li titkompla l-ġlieda kontra l-frodi, u jħeġġeġ tolleranza żero tal-korruzzjoni;

Politika ta' koeżjoni simplifikata

35.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar is-Simplifikazzjoni fil-proposti leġiżlattivi futuri tagħha;

36.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi pprovdut qafas li jiggarantixxi l-istabilità legali permezz ta' regoli sempliċi, ċari u prevedibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni u tal-awditjar, sabiex jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn l-objettivi ta' prestazzjoni u ta' simplifikazzjoni; jappella, fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, għal tnaqqis fil-volum ta' leġiżlazzjoni u linji gwida (b'kawtela, sabiex jiġu pprovduti, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati, il-kontinwità neċessarja tar-regoli u l-proċeduri, li l-partijiet interessati u l-awtoritajiet maniġerjali huma familjari magħhom); jitlob li d-dokumenti rilevanti jiġu tradotti fil-lingwi kollha tal-UE u li kwalunkwe applikazzjoni u interpretazzjoni retrospettiva tar-regoli tiġi evitata kem jista' jkun; jappella għal qafas legali uniformi u għal linji gwida dwar il-proġetti transfruntieri;

37.

Jenfasizza, fl-istess ħin, il-ħtieġa li tiġi evitata regolamentazzjoni eċċessiva u li l-programmi operattivi jsiru dokumenti strateġiċi ġenwini li jkunu aktar konċiżi u aktar flessibbli, filwaqt li tiġi stabbilita proċedura simplifikata għall-modifika mmirata tagħhom matul il-programmazzjoni (eż. fil-każ ta' diżastri naturali), sabiex ikun hemm reazzjoni adegwata għall-evoluzzjoni tar-realtajiet globali u tad-domanda reġjonali;

38.

Jappella li jiddaħħal sett uniku ta' regoli ġenwini għall-Fondi SIE, inkluża l-armonizzazzjoni ulterjuri ta' regoli komuni għal strumenti li jikkontribwixxu għall-istess objettiv tematiku; iqis li huwa meħtieġ li jiġu ssimplifikati l-proċeduri tal-akkwist taħt il-Fondi u li jiġu aċċellerati l-proċeduri ta' għajnuna mill-Istat meta tkun meħtieġa l-komformità; huwa favur trattament uniformi tal-fondi Ewropej taħt ġestjoni diretta u tal-fondi tal-politika ta' koeżjoni f'termini ta' għajnuna mill-Istat b'mod aktar koerenti u, b'mod aktar ġenerali, huwa favur regoli armonizzati għal skemi Ewropej maħsuba għall-istess benefiċjarji; jenfasizza l-importanza ta' aktar komplementarjetà bejn il-politika ta' koeżjoni u l-programm ta' riċerka futur tal-Unjoni biex jiġi kopert iċ-ċiklu kollu, mir-riċerka bażika għall-applikazzjonijiet kummerċjali; iqis li l-konċentrazzjoni tematika għandha tinżamm sabiex jiġu permessi sinerġiji bejn sorsi ta' finanzjament differenti fil-livell tal-proġetti;

39.

Jieħu nota tat-twaqqif ta' grupp ta' ħidma dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, u minn dan il-grupp ta' ħidma jistenna proposti konkreti biex tittejjeb il-konformità maż-żewġ prinċipji fil-kuntest tal-politika ta' koeżjoni; jappoġġja l-iżgurar tal-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji bil-għan ta' governanza f'diversi livelli reali li tirrikjedi awtonomija adegwata għall-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll għal partijiet ikkonċernati oħra;

40.

Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma pproponietx evalwazzjoni aktar integrata tal-politiki trasversali, filwaqt li s-sinerġiji bejn id-diversi politiki Ewropej ma ġewx irrappurtati; jappella għal strateġiji, finanzjament u azzjonijiet ambizzjużi li jżidu s-sinerġiji ma' fondi oħra tal-UE u jattiraw appoġġ finanzjarju komplementari; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ottimizzati aktar is-sinerġiji bejn il-Fondi SIE u strumenti oħra, inkluż il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), kif ukoll mal-programmi l-oħra ġestiti ċentralment bħal Orizzont 2020, li huwa komplementari għall-politika ta' koeżjoni fl-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni;

41.

Jitlob li l-rekwiżiti fir-rigward tal-programmazzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Fondi SIE fil-futur ikunu bbażati fuq il-prinċipji tad-differenzjazzjoni u l-proporzjonalità, fuq kriterji trasparenti u ġusti u skont l-ammonti allokati għall-programmi, il-profil tar-riskji, il-kwalità tal-amministrazzjoni u l-livell ta' finanzjament mill-benefiċjarji;

42.

Iqis li huwa essenzjali li r-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet maniġerjali tevolvi lejn "kuntratt ta' fiduċja"; ifakkar, f'dan il-kuntest, fl-importanza ta' qafas ta' governazna f'diversi livelli reali li jkun adegwat u jiffunzjona; jistieden lill-Kummissjoni żżid il-valur tal-ħidma li diġà saret fuq il-ġestjoni xierqa tal-fondi pubbliċi, billi tintroduċi l-prinċipju ta' ċertifikazzjoni tal-awtoritajiet maniġerjali li jkunu wrew il-kapaċità tagħhom li jikkonformaw mar-regoli; jitlob, fir-rigward tal-monitoraġġ, li nistrieħu aktar fuq ir-regoli nazzjonali u reġjonali, ladarba l-effikaċja tagħhom tkun ġiet ivverifikata u vvalidata;

43.

Jitlob li l-prinċipju ta' awditjar uniku jissaħħaħ, li l-implimentazzjoni tal-koeżjoni elettronika titħaffef u li l-użu ta' spejjeż simplifikati u standardizzati jiġu adottati b'mod globali, peress li, fost affarijiet oħra, dan wera li huwa aktar faċli biex jiġi implimentat u ma wassalx għal żbalji; jenfasizza l-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet ta' monitoraġġ u rappurtar; huwa tal-fehma li l-iskambju tal-għarfien espert għandu jiġi ffaċilitat bl-istabbiliment ta' portal ta' kondiviżjoni tal-għarfien għall-iskambju tal-aħjar prattiki;

44.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq ideat għat-titjib tar-reazzjoni tal-politika ta' koeżjoni għal avvenimenti mhux previsti, u jtenni, f'dan il-kuntest, l-appell tiegħu għall-ħolqien ta' riżerva ta' natura tali li tagħti flessibilità addizzjonali lir-reġjuni mingħajr ma tipperikola l-għanijiet fit-tul tal-programmi operattivi;

Sfidi u opportunitajiet

45.

Huwa mħasseb ferm dwar ix-xenarji ppreżentati reċentement mill-Kummissjoni, rigward it-tnaqqis fil-baġit tal-politika ta' koeżjoni li jista' jsir taħt il-QFP li jmiss u li jwassal biex ħafna reġjuni jiġu esklużi mill-ambitu tal-politika ta' koeżjoni; jixtieq jara baġit ambizzjuż li jkun proporzjonat għall-isfidi li qed jiffaċċjaw ir-reġjuni, u jitlob li l-politika ta' koeżjoni ma ssirx strument varjabbli ta' aġġustament; jirrimarka li l-kopertura tar-reġjuni kollha tal-UE hija element mhux negozjabbli għall-Parlament Ewropew; jenfasizza li t-teorija ta' "gruppi ta' żvilupp ekonomiku"tikkonferma l-importanza li jingħata appoġġ differenzjat lir-reġjuni Ewropej kollha, inklużi lir-reġjuni bi dħul għoli ħafna, li jridu jibqgħu kompetittivi mal-kompetituri globali tagħhom;

46.

Iqis li l-politika ta' koeżjoni tista' tgħin biex jingħelbu sfidi ġodda, bħas-sigurtà jew l-integrazzjoni tar-rifuġjati taħt protezzjoni internazzjonali; madankollu, jenfasizza li l-politika ta' koeżjoni ma tistax tkun is-soluzzjoni għall-kriżijiet kollha, u jopponi l-użu tal-fondi tal-politika ta' koeżjoni biex ikopru l-ħtiġijiet finanzjarji għal żmien qasir li ma jaqgħux fl-ambitu tal-politika, filwaqt li jfakkar li l-għan tagħha huwa l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-UE fuq perjodu medju u twil ta' żmien;

47.

Jinnota r-riżultati pożittivi tal-FEIS li, madankollu, għandhom jinvestu b'mod saħansitra aktar trasparenti u sinifikanti; jenfasizza li l-politika ta' koeżjoni u l-FEIS huma bbażati fuq kunċetti u objettivi differenti li f'ċerti każijiet jistgħu jkunu komplementari, iżda li ma jistgħux jieħdu post xulxin, irrispettivament mil-livell ta' żvilupp tar-reġjuni, speċjalment billi l-FEIS, għall-kuntrarju tal-Fondi Strutturali, fil-biċċa l-kbira huwa bbażat fuq self; ifakkar fl-importanza li ssir distinzjoni xierqa bejn il-FEIS u l-politika ta' koeżjoni, kif ukoll li jiġu identifikati opportunitajiet ċari biex jiġu kkombinati;

48.

Itenni l-impenn tiegħu għal perjodu ta' programmazzjoni fit-tul; iqis li l-unika alternattiva vijabbli għall-perjodu attwali ta' seba' snin huwa perjodu ta' QFP ta' 5+5 snin, b'analiżi ta' nofs it-terminu; jistieden lill-Kummissjoni tfassal proposta ċara li tiddefinixxi l-metodi għall-implimentazzjoni fil-prattika ta' qafas finanzjarju 5+5;

49.

Jitlob li jsir kull sforz biex jiġi evitat dewmien fil-programmazzjoni għall-perjodu l-ġdid, sabiex jiġu evitati pagamenti tard u diżimpenji li jxekklu l-kisba ta' riżultati pożittivi tal-politika ta' koeżjoni; jenfasizza l-importanza li jiġu ppreżentati fil-ħin id-dokumenti kollha tal-qafas legali futur fil-lingwi uffiċjali kollha, sabiex tiġi żgurata informazzjoni ġusta u f'waqtha għall-benefiċjarji kollha;

50.

Jappella għal miżuri biex tittejjeb il-komunikazzjoni liċ-ċittadini Ewropej, biex b'hekk tiżdied is-sensibilizzazzjoni pubblika dwar il-kisbiet konkreti tal-politika ta' koeżjoni; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rwol tal-awtoritajiet maniġerjali u tal-promoturi tal-proġett li jużaw metodi ta' komunikazzjoni lokali innovattivi biex jinfurmaw lin-nies dwar ir-riżultati tal-użu tal-fondi fit-territorji; jenfasizza l-ħtieġa ta' titjib fl-informazzjoni u fil-komunikazzjoni mhux biss downstream (il-kisbiet tal-Fondi SIE) iżda anke upstream (possibilitajiet ta' finanzjament), b'mod partikolari għall-organizzaturi ta' proġetti żgħar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi u pjattaformi ta' kooperazzjoni istituzzjonalizzata usa' sabiex jiżguraw viżibilità u sensibilizzazzjoni akbar;

51.

Jinnota li ċerti reġjuni Ewropej huma partikolarment esposti għall-konsegwenzi tal-Brexit; jenfasizza li l-politika ta' koeżjoni futura għandha tillimita kemm jista' jkun l-impatti negattivi tal-Brexit fuq reġjuni Ewropej oħra, u jitlob li tiġi esplorata l-possibilità li jiġu segwiti s-sħubijiet fil-qafas tal-kooperazzjoni territorjali;

o

o o

52.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289.

(3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470.

(4)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 281.

(5)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.

(6)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Diċembru 2015, Il-Parlament u L-Kummissjoni vs Il-Kunsill, C-132/14 sa C-136/14, ECLI:EU:C:2015:813.

(7)  Doc. 8463/17.

(8)  Doc. 14263/17.

(9)  Iammarino, S., Rodríguez-Pose, A., Storper, M. (2017), "Why regional development matters for Europe's economic future"(Għaliex l-iżvilupp reġjonali huwa sinifikanti għall-futur ekonomiku tal-Ewropa), Dokumenti ta' Ħidma 07/2017, Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana, il-Kummissjoni Ewropea.

(10)  ĠU C 306, 15.9.2017, p. 8.

(11)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 94.

(12)  ĠU C 316, 22.9.2017, p. 132.

(13)  ĠU C 316, 22.9.2017, p. 124.

(14)  ĠU C 76, 28.2.2018, p. 2.

(15)  Testi Adottati, P8_TA(2017)0222.

(16)  Testi Adottati, P8_TA(2016)0320.

(17)  Testi Adottati, P8_TA(2016)0321.

(18)  Testi Adottati, P8_TA(2017)0053.

(19)  Testi Adottati, P8_TA(2017)0254.

(20)  Testi Adottati, P8_TA(2017)0245.

(21)  Testi adottati, P8_TA(2017)0316.

(22)  Testi Adottati, P8_TA(2017)0401.

(23)  Testi Adottati, P8_TA(2018)0067.

(24)  Testi Adottati, P8_TA(2018)0075.

(25)  http://ec.europa.eu/eurostat/documents/2995521/8631691/3-31012018-BP-EN.pdf/bdc1dbf2-6511-4dc5-ac90-dbadee96f5fb

(26)  http://ec.europa.eu/eurostat/documents/2995521/8701418/3-01032018-AP-EN/37be1dc2-3905-4b39-9ef6-adcea3cc347a


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/63


P8_TA(2018)0117

Il-politika tal-Kummissjoni dwar l-integrità, b'mod partikolari l-ħatra tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-politika tal-integrità tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-ħatra tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea (2018/2624(RSP))

(2019/C 390/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tal-12 ta' Marzu 2018 dwar il-politika tal-integrità tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-ħatra tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea,

wara li kkunsidra t-tweġibiet mogħtija mill-Kummissjoni fit-25 ta' Marzu 2018 għall-mistoqsijiet bil-miktub magħmula minn membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u fl-okkażjoni tas-seduta ta' smigħ li saret minn dak il-Kumitat fis-27 ta' Marzu 2018,

wara li kkunsidra l-Artikolu 14(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 4, 7 u 29 ta' dawn ir-Regolamenti,

wara li kkunsidra l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi huwa fundamentali li l-Kummissjoni Ewropea, bħala l-Gwardjana tat-Trattati, taġixxi f'konformità mal-forma u s-sustanza tar-regoli,

B.

billi l-fiduċja fil-proġett Ewropew u fl-Unjoni Ewropea se tinżamm biss jekk l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jaġixxu bħala mudelli tar-rwol tal-istat tad-dritt, tat-trasparenza u tal-amministrazzjoni tajba, u jagħtu prova li jkollhom sistema ta' kontrokontrolli biżżejjed biex jirreaġixxu b'mod xieraq kulmeta dawn il-prinċipji fundamentali jiġu mhedda,

C.

billi l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, skont it-Trattati, għandhom awtonomija fi kwistjonijiet marbuta mal-organizzazzjoni tagħhom u mal-politika tagħhom tal-persunal, inkluż fl-għażla tal-ogħla uffiċjali tagħhom fuq il-bażi tal-mertu, l-esperjenza u l-fiduċja, f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli ta' proċedura rispettivi tagħhom,

D.

billi l-pożizzjonijiet ippubblikati esternament ta' spiss jirriżultaw fl-għażla ta' kandidati interni li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti biex japplikaw taħt ir-regoli interni u b'hekk jevitaw il-progressjoni regolari tal-karriera;

E.

billi l-ħatriet għal pożizzjonijiet ta' livell għoli bħalma hi dik ta' Segretarju Ġenerali għandhom isiru b'mod indipendenti minn ħatriet oħra, biex b'hekk jiġi evitat kwalunkwe suspett ta' ftehimiet mhux trasparenti jew kompromessi bbażati fuq informazzjoni privileġġjata;

F.

billi l-Ombudsman Ewropew bħalissa qed tmexxi inkjesta dwar il-proċedura tal-ħatra kkonċernata; jinsab kunfidenti li l-Ombudsman se tgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Parlament bil-fehmiet tagħha u bi kwalunkwe każ ta' amministrazzjoni ħażina possibbli li hija tkun skopriet, li jkun jeħtieġ jiġi segwit;

G.

billi l-Kummissjoni rrikonoxxiet nuqqasijiet fil-komunikazzjoni tagħha marbuta mal-ħatra u għarfet il-ħtieġa li ssaħħaħ l-isforzi tal-komunikazzjoni tagħha;

H.

billi l-kumitati tal-persunal, bħala rappreżentanti eletti tal-persunal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, talbu proċeduri trasparenti għall-ħatra għall-pożizzjonijiet maniġerjali kollha;

1.

Jiddispjaċih li l-proċedura għall-ħatra tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea fil-21 ta' Frar 2018 tmexxiet b'mod li pprovoka irritazzjoni u diżapprovazzjoni mifruxa ħafna fl-opinjoni pubblika, fost il-Membri tal-Parlament Ewropew u fi ħdan is-servizz pubbliku Ewropew; jinnota li r-riżultat ta' din il-proċedura jikkostitwixxi riskju tar-reputazzjoni mhux biss għall-Kummissjoni Ewropea iżda għall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi li din il-proċedura u l-komunikazzjoni dwarha indirizzata lill-midja, lill-Parlament u lill-pubbliku ġenerali influwenzaw b'mod negattiv ir-reputazzjoni tagħha stess;

L-elementi fattwali

2.

Jinnota li:

fil-31 ta' Jannar 2018, ġiet ippubblikata l-pożizzjoni ta' Viċi Segretarju Ġenerali bl-iskadenza standard ta' għaxart ijiem tax-xogħol għall-applikazzjonijiet (jiġifieri t-13 ta' Frar 2018);

applikaw żewġ kandidati biss, raġel u mara, li t-tnejn li huma kienu mill-kabinett tal-President tal-KE; is-Segretarju Ġenerali l-ġdid kien wieħed mill-applikanti għall-pożizzjoni; it-tieni kandidata applikat għall-pożizzjoni vakanti fit-8 ta' Frar 2018, issottomettiet ruħha għall-valutazzjoni ta' ġurnata sħiħa fiċ-ċentru tal-valutazzjonijiet fit-12 ta' Frar 2018 u rtirat l-applikazzjoni tagħha qabel ma saret l-intervista mal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Ħatriet (KKĦ), li kienet skedata għall-20 ta' Frar 2018, u mbagħad ġiet maħtura bħala l-Kap ta' Kabinett il-ġdida tal-President tal-Kummissjoni;

is-Segretarju Ġenerali l-ġdid issottometta ruħu għall-proċedura prevista fl-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal li kienet tinkludi:

a)

valutazzjoni ta' ġurnata sħiħa fiċ-ċentru tal-valutazzjonijiet (fil-15 ta' Frar 2018);

b)

intervista (fis-16 ta' Frar 2018), valutazzjoni u opinjoni (fl-20 ta' Frar 2018) mill-KKĦ;

c)

intervista mal-Kummissarju responsabbli għall-Baġit u r-Riżorsi Umani, u l-President tal-Kummissjoni Ewropea (fl-20 ta' Frar 2018);

ma ġew abbozzati l-ebda minuti għal dawn l-intervisti u lanqas ma ġie reġistrat it-tul tagħhom;

il-Kulleġġ – b'deċiżjoni unanima – ħatar lill-Kap ta' Kabinett tal-President tal-Kummissjoni bħala Deputat Segretarju Ġenerali fil-21 ta' Frar 2018;

sussegwentement, waqt l-istess laqgħa, dak li dak iż-żmien kien is-Segretarju Ġenerali ħabbar l-irtirar tiegħu wara li, dakinhar stess filgħodu, kien bagħat ittra formali lill-President fejn iddikjara l-intenzjoni tiegħu li jirtira fil-31 ta' Marzu 2018;

il-President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kap ta' Kabinett tiegħu kienu ilhom mill-2015 jafu li dak li dak iż-żmien kien is-Segretarju Ġenerali kellu l-ħsieb li jirtira ftit wara Marzu 2018, intenzjoni li ġiet ikkonfermata mill-ġdid kmieni fl-2018; madankollu, il-President ma kienx żvela din l-informazzjoni sabiex ma jimminax l-awtorità ta' dak li dak iż-żmien kien is-Segretarju Ġenerali iżda kien ikkomunika mal-Kap ta' Kabinett tiegħu;

meta l-isforzi tiegħu biex jikkonvinċi lis-Segretarju Ġenerali jestendi l-mandat tiegħu fallew ripetutament, il-President tal-Kummissjoni Ewropea kellu, talanqas, jallerta lill-Kummissarju responsabbli għall-Baġit u r-Riżorsi Umani dwar il-fatt li l-pożizzjoni vakanti kienet imminenti, ħalli l-passi li kellhom jittieħdu biex timtela' dik il-pożizzjoni vakanti setgħu jinbdew bil-manjiera n-normali, tal-aħjar prattika u f'waqtha;

filwaqt li aġixxa fuq proposta mill-President, bi qbil mal-Kummissarju għall-Baġit u r-Riżorsi Umani, u mingħajr ma kienet fuq l-aġenda tal-laqgħa l-ħatra ta' Segretarju Ġenerali ġdid, il-Kulleġġ iddeċieda li jittrasferixxi l-Viċi Segretarju Ġenerali li kien għadu kif inħatar fil-pożizzjoni tiegħu, skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal, għall-pożizzjoni ta' Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea (assenjazzjoni mill-ġdid mingħajr il-pubblikazzjoni tal-pożizzjoni);

L-evoluzzjoni tal-karriera tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid

3.

Jinnota li:

is-Segretarju Ġenerali l-ġdid ngħaqad mal-Kummissjoni Ewropea bħala uffiċjali fil-grad AD6 f'Novembru 2004, wara li għadda mill-kompetizzjoni miftuħa tal-AD COM/A/10/01; ġie promoss għall-grad AD7 fl-2007, għall-grad AD8 f'2009, għall-grad AD9 fl-2011 u għall-grad AD10 fl-2013;

mill-10 ta' Frar 2010, u filwaqt li kien għadu fil-grad AD8 fil-karriera bażika tiegħu, ġie sekondat bħala Kap ta' Kabinett tal-Viċi President Reding, fejn okkupa l-funzjoni ta' Kap ta' Kabinett fil-grad ta' AD14, fil-livell ta' Direttur, skont ir-Regoli dwar il-Kompożizzjoni tal-Kabinetti fis-seħħ f'dak iż-żmien (SEC(2010)0104);

is-Segretarju Ġenerali l-ġdid ħa leave għal raġunijiet personali (CCP) mill-1 ta' April 2014 sal-31 ta' Mejju 2014 sabiex ikun jista' jaġixxi bħala l-maniġer tal-kampanja għall-kandidat ewlieni tal-PPE li ħareġ għal President tal-Kummissjoni Ewropea;

wara l-integrazzjoni tiegħu mill-ġdid fl-1 ta' Ġunju 2014, ġie assenjat bħala uffiċjal fil-grad ta' AD14 bħala Konsulent Prinċipali tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji;

wara li kien temm b'suċċess proċedura tal-għażla, is-Segretarju Ġenerali l-ġdid ġie maħtur Konsulent Prinċipali tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp b'effett mill-1 ta' Lulju 2014; b'din il-ħatra huwa sar uffiċjal fil-grad ta' AD14 fil-karriera bażika tiegħu;

mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Ottubru 2014, is-Segretarju Ġenerali l-ġdid ġie sekondat fil-grad ta' AD14 bħala l-kap tat-tim ta' tranżizzjoni tal-President elett tal-Kummissjoni Ewropea;

fit-1 ta' Novembru 2014, ġie sekondat bħala Kap ta' Kabinett tal-President fil-grad ta' AD15 skont ir-Regoli dwar il-Kompożizzjoni tal-Kabinetti fis-seħħ mill-2004 (ara d-deċiżjonijiet SEC(2004)0185, SEC(2010)0104 u C(2014)9002);

fl-1 ta' Jannar 2017, huwa ġie promoss għall-grad ta' AD15 fil-karriera bażika (mhux ta' sekondar) tiegħu bħala uffiċjal fil-qafas tal-10 Eżerċizzju ta' Promozzjoni tal-Uffiċjali Għolja, deċiżjoni meħuda mill-Kulleġġ tal-Kummissarji (PV(2017)2221); għaldaqstant, qabel il-laqgħa tal-21 ta' Frar 2018, huwa kien, fil-karriera bażika tiegħu, uffiċjal tal-Kummissjoni fil-grad ta' AD15, Konsulent Prinċipali fid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji;

4.

Jisħaq fuq il-karriera estremament rapida tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid li f'perjodu ta' ftit iktar minn 13-il sena, avvanza mill-grad ta' AD6 għall-grad ta' AD15, li minnhom huwa qatta' 8 snin f'kabinetti differenti (wara l-ewwel kabinett huwa ġie promoss mill-grad ta' AD10 għall-grad ta' AD14; wara t-tieni tal-kabinett ġie promoss mill-grad ta' AD14 għall-grad ta' AD15);

L-evoluzzjoni tal-karriera tas-Segretarji Ġenerali preċedenti

5.

Jenfasizza li, skont il-Kummissjoni, it-tliet Segretarji Ġenerali preċedenti saru Direttur, Direttur Ġenerali u Kap ta' Kabinett qabel ma ġew ittrasferiti għall-funzjoni ta' Segretarju Ġenerali, filwaqt li s-Segretarju Ġenerali l-ġdid ma wettaq l-ebda kompitu maniġerjali fis-servizzi tal-Kummissjoni; jirrimarka, b'mod partikolari, li fil-21 ta' Frar 2018 ma kienx qed iwettaq il-funzjoni ta' Deputat Segretarju Ġenerali; u serva inqas minn 14-il xahar fil-grad bażiku ta' AD15;

Il-proċedura ta' ħatra

6.

Jinnota li skont il-Kummissjoni, is-Segretarju Ġenerali l-ġdid ġie trasferit fl-interess tas-servizz skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal u li dik il-pożizzjoni ma ġietx ippubblikata minħabba li l-pożizzjoni ma kenitx meqjusa vakanti; għalhekk, l-ebda uffiċjal ma seta' japplika peress li l-proċedura kienet organizzata permezz ta' assenjazzjoni mill-ġdid mal-pożizzjoni aktar milli bħala trasferiment fis-sens strett b'pubblikazzjoni xierqa tal-pożizzjoni vakanti;

7.

Jinnota li l-Kummissjoni użat l-istess proċedura ta' trasferiment skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal għat-tliet Segretarji Ġenerali preċedenti (trasferiment mal-pożizzjoni u mhux trasferiment fis-sens strett); madankollu jenfasizza li l-ebda wieħed mis-Segretarji Ġenerali preċedenti ma nħatru Viċi Segretarju Ġenerali u Segretarju Ġenerali suċċessivament waqt l-istess laqgħa tal-Kulleġġ; jenfasizza wkoll li t-tliet Segretarji Ġenerali preċedenti ġew proposti lill-Kulleġġ fl-istess laqgħa tal-Kulleġġ li fiha l-predeċessuri rispettivi tagħhom ġew trasferiti għal pożizzjoni differenti jew ħabbru l-irtirar tagħhom;

8.

Jenfasizza li l-ħatra permezz ta' trasferiment ġiet mibdija mill-President tal-Kummissjoni Ewropea bi qbil mal-Kummissarju responsabbli għall-Baġit u r-Riżorsi Umani u wara konsultazzjoni mal-Ewwel Viċi President (li ġie kkonsultat dwar l-isem tal-kandidat iżda definittivament mhux dwar il-proċedura);

9.

Jirrikonoxxi li mhijiex il-prattika tal-Kummissjoni li tittrasferixxi diretturi li huma fil-grad ta' AD15 għal pożizzjonijiet ta' Direttur Ġenerali iżda jinnota li l-Kummissjoni tqis li, legalment, il-Kulleġġ seta' jiddeċiedi li jittrasferixxi konsulent prinċipali għall-pożizzjoni ta' Segretarju Ġenerali;

10.

Jistaqsi għaliex il-Kummissjoni użat proċeduri differenti biex taħtar Viċi Segretarju Ġenerali u Segretarju Ġenerali għall-istess kandidat u waqt l-istess laqgħa tal-Kulleġġ;

Is-sejbiet

11.

Jenfasizza li t-tweġibiet mogħtija mill-Kummissjoni juru li l-President u l-Kap ta' Kabinett tiegħu kien ilhom mill-2015 jafu bl-intenzjoni tal-ex Segretarju Ġenerali li jirtira ftit wara l-1 ta' Marzu 2018, li hu kkonferma mill-ġdid kmieni fl-2018; jissottolinja li dan l-għarfien kien jippermetti proċedura regolari għall-ħatra tas-suċċessur tiegħu permezz ta' waħda miż-żewġ proċeduri pubbliċi previsti mir-Regolamenti tal-Persunal: (1) ħatra mill-Kulleġġ wara l-pubblikazzjoni tal-pożizzjoni u proċedura tal-għażla skont l-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal; jew, (2) trasferiment fl-interess tas-servizz skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal, bl-istess mod wara l-pubblikazzjoni tal-pożizzjoni sabiex tippermetti lil kwalunkwe uffiċjal interessat japplika għal dan it-trasferiment;

12.

Jieħu nota tal-fehma tal-Kummissjoni li l-pubblikazzjoni ta' pożizzjoni ma għandhiex titqies li hija r-regola skont ir-Regolamenti tal-Persunal, b'mod partikolari fir-rigward tal-pożizzjoni tas-Segretarju Ġenerali li tirrikjedi mhux biss esperjenza speċjali iżda wkoll livell partikolari ta' fiduċja mill-President u mill-Kulleġġ tal-Kummissarji;

13.

Jissottolinja li bl-għażla tal-proċedura ta' trasferiment skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal f'forma ta' assenjament mill-ġdid tad-Deputat Segretarju Ġenerali li kien għadu kif inħatar mill-pożizzjoni tiegħu għal dik ta' Segretarju Ġenerali, ma kienx meħtieġ li tiġi ppubblikata l-pożizzjoni tal-ex Segretarju Ġenerali li rtira; jinnota li l-istess proċedura intużat għall-ħatriet ta' Segretarji Ġenerali preċedenti li qabel kienu jokkupaw pożizzjonijiet ta' Diretturi Ġenerali b'responsabilità baġitarja u ta' maniġment ta' livell għoli; jenfasizza, madankollu, li din it-tradizzjoni li ma jkunx hemm pubblikazzjoni laħqet il-limiti tagħha peress li din ma tikkorrispondix għall-istandards moderni tat-trasparenza, li l-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE għandhom jirrispettaw;

14.

Jinnota l-prattika mifruxa ħafna tal-Kummissjoni li timla l-pożizzjonijiet permezz ta' trasferimenti interni fil-forma ta' assenjament mill-ġdid mal-pożizzjoni, anke fir-rigward ta' pożizzjonijiet ta' livell għoli; filwaqt li jirrikonoxxi l-marġni wiesgħa ta' diskrezzjoni li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-istituzzjonijiet f'dan ir-rigward, jinsab imħasseb li din tista' timmina l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u l-għażla tal-aktar kandidati kwalifikati; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jimlew il-pożizzjonijiet permezz ta' trasferimenti bħal dawn unikament wara notifika xierqa lill-persunal, f'konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u jagħtu preferenza lil proċeduri miftuħa u trasparenti li għandhom l-għan li jagħżlu l-aħjar kandidati kwalifikati;

15.

Jissottolinja li kienu biss il-President, il-Kummissarju responsabbli għall-Baġit u r-Riżorsi Umani, l-Ewwel Viċi President u s-Segretarju Ġenerali preċedenti kif ukoll dak ġdid li kienu jafu minn qabel li waqt il-laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kummissarji tal-21 ta' Frar 2018 kienet se ssir il-proposta għall-ħatra immedjata tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid;

16.

Jiddikjara li din il-proċedura tidher li kienet ta' sorpriża għall-membri l-oħra kollha tal-Kulleġġ u ġie evitat li jsir dibattitu fost il-Kummissarji, peress li l-ħatra ta' Segretarju Ġenerali ġdid ma kinetx fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kummissarji tal-21 ta' Frar 2018;

17.

Jinsab imħasseb bil-kbir dwar il-fatt li l-mod ta' kif saret il-ħatra tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid jista' jixħet dubju fuq il-proċedura preċedenti tal-ħatra ta' Deputat Segretarju Ġenerali peress li din mill-bidu setgħet ma kellhiex l-għan li timla l-post vakanti, iżda aktar kellha l-għan li tippermetti t-trasferiment ta' din il-pożizzjoni għall-pożizzjoni ta' Segretarju Ġenerali skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr il-pubblikazzjoni tal-pożizzjoni; iqis li, għalkemm dan il-mod ta' kif tmexxiet il-proċedura jista' jissodisfa rekwiżiti purament formali, huwa jmur kontra l-ispirtu tar-Regolamenti tal-Persunal u jimpedixxi kwalunkwe kompetizzjoni għall-pożizzjoni minn persunal ieħor eliġibbli;

Il-konklużjonijiet

18.

Jinsab diżappuntat dwar il-fatt li lanqas biss Kummissarju wieħed ma jidher li qajjem dubji dwar din il-ħatra ta' sorpriża, talab għall-posponiment ta' din id-deċiżjoni ta' ħatra jew talab diskussjoni ta' prinċipju dwar ir-rwol ta' Segretarju Ġenerali futur fil-Kummissjoni, u dwar il-fehim ta' dak ir-rwol, filwaqt li jirrimarka li l-punt ma kienx fuq l-aġenda;

19.

Ifakkar li d-Diretturi Ġenerali tal-istituzzjonijiet Ewropej huma responsabbli għal mijiet ta' membri tal-persunal u għall-implimentazzjoni ta' baġits sostanzjali bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni, kif ukoll għandhom l-obbligu li jiffirmaw dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni fir-rapport annwali tal-attività tagħhom fit-tmiem ta' kull sena finanzjarja; iqajjem dubji, għalhekk, dwar l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li l-Kapijiet ta' Kabinett tal-President jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għal pożizzjoni ta' Direttur Ġenerali, f'dawk li huma responsabilitajiet ta' ġestjoni u baġitarji, mingħajr qatt ma jkunu okkupaw tali pożizzjoni, kif kien il-każ fir-rigward tas-Segretarji Ġenerali preċedenti tal-Kummissjoni; jirrimarka li l-Komunikazzjoni interna tal-President lill-Kummissjoni, tal-1 ta' Novembru 2014, li tirregola l-kompożizzjoni tal-uffiċċji privati tal-Membri tal-Kummissjoni u tas-servizz tal-Kelliem ma tissostitwix jew timmodifa r-Regolamenti tal-Persunal;

20.

Jiddikjara li n-nomina f'żewġ stadji tas-Segretarju Ġenerali tista' titqies bħala azzjoni simili għal kolp li ġebbdet u possibilment anke qabżet il-limiti tal-liġi;

21.

Jenfasizza li l-Parlament ma jistax isib "sitwazzjoni serja u urġenti", kif ġie spjegat mis-servizz legali tal-Parlament, li tiġġustifika l-użu tal-proċedura ta' assenjament mill-ġdid skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr il-pubblikazzjoni tal-pożizzjoni;

L-azzjoni meħtieġa

22.

Jinsab konxju tal-fatt li revoka ta' att amministrattiv favorevoli ġeneralment mhijiex possibbli minħabba restrizzjonijiet legali, madankollu jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid il-proċedura tal-ħatra tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid sabiex tagħti l-possibilità lil kandidati oħra possibbli fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika Ewropea li japplikaw, u b'hekk, li jkun jista' jkun hemm għażla usa' fost kandidati potenzjali għall-istess grupp ta' funzjonijiet u grad; jistieden lill-Kummissjoni biex fil-futur tmexxi proċeduri ta' applikazzjoni miftuħa u trasparenti;

23.

Jirrimarka li sabiex jinżamm servizz pubbliku Ewropew eċċellenti u indipendenti, leali u motivat, ir-Regolamenti tal-Persunal jeħtieġ li jiġu applikati b'rispett għall-forma u s-sustanza: b'mod partikolari dan jirrikjedi li l-Artikoli 4, 7 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal jeħtieġ li jiġu rispettati kompletament sabiex "postijiet vojta [kollha] f'istituzzjoni għandhom ikunu notifikati lill-persunal ta' dik l-istituzzjoni hekk kif l-awtorità tal-ħatra tiddeċiedi li l-post għandu jimtela"u li dan l-obbligu ta' trasparenza jeħtieġ ukoll li jiġi rrispettat fir-rigward tat-trasferimenti skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal, minbarra każijiet tassew eċċezzjonali u debitament motivati, kif rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja;

24.

Ifakkar li huwa biss permezz ta'l-pubblikazzjoni xierqa tal-pożizzjonijiet vakanti li huwa possibbli li tiġi żgurata għażla wiesgħa tal-kandidati l-aktar kwalifikati, ibbilanċjata bejn is-sessi u li tippermetti deċiżjonijiet infurmati u tal-aħjar ħatra; jenfasizza li proċeduri ta' pubblikazzjoni li għandhom l-unika fini li jissodisfaw ir-rekwiżit formali ta' pubblikazzjoni, għandhom jiġu evitati mill-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej kollha;

25.

Jirrakkomanda li l-proċessi u l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kulleġġ tal-Kummissarji jeħtieġ li jissaħħu sabiex tiġi evitata kwalunkwe approvazzjoni indiskriminata ta' ħatriet jew deċiżjoni importanti oħra u li għalhekk huwa meħtieġ li dawn il-punti kollha jiġu inklużi fl-abbozz ta' aġenda;

26.

Jistieden, f'dan il-kuntest, lill-istituzzjonijiet u lill-korpi kollha tal-Unjoni Ewropea jtemmu wkoll il-prattika ta' "tfigħ f'pożizzjoni preċiża"(parachuting), li tirriskja li tikkomprometti l-proċeduri u b'hekk il-kredibilità tal-UE; jenfasizza li l-influwenza politika ma tridx timmina l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal; huwa tal-fehma li l-pożizzjonijiet vakanti kollha għandhom jiġu ppubblikati fl-interess tat-trasparenza, l-integrità u l-opportunitajiet indaqs; madankollu, f'każ li l-istituzzjonijiet jiddeċiedu li għandhom jiddevjaw minn dan il-prinċipju, huma għandhom jagħmlu dan biss fi ħdan marġini limitati ħafna stabbiliti mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

27.

Jipproponi li uffiċjali minn korpi rappreżentanti tal-persunal ikunu fuq il-kumitati tal-għażla tal-maniġment superjuri tal-Parlament;

28.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet l-oħra kollha tal-UE kkonċernati jirrevokaw deċiżjonijiet li permezz tagħhom huma jqisu l-funzjoni ta' Kap ta' Kabinett tal-President bħala ekwivalenti għall-funzjoni ta' Direttur Ġenerali u l-funzjoni ta' Kap ta' Kabinett ta' Kummissarju bħala ekwivalenti għall-funzjoni ta' Direttur; jitlob, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tiżgura li r-reviżjoni li jmiss tar-Regolamenti tal-Persunal skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja tiddisponi għal għażliet ta' karriera siewja, kemm għall-uffiċjali li jkunu segwew il-perkors ta' karriera tradizzjonali u kemm għall-membri tal-kabinetti:

fir-rigward tal-Artikolu 7, billi tiġi kkjarifikata l-proċedura ta' assenjament mill-ġdid bil-pożizzjoni tal-uffiċjal li ġiet żviluppata biss mill-każistika,

billi jiġu integrati r-regoli interni rilevanti għall-membri tal-uffiċċji/kabinetti privati, u

billi jiġu stabbiliti proċeduri kompletament trasparenti għall-ħatra tas-Segretarji Ġenerali

29.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rieżami, qabel tmiem l-2018, tal-proċedura amministrattiva tagħha għall-ħatra ta’ uffiċjali għolja bl-objettiv li jiġi żgurat għalkollox li jintgħażlu l-aħjar kandidati f’qafas ta’ trasparenza massima u opportunitajiet indaqs, u b’hekk anke tkun ta’ eżempju għall-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra;

30.

Jirrikonoxxi li l-Artikolu 17 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kummissjoni jattribwixxi responsabilitajiet ta’ ġestjoni partikolari lis-Segretarju Ġenerali li għandu jkollu firxa wiesgħa ta’ esperjenza maniġerjali u l-fiduċja tal-President; jara l-ħtieġa li dawn ir-Regoli jiġu aġġornati u ċċarati sabiex jiggarantixxu rwol newtrali tas-Segretarju Ġenerali f’ambjent politiku (tal-partiti); jistenna li jkun informat dwar tali aġġornament sa Settembru 2018.

o

o o

31.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Istituzzjonijiet Ewropej kollha.s

18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/69


P8_TA(2018)0118

Progress rigward il-Patti Globali tan-NU għal migrazzjoni sikura, ordnata u regolari u dwar irrifuġjati

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-progress rigward il-Patti Globali tan-NU għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari u dwar ir-Rifuġjati (2018/2642(RSP))

(2019/C 390/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Protokoll tal-1967 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u trattati u strumenti oħra tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

wara li kkunsidra l-aġenda tax-xogħol deċenti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u b'mod partikolari l-Konvenzjoni tal-ILO Nru 189 (2011) dwar xogħol deċenti għall-ħaddiema domestiċi,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni A/RES/71/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-19 ta' Settembru 2016, "Id-dikjarazzjoni ta' New York għar-Refuġjati u l-Migranti" (1),

wara li kkunsidra l-Anness I tad-Dikjarazzjoni ta' New York, il-Qafas ta' Rispons Komprensiv għar-Rifuġjati,

wara li kkunsidra l-Anness II tad-Dikjarazzjoni ta' New York, "Lejn patt globali għal migrazzjoni sikura, ordnata u regolari",

wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE tas-6 ta’ Marzu 2017 għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' April 2017 dwar il-protezzjoni tat-tfal migranti (COM(2017)0211),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni A/RES/71/280 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-6 ta' April 2017 dwar "Modalitajiet għan-negozjati intergovernattivi tal-patt globali għal migrazzjoni sikura, ordnata u regolari (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tat-28 ta' April 2017 bl-isem "Report of the Special Rapporteur on the human rights of migrants on a 2035 agenda for facilitating human mobility"(Rapport tar-Rapporteur Speċjali dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti dwar aġenda 2035 għall-iffaċilitar tal-mobilità tal-bniedem) (3),

wara li kkunsidra d-dokument tal-UNHCR tas-17 ta' Mejju 2017 bit-titolu "Towards a global compact on refugees: a roadmap"(Lejn patt globali dwar ir-rifuġjati: pjan direzzjonali) (4),

wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, António Guterres, tal-11 ta' Jannar 2018, bit-titolu"Making migration work for all"(Nagħmlu l-migrazzjoni vantaġġjuza għal kulħadd) (5),

wara li kkunsidra l-abbozz żero tal-patt globali UNHCR dwar ir-rifuġjati fil-31 ta' Jannar 2018 (6),

wara li kkunsidra l-abbozz żero u l-abbozz żero plus tal-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari, tal-5 ta' Frar 2018 (7) u l-5 ta' Marzu 2018 (8) rispettivament,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Abidjan tal-Ħames Summit UE-UA ta' Novembru 2017,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni A/RES/70/1 tan-NU bit-titolu "Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development"("Nittrasformaw id-Dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli"), adottata fil-25 ta' Settembru 2015 waqt is-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fi New York (9),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familja Tagħhom, adottata fit-18 ta' Diċembru 1990 permezz tar-Riżoluzzjoni A/RES/45/158 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU (10),

wara li kkunsidra l-Kumment Ġenerali Konġunt tal-Kumitat dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji Tagħhom u l-Kumitat dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC) dwar id-drittijiet tal-bniedem tat-tfal fil-kuntest tal-migrazzjoni internazzjonali,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' April 2016 dwar l-UE f'ambjent globali jinbidel - dinja iktar konnessa, kontestata u kumplessa (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-migrazzjoni f'pajjiżi terzi (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar ir-reżiljenza bħala prijorità strateġika tal-azzjoni esterna tal-UE (13),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5 ta' April 2017 dwar l-indirizzar tal-movimenti tar-rifuġjati u tal-migranti: ir-rwol tal-azzjoni esterna tal-UE (14) u tat-12 ta' April 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni (15);

wara li kkunsidra r-rapport adottat fit-12 ta’ Ottubru 2017 mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tiegħu dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (A8-0316/2017), u l-ħtieġa li l-UE toffri risistemazzjoni lil mill-inqas 20 % tal-Ħtiġijiet Proġettati Annwali Dinjija ta' Risistemazzjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, f'konformità mal-Artikolu 13(2) tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, kulħadd għandu l-jedd li jħalli kwalunkwe pajjiż, inkluż dak tiegħu, u li jerġa' lura f'pajjiżu; billi fl-1999, il-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, fil-Kumment Ġenerali Nru 273 (Punt 8) tiegħu, iċċara li dan id-dritt "ma jistax isir dipendenti fuq xi skop speċifiku jew fuq il-perjodu ta' żmien li l-individwu jagħżel li jibqa' barra mill-pajjiż";

B.

billi fis-Summit tan-NU għar-Rifuġjati u l-Migranti, ospitat mill-Assemblea Ġenerali fi New York fid-19 ta' Settembru 2016, l-istati membri tan-NU unanimament adottaw "Id-Dikjarazzjoni ta' New York għar-Rifuġjati u l-Migranti", li abbażi tagħha tnedew żewġ proċessi separati, distinti u indipendenti, għalkemm fis-sustanza huma, bil-ħsieb li fl-2018 jiġi adottat Patt Globali dwar ir-Rifuġjati, u Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari, li se jiġi ffirmat f'konferenza fil-Marokk f'Diċembru 2018;

C.

billi l-Anness I tad-Dikjarazzjoni ta' New York jistabbilixxi Qafas ta' Rispons Komprensiv għar-Rifuġjati (CRRF), li huwa msejjes fuq il-prinċipju tal-kondiviżjoni internazzjonali tar-responsabbiltà u d-determinazzjoni min-naħa tal-Istati Membri tan-NU li jiġu indirizzati l-kawżi profondi tal-ispostament furzat; billi l-Qafas ta' Rispons Komprensiv għar-Rifuġjati jippreżenta azzjonijiet speċifiċi mfassla sabiex inaqqsu l-pressjoni fuq il-pajjiżi ospitanti, biex tissaħħaħ l-awtonomija tar-rifuġjati, biex jikber l-aċċess għal soluzzjonijiet li jinvolvu pajjiżi terzi, u biex jappoġġaw il-kundizzjonijiet fil-pajjiżi ta' oriġini għal ritorn sikur u dinjituż;

D.

billi l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati ntalab iwettaq konsultazzjonijiet dwar Programm ta' Azzjoni biex jikkomplementa l-CRRF u biex tipproponi Patt Globali dwar ir-Rifuġjati fir-rapport annwali tiegħu lill-Assemblea Ġenerali fl-2018;

E.

billi l-UE u l-Istati Membri tagħha kienu involuti fil-proċess ta' tħejjija u d-diskussjonijiet li wasslu għall-preżentazzjoni tal-abbozzi żero; billi mal-bidu tal-fażi aktar kritika tal-proċess, u bħala konsegwenza tad-deċiżjoni tal-Istati Uniti li toħroġ min-negozjati, sar saħansitra aktar importanti li l-UE u l-Istati Membri tagħha jieħdu rwol ewlieni sabiex jiżguraw test iffukat fuq il-persuni u msejjes fuq id-drittijiet tal-bniedem;

F.

billi l-migrazzjoni hija fenomenu uman kumpless; billi filwaqt li r-rifuġjati huma definiti speċifikament u protetti fid-dritt internazzjonali bħala persuni li jirrisjedu barra mill-pajjiż ta' oriġini tagħhom minħabba biża' ta' persekuzzjoni, kunflitt, vjolenza, jew ċirkostanzi oħra, u li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali bħala riżultat, kemm ir-rifuġjati kif ukoll il-migranti huma detenturi ta' drittijiet tal-bniedem u sikwit iħabbtu wiċċhom ma' aktar vulnerabbiltà, vjolenza u abbuż matul il-proċess tal-migrazzjoni; billi kemm il-Patt Globali dwar ir-Rifuġjati u l-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Regolari u Ordnata huma proċessi komplementari li se jeħtieġu azzjonijiet konġunti għall-implimentazzjoni tagħhom;

G.

billi l-mobilità umana u l-migrazzjoni huma realtà li qed tikber, b'madwar 258 miljun migrant internazzjonali madwar id-dinja; billi l-għadd tal-migranti bħala proporzjon tal-popolazzjoni globali żdied minn 2.8 % fl-2000 għal 3.4 % fl-2017; billi 48 % tal-migranti huma nisa; billi l-parti l-kbira tal-migranti jivvjaġġaw b'mod sikur u ordnat; billi 85 % tal-migrazzjoni ssir bejn pajjiżi tal-istess livell ta' żvilupp; billi fl-2017, l-Ewropa kienet is-sors tat-tieni l-akbar għadd ta' migranti internazzjonali (61 miljun) (16);

H.

billi skont data tal-UNHCR, madwar 65 miljun ruħ kienu qed jgħixu fi spostament furzat fi tmiem 2015, li 12-il miljun minnhom kienu Sirjani; billi skont il-Bank Dinji, madwar 9 miljun persuna ġew spustati bejn l-2012 u l-2015, u dan jirrappreżenta sfida serja għas-sistema tal-għajnuna umanitarja dinjija; billi 84 % tar-rifuġjati fid-dinja u 99 % tal-persuni spustati internament huma ospitati minn pajjiżi jew reġjuni li qed jiżviluppaw: il-kontinent Afrikan jospita l-parti l-kbira minnhom, filwaqt li 10 % biss tar-rifuġjati huma ospitati minn pajjiżi Ewropej, apparti t-Turkija; billi skont il-Ħtiġijiet proġettati Dinjija ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR għall-2018, kważi 1.2 miljun persuna huma stmati li jirrikjedu risistemazzjoni; billi mis-sena 2000 sal-lum, aktar minn 46 000 migrant u rifuġjat mietu madwar id-dinja jfittxu s-sikurezza u d-dinjità barra minn pajjiżhom, fosthom mill-inqas 14 500 persuna li mietu fil-Mediterran Ċentrali mill-2014 (17);

I.

billi l-Ewropa storikament kienet kemm reġjun ta' destinazzjoni kif ukoll reġjun ta' oriġini tal-migranti; billi l-Ewropej ukoll emigraw barra minn pajjiżhom minħabba diffikultajiet ekonomiċi, kunflitti jew persekuzzjoni politika; billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali wasslet biex għadd kbir ta' Ewropej emigraw, fosthom lejn l-ekonomiji emerġenti tal-pajjiżi tan-Nofsinhar tad-dinja;

J.

billi ħafna tfal migranti jesperjenzaw vjolenza, abbuż u sfruttament; billi aktar minn 100 pajjiż iżommu t-tfal detenuti għal raġunijiet relatati mal-migrazzjoni (18); billi t-tfal rifuġjati huma ħames darbiet aktar suxxettibbli li jkunu barra mill-iskola minn tfal oħra, u inqas minn kwart tar-rifuġjati adolexxenti huma rreġistrati fi skola sekondarja;

K.

billi l-ħaddiema migranti sikwit jiġu esposti għal diskriminazzjoni, sfruttament u ksur tad-drittijiet; billi 23 % tal-24.9 miljun persuna li jiġu mġiegħla jagħmlu xogħol furzat fid-dinja huma migranti internazzjonali;

L.

billi l-esperjenza wriet li l-migranti jagħtu kontributi pożittivi lill-pajjiżi li jgħixu fihom, kif ukoll lill-pajjiżi ta' oriġini tagħhom; billi l-migranti jikkontribwixxu fil-pajjiżi fejn jgħixu billi jħallsu t-taxxi u jħallu madwar 85 % tad-dħul finanzjarju tagħhom fl-ekonomiji ta' dawk il-pajjiżi; billi fl-2017 madwar USD 596 biljun ġew trasferiti f'rimessi globalment, u USD 450 biljun minnhom intbagħtu lil pajjiżi li qed jiżviluppaw, jiġifieri sa tliet darbiet tat-total tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp;

1.

Jappoġġja ħafna l-objettivi tad-Dikjarazzjoni ta' New York għar-Rifuġjati u l-Migranti u l-proċess korrispondenti għall-iżvilupp ta' sistema ta' governanza dinjija, għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni internazzjonali dwar il-migrazzjoni internazzjonali, il-mobilità tal-persuni, movimenti kbar ta' rifuġjati u s-sitwazzjonijiet imtawla ta' rifuġjati, u biex jiġu stabbiliti soluzzjonijiet durabbli u approċċi biex jenfasizzaw b'mod ċar l-importanza li jiġu protetti d-drittijiet tar-rifuġjati u l-migranti;

2.

Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jingħaqdu wara pożizzjoni unika tal-UE u biex jiddefendu u jippromwovu b'mod attiv in-negozjati dwar il-kwistjoni importanti tal-Patti Globali tan-NU għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari u dwar ir-Rifuġjati;

3.

Jinsab konvint li f'dinja interdipendenti ħafna, l-isfidi relatati mal-mobbiltà tal-bniedem jistgħu jiġu indirizzati bl-aktar mod effettiv mill-komunità internazzjonali kollha kemm hi; jilqa', għaldaqstant, il-ftuħ tan-negozjati intergovernattivi dwar il-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari u l-bidu tal-konsultazzjonijiet formali għall-Patt Global dwar ir-Rifuġjati abbażi tal-abbozzi żero, li għandhom jitlestew sa Lulju 2018;

4.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea, jiġifieri r-Rappreżentant Għoli tagħha għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni, biex tuża l-piż diplomatiku kollha u timmobilizza d-delegazzjonijiet tal-UE, mhux biss fi New York u f'Ġinevra, iżda wkoll f'pajjiżi ewlenin oħra, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-proċess huwa ta' importanza kritika bħala pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu, iżda wkoll ta' destinazzjoni, u jenħtieġ li jiġi ffaċilitat mill-UE, sabiex jiġi żgurat is-suċċess tal-proċess;

5.

Jenfasizza li t-trattati internazzjonali ewlenin tad-drittijiet tal-bniedem jirrikonoxxu d-drittijiet tal-bnedmin kollha, inklużi l-migranti u r-rifuġjati, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom, u jobbligaw lill-istati josservawhom, inkluż il-prinċipju fundamentali ta' non-refoulement; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lil persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli u fil-bżonn ta' appoġġ medika jew psikoloġika speċjali, fosthom minħabba vjolenza fiżika sesswali, sessista jew minħabba preġudizzji, jew tortura; jiffavorixxi d-dħul ta' miżuri konkreti tal-Patti Globali f'dan ir-rigward; ifakkar, barra minn hekk, li vulnerabbiltajiet jinħolqu bħala riżultat ta' ċirkostanzi fil-pajjiżi ta' oriġini, ta' tranżitu u ta' akkoljenza jew ta' destinazzjoni, bħala konsegwenza mhux biss tal-identità tal-persuna, imma wkoll tal-għażliet tal-politika, l-inugwaljanza, u d-dinamiki strutturali u soċjetali;

6.

Ifakkar li l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) li jinsabu fl-Aġenda 2030 jirrikonoxxu li politiki tal-migrazzjoni ppjanati u amministrati tajjeb jistgħu jgħinu biex jinkiseb żvilupp sostenibbli u tkabbir inklużiv, kif ukoll biex inaqqsu l-inugwaljanzi fi ħdan l-istati u bejniethom; iħeġġeġ li tingħata l-attenzjoni mistħoqqa lill-aspetti relatati mal-migrazzjoni tal-SDGs u l-Patti Globali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jwettqu l-impenn tagħhom biex jintlaħqu l-SDGs relatati mat-tfal, filwaqt li jiġu implimentati l-Linji Gwida tal-UE tas-6 ta' Marzu 2017 għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal;

7.

Jistieden lill-istati membri tan-NU biex jieħdu impenn indipendenti sabiex tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet bħala element ċentrali tal-Patt Globali, f'konformità mal-SDG 5; ifakkar, barra minn hekk, li l-migrazzjoni tista'sservi bħala aċċeleratur għall-ugwaljanza u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, peress li 48 % tal-migranti huma nisa u żewġ terzi minnhom jaħdmu;

8.

Jistieden lill-istati membri tan-NU jieħdu impenn indipendenti biex jiżguraw il-protezzjoni tat-tfal migranti; jenfasizza li t-tfal kollha, irrispettivament mill-istatus tagħhom ta' migranti jew ta' rifuġjati, l-ewwel u qabel kollox huma tfal, li huma intitolati għad-drittijiet kollha minquxa fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u li l-aħjar interessi tagħhom jeħtieġ li jkunu l-kunsiderazzjoni primarja fl-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet kollha li jolqtuhom; iqis il-Patti Globali bħala opportunità biex jissaħħu l-punti ta' riferiment għall-protezzjoni tat-tfal milquta mill-migrazzjoni u l-ispostament furzat; jilqa' l-inklużjoni fl-abbozz zero ta' impenji ċari dwar kwistjoni speċifiċi urġenti, bħalma hi s-sejħa biex tintemm id-detenzjoni tat-tfal, titjib tal-azzjoni dwar migranti nieqsa, appoġġ qawwi għar-riunifikazzjoni tal-familja u toroq regolari oħra, il-prevenzjoni tal-apolidija fit-tfulija, u l-inklużjoni ta' tfal rifuġjati u li qed ifittxu asil fis-sistemi nazzjonali għall-ħarsien tat-tfal, l-edukazzjoni u s-saħħa; jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġaw b'qawwa dawn il-proposti sabiex jiġi żgurat li jibqgħu fit-test finali għall-adozzjoni f'Diċembru;

9.

Jenfasizza li għandha tinżamm l-attenzjoni fuq l-indirizzar ta' diversi xpruni tal-migrazzjoni irregolari u l-ispustament sfurzat (il-kunflitt, il-persekuzzjoni, it-tindif etniku, il-vjolenza ġeneralizzata u fatturi oħra bħall-faqar estrem, it-tibdil fil-klima jew id-diżastri naturali);

10.

Jiddeplora l-fenomenu persistenti u mifrux tal-apolidija, li toħloq sfidi akuti tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw li din il-kwistjoni tiġi indirizzata b'mod adegwat fin-negozjati attwali dwar il-Patti Globali;

11.

Jenfasizza li l-konsultazzjonijiet u n-negozjati jeħtieġ li jkunu trasparenti u inklużivi, u jeħtieġ jinvolvu l-partijiet interessati, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-istituzzjonijiet kollha, kif ukoll is-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-migranti, kemm jista' jkun, minkejja n-natura intergovernattiva tan-negozjati; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi sfruttat ir-rwol tal-parlamenti fl-aħħar fażi tal-proċess li jwassal għall-adozzjoni tal-Patti, u jindika b'mod partikolari l-ħtieġa li tissaħħaħ id-dimensjoni parlamentari tal-pożizzjoni tal-UE;

12.

Jemmen li jenħtieġ li jiġi żviluppat mekkaniżmu ta' koordinazzjoni biex jiżgura l-komplementarjetà bejn iż-żewġ Patti u l-koerenza dwar kwistjonijiet trasversali;

13.

Jenfasizza l-importanza tal-kollezzjoni u l-monitoraġġ u data diżaggregata dwar il-migrazzjoni u r-rifuġjati, li għandha tkun akkumpanjata minn indikaturi speċifika għall-migranti - li huma vitali għat-tfassil tal-politika - ibbażati fuq statistika realistika u mhux fuq miti jew perċezzjonijiet foloz, filwaqt li jiġu żgurati l-istandards tad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-privatezza, u l-istandards tal-protezzjoni tad-data, u jkun prevenut li s-suġġetti tad-data jkunu esposti għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem;

14.

Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ id-dimensjoni ta' segwitu tal-implimentazzjoni taż-żewġ Patti Globali fil-futur qrib, b'mod partikolari minħabba n-natura mhux vinkolanti tagħhom, sabiex jiġu evitati approċċi à la carte min-naħa tal-istati differenti involuti; jitlob, f'dan ir-rigward, li jkun hemm monitoraġġ mill-qrib permezz tal-istabbiliment ta' punti ta' riferiment u indikaturi, fejn xieraq; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-arkitettura tan-NU u l-aġenziji rilevanti tagħha jingħataw ir-riżorsi meħtieġa għal kwalunkwe kompitu li l-istati jiddeċiedu li jiddelegaw lilhom fl-implimentazzjoni u s-segwitu tal-Patti;

15.

Jirrikonoxxi li l-ġestjoni tal-migrazzjoni teħtieġ investimenti kbar, riżorsi adegwati u strumenti flessibbli u trasparenti, u li strumenti mfassla tajjeb, flessibbli u razzjonalizzati biex jiġu indirizzati l-isfidi ta' migrazzjoni se jkunu meħtieġa fis-snin li ġejjin; jitlob li l-istrumenti ta' finanzjament tal-UE jkollhom rwol akbar fl-implimentazzjoni tal-Patti Globali; jitlob li l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss jinkludi l-konsistenza finanzjarja u jagħmel rieżami tal-appoġġ baġitarju fit-tul għall-politiki tal-migrazzjoni u l-asil u l-azzjonijiet li jirriżultaw mill-Patti Globali; iqis li l-baġits għall-iżvilupp jeħtieġ li jibqgħu ffukati fuq il-qerda sostenibbli tal-faqar;

Il-Patt Globali dwar ir-Rifuġjati

16.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-abbozz tal-Patt dwar ir-rifuġjati, u l-approċċ tiegħu ffukat fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-persuni; ifaħħar lill-UNHCR għall-ħidma u l-impenn tagħha għall-aktar implimentazzjoni komprensiva tal-mandat tagħha; jistieden lill-pajjiżi kollha biex jieħdu impenji lejn kondiviżjoni aktar ekwa tar-responsabbiltà għall-ospitar u l-appoġġ tar-rifuġjati fid-dinja, u jħeġġeġ lill-UE u l-Istati Membri tagħha jirrikonoxxu u jonoraw s-sehem ta' responsabilità tagħhom stess; jitlob li jiġi adottat mekkaniżmu dinji ta' kondiviżjoni tar-responsabbiltà, li jappoġġa approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għall-Patt propost;

17.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata għajnuna robusta u sostnuta lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jospitaw għadd kbir ta' rifuġjati, u li jiġi żgurat li r-rifuġjati jiġu offruti soluzzjonijiet durabbli, fosthom billi jsiru awtosostenibbli u jiġu integrati fil-komunitajiet fejn jgħixu; ifakkar li l-Patt jipprovdi opportunità unika biex tissaħħaħ ir-rabta bejn l-għajnuna umanitarja u l-politiki għall-iżvilupp u biex jittejbu l-effikaċja, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tal-ħarsien u s-sejbien ta' soluzzjonijiet għar-rifuġjati, filwaqt li jinbena rispons komprensiv u li jlaqqa' flimkien lill-partijiet interessati kollha;

18.

Jenfasizza l-ħtieġa li r-rifuġjati jiġu inklużi bħala partijiet interessati attivi fit-tfassil tal-Patt u reazzjonijiet internazzjonali oħra għas-sitwazzjonijiet tar-rifuġjati;

19.

Jitlob li l-għajnuna umanitarja tiġi nonkriminalizzata; jitlob li jiżdiedu l-kapaċitajiet ta' tiftix u salvataġġ għall-persuni f'diffikultà, għal biex l-istati kollha jħejju aktar kapaċitajiet għall-użu, u li jiġi rikonoxxut l-appoġġ mogħti mill-atturi privati u l-NGOs fit-twettiq ta' operazzjonijiet ta' salvataġġ fuq il-baħar u fuq l-art;

20.

Jitlob l-iżvilupp robust u t-tisħiħ tas-soluzzjoni ta' risistemazzjoni fil-Patt negozjat, bħala element ewlieni għal kondiviżjoni ekwa tar-responsabilità, permezz ta' impenji speċifiċi u koordinati li se jistabbilixxu jew iżidu l-ambitu, id-daqs u l-kwalità tal-programmi ta' risistemazzjoni, sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet annwali dinjija ta' risistemazzjoni identifikati mill-UNHCR; jistieden lill-Istati Membri tal-UE b'mod partikolari biex jagħmlu l-parti tagħhom u biex iżidu l-impenn tagħhom lejn din il-kwistjoni;

21.

Iħeġġeġ li jiġi rispettat għalkollox id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, u jinsisti fuq l-iżvilupp ta' rotot sikuri u legali għar-rifuġjati, flimkien ma' risistemazzjoni, inklużi kurituri umanitarji, viżi umanitarji internazzjonali, sistemi ta' risistemazzjoni reġjonali u toroq legali oħra komplementari (bħal l-isponsorizzazzjoni privata, viżi għall-istudju, skemi ta' boroż ta' studju għar-rifuġjati u arranġamenti tal-viża flessibbli), ħalli r-rifuġjati jkunu jistgħu jilħqu destinazzjonijiet b'kundizzjonijiet ospitanti xierqa u dinjitużi;

22.

Jistieden lill-pajjiżi kollha jiffirmaw, jirratifikaw u jikkonformaw mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, u l-Protokoll tal-1967 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati (il-Konvenzjoni ta' Ġinevra);

23.

Jenfasizza l-ħtieġa li nieħdu vantaġġ minn din l-opportunità biex tiġi żviluppata għalkollox perspettiva tal-ġeneru mġedda u orizzontali għal rispons internazzjonali kollettiv għar-rifuġjati li jindirizza l-ħtiġijiet ta' protezzjoni speċifiċi tan-nisa, inkluża l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, u li ssaħħaħ il-ħiliet u l-kapaċitajiet tan-nisa fir-rikostruzzjoni u r-reżiljenza tas-soċjetajiet kollha, biex b'hekk tingħeleb l-immaġni tan-nisa bħala vittmi u xejn aktar; jitlob, f'dan il-kuntest, l-involviment sħiħ tan-nisa, sa mit-tfulija, b'aċċess tal-bniet għall-edukazzjoni, anke f'emerġenzi u f'żoni ta' kunflitt, filwaqt li jinstema' leħinhom u jitqiesu l-ħtiġijiet u r-realtajiet tagħhom permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fit-tfassil ta' politiki u soluzzjonijiet għall-kriżi tar-rifuġjati, sabiex dawn isiru aktar effettivi, responsivi u sostenibbli;

Il-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari

24.

Jinsisti li l-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari jenħtieġ li jkun iffukat fuq il-persuni u msejjes fuq id-drittijiet tal-bniedem, u jenħtieġ li jipprevedimiżuri fit-tul, sostenibbli u komprensivi, għall-benefiċċju tal-partijiet kollha involuti, filwaqt li jibni fuq il-prinċipju ta' sħubija u kooperazzjoni msaħħa bejn il-pajjiżi ta' oriġini, transitu u destinazzjoni;

25.

Iqis il-Patt bħala opportunità unika biex tiġi stabbilita rabta bejn l-iżvilupp u l-migrazzjoni fuq l-aġenda politika dinjija; jemmen bis-sħiħ li l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli jipprovdu qafas komprensiv u olistiku biex fih nissolidifikaw ir-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp;

26.

Ifakkar li r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU bit-titolu "Making migration work for all"(Nagħmlu l-migrazzjoni vantaġġjuża għal kulħadd) jenfasizza li hemm evidenza ċara li turi li minkejja l-isfidi reali, il-migrazzjoni hija ta' benefiċċju kemm għall-migranti kif ukoll għall-komunitajiet ospitanti, f'termini ekonomiċi u soċjali, u tista' tkun mutur għat-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni; jappoġġa ħafna l-kontinwazzjoni ta' narrattiva pożittiva dwar il-migrazzjoni u jappella li jkun hemm kampanji ta' informazzjoni tal-UE u internazzjonali li jiġbdu l-attenzjoni fuq l-evidenza u jiġġieldu t-tendenzi razzisti u ksenofobiċi fis-soċjetajiet tagħna;

27.

Jistieden lill-istati membri tan-NU biex jimminimizzaw l-ispejjeż tat-trasferiment tar-rimessi u biex jindirizzaw din il-kwistjoni fin-negozjati attwali tal-Patt;

28.

Jenfasizza li l-migrazzjoni ġiet rikonoxxuta bħala strateġija proattiva ta' adattament, skema tal-għajxien kontra l-faqar, fattur li jikkontribwixxi għat-tkabbir inklużiv u għall-iżvilupp sostenibbli;

29.

Jemmen bis-sħiħ li issa huwa ż-żmien biex jitlaqqgħu flimkien l-elementi kollha tal-arkitettura tan-NU, inkluża l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM), biex jiġu appoġġjati l-isforzi internazzjonali għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-konsolidazzjoni tal-kooperazzjoni; jiddispjaċih profondament, għalhekk, dwar id-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti li ttemm il-parteċipazzjoni tagħha fin-negozjati għal Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari; jistieden lill-UE turi sens ta' tmexxija f'dan il-proċess u tikkundanna lil pajjiżi oħra li joħorġu min-negozjati jew li jirnexxilhom idgħajfu l-kontenut finali; jitlob lill-UE taqdi r-responsabilità tagħha bħala attur globali u taħdem biex tiżgura t-tlestija b'suċċess tan-negozjati; jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri tal-UE juru għaqda u jitkellmu b'leħen wieħed favur reġim internazzjonali msejjes fuq id-drittijiet tal-bniedem għall-ġestjoni tal-migrazzjoni;

30.

Iqis li l-ftuħ ta' aktar toroq legali għall-migrazzjoni, fosthomabbażi ta' analiżijiet relaistiċi tal-ħtiġijiet tas-swieq tax-xogħol, jiskoraġġixxi l-migrazzjoni irregolari u jwassal għal inqas imwiet, inqas abbuż tal-migranti irregolari min-naħa tat-traffikanti u inqas sfruttament tal-migranti irregolari minn impjegaturi bla skruplu;

31.

Jistieden lill-pajjiżi kollha jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu l-abbuż tad-drittijiet tal-bniedem u l-isfruttament tal-migranti fit-territorji tagħhom stess, fosthom mill-impjegaturi; jistieden lill-istati membri tan-NU, għal dan l-għan, jiffirmaw, jirratifikaw u jikkonformaw mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familja Tagħhom, adottata bir-riżoluzzjoni 45/158 tat-18 ta' Diċembru 1990 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU; jenfasizza li l-Patt jenħtieġ li josserva u jkun konformi mal-istandards internazzjonali tax-xogħol, b'mod partikolari l-prinċipji fundamentali u d-drittijiet fil-post tax-xogħol u l-konvenzjonijiet rilevanti tal-ILO u tan-NU dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema migranti u l-familji tagħhom;

32.

Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat appoġġ adegwat għar-ritorn volontarju u għar-riintegrazzjoni ta' persuni li jirritornaw lejn pajjiżhom; jenfasizza li t-tfal għandhom jiġu rritornati biss meta dan ikun fl-aħjar interess tagħhom, u b'mod sikur, megħjun u volontarju, bl-użu ta' rapporti ta' informazzjoni speċifiċi għat-tfal dwar il-pajjiż ta' oriġini u bl-għoti ta' appoġġ fit-tul għar-riintegrazzjoni tagħhom;

33.

Jistieden lill-Istati Membri tan-NU jikkunsidraw l-adozzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni dettaljati nazzjonali jew subnazzjonali, li jippromwovu approċċ li jinvolvu l-komponenti kollha tal-gvern għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Patt sabiex jiġu indirizzati d-dimensjonijiet differenti tal-migrazzjoni, inkluż l-iżvilupp, id-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà, l-aspetti soċjali, l-età, u l-ġeneru, u li jikkunsidraw l-implikazzjonijiet tal-politika fuq is-saħħa, l-edukazzjoni, il-protezzjoni tat-tfal, l-akkomodazzjoni, l-inklużjoni soċjali, il-ġustizzja, l-impjiegi, u l-protezzjoni soċjali;

34.

Jappoġġja l-appell tad-dikjarazzjoni ta' New York dwar segwitu sistematiku u analiżi tal-impenji tal-Istati Membri dwar il-migrazzjoni; jiddikjara li jinsab lest li jkun assoċjat f'dan il-proċess fil-livell tal-UE u jappoġġja l-inklużjoni tal-migranti u partijiet interessati oħra;

35.

Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex iżommu lill-Parlament infurmat għalkollox fl-istadji kollha tal-proċess li jwassal għall-adozzjoni tal-Patti Globali;

o

o o

36.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Uffiċċju tal-Kummissjarju Għoli għar-Rifuġjati tan-NU, lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni u lin-Nazzjonijiet Uniti.

(1)  http://www.un.org/en/development/desa/population/migration/generalassembly/docs/A_RES_71_1_E.pdf

(2)  https://www.un.org/en/development/desa/population/migration/generalassembly/docs/A_RES_71_280.pdf

(3)  A/HRC/35/25 https://daccess-ods.un.org/TMP/8451200.72364807.html

(4)  http://www.unhcr.org/58e625aa7.pdf

(5)  https://refugeesmigrants.un.org/SGReport

(6)  http://www.unhcr.org/Zero-Draft.pdf

(7)  https://refugeesmigrants.un.org/sites/default/files/180205_gcm_zero_draft_final.pdf

(8)  https://refugeesmigrants.un.org/sites/default/files/2018mar05_zerodraft.pdf

(9)  Riżoluzzjoni 70/1 tan-NU http://www.un.org/ga/search/view_doc.asp?symbol=A/RES/70/1&Lang=E

(10)  http://www.un.org/documents/ga/res/45/a45r158.htm

(11)  ĠU C 58, 15.2.2018, p. 109..

(12)  Testi adottati, P8_TA(2016)0404.

(13)  Testi adottati, P8_TA(2017)0242.

(14)  Testi adottati, P8_TA(2017)0124.

(15)  ĠU C 58, 15.2.2018, p. 9..

(16)  In-Nazzjonijiet Uniti, id-Dipartiment tal-Ekonomija u l-Affarijiet Soċjali, id-Diviżjoni tal-Popolazzjoni (2017). Trends in International Migrant Stock: The 2017 revision (United Nations database, POP/DB/MIG/Stock/Rev.2017).

(17)  https://missingmigrants.iom.int/latest-global-figures

(18)  Rapport tal-UNICEF, Uprooted: the growing crisis for refugee and migrant children, Settembru 2016, p. 39, https://www.unicef.org/videoaudio/PDFs/Uprooted.pdf


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/76


P8_TA(2018)0119

Implimentazzjoni tal-istrumenti ta' finanzjament estern tal-UE: analiżi ta' nofs it-terminu fl-2017 u arkitettura futura wara l-2020

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta' finanzjament estern tal-UE: analiżi ta' nofs it-terminu fl-2017 u arkitettura futura wara l-2020 (2017/2280(INI))

(2019/C 390/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (ENI) (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (IcSP) (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/2306 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 234/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument ta' Sħubija għal kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi (5),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 235/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (6),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 (7) (Regolament tad-DCI),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna (8),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (9),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Settembru 2017 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta' Garanzija tal-EFSD (10),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (11) (ir-‘Regolament Finanzjarju’),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tat-18 ta' April 2017 lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2012/2002 u r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014 u (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2016)0605 – C8-0372/2016 – 2016/0282(COD)) (12),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (13)("Regolament dwar il-Komitoloġija"),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)9615 tal-10 ta' Diċembru 2014 dwar l-istabbiliment ta' Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-Unjoni Ewropea bħala risposta għall-kriżi Sirjana, il-"Fond Madad", u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)9691 tal-21 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni C(2014)9615,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)7293 tal-20 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment ta' Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-Unjoni Ewropea għall-istabilità u għall-ġlieda kontra l-kawżi profondi tal-migrazzjoni irregolari u tal-fenomenu tal-persuni spostati fl-Afrika, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017)0772 tal-8 ta' Frar 2017 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)7293,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)9500 tal-24 ta' Novembru 2015 dwar il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri permezz ta' mekkaniżmu ta' koordinazzjoni – il-Faċilità għar-Refuġjati għat-Turkija (14), u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2016)0855 tal-10 ta' Frar 2016 (15) u C(2017)2293 tat-18 ta' April 2017 (16) dwar il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)9500,

wara li kkunsidra diversi rapporti tal-Qorti Ewropew tal-Awdituri dwar il-finanzjament estern tal-UE, b'mod partikolari r-Rapport Speċjali Nru 18/2014 dwar is-Sistemi ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati, tal-EuropeAid,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2017 intitolat "Rapport ta' analiżi ta' nofs it-terminu tal-Istrumenti ta' Finanzjament Estern"(COM(2017)0720) u d-Dokumenti ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjawh dwar l-evalwazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni (SWD(2017)0606), tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat (SWD(2017)0602), tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (SWD(2017)0463), tal-Istrument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (SWD(2017)0607), tal-Istrument ta' Sħubija għal kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi (SWD(2017)0608) tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) (SWD(2017)0604),

wara li kkunsidra l-evalwazzjonijiet esterni tal-Istrumenti ta' Finanzjament Estern (17),

wara li kkunsidra l-proċeduri attwali tal-Parlament Ewropew dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) futur wara l-2020,

wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni fil-livell Ewropew tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) intitolata "L-istrumenti ta' finanzjament estern tal-UE u l-arkitettura wara l-2020",

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2015 intitolat "Rapport Annwali tal-2015 dwar il-politiki ta' żvilupp u għajnuna esterna tal-Unjoni Ewropea u l-implimentazzjoni tagħhom fl-2014"(COM(2015)0578),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2016 intitolat "Rapport Annwali tal-2016 dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni Ewropea għall-finanzjament tal-azzjoni esterna fl-2015"(COM(2016)0810),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-7 ta' Ġunju 2017 intitolata "Approċċ Strateġiku għar-Reżiljenza fl-azzjoni esterna tal-UE" (JOIN(2017)0021),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar ir-Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (18),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 dwar ir-reviżjoni tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp (19),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' April 2016 intitolata "L-UE f'ambjent globali jinbidel – dinja iktar konnessa, kontestata u kumplessa" (20),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' April 2014 dwar l-approċċ komprensiv tal-UE u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-koerenza tal-azzjoni esterna tal-UE (21),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (22),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Novembru 2017 (23),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2017 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2016 dwar it-Turkija (24),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Frar 2017 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar l-Albanija (25) u dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina (26),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Marzu 2017 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar il-Montenegro (27),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar il-Kosovo (28), dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (29) u dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni 2016 dwar is-Serbja (30),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Frar 2018 intitolata "Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent"(COM(2018)0065),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili: l-involviment tal-Ewropa b'appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli (31),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (32),

wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea ppreżentata f'Ġunju 2016 (33),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Ġunju 2017 dwar l-involviment tal-UE mas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet esterni,

wara li kkunsidra l-istrateġija tal-UE "Kummerċ għal Kulħadd",

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2017 dwar l-implimentazzjoni ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles tal-UE (SWD(2017)0364),

wara li kkunsidra l-kompetenzi tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tiegħu bħala l-kumitat responsabbli għal-leġiżlazzjoni, għall-programmazzjoni u għall-iskrutinju kollha tal-azzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-ENI, tal-IPA II, tal-EIDHR, tal-PI u tal-IcSP, kif ukoll il-politiki li jappoġġawhom (Anness V(I) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea annessa mar-Regolamenti li jistabbilixxu l-istrumenti ta' finanzjament estern, li fiha timpenja ruħha li tidħol fi djalogi strateġiċi mal-Parlament dwar il-programmazzjoni tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitati ENI, IPA II, EIDHR, IcSP, PI u DCI,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin kif ukoll l-opinjonijiet u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0112/2018),

A.

billi l-Unjoni Ewropea għadha l-akbar fornitur ta' assistenza esterna tad-dinja;

B.

billi l-istrumenti ta' finanzjament estern jikkostitwixxu l-mekkaniżmu prinċipali biex tkun sostnuta l-azzjoni tal-UE fix-xena globali, u billi l-azzjoni esterna tal-UE hija dejjem aktar importanti għaċ-ċittadini Ewropej;

C.

billi, minħabba riżorsi limitati, l-istrumenti ta' finanzjament estern spiss waslu sal-limitu tagħhom;

D.

billi l-Kummissjoni, fir-rapport ta' analiżi ta' nofs it-terminu tagħha, tqis li l-arkitettura attwali tal-istrument estern ġeneralment hija adatta għall-iskop;

E.

billi l-fużjoni tal-istrumenti ma tistax tkun għan fih innifsu;

F.

billi l-UE qiegħda tħabbat wiċċha ma' bosta sfidi mhux biss fil-viċinat immedjat tagħha iżda wkoll fix-xena globali;

G.

billi l-azzjoni esterna tal-UE għandha tagħti prijorità lis-soluzzjoni tal-isfidi globali prinċipali bħall-paċi u l-iżvilupp sostenibbli, u tirrikonoxxi li l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għal kulħadd, l-istat tad-dritt u d-demokrazija, b'enfasi partikolari fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġustizzja soċjali, kif ukoll fuq is-sostenn favur id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, huma fundamentali biex dawn l-għanijiet jintlaħqu;

H.

billi l-assistenza finanzjarja esterna tal-UE hija strument ewlieni biex ikunu sostnuti r-riformi ekonomiċi u l-konsolidament demokratiku, politiku u istituzzjonali fil-pajjiżi sħab;

I.

billi ma jeżistix l-istess skrutinju parlamentari ugwali u sod għall-istrumenti kollha;

J.

billi hemm bżonn urġenti li titjieb il-viżibbiltà tal-assistenza tal-UE fil-konfront kemm taċ-ċittadini tal-pajjiżi sħab kif ukoll taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, bil-għan li l-benefiċċji tas-sostenn tal-UE jkunu kkomunikati aħjar; billi f'dan ir-rigward jista' jkun tassew utli li jsir investiment fi proġetti konkreti u tanġibbli li l-viżibbiltà tagħhom tista' tkun aċċessibbli aktar faċilment għall-pubbliku ġenerali, u fl-istess ħin tkun żviluppata strateġija ta' komunikazzjoni komprensiva, effikaċi u sistematika fi ħdan kull strument;

K.

billi l-komunikazzjoni strateġika spiss ikollha tħabbat wiċċha ma' sfidi esterni, bħall-kampanji ta' diżinformazzjoni għad-dannu tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, li jirrikjedu aktar sforzi; billi għaldaqstant huwa fundamentali li tkun promossa informazzjoni oġġettiva, indipendenti u imparzjali u jkunu indirizzati l-aspetti ġuridiċi tad-dinja tal-midja li fiha joperaw l-istrumenti u l-azzjonijiet tal-UE;

L.

billi l-kummerċ internazzjonali huwa għodda fundamentali tal-UE biex tgħin lill-pajjiżi fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħhom, kif ukoll għall-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-valuri fundamentali u l-istat tad-dritt;

M.

billi, skont it-Trattati, il-politika kummerċjali għandha tikkontribwixxi għall-għanijiet esterni tal-Unjoni, inkluż l-iżvilupp sostenibbli;

N.

billi l-assistenza kombinata pprogrammata fl-ambitu tal-ENI (EUR 15,4 biljun), tal-IPA II (EUR 11,7 biljun), tal-IcSP (EUR 2,5 biljun), tal-EIDHR (EUR 1,3 biljun) u tal-PI (EUR 1 biljun) tammonta għal EUR 32 biljun għall-perjodu 2014-2020;

O.

billi l-IPA II intuża għall-ġestjoni tal-migrazzjoni;

P.

billi l-EIDHR, u b'mod partikolari l-IcSP, huma suġġetti għall-bażi ġuridika tal-Artikoli 209 u 212 TFUE, li t-tnejn li huma jirreferu għall-Artikolu 208 tat-TFUE, li jgħid li "[l]-objettiv prinċipali tal-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni għandu jkun it-tnaqqis u, eventwalment, il-qerda tal-faqar";

Q.

billi l-Kummissjoni hija responsabbli għall-identifikazzjoni, għall-formulazzjoni, għall-implimentazzjoni, għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-assistenza tal-UE fl-ambitu ta' dawn l-istrumenti; billi s-SEAE għandu r-responsabbiltà li jiżgura l-kontinwità u l-koerenza tal-politiki esterni tal-UE, fost oħrajn permezz tal-istrumenti; billi l-Parlament huwa responsabbli mis-sorveljanza u mill-iskrutinju demokratiċi u jiżvolġi r-rwol ta' koleġiżlatur fl-ambitu tal-proċedura ta' kodeċiżjoni;

R.

billi n-natura doppja tal-mandat tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tfisser li min qiegħed fil-kariga għandu jiżvolġi rwol ewlieni fil-koordinament politiku tal-assistenza tal-Unjoni fl-ambitu tal-istrumenti;

S.

billi diversi proġetti u għotjiet fl-ambitu tal-istrumenti attwali ma jistgħux ikunu evalwati bis-sħiħ peress li għadhom fil-fażijiet inizjali tal-implimentazzjoni; billi ċerti objettivi huma ta' natura kwalitattiva u huma marbuta mal-leġiżlazzjoni, mal-prattiki u mal-atteġġjamenti li ma jistgħux jitkejlu faċilment f'termini kwantitattivi;

T.

billi l-Kummissjoni, fl-analiżi ta' nofs it-terminu tagħha, tiddikjara li huwa diffiċli li titkejjel l-effikaċja globali tal-istrumenti sabiex jiksbu l-objettivi tagħhom, parzjalment minħabba l-fatt li huwa diffiċli li jiġu definiti s-sistemi xierqa ta' monitoraġġ u evalwazzjoni fil-livell tal-istrumenti (p. 10); ifakkar fil-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ġibdet l-attenzjoni għan-nuqqasijiet serji fis-sistema ta' evalwazzjoni tal-EuropeAid fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 18/2014;

U.

billi r-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni (RIK) fih dispożizzjonijiet ewlenin dwar il-prinċipji tal-iżvilupp u tal-effikaċja tal-għajnuna bħan-nonkundizzjonalità tal-għajnuna u l-użu tal-istituzzjonijiet, is-sistemi u l-proċeduri proprji tal-pajjiżi sħab;

V.

billi l-proċeduri amministrattivi attwali spiss jinvolvu piżijiet burokratiċi eċċessivi għall-benefiċjarji potenzjali, u b'hekk ikun ostakolat l-involviment tal-organizzazzjonijiet iżgħar tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali fid-disinn u fl-implimentazzjoni tal-proġetti, peress li spiss dawn l-organizzazzjonijiet ma għandhomx il-kompetenzi tekniċi u l-kapaċitajiet amministrattivi biex joħorġu bi proposti eleġibbli u ta' suċċess;

W.

billi r-Regolamenti li jistabbilixxu l-istrumenti ta' finanzjament estern (SFE) jipprevedu li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011, u li dawn ir-Regolamenti jipprevedu wkoll li l-Kummisjsoni tkun assistita għal dan il-għan mill-Kumitati ENI, IPA II, EIDHR, IcSP, PI u DCI;

X.

billi l-abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni jridu jintbagħtu lill-Kunsill u lill-Parlament fl-istess waqt li jintbagħtu lill-membri tal-Kumitati ENI, IPA II, EIDHR, IcSP, PI u DCI, u billi r-Regoli ta' Proċedura ta' dawn il-Kumitati jipprevedu li l-abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni jridu jintbagħtu lill-membri tal-Kumitati ENI, IPA II, EIDHR, IcSP, PI u DCI tal-inqas 20 jum ta' kalendarju qabel il-laqgħa tal-kumitat rilevanti; billi l-abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni għandhom għalhekk jintbagħtu lill-Parlament tal-inqas 20 jum ta' kalendarju qabel dawn il-laqgħat, u billi l-proċeduri bil-miktub għall-adozzjoni ta' abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni huma eċċezzjoni għal din ir-regola f'każijiet debitament ġustifikati;

Y.

billi l-abbozzar tal-atti ta' implimentazzjoni jinkludi fażi preparatorja interna tal-Kummissjoni – inkluża konsultazzjoni bejn is-servizzi – ta' tul sinifikattiv, spiss mifruxa fuq diversi xhur;

Analiżi ta' nofs it-terminu

1.

Josserva li l-analiżi ta' nofs it-terminu tal-Kummissjoni sabet li l-istrumenti attwali huma ġeneralment adatti għall-iskop;

2.

Jiddispjaċih li l-ammont u n-nuqqas ta' flessibbiltà u koerenza tal-finanzjament tal-UE taħt l-Intestatura 4 tal-QFP attwali kienu indikattivi tal-ambizzjoni limitata tal-Unjoni Ewropea biex taġixxi bħala attur globali ġenwin; josserva, madankollu, li ħafna mill-pajjiżi sħab u mit-temi ttrattati mill-SFE tal-UE kellhom andament pożittiv, li huwa konferma tar-rilevanza u l-importanza tal-SFE;

3.

Jinsab, madankollu, imħasseb dwar ċerti sejbiet, fosthom in-nuqqas ta' gwida politika u ta' viżjoni onnikomprensiva, l-implimentazzjoni inkonsistenti tal-valuri tal-UE u tal-prinċipji ta' sħubija, il-progress bil-mod jew ineżistenti fl-objettivi li jirrigwardaw ir-riformi soċjali u marbuta mal-viċinat usa', l-assenza ta' monitoraġġ u evalwazzjoni sodi u l-flessibbiltà limitata;

4.

Jiddispjaċih bl-assenza ta' dokument ta' viżjoni uniku u ċar li jiċċara aħjar is-sinerġiji bejn l-istrumenti u l-kontribut tagħhom għall-istrateġija ġenerali ta' politika estera tal-UE;

5.

Jinsab imħasseb bil-fatt li l-UE u l-istrumenti tagħha jħabbtu wiċċhom ma' sfidi sinifikanti, inklużi kompromessi politiċi bejn il-promozzjoni ta' valuri u drittijiet u interessi ta' sigurtà fit-terminu qasir, it-tinbit ta' atturi ġodda fis-settur tal-governanza globali u tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, inkluża l-volatilità fil-viċinat immedjat tal-UE, kemm fil-Lvant kif ukoll fin-Nofsinhar, u politika dejjem aktar aggressiva u assertiva tar-Russja;

6.

Josserva li l-Fondi Fiduċjarji tal-UE nħolqu biex jindirizzaw il-kawżi profondi tal-migrazzjoni; jiddispjaċih li l-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-UE għall-Fondi Fiduċjarji tal-UE u l-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija naqqsu l-koerenza globali, il-viżjoni fit-tul u l-impatt tal-azzjoni tal-Unjoni; jisħaq għal darb'oħra li jridu jiġu ffinanzjati prijoritajiet ġodda b'approprjazzjonijiet ġodda; jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li l-Parlament ma ġiex formalment ikkonsultat u mitlub jagħti l-approvazzjoni tiegħu fi kwalunkwe fażi tal-proċess deċiżjonali fir-rigward tad-"dikjarazzjoni dwar it-Turkija";

7.

Itenni l-bżonn li l-istrumenti jkunu komplementari u adattabbli għall-kuntest lokali u li jistgħu jirrispondu għall-isfidi l-ġodda u dawk imprevisti malajr u b'mod effikaċi mingħajr ma jintesew l-objettivi inizjali tagħhom;

8.

Jiddispjaċih li l-istrumenti ma fihom l-ebda riferiment espliċitu għall-possibbiltà ta' sospensjoni tal-assistenza fil-każijiet meta benefiċjarju (partikolarment fil-każ li tintuża l-ġestjoni indiretta min-naħa tal-pajjiżi benefiċjarji – IMBC) jonqos milli josserva l-prinċipji bażiċi bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

9.

Jinnota li għajnuna tal-UE għall-iżvilupp (għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp, ODA) ma laħqitx l-objettiv tan-NU ta' 0,7 %; jitlob, għalhekk, li jiżdiedu r-riżorsi disponibbli għall-għajnuna għall-iżvilupp biex ikunu rispettati l-impenji tal-Aġenda 2030;

IPA II

10.

Jinkoraġġixxi l-isforzi biex l-IPA II ikun aktar strateġikament rilevanti fit-tul u jilħaq riżultati konkreti bis-saħħa ta' ppjanar u approċċ settorjali adattati għall-benefiċjarji; jemmen li approċċ ta' dan it-tip jaf ikun jista' jgħin biex jonqos l-akkumulu enormi ta' fondi li ma ntefqux mill-IPA I u II fit-Turkija minħabba l-ineffiċjenzi tal-IMBC u tal-kapaċità skarsa ta' assorbiment;

11.

Jinsab imħasseb ferm bir-rigress li qiegħda turi t-Turkija f'termini tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija, minkejja l-EUR 4,5 biljun previsti skont l-IPA II għall-perjodu tal-QFP attwali; jirrikonoxxi li l-prospettiva attwali ta' adeżjoni għat-Turkija talimenta l-inċertezza mifruxa dwar il-valur tal-IPA II fil-pajjiż; josserva li l-fondi tal-IPA II intużaw biex jiffinanzjaw l-impenji meħuda fl-ambitu tad-"dikjarazzjoni dwar it-Turkija";

12.

Jikkonstata d-diversi stadji ta' progress ta' bosta pajjiżi tal-Balkani tal-Punent li jibbenefikaw mill-għajnuna fit-tul mill-IPA II; josserva li, f'ċerti każijiet, l-assistenza mill-IPA II issarrfet f'riżultati limitati f'termini ta' stimolu għar-riformi, speċjalment fis-setturi tal-istat tad-dritt, tal-amministrazzjoni pubblika u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

13.

Josserva l-punti ta' dgħufija li fadal fil-kwalità tal-indikaturi fil-programmi nazzjonali u fid-dokumenti ta' azzjoni;

14.

Jenfasizza l-bżonn li l-fondi tal-IPA II ikunu jistgħu jiġu sospiżi jew indirizzati mill-ġdid fil-każijiet li fihom analiżi bir-reqqa tal-Kummissjoni ssib li l-pajjiżi sħab ma onorawx sistematikament l-impenji tagħhom jew urew deterjoramenti politiċi gravi; jiddispjaċih li dawn il-miżuri fl-imgħoddi ġew imxekkla mill-inkapaċità sistemika u politika ta' azzjoni;

15.

Jikkonstata l-eżistenza tal-qafas ta' prestazzjoni; jiddispjaċih, madankollu, li għadu ma ġiex ikkunsidrat u mogħti l-ippremjar tal-prestazzjoni; jitlob, f'dan il-kuntest, aktar azzjonijiet bil-għan li jkompli jissaħħaħ il-qafas, anki billi jitqiesu l-każijiet ta' prestazzjoni negattiva u tnaqqis konsegwenti tal-finanzjamenti;

16.

Itenni l-importanza tal-IPA II, inkwantu l-istrument prinċipali ta' finanzjament tal-UE għall-finanzjament ta' qabel l-adeżjoni tar-riformi soċjali, ekonomiċi, politiċi u istituzzjonali f'setturi prijoritarji bil-għan li l-pajjiżi jkunu allinjati mal-acquis tal-UE; josserva li tali riformi jistgħu wkoll jikkontribwixxu għas-sigurtà reġjonali fit-tul; jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda fl-attenzjoni strateġika tal-IPA II, iżda jissottolinja li l-finanzjament skont l-IPA II irid ikun ambizzjuż u jħares fil-bogħod kif ukoll iwieġeb il-bżonnijiet, l-obbligi u l-aspirazzjonijiet reali marbuta mal-proċess ta' adeżjoni u l-kundizzjoni ta' Stat Membru tal-UE; ifakkar, f'dan ir-rigward, li l-fondi għandhom jintużaw f'konformità mal-objettivi speċifiċi relatati mal-istrument;

17.

Jirrikonoxxi li l-Faċilità għas-Soċjetà Ċivili tal-IPA II toffri sostenn kruċjali lill-organizzazzjonijiet lokali tas-soċjetà ċivili (OSĊ); jenfasizza li l-impenji ma jikkorrispondux għall-bżonnijiet reali fil-post; jitlob, f'dan il-kuntest, aktar komplementarjetà bejn l-IPA II u l-azzjonijiet ta' strumenti oħrajn, primarjament l-EIDHR u l-IcSP; josserva li dan jirrikjedi aktar koordinament, matul il-fażijiet kemm ta' ppjanar kif ukoll ta' programmazzjoni;

18.

Iqis bħala validu l-approċċ settorjali iżda jiddispjaċih bin-nuqqas ta' sjieda ċara tal-proġetti minħabba r-responsabbiltajiet frammentati; jikkonstata li l-ġestjoni indiretta tejbet is-sjieda ġenerali tal-programmi iżda wasslet ukoll għal inqas effiċjenza minħabba żminijiet ta' implimentazzjoni twal;

19.

Jilqa' pożittivament l-inizjattivi biex jinħolqu sistemi għal monitoraġġ aħjar u kejl aqwa tal-prestazzjoni, anki permezz ta' Kumitati ta' Monitoraġġ Settorjali, il-linji gwida interni u l-iżvilupp ta' sistema ta' ġestjoni tal-informazzjoni (OPSYS) ġdida;

ENI

20.

Jilqa' favorevolment l-appoġġ għar-riformi strutturali mogħti fil-forma ta' assistenza pprogrammata u jissottolinja n-natura speċjali tal-ENI, li tippermetti lill-UE tfassal politiki ad hoc li jadattaw ruħhom għall-bżonnijiet speċifiċi tal-pajjiżi sħab;

21.

Jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, skont liema l-eżistenza ta' strument ta' finanzjament iddedikat għall-viċinat uriet li kienet prova konkreta tal-importanza politika li l-UE tagħti lir-relazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien u lill-approfondiment tal-kooperazzjoni politika u tal-integrazzjoni ekonomika mar-reġjun u fi ħdan l-istess reġjun;

22.

Jirrikonoxxi li l-isfidi attwali u l-bżonnijiet tal-pajjiżi tal-viċinat, kif ukoll id-diskrepanzi bejn l-objettivi, l-interessi u r-riżorsi finanzjarji, ħolqu diffikultajiet gravi għall-baġit u għar-riżorsi umani tal-ENI, u jissottolinja l-bżonn ta' flessibbiltà akbar;

23.

Jinsab imħasseb bil-fatt li l-finanzjament tal-ENI kien inqas effikaċi fost il-pajjiżi sħab inqas impenjati favur ir-riformi u li jibqa' impenjattiv iżda neċessarju f'sitwazzjonijiet politikament sensittivi u ta' kunflitt, speċjalment f'dik li hija l-promozzjoni tal-valuri kondiviżi tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem; jiddispjaċih li l-approċċ "aktar għal aktar"u l-approċċ ibbażat fuq l-inċentivi ma ntużawx b'mod effikaċi u li l-pajjiżi li qegħdin jitbiegħdu b'mod evidenti mill-impenji ddikjarati tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem u r-riformi demokratiċi gawdew, fil-perjodu ta' programmazzjoni l-aktar reċenti, minn assistenza finanzjarja dejjem akbar;

24.

Itenni li mill-2014 il-viċinat qiegħed iħabbat wiċċu ma' sfidi liema bħalhom minħabba l-għadd dejjem ogħla ta' theddid qadim u ġdid bħall-annessjoni illegali tal-Peniżola tal-Krimea min-naħa tar-Russja u l-kunflitt fil-Punent tal-Ukrajna, il-kriżi Sirjana, is-sitwazzjoni fil-Libja, ir-radikalizzazzjoni u t-terroriżmu, il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-isfida tal-migrazzjoni;

25.

Jinsab imħasseb bil-fatt li dawn l-iżviluppi, kif ukoll id-diskrepanzi bejn l-objettivi, l-interessi tal-UE u tal-pajjiżi sħab u r-riżorsi finanzjarji disponibbli, wasslu sal-limitu l-kapaċità finanzjarja ta' dan l-istrument, filwaqt li jevidenzja l-bżonn ta' flessibbiltà akbar;

26.

Jissottolinja li l-valuri u l-prinċipji tal-UE bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-istituzzjonijiet pubbliċi effiċjenti, responsabbli u trasparenti huma fl-interess kemm tas-soċjetajiet ġirien kif ukoll tas-soċjetà tagħna f'termini ta' stabbiltà, sigurtà u prosperità; jilqa' b'sodisfazzjon is-sostenn għar-riformi strutturali mogħti bħala assistenza pprogrammata; iqis li l-implimentazzjoni tal-prinċipju tad-differenzjazzjoni ppermettiet lill-UE tadatta s-sostenn tagħha għall-bżonnijiet u għall-ambizzjonijiet tal-pajjiżi sħab;

27.

Jieħu nota tal-kontribuzzjonijiet, mill-ENI, lill-Fond Madad u lill-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza għall-Afrika;

28.

Jissottolinja l-bżonn ta' koordinament akbar bejn il-programmi reġjonali u bilaterali u l-faċilitajiet ta' investiment biex ikun sostnut u promoss b'mod aktar effikaċi l-iżvilupp tas-settur privat; josserva titjib ċkejken tal-lakuni relatati man-nuqqas ta' programmazzjoni konġunta mal-Istati Membri;

29.

Jilqa' pożittivament il-monitoraġġ tal-assistenza mill-ENI permezz tal-monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati (MOR); jiddispjaċih bl-assenza ta' sistemi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni konsistenti fil-livell tal-istrumenti;

30.

Jenfasizza li l-appoġġ tekniku u l-assistenza ekonomika relatati mal-kummerċ mogħtija fl-ambitu tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) lill-eqreb pajjiżi sħab tal-Unjoni fuq il-fruntieri tagħha tan-Nofsinhar u tal-Lvant jikkostitwixxu kontribut importanti għall-iżvilupp demokratiku f'dawk ir-reġjuni; josserva li l-fondi fil-qafas tal-ENI jistgħu jintużaw biex jiffaċilitaw il-kummerċ u għalhekk jistgħu jkunu komplementari għall-finanzjament tal-UE eżistenti għall-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, li għandhom jiggarantixxu aħjar l-istabbiltà politika fit-terminu medju u twil;

IcSP

31.

Jirrikonoxxi li l-valur miżjud prinċipali tal-IcSP huwa r-rapidità u l-flessibbiltà tiegħu meta jiġi biex jindirizza l-kunflitti kif ukoll il-firxa wiesgħa ta' atturi ċivili li magħhom l-UE tista' tikkollabora; ifakkar li l-IcSP huwa l-uniku strument tal-UE għall-prevenzjoni ċivili tal-kunflitti, inklużi l-medjazzjoni, id-djalogu u r-rikonċiljazzjoni;

32.

Jieħu nota tal-kumplikazzjonijiet involuti fil-ġbir tad-data u fil-kejl tar-riżultati tal-azzjonijiet tal-IcSP, it-tnejn li huma wrew li huma impenjattivi minħabba d-diffikultajiet marbuta mal-valutazzjoni tal-eżiti politiċi, mal-attribuzzjoni tar-riżultati għall-azzjonijiet tal-IcSP meta s-segwitu jsir b'azzjonijiet konkomitanti fl-ambitu ta' strumenti oħrajn u minħabba d-diffikultajiet ta' aċċess għaż-żoni milquta minn kunflitti;

33.

Josserva li l-bżonn ta' prevenzjoni tal-kunflitti u tal-indirizzar tal-isfidi fil-qasam tas-sigurtà żdied drastikament dan l-aħħar; jemmen li, f'ħafna pajjiżi bi kriżijiet ta' wara l-gwerer, jeżisti l-bżonn ta' inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni kif ukoll ta' medjazzjoni u djalogu; jissottolinja l-bżonn ta' azzjoni rapida fil-kuntest tal-kriżijiet u tal-kunflitti; jisħaq fuq il-bżonn li jiżdiedu b'mod sinifikanti l-fondi disponibbli għal inizjattivi bħal dawn; josserva li l-emenda tal-IcSP, f'Novembru 2017, timmira li ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' sigurtà tal-pajjiżi terzi bil-għan li jiġu promossi l-istabbiltà, is-sigurtà u l-iżvilupp sostenibbli; josserva li l-IcSP jagħmilha ta' miżura bħala l-aħħar riżorsa jew ta' prekursur għall-azzjonijiet f'terminu itwal iffinanzjati minn strumenti oħrajn;

34.

Josserva li l-IcSP huwa fil-fażijiet inizjali tal-ġlieda kontra t-theddid ċibernetiku fil-livell globali; iħeġġeġ li tingħata aktar attenzjoni liċ-ċibersigurtà, anki bis-saħħa ta' strateġija koerenti applikabbli għall-azzjonijiet esterni kollha tal-UE; jitlob żieda parallela tal-fondi allokati għaċ-ċibersigurtà fl-ambitu tal-IcSP bħala strument xieraq biex ikun indirizzat dan it-theddid;

35.

Josserva li żdiedet il-kooperazzjoni mal-interventi fil-qafas tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK) u l-operazzjonijiet u l-missjonijiet tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) kif ukoll l-għajnuna umanitarja tal-UE;

EIDHR

36.

Jissottolinja l-valur miżjud tal-approċċ olistiku fil-livell dinji tal-EIDHR, minkejja l-baġit relattivament żgħir tiegħu, u l-importanza tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jilħaq l-objettiv tiegħu, kif ukoll il-karatteristika unika tiegħu li tikkonsisti mill-fatt li huwa l-uniku strument li bis-saħħa tiegħu l-UE tista' ssostni l-azzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendentement mill-indħil tal-awtoritajiet tal-Istat ikkonċernat minn tali azzjonijiet;

37.

Josserva li, fil-perjodu attwali, l-EIDHR intuża f'mod aktar flessibbli u b'aktar komplementarità meta mqabbel mal-perjodu preċedenti, b'reazzjoni aktar rapida għall-kriżijiet emerġenti relatati mad-drittijiet tal-bniedem u mad-demokrazija; jilqa' pożittivament il-komplementarjetà tiegħu mal-finanzjamenti minn għejun oħra bħall-Fond Ewropew għad-Demokrazija, li żżid l-effikaċja tal-fondi tal-EIDHR f'każijiet urġenti; jilqa' favorevolment l-enfasi akbar fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, anki permezz tal-fond ta' emerġenza disponibbli fil-livell tad-delegazzjonijiet tal-UE, kif ukoll it-twaqqif u l-funzjonament b'suċċess tal-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (DDB) ProtectDefenders.eu; jenfasizza li s-sejħa għal proposti hija proċess twil, skomdu u iperkompetittiv;

38.

Josserva, barra minn hekk, il-vantaġġi tal-mekkaniżmu ProtectDefenders.eu, implimentat mis-soċjetà ċivili, li ta appoġġ essenzjali lil għadd kbir ta' DDB; jitlob li l-appoġġ lil tali mekkaniżmi ma jiġix interrott;

39.

Jinsab imħasseb bid-diffikultajiet fl-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-valuri demokratiċi permezz ta' programmi ġeografiċi u bis-sostenn imnaqqas mogħti mill-UE lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li wasslu għal żieda fil-pressjoni fuq l-EIDHR f'mument li fih l-ispazju għas-soċjetà ċivili qiegħed jiċkien fid-dinja kollha;

40.

Jemmen li l-UE għandha tassumi rwol ta' tmexxija u turi li hija ambizzjuża billi tħaddan politika onnikomprensiva għall-integrazzjoni tas-sostenn tagħha lid-demokrazija fir-relazzjonijiet esterni kollha tagħha; iqis, għaldaqstant, li l-finanzjamenti allokati lis-sostenn għad-demokrazija jridu jiżdiedu b'konsegwenza ta' dan, partikolarment fid-dawl tal-attakki reċenti fuq id-demokrazija fid-dinja kollha; jinsisti fuq il-bżonn li jkun żgurat li l-infiq għall-Objettiv 1 tal-Iskema ta' Appoġġ għall-Pajjiżi (CBSS) jilħaq b'mod effikaċi u effiċjenti d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li huma dawk li jinsabu l-aktar f'riskju; iħeġġeġ lid-delegazzjonijiet tal-UE jużaw is-sostenn kollu neċessarju għal dan il-għan;

41.

Jirrikonoxxi li l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet tal-EIDHR tirriżulta problematika minħabba l-assenza ta' indikaturi strateġiċi u operattivi; josserva li l-isfidi fl-evalwazzjoni ġejjin ukoll mill-fatt li parti sinifikanti tas-sostenn favur l-OSĊ u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tingħata, bir-raġun, b'mod kunfidenzjali biex jitħarsu l-identità u s-sikurezza tal-benefiċjarji;

42.

Itenni l-valur miżjurd tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali tal-UE, qasam li fih l-UE tiżvolġi rwol ta' tmexxija fil-livell dinji; jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda fl-għadd ta' missjonijiet ta' monitoraġġ u segwitu biex jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-missjonijiet ta' monitoraġġ elettorali;

PI

43.

Jissottolinja li l-PI huwa speċifikament maħsub biex isegwi interessi speċifiċi tal-UE u interessi komuni mal-pajjiżi terzi biex jinbnew alleanzi u titrawwem il-kooperazzjoni mas-sħab strateġiċi attwali u emerġenti; jikkonstata li, fil-prattika, il-PI jintuża bħala strument fil-każ tal-aħħar riżorsa, jiġifieri meta jitqies l-uniku strument li jista' jiffaċilita s-segwiment tal-aġenda politika tal-UE u jegħleb l-isfidi globali;

44.

Jikkonstata li, meta mqabbel ma' strumenti preċedenti, il-PI kien kapaċi jimpenja ruħu f'aktar modi ta' kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, inklużi s-sħab strateġiċi, il-pajjiżi li ma baqgħux jibbenefikaw mill-għajnuna bilaterali għall-iżvilupp u diversi fora internazzjonali, iżda huwa tal-fehma li ż-żieda fil-forniment ta' riżorsi u kontributi min-naħa tas-servizzi li jfasslu l-politiki hija neċessarja biex ikun żgurat li jkunu involuti bis-sħiħ fid-definizzjoni, fil-programmazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet, kif ukoll biex jissaħħaħ ir-rwol attiv li jiżvolġu d-delegazzjonijiet tal-UE fil-formulazzjoni tal-azzjonijiet, u biex tissaħħaħ il-kondiviżjoni tal-informazzjoni mal-Istati Membri;

45.

Huwa favur it-titjib tal-viżibbiltà tal-objettivi tal-PI u li dawn isiru magħrufa u mifhuma, speċjalment fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE;

46.

Josserva b'dispjaċir li l-evalwazzjoni ġiet ostakolata mill-fatt li ma nħolqitx sistema ta' ġestjoni ċentrali tad-dokumentazzjoni tal-azzjonijiet minħabba l-adozzjoni tardiva ta' qafas ta' indikaturi tar-riżultati u tan-natura mhux mitmuma tal-biċċa l-kbira tal-proġetti;

RIK

47.

Ifakkar li l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-UE jikkostitwixxu ġabra kumplessa ta' strumenti tal-UE maħsuba biex issostni u ssaħħaħ l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali u li l-istruttura kumplessa tagħhom hija kkoordinata mir-RIK; itenni li r-RIK għandu jissodisfa l-kriterji ta' skrutinju baġitarju u ta' sorveljanza demokratika; jiddispjaċih bil-fatt li l-kumplessità għolja u n-natura restrittiva tar-RIK ostakolaw l-użu effiċjenti tar-riżorsi tal-Unjoni u qegħdin jimpedixxu risposta fil-pront għall-isfidi u għall-bżonnijiet il-ġodda tas-sħab; jiddispjaċih li l-eżistenza ta' regoli komuni ma wasslitx għal programmazzjoni konġunta tal-assistenza fost l-istrumenti;

48.

Josserva li r-RIK ġie stabbilit għal skopijiet ta' armonizzazzjoni, semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni, aktar flessibbiltà, koerenza, konsistenza u effikaċja tal-użu tar-riżorsi tal-Unjoni, u ta' approċċ adegwat u komplementari tal-implimentazzjoni tal-istrumenti kollha;

49.

Iqis li l-fatt li jkun hemm biżżejjed ħin huwa kruċjali biex il-Parlament ikun jista' jeżerċita tajjeb u kif suppost is-setgħat ta' skrutinju tiegħu fir-rigward ta' abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni; iqis li, minħabba l-ammont ta' żmien li jieħdu l-abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni biex jitħejjew qabel ma jaslu għand il-Kumitati ENI, IPA II, EIDHR, IcSP, PI u DCI, in-nuqqas ta' osservanza mal-limitu taż-żmien ta' 20 jum sabiex id-dokumenti jiġu ppreżentati lill-Parlament u lill-Kunsill fl-aħħar fażi tal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni ma jistax ikun iġġustifikat; jiddispjaċih għaldaqstant li l-iskadenza ta' 20 jum ta' kalendarju mhijiex dejjem rispettata, u jqis li d-dritt tiegħu ta' skrutinju huwa mfixkel; jappella għall-preżentazzjoni tal-abbozzi tal-miżuri ta' implimentazzjoni kollha mill-anqas 20 jum minn qabel, u jistieden lill-Kummissjoni temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ENI, IPA II, EIDHR, IcSP, PI u DCI sabiex testendi dan il-limitu ta' żmien ta' 20 jum għall-preżentazzjoni, u b'hekk tiffaċilita s-setgħat ta' skrutinju tal-Parlament;

50.

Jiddispjaċih li l-viżibbiltà tal-politika ta' finanzjament estern tal-UE tibqa' limitata f'kuntest li fih il-partijiet terzi jippruvaw jimminaw, b'mod attiv, il-politika estera tal-UE permezz tad-diżinformazzjoni;

Rakkomandazzjonijiet għall-2017/2018-2020

51.

Jitlob li l-valuri u d-drittijiet tal-bniedem universali u tal-UE jibqgħu fil-qalba tal-azzjonijiet esterni kollha tal-UE;

52.

Iħeġġeġ aktar sinerġiji u koerenza bejn l-istrumenti kollha tal-Intestatura 4, kif ukoll koordinament aħjar mal-programmi ta' assistenza bilaterali tal-Istati Membri u, fejn possibbli, tad-donaturi l-oħra; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jsaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinament ta' bejniethom, anki mal-OSĊ u mal-atturi lokali, u jaqdu r-responsabbiltajiet tagħhom skont l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE);

53.

Jitlob il-ħolqien ta' mekkaniżmi ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni sodi, konsistenti u trasparenti; itenni li dawn il-mekkaniżmi jkunu jippermettu li jiġi ttraċċat il-progress tanġibbli rigward l-objettivi kruċjali relatati mar-riformi fil-pajjiżi ġirien, li huwa partikolarment importanti meta dawn ir-riformi jieqfu jew jiddewmu;

54.

Jitlob tisħiħ tal-proċeduri u tas-sistemi ta' kontroll u skrutinju parlamentari li jkunu konsistenti għall-istrumenti kollha; jirrakkomanda li titjieb it-trasparenza permezz tal-ħolqien ta' bażi tad-data unika pubblika komuni u trasparenti tal-proġetti u tal-azzjonijiet;

55.

Jisħaq fuq il-bżonn li jkunu fornuti aktar riżorsi finanzjarji u appoġġ b'taħriġ lill-OSĊ; jinsisti fuq il-bżonn ta' miżuri urġenti biex ikomplu jitnaqqsu l-piżijiet burokratiċi u l-ostakli proċedurali li magħhom ikollhom iħabbtu wiċċhom l-OSĊ, speċjalment l-OSĊ lokali; jitlob li jkunu ddedikati linji baġitarji speċifiċi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-OSĊ biex tiżdied il-kapaċità tagħhom li jaċċedu għall-finanzjamenti; jiddispjaċih li fil-kuntest tar-rapport ta' analiżi ta' nofs it-terminu tal-Kummissjoni ma tqajmitx il-kwistjoni tan-nuqqas ta' parteċipazzjoni min-naħa tal-OSĊ fil-programmazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-istrumenti esterni; jistieden lill-Kummissjoni tintegra b'mod aktar strateġiku l-involviment tal-OSĊ fl-istrumenti u fil-programmi esterni kollha, kif talbu kemm il-Kunsill kif ukoll il-Parlament;

56.

Huwa favur promozzjoni aktar diretta u attiva tal-politiki tal-UE, tal-assistenza finanzjarja tagħha u tal-viżibbiltà tagħha;

57.

Itenni l-pożizzjoni tiegħu rigward il-possibbiltà li l-fondi mhux allokati tal-ENI u tal-IPA II ikunu trasferiti, f'limitu ta' 10 % tal-approprjazzjonijiet inizjali għal kull strument biex tiżdied il-kapaċità ta' reazzjoni għal avvenimenti imprevisti, filwaqt li jinżammu l-objettivi preskritti fir-regolamenti rilevanti tal-ENI u tal-IPA II;

IPA II

58.

Isostni l-prinċipji elenkati fl-Artikolu 21 tat-TUE u jirrakkomanda li ssir enfasi aktar qawwija fuq it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u r-riformi tal-amministrazzjoni pubblika, it-tisħiħ tal-istat tad-dritt u tal-governanza tajba u li jsir titjib fl-implimentazzjoni konsistenti tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet tal-minoranzi; jitlob sostenn akbar għar-riformi fis-setturi rilevanti għall-proċess ta' adeżjoni, kif ukoll għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali, biex il-politika tal-UE fil-qasam tat-tkabbir tal-UE tkun integrata;

59.

Jirrakkomanda li jitħalla t-trasferiment ta' fondi lis-soċjetà ċivili meta l-awtoritajiet statali ma jkunux disposti jirrispettaw l-objettivi ddikjarati tal-UE, jew ma jkunux disposti jikkooperaw fuq l-objettivi tal-istrument; jistieden lill-Kummissjoni timmodera jew tissospendi l-finanzjamenti lill-pajjiżi li jiksru b'mod gravi l-valuri fundamentali tal-UE, inklużi l-kriterji bażiċi ta' Copenhagen; jitlob li jitħaffef il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji mill-OSĊ li japplikaw għall-finanzjamenti tal-UE;

60.

Jitlob l-involviment tal-Parlament fil-każ li tkun eżaminata sospensjoni tal-fondi jew bidliet sinifikanti tal-allokazzjonijiet massimi;

61.

Jinsisti fuq is-sjieda soda min-naħa tal-benefiċjarji, mill-programmazzjoni sal-monitoraġġ u l-awditjar; jistieden lill-Kummissjoni toffri assistenza mmirata lill-awtoritajiet ta' awditjar nazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam mal-metodoloġija, mal-ippjanar, mar-reklutaġġ, mat-taħriġ u mas-superviżjoni;

62.

Jirrakkomanda sostenn akbar lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-koordinament tad-donaturi li għandhom kapaċità dgħajfa iżda li juru li għandhom ir-rieda politika biex jilħqu l-objettivi; jiddispjaċih bin-nuqqas ta' trasparenza rigward il-kapaċità ta' assorbiment ta' dawn il-fondi;

63.

Iħeġġeġ li l-fondi jkunu diretti lejn setturi b'riżultati pożittivi murija bil-provi, b'hekk ikun evitat dewmien kroniku li kien fl-ambitu tal-IMBC, speċjalment fit-Turkija;

64.

Jitlob viżibbiltà akbar tal-IPA II fir-reġjun fid-dawl tal-importanza kruċjali tal-politika ta' tkabbir tal-UE, pereżempju permezz ta' kampanji mmirati ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-midja nazzjonali, reġjonali u lokali, jew kwalunkwe mezz ieħor li jitqies xieraq, b'rekwiżiti minimi u l-monitoraġġ tagħhom definiti mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-benefiċjarji; isostni l-isforzi mmirati ta' kontropropaganda u komunikazzjoni strateġika, speċjalment fil-każijiet li fihom l-immaġni u l-interessi tal-UE jinsabu attivament fil-mira u pperikolati;

65.

Jirrakkomanda li jintużaw il-fondi tal-IPA II biex jinħolqu kanali ta' komunikazzjoni għall-kumpaniji, b'mod partikolari l-SMEs, kemm fl-Istati Membri kif ukoll fil-pajjiżi ta' qabel l-adeżjoni, sabiex jinħolqu rabtiet kummerċjali b'saħħithom bejn l-oqsma rispettivi, li jistgħu jkunu utli ħafna sabiex il-pajjiżi benefiċjarji jkunu preparati għall-adeżjoni fis-suq uniku;

66.

Itenni l-utilità tal-ippremjar tal-prestazzjoni finanzjarja għall-pajjiżi li jagħmlu progress, kif previst mir-Regolament IPA II;

67.

Iqis li l-flessibbiltà u l-użu tal-fondi biex ikunu indirizzati s-sitwazzjonijiet ta' kriżi speċifiċi jridu jkunu konformi mal-prijoritajiet ewlenin tal-istrument u mal-prinċipji fundamentali tal-istrateġija ta' tkabbir u tal-proċess ta' adeżjoni, li jeħtieġ li jibqgħu prijorità prinċipali tal-IPA II;

68.

Jitlob koordinament aqwa u aktar sinerġiji fil-fażijiet ta' ppjanar u programmazzjoni tal-IPA II mal-azzjonijiet ta' strumenti oħrajn, jiġifieri l-EIDHR u l-IcSP, biex b'hekk tkun żgurata l-koerenza u titjieb il-komplementarjetà kemm internament, bejn l-objettivi u l-programmi tiegħu, kif ukoll fir-rigward ta' SFE oħrajn;

ENI

69.

Jenfasizza l-bżonn ta' dokument strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni tal-ENI, li jallinja l-assistenza mal-qafas politiku usa', u għall-koordinament aħjar mal-istrumenti l-oħra; jenfasizza li l-prijoritajiet tal-programmazzjoni tal-ENI għandhom ukoll jinkludu l-iżvilupp soċjoekonomiku, iż-żgħażagħ u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi enerġetiċi;

70.

Jiddispjaċih li l-programmazzjoni pluriennali diġà saret għall-biċċa l-kbira tal-benefiċjarji matul l-2017, qabel ma tlestiet l-analiżi ta' nofs it-terminu tal-assistenza f'dawn il-pajjiżi; ifakkar li l-Parlament ħareġ ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-programmazzjoni fl-okkażjoni ta' djalogu strateġiku mal-Kummissjoni f'April 2017;

71.

Jisħaq fuq il-viżibbiltà politika u l-effett ta' lieva għall-UE li l-ENI, bħala strument ta' finanzjament għalih waħdu, jiżgura fil-viċinat, kemm tal-Lvant kif ukoll tan-Nofsinhar;

72.

Jitlob li jinżamm il-bilanċ attwali fl-allokazzjoni tal-fondi bejn il-viċinat tan-Nofsinhar u dak tal-Lvant tal-Unjoni;

73.

Jissottolinja l-interkonnessjoni bejn l-istabbilizzazzjoni, is-sostenn għad-demokratizzazzjoni, il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, l-edukazzjoni u l-żvilupp soċjoekonomiku; jisħaq fuq l-importanza tal-proġetti li jsostnu ż-żgħażagħ fil-qasam tal-edukazzjoni u tal-impjegabbiltà;

74.

Itenni l-importanza tal-kapaċità ta' reazzjoni b'mod aktar rapidu għall-isfidi;

75.

Jenfasizza li l-investimenti favur l-istabbilizzazzjoni u l-iżvilupp tal-pajjiżi tal-viċinat jindirizzaw anki problemi bħall-migrazzjoni, it-terroriżmu, il-kunflitti lokali u l-instabbiltà ekonomika, fatt li, fit-terminu twil, se jkun ta' ġid tal-UE kollha kemm hi;

76.

Jissottolinja li l-ispeċifiċità tal-isfidi fil-viċinat tirrikjedi approċċ integrat u komprensiv ibbażat fuq id-diversi bżonnijiet u sitwazzjonijiet tal-benefiċjarji, anki permezz ta' sinerġiji ma' SFE oħrajn u għall-politiki kollha tal-Unjoni; jissottolinja li wieħed mill-kompiti primarji jikkonsisti fl-implimentazzjoni rapida u effikaċi tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni (AAs) u taż-żoni ta' kummerċ ħieles approfonditi u komprensivi (DCFTAs) kif ukoll tar-riformi relatati kollha, li jeħtieġ li jkunu sostnuti b'riżorsi finanzjarji adegwati min-naħa tal-UE;

77.

Itenni l-importanza ta' programmazzjoni konġunta aktar approfondita mal-Istati Membri, barra mill-progress pożittiv li jsir fl-analiżijiet konġunti, fil-koordinament u fil-bini tal-kunsens dwar il-prijoritajiet tad-donaturi; iħeġġeġ koordinament aqwa bejn id-donaturi, speċjalment fit-tagħqid mal-fondi minn strumenti oħrajn tal-UE, donaturi oħrajn u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bil-għan li tkun mirfuda t-tranżizzjoni ekonomika u l-istabbiltà fil-pajjiżi sħab;

78.

Jinsab imħasseb bil-fatt li l-kapaċitajiet finanzjarji u ta' reazzjoni tal-istrument waslu sal-limitu tagħhom; jiddispjaċih bil-fatt li, fil-fażi ta' ppjanar, ma tqisux biżżejjed il-kompetenzi interni fil-forma ta' analiżi tar-riskju politiku u ġeopolitiku;

79.

Jikkonkludi li, fid-dawl tal-isfidi attwalment preżenti fil-viċinat, taf tkun neċessarja żieda fl-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi permezz ta' emendi leġiżlattivi;

80.

Itenni li l-objettivi tal-fondi pprogrammati fl-ambitu tal-ENI għandhom jiġu rispettati meta tali riżorsi jgħaddu għand modalitajiet oħrajn, pereżempju l-Fondi Fiduċjarji, u li l-iskrutinju parlamentari huwa neċessarju u ma għandu qatt jiġi evitat;

81.

Jitlob involviment aktar b'saħħtu tas-soċjetà ċivili fl-identifikazzjoni tal-bżonnijiet;

82.

Jitlob li jiġu sfruttati bis-sħiħ il-kundizzjonalità u l-mekkaniżmi bbażati fuq l-inċentivi li jsostnu r-riformi politiċi u ekonomiċi, meta neċessarju, u li huma relatati mar-riformi u mal-objettivi strateġiċi; jiddispjaċih bil-fatt li l-ENI ma kienx kapaċi joffri biżżejjed inċentivi lill-pajjiżi li jsibuha bi tqila jintrabtu li jwettqu riformi politiċi; jitlob il-monitoraġġ effikaċi tal-ENI fil-livell ta' strument;

83.

Jinsab imħasseb dwar il-qerda u l-konfiska tal-assistenza ffinanzjata mill-UE fil-pajjiżi terzi; jitlob li jsiru aktar sforzi biex titjieb il-komunikazzjoni strateġika u l-viżibbiltà tal-UE fil-pajjiżi tal-viċinat;

IcSP

84.

Jitlob aktar sforzi biex ikun sfruttat il-piż tal-IcSP permezz ta' djalogi strateġiċi regolari mas-sħab u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali; jitlob, f'dan il-kuntest, li jkun żgurat il-kofinanzjament min-naħa ta' donaturi importanti oħrajn li għandhom interess fl-eżiti tal-azzjonijiet rilevanti;

85.

Jitlob titjib tal-qafas strateġiku u tas-sinerġiji bejn l-IcSP u l-azzjonijiet ta' segwitu minn strumenti u atturi oħra;

86.

Jitlob kooperazzjoni akbar bejn l-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħra, il-gvernijiet u l-isituzzjonijiet tal-UE biex ikun miġġieled it-theddid emerġenti l-ġdid, bħal fis-settur tal-kunflitti ibridi u taċ-ċibersigurtà, li fihom jistgħu jintużaw il-kompetenzi tekniċi tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA);

87.

Jirrakkomanda użu aktar strateġiku tal-kapaċità ta' medjazzjoni tal-IcSP mhux biss fir-rigward tal-kunflitti ta' impatt lokalizzat, iżda wkoll bħala sostenn għall-proċess ta' paċi u tad-djalogu fil-kunflitti eżistenti jew emerġenti ta' importanza globali, u jitlob titjib tas-sistemi ta' twissija bikrija u l-istrumenti ta' analiżi tal-kunflitti li tkun tippermetti prevenzjoni u konsolidament tal-paċi aħjar;

88.

Jenfasizza li dan l-istrument lill-Unjoni issa jħalliha tiffinanzja miżuri ta' taħriġ u l-provvista ta' tagħmir mhux letali (bħal sistemi informatiċi, sptarijiet, eċċ.) lill-forzi armati tal-pajjiżi terzi, biex jaqdu l-bżonnijiet urġenti, fit-terminu qasir u medju, bħala parti mill-isforzi biex jintlaħqu l-objettivi fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli;

EIDHR

89.

Itenni l-importanza fundamentali li d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi jkunu sostnuti u promossi, inkluża l-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, indipendentement mill-indħil tal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi;

90.

Josserva l-effikaċja u l-importanza tal-EIDHR f'dan ir-rigward, li jopera f'kuntest ta' tiċkin tal-ispazji għas-soċjetà ċivili; itenni l-bżonn kostanti ta' finanzjamenti ad hoc għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija mingħajr l-ebda tnaqqis; jitlob, barra minn hekk, li tkun ikkunsidrata l-possibbiltà li jiżdiedu l-fondi għall-assistenza urġenti lid-DDB, kif ukoll għall-promozzjoni effikaċi tad-disponibbiltà ta' tali fondi;

91.

Itenni li l-EIDHR ma għandux ikun limitat fil-portata tiegħu jew jintuża sempliċement bħala strument biex jimla l-lakuni li jħallu l-istrumenti l-oħra, iżda li l-promozzjoni mmirata tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem għandha tkun għan ċar u strateġiku fiha nnifisha;

92.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssib soluzzjoni għall-kwistjonijiet tat-tiċkin tal-ispazji għas-soċjetà ċivili, għall-ksur dejjem akbar tad-drittijiet tal-bniedem u azzjonijiet ta' repressjoni, pereżempju billi jiżdiedu l-fondi disponibbli għall-programmi ta' reazzjoni globali bħall-mekkaniżmu tal-UE għad-DDB ProtectDefenders.eu; jistieden lill-UE tkompli tiffinanzja d-DDB, partikolarment dawk f'riskju, u s-soċjetà ċivili, kif ukoll il-gruppi emarġinati bħan-nisa, il-popolazzjonijiet indiġeni, ir-Rom, il-persuni LGBTI, il-persuni b'diżabilità, it-tfal u l-anzjani;

93.

Jirrakkomanda ppjanar strateġiku akbar f'kollaborazzjoni mal-gwida politika tal-awtoritajiet tal-UE u l-koerenza mal-istrumenti l-oħra, b'mod partikolari fil-pajjiżi li għaddejjin minn deklin tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istandards demokratiċi, biex tkun miġġielda t-tendenza globali tal-awtoritariżmu;

94.

Jissottolinja l-importanza li tingħata attenzjoni partikolari lil temi ta' rilevanza internazzjonali li fit-terminu qasir, medju u/jew twil jistgħu jsostnu l-globalizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, is-saltna tad-dritt internazzjonali u l-ġustizzja; jitlob sostenn akbar mill-EIDHR f'għadd ta' temi emerġenti bħall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa tal-impriżi, id-drittijiet ambjentali u d-drittijiet tal-migranti;

95.

Jilqa' favorevolment is-sostenn lill-mekkaniżmi internazzjonali u reġjonali għad-drittijiet tal-bniedem u r-responsabbiltà bħall-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) u l-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI);

96.

Jirrakkomanda sforzi kostanti għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fid-dinja;

97.

Itenni l-impenji tal-Kummissjoni għas-sostenn ulterjuri tas-soċjetà ċivili u għall-promozzjoni ta' klima favorevoli għall-OSĊ fil-pajjiżi sħab; jinsisti fuq il-bżonn ta' ħidma urġenti biex ikomplu jitnaqqsu l-ostakoli burokratiċi li jsibu quddiemhom l-OSĊ; jinkoraġġixxi lid-delegazzjonijiet tal-UE jfittxu b'mod attiv lid-DDB u lill-OSĊ li jaħdmu fuq temi sensittivi li għalihom jinħtieġu finanzjamenti, jippubblikaw sejħiet għal proposti bil-lingwi lokali u jippermettu lill-applikanti jressqu proposti għal proġetti b'dawn il-lingwi, b'hekk tissaħħaħ ukoll is-sjieda lokali u l-integrazzjoni fit-tul tal-proġetti;

98.

Jitlob li tingħata aktar attenzjoni lis-sostenibbiltà tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-EIDHR, b'mod partikolari fil-kuntest tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali (MOE) fejn hemm lok mhux ħażin biex jiżdied it-trasferiment tal-għarfien lill-atturi lokali u jitjieb is-segwitu li jingħata lir-rakkomandazzjonijiet; jitlob koordinament aqwa bejn l-ippjanar tal-MOE u l-attivitajiet ta' osservazzjoni elettorali tal-Parlament;

99.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti finanzjamenti speċifiċi lill-proġetti mmirati lejn l-abbuż dejjem akbar tat-teknoloġiji ta' sorveljanza u fuq l-attakki online minn gvernijiet repressivi u minn atturi mhux statali;

100.

Jitlob il-ħolqien ta' sistemi ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni li jinvolvu l-kontribut tad-DDB;

101.

Jinkoraġġixxi azzjonijiet ikkoordinati mal-IcSP sabiex jitwettqu l-azzjonijiet li jipprevjenu d-delitti kontra l-umanità, id-delitti tal-gwerra u l-ġenoċidju;

PI

102.

Jilqa' pożittivament l-attenzjoni lejn l-interessi strateġiċi tal-Unjoni;

103.

Jirrakkomanda użu aktar strateġiku u konsolidat tal-fondi disponibbli skarsi fl-ambitu tal-PI, li jiżgura kontribut inklużiv u l-identifikazzjoni ta' azzjonijiet min-naħa tas-servizzi kollha tal-Kummissjoni u tas-SEAE, b'kooperazzjoni stretta mal-Istati Membri, u jissottolinja l-importanza ta' PI mgħammar b'riżorsi adegwati biex jiddefendi b'mod proattiv il-valuri u l-interessi tal-UE fil-kuntest ta' kunsens trans-Atlantiku f'deklin u ta' għadd dejjem akbar ta' pajjiżi b'introjtu medju, anki fl-Asja u fl-Amerka Latina, li l-importanza strateġika tagħhom qiegħda tikber b'ritmu mgħaġġel;

104.

Jirrakkomanda analiżi tal-allokazzjoni ġeografiċi fil-Programm Indikattiv Pluriennali (MIP) li jmiss biex jadatta ruħu għall-isfidi; jissuġġerixxi, f'dan il-kuntest, kopertura aħjar tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi mhux strateġiċi, pereżempju l-pajjiżi b'introjtu medju, li bħalissa l-kopertura tagħhom mhijiex biżżejjed;

105.

Jirrakkomanda allinjament aqwa mal-objettivi tar-RIK u t-temi trasversali;

106.

Jirrakkomanda t-tlestija tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni tiegħu, inklużi l-indikaturi kwalitattivi rilevanti;

107.

Iqis li l-PI jista' jkun għodda importanti biex tiġi sostnuta l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles, b'mod partikolari bl-appoġġ tal-ħidma tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu valutati l-użu u d-distribuzzjoni tal-fondi, kif ukoll l-effikaċja tal-PI u tal-programmi "Business Avenue"u "EU Gateway", li għandhom jikkomplementaw il-kompetenzi tal-Istati Membri fil-qasam tal-promozzjoni tal-kummerċ barrani;

108.

Jinnota li wieħed mill-għanijiet tal-PI huwa d-diplomazija pubblika sabiex tinbena l-fiduċja u l-fehim f'pajjiżi li mhumiex fl-UE fir-rigward tal-politiki tal-UE; jenfasizza li l-involviment tas-soċjetà ċivili huwa tal-akbar importanza, u jilqa' l-allokazzjoni ta' EUR 3 miljun biex tiġi sostnuta l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-Gruppi Konsultattivi Domestiċi;

RIK

109.

Jirrakkomanda użu aħjar tar-regoli armonizzati permezz ta', eventwalment, sejħiet konġunti għal proposti u kooperazzjoni aħjar bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE;

110.

Jitlob li d-dispożizzjonijiet tar-RIK jinkludu l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri;

111.

Jitlob li jkunu intensifikati l-isforzi biex titjieb il-viżibbiltà tal-politika ta' finanzjament estern tal-UE permezz ta' strateġija ta' komunikazzjoni komprensiva u koerenti li tinkludi miżuri li jindirizzaw id-diżinformazzjoni; jitlob l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi ta' kundizzjonalità fil-konfront tas-sħab fl-implimentazzjoni f'każ li ma jiġux rispettati l-miżuri li jtejbu l-viżibbiltà tal-UE;

112.

Ifakkar fl-importanza ewlenija tal-prinċipji tal-iżvilupp u tal-effikaċja tal-għajnuna fl-azzjoni esterna kif enfasizzat fir-RIK, u jitlob lill-Kummissjoni żżomm dawn il-prinċipji kollha fil-miżuri kollha li se tieħu wara r-rapport ta' analiżi ta' nofs it-terminu;

113.

Josserva li l-SMEs tal-UE għandhom jiġu kkunsidrati fir-rigward tal-aċċess għall-istrumenti ta' finanzjament estern permezz ta' regolamentazzjoni inqas kumplessa u aktar favorevoli li tista' tiffaċilita użu aktar flessibbli tal-fondi u, fl-istess waqt, tgħin lill-SMEs jiksbu esperjenza internazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-għodod eżistenti mmirati lejn il-promozzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs fir-rigward tal-koerenza tagħhom ma' strumenti oħra ta' sostenn tal-Unjoni għall-SMEs, bħal COSME, kif ukoll fir-rigward tas-sussidjarjetà, in-nonduplikazzjoni u l-komplementarjetà fir-rigward tal-programmi tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel proposti f'waqthom għall-analiżi ta' nofs it-terminu ta' dawk il-programmi sabiex jittejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li jittejbu l-informazzjoni u l-għarfien fost l-SMEs dwar l-istrumenti eżistenti, b'mod partikolari fil-livell nazzjonali;

L-arkitettura wara l-2020

114.

Jitlob li l-finanzjament ta' strumenti tar-relazzjonijiet esterni jirrifletti azzjonijiet esterni ambizzjużi u ż-żieda tal-baġit tal-UE bħala attur globali, filwaqt li jibqa' jkun ibbażat fuq valuri u drittijiet u prinċipji fundamentali; itenni li l-azzjonijiet esterni tal-UE jaqdu wkoll l-interessi komuni taċ-ċittadini tal-UE;

115.

Jissottolinja li, jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea, il-proporzjon attwali tal-baġit iddestinat għall-azzjoni esterna għandu jiżdied jew, tal-inqas, jinżamm fil-livelli attwali, bl-applikazzjoni tal-istess loġika għall-istrumenti, għall-politiki u għall-prijoritajiet attwali;

116.

Itenni li tinħtieġ riforma tal-arkitettura attwali tal-istrumenti bil-għan li jingħataw aktar obbligu ta' rendikont, trasparenza u kontroll pubbliku li tkun iżżid ukoll l-effiċjenza, il-koerenza u l-kapaċità ta' reazzjoni kif ukoll l-effikaċja u l-flessibbiltà; iqis li r-riforma tkun tista' żżid ukoll l-effikaċja f'termini ta' kostijiet, tnaqqas is-sovrappożizzjonijiet u l-kunflitti ta' interess fost id-diversi atturi u servizzi tal-Kummissjoni u tikkontribwixxi biex jingħelbu l-isfidi attwali marbuta mal-istrateġija, mal-programmazzjoni u mal-implimentazzjoni;

117.

Ifakkar fir-rwol essenzjali ta' koleġiżlatur tal-Parlament f'dak li għandu x'jaqsam mar-regolament dwar il-QFP li jmiss; itenni d-disponibbiltà tiegħu li jaħdem mal-Kummissjoni, mas-SEAE u mal-Kunsill biex jottimizza l-arkitettura tal-istrumenti ta' finanzjament estern; jenfasizza, madankollu, li l-objettiv ta' kwalunkwe ristrutturar tal-istrumenti għandu jkun dak ta' aktar trasparenza, obbligu ta' rendikont, effiċjenza, koerenza u flessibbiltà; jenfasizza li dawn l-objettivi ma jistgħux jinkisbu mingħajr struttura ta' governanza li tippermetti kontroll politiku, li tkun xprunata mill-istrateġija u li tkun inklużiva u responsabbli; jenfasizza li l-Parlament mhu se jaċċetta l-ebda riforma tal-istrumenti mingħajr struttura ta' governanza soda; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-SEAE jipproponu pjan għar-riforma tal-istrumenti li jinkludu tali struttura ta' governanza; jissottolinja d-diskrepanzi bejn il-konklużjonijiet tal-analiżi ta' nofs it-terminu u l-proposti tal-Kummissjoni għar-riforma tal-istruttura attwali; jissottolinja, barra minn hekk, li jeħtieġ li jkun żgurat skrutinju demokratiku u trasparenti sod min-naħa tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew;

118.

Jappella għal integrazzjoni aħjar tal-Fondi Fiduċjarji u tal-faċilitajiet tal-UE fil-baġit sabiex jiżdiedu t-trasparenza u l-iskrutinju demokratiku tal-SFE; ifakkar fil-ftehim, bħala parti mill-aktar reviżjoni reċenti tar-Regolament Finanzjarju, li jipprevedi l-konsultazzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill qabel il-ħolqien ta' Fond Fiduċjarju ġdid għal azzjonijiet tematiċi; jappella, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tagħti informazzjoni dettaljata lill-Parlament dwar kwalunkwe trasferiment awtonomu jew diżimpenn taħt l-Intestatura 4;

119.

Jenfasizza li d-delegazzjonijiet tal-UE, flimkien mal-Istati Membri, jistgħu jgħinu wkoll lill-SMEs jużaw dawn l-istrumenti finanzjarji bil-għan li jinħolqu relazzjonijiet fit-terminu medju bejn l-impriżi tal-UE u l-ekonomiji tal-pajjiżi benefiċjarji;

120.

Jenfasizza li ma jista' jeżisti l-ebda strument mingħajr l-inklużjoni ta' pakketti finanzjarji u allokazzjonijiet ċari u ddedikati għad-diversi għanijiet, objettivi u prijoritajiet tal-azzjoni esterna tal-UE, fosthom id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, is-sostenn lis-soċjetà ċivili, ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, l-Istati fraġli, il-politika ta' żvilupp u l-qerda tal-faqar, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u s-sostenn lill-pajjiżi fid-diversi fażijiet tal-adeżjoni mal-UE u lill-pajjiż tal-viċinat tal-UE;

121.

Japprezza l-impenn tal-UE favur kwistjonijiet bħalma huma d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, is-sostenn lis-soċjetà ċivili, kif ukoll diversi għanijiet, objettivi u l-valur politiku u strateġiku speċifiku tal-istrumenti attwali; jissottolinja li r-riforma ma għandhiex timmina l-għanijiet politiċi ta' kull strument; jifhem l-ispeċifiċità f'termini ta' objettivi u implimentazzjoni għal dak li għandu x'jaqsam mal-ENI, l-IPA II u l-EIDHR u jqis, għalhekk, li dawn għandhom jibqgħu indipendenti minħabba kunsiderazzjonijiet strateġiċi u politiċi;

122.

Ifakkar li, mill-2006, l-EIDHR kien l-espressjoni konkreta tal-impenn tal-UE biex issostni u tippromwovi d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi, u ppermettiet lill-UE tintervjeni mingħajr indħil mill-gvernijiet bħala sostenn lill-NGOs reġistrati u mhux reġistrati f'oqsma mhux dejjem koperti mill-Istati Membri;

123.

Jisħaq fuq il-bżonn li jiġu stabbiliti għanijiet komuni, inkluż il-bżonn li jitjieb l-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet u li jiġu integrati d-drittijiet tal-bniedem, b'hekk jingħata sinifikat lill-Artikolu 21 tat-TUE li jirrikjedi li l-UE tikkonsolida d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt bħala objettiv neċessarju tar-relazzjonijiet esterni;

124.

Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jiżguraw komunikazzjonijiet ċari lill-pajjiżi sħab dwar kwalunkwe riforma;

125.

Jitlob it-twaqqif ta' proċeduri ta' evalwazzjoni u monitoraġġ sodi u konsistenti kapaċi li jiżguraw analiżi kwalitattiva u kwantitattiva u jżommu kont tal-progress biex jintlaħqu l-objettivi ffissati permezz tal-finanzjamenti tal-UE permezz ta' diversi strumenti;

126.

Jisħaq fuq il-bżonn tal-prevedibbiltà tal-finanzjamenti fit-tul, filwaqt li jkunu introdotti ammonti fissi li jintużaw b'mod flessibbli; itenni li l-flessibbiltà tirrikjedi l-possibbiltà li jiġu trasferiti fondi bejn id-diversi pakketti finanzjarji; ifakkar li l-fondi ddestinati għall-objettivi tal-azzjoni esterna ma jistgħux jiġu indirizzati mill-ġdid biex jintlaħqu objettivi oħrajn, fosthom il-ġestjoni tal-migrazzjoni u s-sigurtà interna; jenfasizza li għandha tkun introdotta l-possibbiltà li jiġu trasferiti l-fondi mhux allokati fi ħdan il-baġit totali tal-istrument ta' azzjoni esterna sal-limitu ta' 10 % tal-approprjazzjonijiet inizjali tal-istrument għall-azzjonijiet flessibbli u/jew urġenti, u xorta waħda jinżammu l-objettivi politiċi tal-istrument;

127.

Jenfasizza li l-allokazzjonijiet tal-għajnuna fil-livell tal-pajjiż ma għandhomx jiddependu minn ftehimiet dwar il-migrazzjoni mal-UE, u ma għandu jkun hemm l-ebda devjazzjoni ta' finanzjament minn pajjiżi u reġjuni fqar għall-pajjiżi ta' oriġini jew ta' tranżitu tal-migranti lejn l-Ewropa għall-uniku fatt li dawn jinsabu fuq ir-rotta migratorja;

128.

Ifakkar fid-diffikultajiet li l-benefiċjarji jsibu quddiemhom attwalment biex jiksbu finanzjamenti fl-ambitu tal-istrumenti; jitlob semplifikazzjoni tal-proċeduri, it-tħaffif tal-piżijiet amministrattivi u, fejn possibbli, l-adozzjoni ta' proċeduri unifikati għad-diversi servizzi tal-Kummissjoni u tas-SEAE involuti u l-ħolqien ta' punt ta' kuntatt uniku għall-organizzazzjonijiet li japplikaw għal finanzjamenti tal-UE u l-użu ta' soluzzjonijiet diġitali, fejn possibbli, biex jitħaffew u jitnaqqsu l-piżijiet burokratiċi, iżda mhux askapitu tal-monitoraġġ, tat-traċċabbiltà u tal-kontroll tal-baġit;

129.

Jissottolinja l-bżonn li s-servizzi kollha tal-Kummissjoni u s-SEAE jikkollaboraw biex il-finanzjament estern tal-UE, pjuttost milli mill-istrumenti, ikun iggwidat mill-politika, bil-għan li jkunu evitati diskrepanzi, inkoerenza, spejjeż bla bżonn, sovrappożizzjonijiet u ħela ta' kompetenzi tekniċi u jinkisbu l-objettivi kondiviżi mill-azzjoni esterna tal-UE fl-intier tagħha;

130.

Jisħaq fuq il-bżonn ta' gwida politika aktar strateġika u ta' strateġija onnikomprensiva u ta' dokumenti ta' akkumpanjament, żviluppati konġuntament u kondiviżi mis-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni u mis-SEAE kif ukoll ġestiti u monitorjati mill-istruttura ta' governanza li għad trid tinħoloq, li jiddefinixxu l-għanijiet u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-UE għall-perjodu li jmiss u l-mod li bih l-istrument se jintuża biex dawn isiru realtà; jitlob li jintużaw kompetenzi kemm interni kif ukoll esterni meta dawn l-għanijiet u l-objettivi jiġu ffissati; jirrakkomanda l-inklużjoni fil-programmazzjoni kollha tal-analiżi tas-sensittività għall-kunflitti, l-analiżi tal-politika ekonomika kif ukoll miżuri ta' valutazzjoni tar-riskju u ta' mitigazzjoni li jkunu jistgħu jintużaw b'mod flessibbli fejn jokkorru tali riskji;

131.

Jitlob li jiġu eżaminati soluzzjonijiet biex jitjiebu l-koordinament u l-koerenza mal-politiki ta' finanzjament estern min-naħa tal-Istati Membri tal-UE, anki billi titjieb il-programmazzjoni konġunta;

132.

Jitlob tisħiħ tal-opportunitajiet ta' finanzjament għall-NGOs billi jiġu ċċarati u previsti aktar opportunitajiet ta' kofinanzjament, permezz tat-tħejjija ta' sħubijiet pluriennali u tal-garanzija tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet;

133.

Jitlob rekwiżiti aħjar għal proċess deċiżjonali aktar rapidu bil-għan li tiżdied il-kapaċità tal-UE li tirrispondi għal avvenimenti f'evoluzzjoni rapida;

134.

Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied il-viżibbiltà u s-sensibilizzazzjoni tal-opinjoni pubblika dwar l-azzjoni esterna tal-UE, inkluż permezz tal-użu tat-Task Force tal-UE għall-Komunikazzjoni Strateġika, kif ukoll l-influwenza tagħha fid-dinja; jitlob li dan jitqies bħala objettiv politiku; jisħaq, għaldaqstant, fuq il-bżonn urġenti ta' komunikazzjoni strateġika speċifikament nazzjonali u/jew reġjonali fid-delegazzjonijiet tal-UE, kif ukoll titjib konsiderevoli tal-koordinament u tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni fost id-delegazzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri;

135.

Jenfasizza li d-delegazzjonijiet tal-UE jiżvolġu rwol fundamentali fil-programmazzjoni lokali, fis-superviżjoni tal-programmazzjoni, fl-iżborż, eventwalment, ta' fondi u fl-identifikazzjoni tal-benefiċjarji, b'mod partikolari fil-każ tad-DDB u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi f'żoni sensittivi; itenni li d-delegazzjonijiet tal-UE ma jistgħux ikunu huma biss responsabbli għad-deċiżjonijiet ta' finanzjament, minħabba xogħolhom u l-istatus tagħhom fil-pajjiżi terzi;

136.

Jenfasizza li l-programmazzjoni tal-istrumenti trid tinvolvi mill-qrib lis-soċjetà ċivili tal-pajjiżi rispettivi u tissejjes, f'livell akbar, fuq kooperazzjoni deċentrizzata fil-fażijiet ta' tfassil, preżentazzjoni u implimentazzjoni, biex b'hekk ikunu stabbiliti sħubijiet sodi u dejjiema, ikunu sodifatti l-bżonnijiet speċifiċi tal-popolazzjonijiet u jitqiesu r-realtajiet soċjali ta' dawk ikkonċernati;

137.

Ifakkar li f'ċerti ċirkostanzi, l-objettivi politiċi tal-UE bħad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-iżvilupp jistgħu jintlaħqu aħjar permezz tal-iżborż ta' aktar għotjiet ta' daqs iżgħar lill-organizzazzjonijiet tal-bażi, minflok pakkett finanzjarju wieħed akbar lil benefiċjarju uniku;

138.

Jissottolinja l-importanza tal-prinċipji ta' "aktar għal aktar"u tal-kundizzjonalità; iqis li għandhom jinħolqu mekkaniżmi ta' kundizzjonalità aktar rigorużi skont liema l-appoġġ finanzjarju dirett lill-awtoritajiet statali jew lill-entitajiet governattivi u lill-atturi mhux statali jkun jista' jiġi sospiż jew, jekk possibbli, indirizzat mill-ġdid lis-soċjetà ċivili meta tali istituzzjonijiet ma jirrispettawx il-bżonn li jiġu sodisfatti l-objettivi tal-finanzjamenti żborżati jew jiksru l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;

139.

Jirrikjedi t-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont, l-iskrutinju, l-addizzjonalità tal-iżvilupp, ir-rispett tal-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp/l-għajnuna u s-salvagwardji ambjentali, soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem b'saħħithom meta tintuża l-għajnuna għall-iżvilupp biex b'hekk jinħoloq effett ta' lieva għall-investiment mis-settur privat;

140.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis l-allokazzjoni ta' fondi permezz tal-istrumenti ta' finanzjament estern għall-kooperazzjoni u l-assistenza teknika ma' pajjiżi terzi, speċjalment mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex titrawwem l-adeżjoni mal-Ftehim ta' Wassenaar, fil-Grupp Awstralja, fis-Sistema ta' Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili u fil-Grupp ta' Fornituri Nukleari, u tipprevjeni l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tar-riformulazzjoni li għaddejja bħalissa tar-Regolament dwar l-Użu Doppju;

141.

Jenfasizza li kwalunkwe struttura futura tipprevedi kontrolli u kontrokontrolli adegwati, trasparenza, dritt ta' skrutinju tal-implimentazzjoni, li jinkludi kontribut politiku strateġiku akbar min-naħa tal-Parlament, kif ukoll l-użu ta' atti delegati għar-reviżjoni tal-prijoritajiet tematiċi, jekk jinsabu fl-Annessi ta' atti leġiżlattivi, u għall-adozzjoni ta' elementi sostanzjali addizzjonali bħad-dokumenti ta' programmazzjoni strateġika u pluriennali;

142.

Huwa konvint li l-ġenerazzjoni ta' SFE għall-perjodu wara l-2020 trid tirrispetta l-prinċipji ta' sinċerità u unità;

143.

Huwa tal-fehma li l-proċessi ta' analiżi ta' nofs it-terminu u ta' kontroll tal-baġit għandhom ikunu rigorużi u trasparenti biżżejjed biex jiżguraw l-assorbiment massimu tal-fondi possibbli u jippermettu modifiki adegwati biex fejn meħtieġ titkabbar il-kapaċità ta' assorbiment;

o

o o

144.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-Kunsill.

(1)  ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27.

(2)  ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11.

(3)  ĠU L 77, 15.3.2014, p. 1.

(4)  ĠU L 335, 15.12.2017, p. 6.

(5)  ĠU L 77, 15.3.2014, p. 77.

(6)  ĠU L 77, 15.3.2014, p. 85.

(7)  ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44.

(8)  ĠU L 77, 15.3.2014, p. 95.

(9)  ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30.

(10)  ĠU L 249, 27.9.2017, p. 1.

(11)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(12)  Ara r-rapport A8-0211/2017.

(13)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(14)  ĠU C 407, 8.12.2015, p. 8.

(15)  ĠU C 60, 16.2.2016, p. 3.

(16)  ĠU C 122, 19.4.2017, p. 4.

(17)  Ippubblikati fis-sit web tal-Kummissjoni f'dan l-indirizz: https://ec.europa.eu/europeaid/public-consultation-external-financing-instruments-european-union_en

(18)  Testi adottati, P8_TA(2017)0493.

(19)  Testi adottati, P8_TA(2017)0026.

(20)  Testi adottati, ĠU C 58, 15.2.2018, p. 109.

(21)  ĠU C 408, 30.11.2017, p. 21.

(22)  ĠU C 265, 11.8.2017, p. 110.

(23)  Testi adottati, P8_TA(2017)0440.

(24)  Testi adottati, P8_TA(2017)0306.

(25)  Testi adottati, P8_TA(2017)0036.

(26)  Testi adottati, P8_TA(2017)0037.

(27)  Testi adottati, P8_TA(2017)0094.

(28)  Testi adottati, P8_TA(2017)0262.

(29)  Testi adottati, P8_TA(2017)0263.

(30)  Testi adottati, P8_TA(2017)0261.

(31)  ĠU C 208, 10.6.2016, p. 25.

(32)  Testi adottati, P8_TA(2017)0408.

(33)  http://www.eeas.europa.eu/archives/docs/top_stories/pdf/eugs_mt_.pdf


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/94


P8_TA(2018)0120

Rapporti annwali 2015-2016 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar ir-rapporti annwali 2015-2016 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (2017/2010(INI))

(2019/C 390/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2003 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, u l-verżjoni l-aktar reċenti, il-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (1),

wara li kkunsidra l-arranġamenti prattiċi li ġew miftiehma fit-22 ta' Lulju 2011 bejn is-servizzi kompetenti tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) f'każ ta' qbil fl-ewwel qari,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Mejju 2017 dwar ir-Rapport Annwali 2014 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (2) u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar ir-Rapporti Annwali 2012-2013 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (3),

wara li kkunsidra r-rapport annwali 2015 tal-Kummissjoni dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (COM(2016)0469) u r-rapport annwali tal-2016 tal-Kummissjoni dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (COM(2017)0600),

wara li kkunsidra r-rapport annwali 2015 tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-parlamenti nazzjonali (COM(2016)0471) u r-rapport annwali tal-2016 tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-parlamenti nazzjonali (COM(2017)0601),

wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet preċedenti kollha tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa ta' regolamentazzjoni aħjar sabiex jinkisbu riżultati aħjar għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-UE,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta' Novembru 2017 dwar l-istabbiliment ta' Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u "Anqas Attività b'Aktar Effiċjenza"(C(2017)7810),

wara li kkunsidra r-rapporti biannwali tal-COSAC dwar l-Iżviluppi fil-Proċeduri u l-Prattiki tal-Unjoni Ewropea Rilevanti għall-Iskrutinju Parlamentari tad-19 ta' Ġunju 2014, tal-14 ta' Novembru 2014, tas-6 ta' Mejju 2015, tal-4 ta' Novembru 2015, tat-18 ta' Mejju 2016, tat-18 ta' Ottubru 2016 u tat-3 ta' Mejju 2017,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni ffirmat fil-5 ta' Frar 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2015 tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-Sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-Artikoli 52 u 132 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0141/2018),

A.

billi l-2015 u l-2016 kienu l-ewwel sentejn sħaħ tal-Kummissjoni Juncker, li assumiet il-kariga tagħha f'Novembru 2014; billi l-President Juncker impenja ruħu li jpoġġi s-sussidjarjetà fil-qalba tal-proċess demokratiku Ewropew u li jiżgura konformità sħiħa mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità mal-proċess leġiżlattiv kollu;

B.

billi l-Ftehim Interistituzzjonali ġdid tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet jinkludi impenn mit-tliet istituzzjonijiet li jirrispettaw u jimplimentaw il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

C.

billi fl-2015 il-Kummissjoni rċeviet tmien opinjonijiet motivati li jindirizzaw tliet proposti tal-Kummissjoni; billi l-għadd totali ta' sottomissjonijiet milqugħa mill-Kummissjoni dik is-sena kien ta' 350;

D.

billi fl-2016 il-Kummissjoni rċeviet 65 opinjoni motivata li indirizzaw 26 proposta tal-Kummissjoni; billi dan jikkostitwixxi 713 % aktar mit-tmien opinjonijiet motivati li waslu fl-2015, u t-tielet l-ogħla f'sena kalendarja minn mindu l-mekkaniżmu ta' kontroll tas-sussidjarjetà ġie introdott bit-Trattat ta' Lisbona fl-2009 (wara 84 fl-2012 u 70 fl-2013); billi l-għadd totali ta' sottomissjonijiet milqugħa mill-Kummissjoni dik is-sena kiber b'mod sinifikanti għal total ta' 620;

E.

billi, fid-19 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni adottat pakkett ta' miżuri ta' regolamentazzjoni aħjar b'Linji Gwida ġodda integrati ta' Regolamentazzjoni Aħjar, inkluża gwida aġġornata għall-valutazzjoni tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-impatt ta' inizjattivi ġodda;

F.

billi l-Kummissjoni fl-2015 varat is-sit web "Lighten the load - Have your say" (4), kif ukoll il-Pjattaforma REFIT (għal regolamentazzjoni effikaċi u effiċjenti), li jagħtu lill-partijiet interessati opportunitajiet addizzjonali biex jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe nuqqas fir-rigward tal-miżuri regolatorji eżistenti, inklużi kwistjonijiet dwar is-sussidjarjetà u/jew il-proporzjonalità;

G.

billi fl-2015 is-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ħejja 13-il stima inizjali, valutazzjoni tal-impatt waħda ta' emendi parlamentari sostantivi u sitt valutazzjonijiet tal-impatt ex post; billi ħejja wkoll erba' rapporti dwar il-kost tan-non-Ewropa u żewġ valutazzjonijiet tal-valur miżjud Ewropew; billi fl-2016 is-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ħejja 36 stima inizjali, valutazzjoni tal-impatt waħda ta' emendi parlamentari sostantivi u erbatax-il valutazzjoni tal-impatt ex post; billi ħejja wkoll seba' rapporti dwar il-kost tan-non-Ewropa u ħames valutazzjonijiet tal-valur miżjud Ewropew;

H.

billi s-setgħat delegati fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni jingħataw fejn ikun hemm ħtieġa ta' flessibilità u effiċjenza li ma jkunux jistgħu jitwettqu permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja; billi l-adozzjoni ta' regoli essenzjali għas-suġġett ikkonċernat hija riżervata għal-leġiżlaturi;

I.

billi s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità huma kunsiderazzjonijiet ewlenin fil-kuntest tal-valutazzjonijiet tal-impatt u tal-evalwazzjonijiet retrospettivi, li jivvalutaw jekk l-azzjonijiet fil-livell tal-UE għadhomx neċessarji, jekk l-objettiv tagħhom jistax jinkiseb b'mod aktar effikaċi permezz ta' mezzi oħra u jekk humiex fil-verità qed jagħtu r-riżultati mistennija f'termini ta' effiċjenza, effikaċja, koerenza, rilevanza u valur miżjud tal-UE;

J.

billi fl-2014 tliet kmamar nazzjonali (il-Folketing Daniż, it-Tweede Kamer Netherlandiża u l-House of Lords tar-Renju Unit) ħarġu rapporti bi proposti dettaljati dwar kif ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali jista' jissaħħaħ fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet;

1.

Ifakkar fl-importanza tar-rapporti annwali dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità mħejjija mill-Kummissjoni; josserva li r-rapporti annwali tal-Kummissjoni 2015 u 2016 huma aktar dettaljati u eżawrjenti minn dawk li jikkonċernaw is-snin preċedenti;

2.

Jenfasizza li huwa importanti li l-Unjoni Ewropea taġixxi biss fejn tista' żżid il-valur biex tnaqqas id-"defiċit demokratiku";

3.

Jissottolinja li s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità huma prinċipji fundamentali li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom iqisu meta jeżerċitaw il-kompetenzi tal-UE, biex jiżguraw li l-azzjonijiet tal-Unjoni jżidu l-valur; ifakkar li dawn il-prinċipji għandhom l-għan li jsaħħu l-funzjonament tal-Unjoni billi jiżguraw li l-azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni jkunu neċessarji, li l-objettivi tagħhom ma jistgħux jintlaħqu b'mod adegwat mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment, li n-natura u s-sustanza tagħhom ma jaqbżux dak li huwa neċessarju biex jintlaħqu l-objettivi tat-Trattati, u li dejjem jittieħdu fl-aktar livell xieraq ta' gvern; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li jista' jsir abbuż minn dawn il-prinċipji biex iservu skopijiet kontra l-UE u jenfasizza li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom joqogħdu għassa sabiex jipprevjenu u jikkontrobattu dan ir-riskju;

4.

Ifakkar li s-sussidjarjetà hija prinċipju fundamentali tal-federazzjonijiet kif ukoll kunċett ġuridiku indeterminat, li konsegwentement għandu jkun soġġett għal interpretazzjoni politika;

5.

Jifhem li l-prinċipju tas-sussidjarjetà ma jistax jintuża biex jinterpreta b'mod restrittiv is-setgħat assenjati lill-Unjoni bis-saħħa tat-Trattati;

6.

Iqis li kwalunkwe riflessjoni fuq is-sussidjarjetà u l-kontroll tagħha għandha ssir fil-kuntest tas-sejħiet li dejjem qed jiżdiedu miċ-ċittadini biex l-Unjoni tindirizza sfidi globali ewlenin bħal, inter alia, il-flussi finanzjarji interkontinentali, is-sigurtà, il-migrazzjoni u t-tibdil fil-klima;

7.

Jilqa' r-referenza għas-sussidjarjetà fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 2017; hu tal-fehma li s-sussidjarjetà għandu jkollha post prominenti fir-riflessjoni dwar il-ġejjieni tal-UE;

8.

Jinnota l-inizjattiva mħabbra mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker fid-Diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni 2017, sabiex tinħoloq Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u "Anqas Attività b'Aktar Effiċjenza"li jkun immexxi mill-Viċi President tal-Kummissjoni Frans Timmermans; ifakkar li l-Parlament ikkunsidra li l-parteċipazzjoni fit-task force mwaqqfa mill-Kummissjoni ma tkunx tqis ir-rwol u l-istatus istituzzjonali tal-Parlament bħala l-unika Istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea eletta direttament li tirrappreżenta liċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni u teżerċita funzjonijiet ta' skrutinju politiku fuq il-Kummissjoni, u li, konsegwentement, iddeċieda li ma jaċċettax l-istedina biex jipparteċipa fit-task force;

9.

Jinnota l-metodoloġija tal-Kummissjoni fir-Rapporti Annwali 2015 u 2016, li fihom tintuża statistika biex opinjonijiet motivati mressqa mill-parlamenti nazzjonali dwar pakkett ta' proposti jiġu kklassifikati bħala opinjoni motivata waħda, aktar milli opinjoni motivata dwar kull waħda mill-proposti individwali;

10.

Japprezza li l-għadd ta' opinjonijiet motivati (65) imressqa mill-parlamenti nazzjonali fl-2016 hu t-tielet l-ogħla f'sena kalendarja sa mill-introduzzjoni tal-mekkaniżmu ta' kontroll tas-sussidjarjetà fit-Trattat ta' Lisbona; jinnota l-qabża qawwija (+713 %), fil-konfront tat-tmien opinjonijiet motivati li ntlaqgħu fl-2015; jirrikonoxxi barra minn hekk, iż-żieda sinifikanti minn 350 għal 620 fl-għadd ta' opinjonijiet li ntlaqgħu mill-Kummissjoni fi ħdan il-qafas tad-djalogu politiku; jissottolinja li dawn ix-xejriet ħarġu fuq l-isfond ta' tnaqqis fl-attività leġiżlattiva, li juri wkoll li l-parteċipazzjoni tal-parlamenti nazzjonali evolviet meta mqabbla mas-snin preċedenti; jilqa' l-interess partikolari fit-teħid ta' deċiżjonijiet fl-UE muri mill-parlamenti nazzjonali;

11.

Jilqa' l-fatt li aktar parlamenti nazzjonali ressqu opinjonijiet motivati (26 minn 41 fl-2016, meta mqabbla ma' tmienja fl-2015); jinnota d-differenza netta bejn il-kmamar attivi fi ħdan il-qafas tad-djalogu politiku u l-opinjonijiet motivati tagħhom; jissottolinja li l-interess tal-parlamenti nazzjonali f'li jinfluwenzaw il-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-UE jmur lil hinn milli jidentifikaw dawk il-każijiet fejn is-sussidjarjetà tista' tkun problema; jinnota li s-setgħa tal-parlamenti nazzjonali li jimmonitorjaw ir-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità tinkludi wkoll id-dritt li jitolbu lil-leġiżlatur Ewropew biex jaġixxi f'livell Ewropew, jekk ikun meħtieġ;

12.

Jirrikonoxxi l-ħidma li saret mill-Bord għall-Valutazzjoni tal-Impatt (IAB) u s-suċċessur tiegħu f'Lulju 2015, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB); jinnota li l-IAB u l-RSB qiesu li 23 % tal-valutazzjonijiet tal-impatt rieżaminati minnhom fl-2015 kienu jeħtieġu titjib rigward jewis-sussidjarjetà jew il-proporzjonalità jew inkella t-tnejn li huma; josserva li fl-2016 il-perċentwal tal-valutazzjonijiet tal-impatt li tqiesu mhux sodisfaċenti mill-RSB kien ta' 15 %; jilqa' l-fatt li dawn il-perċentwali naqsu meta mqabbla mas-snin preċedenti; jissottolinja li l-Kummissjoni rrieżaminat il-valutazzjonijiet tal-impatt kollha kkonċernati filwaqt li kkunsidrat l-analiżijiet mill-RSB;

13.

Jinnota li l-implimentazzjoni tal-aġenda ta' tfassil aħjar tal-liġijiet wasslet lill-Kummissjoni biex tiżviluppa strumenti u proċeduri interni aktar b'saħħithom li għandhom l-għan li jevitaw il-ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà; jissottolinja li l-valutazzjonijiet tal-impatt huma strument ewlieni biex jiġi żgurat ir-rispett għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u biex jiġi promoss l-obbligu ta' rendikont; jenfasizza, b'mod partikolari, ir-rwol tal-RSB u jilqa' l-fatt li s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità huma parti mill-kontroll tal-kwalità li l-Bord iwettaq; jenfasizza, madankollu, li l-indipendenza tal-RSB tista' tissaħħaħ aktar;

14.

Jilqa' l-fatt li, f'Mejju 2015, il-Kummissjoni adottat pakkett ta' Regolamentazzjoni Aħjar ġdid sabiex tiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-UE taqdi l-interess pubbliku b'mod aktar effikaċi u tiggarantixxi r-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità b'mod aktar komprensiv, li mbagħad se jikkontribwixxi għal livell ogħla ta' trasparenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE; iqis li dan il-qafas il-ġdid ta' Regolamentazzjoni Aħjar għandu jkun għodda biex l-Unjoni Ewropea taġixxi f'konformità sħiħa mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità; jenfasizza li, minkejja dan t'hawn fuq, filwaqt li l-qafas għandu jipprevedi testijiet li jivvalutaw il-konformità ma' dawn il-prinċipji sabiex jiżguraw li l-Unjoni taġixxi biss fejn iżżid il-valur, m'għandux jagħti lok għal dewmien bla bżonn fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti;

15.

Jilqa' l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni, fl-24 ta' Ottubru 2017, tal-komunikazzjoni tagħha intitolata "L-Ikkompletar tal-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar: Soluzzjonijiet aħjar għal riżultati aħjar", li fiha tistabbilixxi l-isforzi tagħha biex iżżid it-trasparenza, il-leġittimità u l-obbligu ta' rendikont tal-ħidma tagħha dwar tfassil aħjar tal-liġijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-proċess ta' konsultazzjoni u l-possibilitajiet għall-partijiet interessati li jipprovdu feedback dwar il-proposti tagħha;

16.

Jilqa' l-introduzzjoni mill-Kummissjoni, fl-2015, ta' mekkaniżmi ġodda ta' konsultazzjoni u feedback għal inizjattivi ġodda ta' politika;

17.

Jissottolinja l-importanza li l-ħtieġa għal inizjattivi leġiżlattivi u l-impatt tagħhom fuq is-setturi importanti kollha (ekonomiċi, ambjentali u soċjali) jiġu spjegati b'mod adegwat, bil-għan li jiġu rrispettati l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

18.

Jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni biex "l-ewwel tevalwa"qabel ma tikkunsidra bidliet leġiżlattivi potenzjali; iqis, f'dan ir-rigward, li l-Unjoni Ewropea u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib biex jiżguraw monitoraġġ, kejl u evalwazzjoni aħjar tal-impatt reali tar-regolamentazzjoni tal-UE fuq iċ-ċittadini, l-ekonomija, l-istruttura soċjali u l-ambjent;

19.

Jilqa' l-iffirmar mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fl-2016 ta' Ftehim Interistituzzjonali ġdid dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet; ifakkar li l-Kummissjoni hija impenjata li tispjega fil-memoranda ta' spjegazzjoni tagħha kif il-proposti tagħha huma ġġustifikati fid-dawl tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità; jilqa' l-fatt li, permezz tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tagħmel il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-proposti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi tagħha disponibbli għall-parlamenti nazzjonali; ifakkar li dan il-ftehim enfasizza wkoll il-ħtieġa għal aktar trasparenza fil-proċedura leġiżlattiva u li l-informazzjoni mogħtija lill-parlamenti nazzjonali trid tippermettilhom jeżerċitaw b'mod sħiħ il-prerogattivi tagħhom skont it-Trattati;

20.

Jistieden lill-parlamenti nazzjonali jindikaw b'mod ċar mill-bidu li l-preżentazzjoni tagħhom hija opinjoni motivata taħt il-Protokoll Nru 2 għat-Trattati u l-proposta leġiżlattiva jew il-proposti leġiżlattivi li tirreferi għaliha/għalihom, jiddikjaraw b'mod ċar ir-raġunijiet għala jikkunsidraw li l-proposta tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jinkludu sinteżi fil-qosor tar-raġunament, u jirrispettaw il-limitu taż-żmien ta' tmien ġimgħat mid-data tat-trażmissjoni tal-abbozz ta' att leġiżlattiv rilevanti; jinnota li dan se jiffaċilita trattament xieraq u f'waqtu ta' opinjonijiet motivati mill-istituzzjonijiet kollha involuti;

21.

Huwa tal-fehma li, wara l-adozzjoni tat-Trattat ta' Lisbona, l-involviment tal-parlamenti nazzjonali fil-proċeduri leġiżlattivi tal-UE żviluppa b'mod sinifikanti, permezz ta' kuntatti ma' parlamenti nazzjonali oħra; iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali jkomplu bil-kuntatti interparlamentari u jsaħħuhom aktar, anki fuq bażi bilaterali, bħala mezz biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, u li dan isir b'viżjoni demokratika Ewropea, fejn l-Unjoni tista' żżid il-valur, u fi spirtu ta' solidarjetà, ibbażat fuq l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; jissottolinja li dawn il-kuntatti jistgħu jiffaċilitaw skambju tal-aħjar prattiki rigward l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

22.

Jilqa' l-fatt li l-Parlament qed jiżvolġi rwol dejjem akbar u aktar regolari ta' interlokutur mal-parlamenti nazzjonali u ta' intermedjarju bejniethom fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità; iqis li t-tisħiħ tad-djalogu fil-livell politiku mal-parlamenti nazzjonali jista' jkun mezz biex jiġu razzjonalizzati l-verifiki tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità billi tiġi indirizzata aħjar is-sustanza tal-proposti leġiżlattivi;

23.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fl-2016 14-il kamra ta' 11-il parlament nazzjonali ppreżentaw opinjonijiet motivati dwar il-proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 96/71/KE tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (COM(2016)0128), u b'hekk intlaħaq il-livell limitu ta' terz tal-voti meħtieġa skont l-Artikolu 7(2) tal-Protokoll Nru 2 għat-Trattati biex tiskatta l-hekk imsejħa proċedura tal-"karta safra"; ifakkar li l-argumenti mressqa mill-parlamenti nazzjonali kienu ġew diskussi fuq skala wiesgħa fil-Parlament Ewropew mal-Kummissjoni; jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha mal-parlamenti nazzjonali fi ħdan il-qafas tal-COSAC; jinnota li l-Kummissjoni ħarġet komunikazzjoni li fiha tat raġunijiet estensivi għaż-żamma tal-proposta (5); iqis li, minkejja t-tħassib li tqajjem minn ċerti parlamenti nazzjonali, il-Kummissjoni, bl-argumenti li spjegat fil-komunikazzjoni, ikkonformat mal-obbligu tagħha li tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha;

24.

Jinnota li, fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq, seba' kmamar nazzjonali bagħtu opinjonijet fil-qafas tad-djalogu politiku, li prinċipalment ikkunsidraw il-proposta bħala kompatibbli mal-prinċipju tas-sussidjarjetà; josserva li l-Kumitat tal-Grupp ta' Esperti tas-Sussidjarjetà tal-Kumitat tar-Reġjuni qies li l-objettiv tal-proposta jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-UE;

25.

Ifakkar li l-proċedura tal-"karta safra"ntuża darbtejn fil-passat (darba fl-2012 u darba fl-2013), li, flimkien ma' din il-proċedura tal-"karta safra", juri li s-sistema taħdem u li l-parlamenti nazzjonali jkunu jistgħu faċilment u fi żmien xieraq jipparteċipaw fid-dibattitu dwar is-sussidjarjetà meta jkunu jixtiequ jagħmlu dan; iqis li, fi kwalunkwe każ, iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni tar-rwoli tal-parlamenti nazzjonali u l-kooperazzjoni aħjar bejniethom jistgħu jsaħħu l-monitoraġġ tas-sussidjarjetà ex ante;

26.

Ifakkar li, skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 2 għat-Trattati, l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom iqisu l-opinjonijiet motivati maħruġa mill-parlamenti nazzjonali jew mill-kamra ta' parlament nazzjonali; jinnota li fil-passat ċerti parlamenti nazzjonali esprimew id-diżappunt tagħhom dwar it-tweġibiet mogħtija mill-Kummissjoni f'każijiet fejn skattat il-proċedura tal-"karti sofor"; josserva, madankollu, li l-Kummissjoni stabbiliet proċeduri biex tiżgura li tipprovdi lill-parlamenti nazzjonali b'reazzjonijiet sostantivi u politiċi għat-tħassib tagħhom f'waqthom; jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod sistematiku tgħaddi t-tweġibiet tagħha għall-opinjonijiet motivati lill-Parlament Ewropew;

27.

Jieħu nota tal-bidliet proposti minn xi parlamenti nazzjonali rigward il-mekkaniżmu ta' kontroll tas-sussidjarjetà; jilqa' l-konklużjoni milħuqa mill-COSAC li kwalunkwe titjib għall-mekkaniżmu ta' kontroll tas-sussidjarjetà ma għandux iwassal għal bidla fit-Trattat; jinnota li estensjoni tal-limitu ta' żmien ta' tmien ġimgħat li fih il-parlamenti nazzjonali jistgħu joħorġu opinjoni motivata teħtieġ emenda tat-Trattati jew tal-Protokolli tagħhom; ifakkar fil-kuntest tal-ittra tal-1 ta' Diċembru 2009 dwar l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' kontroll tas-sussidjarjetà mibgħuta mill-President u l-Viċi President tal-Kummissjoni lill-Presidenti tal-parlamenti nazzjonali, fejn il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex jitqiesu l-waqfiet tas-sajf tal-parlamenti nazzjonali, ix-xahar ta' Awwissu mhux se jiġi kkunsidrat meta tiġi stabbilita l-iskadenza msemmija fil-Protokoll Nru 2; ifakkar fis-suġġeriment li għamlu ċerti parlamenti nazzjonali dwar il-fatt li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll il-possibilità li teskludi l-waqfa ta' Diċembru tal-parlamenti nazzjonali mill-kalkolu ta' tmien ġimgħat;

28.

Jenfasizza li l-adozzjoni ta' atti legali tirrikjedi l-qbil ta' maġġoranza kbira fi ħdan il-Kunsill, li tinkludi l-ministri nazzjonali tal-Istati Membri kollha, li għandhom ikunu reponsabbli għall-parlamenti nazzjonali tagħhom;

29.

Jinnota li għadd ta' għodod li jippermettu lill-parlamenti nazzjonali u liċ-ċittadini jipparteċipaw f'kull stadju tal-proċess leġiżlattiv, li jiżguraw monitoraġġ tar-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, diġà jeżistu; iħeġġeġ, għalhekk, li jsir użu sħiħ minn dawn l-għodod eżistenti u jiġi evitat, fejn possibbli, il-ħolqien ta' strutturi amministrattivi saħansitra aktar kumplessi u proċeduri twal fi żminijiet meta l-UE qed titħabat biex tinftiehem miċ-ċittadini tagħha, dejjem bil-għan li jiġu rispettati u protetti d-drittijiet u l-interessi tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jorganizzaw kampanji ta' informazzjoni u seminars rilevanti, biex iċ-ċittadini jiġu infurmati b'mod preċiż dwar il-possibilitajiet tagħhom li jipparteċipaw f'kull stadju tal-proċess leġiżlattiv;

30.

Jenfasizza li l-leġiżlazzjoni għandha tkun komprensiva u ċara biex tippermetti lill-partijiet affettwati jifhmu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom, inkluż ir-rappurtar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni xierqa, billi jiġu evitati spejjeż sproporzjonati, filwaqt li tkun prattika biex tiġi implimentata;

31.

Jenfasizza l-importanza li jiġi mħeġġeġ l-aċċess għall-valutazzjonijiet tal-impatt u l-pjanijiet direzzjonali mħejjija mill-Kummissjoni, li jkun hemm parteċipazzjoni f'konsultazzjonijiet pubbliċi u/jew konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati organizzati mill-Kummissjoni u/jew mill-Parlament Ewropew, u li jsiru suġġerimenti permezz tal-pjattaforma REFIT: "Lighten the load: Suggestions"("Innaqqsu l-Piż: Suġġerimenti"); jinnota, f'dan ir-rigward, il-funzjonament bla xkiel tas-sit web u tal-programm tar-regolamentazzjoni (REFIT) effikaċi u effiċjenti, li daħal fis-seħħ fl-2016;

32.

Ifakkar fil-ħtieġa li jissaħħu l-formati eżistenti għall-kooperazzjoni u li jiġu stabbiliti għażliet biex tittejjeb il-pjattaforma IPEX sabiex titrawwem is-sensibilizzazzjoni tal-parlamenti nazzjonali dwar ir-rwol tagħhom fil-verifiki tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, biex tgħinhom jittrattaw b'mod aktar effiċjenti l-informazzjoni li jirċievu fl-ambitu tas-sistema ta' twissija bikrija u jtejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tagħhom; iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali jagħtu opinjonijiet dwar proposti tal-Kummissjoni, li huma kollha disponibbli għal konsultazzjoni fi kwalunkwe ħin fuq id-database interna CONNECT; ifakkar li l-informazzjoni kollha hija disponibbli fuq il-pjattaforma REGPEX;

33.

Iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali jiżviluppaw aktar ir-relazzjonijiet tagħhom mal-Kumitat tar-Reġjuni, li għandu grupp ta' 12-il espert li jeżaminaw il-proposti leġiżlattivi fid-dawl tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

34.

Jilqa' l-interess muri minn uħud mill-parlamenti nazzjonali fl-eżerċitar ta' rwol aktar pożittiv u proattiv fl-affarijiet Ewropej permezz tal-użu ta' proċedura ta' "karta ħadra"; josserva li l-parlamenti nazzjonali għandhom fehmiet differenti dwar il-modalitajiet ta' din il-proċedura; iqis li mekkaniżmu informali bbażat fuq il-kooperazzjoni interparlamentari jista' jikkontribwixxi biex isaħħaħ id-djalogu politiku mal-parlamenti nazzjonali;

35.

Jinnota, fir-rigward ta' dan t'hawn fuq, li fl-2015 għoxrin kamra parlamentari ffirmaw b'mod konġunt jew appoġġjaw l-ewwel inizjattiva tal-"karta ħadra"dwar il-ħela tal-ikel, u li f'Lulju 2016 disat ikmamar parlamentari ffirmaw b'mod konġunt it-tieni "karta ħadra"u stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva li timplimenta l-prinċipji tar-responsabilità soċjali korporattiva fil-livell Ewropew; josserva li wħud mis-suġġerimenti fl-ewwel inizjattiva tal-"karta ħadra"ġew sussegwentement riflessi fil-pakkett rivedut ta' Ekonomija Ċirkolari adottat mill-Kummissjoni f'Diċembru 2015; josserva, għalhekk, li l-parlamenti nazzjonali diġà jaqdu rwol kostruttiv fil-qafas istituzzjonali u li ma hemmx bżonn, f'dan l-istadju, li joħolqu strutturi istituzzjonali u amministrattivi ġodda, ħaġa li tagħmel il-proċess kollu kkomplikat mingħajr bżonn;

36.

Josserva li fl-2016 uħud mill-parlamenti reġjonali infurmaw lill-Kummissjoni direttament dwar l-opinjonijiet tagħhom dwar ċerti proposti tal-Kummissjoni; jinnota li l-Kummissjoni qieset dawn il-fehmiet fejn xieraq; ifakkar li, skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2, huwa f'idejn kull parlament nazzjonali jew kull kamra ta' parlament nazzjonali li jikkonsultaw, fejn ikun xieraq, mal-parlamenti reġjonali li jkollhom setgħat leġiżlattivi;

37.

Jieħu nota tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità fl-2015 u l-2016; jenfasizza li l-Qorti ddikjarat li l-osservanza mil-leġiżlatur tal-UE tal-obbligu li jiddikjara raġunijiet fir-rigward tas-sussidjarjetà għandha tiġi vvalutata mhux biss b'referenza għad-diċitura tal-att ikkontestat, iżda wkoll b'referenza għall-kuntest u ċ-ċirkostanzi tal-każ individwali, u li l-informazzjoni pprovduta għandha tkun suffiċjenti u komprensibbli mill-parlamenti nazzjonali, iċ-ċittadini u l-qrati; jenfasizza, barra minn hekk, li fir-rigward tal-proporzjonalità, il-Qorti kkonfermat li l-leġiżlatura tal-UE jeħtiġilha tingħata diskrezzjoni wiesgħa fl-oqsma li jinvolvu għażliet ta' natura politika, ekonomika u soċjali, u li fihom hija tintalab twettaq evalwazzjonijiet kumplessi;

38.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2017)0210.

(3)  ĠU C 58, 15.2.2018, p. 33.

(4)  http://ec.europa.eu/smart-regulation/refit/simplification/consultation/contributions_mt.htm

(5)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2016 dwar il-proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema, fir-rigward tal-priniċipju tas-sussidjarjetà, f'konformità mal-Protokoll Nru 2 (COM(2016)0505).


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/100


P8_TA(2018)0174

Il-Belarussja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-Belarussja (2018/2661(RSP))

(2019/C 390/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Belarussja,

wara li kkunsidra l-elezzjonijiet parlamentari tal-11 ta' Settembru 2016, l-elezzjonijiet presidenzjali tal-11 ta' Ottubru 2015 u l-elezzjonijiet lokali tat-18 ta' Frar 2018 li saru fil-Belarussja,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-20 ta' Frar 2018 tal-kelliem tal-Viċi President tal-Kummissjoni / tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP / RGħ) dwar l-elezzjonijiet lokali fil-Belarussja,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-25 ta' Marzu 2018 tal-kelliem tal-VP / RGħ dwar l-iżviluppi fil-perjodu qabel u matul Jum il-Ħelsien fil-Belarussja,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Belarussja, b'mod partikolari dawk tal-15 ta' Frar 2016 li neħħew is-sanzjonijiet kontra 170 individwu u tliet kumpaniji Belarussi, u li stabbilew il-qafas għal djalogu politiku u l-kundizzjonijiet għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Belarussja biex tkompli tiġi żviluppata aġenda aktar pożittiva, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna r-riformi demokratiċi,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant tal-24 ta' Novembru 2017, u l-approvazzjoni tal-20 objettiv tanġibbli għall-2020, li huma mfassla biex jiksbu r-riżultati għaċ-ċittadini,

wara li kkunsidra ż-żjara tal-Kummissarju Hahn fil-Belarussja f'Jannar 2018 u n-negozjati li għaddejjin dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Belarussja,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Affarijiet Barranin biex il-miżuri restrittivi li fadal kontra l-Belarussja jiġu estiżi b'sena sa Frar 2019, inklużi l-embargo fuq l-armi, il-projbizzjoni tal-esportazzjoni ta' oġġetti għal repressjoni interna kif ukoll l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni tal-ivvjaġġar għal erba' individwi elenkati b'konnessjoni mal-għajbien mhux solvut ta' żewġ politiċi tal-oppożizzjoni, ta' negozjant u ta' ġurnalist fl-1999 u fl-2000,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-konvenzjonijiet kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem li l-Belarussja hija firmatarja tagħhom,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rapporteur Speċjali tan-NU tat-28 ta' Marzu 2018 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja,

wara li kkunsidra l-Artikolu 135 (5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, wara l-elezzjonijiet presidenzjali fl-2015 u l-elezzjonijiet parlamentari fl-2016, fit-18 ta' Frar 2018 saru l-elezzjonijiet lokali fil-Belarussja; billi r-rakkomandazzjonijiet li ilhom li saru mill-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-OSKE u mill-Kummissjoni ta' Venezja fil-qasam tal-leġiżlazzjoni u l-proċessi elettorali għadhom ma ġewx indirizzati fil-Belarussja; billi, skont osservaturi diplomatiċi barranin u Belarussi, l-elezzjonijiet lokali li saru fi Frar 2018 servew biss biex tali nuqqasijiet jiġu kkonfermati mill-ġdid;

B.

billi, fi Frar 2016, l-UE neħħiet il-biċċa l-kbira tal-miżuri restrittivi tagħha kontra uffiċjali u entitajiet legali Belarussi bħala ġest ta' rieda tajba bil-għan li tħeġġeġ lill-Belarussja ttejjeb is-sitwazzjoni tagħha f'dak li jikkonċerna d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt;

C.

billi l-UE ddikjarat ripetutament li r-rispett għal-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem jikkostitwixxi prekundizzjoni ċara għat-titjib u l-avvanz ulterjuri tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Belarussja; madankollu, billi s-sitwazzjoni fil-pajjiż għadha waħda ta' tħassib, peress li t-tentattivi ta' titjib li qed jiġu osservati f'dan ir-rigward huma limitati ħafna;

D.

billi r-riformi kostituzzjonali u leġiżlattivi tant mistennija li jippermettu l-iżvilupp ta' demokrazija vera għadhom lura sew;

E.

billi ma sar ebda tentattiv ta' riforma elettorali u, kif intwera matul l-elezzjonijiet lokali ta' Frar 2018, għad fadal numru sinifikanti ta' nuqqasijiet u irregolaritajiet proċedurali serji, inklużi qafas legali restrittiv għad-drittijiet politiċi fl-istadji kollha tal-kampanji elettorali u problemi bl-osservazzjoni, il-votazzjoni u l-għadd tal-voti; billi, fil-Belarussja, ilhom ma jsiru elezzjonijiet liberi u ġusti mill-1994;

F.

billi ma ġewx mistiedna osservaturi internazzjonali biex josservaw l-elezzjonijiet lokali, filwaqt li l-osservaturi Belarussi, min-naħa tagħhom, ġabru evidenza tanġibbli ta' sforzi enormi fil-pajjiż kollu biex l-ammont totali ta' nies li vvutaw jitkabbar b'mod sproporzjonat kif ukoll ta' votazzjoni karusell, fejn din tal-aħħar intużat għall-ewwel darba wara ħafna snin;

G.

billi qed jissuktaw l-attivitajiet intimidatorji, fosthom bosta każijiet ta' detenzjoni ta' attivisti indipendenti u tal-oppożizzjoni, ta' politiċi u ta' ġurnalisti; billi, għal darb'oħra, membri prominenti tal-oppożizzjoni u difensuri favur id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem ma tħallewx jipparteċipaw f'dimostrazzjoni mhux awtorizzata f'Minsk fil-25 ta' Marzu 2018 biex jitfakkar il-100 anniversarju mill-proklamazzjoni tal-indipendenza tal-Belarussja, u jew ġew arrestati qabel jew matul l-istess dimostrazzjoni, għalkemm il-biċċa l-kbira sussegwentement inħelsu mingħajr akkuża;

H.

billi żewġ priġunieri politiċi, Mikhail Zhamchuzhny u Dzmitry Paliyenka, għadhom detenuti;

I.

billi l-Parlament Ewropew ilu s-snin jappoġġja lis-soċjetà ċivili, bl-għoti tal-Premju Sakharov lill-Assoċjazzjoni Belarussa tal-Ġurnalisti fl-2004 u lil Alaksandr Milinkievich fl-2006, fost inizjattivi oħra;

J.

billi l-ġrajjiet ta' Jum il-Ħelsien 2018 juru għal darb'oħra li l-Gvern Belarussu m'għandu ebda intenzjoni li jabbanduna l-politiki antiki tiegħu ta' repressjoni, fuq skala enormi, taċ-ċittadini li jippruvaw jeżerċitaw id-drittijiet previsti mill-kostituzzjoni u mit-trattati internazzjonali;

K.

billi, fl-24 ta' Jannar 2018, il-Ministru tal-Informazzjoni arbitrarjament imblokka l-aċċess għas-sit web tal-aħbarijiet indipendenti ewlieni, Charter97.org, fit-territorju tal-Belarussja; billi nbdew proċedimenti kriminali kontra bloggers indipendenti; billi l-abbozz ta' emendi għal-Liġi dwar il-Midja, jekk jiġu adottati, ikunu theddida ġdida u sinifikanti għal-libertà tal-espressjoni fil-pajjiż;

L.

billi, fil-25 ta' Ottubru 2016, il-Belarussja adottat l-ewwel Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali tagħha dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, approvat b'riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-Belarussja, li jiddefinixxi l-linji ta' azzjoni prinċipali għall-implimentazzjoni tal-impenji tal-pajjiż favur id-drittijiet tal-bniedem;

M.

billi l-Belarussja hija l-uniku pajjiż fl-Ewropa li għadu japplika l-piena kapitali; billi r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja nnota li s-sentenzi tal-mewt fil-Belarussja jistgħu jitqiesu kontroversjali ferm minħabba n-nuqqas ta' ġudikatura indipendenti u ta' proċessi ġusti;

N.

billi l-UE u l-Belarussja bħalissa qed jinnegozjaw Prijoritajiet tas-Sħubija mfassla apposta, li l-oqsma ta' interess ewlenin tagħhom jinkludu l-iżvilupp ekonomiku u l-modernizzazzjoni, it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-governanza tajba, il-konnettività u l-kuntatti bejn in-nies; billi l-Gvern Belarussu ddikjara ripetutament li qed jipprova jinnormalizza r-relazzjonijiet mal-UE, ineħħi s-sanzjonijiet li fadal u jilliberalizza l-viżi; madankollu, billi l-progress f'dan ir-rigward bilfors jiddependi mill-fatt li l-Belarussja turi rieda politika u impenn politiku favur il-valuri demokratiċi, l-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali;

1.

Jappoġġja l-involviment kritiku tal-UE mal-Belarussja, dment li dan l-involviment ikun ibbażat fuq il-kundizzjoni li jitwettqu passi konkreti lejn id-demokratizzazzjoni u li l-awtoritajiet tal-Belarussja jirrispettaw bis-sħiħ il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem;

2.

Jinnota b'diżappunt in-nuqqas ta' implimentazzjoni, minkejja l-appelli li kienu saru, tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-ODIHR tal-OSKE u l-Kummissjoni ta' Venezja wara l-elezzjonijiet presidenzjali fl-2015 u l-elezzjonijiet parlamentari fl-2016, li suppost li ġew implimentati qabel l-elezzjonijiet lokali tal-2018; jistieden lill-awtoritajiet Belarussi jerġgħu jibdew mingħajr dewmien il-ħidma fuq ir-riformi elettorali komprensivi bħala parti mill-proċess ta' demokratizzazzjoni usa' u b'kooperazzjoni ma' sħab internazzjonali;

3.

Jiddeplora l-intimidazzjoni tal-ġurnalisti u l-midja indipendenti fil-Belarussja fis-segwitu tal-elezzjonijiet lokali, inklużi t-tneħħija illegali minn post tal-votazzjoni u t-trattament brutali tal-ġurnalist tal-Belsat TV Andrus Kozel, u l-imblukkar tal-portal tal-aħbarijiet Charter97, fost azzjonijiet oħra;

4.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Belarussja biex immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet ineħħu l-imblokk impost fuq is-sit web tal-aħbarijiet indipendenti ewlieni Charter97.org, jabbandunaw l-emendi lil-Liġi dwar il-Midja, li, jekk jiġu adottati, ikunu ta' theddida għal-libertà tal-espressjoni, u jtemmu l-persekuzzjoni tal-bloggers indipendenti talli jipprattikaw il-libertà tal-espressjoni;

5.

Jinnota li l-għadd ta' rappreżentanti tal-oppożizzjoni demokratika fil-postijiet tal-votazzjoni fil-livell distrettwali kien sproporzjonatament baxx meta mqabbel mal-għadd ta' applikazzjonijiet li tressqu;

6.

Jesprimi diżappunt għall-fatt li partiti tal-oppożizzjoni demokratiċi ripetutament ġew rifjutati milli jirreġistraw; jitlob li jitneħħew ir-restrizzjonijiet u li l-proċeduri tar-reġistrazzjoni jsiru aktar faċli għall-partiti politiċi fil-Belarussja; jisħaq fuq il-fatt li l-partiti politiċi kollha għandhom jitħallew iwettqu attivitajiet politiċi mingħajr restrizzjonijiet, speċjalment waqt il-kampanji elettorali; jappella biex jiġi rtirat l-Artikolu 193/1 tal-Kodiċi Kriminali tal-Belarussja, li jikkriminalizza l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet mhux reġistrati;

7.

Jiddispjaċih minħabba r-reazzjoni sproporzjonata tal-awtoritajiet Belarussi għall-isforzi li għamlu l-attivisti tal-oppożizzjoni biex jorganizzaw rally mhux awtorizzata għaċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum il-Ħelsien tal-25 ta' Marzu 2018, li wasslet għal għexieren ta' arresti, inkluż ta' mexxejja tal-oppożizzjoni u tal-eks kandidati presidenzjali Mikalai Statkevich u Uladzimir Niakliaev; itenni li l-libertà tal-għaqda u tal-assoċjazzjoni hija dritt fundamentali tal-bniedem; jenfasizza li kwalunkwe pass lura f'dawk li huma demokrazija u rispett għad-drittijiet fundamentali, inklużi aktar detenzjonijiet ta' priġunieri politiċi, għandu f'kull każ iġib reazzjoni ċara mill-UE fir-relazzjonijiet tiegħu mal-Belarussja;

8.

Jappella bil-qawwa għall-ħelsien ta' Mikhail Zhamchuzhny u Dzmitry Paliyenka, żewġ attivisti tas-soċjetà ċivili detenuti għal raġunijiet politiċi, u biex l-eks priġunieri politiċi jiġu riabilitati u jingħataw lura d-drittijiet ċivili u politiċi tagħhom;

9.

Itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet Belarussi sabiex jiżguraw, fiċ-ċirkostanzi kollha, ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi, għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, skont id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-istrumenti internazzjonali u reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem ratifikati mill-Belarussja;

10.

Jirrimarka li r-rispett għal-libertajiet fundamentali huwa element ewlieni ta' demokrazijab'saħħitha; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Belarussja jimpenjaw ruħhom fi djalogu miftuħ u kostruttiv mal-oppożizzjoni demokratika u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bil-ħsieb li jiggarantixxu l-libertajiet u d-drittijiet taċ-ċittadini, b'mod partikolari d-dritt tal-assoċjazzjoni, tal-għaqda paċifika u tal-espressjoni, kif ukoll bil-ħsieb li jiżguraw qafas għal midja ħielsa u indipendenti;

11.

Itenni bil-qawwa l-appell tiegħu lill-Belarussja biex tingħaqad fil-moratorju globali fuq il-piena tal-mewt bħala l-ewwel pass lejn l-abolizzjoni permanenti tagħha; ifakkar li l-piena kapitali tikkostitwixxi trattament inuman u degradanti, ma għandha ebda effett deterrenti ppruvat u tagħmel l-iżbalji ġudizzjarji irriversibbli; jinnota b'dispjaċir li l-qrati tal-Belarussja taw pieni tal-mewt ġodda fl-2018;

12.

Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jkomplu jagħtu u jsaħħu l-appoġġ tagħhom lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja u barra mill-pajjiż; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq il-ħtieġa li jingħata appoġġ lill-għejun ta' informazzjoni indipendenti kollha għas-soċjetà Belarussa, inkluża l-midja li twettaq ix-xandir bl-ilsien Belarussu, u minn barra l-pajjiż;

13.

Jieħu nota tad-djalogi settorjali UE-Belarussja fil-livell tekniku u tat-twessigħ tal-kooperazzjoni f'oqsma bħalma huma r-riforma ekonomika, l-effiċjenza tar-riżorsi, l-ekonomija ħadra u l-protezzjoni ambjentali; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jipprijoritizzaw is-sikurezza tal-impjant tal-enerġija nukleari Belarussu f'Ostrovets, u jiżguraw li l-progress fir-relazzjonijiet UE-Belarussja jkun ibbażat fuq il-kundizzjoni li jkun hemm aktar ftuħ u kooperazzjoni, u li jkun hemm konformità sħiħa mal-istandards tas-sikurezza nukleari u ambjentali internazzjonali, min-naħa tal-Belarussja;

14.

Jiddispjaċih li d-djalogu li għaddej bħalissa dwar id-drittijiet tal-bniedem mhux qed jagħti riżultati konkreti u jħeġġeġ lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem isib modi u mezzi kif jippromwovi l-protezzjoni sħiħa u effettiva tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja; jappella sabiex jinħelsu l-priġunieri politiċi kollha;

15.

Jieħu nota tan-negozjati li għaddejjin dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Belarussja u jistenna bil-ħerqa l-konklużjoni rapida tagħhom, li se jwessgħu l-kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni bilaterali għall-benefiċċju taċ-ċittadini fuq iż-żewġ naħat u jippermettu lill-Belarussja jkollha aċċess għal ambitu usa' ta' għajnuna finanzjarja u kooperazzjoni, bil-kundizzjoni li tieħu passi ċari u tanġibbli lejn id-demokratizzazzjoni u l-ftuħ, inkluża, bħala prijorità, riforma elettorali komprensiva; jilqa', f'dan il-kuntest, il-pjan tal-Kummissjoni li żżid l-allokazzjoni ta' għajnuna finanzjarja għall-perjodu 2018-2020; jinsisti fuq impenji aktar ċari ta' riforma min-naħa tal-Gvern tal-Belarussja u jirrakkomanda li jitwaqqaf pjan direzzjonali għal relazzjonijiet UE-Belarussja aktar mill-qrib fis-sura ta' punti ta' riferiment u skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' dawn l-impenji;

16.

Iħeġġeġ lill-UE tkompli tagħti l-appoġġ tagħha lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u jistieden lill-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Belarussja jiżgura l-parteċipazzjoni ċivika fil-proċessi tat-tfassil tal-politiki fil-livell lokali u f'dak nazzjonali, ispirat mil-linji gwida adottati mill-Kunsill tal-Ewropa fis-27 ta' Novembru 2017; jinnota l-interazzjoni li kulma jmur qed tiżdied bejn il-Belarussja u din l-organizzazzjoni;

17.

Jistieden, f'dan ir-rigward, lis-SEAE u lill-Kummissjoni jsibu modi kif jinfurmaw u jikkonsultaw mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Belarussja dwar id-djalogu u n-negozjati li għaddejjin bejn l-UE u l-Belarussja;

18.

Jinnota b'sodisfazzjon il-bidu tal-implimentazzjoni tas-Sħubija għall-Mobilità bejn l-UE u l-Belarussja, u qed jistenna bil-ħerqa li jiġu finalizzati l-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Viża u l-Ftehim ta' Riammissjoni, bħala kontribut ċar għall-kuntatti bejn il-persuni u bejn in-negozji;

19.

Jilqa' d-deċiżjoni min-naħa tal-awtoritajiet ta' Minsk li jippermettu, minn Frar 2018, soġġorni qosra mingħajr il-ħtieġa ta' viża fil-Belarussja għaċ-ċittadini barranin minn 80 pajjiż;

20.

Jilqa' l-progress li sar fil-promozzjoni tal-iskambji taż-żgħażagħ u tal-kuntatti bejn il-persuni bejn l-UE u l-Belarussja, inkluż permezz tal-iskema ta' mobilità tal-UE MOST, Erasmus +, Orizzont 2020 u l-istrument ta' Assistenza Teknika u Skambju ta' Informazzjoni (TAIEX), u permezz tal-adeżjoni tal-Belarussja mal-Proċess ta' Bolonja; jitlob l-implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja skont il-pjan direzzjonali miftiehem b'mod konġunt miż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja (EHEA) u l-Belarussja, miżura li se tkun ta' benefiċċju għall-Belarussi żgħażagħ u li se tkompli ttejjeb l-iskambji, u l-kuntatti bejn il-persuni, mal-UE;

21.

Jitlob li jiġġedded il-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja; jistieden lill-Gvern tal-Belarussja jikkoopera bis-sħiħ mar-Rapporteur Speċjali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jippromwovu u jappoġġjaw l-estensjoni tal-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU, u jistieden lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem jikkoopera mar-Rapporteur Speċjali tan-NU sabiex itejbu s-sitwazzjoni fil-pajjiż;

22.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill, lill-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-awtoritajiet tal-Belarussja.

18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/104


P8_TA(2018)0175

Il-Filippini

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-Filippini (2018/2662(RSP))

(2019/C 390/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Filippini, b'mod partikolari dawk tal-15 ta' Settembru 2016 (1) u tas-16 ta' Marzu 2017 (2),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kelliema tas-SEAE tas-16 ta' Marzu 2018 dwar il-Filippini u l-Qorti Kriminali Internazzjonali,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tad-Delegazzjoni tal-UE u tal-kelliem tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ),

wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra,

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma konġunt tal-persunal tal-Kummissjoni u tal-VP/RGħ tad-19 ta’ Jannar 2018 dwar il-valutazzjoni tal-Arranġament ta' Inċentiv Speċjali tal-UE għal Żvilupp Sostenibbli u Governanza Tajba (SĠP+) tal-Filippini għall-perjodu 2016-2017 (SWD(2018)0032),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Zeid Ra'ad Al Hussein, dwar l-akkużi magħmula mill-Gvern tal-Filippini li r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni u difensuri oħra tad-drittijiet tal-bniedem kienu involuti f'attivitajiet terroristiċi,

wara li kkunsidra l-eżitu tas-summit kommemorattiv ASEAN-UE fl-okkażjoni tal-40 anniversarju mill-bidu tar-relazzjonijiet ta' djalogu bejn l-ASEAN u l-UE, kif ukoll il-Pjan ta' Azzjoni ASEAN-UE (2018-2022),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-23 ta' Frar 2018 tal-President tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewropew, li qal li mhuwiex aċċettabbli li s-Senatur De Lima tinżamm il-ħabs mingħajr akkuża,

wara li kkunsidra r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn il-Filippini u l-UE (dak iż-żmien il-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE)), stabbiliti fit-12 ta' Mejju 1964 bil-ħatra tal-Ambaxxatur tal-Filippini għall-KEE,

wara li kkunsidra l-istatus tal-Filippini bħala membru fundatur tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Furzat,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR),

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Filippini u l-UE ilhom igawdu relazzjonijiet diplomatiċi, ekonomiċi, kulturali u politiċi bejniethom; billi permezz tar-ratifika tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, l-Unjoni Ewropea u l-Filippini reġgħu affermaw l-impenn konġunt tagħhom favur il-prinċipji tal-governanza tajba, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, il-promozzjoni tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku, u l-paċi u s-sigurtà fir-reġjun;

B.

billi mill-1 ta' Lulju 2016 'l hawn, ġie rrappurtat li fil-Filippini nqatlu madwar 12 000 persuna, fosthom nisa u tfal, waqt il-kampanja li għaddejja kontra d-droga, magħrufa internazzjonalment bħala "l-gwerra kontra d-droga" tal-President Duterte; billi l-President Duterte wiegħed li jkompli din il-kampanja kontra d-droga sa tmiem il-mandat presidenzjali tiegħu fl-2022; billi l-UE għadha mħassba ferm dwar l-għadd kbir ta' persuni li nqatlu b'rabta mal-kampanja kontra d-droga fil-Filippini;

C.

billi r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, Victoria Tauli-Corpuz, ċittadina Filippina, ġiet akkużata b'terroriżmu u, flimkien ma' 600 individwu ieħor – fosthom mexxejja indiġeni u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem – f'Marzu 2018 tpoġġiet fuq lista ta' organizzazzjonijiet terroristiċi mill-Gvern tal-Filippini; billi l-esperti tan-NU jgawdu mill-immunità legali; billi l-akkużi saru wara li Tauli-Corpuz ikkundannat l-attakki tal-armata fuq il-popli indiġeni Lumad f'Mindanao; billi Tauli-Corpuz innutat l-użu tal-fastidju, it-tortura u l-arresti fil-konfront ta' nies indiġeni li kienu qed iħarsu l-proprjetà tagħhom b'mod paċifiku;

D.

billi s-Senatur Leila de Lima, attivista tad-drittijiet tal-bniedem u l-aktar kritiku prominenti tal-kampanja kontra d-droga tal-President Duterte, tneħħiet mill-pożizzjoni tagħha bħala president tal-Kumitat tas-Senat dwar il-Ġustizzja u d-Drittijiet tal-Bniedem fid-19 ta' Settembru 2016 u ġiet arrestata fit-23 ta' Frar 2017; billi s-Senatur De Lima mexxiet l-investigazzjonijiet dwar il-każijiet ta' qtil extraġudizzjarju f'Davao, fiż-żmien meta l-President Duterte kien sindku tal-belt; billi hemm tħassib serju li r-reati li ġiet mixlija bihom is-Senatur De Lima huma kważi għalkollox ivvintati u politikament motivati;

E.

billi l-attakki fil-konfront tal-popli indiġeni min-naħa tal-awtoritajiet Filippini huma ta' tħassib serju; billi, fl-aħħar ta' Diċembru, in-NU wissiet dwar il-ksur massiċċ tad-drittijiet tal-bniedem li sofrew il-Lumad fil-gżira Filippina ta' Mindanao; billi l-esperti tan-NU jikkalkulaw li, minn Ottubru 2017 'l hawn, mill-inqas 2 500 Lumad sfaw spostati; billi hemm il-biża' li xi wħud minn dawn l-attakki huma motivati minn suspetti infondati li l-Lumad huma involuti fi gruppi terroristiċi, jew mir-reżistenza tagħhom għal attivitajiet minerarji fl-artijiet tal-antenati tagħhom;

F.

billi l-Filippini ffirmaw l-Istatut ta' Ruma fit-28 ta' Diċembru 2000 u rratifikawh fit-30 ta' Awwissu 2011; billi l-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) ta bidu għal eżami preliminari tas-sitwazzjoni fil-Filippini, li fih se jiġu analizzati d-delitti li allegatament twettqu fil-pajjiż, tal-inqas mill-1 ta' Lulju 2016 'l hawn, fil-kuntest tal-"gwerra kontra d-droga" varata mill-Gvern tal-Filippini;

G.

billi fid-19 ta' Marzu 2018 il-QKI ġiet notifikata uffiċjalment min-NU li, fis-17 ta' Marzu 2018, il-Filippini kienu ddepożitaw notifika bil-miktub li biha rtiraw mill-Istatut ta' Ruma;

H.

billi fis-7 ta' Marzu 2017 il-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Filippini approvat abbozz ta' liġi biex terġa' tiddaħħal il-piena tal-mewt; billi l-abbozz ta' liġi għad irid jirċievi l-approvazzjoni tas-Senat qabel ma l-President ikun jista' jiffirmah f'liġi; billi l-President Duterte ħadem attivament biex terġa' tiddaħħal il-piena tal-mewt; billi jekk terġa' tiddaħħal il-piena tal-mewt, dan ikun bi ksur ċar tat-Tieni Protokoll Fakultattiv tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li l-Filippini ilhom parti fih mill-2007;

I.

billi l-Filippini jinsabu fil-111-il post minn fost 180 pajjiż, f'termini ta' korruzzjoni fil-Klassifikazzjoni tal-Korruzzjoni ppubblikata ta' kull sena minn Transparency International;

J.

billi s-soċjetà ċivili qed tingħata spazju dejjem iċken; billi huwa rrappurtat li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem qed iħabbtu wiċċhom ma' ambjent dejjem iktar ostili fil-Filippini; billi l-President Duterte għamel dikjarazzjonijiet fejn ħeġġeġ attakki mill-pulizija kontra gruppi u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

K.

billi l-persuni li jagħmlu dikjarazzjonijiet pubbliċi kontra l-qtil extraġudizzjarju jiffaċċjaw ir-riskju li ma jitħallewx jidħlu fil-Filippini;

L.

billi l-President Duterte għamel għadd ta' dikjarazzjonijiet derogatorji u degradanti dwar in-nisa, u huwa rrappurtat li kemm-il darba ġġustifika l-istupru u ordna li jiġu sparati tiri fil-konfront tan-nisa;

M.

billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u l-attivisti regolarment iħabbtu wiċċhom ma' theddid, fastidju, intimidazzjoni u vjolenza talli jippruvaw jikxfu allegazzjonijiet ta' qtil extraġudizzjarju u abbużi oħra tad-drittijiet tal-bniedem fil-Filippini; billi l-komunità LGBTI tħabbat wiċċha ma' fastidju kontinwu;

N.

billi l-Filippini huma benefiċjarji tal-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi Plus (SĠP+) tal-Unjoni Ewropea;

O.

billi l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Filippini jitlob l-istabbiliment ta' djalogu sinifikanti dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-għamla ta' Grupp ta' Ħidma dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

1.

Jistieden lill-Gvern tal-Filippini jwaqqaf immedjatament il-qtil extraġudizzjarju bl-iskuża tal-"gwerra kontra d-droga"; jikkundanna bil-qawwa l-għadd kbir ta' każijiet ta' qtil extraġudizzjarju mill-forzi armati u mill-gruppi ta' viġilanza b'rabta mal-kampanja kontra d-droga; jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi; jesprimi tħassib serju dwar rapporti kredibbli li jgħidu li l-korp tal-pulizija tal-Filippini qed jiffalsifika l-evidenza biex jiġġustifika l-qtil extraġudizzjarju, u li dawk li qed jisfaw l-aktar fil-mira huma l-foqra taż-żoni urbani;

2.

Jinnota l-inizjattivi reċenti tal-gvern biex jiżgura approċċ aktar unifikat u integrat għall-isforzi kontra d-droga, abbażi tal-infurzar, il-ġustizzja, il-promozzjoni, ir-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni; jilqa' r-Riżoluzzjoni tas-Senat Nru 516 irreġistrata fil-Filippini fil-25 ta' Settembru 2017, li fiha l-awtoritajiet jitħeġġu "jieħdu l-passi meħtieġa biex iwaqqfu s-sensiela ta' qtil, speċjalment ta' wliedna"; jistieden lill-gvern jagħti prijorità lill-ġlieda kontra n-netwerks tat-traffikar tad-droga u l-barunijiet il-kbar tad-droga, minflok ma jikkonċentra fuq il-konsumaturi żgħar; jenfasizza li l-awtoritajiet tal-Filippini għandhom ikomplu l-ġlieda tagħhom kontra d-drogi illeċiti b'enfasi fuq is-saħħa pubblika u f'konformità sħiħa ma' proċess ġust, bi qbil mad-dritt nazzjonali u internazzjonali; jistieden lill-gvern jadotta politiki speċifiċi mhux vjolenti;

3.

Jistieden lill-awtoritajiet jikkooperaw bis-sħiħ mal-Proċeduri Speċjali tan-NU; jistieden lill-awtoritajiet tal-Filippini jwettqu immedjatament investigazzjonijiet imparzjali u effikaċi fir-rigward ta' dan il-qtil extraġudizzjarju u jieħdu passi kontra l-awturi tad-delitti u jressquhom quddiem il-ġustizzja; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw investigazzjoni mmexxija min-Nazzjonijiet Uniti dwar il-qtil fil-Filippini, u biex dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja;

4.

Itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet tal-Filippini biex jeħilsu lis-Senatur Leila de Lima u biex jipprovdulha kundizzjonijiet ta' sigurtà u sanitarji adegwati matul id-detenzjoni; barra minn hekk, itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet biex jiggarantixxu proċess ġust u biex iwaqqgħu l-akkużi kollha politikament motivati miġjuba kontriha; jistieden lill-UE ssegwi mill-qrib il-każ kontra s-Senatur De Lima;

5.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Filippini jneħħu lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem mil-lista ta' terroristi, iwaqqgħu l-akkużi kollha kontrihom u jippermettulhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom fil-paċi; ifakkar lill-awtoritajiet Filippini li s-Sinjura Victoria Tauli-Corpuz tibbenefika mill-immunità skont il-Konvenzjoni dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-1946;

6.

Jilqa' l-inizjattiva tal-QKI li tinvestiga l-allegazzjonijiet ta' delitti kontra l-umanità fil-kuntest tal-qtil waqt il-"gwerra kontra d-droga"; jistieden lill-Gvern tal-Filippini jikkoopera bis-sħiħ mal-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali fl-eżami preliminari tiegħu dwar il-Filippini; jiddispjaċih ħafna dwar id-deċiżjoni tal-Gvern tal-Filippini li jagħti bidu għall-irtirar tiegħu mill-Istatut ta' Ruma; jistieden lill-Gvern ireġġa' lura din id-deċiżjoni;

7.

Itenni t-tħassib qawwi tiegħu dwar id-deċiżjoni tal-Kamra tar-Rappreżentanti li terġa' ddaħħal il-piena tal-mewt; jistieden għal darb'oħra lill-awtoritajiet tal-Filippini jwaqqfu immedjatament il-proċedimenti li għaddejjin biex terġa' tiddaħħal il-piena tal-mewt; ifakkar li l-UE tqis il-piena tal-mewt bħala kastig krudili u inuman li jonqos milli jaġixxi bħala deterrent għal imġiba kriminali; jistieden lill-Gvern Filippin ma jbaxxix l-età minima għar-responsabilità kriminali;

8.

Jinsab allarmat dwar iż-żieda fil-livelli ta' korruzzjoni taħt l-amministrazzjoni Filippina attwali; jistieden lill-awtoritajiet tal-Filippini jżidu l-isforzi tagħhom sabiex jindirizzaw il-korruzzjoni b'mod effettiv; jenfasizza l-importanza li jiġu rispettati l-prinċipji fundamentali tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt f'dan ir-rigward;

9.

Jikkundanna kull theddid, fastidju, intimidazzjoni u vjolenza kontra dawk li qed ifittxu li jikxfu allegazzjonijiet ta' qtil extraġudizzjarju u abbużi oħra tad-drittijiet tal-bniedem fil-Filippini, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u l-attivisti; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Filippini jiżgura li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u l-attivisti jkunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom f'ambjent favorevoli u mingħajr biża' ta' tpattija;

10.

Iħeġġeġ lill-Filippini ma jibqgħux jipprojbixxu d-dħul fil-pajjiż ta' persuni li huma pperċepiti bħala kritiċi tal-politiki tal-President Duterte;

11.

Iħeġġeġ lill-Filippini josservaw l-obbligi tagħhom taħt id-dritt internazzjonali li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem tal-popli indiġeni, inkluż fil-kuntest ta' kunflitt armat;

12.

Jikkundanna l-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa u jfakkar li tali vjolenza tikkostitwixxi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dinjità tan-nisa u l-bniet; jikkundanna bil-qawwa d-dikjarazzjonijiet degradanti u misoġeni tal-President Duterte dwar il-ġellieda nisa; ifakkar lill-President li min jinkoraġġixxi lill-forzi statali jwettqu vjolenza sesswali waqt kunflitt armat ikun qed imur kontra d-dritt umanitarju internazzjonali; jistieden lill-President jittratta lin-nisa b'rispett u jżomm lura milli jinċita l-vjolenza kontra n-nisa;

13.

Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jqisu li jitolbu li r-Repubblika tal-Filippini titneħħa mill-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti qabel jiskadi l-mandat attwali ta' sħubija tagħha fi tmiem l-2018;

14.

Ifakkar lill-awtoritajiet tal-Filippini dwar l-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali, l-iskema SĠP+ u l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, u dwar il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità; jenfasizza li, filwaqt li l-progress fl-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet SĠP+ huwa pożittiv ħafna, għad hemm tħassib qawwi b'rabta mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatati mal-gwerra kontra d-droga; ifakkar, f'dan ir-rigward, fir-riżoluzzjoni preċedenti tiegħu tas-16 ta' Marzu 2017 dwar il-Filippini, u jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jużaw l-istrumenti kollha disponibbli, inkluż il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, biex jikkonvinċu lill-Filippini jtemmu l-qtil extraġudizzjarju relatat mal-kampanja kontra d-droga u, fin-nuqqas ta' titjib sostantiv, jieħdu l-passi proċedurali li jistgħu jwasslu għall-irtirar temporanju tal-preferenzi SĠP+; iħeġġeġ lill-UE tuża l-istrumenti kollha disponibbli biex tgħin lill-Gvern tal-Filippini jirrispetta l-obbligi internazzjonali tiegħu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Filippini, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-ASEAN.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2016)0349.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2017)0088.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/108


P8_TA(2018)0176

Is-sitwazzjoni fl-Istrixxa ta' Gaża

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar is-sitwazzjoni fl-Istrixxa ta' Gaża (2018/2663(RSP))

(2019/C 390/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina u l-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) Federica Mogherini tal-31 ta' Marzu 2018, u d-dikjarazzjonijiet tal-kelliem tagħha tal-5 u s-7 ta' April u tad-19 ta' Frar 2018,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali António Guterres tal-5 ta' April 2018, u d-dik tal-kelliem tiegħu tat-30 ta' Marzu 2018,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, Fatou Bensouda, tat-8 ta' April 2018,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Assemblea Ġenerali tan-NU u tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU,

wara li kkunsidra r-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar il-Protezzjoni ta' Persuni Pajżani fi żmien ta' Gwerra, tal-1949,

wara li kkunsidra l-Prinċipji Bażiċi tan-NU dwar l-Użu tal-Forza u tal-Armi mill-Uffiċjali tal-Infurzar tal-Liġi tal-1990,

wara li kkunsidra r-rapport tan-NU "Gaza Ten Years Later" ("Gaża Għaxar Snin Wara") ta' Lulju 2017,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fit-30 ta' Marzu 2018 fl-Istrixxa ta' Gaża, ingħata bidu għall-"Mixja l-Kbira tar-Ritorn" - protesta tal-massa organizzata kull ġimgħa għal sitt ġimgħat minn gruppi tas-soċjetà ċivili; billi l-Ħamas u fazzjonijiet Palestinjani oħra appellaw lill-popolazzjoni biex tingħaqad mal-mixja; billi l-awtoritajiet Iżraeljani rrapportaw li ntefgħu ġebel u bombi tan-nar kontra l-forzi tad-difiża tagħhom u li xi dimostranti ppruvaw jagħmlu l-ħsara lir-reċint ma' Iżrael;

B.

billi fit-30 ta' Marzu, fis-6 ta' April u fit-13 ta' April 2018, il-Forzi tad-Difiża Iżraeljani fetħu n-nar fuq id-dimostranti bl-użu ta' munizzjon attiv; billi kważi 30 Palestinjan inqatlu u aktar minn 2 000 indarbu, inklużi bosta tfal u nisa;

C.

billi s-Segretarju Ġenerali tan-NU, António Guterres, il-VP/RGħ Federica Mogherini u għadd ta' atturi internazzjonali oħrajn talbu li jsiru investigazzjonijiet indipendenti u trasparenti dwar dawn l-avvenimenti vjolenti, b'mod speċjali fir-rigward tal-użu ta' munizzjon attiv;

D.

billi l-Prinċipji Bażiċi tan-NU dwar l-Użu tal-Forza u tal-Armi tan-Nar mill-Uffiċjali tal-Infurzar tal-Liġi jippermettu l-użu letali tal-armi tan-nar biss fiċ-ċirkostanzi previsti fil-Prinċipju 9 tagħhom;

E.

billi l-Ħamas huwa fuq il-lista tal-UE ta' organizzazzjonijiet terroristiċi u jappella għall-qerda ta' Iżrael; billi l-isparar ta' rockets mill-Istrixxa ta' Gaża lejn it-territorju Iżraeljan għadu għaddej; billi f'dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm żieda fl-attakki terroristiċi kontra Iżrael bl-eskalazzjoni ta' inċidenti militari f'Gaża u fil-madwar;

F.

billi, skont data tan-NU, 1,3 miljun ruħ f'Gaża huma fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja, 47 % tal-familji jbatu minn nuqqas gravi jew moderat ta' sigurtà alimentari, 97 % tal-ilma tal-vit mhuwiex tajjeb għall-konsum mill-bniedem, 80 % tal-bżonnijiet tal-enerġija mhumiex ssodisfati, u aktar minn 40 % tal-popolazzjoni fiż-żona jinsabu qiegħda;

G.

billi l-Ħamas qed ikompli jżomm lill-popolazzjoni taħt il-kontroll u l-pressjoni tiegħu fl-Istrixxa ta' Gaża, li għadha ċ-ċentru tal-organizzazzjonijiet terroristiċi rikonoxxuti internazzjonalment; billi l-libertajiet fundamentali, inklużi l-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni, huma ferm limitati mill-awtoritajiet immexxija mill-Ħamas; billi, lil hinn mill-imblokk, id-distakk bejn il-Palestinjani nfushom ikompli jnaqqas il-kapaċità tal-istituzzjonijiet lokali f'Gaża li jipprovdu servizzi bażiċi; billi l-attentat ta' qtil riċenti tal-Prim Ministru Palestinjan Rami Hamdallah matul iż-żjara tiegħu fiż-żona kompla jaggrava l-istaġnar fil-proċess tar-rikonċiljazzjoni Palestinjana;

H.

billi Avera Mengistu, li emigra lejn Iżrael mill-Etjopja, u Hisham al-Sayed, Bedwin Palestinjan minn Iżrael, li t-tnejn li huma għandhom diżabilitajiet psikosoċjali, hu mifhum li qed jinżammu f'detenzjoni illegali u f'iżolament fl-Istrixxa ta' Gaża; billi l-fdalijiet tas-suldati Iżraeljani Hadar Goldin u Oron Shaul għadhom qed jinżammu mill-Ħamas f'Gaża;

1.

Jappella għall-akbar trażżin possibbli u jissottolinja li l-prijorità trid tkun li tiġi evitata l-eskalazzjoni ulterjuri tal-vjolenza u t-telf ta' ħajjiet;

2.

Jesprimi d-dispjaċir tiegħu għat-telf ta' ħajjiet; jikkundanna l-qtil u l-korriment ta' dimostranti innoċenti Palestinjani fl-Istrixxa ta' Gaża matul dawn l-aħħar tliet ġimgħat, u jħeġġeġ lill-Forzi tad-Difiża Iżraeljani biex joqogħdu lura milli jużaw forza letali kontra dimostranti mhux armati; jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi; itenni l-ħtieġa li jsir possibbli li tagħmir mediku jitwassal malajr lil dawk li għandhom bżonnu, u li jkunu permessi riferimenti mediċi lejn sptarijiet barra minn Gaża għal raġunijiet umanitarji;

3.

Jirrikonoxxi l-isfidi għas-sigurtà ta' Iżrael u l-ħtieġa għal protezzjoni tat-territorju u l-fruntieri tiegħu filwaqt li jintużaw mezzi proporzjonati; jikkundanna l-attakki terroristiċi mill-Ħamas u l-gruppi militanti oħra kontra Iżrael mill-Istrixxa ta' Gaża, inkluż l-isparar ta' rockets, l-infiltrazzjoni fit-territorju Iżraeljan u l-bini ta' mini; jesprimi t-tħassib tiegħu li l-Ħamas jidher li għandu l-għan li jaggrava t-tensjonijiet; jikkundanna bil-qawwa t-tattika persistenti tal-Ħamas li juża ċ-ċivili bl-iskop li jservu ta' tarka għal attivitajiet terroristiċi;

4.

Jenfasizza d-dritt tal-Palestinjani għal protesti paċifiċi bħala eżerċizzju leġittimu tad-drittijiet fundamentali tagħhom għal-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni; jistieden lil dawk li jmexxu l-protesti fl-Istrixxa ta' Gaża jevitaw kull inċitament għall-vjolenza u jiżguraw li kwalunkwe protesta, dimostrazzjoni u assemblea jibqgħu strettament mhux vjolenti u ma jkunux jistgħu jintużaw għal raġunijiet oħra; jistieden lil Iżrael jirrispetta dan id-dritt fundamentali għal protesti paċifiċi;

5.

Jappoġġja s-sejħiet għal investigazzjonijiet indipendenti u trasparenti dwar dawn l-avvenimentivjolenti; jieħu nota tal-Mekkaniżmu ta' Valutazzjoni għas-Sejbien tal-Fatti stabbilit mill-Forzi tad-Difiża Iżraeljani biex jagħmel rieżami tal-azzjonijiet tal-istess Forzi u tal-inċidenti speċifiċi li seħħew fuq il-fruntiera bejn Iżrael u Gaża sa mit-30 ta' Marzu 2018; ifakkar fl-importanza tal-obbligu ta' rendikont u li l-użu intenzjonat ta' forza letali kontra d-dimostranti li ma joħolqux theddida imminenti għall-ħajja jew korriment serjujikser id-dritt internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u fil-kuntest ta' okkupazzjoni huwa ksur serju tar-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra;

6.

Jinnota bi tħassib kbir it-twissija fir-rapporti varji tan-NU li l-Istrixxa ta' Gaża jaf issir inabitabbli sal-2020; jiddeplora b'mod partikolari l-fatt li s-settur tas-saħħa wasal biex jikkollassa, bl-isptarijiet jiffaċċjaw nuqqas sever ta' mediċini, tagħmir u elettriku; jappella għal sforz internazzjonali immedjat u sinifikanti għar-rikostruzzjoni u r-riabilitazzjoni ta' Gaża, bil-għan li tittaffa l-kriżi umanitarja; ifaħħar il-ħidma tal-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) fl-għoti ta' għajnuna alimentari, aċċess għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, u servizzi vitali oħra lill-popolazzjoni ta' 1,3 miljun rifuġjat Palestinjan fiż-żona;

7.

Jappella biex jintemmu immedjatament u mingħajr kundizzjoni l-imblokk u l-għeluq tal-Istrixxa ta' Gaża, li rriżultaw fi kriżi umanitarja mingħajr preċedent li qed tiddeterjora fiż-żona;

8.

Jitlob għal darb'oħra r-ritorn tal-Awtorità Palestinjana fl-Istrixxa ta' Gaża sabiex tkun tista' tassumi l-funzjonijiet governattivi tagħha, li jridu jkunu prijorità; jistieden lill-fazzjonijiet Palestinjani kollha jerġgħu jibdew l-isforzi lejn ir-rikonċiljazzjoni, li hija kruċjali wkoll biex titjieb is-sitwazzjoni tan-nies f'Gaża; jenfasizza li r-rikonċiljazzjoni Palestinjana, inklużi l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari li messhom ilhom li saru, hija importanti biex tinkiseb is-soluzzjoni ta' żewġ stati u għandha tkun appoġġjata mill-UE permezz ta' azzjoni innovattiva; jappella għad-diżarm tal-gruppi militanti kollha fl-Istrixxa ta' Gaża;

9.

Jappella biex Avera Mengistu u Hisham al-Sayed jinħelsu u jiġu ritornati lejn Iżrael; jitlob li l-fdalijiet ta' Hadar Goldin u Oron Shaul jiġu ritornati u joffri l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tagħhom; jitlob li l-fdalijiet tal-Palestinjani maqtula jiġu ritornati;

10.

Jistieden għal darb'oħra lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt biex jirrispettaw għalkollox id-drittijiet tad-detenuti u tal-priġunieri;

11.

Ifakkar li s-sitwazzjoni fl-Istrixxa ta' Gaża għandha titqies fil-kuntest usa' tal-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani; itenni li l-objettiv primarju tal-UE huwa t-twettiq tas-soluzzjoni ta' żewġ stati għall-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina abbażi tal-fruntieri tal-1967, b'Ġerusalemm bħala l-belt kapitali taż-żewġ stati, bi Stat ta' Iżrael sigur u Stat Palestinjan indipendenti, demokratiku, kontigwu u vijabbli, li jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà, abbażi tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni u tar-rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali;

12.

Jenfasizza li l-mezzi mhux vjolenti kif ukoll ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju, kemm minn atturi statali kif ukoll minn atturi mhux statali, huma l-uniku mod biex tinkiseb soluzzjoni sostenibbli u paċi ġusta u dejjiema bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; jemmen ukoll li t-tkomplija tal-vjolenza, l-attakki terroristiċi u l-inċitament favur il-vjolenza huma fundamentalment inkompatibbli mal-progress fir-rigward ta' soluzzjoni ta' żewġ stati paċifiċi; jinnota li, sabiex terġa' tinbena l-fiduċja u tiġi evitata eskalazzjoni li ddgħajjef ulterjorment il-prospettivi għall-paċi, huwa kritiku li jiġi rispettat l-impenn favur azzjoni effikaċi kontra l-vjolenza, it-terroriżmu, id-diskors ta' mibegħda u l-inċitament għaliha;

13.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Knesset, lill-President u l-Gvern ta' Iżrael, lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan, u lill-President tal-Awtorità Palestinjana.

18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/111


P8_TA(2018)0183

Il-protezzjoni tal-ġurnalisti investigattivi fl-Ewropa: il-każ tal-ġurnalist Slovakk Ján Kuciak u ta' Martina Kušnírová

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti investigattivi fl-Ewropa: il-każ tal-ġurnalist Slovakk Ján Kuciak u ta' Martina Kušnírová (2018/2628(RSP))

(2019/C 390/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 4, 5, 6, 9 u 10 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 6, 7, 8, 10, 11, 12 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u l-ġurisprudenza relatata tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR),

wara li kkunsidra l-Kumment Ġenerali Nru 34 tal-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-Artikolu 19 tal-ICCPR (Libertajiet ta' opinjoni u ta' espressjoni),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2141 (2017) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tal-24 ta’ Jannar 2017 dwar l-attakki fuq il-ġurnalisti u l-libertà tal-mezzi tal-komunikazzjoni fl-Ewropa;

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni, tat-30 ta' April 2014, tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti u tal-operaturi l-oħra fis-settur tal-mezzi tal-komunikazzjoni,

wara li kkunsidra l-impenji tal-OSKE fl-oqsma tal-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni, tal-libertà ta' espressjoni u tal-fluss liberu tal-informazzjoni;

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar miżuri leġittimi għall-ħarsien ta' informaturi li jkunu qed jaġixxu fl-interess pubbliku meta jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali dwar kumpaniji u korpi pubbliċi (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 dwar l-istat tad-dritt f'Malta (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u segwitu għar-riżoluzzjoni CRIM (4),

wara li kkunsidra l-ittra miftuħa tas-6 ta' Marzu 2018 mibgħuta mis-17-il organizzazzjoni għal-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni lill-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti investigattivi fl-Ewropa: il-każ tal-ġurnalist Slovakk Ján Kuciak u ta' Martina Kušnírová,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi r-rispett tal-istat tad-dritt, tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, u tal-valuri u tal-prinċipji minquxa fit-Trattati tal-UE u fi strumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem huma obbligi għall-Unjoni u għall-Istati Membri tagħha u jridu jiġu rrispettati;

B.

billi l-Artikolu 6(3) TUE jikkonferma li d-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-KEDB u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, jikkostitwixxu prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni;

C.

billi l-UE topera abbażi tal-preżunzjoni ta' fiduċja reċiproka li l-Istati Membri jaġixxu f'konformità mad-demokrazija, mal-istat tad-dritt u mad-drittijiet fundamentali, kif minquxa fil-KEDB, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fl-ICCPR;

D.

billi l-mezzi tal-komunikazzjoni liberi, indipendenti u bla xkiel jikkostitwixxu wieħed mill-pedamenti ta' soċjetà demokratika; billi l-Istati Membri għandhom id-dmir li jiżguraw li, fit-territorju tagħhom, il-libertà tal-istampa u l-ġurnalisti jkunu protetti;

E.

billi d-drittijiet għal-libertà ta' espressjoni u għal-libertà ta' opinjoni huma kundizzjonijiet indispensabbli għar-realizzazzjoni sħiħa tal-prinċipji tat-trasparenza u tal-obbligu ta' rendikont;

F.

billi l-UE u l-Istati Membri tagħha ħadu l-impenn li jirrispettaw il-libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi tal-komunikazzjoni, kif ukoll id-dritt għall-informazzjoni u l-libertà ta' espressjoni minquxa fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, fl-Artikolu 10 tal-KEDB u fl-Artikolu 19 tal-ICCPR; billi l-funzjonijiet ta' kontroll pubbliku tal-mezzi tal-komunikazzjoni huma kruċjali biex ikunu sostnuti dawn id-drittijiet kif ukoll għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali l-oħrajn kollha;

G.

billi l-Unjoni għandha l-possibbiltà li taġixxi bil-għan li tipproteġi l-valuri komuni li fuqhom issejset; billi l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali għandhom ikunu applikati b'qawwa ndaqs fl-Istati Membri kollha;

H.

billi l-ġurnalist investigattiv Slovakk, Ján Kuciak, u s-sieħba tiegħu, Martina Kušnírová, instabu maqtula f'darhom f'Veľká Mača fil-25 ta' Frar 2018;

I.

billi d-dritt għall-aċċess indipendenti u trasparenti għall-ġustizzja jikkostitwixxi komponent fundamentali tal-istat tad-dritt; billi l-awturi ta' dawn l-assassinji, iżda wkoll dawk tal-każijiet preċedenti, għad iridu jittellgħu quddiem il-ġustizzja u trid tiġi kkundannata kultura ta' impunità;

J.

billi dan huwa l-ħames każ ta' qtil ta' ġurnalist fi Stat Membru tal-UE f'dawn l-aħħar għaxar snin (5), u t-tieni qtil ta' ġurnalist investigattiv li kien qiegħed jaħdem fuq il-każ tal-Panama Papers fl-UE wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia f'Malta f'Ottubru 2017; billi l-attakki fuq il-ġurnaliżmu investigattiv huma delitti kontra l-istat tad-dritt u d-demokrazija;

K.

billi Ján Kuciak kien jispeċjalizza fl-investigazzjoni tal-iskandli ta' evażjoni tat-taxxa fuq skala kbira, tal-frodi fiskali, tal-korruzzjoni u tal-ħasil tal-flus, u fl-aħħar artiklu tiegħu, ippubblikat b'mod postumu, eżamina l-estorsjoni potenzjali ta' sussidji agrikoli tal-UE mill-organizzazzjoni kriminali Taljana 'Ndrangheta, li setgħet involviet ukoll xi uffiċjali governattivi qrib politiċi ta' livell għoli;

L.

billi l-qtil qanqal l-akbar protesti u dimostrazzjonijiet fit-toroq b'mod paċifiku mir-Rivoluzzjoni tal-Bellus tal-1989 'l hawn, favur il-ġustizzja, l-obbligu ta' rendikont, l-istat tad-dritt, ir-rispett tal-libertà tal-mezzi tal-komunikazzjoni u l-azzjoni fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; billi d-dimostranti u l-pubbliku Slovakk urew nuqqas serju ta' fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-istat, u fl-uffiċjali inklużi fil-pulizija; billi għandha terġa' tinġieb il-fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-Istat;

M.

billi, skont il-Kunsill tal-Ewropa, l-abbużi u d-delitti kommessi fil-konfront ta' ġurnalisti jħallu effett inibitur profond fuq il-libertà ta' espressjoni u jkabbru l-fenomenu tal-awtoċensura;

N.

billi l-Organised Crime and Corruption Reporting Project (Proġett ta' Rappurtar dwar il-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni) irrapporta li l-informazzjoni personali ta' Ján Kuciak setgħet inkixfet wara bosta talbiet għal-libertà ta' informazzjoni ppreżentati lill-awtoritajiet statali Slovakki; billi Ján Kuciak ippreżenta kwerela lill-Uffiċċju tal-Prosekutur wara li kien ġie mhedded minn negozjant Slovakk, u sussegwentement stqarr li 44 ġurnata wara l-preżenazzjoni, il-każ ma ġiex assenjat lil uffiċjal tal-pulizija u ngħalaq mingħajr ma nstemgħu x-xhieda;

O.

billi l-protezzjoni tal-ġurnalisti u tas-sorsi ġurnalistiċi, fosthom l-informaturi (whistleblowers), tvarja bejn l-Istati Membri u fil-maġġor parti tal-każijiet ma tinkludix l-għoti ta' protezzjoni kontra ritaljazzjoni, akkużi ta' malafama, theddid, kawżi intimidatorji jew konsegwenzi negattivi oħra; billi l-protezzjoni inadegwata mogħtija lill-ġurnalisti minn ċerti Stati Membri, kif ukoll l-atteġġjament dejjem aktar ostili fil-konfront tagħhom min-naħa ta' ċerti personalitajiet pubbliċi, qegħdin jimminaw sostanzjalment il-libertajiet bażiċi tagħhom;

P.

billi l-Media Pluralism Monitor (Osservatorju tal-Pluraliżmu fil-Mezzi tal-Komunikazzjoni), fir-rapport tiegħu tal-2016 dwar is-Slovakkja, identifika livelli għoljin ta' riskju rigward l-indipendenza politika, primarjament minħabba l-fatt li mezzi tal-komunikazzjoni lokali huma ffinanzjati mill-muniċipalitajiet, u spiss huma ta' proprjetà ta' dawn tal-aħħar, u huma esposti għal pressjoni politika potenzjali; billi r-rapport isemmi wkoll is-salvagwardji eżistenti għall-protezzjoni tas-sorsi ġurnalistiċi bħall-istħarriġ ġudizzjarju u d-definizzjonijiet ġuridiċi;

Q.

billi skont l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2017 ta' Reporters mingħajr fruntieri, fis-Slovakkja l-piena għall-malafama hija sa tmien snin priġunerija, l-eħrex piena għal dan ir-reat fl-UE; billi, madankollu, is-Slovakkja hija kklassifikata fis-17-il post f'dan l-indiċi;

R.

billi huwa u jżur Bratislava fit-2 ta' Marzu 2018, is-Segretarju Ġenerali ta' Reports mingħajr fruntieri ddeplora l-klima tal-waħx għall-ġurnalisti li kienet sostnuta u saħansitra maħluqa f'ċerti Stati Membri minn bosta politiċi Ewropej, inklużi mill-kapijiet ta' gvernijiet;

S.

billi mill-2007 fis-Slovakkja kienu rrapportati bosta attakki fuq ġurnalisti u tnejn minn dawn għadhom neqsin;

T.

billi skont il-Forum Ekonomiku Dinji (2017), is-Slovakkja tikklassifika fil-117-il post f'termini ta' korruzzjoni minn fost 137 pajjiżi eżaminat; billi n-numru ta' prosekuzzjonijiet għal reati marbuta mal-korruzzjoni naqas konsiderevolment; billi r-rapport tal-2018 tas-Semestru Ewropew dwar is-Slovakkja jiddikjara li l-ebda progress ma sar fl-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

U.

billi l-Parlament organizza missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni fis-Slovakkja mis-7 sad-9 ta' Marzu 2018, komposta minn Membri tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;

V.

billi fir-rendikont tal-missjoni tad-delegazzjoni tal-Parlament ġie espress tħassib gravi, primarjament dwar il-kunflitti ta' interess possibbli, bħal dawk bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali u l-organi li għandhom jikkontrollaw l-attività tiegħu u bejn il-Ministru tal-Intern u l-kap tal-pulizija; billi, barra minn hekk, is-selezzjoni tal-ogħla prosekuturi ġiet deskritta bħala politiċizzata ħafna u n-nuqqas ta' korp kompetenti indipendenti għall-eżami tal-ilmenti kontra l-pulizija kien suġġett għal kritika; billi tqajmu dubji rigward l-adegwatezza tal-protezzjoni tal-libertà tal-mezzi tal-komunikazzjoni u tas-sjieda tagħhom;

W.

billi meta l-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar Slovakk wettaq eżerċizzju li kopra l-awtoritajiet intermedji u ta' ġestjoni kollha tal-fondi tal-UE, irriżultat problematika biss l-Aġenzija tal-Pagamenti Agrikoli (APA) Slovakka; billi l-Uffiċċju tal-Awditjar għadda l-konklużjonijiet tiegħu lill-Prosekutur Ġenerali Slovakk u lill-Aġenzija nazzjonali għall-ġlieda kontra l-kriminalità;

1.

Jikkundanna bil-qawwa l-qtil tal-ġurnalist investigattiv Slovakk, Ján Kuciak, u tas-sieħba tiegħu, Martina Kušnírová,

2.

Jinsab imwaħħax bil-fatt li, f'dawn l-aħħar sitt xhur, dan huwa t-tieni attakk fatali fuq ġurnalist fl-UE, wara li l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata f'Malta fis-16 ta' Ottubru 2017;

3.

Jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jirrikorru għar-riżorsi kollha neċessarji biex jiżguraw investigazzjoni sħiħa, bir-reqqa u indipendenti tal-qtil ta' Ján Kuciak u Martina Kušnírová, u li ttella' quddiem il-ġustizzja lil dawk responsabbli; jilqa' pożittivament l-intenzjoni tal-awtoritajiet Slovakk li jikkollaboraw bis-sħiħ mal-awtoritajiet internazzjonali inkarigati mill-eżekuzzjoni tal-liġi kif ukoll mad-Direttorat Investigattiv Anti-Mafja (DIA) tal-Italja matul l-investigazzjoni; jirrakkomanda bil-qawwa l-ħolqien ta' skwadra ta' investigazzjoni konġunta mmexxija anki mill-Europol u li din titħalla taċċedi b'mod totali għall-fajl tal-każ;

4.

Jistieden lill-Prosekutur Ġenerali Slovakk jerġa' jeżamina l-kwerela ppreżentata minn Ján Kuciak wara li kien ġie mhedded, u jinvestiga r-rapporti skont liema l-informazzjoni personali nkixfet wara li ppreżenta bosta talbiet għal-libertà ta' informazzjoni lill-awtoritajiet Slovakki;

5.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Slovakki jiżguraw il-protezzjoni tal-ġurnalisti investigattivi minn kull forma ta' intimidazzjoni, akkużi ta' malafama, theddid jew attakki fiżiċi, u jieħdu miżuri effikaċi għall-protezzjoni ta' dawk li jeżerċitaw id-dritt ta' espressjoni tagħhom kontra l-attakki mmirati li jsikktuhom;

6.

Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali li jiżvolġu l-ġurnalisti investigattivi bħala kontrolluri għall-ġid tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt; jikkundanna l-kummenti offensivi tal-politiċi tal-UE fil-konfront tal-ġurnalisti; josserva li l-ogħla livell ta' protezzjoni tal-ġurnalisti investigattivi u tal-informaturi huwa fl-interessi vitali ta' soċjetà fl-intier tagħha; jinkoraġġixxi kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri jressqu proposti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi għall-protezzjoni tal-ġurnalisti fl-UE li huma suġġetti regolarment għal azzjonijiet legali maħsuba li jiċċensurawlhom xogħolhom jew jintimidawhom, inklużi r-regoli pan-Ewropej anti-SLAPP (Strategic Lawsuit Against Public Participation - azzjonjiet legali kontra l-parteċipazzjoni pubblika);

7.

Jistieden lill-Kummissjoni tissalvagwardja, tippromwovi u tapplika l-valuri stabbiliti fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll fl-ICCPR, u, f'dan il-kuntest, tissorvelja u tindirizza l-isfidi għal-libertà u għall-pluraliżmu tal-mezzi tal-komunikazzjoni fl-UE kollha, fir-rispett tal-prinċipju ta' sussidjarjetà; jitlob li l-Kummissjoni żżomm lill-Parlament infurmat bis-sħiħ dwar l-azzjonijiet li jittieħdu;

8.

Jindika li l-informaturi wrew li huma riżorsa kruċjali għall-ġurnaliżmu investigattiv u għal stampa indipendenti, u li l-garanzija tal-kunfidenzjalità tas-sorsi hija fundamentali għal-libertà tal-istampa; jenfasizza, għalhekk, li l-informaturi jikkontribwixxu għad-demokrazija, għat-trasparenza fil-politika u għall-ekonomija, kif ukoll għal pubbliku infurmat; jistieden lill-awtoritajiet Slovakki, u lill-Istati Membri kollha, jiżguraw il-protezzjoni tas-sikurezza personali u tas-sussistenza tal-ġurnalisti investigattivi u tal-informaturi; jitlob lill-Kummissjoni tipproponi direttiva tal-UE effikaċi, komprensiva u orizzontali dwar il-protezzjoni tal-informaturi, billi tapprova totalment ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tal-14 ta' Frar 2017 (6) u tal-24 ta' Ottubru 2017;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni toħloq skema permanenti ta' appoġġ finanzjarju, li tinkludi baġit iddedikat, billi tirrialloka r-riżorsi eżistenti bħala appoġġ favur il-ġurnaliżmu investigattiv indipendenti;

10.

Jistieden lill-Konferenza tal-Presidenti tiegħu jressaq proposta dwar il-mod kif il-Parlament jista' jonora xogħol Daphne Caruana Galizia u Ján Kuciak, u jikkunsidra li jsemmi t-traineeship tal-Parlament għal Ján Kuciak;

11.

Josserva li r-Rapport tal-2016 dwar il-Pluraliżmu tal-Mezzi tal-Komunikazzjoni taċ-Ċentru għall-Pluraliżmu u l-Libertà tal-Mezzi tal-Komunikazzjoni (CMPF) identifika li fis-Slovakkja r-riskju ta' konċentrazzjoni ta' sjieda tal-mezzi tal-komunikazzjoni huwa minn medju sa għoli; iqis li l-pluraliżmu tal-mezzi tal-komunikazzjoni f'għadd ta' Stati Membri jinsab mhedded mill-kontroll ta' dawn il-mezzi minn korpi politiċi jew individwi jew minn ċerti organizzazzjonijiet kummerċjali; jissottolinja l-fatt li, bħala prinċipju ġenerali, il-gvernijiet ma għandhomx jabbużaw mill-pożizzjoni tagħhom billi jinfluwenzaw il-mezzi tal-komunikazzjoni; jirrakkomanda l-inklużjoni ta' informazzjoni aktar dettaljata dwar is-sjieda tal-mezzi tal-komunikazzjoni fil-Media Pluralism Monitor;

12.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva "Investigative Journalism for the EU" (IJ4EU) li l-għan tagħha huwa li trawwem u ssaħħaħ il-kollaborazzjoni transfruntiera fost il-ġurnalisti investigattivi fl-UE;

13.

Jinsab imħasseb dwar l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni, approprjazzjoni indebita ta' fondi tal-UE, abbuż ta' poter u kunflitti ta' interess fis-Slovakkja li jistgħu jikkawżaw id-deterjorament tad-demokrazija; jistieden lill-awtoritajiet superviżorji u ġudizzjarji Slovakki u lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jinvestigaw l-allegati irregolaritajiet u frodi kollha, inklużi l-frodi karusell tal-VAT u dawk relatati mal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mal-fondi strutturali l-oħra;

14.

Jesprimi tħassib kbir rigward l-involviment possibbli tal-kriminalità organizzata f'dan il-qtil u rigward ir-riskju ta' infiltrazzjoni fis-setturi tal-politika, tal-gvern fil-livelli kollha, tal-ekonomija u tal-finanza; jisħaq fuq il-fatt li dan il-fenomenu ma għandux ikun sottovalutat; ifakkar li x-xbieki kriminali internazzjonali huma ferm attivi u li l-kriminalità organizzata qiegħda tespandi u ssir aktar sofistikata; jistieden lis-Slovakkja u lill-Istati Membri l-oħra jtejbu l-kooperazzjoni u l-koordinament bil-għan li jagħtu spinta lill-iżvilupp ta' proċeduri standard komuni, ibbażat fuq il-prattiki tajba tal-ordinamenti ġuridiċi l-aktar evoluti f'dik li hi l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;

15.

Josserva li l-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar Slovakk ħareġ tliet rapport kritiċi dwar l-APA; jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jiżguraw investigazzjoni bir-reqqa tal-konklużjonijiet tal-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar; jistieden lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri twettaq investigazzjoni u tippubblika Rapport Speċjali dwar il-pagamenti agrikoli fis-Slovakkja;

16.

Jinkoraġġixxi lill-Kumitat Speċjali dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa tevalwa l-allegazzjonijiet ta' frodi tal-VAT, ħasil tal-flus u approprjazzjoni indebita ta' fondi Ewropej, kif ukoll jekk ir-regoli nazzjonali dwar il-qbid ta' assi humiex biżżejjed b'segwitu għall-attività kriminali f'dan il-kuntest, b'attenzjoni partikolari lix-xogħol ta' Ján Kuciak u ta' ġurnalisti investigattivi oħrajn;

17.

Jistieden lill-Kunsill jikkollabora mal-Istati Membri parteċipanti fil-ħolqien ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mill-aktar fis possibbli, fl-interessi tal-azzjoni kkoordinata kontra l-frodi fl-UE u reati oħra li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

18.

Jesprimi tħassib dwar il-konklużjonijiet tar-rapport imfassal mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit b'segwitu għall-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni tagħhom fis-Slovakkja, li fih jintqal li s-selezzjoni tal-ogħla prosekuturi hija politiċizzata ħafna u li kien hemm għadd ta' allegazzjonijiet ta' korruzzjoni fil-konfront ta' uffiċjali għoljin li ma wasslux għal investigazzjoni xierqa; jistieden lill-awtoritajiet Slovakki jsaħħu l-imparzjalità tal-eżekuzzjoni tal-liġi u biex jindirizzaw is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tar-rapport dwar il-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni tal-Parlament; jitlob lill-Gvern Slovakk u lill-Parlament biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex terġa' tiġġedded il-fiduċja tal-pubbliku fl-istituzzjonijiet tal-istat, inkluż fil-pulizija;

19.

Itenni d-dispjaċir tiegħu bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tippubblikax ir-Rapport kontra l-Korruzzjoni fl-2017, u jistieden lill-Kummissjoni tissokta, mingħajr dewmien, bil-monitoraġġ annwali tagħha fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Istati Membri kollha; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema ta' indikaturi rigorużi u kriterji uniformi u faċilment applikabbli biex jitkejjel il-livell tal-korruzzjoni fl-Istati Membri u tevalwa l-politiki tagħhom fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, konformement mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-8 ta' Marzu 2016 dwar ir-Rapport Annwali 2014 dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-UE (7);

20.

Jisħaq fuq il-fatt li huwa ta' importanza vitali li jiġi garantit li l-valuri komuni Ewropej imsemmija fl-Artikolu 2 TUE jkunu sostnuti bis-sħiħ u li d-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jkunu garantiti;

21.

Jappella bil-qawwa favur proċess regolari ta' monitoraġġ u djalogu li jinvolvi lill-Istati Membri kollha bil-għan li jiġu salvagwardjati l-valuri bażiċi tal-UE tad-demokrazija, tad-drittijiet fundamentali u tal-istat tad-dritt, bl-involviment tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Parlament, kif kien propost fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (il-Patt għad-DRF);

22.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-President tar-Repubblika Slovakka.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0402.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2016)0409.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2017)0438.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2016)0403.

(5)  Ara: https://rsf.org/en/journalists-killed

(6)  Testi adottati, P8_TA(2017)0022.

(7)  ĠU C 50, 9.2.2018, p. 2.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/117


P8_TA(2018)0184

Strument għall-Valuri Ewropej biex jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromvovu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-valuri fundamentali fl-Unjoni Ewropea

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-ħtieġa li jiġi stabbilit Strument għall-Valuri Ewropej biex jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-valuri fundamentali fl-Unjoni Ewropea fil-livell lokali u nazzjonali (2018/2619(RSP))

(2019/C 390/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (1),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB), il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u l-konvenzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet u r-rapporti tal-Assemblea Parlamentari, il-Kumitat tal-Ministri, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-24 ta' Jannar 2017 dwar "It-Tisħiħ tad-Drittijiet taċ-Ċittadini f'Unjoni ta' Tibdil Demokratiku – Rapport tal-2017 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE"(COM(2017)0030),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali bit-titolu "Challenges facing civil society organisations working on humanrights in the EU"(L-isfidi li jiffaċċjaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE), ippubblikat f'Jannar 2018,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar "Il-QFP li jmiss: Tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-QFP wara l-2020" (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar "Financing of Civil Society Organisations by the EU"(Il-finanzjament tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili min-naħa tal-UE) adottat fid-19 ta' Ottubru 2017 (3),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-valuri fundamentali komuni Ewropej minquxa fl-Artikolu 2 TUE, partikolarment ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, u l-prinċipji tal-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, ma jistgħux jittieħdu bħala ħaġa fatta u jeħtieġ li jiġu kontinwament ikkultivati u protetti, peress li d-deterjorament tagħhom fi kwalunkwe Stat Membru jista' jkollu effetti negattivi għall-UE kollha kemm hi;

B.

billi soċjetà ċivili attiva u żviluppata tajjeb fl-Istati Membri kollha tal-UE tikkostitwixxi l-aħjar protezzjoni kontra l-erożjoni ta' dawn il-valuri;

C.

billi ħafna organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) ikomplu jippromwovu dawn il-valuri minkejja li qed jiffaċċjaw diffikultajiet dejjem akbar biex jiksbu l-finanzjament meħtieġ ħalli jiżviluppaw u jwettqu l-attivitajiet tagħhom b'mod indipendenti u effettiv;

D.

billi l-UE tipprovdi finanzjament dirett lill-OSĊ li joperaw f'pajjiżi terzi biex jippromwovu dawn il-valuri, iżda l-possibilitajiet ta' finanzjament għall-OSĊ li qed ifittxu dan l-objettiv fi ħdan l-UE huma limitati ħafna, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-OSĊ li joperaw fil-livell lokali u nazzjonali;

1.

Itenni li l-OSĊ huma essenzjali għaż-żamma u l-promozzjoni tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 TUE, jiġifieri r-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, u għandhom rwol kruċjali fil-promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva fl-UE, kif ukoll biex jiffaċilitaw dibattitu pubbliku msejjes fuq informazzjoni bħala parti minn demokrazija pluralista;

2.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE tiżviluppa modi ġodda u effettivi biex tipproteġi u tippromwovi dawn il-valuri fi ħdan l-Unjoni;

3.

Jemmen, f'dan ir-rigward, li l-UE għandha tipprovdi għajnuna finanzjarja mmirata lill-OSĊ li huma attivi fil-livell nazzjonali u lokali fil-promozzjoni u l-protezzjoni ta' dawn il-valuri;

4.

Jappella lill-UE twaqqaf strument ta' finanzjament – li jista' jissejjaħ l-Istrument għall-Valuri Ewropej – iddedikat għall-promozzjoni u l-protezzjoni tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 TUE, b'mod partikolari d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, fi ħdan il-baġit tal-UE skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss għal wara l-2020, b'livell ta' finanzjament li jikkorrispondi mill-anqas għal dak tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem, li jservi għanijiet simili lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni; jirrakkomanda li l-prijorità strutturali tal-istrument tkun li jinħoloq settur b'saħħtu u sostenibbli tal-OSĊ fil-livell lokali u nazzjonali bil-kapaċità li jaqdi r-rwol tiegħu fil-ħarsien ta' dawn il-valuri;

5.

Iqis li l-istrument għandu jipprovdu għotjiet operattivi (finanzjament ta' bażi kif ukoll għotjiet għal proġetti u inizjattivi) lill-OSĊ li huma involuti fil-promozzjoni u l-protezzjoni ta' dawn il-valuri fl-UE;

6.

Jisħaq fuq il-punt li l-istrument għandu jkun ġestit mill-Kummissjoni, li għandha tiżgura proċeduri rapidi u flessibbli għall-konċessjoni tal-għotjiet; jirrakkomanda, b'mod partikolari, li l-proċedura tal-applikazzjoni tkun faċli biex tintuża u faċilment aċċessibbli għall-OSĊ lokali u nazzjonali;

7.

Iqis li l-istrument għandu jkun immirat speċifikament lejn proġetti u inizjattivi li jippromwovu l-valuri Ewropej fil-livell lokali u nazzjonali, bħalma huma proġetti ta' parteċipazzjoni ċivika, attivitajiet ta' promozzjoni u attivitajiet oħra ta' sorveljanza, u li proġetti u inizjattivi transnazzjonali għandhom jaqdu rwol sussidjarju biss; jemmen li għandha titqiegħed enfasi partikolari fuq il-bini tal-kapaċità tal-OSĊ biex jinvolvu lill-pubbliku ġenerali sabiex jitkabbar l-għarfien tiegħu ta' demokrazija pluralista u parteċipattiva, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

8.

Jisħaq fuq il-fatt li l-istrument għandu jkun komplementari għal strumenti u attivitajiet diġà eżistenti fil-livell Ewropew u nazzjonali li jippromwovu u jipproteġu dawn il-valuri, u għalhekk ma għandux isir a skapitu ta' fondi u attivitajiet oħra nazzjonali jew Ewropej f'dan il-qasam;

9.

Jissottolinja li l-obbligu ta' rendikont finanzjarju kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju jrid jiġi żgurat fil-ġestjoni tal-istrument il-ġdid, b'mod partikolari fir-rigward tal-konformità mal-obbligi legali, it-trasparenza sħiħa dwar l-użu tar-riżorsi, il-ġestjoni finanzjarja soda u l-użu prudenti tar-riżorsi;

10.

Jirrakkomanda lill-Kummissjoni tħejji rapport annwali dwar il-prestazzjoni tal-istrument u tippubblika lista tal-organizzazzjonijiet u tal-attivitajiet li tkun iffinanzjat;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kunsill tal-Ewropa.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2016)0409.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2018)0075.

(3)  ĠU C 81, 2.3.2018, p. 9.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/120


P8_TA(2018)0185

Il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt fil-każ taż-żewġ suldati Griegi arrestati u detenuti fit-Turkija

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt fil-każ ta' żewġ suldati Griegi arrestati u detenuti fit-Turkija (2018/2670(RSP))

(2019/C 390/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-arrest, fl-1 ta' Marzu 2018, u t-tkomplija tad-detenzjoni mill-awtoritajiet Torok ta' żewġ suldati Griegi, li sostnew li tilfu triqithom f'temp ħażin,

wara li kkunsidra l-fatt li dik il-parti partikolari tal-fruntiera, fiż-żona forestali ta' Kastanies tul ix-Xmara Evros/Meriç, hija punt ta' qsim ewlieni għall-migranti, ir-rifuġjati u t-traffikanti, u li l-logutenent u s-surġent inkwistjoni kienu għaddejjin bir-ronda regolari tal-fruntiera,

wara li kkunsidra l-appelli minn uffiċjali tal-UE u tan-NATO, b'mod partikolari mill-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Marzu 2018 u matul il-Laqgħa tal-Mexxejja tal-UE u tat-Turkija tas-26 ta' Marzu 2018, biex is-suldati jinħelsu,

wara li kkunsidra l-isforzi tal-Gvern Grieg biex jiżgura l-ħelsien u r-ritorn tas-suldati,

wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li jistqarr li "Kull min ikun arrestat għandu jiġi infurmat minnufih, b'lingwa li jifhem, dwar ir-raġunijiet tal-arrest tiegħu u dwar kull akkuża kontra tiegħu",

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, fl-4 ta' Marzu 2018, qorti Torka f'Edirne ddeċidiet li ż-żewġ suldati, li bħalissa qed jinżammu f'ħabs b'sigurtà massima u li huma akkużati li daħlu fit-Turkija illegalment, għandhom jibqgħu detenuti;

B.

billi ż-żewġ suldati Griegi ilhom miżmuma f'ħabs Tork għal aktar minn xahar mingħajr ma tressqu akkużi kontrihom, u għalhekk għadhom ma jafux b'liema reat qed jiġu akkużati;

C.

billi fil-passat każijiet simili ta' qsim aċċidentali tal-fruntiera minn suldati Griegi jew Torok ġew solvuti fuq il-post fil-livell tal-awtoritajiet militari lokali taż-żewġ naħat;

1.

Jistieden lill-awtoritajiet Torok jikkonkludu l-proċess ġudizzjarju malajr u jeħilsu ż-żewġ suldati Griegi u jirritornawhom il-Greċja;

2.

Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Istati Membri kollha tal-UE juru solidarjetà mal-Greċja u jappellaw għall-ħelsien immedjat taż-żewġ suldati Griegi fi kwalunkwe kuntatt jew komunikazzjoni mal-mexxejja u l-awtoritajiet Torok, fl-ispirtu tad-dritt internazzjonali u tar-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien;

3.

Jistieden lill-awtoritajiet Torok jsegwu skrupolożament il-proċedimenti ġudizzjarji u jirrispettaw bis-sħiħ, għal dawk kollha kkonċernati, id-drittijiet tal-bniedem minquxa fid-dritt internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni ta' Ġinevra;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Presidenti, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tat-Turkija u tal-Greċja, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lin-NATO.

18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/121


P8_TA(2018)0186

L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jikkonċernaw il-parlamenti nazzjonali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jikkonċernaw il-parlamenti nazzjonali (2016/2149(INI))

(2019/C 390/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikolu 5 dwar l-għoti tal-kompetenzi u s-sussidjarjetà, l-Artikolu 10(1) dwar id-demokrazija rappreżentattiva, l-Artikolu 10(2) dwar ir-rappreżentanza taċ-ċittadini tal-UE, l-Artikolu 10(3) dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-UE li jipparteċipaw fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, l-Artikolu 11 dwar id-demokrazija parteċipattiva, l-Artikolu 12 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali, l-Artikolu 48(3) dwar il-proċedura ta' reviżjoni ordinarja u l-Artikolu 48(7) (il-klawżola "passerelle") tiegħu,

wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat ta' Amsterdam u l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità anness mat-Trattat ta' Lisbona,

wara li kkunsidra l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikoli 41 u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta' Ġunju 1997 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali (1), tas-7 ta' Frar 2002 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fil-qafas tal-integrazzjoni Ewropea (2), tas-7 ta' Mejju 2009 dwar l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali taħt it-Trattat ta' Lisbona (3) u tas-16 ta' April 2014 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona (5), dwar il-kapaċità baġitarja għaż-żona tal-euro (6) u dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea (7),

wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-parlamenti nazzjonali, b'mod partikolari r-rapport għall-2014 tat-2 ta' Lulju 2015 (COM(2015)0316), u għall-2015 tal-15 ta' Lulju 2016 (COM(2016)0471), u r-rapporti annwali tagħha dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, b'mod partikolari r-rapporti għall-2015 tal-15 ta' Lulju 2016 (COM(2016)0469), u għall-2016 tat-30 ta' Ġunju 2017 (COM(2017)0600),

wara li kkunsidra r-rapporti annwali tad-Direttorat għar-Relazzjonijiet mal-Parlamenti Nazzjonali tal-Parlament Ewropew, b'mod partikolari r-Rapport ta' nofs it-terminu tal-2016 dwar ir-Relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2015 (8),

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa tal-1 ta' Marzu 2017, u d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker tat-13 ta' Settembru 2017, li fih ġie ppreżentat pjan direzzjonali,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni intitolata "Integrazzjoni Ewropea Akbar: It-triq 'il quddiem" mill-Presidenti tal-Camera dei Deputati tal-Italja, l-Assemblée Nationale ta' Franza, il-Bundestag tal-Ġermanja u x-Chambre des Députés tal-Lussemburgu, li ġiet iffirmata fl-14 ta' Settembru 2015 u hija attwalment approvata minn 15-il kamra tal-parlamenti nazzjonali fl-UE,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet adottati mill-Konferenza tal-Ispeakers tal-Parlamenti tal-UE (il-Konferenza tal-Ispeakers tal-UE) fil-laqgħat tagħha mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, b'mod partikolari dawk fil-Lussemburgu fl-2016 u fi Bratislava fl-2017,

wara li kkunsidra l-kontributi u l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Konferenza tal-Kumitati għall-Affarijiet Ewropej tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea (COSAC) sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, b'mod partikolari l-laqgħat li saru fil-Belt Valletta u f'Tallinn fl-2017, u r-rapporti biannwali tal-COSAC,

wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Istabilità, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (TSKG) li fih hemm minquxa l-organizzazzjoni tal-konferenzi interparlamentari għall-finijiet tad-diskussjoni tal-politiki baġitarji u kwistjonijiet oħra koperti mit-Trattat;

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tas-Senát tar-Repubblika Ċeka tat-30 ta' Novembru 2016 (is-26 riżoluzzjoni tal-11-il terminu), ir-riżoluzzjoni tas-Senato della Repubblica tal-Italja tad-19 ta' Ottubru 2016 (Dok. XVIII nru. 164) u l-kontributi tal-Kumitat għall-Politiki tal-Unjoni Ewropea tiegħu tat-2 ta' Mejju 2017 (Prot. 573) u l-kontributi tal-Kumitat għall-Affarijiet tal-UE tal-Assemblée Nationale ta' Franza fil-31 ta' Mejju 2017 (referenza 2017/058) u l-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Ewropej tat-Tweede Kamer der Staten-Generaal (Kamra tar-Rappreżentanti) tan-Netherlands tat-22 ta' Diċembru 2017 (ittra A(2018)1067);

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura tal-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tfassil tar-rapporti fuq inizjattiva proprja,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0127/2018),

A.

billi l-parlamenti nazzjonali jikkontribwixxu attivament għall-funzjonament kostituzzjonali tajjeb tal-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 12 tat-TUE) u b'hekk għandhom rwol importanti fil-leġittimità demokratika tagħha u jwettquha fil-milja tagħha;

B.

billi l-obbligu ta' rendikont parlamentari tal-gvernijiet nazzjonali fil-qafas tal-affarijiet Ewropej, li jiddependi mill-prattiki nazzjonali individwali, huwa l-bażi fundamentali tar-rwol tal-parlamenti nazzjonali fit-Trattat Ewropew attwali;

C.

billi, sabiex jitjieb is-sens ta' appartenenza, il-parlamenti nazzjonali għandhom jiskrutinizzaw il-gvernijiet nazzjonali bħalma l-Parlament Ewropew jiskrutinizza l-eżekuttiv Ewropew; billi, madankollu, il-livell ta' influwenza tal-parlamenti nazzjonali fuq il-gvernijiet nazzjonali jvarja b'mod sinifikanti fil-livell ta' Stat Membru;

D.

billi l-parlamenti nazzjonali ħafna drabi jilmentaw dwar l-involviment limitat tagħhom fl-affarijiet tal-Unjoni u jixtiequ jkunu assoċjati aktar mal-iżvilupp tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea;

E.

billi n-nuqqas ta' trasparenza fil-proċessi leġiżlattivi u tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE jġib ir-riskju li jimmina kemm il-prerogattivi tal-parlamenti nazzjonali taħt it-Trattati u l-Protokolli rilevanti kif ukoll, b'mod partikolari, ir-rwol tagħhom bħala l-gwardjani tal-gvernijiet tagħhom;

F.

billi l-pluraliżmu tal-parlamenti nazzjonali huwa ta' benefiċċju notevoli għall-Unjoni, billi l-allinjament ta' pożizzjonijiet politiċi differenti fl-Istati Membri jsaħħaħ u jwessa' d-dibattiti trażversali fil-livell Ewropew;

G.

billi s-sottorappreżentanza tal-minoranzi parlamentari fl-affarijiet Ewropej għandha tiġi kontrobilanċjata filwaqt li jiġu rispettati b'mod sħiħ il-maġġoranzi f'kull parlament nazzjonali, u b'mod konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità;

H.

billi l-parlamenti nazzjonali għandhom rwol fi kwalunkwe reviżjoni tat-Trattati Ewropej u riċentement intalbu jinvolvu ruħhom f'sensiela ta' fora demokratiċi tal-UE;

I.

billi l-isfera pubbblika Ewropea tista' titrawwem permezz ta' sensiela ta' fora dwar il-futur tal-Ewropa, li għandhom jiġu organizzati mill-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew bħala rappreżentanti naturali tad-demos Ewropew; billi tali fora jistgħu jiġu approvati permezz tal-Ġimgħa Ewropea komuni, li fiha membri tal-kmamar parlamentari nazzjonali jiddiskutu simultanjament affarijiet Ewropej fil-preżenza ta' Kummissarji u Membri tal-Parlament Ewropew;

J.

billi kif intwera mit-tendenzi elettorali riċenti, il-kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali kattret l-isfiduċja u d-diżillużjoni taċ-ċittadini tal-UE fil-mudell ta' rappreżentanza demokratiku attwali, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll dak nazzjonali;

K.

billi l-implimentazzjoni tad-dritt tal-parlamenti nazzjonali li jiskrutinizzaw il-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, abbażi tal-hekk imsejħa sistema ta' twissija bikrija (STB), tejbet parzjalment ir-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-parlamenti nazzjonali;

L.

billi l-parlamenti nazzjonali xi kultant jikkritikaw l-STB u jiddikjaraw li mhuwiex faċli li jitpoġġew fil-prattika d-dispożizzjonijiet tagħha u li m'għandhiex kamp ta' applikazzjoni wiesgħa;

M.

billi ntlaħaq progress fl-implimentazzjoni tal-STB kif muri mill-aktar ċifri riċenti dwar l-għadd totali ta' opinjonijiet preżentati mill-parlamenti nazzjonali fil-qafas tad-djalogu politiku; billi l-użu limitat tal-proċedura ta' karta safra u l-ineffikaċja tal-proċedura ta' karta oranġjo juru li għad hemm lok għal titjib u li koordinazzjoni aħjar bejn il-parlamenti nazzjonali hija possibbli f'dan ir-rigward;

N.

billi l-perjodu ta' tmien ġimgħat stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 ma nstabx adegwat għall-monitoraġġ f'waqtu tal-konformità mal-principju tas-sussidjarjetà;

O.

billi l-STB tista' tiġi kkomplementata mis-sistema li attwalment tippermetti lill-parlamenti nazzjonali jippreżentaw proposti kostruttivi għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni u bir-rispett dovut għad-dritt ta' inizjattiva tagħha;

P.

billi diversi parlamenti nazzjonali esprimew l-interess tagħhom fi strument għat-titjib tad-djalogu politiku li jkun jagħtihom l-opportunità li jissuġġerixxu proposti kostruttivi għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni u bir-rispett dovut għad-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni;

Q.

billi l-parlamenti nazzjonali jistgħu, fi kwalunkwe ħin, joħorġu opinjonijiet fil-qafas tad-djalogu politiku, jagħtu mandat lill-gvernijiet tagħhom biex jitolbu l-formulazzjoni tal-proposti leġiżlattivi permezz tal-Kunsill jew, f'konformità mal-Artikolu 225 tat-TFUE, sempliċement jistiednu lill-Parlament jippreżenta proposti lill-Kummissjoni;

R.

billi l-implimentazzjoni ta' proċedura ta' karta ħamra mhijiex possibbli f'dan l-istadju tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea;

S.

billi l-firxa komprensiva ta' drittijiet ta' informazzjoni previsti fit-Trattat ta' Lisbona tista' tissaħħaħ jekk il-parlamenti nazzjonali jingħataw aktar riżorsi u żmien biex ilaħħqu mad-dokumenti mibgħuta lilhom mill-Istituzzjonijiet Ewropej;

T.

billi l-IPEX, pjattaforma għall-iskambju kontinwu ta' informazzjoni fost il-parlamenti nazzjonali u bejn il-parlamenti nazzjonali u l-istituzzjonijiet Ewropej, għandha tkompli tiġi żviluppata b'mod konformi mal-Istrateġija Diġitali tagħha, li fiha l-Parlament Ewropew għandu rwol ta' appoġġ ewlieni;

U.

billi l-kooperazzjoni interistituzzjonali tjiebet wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u l-hekk imsejħa inizjattiva Barroso – id-djalogu politiku mibdi mill-Kummissjoni f'Settembru 2006 li jagħti lill-parlamenti nazzjonali l-opportunità li jikkummentaw, jipprovdu feedback pożittiv jew jikkritikaw il-proposti tal-Kummissjoni;

V.

billi l-parlamenti nazzjonali kultant jilmentaw dwar ir-relazzjonijiet tagħhom mal-Unjoni Ewropea, u jsostnu li huma kumplessi ħafna;

W.

billi l-parlamenti nazzjonali għandhom kompetenzi rilevanti fl-ispazji tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, skont l-Artikoli 70, 85 u 88 tat-TFUE u għalhekk għandu jkollhom sehem fil-futur tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża tal-Unjoni;

X.

billi għandu jkun hemm kontroll parlamentari nazzjonali u Ewropew akbar tal-politiki fiskali u ekonomiċi, tad-deċiżjonijiet li jittieħdu u ta' materji ta' governanza fil-livell tal-UE;

Y.

billi d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2017 dwar in-natura mħallta tal-ftehim kummerċjali bejn l-UE u Singapore biddlet il-mod kif il-parlamenti nazzjonali se jkunu involuti fil-ftehimiet kummerċjali fil-ġejjieni;

Z.

billi interazzjoni aħjar u skambju ta' informazzjoni mtejjeb bejn l-MPE u l-MP u wkoll bejn l-impjegati taċ-ċivil tal-parlamenti nazzjonali jistgħu jgħinu biex jitjieb l-iskrutinju tad-dibattitu Ewropew fil-livell nazzjonali u għalhekk irawwem kultura parlamentari u politika Ewropea;

L-iskrutinju tal-attività governattiva fl-affarijiet Ewropej

1.

Iqis li l-implimentazzjoni tad-drittijiet u d-dmirijiet tal-parlamenti nazzjonali li ġejjin mit-Trattat ta' Lisbona tejbet ir-rwol tagħhom fil-qafas kostituzzjonali Ewropew u għalhekk tipprevedi aktar pluraliżmu, leġittimità demokratika u l-funzjonament aħjar tal-Unjoni;

2.

Jirrikonoxxi li l-gvernijiet nazzjonali huma demokratikament responsabbli lejn il-parlamenti nazzjonali kif rikonoxxut mill-Artikolu 10(2) tat-TUE, f'konformità mal-ordinamenti kostituzzjonali nazzjonali rispettivi tagħhom; huwa tal-fehma li dan l-obbligu ta' rendikont huwa l-element ċentrali tar-rwol tal-kmamar parlamentari nazzjonali fl-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali jeżerċitaw b'mod sħiħ il-funzjonijiet Ewropej tagħhom sabiex jinfluwenzaw direttament u jiskrutinizzaw il-kontenut tal-politiki Ewropej, b'mod partikolari permezz tal-monitoraġġ tal-gvernijiet nazzjonali tagħhom waqt li jaġixxu bħala membri tal-Kunsill Ewropew jew il-Kunsill;

3.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-parlamenti nazzjonali jingħataw biżżejjed żmien, il-kapaċità u l-aċċess meħtieġ għall-informazzjoni sabiex jissodisfaw ir-rwol kostituzzjonali tagħhom ta' skrutinju u b'hekk jilleġittimaw l-attività tal-gvernijiet nazzjonali meta dawn il-gvernijiet jaġixxu fil-livell Ewropew, kemm fil-Kunsill kif ukoll fil-Kunsill Ewropew; Jirrikonoxxi li din il-funzjoni Ewropea għandha sseħħ f'konformità sħiħa mat-tradizzjonijiet kostituzzjonali rispettivi tal-Istati Membri; jemmen li, sabiex jiġi ppreservat u msaħħaħ dan ir-rwol, l-iskambju eżistenti tal-aħjar prattiki u l-interazzjoni bejn il-parlamenti nazzjonali għandu jiġi msaħħaħ u promoss;

4.

Iqis li t-trasparenza tal-metodi ta' ħidma u tal-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE tirrapreżenta prekundizzjoni sabiex il-parlamenti nazzjonali jkunu jistgħu jissodisfaw b'mod effikaċi r-rwol istituzzjonali tagħhom li ġej mit-Trattati; barra minn hekk, jitlob li l-parlamenti nazzjonali jagħmlu użu sħiħ mill-kompetenzi rispettivi tagħhom bl-għan li jeżerċitaw skrutinju fuq l-azzjonijiet tal-gvernijiet fil-livell Ewropew, inter alia billi jadattaw l-organizzazzjoni interna, l-iskedi ta' żmien u r-regoli ta' proċedura tagħhom sabiex ikunu jistgħu jagħmlu dan; Jissuġġerixxi wkoll skambju tal-aħjar prattiki bejn il-parlamenti nazzjonali, dibattiti regolari bejn il-ministri rispettivi u l-kumitati speċjalizzati fil-parlamenti nazzjonali qabel u wara l-laqgħat tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew u laqgħat regolari bejn il-membri tal-parlamenti nazzjonali, il-Kummissarji u l-MPE;

5.

Hu tal-fehma li għandha tingħata attenzjoni sabiex tiġi evitata kwalunkwe regolamentazzjoni żejda tal-leġiżlazzjoni tal-UE min-naħa tal-Istati Membri u li l-parlamenti nazzjonali għandhom rwol importanti x'jaqdu f'dan ir-rigward; ifakkar, madankollu, li dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li japplikaw klawsoli ta' nuqqas ta' rigressjoni u li, pereżempju, jistabbilixxu standards soċjali u ambjentali ogħla fil-livell nazzjonali;

6.

Ifakkar, waqt li jħeġġeġ djalogu msaħħaħ u politiku mal-parlamenti nazzjonali u jirrikonoxxi l-ħtieġa ċara biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni parlamentari, li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu f'konformità mal-kompetenzi kostituzzjonali u billi tiġi kkunsidrata d-delinjazzjoni ċara bejn il-kompetenzi ta' teħid ta' deċiżjonijiet rispettivi tal-korpi nazzjonali u Ewropej;

7.

Jiddikjara li l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali għandhom ikunu involuti aħjar fis-Semestru Ewropew u jirrakkomanda li l-kalendarji baġitarji fil-livell nazzjonali u Ewropew jiġu kkoordinati aħjar matul il-proċess sabiex jiġi mħeġġeġ użu aktar effikaċi ta' dan l-istrument; barra minn hekk, ifakkar li l-allinjament tas-Semestru Ewropew mal-aġendi tal-parlamenti nazzjonali jista' jikkontribwixxi aktar għall-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi filwaqt li jissottolinja li tali allinjament ma għandux jinjora s-setgħat ta' awto governanza u r-regoli speċifiċi ta' proċedura ta' kull kamra parlamentari;

8.

Jissuġġerixxi, għalhekk, l-implimentazzjoni ta' perjodu nazzjonali għad-djalogu baġitarju, li matulu l-parlamenti nazzjonali jkunu jistgħu jiddeliberaw fuq is-Semestru Ewropew u jikkontribwixxu għalih billi jagħtu mandat lill-gvernijiet tagħhom stess fir-relazzjonijiet tagħhom mal-Kummissjoni u l-Kunsill;

9.

Jissottolinja li matul l-aħħar laqgħa plenarja tal-Konferenza tal-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet Ewropej (COSAC), f'Tallinn, ġie rikonoxxut li l-maġġoranza tal-parlamenti nazzjonali attivament attendew is-sessjonijiet plenarji biex jiddibattu kwistjonijiet tal-UE, kemm f'intervalli regolari jew kif ukoll fuq bażi ad hoc u li aktar dibattiti plenarji dwar kwistjonijiet tal-UE jżidu l-viżibilità tal-Unjoni u jagħtu liċ-ċittadini l-opportunità li jitgħallmu aktar dwar l-aġenda tal-UE u l-pożizzjonijiet tal-partiti politiċi dwar dawn il-kwistjonijiet;

Il-ħolqien ta' sfera pubblika Ewropea

10.

Jinnota li l-allinjament ta' pożizzjonijiet politiċi differenti fl-Istati Membri kollha jista' jsaħħaħ u jespandi dibattiti trażversali fil-livell Ewropew; jirrakkomanda, għalhekk, li d-delegazzjonijiet parlamentari nazzjonali li jaġixxu quddiem l-Istituzzjonijiet Ewropej għandhom jirriflettu d-diversità politika; f'dan ir-rigward, jenfasizza r-rilevanza tal-prinċipju ta' rappreżentazzjoni proporzjonali ta' membri minn partiti politiċi differenti;

11.

Jinnota l-fatt li r-rieda vinkolanti tal-maġġoranzi parlamentari tista' tiġi espressa fl-opinjonijiet maħruġa mill-parlamenti nazzjonali fil-qafas jew barra mill-qafas tal-STB; madankollu, japprova l-idea li l-minoranzi politiċi parlamentari jingħataw il-possibilità li jesprimu fehmiet diverġenti li mbagħad ikunu jistgħu jiġu inkorporati fl-annessi ta' tali opinjonijiet; jemmen li dawn l-opinjonijiet għandhom jinħarġu f'konformità sħiħa mal-prinċipju tal-proporzjonalità u f'konformità mar-regoli ta' proċedura ta' kull kamra parlamentari nazzjonali;

12.

Jieħu nota tat-talba riċenti għal sensiela ta' konvenzjonijiet demokratiċi madwar l-Ewropa; jemmen, f'dan ir-rigward, li l-istabbiliment ta' ġimgħa Ewropea annwali tippermetti lill-MPE u lill-Kummissarji, partikolarment Viċi Presidenti inkarigati mir-Raggruppamenti jidhru quddiem assemblej parlamentari nazzjonali sabiex jiddiskutu u jispjegaw l-aġenda Ewropea flimkien mal-MP u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili; jissuġġerixxi li jirrevedi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess sabiex japprova l-inizjattiva u jħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali jagħmlu l-istess; jemmen ukoll li l-laqgħat bejn il-gruppi politiċi nazzjonali u dawk Ewropej fil-qafas tal-kooperazzjoni interparlamentari tal-UE jistgħu jġibu valur miżjud fil-forma ta' dibattitu politiku Ewropew awtentiku;

Is-sostenn tar-riforma tal-STB

13.

Jissottolinja l-fatt li l-STB rarament intużat mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, u jemmen li tista' tiġi riformata fil-qafas kostituzzjonali attwali;

14.

Jinnota li eżempji bħall-iskattar tal-proċedura ta' "karta safra" kontra l-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tad-"Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema" fl-2016 turi li l-STB hija operattiva; jissottolinja li l-użu limitat tal-proċedura ta' "karta safra" jista' jindika li l-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa b'mod ġenerali rispettat fl-UE; għalhekk jemmen li n-nuqqasijiet proċedurali tal-STB ma għandhomx jitqiesu prova konklużiva li ma ġietx osservata s-sussidjarjetà; barra minn hekk, jinnota li l-parlamenti nazzjonali jistgħu jintervjenu u jeżaminaw il-kwistjoni ta' konformità mal-principju tas-sussidjarjetà qabel il-preżentazzjoni ta' proposta leġiżlattiva mill-Kummissjoni fil-forma ta' Green Paper u White Paper jew il-preżentazzjoni annwali tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni;

15.

Ifakkar li, fir-rigward ta' kwalunkwe inizjattiva leġiżlattiva ġdida, il-Kummissjoni hija obbligata teżamina jekk l-UE għandhiex id-dritt li tieħu azzjoni u jekk tali azzjoni tkunx ġustifikata; barra minn hekk jissottolinja li l-esperjenza preċedenti wriet li d-distinzjoni bejn id-dimensjoni politika tal-principju tas-sussidjarjetà u d-dimensjoni legali tal-prinċipju tal-proporzjonalità hija, xi kultant, diffiċli u problematika; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni, fir-risposti tagħha għall-opinjonijiet motivati maħruġa fil-qafas tal-STB jew barra minnu, tindirizza wkoll il-proporzjonalità u, fejn ikun xieraq, kwalunkwe tħassib dwar l-alternattivi ta' politika proposti, flimkien mal-interpretazzjoni tagħha tal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

16.

Jirrikonoxxi t-talba li saret min-naħa ta' parlamenti nazzjonali biex jiġi estiż il-perjodu ta' tmien ġimgħat li matulu jistgħu joħorġu opinjonijiet motivati skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 1; madankollu, jissottolinja li l-qafas attwali tat-Trattat ma jipprevedix tali estensjoni; iqis, għaldaqstant, li l-Kummissjoni għandha timplimenta perjodu ta' notifika teknika fl-STB sabiex tagħti żmien addizzjonali bejn id-data li fiha abbozzi ta' atti leġiżlattivi teknikament jiġu rċevuti mill-kmamar parlamentari nazzjonali u d-data li fiha jibda l-perjodu ta' tmien ġimgħat; ifakkar, f'dan ir-rigward, li arranġamenti prattiċi oħrajn għat-tħaddim tal-mekkaniżmu ta' kontroll sussidjarju tqiegħdu fil-prattika mill-Kummissjoni fl-2009;

17.

Jieħu nota tat-talba li saret min-naħa ta' ċerti parlamenti nazzjonali biex jiġi estiż il-perjodu ta' tmien ġimgħat li matulu jistgħu joħorġu opinjoni motivata skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2;

18.

Jissuġġerixxi, f'konformità mad-djalogu politiku mniedi mill-Kummissjoni fl-2016, l-użu sħiħ tas-sistema li permezz tagħha l-parlamenti nazzjonali jistgħu jissottomettu proposti kostruttivi lill-Kummissjoni bl-għan li jinfluwenzaw pożittivament id-dibattitu Ewropew u s-setgħa ta' inizjattiva tal-Kummissjoni; jissuġġerixxi, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni tista' tgawdi mid-diskrezzjoni ta' jekk tadottax tali proposti jew jekk toħroġx risposta formali li tissottolinja r-raġunijiet għaliex ma adottathomx; jirrimarka li tali proċedura ma tistax tikkonsisti minn dritt għal inizjattiva jew dritt għall-irtirar jew l-emenda ta' leġiżlazzjoni, billi altrimenti tfixkel "il-metodu tal-Unjoni" u d-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn il-livell nazzjonali u l-livell Ewropew u b'hekk tikser it-Trattati; jirrakkomanda, sadattant, li fl-eventwalità ta' reviżjoni futura tat-Trattati, id-dritt ta' inizjattiva leġiżlattiva għandu jingħata lill-Parlament Ewropew bħala rappreżentant dirett taċ-ċittadini tal-UE;

L-implimentazzjoni tad-dritt għall-informazzjoni

19.

Jafferma mill-ġdid li l-Artikolu 12 tat-TUE u l-Protokoll Nru 1 jagħtu lill-parlamenti nazzjonali d-dritt li jirċievu informazzjoni direttament mill-istituzzjonijiet Ewropej;

20.

Jenfasizza li l-parlamenti nazzjonali jistgħu jlaħħqu aħjar mal-informazzjoni mibgħuta lilhom jew bis-saħħa tal-STB, jew skont id-dritt tagħhom għall-informazzjoni, jekk il-pjattaforma IPEX tingħata r-rilevanza ta' Agora jew forum, għal djalogu informali permanenti fost il-parlamenti nazzjonali u bejn il-parlamenti nazzjonali u l-istituzzjonijiet Ewropej; jiddeċiedi, għalhekk, li jippromwovi l-użu tal-pjattaforma għat-tisħiħ tad-djalogu politiku; jirrakkomanda li l-parlamenti nazzjonali jużaw il-pjattaforma IPEX fil-ħin sabiex jiżguraw li l-mekkaniżmu ta' skrutinju nazzjonali jibda jaħdem malajr; jirrakkomanda li l-IPEX tiġi użata bħala mezz għall-kondiviżjoni sistematika tal-informazzjoni u għall-immarkar bikri ta' tħassib tas-sussidjarjetà; jara l-potenzjal għall-iżvilupp tal-IPEX bħala l-mezz prinċipali għall-komunikazzjoni u t-trażmissjoni ta' dokumenti rilevanti mill-istituzzjonijiet tal-UE lill-parlamenti nazzjonali u viċe versa, u, f'dan il-kuntest, jimpenja ruħu li joffri assistenza lill-amministrazzjonijiet tal-kmamar parlamentari nazzjonali dwar kif jaħdmu permezz ta' din il-pjattaforma; barra minn hekk, jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta' aktar skambji bejn l-uffiċjali tal-istituzzjonijiet u l-gruppi politiċi fl-amministrazzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali;

Il-previżjoni ta' kooperazzjoni interistituzzjonali aħjar

21.

Jieħu nota tal-kooperazzjoni li hemm bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fil-COSAC, il-Konferenza Interparlamentari dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK-IPC), u fil-qafas tal-Artikolu 13 tat-TSKG; jenfasizza li tali kooperazzjoni għandha tiġi żviluppata abbażi tal-prinċipji tal-kunsens, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni, sabiex il-parlamenti nazzjonali jkunu jistgħu jeżerċitaw skrutinju fuq il-gvernijiet u l-amministrazzjonijiet rispettivi tagħhom;

22.

Itenni li l-qafas attwali tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-parlamenti nazzjonali jista' jiġi simplifikat u armonizzat sabiex isir aktar effiċjenti u effikaċi; f'dan il-kuntest, jitlob li jsir rieżami tal-involviment bejn l-Unjoni u l-parlamenti nazzjonali fil-pjattaformi u l-fora eżistenti, bl-għan li jissaħħu dawn ir-relazzjonijiet u jiġu adattati għall-ħtiġijiet attwali; jinsisti, madankollu, li ssir delinjazzjoni ċara tal-kompetenzi ta' teħid tad-deċiżjonijiet bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew, fejn tal-ewwel għandhom jeżerċitaw il-funzjoni Ewropea tagħhom fuq il-bażi tal-kostituzzjonijiet nazzjonali tagħhom, b'mod partikolari permezz tal-eżerċitar ta' skrutinju fuq il-membri tal-gvernijiet nazzjonali tagħhom bħala membri tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill, li huwa l-livell li fih jinsabu fl-aħjar pożizzjoni sabiex jimmonitorjaw il-proċess leġiżlattiv Ewropew; għalhekk, jirrifjuta l-ħolqien ta' korpi parlamentari konġunti li jieħdu d-deċiżjonijiet għal raġunijiet ta' trasparenza, responsabilità politika u l-kapaċità li jieħdu azzjoni;

23.

Jindika li t-tisħiħ tad-djalogu politiku u tekniku bejn il-kumitati parlamentari, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak Ewropew, ikun pass produttiv ħafna lejn kooperazzjoni interparlamentari sħiħa; qiegħed jikkunsidra l-possibilità li jalloka riżorsi addizzjonali sabiex jikseb dan l-għan u l-użu ta' vidjokonferenzi meta jkun possibbli;

24.

Jirrikonoxxi r-rilevanza tal-Laqgħat Interparlamentari tal-Kumitati (ICM) stabbiliti fl-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll Nru 1; jemmen li tista' tinkiseb kooperazzjoni interistituzzjonali aħjar jekk l-ICM jingħataw aktar rilevanza mill-Membri tal-Parlament Ewropew u mill-parlamenti nazzjonali, u jekk jiġu mħejjija għal kooperazzjoni aktar mill-qrib;

25.

Jirrakkomanda li l-parlamenti nazzjonali jkunu involuti b'mod sħiħ fl-iżvilupp li għaddej tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni; jemmen li tali involviment għandu jiġi promoss f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew u b'rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet tal-kostituzzjonijiet nazzjonali fir-rigward tal-politiki ta' sigurtà u difiża, inkluż permezz ta' laqgħat interparlamentari konġunti bejn ir-rappreżentanti mill-parlamenti nazzjonali u Membri tal-Parlament Ewropew u permezz ta' djalogu politiku bejn Kumitat dwar is-Sigurtà u d-Difiża stabbilit b'mod sħiħ fil-Parlament Ewropew u l-kumitati parlamentari nazzjonali korrispondenti; jinnota l-potenzjal li dan għandu għall-Istati Membri tal-UE newtri biex jeżerċitaw skrutinju kostruttiv f'dan il-qasam;

26.

Iqis li djalogu politiku u leġiżlattiv imsaħħaħ bejn il-parlamenti nazzjonali u magħhom jiffavorixxi l-konformità mal-objettivi stabbiliti fil-ftehim interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet;

o

o o

27.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU C 200, 30.6.1997, p. 153.

(2)  ĠU C 284 E, 21.11.2002, p. 322.

(3)  ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 94.

(4)  ĠU C 443, 22.12.2017, p. 40..

(5)  Testi adottati, P8_TA(2017)0049.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2017)0050.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2017)0048.

(8)  Testi adottati, P8_TA(2017)0421.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/128


P8_TA(2018)0187

Rapport annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (2017/2191(INI))

(2019/C 390/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 39, 42, 101 sa 109 u 174 tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-31 ta' Mejju 2017 dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2016 (COM(2017)0285) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ppubblikat bħala dokument ta' sostenn fl-istess data (SWD(2017)0175),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (1),

wara li kkunsidra l-White Paper tad-9 ta' Lulju 2014 bit-titolu "Lejn kontroll aktar effettiv tal-fużjonijiet tal-UE" (COM(2014)0449),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1084 tal-14 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 f'dak li għandu x'jaqsam ma' għajnuna għal infrastruttura tal-port u tal-ajruport, livelli limitu ta' notifika għal għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju u għajnuna għall-infrastrutturi għall-isport u għar-rikreazzjoni multifunzjonali, u l-iskemi ta' għajnuna operatorja reġjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 702/2014 f'dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli (2),

wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw is-setgħa biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern (COM(2017)0142),

wara li kkunsidra l-Avviż tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2016 dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2014 dwar ftehimiet ta' kooperazzjoni tal-UE dwar l-infurzar tal-politika tal-kompetizzjoni – it-triq 'il quddiem (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni speċjali tal-gżejjer (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2016 dwar il-Green Paper dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE (7), u r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-snin preċedenti dwar is-suġġett,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2017 dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur (8),

wara li kkunsidra r-regoli, il-linji gwida, id-deċiżjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet, il-komunikazzjonijiet u d-dokumenti rilevanti tal-Kummissjoni dwar is-suġġett tal-kompetizzjoni,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar ir-Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2016,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0049/2018),

1.

Jilqa' r-rapport tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 2017 dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2016, li juri li, f'ambjent kompetittiv ġust, l-investiment u l-innovazzjoni huma essenzjali għall-futur tal-Ewropa;

2.

Jappoġġja bil-qawwa l-indipendenza tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni (NCAs) fil-missjoni tagħhom li jsawru u jinfurzaw b'mod effikaċi r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha tal-UE u tal-impriżi li joperaw fl-UE;

3.

Jilqa' u jkompli jħeġġeġ l-isforzi tal-Kummissjoni li żżomm, minbarra d-djalogu strutturat mal-Kummissarju għall-Kompetizzjoni, Margrethe Vestager, kuntatt regolari mal-membri tal-kumitat kompetenti tal-Parlament u tal-Grupp ta' Ħidma tiegħu dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni; huwa konvint li r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni huwa eżerċizzju essenzjali f'termini ta' skrutinju demokratiku, u jilqa' l-feedback tal-Kummissjoni dwar it-talbiet speċifiċi kollha adottati mill-Parlament;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura informazzjoni u skambji regolari mal-Parlament dwar it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, ta' ftehimiet internazzjonali u ta' liġijiet mhux vinkolanti oħra li jikkonċernaw il-politika tal-kompetizzjoni, kif previst mill-Ftehim Interistituzzjonali (FII) bejn il-Kummissjoni u l-Parlament; jinnota li dan mhuwiex qed iseħħ b'mod sodisfaċenti, pereżempju fid-diskussjonijiet dwar il-ftehim UE-Kanada dwar l-iskambju ta' informazzjoni fi proċedimenti fil-qasam tal-kompetizzjoni; jistieden lill-Kunsill jirratifika l-ftehim UE-Kanada mill-aktar fis possibbli; biħsiebu jippromwovi skambji ta' fehmiet regolari fil-kumitat responsabbli man-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni (NEK) u l-NCAs;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni marbuta mal-ikkompletar tas-suq uniku, bħal fis-setturi tal-enerġija (inkluż l-awtokonsum) u tat-trasport, fis-suq diġitali u fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, sabiex issaħħaħ l-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE u tikseb applikazzjoni konsistenti tagħhom fl-Istati Membri;

6.

Jinnota li l-għajnuna mill-Istat tista' tkun għodda indispensabbli biex tiżgura l-infrastruttura u l-provvista meħtieġa kemm għas-settur tal-enerġija kif ukoll għas-settur tat-trasport, b'mod partikolari fl-Ewropa, fejn qed isseħħ tranżizzjoni lejn provvista tal-enerġija u sistemi tat-trasport aktar nodfa u li jirrispettaw aktar l-ambjent;

7.

Jinnota li l-għajnuna mill-Istat tista' tkun neċessarja biex tiżgura l-provvista ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (SGEI), inklużi l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni; jenfasizza li l-intervent mill-Istat spiss huwa l-aħjar għodda ta' politika biex jiġu pprovduti servizzi li huma kruċjali għall-appoġġ ta' reġjuni u gżejjer iżolati, remoti jew periferiċi fl-Unjoni;

8.

Iqis li huwa importanti li tiġi ggarantita l-kompetizzjoni, li tinvolvi s-salvagwardja tal-possibbiltà ta' akkwisti transfruntieri fis-suq intra-Ewropew fis-servizzi finanzjarji, anke fir-rigward tal-assigurazzjoni;

9.

Jenfasizza li l-konnettività tar-reġjuni u tal-gżejjer periferiċi hija essenzjali għas-sostenn u l-iżvilupp ta' livelli aċċettabbli ta' inizjattiva ekonomika u soċjali permezz taż-żamma ta' konnessjonijiet kummerċjali vitali;

10.

Jenfasizza li l-aċċess għall-flus kontanti mill-ATMs huwa servizz pubbliku essenzjali li jrid jiġi pprovdut mingħajr ebda prattika diskriminatorja, antikompetittiva jew inġusta u, għalhekk, m'għandux jinvolvi spejjeż eċċessivi;

11.

Jilqa' l-isforzi tad-DĠ Kompetizzjoni biex ikompli jibni forza tax-xogħol stabbli u bilanċjata matul l-2016; barra minn hekk, jilqa' t-titjib fil-ġestjoni tar-riżorsi umani fid-DĠ Kompetizzjoni, u l-fatt li ċ-ċaqliq tal-persunal naqas għall-inqas livell tiegħu mindu bdew jinżammu r-rekords (minn 13,9 % fl-2015 għal 10,8 % fl-2016 (10)); jitlob lill-Kummissjoni talloka mill-ġdid riżorsi finanzjarji u umani adegwati lid-DĠ Kompetizzjoni, u tiżgura finanzi stabbli għall-modernizzazzjoni tal-għodod elettroniċi u informatiċi tad-direttorat, sabiex ilaħħaq mal-volum ta' xogħol li qed jiżdied u mal-progress teknoloġiku; jappella, għal darb'oħra, għal separazzjoni stretta bejn id-dipartimenti li jfasslu l-linji gwida u dawk responsabbli għall-applikazzjoni tagħhom;

12.

Jilqa' l-avvanzi li saru mid-DĠ Kompetizzjoni fil-qasam tal-opportunitajiet indaqs, inkluża rappreżentanza tan-nisa ta' 36 % fil-maniġment intermedju;

13.

Jenfasizza, għal darb'oħra, li l-korruzzjoni fl-akkwist pubbliku għandha effetti serji ta' distorsjoni tas-suq fuq il-kompetittività Ewropea; itenni li l-akkwist pubbliku huwa waħda mill-attivitajiet pubbliċi l-aktar vulnerabbli għall-korruzzjoni; jenfasizza li, f'ċerti Stati Membri, l-akkwist iffinanzjat mill-UE għandu riskji ogħla ta' korruzzjoni mill-akkwist iffinanzjat fil-livell nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex tevita l-użu ħażin tal-fondi tal-UE u biex tistimola l-obbligu ta' rendikont fl-akkwist pubbliku; barra minn hekk, jilqa' t-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

14.

Jinnota li r-regoli tal-UE ma jistabbilux perjodi ta' żmien speċifiċi għal investigazzjonijiet antitrust, li jimplika li xi drabi d-deċiżjonijiet jittieħdu tard wisq, wara li l-kompetituri jkunu ġew obbligati joħorġu mis-suq;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni tadotta linji gwida indikattivi biex jiġi limitat it-tul tal-investigazzjonijiet antitrust u tal-proċedimenti li jirrigwardaw l-abbuż ta' pożizzjonijiet dominanti fis-suq, sabiex jiġu evitati l-inċertezza u l-piżijiet eċċessivi għan-negozji, u biex jissawwar ambjent kompetittiv li jkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi; iwissi li perjodi ta' żmien aktar flessibbli għandhom jiġu permessi biss f'każijiet kumplessi fejn l-investigazzjonijiet ikunu jridu jiġu estiżi għal impriżi oħra;

16.

Jissottolinja li filwaqt li l-ħeffa tal-investigazzjonijiet trid tkun ibbilanċjata mal-ħtieġa li d-drittijiet tad-difiża kif ukoll il-kwalità tal-investigazzjonijiet jitħarsu b'mod adegwat, perjodi ta' żmien indikattivi jistgħu jgħinu lill-awtoritajiet antitrust jagħmlu użu aktar effiċjenti mir-riżorsi tagħhom; jinnota li sabiex tiżdied il-ħeffa tal-investigazzjonijiet antitrust ewlenin, il-Kummissjoni u l-partijiet interessati jistgħu jżidu l-użu ta' proċeduri antitrust simplifikati u jtejbu l-aċċess għall-fajls rilevanti;

17.

Jieħu nota li l-biċċa l-kbira tad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw kwistjonijiet ta' antitrust jittieħdu fil-livell nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja, filwaqt li tqis il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, il-konsistenza u l-indipendenza globali tal-politika tal-kompetizzjoni u l-infurzar tagħha fis-suq intern, bl-appoġġ tan-NEK; jenfasizza li l-indipendenza tal-NCAs hija importanti ferm, u għalhekk jilqa' l-proposta NEK+ tal-Kummissjoni bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-NCAs li jiżguraw infurzar aktar effikaċi tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE;

18.

Jemmen li l-Kummissjoni għandha tivverifika li, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom b'indipendenza sħiħa, l-NCAs ikunu mgħammra adegwatament f'termini ta' riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi, u li l-elezzjoni jew in-nomina tad-diretturi u tal-maniġment superjuri tagħhom tkun trasparenti u ma tkunx influwenzata politikament; jenfasizza li l-awtonomija tal-NCAs, anke f'termini baġitarji, hija essenzjali biex jiġi żgurat l-infurzar effikaċi tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-NCAs jippubblikaw rapporti annwali li jkun fihom statistika u sinteżi motivata tal-attivitajiet tagħhom, u jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta rapport annwali lill-Parlament rigward dawn il-punti ewlenin; jemmen li l-NCAs għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri li jiżguraw li l-persunal u d-diretturi tagħhom, għal perjodu raġonevoli wara li jkunu telqu mill-kariga tagħhom, ma jaċċettawx impjiegi li jistgħu jagħtu lok għal kunflitti ta' interess fir-rigward ta' każ speċifiku li kienu involuti fih fl-NCA; jenfasizza l-importanza tan-NEK, li jipprovdi pjattaforma għal skambji regolari bejn il-Kummissjoni u l-NCAs sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effikaċi u konsistenti tar-regoli tal-kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tqis l-opinjoni tal-NCAs;

19.

Huwa tal-fehma li studju dwar l-għarfien u l-fehim fost l-impriżi, b'mod partikolari l-SMEs, tad-dritt tal-kompetizzjoni u tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-UE, jista' jkun utli sabiex jiġi intensifikat l-infurzar tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE u jista' jgħin ukoll bħala gwida;

20.

Huwa tal-fehma li miżuri interim jistgħu jkunu għodda importanti, b'mod partikolari fl-ekonomija diġitali, biex jiġi żgurat li kwalunkwe mġiba illeċita matul investigazzjoni ma tagħmilx ħsara serja u irreparabbli lill-kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-għażliet disponibbli biex taċċellera l-proċedimenti quddiem l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE jew biex tissimplifika l-adozzjoni ta' miżuri interim; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, twettaq studju u tippreżenta l-konklużjonijiet tiegħu u, jekk ikun meħtieġ, proposta leġiżlattiva lill-Parlament u lill-Kunsill;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, b'rabta ma' riforma possibbli tar-Regolament dwar il-Fużjonijiet, teżamina bir-reqqa jekk il-proċeduri ta' valutazzjoni kurrenti jqisux biżżejjed iċ-ċirkustanzi fis-swieq diġitali; huwa tal-fehma li jista' jkun meħtieġ adattament tal-kriterji tal-valutazzjoni għall-fużjonijiet fl-ekonomija diġitali; jenfasizza wkoll li l-indipendenza tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni m'għandhiex tiġi ggarantita biss bl-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, iżda anke bl-infurzar tar-regoli Ewropej dwar il-fużjonijiet; għalhekk jisħaq fuq il-ħtieġa ta' regoli ekwivalenti fil-livell tal-UE f'dan il-qasam;

22.

Jilqa' l-isforzi sostnuti tal-Kummissjoni biex tiċċara l-aspetti differenti tad-definizzjoni ta' għajnuna mill-Istat, kif muri fl-Avviż tagħha dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) TFUE, li jikkostitwixxi element importanti tal-inizjattiva ta' Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat; jinnota b'mod partikolari l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiċċara l-kunċetti ta' "impriża"u "attività ekonomika"; josserva, madankollu, li l-ħolqien ta' distinzjoni ċara bejn l-attivitajiet ekonomiċi u dawk mhux ekonomiċi jibqa' diffiċli, speċjalment fil-qasam tal-affarijiet soċjali; jirrimarka wkoll li huwa r-rwol tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li tiżgura l-interpretazzjoni xierqa tat-Trattat;

23.

Itenni li kompetizzjoni ġusta fil-qasam tat-taxxa hija importanti għall-integrità tas-suq intern u li l-parteċipanti kollha tas-suq, inklużi l-kumpaniji diġitali, għandhom iħallsu s-sehem ġust tagħhom ta' taxxi fejn jiġġeneraw il-profitt tagħhom u jikkompetu b'kundizzjonijiet ugwali; jilqa' l-investigazzjonijiet fil-fond tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward u jenfasizza li l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa hija meħtieġa biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku kollu u biex jiġu kkonsolidati baġits pubbliċi sodi; jenfasizza li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw ukoll għal eżenzjonijiet mit-taxxa u li huwa essenzjali li jiġu eliminati prattiki antikompetittivi li joħolqu distorsjoni, bħal benefiċċji selettivi fuq it-taxxa; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-Kummissjoni jkollha aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha skambjata bejn l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa, sabiex tivvaluta l-kompatibbiltà tad-deċiżjonijiet u l-arranġamenti tat-taxxa tagħhom mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni;

24.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' azzjoni tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni kontra l-eliminazzjoni retroattiva ta' skemi ta' appoġġ għall-enerġija rinnovabbli; jissottolinja li dan in-nuqqas ta' azzjoni kompla jgħawweġ il-kompetizzjoni, peress li l-investituri internazzjonali rnexxielhom jiksbu rimedju filwaqt li l-investituri lokali ma rnexxilhomx; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-effetti ta' distorsjoni tal-pagamenti ta' kapaċità eżistenti u l-pagamenti moratorji nukleari fis-swieq tal-elettriku;

25.

Jitlob li jiġu riveduti l-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat dwar it-tassazzjoni biex ikopru każijiet ta' kompetizzjoni inġusta, li jmorru lil hinn mid-deċiżjonijiet tat-taxxa u l-ipprezzar ta' trasferiment;

26.

Jissottolinja l-ħtieġa ta' politiki u regolamenti sempliċi u trasparenti dwar it-taxxa;

27.

Jilqa' b'sodisfazzjon kbir id-deċiżjoni tal-Kummissjoni kontra l-benefiċċji illegali tat-taxxa mogħtija lil Amazon u d-deċiżjonijiet storiċi preċedenti tagħha dwar vantaġġi selettivi illegali tat-taxxa, u jenfasizza li l-irkupru f'waqtu ta' għajnuna illegali huwa essenzjali; jinnota li l-Lussemburgu ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jappella d-deċiżjoni dwar Amazon, bħalma għamlet l-Irlanda fil-każ ta' Apple; jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja s-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha u tieħu deċiżjonijiet kontra kwalunkwe għajnuna illegali mill-Istat fil-każijiet komparabbli kollha sabiex tiggarantixxi trattament ugwali u terġa' ddaħħal kundizzjonijiet ekwi;

28.

Jissottolinja l-ħtieġa li l-kumpaniji diġitali jiġu ntaxxati abbażi tal-attività ġenwina tagħhom fl-Istati Membri billi jiġi rreġistrat il-fatturat iġġenerat permezz tal-pjattaformi diġitali, u b'hekk jiġi evitat żvantaġġ kompetittiv għal dawk il-kumpaniji li jwettqu negozju permezz ta' preżenza fiżika permanenti;

29.

Iqis li kompetizzjoni ġusta fis-suq intern tista' tiġi mxekkla mill-ippjanar tat-taxxa, peress li parteċipanti u SMEs ġodda li jkunu qed iwettqu negozju f'pajjiż wieħed biss jiġu penalizzati meta mqabbla mal-korporazzjonijiet multinazzjonali, li jistgħu jċaqalqu l-profitti jew jimplimentaw forom oħra ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa permezz ta' varjetà ta' deċiżjonijiet u strumenti disponibbli għalihom biss; jinnota bi tħassib li l-obbligazzjonijiet ta' taxxa aktar baxxi li jirriżultaw jagħtu lill-korporazzjonijiet multinazzjonali profitt ogħla wara t-taxxa u joħolqu kundizzjonijiet mhux ekwi mal-kompetituri tagħhom fis-suq uniku, li m'għandhomx rikors għal ippjanar aggressiv tat-taxxa u jżommu r-rabta bejn il-post fejn jiġġeneraw profitt u l-post tat-tassazzjoni tagħhom;

30.

Jitlob lill-Kummissjoni tidħol f'negozjati mal-istati u mat-territorji kollha li jgawdu minn aċċess tajjeb għas-suq komuni u li m'għandhomx kontrolli effikaċi tal-għajnuna mill-Istat kontra kompetizzjoni inġusta fil-qasam tat-taxxa;

31.

Jieħu nota tal-possibbiltà li jintużaw fondi pubbliċi biex isalvaw il-banek li huma importanti fir-reġjun tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tispjega taħt liema kundizzjonijiet dan ikun possibbli, b'mod partikolari fir-rigward tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat u r-rikapitalizzazzjoni interna; jemmen li l-qafas legali kurrenti mhuwiex ċar u jistieden lill-Kummissjoni ttejbu;

32.

Ifakkar li, skont id-Direttiva dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti, l-użu tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti biex jiġi evitat il-falliment ta' istituzzjoni ta' kreditu għandu jsir fi ħdan qafas definit b'mod ċar u, fi kwalunkwe każ, għandu jkun konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tevalwa fuq bażi annwali jekk ir-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE fis-settur finanzjarju għadhomx jiġu ssodisfati;

34.

Jemmen li, wara l-kriżi finanzjarja, il-konċentrazzjoni fis-settur bankarju żdiedet u, f'xi każijiet, ġiet imħeġġa mill-awtoritajiet tas-superviżjoni nazzjonali u Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja dan il-fenomenu u twettaq studju pajjiż pajjiż fil-livell Ewropew biex teżamina l-effetti tiegħu fuq il-kompetizzjoni;

35.

Jilqa' l-impenji meħuda mill-Kummissarju Vestager fid-djalogu strutturat mal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji fil-21 ta' Novembru 2017 biex issir riflessjoni dwar distorsjonijiet possibbli tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-Programm ta' Xiri mis-Settur Korporattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew u biex jingħata rapport bi tweġiba kwalitattiva; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-kunċett tas-selettività fl-għajnuna mill-Istat huwa kriterju essenzjali li jeħtieġ jiġi investigat bir-reqqa; jinnota wkoll, f'dan ir-rigward, l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li fih l-hekk imsejjaħ prinċipju tal-kooperazzjoni leali;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-attivitajiet fis-settur bankarju għall-konsumatur u fis-settur tas-servizzi finanzjarji għal kwalunkwe ksur tar-regoli tal-antitrust u attività ta' kartell, u taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni biex tinforza r-regoli tal-antitrust tal-UE;

37.

Iqis li hija prijorità li jiġi żgurat li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ikunu strettament u imparzjalment segwiti meta jiġu indirizzati kriżijiet bankarji fil-futur, sabiex il-kontribwenti jkunu protetti mill-piż tas-salvataġġ tal-banek;

38.

Jappoġġja s-sejba tal-inkjesta settorjali tal-Kummissjoni dwar il-kummerċ elettroniku li l-kummerċ elettroniku transfruntier jista' jikkontribwixxi għal aktar integrazzjoni tas-suq uniku, u jista' joħloq vantaġġi kompetittivi għan-negozji u jżid l-għażla tal-konsumatur, iżda l-miżuri ta' mblukkar ġeografiku jikkostitwixxu tfixkil sinifikanti għal dan; itenni li dan jista' jitqies li jmur kontra l-Artikolu 101 f'ċerti ċirkustanzi; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tiffoka fuq l-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE li jew kienu stabbiliti jew li nxterdu aktar minħabba l-emerġenza u s-sinifikat dejjem akbar tal-ekonomija diġitali; jilqa' bl-istess mod l-għan tal-Kummissjoni li twessa' d-djalogu mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE fir-rigward tal-prattiki tal-kummerċ elettroniku;

39.

Jistieden lill-Kap Negozjatur Ewropew għall-Brexit biex, f'kooperazzjoni mal-Kummissarju Vestager, jibda mill-aktar fis possibbli diskussjoni ġusta u trasparenti dwar il-futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit f'termini ta' kompetizzjoni;

40.

Jemmen li l-investigazzjonijiet kollha li għaddejjin (11) dwar ksur potenzjali tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE mir-Renju Unit jew minn kumpaniji bbażati fir-Renju Unit m'għandhomx ikunu mhedda mill-aġenda tal-Brexit, u li kwalunkwe deċiżjoni finali meħuda mill-Kummissjoni wara d-29 ta' Marzu 2019 għandha tibqa' vinkolanti;

41.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni u l-konklużjoni preliminari tagħha li Google abbużat mid-dominanza tas-suq tagħha bħala magna tat-tiftix billi tat vantaġġ illegali lil prodott ieħor tagħha: is-servizz tagħha ta' tqabbil tax-xiri; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-kumpanija timplimenta r-rimedju b'mod effettiv u minnufih sabiex jiġi evitat abbuż ulterjuri minn pożizzjoni dominanti; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni twettaq analiżi fil-fond u timmonitorja kif il-proposta Google tista' taħdem fil-prattika sabiex terġa' ddaħħal il-kundizzjonijiet ekwi meħtieġa biex il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni jirnexxu; jinnota li mingħajr separazzjoni strutturali totali bejn is-servizzi ta' tiftix ġenerali u speċjalizzati tal-kumpanija, approċċ ibbażat fuq l-irkant jista' ma jipprovdix trattament ugwali; jistieden lill-Kummissjoni u lis-CEO ta' Google jattendu smigħ pubbliku konġunt tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur; huwa tal-fehma li l-kumpaniji kollha, anke fis-settur diġitali, għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-Parlament, fosthom billi jattendi seduti ta' smigħ pubbliċi;

42.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi aktar ambizzjużi biex telimina ostakli illeġittimi għall-kompetizzjoni online, sabiex tiżgura xiri online mingħajr ostakli għall-konsumaturi tal-UE li jixtru mingħand bejjiegħa bbażati fi Stat Membru ieħor, filwaqt li fl-istess ħin ma jinħolqux ostakli ġodda minħabba d-differenzi eżistenti fid-dritt tal-konsumatur;

43.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, b'mod diliġenti, twettaq u tikkonkludi mill-aktar fis possibbli l-investigazzjonijiet pendenti l-oħra kollha dwar l-antitrust, bħal Android u AdSense, u investigazzjonijiet fis-setturi tat-tiftix lokali u tal-ivvjaġġar, fejn Google allegatament qed tabbuża mill-pożizzjoni dominanti tagħha askapitu ta' kompetituri eżistenti u potenzjali, li ma tħallewx jidħlu u jiżviluppaw f'dan il-qasam; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tkun ippreparata u mgħammra sew għall-ewwel każ ta' big data, li jirrappreżenta madwar 5,2 terabytes ta' data; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-użu mill-kumpaniji kbar tat-teknoloġija ta' data personali huwa mingħajr preċedent u l-konsumaturi spiss ma jkunux konxji jew infurmati dwar kemm fil-fatt qed tintuża d-data tagħhom, pereżempju fit-tfassil ta' profili jew fir-reklamar immirat; jemmen li l-kumpaniji diġitali jikkostitwixxu sfida speċifika għall-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u dawk fiskali, b'mod partikolari fir-rigward tal-algoritmi, l-intelliġenza artifiċjali jew il-valur tad-data; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa politika u strumenti ta' infurzar li jindirizzaw l-iżvilupp ta' ekonomiji diġitali, filwaqt li tiżgura li jkollha disponibbli tim sħiħ ta' inġiniera u speċjalisti interni fl-aktar teknoloġiji avvanzati biex jimmonitorjaw u jieħdu azzjoni kontra sitwazzjonijiet antikompetittivi li jikkonċernaw l-ekonomija diġitali u tal-pjattaformi;

44.

Jenfasizza l-importanza tal-investigazzjonijiet li għaddejjin fis-settur farmaċewtiku, minħabba l-evidenza li nġabret ta' distorsjonijiet tas-suq f'dan il-qasam, inklużi restrizzjonijiet tal-kwantità, prezzijiet immanipulati u ostakli għad-disponibbiltà ta' mediċini ġeneriċi;

45.

Jilqa' l-iskeda informattiva tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2017 li tikkonferma t-twettiq, min-naħa tagħha, ta' spezzjonijiet għalgħarrieda li jikkonċernaw l-aċċess għal informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji minn servizzi f'kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tibqa' viġilanti dwar din il-kwistjoni, speċjalment meta jidħlu fis-seħħ l-Istandards Tekniċi Regolatorji dwar l-awtentikazzjoni b'saħħitha tal-konsumatur u l-komunikazzjoni sigura;

46.

Jilqa' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kartell tat-trakkijiet u l-konklużjonijiet tagħha;

47.

Jitlob lill-Kummissjoni tiċċara r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal-linji tal-ajru Ewropej u mhux Ewropej, bil-għan li tistabbilixxi kundizzjonijiet ekwi bejn l-operazzjonijiet tagħhom diretti lejn is-swieq Ewropej u mhux Ewropej; jemmen li, f'ċerti xenarji, l-għajnuna għar-ristrutturar tista' toħloq distorsjoni; jemmen li l-istess regoli tal-kompetizzjoni għandhom jiġu applikati għat-trasportaturi tal-ajru kollha meta jtiru lejn l-UE jew mill-UE u kemm għat-trasportaturi nazzjonali kif ukoll għal dawk "low-cost", filwaqt li titqies is-sitwazzjoni tat-trasportaturi li l-operazzjonijiet tagħhom m'għandhom ebda impatt sinifikanti fuq is-suq; jinnota li l-Kummissjoni approvat l-akkwist minn Lufthansa tas-sussidjarja ta' Air Berlin, LGW, soġġett għal konformità ma' ċerti impenji biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja s-sitwazzjoni fuq perjodu medju u twil u tindirizza l-prattiki antikompetittivi kollha fl-industrija tal-avjazzjoni li jdgħajfu l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur;

48.

Jitlob lill-Kummissjoni tinvestiga l-eġemonija li jgawdu l-linji tal-ajru "low-cost"fuq rotot tal-ajru differenti fl-Ewropa u l-mudelli tal-ipprezzar għal dawk ir-rotot; jinnota li tali pożizzjoni spiss tinkiseb permezz ta' mġiba aggressiva jew saħansitra predatorja fis-suq, li telimina l-kompetizzjoni u tħalli lill-konsumaturi jerfgħu l-piż ta' tariffi u spejjeż ogħla;

49.

Jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-ftehimiet ta' fużjoni kollha bejn il-linji tal-ajru skont il-proċedura ta' kontroll tal-fużjonijiet tal-UE, inklużi l-impatt tagħhom fuq il-kompetizzjoni tas-suq u l-ħsara potenzjali li jistgħu jikkawżaw lill-konsumaturi, b'mod partikolari permezz ta' prezzijiet ogħla u restrizzjonijiet għall-aċċess dirett għad-destinazzjonijiet;

50.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkompleta l-implimentazzjoni taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, tiżgura trasparenza sħiħa tal-flussi ta' flus bejn il-maniġers tal-infrastrutturi u l-impriżi ferrovjarji, u tivverifika li kull Stat Membru jkollu regolatur nazzjonali tal-antitrust b'saħħtu u indipendenti;

51.

Huwa mħasseb dwar l-effetti antikompetittivi ta' sjieda komuni minn investituri istituzzjonali kbar; jemmen li l-fatt li dawn l-investituri jippossjedu parti sinifikanti mill-ishma ta' kompetituri diretti fl-istess settur, bħall-kumpaniji tal-linji tal-ajru, pereżempju, joħloq kważi oligopolija u effetti negattivi għall-konsumaturi u l-ekonomija inġenerali peress li jillimita l-kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tindirizza l-effetti antikompetittivi possibbli ta' sjieda komuni; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga s-sjieda komuni u tfassal rapport, li għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament, dwar l-effetti ta' sjieda komuni fis-swieq Ewropej, b'mod partikolari fuq il-prezzijiet u l-innovazzjoni;

52.

Jilqa' r-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 868/2004 biex tiġi salvagwardjata l-kompetizzjoni ġusta, tiġi żgurata r-reċiproċità u jitneħħew il-prattiki inġusti, inkluża l-allegata għajnuna mill-Istat lil-linji tal-ajru minn ċerti pajjiżi terzi, u biex jiġu indirizzati kwistjonijiet regolatorji, inklużi l-kundizzjonijiet tax-xogħol, u kwistjonijiet ambjentali; jaqbel mal-Kummissjoni li l-aħjar azzjoni tkun dik ta' adozzjoni ta' strument legali komprensiv ġdid biex jindirizza d-distorsjoni tas-suq fit-trasport internazzjonali, ta' inkoraġġiment tal-involviment tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) fir-rigward tal-kompetizzjoni reġjonali tal-linji tal-ajru, u ta' kompetizzjoni ġusta bbażata fuq ftehimiet tas-servizzi tal-ajru; jemmen li t-trasparenza fil-klawżola ta' kompetizzjoni ġusta hija element essenzjali biex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwi; huwa tal-fehma li dan ir-regolament, jew vetturi leġiżlattivi xierqa oħra, għandhom jipprevjenu mġiba antikompetittiva fid-distribuzzjoni tal-biljetti, bħall-impożizzjoni ta' ħlasijiet addizzjonali minn ċerti linji tal-ajru jew l-aċċess ristrett għall-informazzjoni għal dawk li jużaw mezzi ta' prenotazzjoni għajr tagħhom stess;

53.

Itenni li l-avjazzjoni tagħti kontribut vitali lill-konnettività tal-UE, kemm bejn l-Istati Membri stess kif ukoll ma' pajjiżi terzi, għandha rwol kruċjali fl-integrazzjoni u l-kompetittività tal-UE, u tagħti kontribut vitali lit-tkabbir ekonomiku u lill-impjiegi; jinnota li l-konnettività globali tal-UE tiddependi, fil-parti l-kbira tagħha, mis-servizzi tal-ajru mwettqa mit-trasportaturi tal-ajru tal-UE;

54.

Jilqa' s-simplifikazzjoni mill-Kummissjoni tar-regoli għal investiment pubbliku fil-portijiet u fl-ajruporti, fil-kultura u fir-reġjuni ultraperiferiċi; jenfasizza li, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta' konnettività tar-reġjuni ultraperiferiċi u periferiċi, u bi qbil mal-Linji gwida kurrenti tal-Kummissjoni, l-ajruporti kollha ffinanzjati mill-baġit tal-UE jew mill-Bank Ewropew tal-Investiment għandhom ikunu bbażati fuq analiżi pożittiva tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji u fuq vijabbiltà operattiva u ekonomika fuq perjodu medju u twil sabiex jiġi evitat il-finanzjament ta' ajruporti fittizji fl-Ewropa;

55.

Jenfasizza l-importanza li jiġu salvagwardjati t-trasparenza u n-newtralità tal-informazzjoni dwar it-titjiriet, li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq u, finalment, li tiġi protetta l-kapaċità tal-konsumaturi Ewropej li jagħmlu għażliet infurmati; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta dawn il-prinċipji meta teżamina mill-ġdid il-Kodiċi ta' Kondotta dwar sistemi kompjuterizzati ta' prenotazzjoni u r-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru;

56.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura kompetizzjoni ġusta fis-settur tat-trasport sabiex tikkompleta s-suq uniku, filwaqt li tqis l-interess pubbliku u kunsiderazzjonijiet ambjentali, u filwaqt li tissalvagwardja l-konnettività tar-reġjuni insulari u periferiċi; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja każijiet ta' netwerks pubbliċi ta' portijiet u ajruporti ġestiti permezz ta' monopolju;

57.

Jenfasizza li l-kooperazzjoni internazzjonali hija essenzjali għall-infurzar effikaċi tal-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni f'era ta' globalizzazzjoni; f'dan il-kuntest, jappoġġja l-impenn permanenti tal-Kummissjoni u tal-NCAs f'fora multilaterali bħan-Netwerk Internazzjonali dwar il-Kompetizzjoni, il-Kumitat għall-Kompetizzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), il-Bank Dinji u l-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD); jitlob lill-Kummissjoni tinkludi taqsimiet dwar il-kompetizzjoni fil-ftehimiet internazzjonali dwar il-kummerċ u l-investiment; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tippromwovi l-konverġenza tal-għodod u l-prattiki tal-politika tal-kompetizzjoni, anke permezz ta' kooperazzjoni bilaterali ma' pajjiżi terzi, skont il-ftehim ta' kooperazzjoni tat-tieni ġenerazzjoni tal-2013 bejn l-UE u l-Iżvizzera; jilqa' l-bidu tad-djalogu bejn il-Kummissjoni u ċ-Ċina dwar il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat u qed isegwi b'attenzjoni l-adozzjoni miċ-Ċina ta' sistema ta' rieżami tal-kompetizzjoni ġusta mfassla biex tiżgura li l-miżuri tal-Istat ma jaffettwawx b'mod negattiv id-dħul fis-suq, il-ħruġ mis-suq u l-moviment liberu tal-merkanzija; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissarju Vestager biex tiżgura b'mod effikaċi li l-Kummissjoni tinforma u taġġorna regolarment lill-kumitat kompetenti tal-Parlament dwar l-attività esterna tagħha fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni;

58.

Jenfasizza li huwa l-konsumatur li jibbenefika l-aktar minn kompetizzjoni funzjonali fis-suq uniku Ewropew; Jemmen li infurzar strett u imparzjali tal-politika tal-kompetizzjoni jista' jagħti kontribut sinifikanti lil prijoritajiet politiċi essenzjali, bħal suq intern aktar profond u aktar ġust, Suq Uniku Diġitali konness, u Unjoni tal-Enerġija integrata u li ma tagħmilx ħsara lill-klima; itenni li l-mudelli tas-suq tradizzjonali tal-politika tal-kompetizzjoni mhux dejjem ikunu adattati għas-suq diġitali, bħall-mudelli kummerċjali bbażati fuq pjattaforma jew is-swieq multilaterali;

59.

Jirrimarka li sett wieħed ta' regoli għall-kalkolu tal-bażi għat-taxxa korporattiva jista' jelimina l-kompetizzjoni inġusta fil-qasam tat-taxxa, bħall-konklużjoni ta' ftehimiet dwar it-taxxa bejn ċerti impriżi multinazzjonali u l-Istati Membri; jieħu nota tan-negozjati li għaddejjin dwar il-bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva (BKKTK);

60.

Jinnota l-importanza ta' qafas regolatorju favorevoli għall-ajruporti biex jattiraw u jimmobilizzaw l-investiment privat; iqis li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tad-Direttiva dwar l-Imposti tal-Ajruporti, flimkien ma' konsultazzjoni effikaċi tal-linji tal-ajru/l-ajruporti, għandha tgħin biex jiġi ċċarat jekk id-dispożizzjonijiet eżistenti humiex għodda effikaċi biex titrawwem il-kompetizzjoni u biex jiġu ssodisfati l-interessi tal-konsumaturi Ewropej, jew jekk hijiex meħtieġa riforma;

61.

Jilqa' l-fatt li l-Gvern Spanjol lest jiftaħ il-ftehim dwar l-ajru bejn Spanja u r-Russja, biex b'hekk ikunu jistgħu jsiru titjiriet diretti bejn Barċellona u Tokyo;

62.

Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-ftehimiet bilaterali dwar l-avjazzjoni bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi sabiex tiżgura kompetizzjoni ġusta;

63.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis u tindirizza l-effetti potenzjali tal-Brexit fuq il-kompetizzjoni fis-settur tal-avjazzjoni, u b'mod partikolari fejn tiġi affettwata s-sħubija tar-Renju Unit fil-Ftehim dwar iż-Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea (ECAA), u b'hekk jiġi ristrett l-aċċess għad-destinazzjonijiet kollha tal-UE u viċi versa;

64.

Iqis li l-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji fis-suq intern jiddependi wkoll mill-isforzi biex id-dumping soċjali jiġi miġġieled b'mod deċiżiv;

65.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tindirizza l-effetti fit-tul tad-diskussjonijiet interrotti dwar leġiżlazzjoni futura skont l-Istrateġija tal-Avjazzjoni tal-UE;

66.

Jilqa' l-valutazzjoni tal-impatt inizjali u l-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar il-katina tal-provvista tal-ikel; jirrimarka li l-Parlament diġà stieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni biex jindirizzaw it-tħassib imqajjem mill-impatt kumulattiv, kemm fuq il-parti upstream tal-katina tal-provvista tal-ikel kif ukoll fuq id-distributuri u l-konsumaturi, tal-konċentrazzjoni rapida tas-settur tad-distribuzzjoni fil-livell nazzjonali, minn naħa waħda, u tal-iżvilupp ta' alleanzi bejn distributuri fuq skala kbira fil-livell Ewropew u f'dak internazzjonali, min-naħa l-oħra; jemmen li din il-bidla strutturali tqajjem tħassib dwar il-possibbiltà ta' allinjamenti strateġiċi, tnaqqis fil-kompetizzjoni u marġnijiet ridotti għall-investiment fl-innovazzjoni fi ħdan il-katina tal-provvista tal-ikel, il-funzjonament tajjeb tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, speċjalment il-bdiewa fuq skala żgħira, u l-għażla ta' varjetajiet adattati għall-kundizzjonijiet agroekoloġiċi; jistieden lill-Kummissjoni tqiegħed fis-seħħ qafas regolatorju vinkolanti fil-livell tal-UE biex jiġu miġġielda l-prattiki kummerċjali żleali fil-katina tal-provvista tal-ikel li jaffettwaw lill-bdiewa b'mod negattiv;

67.

Jilqa' l-investigazzjoni fil-fond tal-Kummissjoni dwar il-fużjoni Monsanto-Bayer; huwa allarmat ferm dwar il-fatt li jekk il-fużjoni Monsanto-Bayer tiġi approvata, tliet kumpaniji (ChemChina-Syngenta, Du Pont-Dow u Bayer-Monsanto) se jippossjedu u jbigħu sa 60 % taż-żrieragħ bi privattiva tad-dinja u 64 % tal-pestiċidi u l-erbiċidi tad-dinja; jirrimarka li, bla dubju, tali livell ta' konċentrazzjoni jwassal għal żieda fil-prezzijiet, iżid id-dipendenza teknoloġika u ekonomika tal-bdiewa fuq ftit pjattaformi integrati globali "one-stop shop", iwassal għal diversità limitata ta' żrieragħ u biex l-attività ta' innovazzjoni titbiegħed mill-adozzjoni ta' mudell ta' produzzjoni li jirrispetta l-ambjent u l-bijodiversità u, finalment, għal inqas innovazzjoni, minħabba tnaqqis fil-kompetizzjoni; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni tqis b'attenzjoni l-fatt li diversi fużjonijiet qed iseħħu simultanjament fis-settur, meta wieħed jeżamina l-livell ta' konċentrazzjoni u l-effetti kompetittivi tal-fużjoni fuq id-diversi swieq affettwati;

68.

Huwa mħasseb ferm dwar l-approvazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, tal-fużjoni Bayer-Monsanto, billi minkejja l-iżvestiment propost tal-assi ta' Bayer, il-fużjoni tkabbar il-livell ta' konċentrazzjoni diġà għoli tas-settur agroindustrijali u, effettivamwent, timpedixxi t-tranżizzjoni minn agrikoltura dipendenti fuq is-sustanzi kimiċi għal biedja verament sostenibbli; jappella għal reviżjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni biex fil-futur tkun possibbli oppożizzjoni effikaċi ta' fużjonijiet ta' din ix-xorta; għalhekk, iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-fużjonijiet fis-settur agrikolu jistgħux iwasslu għal "ostaklu sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva", mhux permezz ta' test b'ambitu limitat li jiffoka biss fuq l-effetti ta' fużjoni fuq il-prezzijiet, l-output u l-innovazzjoni, iżda billi jiġu evalwati l-ispejjeż soċjali sħaħ ta' tali fużjonijiet, filwaqt li jitqies l-impatt usa' tagħhom fuq il-protezzjoni ambjentali, u l-obbligi internazzjonali dwar il-bijodiversità, kif preskritt fl-ArtIkolu 11 tat-TFUE;

69.

Iqis li s-sussidji u l-preferenzi kummerċjali, bħall-GSP u l-GSP+, li jingħataw lill-istati mhux tal-UE biex jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol iżda li ntwera wkoll li huma strumentali fil-promozzjoni tal-kompetittività tal-UE fl-isfera internazzjonali, iridu jiġu mmonitorjati u applikati b'mod adegwat b'attenzjoni għall-impatt fuq l-industriji tal-UE; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tissospendi s-sussidju jew il-preferenza jekk il-pajjiżi terzi jabbużaw minnhom;

70.

Ifakkar li, minn Ġunju 2014, il-Kummissjoni kienet qed teżamina t-trattament fiskali ta' McDonald's min-naħa tal-Lussemburgu, u ħadet id-deċiżjoni li tibda proċedura ta' investigazzjoni formali f'Diċembru 2015, iżda sal-lum għadha ma ttieħdet ebda deċiżjoni finali; jitlob lill-Kummissjoni tagħmel kull sforz biex tieħu deċiżjoni finali malajr rigward dan il-każ;

71.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta b'mod regolari l-effikaċja tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali min-naħa tal-Istati Membri, li hija element essenzjali tal-politiki tal-kompetizzjoni fil-qasam tas-saħħa; jenfasizza li l-protezzjoni tat-trademarks hija essenzjali għall-fini tal-identifikazzjoni u d-distinzjoni tal-prodotti fis-suq; u li mingħajr it-trademarks u l-kapaċità tal-persuni li jiddistingwu l-prodotti tagħhom, ikun diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli, għall-manifatturi biex jidħlu fi swieq ġodda; barra minn hekk, iqis li jekk il-kompetizzjoni tkun iffukata fuq il-prezz, ikun diffiċli għall-manifatturi b'ishma żgħar mis-suq li jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq; għalhekk, jenfasizza li t-tneħħija tat-trademarks jew il-limitazzjonijiet fuq l-użu tagħhom joħolqu ostaklu sinifikanti għad-dħul fis-suq u jdgħajfu aspett essenzjali ta' kompetizzjoni libera u ġusta fl-UE;

72.

Jappoġġja bil-qawwa d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2016, li "hekk kif il-kumpaniji jsiru globali l-istess jagħmlu l-infurzaturi tal-kompetizzjoni"; jemmen li r-regoli globali dwar il-kompetizzjoni, it-trasparenza u l-ogħla livell ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, anke fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni matul proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, huma prekundizzjonijiet għall-iżvilupp globali tal-kummerċ ġust; jirrimarka li l-ġlieda kontra l-prattiki kummerċjali żleali, anke permezz tal-politika tal-kompetizzjoni, hija meħtieġa sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni fil-livell globali li minnhom jibbenefikaw il-ħaddiema, il-konsumaturi u n-negozji, u li din il-ġlieda hija waħda mill-prijoritajiet tal-istrateġija kummerċjali tal-UE; jenfasizza li d-dokument ta' riflessjoni dwar il-kontroll tal-globalizzazzjoni jsostni li l-Unjoni trid tieħu passi biex terġa' tistabbilixxi kundizzjonijiet ġusti tal-kompetizzjoni, u jitlob lill-Kummissjoni tipproponi politiki konkreti f'dan ir-rigward;

73.

Jitlob li l-istrumenti għad-difiża kummerċjali jiġu aġġornati biex isiru aktar b'saħħithom, aktar rapidi u aktar effikaċi; jilqa' l-metodu ġdid ta' kalkolu ta' dazji antidumping billi jiġu vvalutati d-distorsjonijiet tas-suq f'pajjiżi terzi, li jrid jirnexxilu jissalvagwardja tal-anqas l-istess livell ta' effikaċja bħall-miżuri antidumping imposti qabel f'konformità sħiħa mal-obbligi tagħna meħuda fl-ambitu tad-WTO; ifakkar fl-importanza tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni effikaċi tiegħu; barra minn hekk, jenfasizza l-importanza partikolari tal-istrument kontra s-sussidji fl-indirizzar tal-kompetizzjoni globali inġusta, u l-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ekwi b'regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat;

74.

Jenfasizza li r-reċiproċità trid tkun wieħed mill-prinċipji ewlenin li jirfdu l-politika kummerċjali tal-Unjoni, bil-għan li tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji tal-UE, partikolarment fil-qasam tal-akkwist pubbliku; jenfasizza li l-isforzi mmirati lejn l-iżgurar ta' aċċess akbar għas-swieq tal-akkwist pubbliku barranin ma jridux idgħajfu l-iżvilupp tar-regoli tal-UE b'rabta mal-kriterji soċjali u ambjentali; jenfasizza l-importanza għall-Unjoni li jkun hemm strument internazzjonali dwar l-akkwist pubbliku li jistabbilixxi r-reċiproċità meħtieġa f'każijiet fejn is-sħab kummerċjali jirrestrinġu l-aċċess għas-swieq tal-akkwist tagħhom; ifakkar fil-benefiċċji tal-investiment dirett barrani, u huwa tal-fehma li l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ tal-investimenti barranin għandha tippermetti aktar reċiproċità fil-qasam tal-aċċess għas-swieq;

75.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-ħtiġijiet tal-SMEs fin-negozjati u fil-kummerċ, bil-għan li tiżgura aktar aċċess għas-swieq u li d-ditti kkonċernati jsiru aktar kompetittivi; jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiġġieled il-kompetizzjoni inġusta f'każijiet prominenti, iżda jenfasizza li l-infurzar ta' kompetizzjoni ġusta fil-każ tal-SMEs huwa wkoll tal-ogħla importanza;

76.

Jenfasizza li l-politika kummerċjali u l-ftehimiet kummerċjali tal-UE jista' jkollhom rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

77.

Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li l-UE jkollha kontrolli doganali effikaċi u armonizzati fil-ġlieda kontra l-kompetizzjoni inġusta;

78.

Jistieden lill-Kummissjoni tispjega aktar kif il-prattiki kummerċjali żleali jistgħu jiġu indirizzati fl-ambitu tal-politika tal-kompetizzjoni attwali;

79.

Għalhekk, jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar in-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni (NEK+), inkluża l-importanza ta' multi ta' deterrent għall-politika tal-kompetizzjoni; barra minn hekk, jenfasizza li r-rifjut tal-awtorità li ssirilha t-talba li tinforza deċiżjoni li timponi multi dejjem għandu jkun iġġustifikat debitament, u li għandha titwaqqaf sistema li permezz tagħha jkun jista' jiġi riżolt it-tilwim potenzjali bejn l-awtoritajiet f'każijiet bħal dawn;

80.

Jieħu nota tal-inkjesta tas-settur tal-kummerċ elettroniku u tar-rapport finali tagħha, li turi li fis-settur tal-kummerċ elettroniku wħud mill-prattiki kummerċjali jaffettwaw b'mod negattiv il-kompetizzjoni ġusta u jillimitaw l-għażla tal-konsumatur; jemmen li, fil-kuntest tal-Istrateġija dwar is-Suq Uniku Diġitali, l-inkjesta għandha tkun parti minn sforz akbar ta' infurzar mill-Kummissjoni biex tapplika b'mod sħiħ il-politika tal-kompetizzjoni għall-bejjiegħa bl-imnut online;

81.

Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiffoka l-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE fuq prattiki kummerċjali mifruxa li nibtu jew żviluppaw b'riżultat tat-tkabbir fil-kummerċ elettroniku, u jenfasizza li l-Kummissjoni trid tagħmel sforz ikbar fl-iżgurar tal-applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE fl-Istati Membri kollha, anke fir-rigward ta' prattiki kummerċjali relatati mal-kummerċ elettroniku; jissottolinja li, minħabba r-relazzjoni asimetrika bejn il-bejjiegħa bl-imnut online kbar u l-fornituri tagħhom, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandhom jinfurzaw b'mod attiv ir-regoli tal-kompetizzjoni peress li l-fornituri, speċjalment l-SMEs, jista' jkun li mhux dejjem ikollhom aċċess kosteffikaċi għal mezzi ta' rimedju;

82.

Jappella għat-tisħiħ tal-libertà tal-għażla għall-konsumaturi fis-Suq Uniku Diġitali; iqis li d-dritt għall-portabbiltà tad-data stabbilit fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (Regolament (UE) 2016/679) huwa approċċ tajjeb għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumaturi u tal-kompetizzjoni;

83.

Huwa tal-fehma li politika tal-kompetizzjoni effikaċi tista' tikkomplementa l-inizjattivi regolatorji fil-qasam tas-Suq Uniku Diġitali, u jqis li fejn l-impetu għal azzjoni regolatorja jkun primarjament b'reazzjoni għal azzjonijiet minn xi atturi tas-suq, il-ħsara tista' tiġi indirizzata permezz ta' miżuri ta' kompetizzjoni maħsuba biex jindirizzaw prattiki antikompetittivi, mingħajr ma jżommu lura lil dawk li jippruvaw jikkompetu;

84.

Huwa mħasseb dwar iż-żieda fl-użu ta' restrizzjonijiet kuntrattwali mill-manifatturi fuq il-bejgħ online, kif ikkonfermat mill-inkjesta dwar il-kummerċ elettroniku, u jistieden lill-Kummissjoni teżamina aktar tali klawżoli biex tiżgura li ma joħolqux restrizzjonijiet mhux ġustifikati fil-kompetizzjoni; fl-istess waqt, jitlob lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid il-Linji gwida dwar ir-Restrizzjonijiet Vertikali u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 fid-dawl ta' dawn il-bidliet;

85.

Jieħu nota tal-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Wahl, ippreżentata fis-26 ta' Lulju 2017 fil-kawża C-230/16 Coty Germany GmbH vs Parfümerie Akzente GmbH, li r-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ f'post tas-suq online fi ftehim ta' distribuzzjoni m'għandhomx jitqiesu bħala restrizzjonijiet fundamentali skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010;

86.

Jenfasizza li l-aċċess għall-ġustizzja, li jista' jinkludi wkoll id-disponibbiltà ta' rimedju kollettiv, huwa essenzjali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE; jissottolinja li n-nuqqas ta' opportunitajiet bħal dawn idgħajjef il-kompetizzjoni, il-funzjonament tas-suq intern u d-drittijiet tal-konsumatur;

87.

Ifakkar li sabiex il-prattiki antikompetittivi jiġu miġġielda b'mod effikaċi, l-Istati Membri jridu jadottaw politika ekonomika konsistenti mal-prinċipji ta' ekonomija tas-suq miftuħ ibbażata fuq il-kompetizzjoni ġusta, peress li l-miżuri purament protezzjonisti huma ta' ħsara għall-funzjonament tas-suq uniku; jissottolinja li l-aspetti kollha tal-kompetizzjoni inġusta jridu jiġu eliminati, inklużi x-xogħol mhux irreġistrat u l-evitar tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema, mingħajr preġudizzju għall-moviment liberu tal-ħaddiema bħala waħda mil-libertajiet fundamentali tas-suq intern;

88.

Iqis li l-konsultazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni dwar it-titjib possibbli tal-kontroll tal-fużjonijiet tal-UE hija importanti ħafna; jemmen li jridu jittieħdu passi sabiex jiġi żgurat, b'mod partikolari fil-qasam diġitali, li l-fużjonijiet ma jirrestrinġux il-kompetizzjoni fis-suq intern; għalhekk, jistieden għal darb'oħra lill-Kummissjoni teżamina bir-reqqa jekk il-proċeduri ta' valutazzjoni attwali jiħdux kont biżżejjed taċ-ċirkustanzi tas-swieq diġitali u tal-internazzjonalizzazzjoni tas-swieq; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-rwol tal-aċċess għad-data u l-informazzjoni meta tkun qed tivvaluta s-saħħa fis-suq, jekk il-fużjoni tad-data u l-informazzjoni tal-konsumaturi waqt fużjoni xxekkilx il-kompetizzjoni, u sa liema punt l-aċċess ta' intrapriża għal metodi analitiċi u privattivi esklużivi jeskludi lill-kompetituri; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tispjega kif tiddefinixxi l-għadd minimu ta' parteċipanti fis-suq meħtieġa għal kompetizzjoni ġusta, u kif se tħalli l-possibbiltà li kumpaniji ġodda, b'mod partikolari negozji ġodda, jidħlu fi swieq ikkonċentrati ħafna;

89.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-infurzar xieraq tar-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku sabiex jindirizzaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, anke permezz ta' kriterji ta' protezzjoni soċjali, ambjentali u tal-konsumaturi meta dan ikun xieraq, u jippromwovu prattika tajba fil-proċessi tal-awtoritajiet pubbliċi; iqis li l-iżvilupp ta' proċeduri elettroniċi tal-akkwist pubbliku jagħmilha aktar faċli biex l-SMEs jaċċessaw l-akkwist pubbliku, iżid it-trasparenza u jiżgura monitoraġġ aktar effikaċi tal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi opportunitajiet ta' aċċess għas-suq għall-SMEs permezz ta' kuntratti iżgħar meta dan ikun kompatibbli ma' objettivi ewlenin ta' akkwist, u tissorvelja bir-reqqa l-infurzar tar-regoli dwar iċ-ċentralizzazzjoni tal-akkwisti fis-swieq tal-akkwist pubbliku;

90.

Jilqa' l-adozzjoni ta' regoli dwar il-portabbiltà ta' servizzi mħallsa minn qabel skont l-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali li jtejbu l-kompetizzjoni fis-suq intern u jiżguraw drittijiet akbar għall-konsumaturi;

91.

Jemmen li l-kriterji biex wieħed jissieħeb f'netwerk ta' franchising jew ta' distribuzzjoni selettiva għandhom ikunu trasparenti sabiex ikun żgurat li tali kriterji ma jmorrux kontra l-politika tal-kompetizzjoni u l-funzjonament liberu tas-suq uniku; jissottolinja li tali kriterji jridu jkunu oġġettivi, kwalitattivi u nondiskriminatorji, u m'għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu strettament meħtieġ; jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri sabiex tiżgura din it-trasparenza;

92.

Jinnota r-riskju akbar ta' kollużjoni bejn il-kompetituri minħabba, fost affarijiet oħra, softwer għall-monitoraġġ tal-prezzijiet; iqis li jistgħu jitfaċċaw prattiki miftiehma minkejja li l-kuntatt bejn il-kompetituri jkun aktar dgħajjef milli meħtieġ skont in-normi attwali, forsi anke b'mod awtomatizzat, peress li l-algoritmi jinteraġixxu ma' xulxin indipendentement mid-direzzjoni ta' parteċipant tas-suq wieħed jew aktar; jitlob lill-Kummissjoni tkun viġilanti fir-rigward ta' tali sfidi ġodda għall-kompetizzjoni libera;

93.

Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tingħaqad mas-sħab internazzjonali u l-fora multilaterali fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni; jemmen li l-kooperazzjoni internazzjonali hija dejjem aktar essenzjali meta l-kumpaniji soġġetti għal infurzar ikunu joperaw f'bosta ġurisdizzjonijiet;

94.

Jemmen li ż-żieda tan-netwerk ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles li jinvolvu lill-Unjoni Ewropea tkun ta' benefiċċju għall-infurzar tad-dritt tal-kompetizzjoni b'mod globali; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfittex opportunitajiet oħra ta' ftehimiet kummerċjali, u tinkludi regoli b'saħħithom dwar l-antitrust u l-għajnuna mill-Istat fi kwalunkwe ftehim bħal dan fil-futur;

95.

Jemmen li n-natura speċifika tas-settur agrikolu trid titqies fil-politika tal-kompetizzjoni; ifakkar li l-Artikolu 42 TFUE jagħti status speċjali lis-settur agrikolu fir-rigward tad-dritt tal-kompetizzjoni, skont kif affermat fl-aħħar riforma tal-politika agrikola komuni (PAK) bl-għoti ta' sensiela ta' derogi u eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101 tat-TFUE; jinnota li l-PAK għandha l-għan li tiżgura standard tal-għajxien ġust għall-komunità agrikola fid-dawl tal-periklu ekonomiku u klimatiku kostanti; ifakkar li l-politika tal-kompetizzjoni prinċipalment tiddefendi l-interessi tal-konsumaturi u ma tqisx biżżejjed l-interessi u d-diffikultajiet speċifiċi tal-produtturi agrikoli; jenfasizza li l-politika tal-kompetizzjoni trid tiddefendi l-interessi tal-produtturi u l-konsumaturi agrikoli bl-istess mod billi tiżgura li l-kundizzjonijiet għall-kompetizzjoni u għall-aċċess għas-suq intern ikunu ġusti sabiex jitrawmu l-investiment u l-innovazzjoni għall-impjieg, il-vijabbiltà tan-negozji agrikoli u l-iżvilupp bilanċjat taż-żoni rurali fl-UE filwaqt li tippromwovi t-trasparenza għall-parteċipanti fis-suq;

96.

Jinsisti li l-kunċett ta' "prezz ġust"m'għandux jitqies bħala l-inqas prezz possibbli għall-konsumatur, iżda minflok għandu jkun raġonevoli u jippermetti r-remunerazzjoni ġusta ta' kull parti fil-katina tal-provvista tal-ikel;

97.

Iqis li l-attivitajiet kollettivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom (inklużi l-ippjanar tal-produzzjoni u n-negozjar tal-bejgħ u tat-termini tal-kuntratti) huma meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-TFUE, u għalhekk għandhom jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-TFUE, meta dawn l-attivitajiet konġunti jkunu eżerċitati ġenwinament, u b'hekk jikkontribwixxu għat-titjib tal-kompetittività tal-bdiewa; jinnota li ma ġiex sfruttat il-potenzjal sħiħ tad-derogi taħt ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (ir-Regolament dwar l-OKS Unika) u li n-nuqqas ta' ċarezza ta' dawn id-derogi, id-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tagħhom u n-nuqqas ta' applikazzjoni uniformi mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni ma tawx biżżejjed ċertezza tad-dritt lill-bdiewa u lill-organizzazzjonijiet tagħhom; jilqa' l-fatt li r-Regolament (UE) 2017/2393 (12) se jissimplifika r-regoli dwar l-organizzazzjoni kollettiva tal-bdiewa u se jiċċara r-rwol u s-setgħat tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet ekonomiċi b'rabta mad-dritt tal-kompetizzjoni sabiex tissaħħaħ is-setgħa tan-negozjar tagħhom filwaqt li jitħarsu l-prinċipji stipulati fl-Artikolu 39 tat-TFUE;

98.

Jilqa' l-fatt li, filwaqt li jitqiesu r-rieżamijiet inkoraġġanti tal-implimentazzjoni (13) u l-mod li bih qed jgħin biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fl-industrija tal-ħalib fil-katina tal-provvista tal-ikel, il-"Pakkett dwar il-Ħalib"tal-2012 wasal biex jiġi estiż fil-ħin skont ir-Regolament (UE) 2017/2393; madankollu, jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt biex tiddetermina jekk għandux jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar negozjati kuntrattwali dwar is-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib biex ikopri setturi agrikoli oħrajn, peress li l-bdiewa u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi b'hekk ikollhom aktar libertà biex jippjanaw il-produzzjoni, id-dritt għal negozjar kollettiv u n-negozjar għall-bejgħ u għat-termini kuntrattwali li jistabbilixxu l-prezzijiet u l-volumi b'mod ċar;

99.

Jitlob li tiġi prevista eżenzjoni awtomatika espliċita mill-Artikolu 101 tat-TFUE, soġġetta għall-prinċipji ta' neċessità u proporzjonalità, li tippermetti lill-organizzazzjonijiet agrikoli interprofessjonali jwettqu l-kompiti assenjati lilhom mir-Regolament dwar l-OKS Unika bil-għan li jkomplu jintlaħqu l-għanijiet tal-Artikolu 39 tat-TFUE;

100.

Jipproponi li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-OKS Unika li jippermettu miżuri ta' regolamentazzjoni tal-provvista għall-ġobnijiet b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta (l-Artikolu 150), għall-perżut DOP jew IĠP (l-Artikolu 172) jew għall-inbejjed (l-Artikolu 167) jiġu estiżi biex ikopru l-prodotti b'tikketta ta' kwalità sabiex jiżdiedu l-possibbiltajiet li l-provvista titqabbel mad-domanda;

101.

Jilqa' l-fatt li r-Regolament (UE) 2017/2393 jistabbilixxi proċedura li permezz tagħha grupp ta' bdiewa jista' jitlob opinjoni mhux vinkolanti mill-Kummissjoni sabiex tiddetermina jekk azzjoni kollettiva partikolari tkunx kompatibbli mal-eċċezzjoni ġenerali għar-regoli tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 209 tar-Regolament dwar l-OKS Unika; madankollu, fid-dawl tar-rakkomandazzjoni tat-Task Force dwar is-Swieq Agrikoli, jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-kamp ta' applikazzjoni tad-deroga ġenerali għall-agrikoltura sabiex tispeċifika l-eċċezzjoni b'tali mod li trendi n-nonapplikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-TFUE, meta tkun prevista, infurzabbli u fattibbli;

102.

Jirrimarka li f'perjodi ta' żbilanċi serji ħafna fis-suq, meta s-settur agrikolu jkun f'riskju u ċ-ċittadini kollha jiġu affettwati mill-ħsara potenzjali għall-provvisti tal-ikel essenzjali, PAK orjentata lejn is-suq jeħtieġ li tipprovdi appoġġ lill-bdiewa u tagħti eżenzjonijiet addizzjonali, għal żmien limitat u ġustifikat b'mod sħiħ mir-regoli tal-kompetizzjoni; jilqa' l-fatt li, b'konsegwenza tal-bidliet li saru permezz tar-Regolament (UE) 2017/2393, se jkun aktar faċli li jiskattaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 222 tar-Regolament dwar l-OKS Unika, li jippermetti tali derogi temporanji mid-dritt tal-kompetizzjoni;

103.

Jitlob li jiġi żviluppat ulterjorment l-Istrument Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Prezzijiet tal-Ikel biex titjieb l-identifikazzjoni tal-kriżijiet fis-settur agroalimentari permezz ta' data aħjar u aktar diżaggregata; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa jkunu involuti fid-definizzjoni u l-ġbir tad-data;

104.

Jirrimarka li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-produtturi agrikoli jiffurmaw l-inqas livell konċentrat fil-katina tal-provvista tal-ikel waqt li l-fornituri tal-fatturi produttivi u l-klijenti tagħhom huma ta' sikwit ħafna akbar u ħafna aktar konċentrati u dan jirriżulta f'relazzjoni żbilanċjata u fi prattiki negattivi u inġusti min-naħa tal-ktajjen ta' distribuzzjoni kbar, il-proċessuri u l-operaturi tal-bejgħ bl-imnut, li ma jistgħux jissolvew mill-politika tal-kompetizzjoni biss u għalhekk hija meħtieġa l-koerenza mal-politiki l-oħrajn; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi b'mod aktar ċar "pożizzjoni dominanti"u l-abbuż ta' tali pożizzjoni, filwaqt li tqis il-grad ta' konċentrazzjoni u s-saħħa ta' negozjar tas-setturi tal-input, tal-ipproċessar u tal-bejgħ bl-imnut; barra minn hekk, jinnota li r-Regolament (UE) 2017/2393 jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet dwar id-dritt għal kuntratti bil-miktub u għan-negozjar ta' termini kuntrattwali għal titjib fil-kondiviżjoni tal-valur matul il-katina tal-provvista, biex jgħin jikkalma r-relazzjonijiet bejn il-partijiet interessati, jiġġieled il-prattiki kummerċjali żleali, jagħmel lill-bdiewa aktar reattivi għas-sinjali tas-suq, itejjeb ir-rapportar u t-trażmissjoni tal-prezzijiet u jiffavorixxi l-adegwament tal-provvista għad-domanda; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jiżguraw li l-komoditajiet jiġu kklassifikati u pprezzati kif suppost u li l-abbużi u l-prattiki kummerċjali żleali li jaffettwaw lill-bdiewa jiġu mmonitorjati u indirizzati permezz ta' azzjonijiet vinkolanti, u jiġu penalizzati; jemmen li l-iskemi nazzjonali eżistenti għandhom jiġu eżaminati biex tiġi determinata l-aqwa prattika li għandha tiġi applikata;

105.

Jirrikonoxxi li, sal-lum, id-dritt tal-kompetizzjoni biex jiġu indirizzati prattiki kummerċjali żleali fil-katina tal-ikel la ġie applikat fil-livell Ewropew u lanqas fil-livell nazzjonali; jinnota li ġew implimentati regoli nazzjonali speċifiċi f'dan ir-rigward, iżda dawn ma kinux kompletament effikaċi biex jindirizzaw il-problema endemika tal-prattiki kummerċjali żleali u l-iżbilanċ tas-setgħa fil-katina tal-provvista tal-ikel; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika u tapprova mingħajr dewmien il-proposta leġiżlattiva tal-UE dwar il-prattiki kummerċjali żleali mħabbra, tipprovdi qafas legali armonizzat li jipproteġi aħjar lill-produtturi u lill-bdiewa mill-prattiki kummerċjali żleali u tiżgura konsolidazzjoni ulterjuri tas-suq intern;

106.

Jirrimarka li l-Parlament diġà stieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni biex jirrispondu b'mod effikaċi għall-ansjetajiet li qed jinħolqu mill-impatt ikkombinat li l-konċentrazzjoni rapida tas-settur tad-distribuzzjoni fil-livell nazzjonali u l-alleanzi li qed jiġu ffurmati fost id-distributuri fuq skala kbira fil-livell Ewropew u internazzjonali qed ikollhom kemm fuq il-parti upstream tal-katina tal-provvista tal-ikel kif ukoll fuq id-distributuri u l-konsumaturi; iqis li din il-bidla strutturali tqajjem tħassib dwar il-possibbiltà ta' allinjamenti strateġiċi, tnaqqis fil-kompetizzjoni u marġnijiet ridotti għall-investiment fl-innovazzjoni fi ħdan il-katina tal-provvista tal-ikel;

107.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jipprijoritizzaw it-tisħiħ tas-suq uniku wara l-Brexit billi jiżguraw konformità sħiħa mad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE u d-derogi tiegħhu, kif ukoll ma' standards oħra, sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza tad-dritt u kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri;

108.

Jinnota li l-limitu massimu individwali għall-għajnuna de minimis fis-settur agrikolu ġie rduppjat fl-2013 (minn EUR 7 500 għal EUR 15 000) sabiex tiġi indirizzata ż-żieda f'daqqa fil-kriżijiet ekonomiċi, tas-saħħa u kkawżati mill-klima; jirrimarka li l-limitu massimu nazzjonali de minimis dak iż-żmien ġie aġġustat biss marġinalment (minn 0,75 % għal 1 % tal-valur tal-produzzjoni nazzjonali agrikola) u b'hekk tnaqqset il-libertà tal-Istati Membri biex jgħinu lill-azjendi agrikoli li jkunu f'diffikultà; għalhekk, jitlob li l-limitu massimu nazzjonali de minimis jiżdied għal 1,25 % tal-produzzjoni nazzjonali agrikola biex itaffi s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli tal-bdiewa; jinnota li regoli koerenti dwar l-għajnuna de minimis għandhom jgħinu biex tittejjeb il-pożizzjoni tal-bdiewa mingħajr implikazzjonijiet ta' rinazzjonalizzazzjoni tal-politika agrikola;

109.

Jenfasizza l-importanza tal-fondi bil-għan li jippermettu aċċess għal netwerks tal-broadband b'veloċità għolja sabiex jinżamm il-pass mal-avvanz teknoloġiku u tingħata spinta lill-kompetizzjoni, speċjalment fiż-żoni rurali u remoti;

110.

Jenfasizza li l-ftuħ tas-suq tal-UE għal sħab kummerċjali kompetittivi ħafna u esportaturi ewlenin tal-prodotti agrikoli soġġetti għal standards differenti varji jista' jikkostitwixxi riskju għall-aktar setturi sensittivi tal-biedja fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni tqis bis-sħiħ l-effett tad-distorsjonijiet possibbli tas-suq, li jistgħu jirriżultaw minn ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi, fuq il-produtturi agrikoli fl-Ewropa, minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja delikata tagħhom u r-rwol fundamentali tagħhom fis-soċjetà tagħna;

111.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u – meta jkun applikabbli – lil dawk reġjonali.

(1)  ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1.

(2)  ĠU L 156, 20.6.2017, p. 1.

(3)  ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1.

(4)  ĠU C 93, 24.3.2017, p. 71.

(5)  ĠU C 35, 31.1.2018, p. 71.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2016)0434.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2017)0027.

(8)  Testi adottati, P8_TA(2017)0428.

(9)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(10)  https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/file_import/aar-comp-2016_en_0.pdf

(11)  Pereżempju, l-investigazzjoni fil-fond tal-Kummissjoni dwar skema potenzjali ta' għajnuna mill-Istat rigward l-eżenzjoni mill-Finanzjament tal-Gruppi (CFC) stabbilita mir-Renju Unit (SA.44896).

(12)  Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il- ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal- pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti (ĠU L 350, 29.12.2017, p. 15).

(13)  Rapporti dwar "L-iżvilupp tas-sitwazzjoni tas-suq tal-prodotti magħmula mill-ħalib u l-operat tad-dispożizzjonijiet tal-"Pakkett tal-Ħalib""(COM(2016)0724 u COM(2014)0354).


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/141


P8_TA(2018)0188

Retiċenza dwar it-tilqim u tnaqqis fir-rati ta' tilqim fl-Ewropa

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar ir-retiċenza dwar it-tilqim u t-tnaqqis fir-rati ta' tilqim fl-Ewropa (2017/2951(RSP))

(2019/C 390/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar "L-immunizzazzjoni tat-tfal: suċċessi u sfidi tal-immunizzazzjoni Ewropea tat-tfal u t-triq 'il quddiem" (1), adottati mill-Ministri tas-Saħħa tal-Istati Membri tal-UE fis-6 ta' Ġunju 2011,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta' Diċembru 2014 dwar it-tilqim bħala għodda effettiva fis-saħħa pubblika (2),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2017 intitolata "Pjan ta' Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika"(COM(2017)0339),

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Globali dwar it-Tilqim (GVAP) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), approvat mill-194 stat membru tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa f'Mejju 2012,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 68.6 tad-WHO, adottata mill-194 stat membru tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa fis-26 ta' Mejju 2015,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Ewropew dwar it-Tilqim 2015-2020 tad-WHO, adottat fit-18 ta' Settembru 2014,

wara li kkunsidra r-rapport tekniku taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) tas-27 ta' April 2017 intitolat "Immunisation information systems in the EU and EEA"("Sistemi ta' informazzjoni dwar l-immunizzazzjoni fl-UE u fiż-ŻEE"),

wara li kkunsidra r-rapport tekniku tal-ECDC tal-14 ta' Ġunju 2017 intitolat "Vaccine-preventable diseases and immunisation: Core competencies"("Mard li jista' jiġi evitat permezz tat-tilqim u l-immunizzazzjoni: Kompetenzi ewlenin"),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni politika tal-laqgħa ta' livell għoli tal-Assemblea Ġenerali tan-NU li saret New York fil-21 ta' Settembru 2016 dwar ir-reżistenza antimikrobika,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Dinji ta' Marzu 2017 intitolat "Drug-Resistant Infections: A Threat to Our Economic Future"("Infezzjonijiet Reżistenti għall-Mediċini: Theddida għall-Futur Ekonomiku Tagħna"),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2009/1019/UE tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar it-tilqim kontra l-influwenza tal-istaġun (3),

wara li kkunsidra n-numru dejjem jikber ta' vjaġġaturi interkontinentali;

wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar ir-retiċenza dwar it-tilqim u t-tnaqqis fir-rati ta' tilqim fl-Ewropa (O-000008/2018 – B8-0011/2018 u O-000009/2018 – B8-0012/2018),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, f'Diċembru 2010, il-mexxejja globali tas-saħħa impenjaw ruħhom li jiżguraw l-iskoperta, l-iżvilupp u l-forniment globali ta' vaċċini li jsalvaw il-ħajja, speċjalment fl-ifqar pajjiżi, u ddikjaraw l-għaxar snin li jmiss (2011-2020) bħala d-"Deċennju tal-Vaċċini";

B.

billi l-ispiża ta' pakkett sħiħ ta' tilqim għal tifel wieħed jew tifla waħda, anke bl-aktar prezzijiet baxxi globalment, żdiedet b'fattur ta' 68 bejn l-2001 u l-2014; billi din iż-żieda fil-prezz mhijiex ġustifikata u hija inkompatibbli mal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli li jiġu żgurati ħajjiet b'saħħithom u jiġi promoss il-benessri fl-etajiet kollha;

C.

billi, fi ħdan l-UE u ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), il-pajjiżi jvarjaw b'mod konsiderevoli rigward it-tilqim rakkomandat u l-organizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa;

D.

billi l-Istati Membri tal-UE approvaw kollha kemm huma l-Pjan ta' Azzjoni Ewropew dwar it-Tilqim 2015-2020 tad-WHO;

E.

billi t-tħeġġiġ ta' rati għolja ta' tilqim jipproteġi liċ-ċittadini minn mard li jista' jiġi evitat permezz tat-tilqim u li huwa pandemiku f'pajjiżi b'rati baxxi ta' tilqim u ta' immunizzazzjoni;

F.

billi, skont stħarriġ globali mwettaq mill-grupp ta' riċerka Vaccine Confidence Project, ir-reġjun Ewropew għandu l-aktar risponsi negattivi rigward il-perċezzjoni tal-importanza tal-vaċċini, kif ukoll tas-sikurezza u l-effettività tagħhom, u dan iwassal għall-ogħla livell ta' retiċenza dwar it-tilqim fil-popolazzjoni (4);

G.

billi t-tnaqqis fir-rata ta' tilqim fl-Ewropa wassal għal tifqigħat sinifikanti tal-ħosba u każijiet ta' mewt relatati f'diversi pajjiżi Ewropej;

H.

billi, abbażi tal-approċċ "Saħħa Waħda", diversi Stati Membri jqisu t-tilqim tal-annimali agrikoli u domestiċi bħala miżura importanti, kemm għall-prevenzjoni ta' tifqigħat ta' mard transfruntier tal-annimali kif ukoll għal-limitazzjoni tar-riskju ta' kontaġju addizzjonali, u introduċew tali tilqim, inkluż kontra l-infezzjonijiet minn Coxiella burnettii u minn mard batterjali u virali ieħor li jirrappreżenta wkoll riskji għas-saħħa pubblika;

I.

billi, fil-perjodu mill-2008 sal-2015, fl-Ewropa ġew irreġistrati 215 000 każ ta' mard li jista' jiġi evitat permezz tat-tilqim, bl-esklużjoni tal-influwenza (5);

1.

Jirrikonoxxi r-rwol li l-vaċċini jistgħu potenzjalment jiżvolġu fil-ġlieda kontra r-reżistenza antimikrobika, rwol li għandu jkompli jiġi esplorat;

2.

Jirrikonoxxi r-rwol li l-vaċċini jistgħu potenzjalment jiżvolġu fit-tnaqqis tal-ħtieġa ta' antibijotiċi, u b'hekk jgħinu biex jillimitaw it-tixrid tal-AMR, rwol li għandu jkompli jiġi esplorat; jenfasizza, madankollu, li t-tnaqqis urġenti tal-użu żejjed u l-użu ħażin tal-antibijotiċi u l-esponiment mhux intenzjonat għalihom iridu jibqgħu minn ta' fuq nett fil-prijoritajiet;

3.

Jinnota li t-tilqim jipprevjeni ċifra stmata ta' 2,5 miljun każ ta' mewt kull sena madwar id-dinja u jnaqqas l-ispejjeż ta' trattamenti speċifiċi għall-mard, fosthom it-trattamenti antimikrobiċi;

4.

Jilqa' l-fatt li l-introduzzjoni ta' tilqim protettiv fuq skala kbira fl-Ewropa kkontribwiet b'mod sinifikanti għall-qerda jew għat-tnaqqis ta' ħafna mard infettiv; jinsab imħasseb, madankollu, dwar il-fenomenu preokkupanti tar-retiċenza dwar it-tilqim, kif ukoll in-nuqqas ta' rakkomandazzjonijiet nazzjonali li jqisu t-tixjiħ tal-popolazzjoni, u jappella għal trasparenza akbar fil-produzzjoni tal-vaċċini u għal miżuri li jserrħu ras iċ-ċittadini Ewropej;

5.

Jirrimarka li l-vaċċini jiġu ttestjati b'mod rigoruż matul fażijiet differenti ta' provi qabel ma jiġu preselezzjonati mid-WHO u approvati mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), u jiġu vvalutati mill-ġdid fuq bażi regolari; jirrimarka li r-riċerkaturi jeħtiġilhom jiddikjaraw kwalunkwe kunflitt ta' interess;

6.

Jipproponi li r-riċerkaturi li jkunu soġġetti għal kunflitt ta' interess jiġu esklużi mill-bordijiet ta' evalwazzjoni; jappella biex titneħħa l-kunfidenzjalità tad-deliberazzjonijiet tal-bord ta' evalwazzjoni tal-EMA; jipproponi l-pubblikazzjoni tad-data xjentifika u klinika li tinforma l-konklużjonijiet tal-bord, u li l-anonimità tagħha hija garantita minn qabel;

7.

Ifakkar li l-Pjan ta' Azzjoni Ewropew "Saħħa Waħda"kontra l-AMR jiddikjara li l-immunizzazzjoni permezz tat-tilqim tikkostitwixxi intervent kosteffettiv tas-saħħa pubblika fi sforzi biex tiġi miġġielda r-reżistenza antimikrobika (6);

8.

Jilqa' l-involviment attiv tal-Kummissjoni fil-kwistjoni tat-tilqim u l-inklużjoni ta' inizjattiva dwar it-tilqim fil-Programm ta' Ħidma 2018 tal-Kummissjoni; jilqa' l-pubblikazzjoni tal-pjan direzzjonali għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni kontra mard li jista' jiġi evitat permezz tat-tilqim;

9.

Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-fatt li fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha kontra r-Reżistenza Antimikrobika, il-Kummissjoni tħabbar li se tipprovdi inċentivi biex jiżdied l-użu tad-dijanjostika, l-alternattivi għall-antimikrobiċi u l-vaċċini (7);

10.

Jilqa' l-varar imminenti ta' Azzjoni Konġunta kofinanzjata mill-Programm tal-UE dwar is-Saħħa bil-għan li żżid il-kopertura tat-tilqim;

11.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jsaħħu l-bażi ġuridika għall-kopertura tal-immunizzazzjoni; jirrimarka li, skont l-objettiv 1 tal-Pjan ta' Azzjoni Ewropew dwar it-Tilqim 2015-2020, l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta' qafas leġiżlattiv xieraq huma kruċjali biex jiġu definiti l-prijoritajiet nazzjonali u biex jittieħdu passi tanġibbli lejn impenn sostenibbli favur l-immunizzazzjoni;

12.

Jappoġġja bis-sħiħ il-Ftehim dwar l-Akkwist Konġunt, li jipprovdi qafas lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jakkwistaw b'mod konġunt il-vaċċini, b'mod li jgħaqqad flimkien il-kapaċità tal-akkwist tal-Istati Membri u b'hekk jiżgura li l-vaċċini pandemiċi u ta' tipi oħrajn ikunu disponibbli fi kwantitajiet suffiċjenti ħalli jiggarantixxu l-aċċess għall-vaċċini u li l-Istati Membri kollha parteċipanti jirċievu trattament ugwali;

13.

Jilqa' l-fatt li 24 Stat Membru ffirmaw il-Ftehim dwar l-Akkwist Konġunt, jiġifieri l-Ftehim ikopri 447,8 miljun mill-508,2 miljun ċittadin tal-UE; jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma ffirmawx il-ftehim biex jagħmlu dan, sabiex jiżguraw li ċ-ċittadini kollha tal-UE jkunu koperti minnu;

14.

Ifakkar fl-importanza tat-trasparenza fil-bini u ż-żamma tal-fiduċja pubblika fil-mediċini;

15.

Ifakkar fl-importanza tar-Regolament dwar il-Provi Kliniċi (8) għall-fini li jistimula u jiffaċilita r-riċerka dwar tilqim ġdid u li jiżgura t-trasparenza tar-riżultati tal-provi kliniċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-EMA jimplimentaw ir-Regolament dwar il-Provi Kliniċi mingħajr aktar dewmien, b'mod partikolari permezz tal-ħolqien ta' Portal u Bażi ta' Data Ewropej (EUPD), li l-implimentazzjoni tagħhom kienet soġġetta għal dewmien ta' aktar minn sentejn; jistieden, barra minn hekk, lill-partijiet kollha involuti biex jiżguraw li l-proċess attwali ta' rilokazzjoni tal-EMA 'l bogħod minn Londra ma jikkawżax tfixkil jew dewmien ulterjuri lill-ħidma tal-Aġenzija;

16.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-ħaddiema kollha tal-kura tas-saħħa jkunu mlaqqma b'mod suffiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza r-rati ta' tilqim għall-ħaddiema fil-kura tas-saħħa fil-proposta tagħha għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni msaħħa kontra mard li jista' jiġi evitat permezz tat-tilqim;

17.

Jemmen li l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni msaħħa kontra mard li jista' jiġi evitat permezz tat-tilqim, li għandha tiġi ppreżentata fit-tieni kwart tal-2018 u li għandha l-għan li tappoġġja lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-programmi ta' tilqim, fit-tnaqqis tar-retiċenza dwar it-tilqim, fit-tisħiħ tal-provvista tal-vaċċini u fit-titjib ġenerali tal-kopertura tat-tilqim, hija pass tajjeb; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iqisu l-pożizzjoni tal-Parlament fl-abbozzar tar-rakkomandazzjonijiet;

18.

Jinnota bi tħassib li d-data epidemjoloġika dwar is-sitwazzjoni attwali tat-tilqim fl-Istati Membri turi nuqqasijiet serji fl-aċċettazzjoni tat-tilqim u li r-rati ta' kopertura tat-tilqim meħtieġa biex tiġi żgurata protezzjoni adegwata mhumiex suffiċjenti; jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-retiċenza dwar it-tilqim, li qed tikber u tinfirex, laħqet proporzjonijiet preokkupanti minħabba l-firxa ta' konsegwenzi marbuta mas-saħħa li qiegħda tikkawża fl-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri biex, minħabba l-utilità tat-tilqim bħala għodda preventiva, jiżguraw li l-kopertura tat-tilqim tiġi estiża lil hinn mit-tfulija bikrija u li l-gruppi kollha tal-popolazzjoni jiġu inklużi f'approċċ favur it-tilqim tul il-ħajja;

19.

Jissottolinja li t-tnaqqis tal-fiduċja tal-opinjoni pubblika madwar id-dinja fil-konfront tat-tilqim huwa kawża ta' tħassib u sfida maġġuri għall-esperti tas-saħħa pubblika; jinnota li bħalissa l-Ewropa qed tiffaċċja tifqigħat tal-ħosba li jistgħu jiġu evitati f'numru ta' pajjiżi minħabba r-retiċenza dwar it-tilqim; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għall-isforzi nazzjonali favur it-tilqim maħsubin biex iżidu l-kopertura;

20.

Jenfasizza li żieda fit-trasparenza fil-proċess ta' evalwazzjoni tal-vaċċini u tal-aġġuvanti tagħhom u l-finanzjament ta' programmi ta' riċerka dwar l-effetti sekondarji possibbli tagħhom ikunu ta' għajnuna biex jerġa' jkun hemm fiduċja fit-tilqim;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-infrastruttura għall-ġbir tad-data għall-fini li jirreġistraw it-tendenzi ta' mard infettiv u l-impatt reali tal-vaċċini, biex dan ikun ta' appoġġ għat-twettiq tal-programmi ta' immunizzazzjoni;

22.

Jinsab imħasseb dwar il-varjazzjoni wiesgħa rigward il-vaċċini rakkomandati, fornuti u/jew imposti mill-Istati Membri differenti; jinsab imħasseb ukoll dwar il-fatt li din il-varjazzjoni fil-kopertura tat-tilqim qed tiggrava l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa bejn l-Istati Membri u qed timmina l-isforzi biex jitnaqqas u jiġi eliminat mard li jista' jiġi evitat;

23.

Jikkundanna t-tixrid ta' informazzjoni mhux affidabbli, qarrieqa u mhux xjentifika dwar it-tilqim, li ġie ggravat b'kontroversji medjatiċi, bis-sensazzjonaliżmu tal-midja u b'ġurnaliżmu fqir; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jieħdu passi effettivi kontra t-tixrid ta' tali informazzjoni ħażina, biex ikomplu jiżviluppaw kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni bil-għan li terġa' tiġi stabbilita l-fiduċja fit-tilqim u biex itejbu l-edukazzjoni u d-djalogu, speċjalment għall-ġenituri, inkluż il-ħolqien ta' pjattaforma Ewropea maħsuba biex iżżid il-kopertura tat-tilqim u biex timpedixxi lill-informazzjoni qarrieqa milli tkun effettiva;

24.

Jenfasizza l-ħtieġa li ċ-ċittadini jingħataw informazzjoni inklużiva, fattwali u bbażata fuq ix-xjenza; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw id-djalogu mal-partijiet interessati mis-soċjetà ċivili, il-movimenti fuq livell lokali, l-akkademiċi, il-midja u l-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa sabiex jiġġieldu kontra l-informazzjoni mhux affidabbli, qarrieqa u mhux xjentifika dwar it-tilqim;

25.

Jinsab imħasseb dwar il-baġit limitat allokat speċifikament għat-tilqim f'xi Stati Membri, kif ukoll dwar il-prezzijiet għoljin u l-varjazzjonijiet kbar fil-prezz ta' wħud mill-vaċċini li jistgħu jsalvaw il-ħajja, billi hemm riskju li dan ikompli jiggrava l-inugwaljanzi li jeżistu fis-settur tas-saħħa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw, mill-aktar fis possibbli, il-miżuri mitluba fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Marzu 2017 dwar l-għażliet tal-UE biex ittejjeb l-aċċess għall-mediċini (9), filwaqt li jenfasizza li t-tilqim huwa fost l-aktar interventi kosteffettivi tas-saħħa pubblika għal sistemi tal-kura tas-saħħa fuq perjodu twil;

26.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-prezzijiet għoljin tal-vaċċini jaffettwaw b'mod sproporzjonat pajjiżi b'introjtu baxx u medju, inklużi pajjiżi li qegħdin jitilfu l-appoġġ tad-donaturi li qabel kienu jirċievu permezz ta' GAVI, l-Alleanza għat-Tilqim; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri bil-għan li jgħinu biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-vaċċini fil-pajjiżi kkonċernati;

27.

Jilqa' l-progress inkoraġġanti li sar fil-ġlieda kontra l-mard u l-kanċer b'rabta mal-virus tal-papilloma uman (HPV) bis-saħħa ta' programmi ta' tilqim kontra l-virus HPV; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw aktar dawn il-programmi u jesploraw modi biex iżidu r-rati ta' kopertura u jipprevjenu forom oħra ta' kanċer, pereżempju billi jinkludu s-subien fil-programmi ta' tilqim;

28.

Jemmen li l-għoti ta' screening u servizzi ta' tilqim għall-migranti u r-rifuġjati li jidħlu fil-pajjiżi tal-UE huwa essenzjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jidentifikaw l-attivitajiet konkreti ta' tilqim li qed jiġu implimentati għall-migranti u r-rifuġjati li jidħlu fil-pajjiżi tal-UE u biex jindirizzaw b'mod enerġetiku l-lakuni identifikati;

29.

Jinsab imħasseb dwar l-iskarsezza tal-vaċċini u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw soluzzjonijiet biex iżidu l-provvista u d-disponibbiltà tal-vaċċini, inklużi arranġamenti għall-ħżin tal-vaċċini;

30.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jippromwovu kampanji ta' sensibilizzazzjoni fost il-professjonisti fil-kura tas-saħħa li jipprovdu t-tilqim, liema kampanji għandhom jissottolinjaw l-obbligu, kemm morali kif ukoll etiku, tat-tali professjonisti li jipproteġu s-saħħa pubblika billi jagħtu lill-pazjenti (jew lill-kustodji legali tal-pazjenti) biżżejjed informazzjoni dwar il-vaċċini sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni infurmata;

31.

Jirrimarka li l-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma l-pedament tal-aċċettazzjoni pubblika tat-tilqim u li r-rakkomandazzjonijiet tagħhom huma konsistentement ikkwotati bħala r-raġuni primarja għat-tilqim (10);

32.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jelaboraw Pjan ta' Azzjoni tal-UE kompletament komprensiv li jindirizza l-problema soċjali tar-retiċenza dwar it-tilqim, li jsaħħaħ l-impenji tal-Istati Membri għall-immunizzazzjoni bħala miżura ta' prijorità għas-saħħa pubblika, inklużi azzjonijiet ta' prijorità u speċifiċi għar-reġjuni, u li jqis iċ-ċirkostanzi differenti u l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw l-Istati Membri;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita skeda aktar armonizzata u allinjata aħjar għat-tilqim madwar l-UE, tikkondividi l-aħjar prattiki, tesplora flimkien mal-Istati Membri l-għażliet għall-ħolqien ta' pjattaforma tal-UE għall-monitoraġġ tas-sikurezza u l-effettività tal-vaċċini, tiżgura kopertura uniformi madwar l-Ewropa, tnaqqas l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa u tgħin biex tagħti spinta lill-fiduċja u l-kunfidenza fil-programmi ta' tilqim u fil-vaċċini; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi inizjattivi tat-tilqim immirati, bħal "Jum Ewropew għat-Tilqim kontra l-Influwenza", li jistgħu jintużaw kull sena biex ivaraw kampanja ta' tilqim skont il-mira ta' kopertura ta' 75 % stabbilita fir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-influwenza staġjonali;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw miżuri konkreti fil-qafas tal-Pjan ta' Azzjoni "Saħħa Waħda"biex iżidu r-rati ta' tilqim kemm fost il-bnedmin kif ukoll, fejn meħtieġ, fost l-annimali permezz ta' inċentivi finanzjarji u ta' politika, u b'hekk jiġġieldu kontra mard infettiv u wkoll ir-reżistenza għall-antibijotiċi b'mod aktar kosteffettiv, fost l-oħrajn fil-kuntest tal-Politika Agrikola Komuni futura ta' wara l-2020;

35.

Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu, fi żmien debitu, data dwar it-tilqim u dwar mard li jista' jiġi evitat permezz tat-tilqim lill-Kummissjoni, lill-ECDC u lid-WHO;

36.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1)  ĠU C 202, 8.7.2011, p. 4.

(2)  ĠU C 438, 6.12.2014, p. 3.

(3)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 71.

(4)  Larson, Heidi J. et al. (2016), "The State of Vaccine Confidence 2016: Global Insights Through a 67-Country Survey", EBioMedicine; Vol. 12, 2016, pp. 295-301.

(5)  Council on Foreign Relations, "Vaccine-Preventable Outbreak Maps", 2015.

(6)  Ara l-pjan ta' Azzjoni, p. 10.

(7)  Ara l-pjan ta' Azzjoni, p. 12.

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1).

(9)  Testi adottati, P8_TA(2017)0061.

(10)  Leask J., Kinnersley P., Jackson C., Cheater F., Bedford H., Rowles G., "Communicating with parents about vaccination: a framework for health professionals", BMC Pediatrics, 2012, Vol. 12, pp.12-154.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/146


P8_TA(2018)0189

L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/99/UE dwar l-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni (2016/2329(INI))

(2019/C 390/21)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 8, 10, 18, 19, 21, 79 u 82 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 6, 20, 21, 23, 24, 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-1948,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa, li ġiet adottata fl-20 ta' Diċembru 1993,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, adottata fi New York fl-20 ta' Novembru 1989,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Beijing u l-Pjattaforma ta' Azzjoni adottata mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995, u d-dokumenti ta' eżitu sussegwenti adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Beijing +5 (2000), Beijing +10 (2005), Beijing +15 (2010) u Beijing +20 (2015),

wara li kkunsidra l-Kumment Ġenerali adottat fis-26 ta' Awwissu 2016 mill-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità dwar l-Artikolu 6 ("Nisa u Bniet b'Diżabilitajiet") tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2017/865 (1) u (UE) 2017/866 tal-11 ta' Mejju 2017 (2) dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika,

wara li kkunsidra l-iffirmar mill-Istati Membri kollha tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (3);

wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta’ April 2004 li għandha x'taqsam ma' kumpens għal vittmi ta' delitti (5),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (6), u d-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (7),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2012 bit-titolu "L-istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin, 2012-2016"(COM(2012)0286),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni (8) (‘EPO’),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili (9),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta' sorveljanza ta' miżuri ta' probation u ta' sanzjonijiet alternattivi (10),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja (11),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali (12),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2011 dwar Pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet u l-protezzjoni tal-vittmi, b'mod partikolari fi proċedimenti kriminali (13),

wara li kkunsidra l-Programm ta' Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini (14),

wara li kkunsidra l-Programm "Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza"għall-perjodu 2014-2020,

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2015 bit-titolu "Strategic engagement for gender equality 2016-2019"("Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2016-2019") (SWD(2015)0278),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) bit-titolu "Violence against women – an EU-wide survey"(Il-vjolenza fuq in-nisa - stħarriġ madwar l-UE kollha),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa (15),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Frar 2010 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2009 (16),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2014 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-Vjolenza Fuq in-Nisa (17),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015 (18),

wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea (PE603.272) tad-Direttiva 2011/99/UE tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew, magħmula mill-Unità ta' Evalwazzjoni Ex Post,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tfassil tar-rapporti fuq inizjattiva proprja,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0065/2018),

A.

billi kull forma ta' vjolenza kontra l-bniedem hija ksur dirett tad-dinjità tal-bniedem tiegħu, li hija l-bażi essenzjali tad-drittijiet fundamentali kollha tal-bniedem u għalhekk trid tiġi rispettata u protetta; billi l-vjolenza fuq in-nisa hija forma brutali ta' diskriminazzjoni u ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali;

B.

billi l-vittmi ta' vjolenza u abbuż qegħdin fir-riskju li jiġu suġġetti għall-vittimizzazzjoni, ritaljazzjoni u intimidazzjoni sekondarji u ripetuti; billi, għalhekk, l-għoti lilhom tal-protezzjoni meħtieġa, inkluż dik bejn il-fruntieri, tiddependi fil-biċċa l-kbira fuq is-sensibilizzazzjoni tal-vittmi, is-soċjetà inġenerali u l-prattikanti kollha li jiġu f'kuntatt magħhom, inklużi l-atturi rilevanti, bħalma huma d-djar ta' kenn;

C.

billi n-nuqqas ta' għoti ta' protezzjoni adegwata ta' bniedem minn vjolenza sessista huwa detrimentali għas-soċjetà kollha kemm hi;

D.

billi wieħed mill-aspetti tas-sigurtà l-aktar importanti ta' kull soċjetà huwa l-protezzjoni tal-integrità u l-libertà personali ta' kull individwu; billi l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà għandha tinkludi s-salvagwardja tas-sigurtà personali u l-protezzjoni tal-individwi kollha mill-vjolenza sessista bħala prijoritajiet;

E.

billi l-vjolenza u l-abbuż fiżiku, psikoloġiku u sesswali jaffettwaw lin-nisa b'mod sproporzjonat (19); billi mara waħda minn kull tlieta fl-UE esperjenzat vjolenza fiżika u/jew sesswali mill-età ta' 15-il sena; billi l-firxa u l-ħruxija tal-vjolenza kontra n-nisa ta' spiss huma injorati u trivjalizzati f'uħud mill-Istati Membri u għad hemm tendenza komuni inkwetanti li l-vittmi jingħataw il-ħtija; billi terz biss tan-nisa li huma abbużati fiżikament jew sesswalment mill-partner tagħhom jikkuntattjaw lill-awtoritajiet;

F.

billi l-iżgurar tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha ta' politika huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea u element essenzjali fil-ġlieda kontra l-vjolenza sessista;

G.

billi l-Konvenzjoni ta' Istanbul, li ġiet iffirmata iżda li mhijiex ratifikata mill-UE u mill-Istati Membri kollha (20), tistipula li d-dispożizzjonijiet kollha tagħha, b'mod partikolari l-miżuri biex jipproteġu d-drittijiet tal-vittmi, għandhom jiġu żgurati mingħajr diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi, u b'mod espliċitu tistieden lill-firmatarji tagħha jirrikonoxxu l-istalking bħala reat kriminali; billi r-ratifikazzjoni u l-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni ta' Istanbul se jgħinu sabiex jingħelbu l-isfidi li jinħolqu mill-EPO bl-għoti ta' qafas legali Ewropew koerenti għall-prevenzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa u biex il-vjolenza fuq in-nisa tiġi kkumbattuta;

H.

billi, sabiex jitnaqqas in-numru stmat ta' każijiet mhux irrappurtati ta' vjolenza, l-Istati Membri jeħtiġilhom jistabbilixxu u jsaħħu l-istrumenti ta' twissija u ta' protezzjoni għan-nisa biex ikunu jistgħu jħossuhom sikuri u f'pożizzjoni li jirrapportaw vjolenza sessista; billi l-għadd konsiderevolment kbir ta' każijiet mhux irreġistrati ta' vjolenza sessista jista' jkun marbut ma' nuqqas ta' riżorsi pubbliċi; billi l-awtoritajiet rilevanti jeħtiġilhom ikollhom strutturi, bħal postijiet ta' kenn li jipprovdu appoġġ mediku u forensiku, konsulenza psikoloġika u għajnuna legali, li joħolqu żona sikura għan-nisa li huma vittmi tal-vjolenza sessista;

I.

billi l-libertà ta' moviment fl-UE tfisser li n-nies spiss jiċċaqalqu minn pajjiż għal ieħor; billi l-EPO hija bbażata fuq il-bżonn li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet u l-libertajiet tal-vittmi, u b'mod partikolari jiġi rrispettat id-dritt tal-vittmi u l-vittmi potenzjali li jgawdu l-libertà ta' moviment, u li tkun żgurata l-protezzjoni kontinwa tagħhom meta jeżerċitaw dak id-dritt;

J.

billi l-prevenzjoni tal-vjolenza permezz tal-investiment f'kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni b'kopertura medjatika effettiva, edukazzjoni u taħriġ ta' professjonisti hija element kruċjali fil-ġlieda kontra l-vjolenza sessista; billi l-Konvenzjoni ta' Istanbul tobbliga lill-partijiet jipprevjenu l-vjolenza sessista u l-istereotipi billi jindirizzaw ir-rwol tal-midja; billi n-nuqqas ġenerali ta' għarfien fost il-vittmi li jibbenefikaw minn miżuri ta' protezzjoni nazzjonali tal-eżistenza tal-EPO għandu impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni tagħha; billi kampanji ta' sensibilizzazzjoni u programmi ta' sensitizzazzjoni li jiġġieldu kontra t-trivjalizzazzjoni tal-vjolenza domestika u sessista jikkontribwixxu għal żieda fir-rieda tal-vittmi li jirrappurtaw abbużi u jitolbu ordnijiet Ewropej ta' protezzjoni, kif ukoll jibnu l-fiduċja tagħhom fl-awtoritajiet rilevanti;

K.

billi fl-2010, meta l-Kunsill Ewropew ippropona l-EPO, 118 000 mara li għandhom residenza fl-UE kienu koperti minn miżuri ta' protezzjoni relatati mal-vjolenza sessista; billi fl-2011, kien stmat li medja ta' 1 180 individwu se jkunu jeħtieġu miżuri ta' protezzjoni transkonfinali kontinwi fl-UE;

L.

billi l-NGOs ta' spiss għandhom rwol fundamentali f'bosta Stati Membri fl-appoġġ lill-vittmi;

M.

billi l-EPOs huma strumenti ta' rikonoxximent reċiproku u kooperazzjoni, li la jistgħu jiffunzjonaw b'mod korrett u lanqas jipproteġu lill-vittmi sakemm ma jkunux implimentati bis-sħiħ mill-Istati Membri kollha;

N.

billi, b'mod partikolari f'każijiet ta' vjolenza, xi Stati Membri joħorġu miżuri ta' protezzjoni abbażi ta' proċeduri kriminali, filwaqt li oħrajn joħorġu ordnijiet ta' protezzjoni abbażi ta' proċeduri ċivili;

O.

billi varjetà wiesgħa ta' ordnijiet ta' protezzjoni madwar l-Istati Membri tal-UE, u minħabba sistemi ġudizzjarji differenti fl-Istati Membri, l-implimentazzjoni ta' EPOs tiffaċċja ħafna diffikultajiet u konsegwentement tista' timmina l-applikazzjoni xierqa ta' EPOs għall-vittmi u tfixkel l-għadd ta' EPOs maħruġa;

P.

billi l-maġġoranza tal-Istati Membri m'għandhomx sistema ta' reġistru biex jiġbru d-data dwar l-EPOs, u lanqas ma hemm sistema Ewropea ta' reġistru ċentrali biex tinġabar id-data rilevanti kollha tal-UE; billi data insuffiċjenti tagħmilha diffiċli biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tal-EPO u biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni jew fl-implimentazzjoni;

Q.

billi l-EPO hija applikabbli għall-vittmi tat-tipi kollha ta' kriminalità, inklużi l-vittmi tat-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin, il-vjolenza sessista u l-kriminalità organizzata; billi persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli li sfaw vittmi ta' delitt jeħtieġu li jiġu ttrattati b'kunsiderazzjoni partikolari meta japplikaw għal EPO;

R.

billi hemm rabta qawwija bejn il-funzjonament tal-EPO u l-istandards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità li ġew stabbiliti permezz tad-Direttiva 2012/29/UE;

1.

Jistieden lill-Istati Membri jikkundannaw b'mod ċar u jimpenjaw ruħhom biex jeqirdu l-forom kollha ta' vjolenza sessista u l-vjolenza fuq in-nisa, u jiżguraw politika ta' tolleranza zero għal dawn il-forom ta' vjolenza;

2.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jintroduċu perspettiva tas-sessi fil-politiki kollha tagħhom, b'mod partikolari dawk li huma potenzjalment marbuta mas-sensibilizzazzjoni u detezzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa, kif ukoll il-protezzjoni u s-salvagwardjar tal-integrità tal-vittmi;

Valutazzjoni ġenerali tal-implimentazzjoni tad-direttiva, u rakkomandazzjonijiet biex jittejbu l-istat ta' implimentazzjoni u l-funzjonament tal-EPO

3.

Jirrikonoxxi li l-Istati Membri kollha li huma marbuta mid-Direttiva EPO innotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-traspożizzjoni tagħha fil-liġi nazzjonali;

4.

Huwa konxju tal-effett pożittiv li l-istabbiliment tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja jista' jkollu fuq il-protezzjoni transkonfinali tal-vittmi; iqis li l-EPO għandha l-potenzjal li tkun strument effettiv sabiex tipproteġi lill-vittmi f'dinja moderna kkaratterizzata minn rata għolja ta' mobilità u nuqqas ta' fruntieri interni; jinnota bi tħassib, madanakollu, li, mit-traspożizzjoni tad-Direttiva EPO, seba' EPOs biss ġew identifikati fost l-Istati Membri, għalkemm eluf ta' ordnijiet ta' protezzjoni nazzjonali ġew mitluba u maħruġa fl-Istati Membri f'dawn l-aħħar snin (21);

5.

Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni ma ppreżentatx rapport lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva EPO sal-11 ta' Jannar 2016; jistieden lill-Kummissjoni tissodisfa l-obbligi ta' rappurtar tagħha kif stabbilit fid-Direttiva u tinkludi fir-rapport tagħha elenku ta' miżuri ta' protezzjoni nazzjonali, ħarsa ġenerali tal-attivitajiet ta' taħriġ, analiżi tal-konformità tal-Istati Membri mad-dritt tal-vittmi għal għajnuna legali b'xejn, inkluża informazzjoni dwar jekk kienx hemm spejjeż imġarrba mill-vittmi fir-rigward ta' ordni ta' protezzjoni u elenku ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni li ġew organizzati fl-Istati Membri;

6.

Ifakkar fl-obbligu tal-istat ta' eżekuzzjoni li jirrikonoxxi l-EPO bl-istess prijorità tal-istat emittenti, minkejja d-diversi kumplessitajiet u l-isfidi legali involuti;

7.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li hemm lakuna sinifikanti bejn il-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni fost l-Istati Membri meta EPO tiġi eżegwita; jistieden lill-Istati Membri biex itejbu u b'mod konġunt isaħħu l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni fir-rigward tal-EPO, peress li dan jagħti bidu għal proċeduri aktar effiċjenti u azzjoni transkonfinali simultanja fost l-Istati Membri;

8.

Jinsisti li l-ġbir tad-data statistika jeħtieġ li jittejjeb sabiex jiġu vvalutati l-kobor tal-problema u r-riżultati tal-azzjoni biex titnaqqas il-vjolenza sessista; jistieden lill-Istati Membri jistandardizzaw u jiddiġitalizzaw il-formuli u l-proċeduri tal-EPO u biex jistabbilixxu Sistema ta' Reġistru Nazzjonali ta' EPOs bl-għan li jiġbru data, u kif ukoll itejbu l-iskambju ta' informazzjoni mal-Kummissjoni u l-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri jiġbru u jikkomunikaw b'mod regolari lill-Kummissjoni data diżaggregata skont is-sess u data relatata man-numru ta' EPOs mitluba, maħruġa u infurzati, kif ukoll informazzjoni dwar it-tipi ta' delitti;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi Sistema ta' Reġistru Nazzjonali biex tiġbor informazzjoni dwar EPOs mill-Istati Membri kollha;

10.

Jitlob li jkun hemm formula waħda standard, valida kemm għal proċeduri kriminali kif ukoll ċivili u fl-Istati Membri kollha, li tiġi mfassla u li tintuża għall-applikazzjoni u r-rikonoxximent ta' ordnijiet ta' protezzjoni; jitlob li tintuża wkoll sistema diġitali ta' ġestjoni biex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni, id-data li tinġabar tiġi standardizzata u jitħaffu kemm il-ġestjoni tal-ordnijiet kif ukoll it-tħejjija ta' statistika operattiva fil-livell tal-UE;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippubblikaw il-lista sħiħa tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-ħruġ u r-rikonoxximent tal-EPOs u tal-awtoritajiet ċentrali li jittrażmettu u jirċievu l-EPOs fl-Istati Membri, u biex jagħmlu l-lista faċilment aċċessibbli biex tippermetti lill-persuni protetti u lill-organizzazzjonijiet ta' appoġġ lill-vittmi jitolbu EPOs jew isolvu kwistjonijiet relatati; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-istituzzjonijiet nazzjonali u lokali u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex itejbu l-aċċessibbiltà u l-applikabbiltà tal-EPO b'mod li jwassal għall-ħruġ ta' EPOs;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni trawwem il-forom kollha ta' skambju ta' prattiki tajbin u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri u s-soċjetà ċivili sabiex jiġi salvagwardjat il-funzjonament adegwat tal-EPOs;

13.

Jenfasizza li l-vittmi tal-kriminalità li għandhom jew li jistgħu jikkunsidraw li jiksbu ordni ta' protezzjoni nazzjonali għandhom jiġu infurmati u mfakkra b'mod awtomatiku u xieraq minn awtorità responsabbli speċifika, kemm bil-fomm kif ukoll bil-miktub, dwar il-possibbiltà li jitolbu EPO waqt il-proċedimenti kriminali; jenfasizza li l-persuna protetta ma għandhiex teħel spejjeż finanzjarji meta titlob li tinħareġ EPO;

14.

Jistieden lill-Istati Membri jwettqu valutazzjoni individwali, billi jadottaw approċċ sensittiv għall-ġeneru, fir-rigward tal-għoti ta' assistenza u miżuri ta' appoġġ meta jintalbu EPOs;

15.

Jiddeplora n-nuqqas ta' aċċess għall-ġustizzja u l-għajnuna legali lill-vittmi ta' kull tip ta' delitt f'uħud mill-Istati Membri li jirriżulta f'informazzjoni fqira pprovduta lill-vittma dwar il-possibbiltà li titlob EPO; iqis li l-għoti ta' għajnuna legali b'xejn, appoġġ amministrattiv u informazzjoni adegwata dwar l-EPO lill-persuni protetti għandhom jiġu żgurati mill-Istati Membri peress li dan huwa kruċjali għall-użu u l-effikaċja tal-istrument, kemm fil-fażi tal-ħruġ kif ukoll tal-infurzar; jistieden lill-Istati Membri jżidu r-riżorsi ddedikati għall-monitoraġġ u l-prevenzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa f'żoni rurali;

16.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinnotifikaw lill-persuni protetti dwar ir-riżorsi addizzjonali ta' għajnuna soċjali disponibbli fl-istat ospitanti, fosthom benefiċċji tal-familja, akkomodazzjoni eċċ. peress li dawn il-miżuri jinsabu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-EPO;

17.

Jenfasizza li, bħala parti mill-protezzjoni u l-ħidma soċjali komplementari, għandha tingħata attenzjoni speċjali lit-tfal vittmi u lit-tfal tal-vittmi ta' azzjonijiet kriminali, speċjalment meta jkunu fir-riskju ta' attakk sesswali;

18.

Jiddeplora l-fatt li s-servizzi ta' traduzzjoni u interpretazzjoni fil-lingwa li l-vittma tifhem mhumiex iggarantiti mill-Istati Membri qabel, matul u wara l-ħruġ ta' EPO;

19.

Jenfasizza li l-vittmi dejjem għandu jkollhom id-dritt li jinstemgħu waqt il-proċeduri tal-EPO; jenfasizza li s-servizzi ta' traduzzjoni u interpretazzjoni jeħtieġ li jkunu disponibbli u mingħajr ħlas matul il-proċess kollu tal-EPO; jenfasizza, għalhekk, li d-dokumenti kollha rilevanti għandhom jiġu tradotti f'lingwa li tinftiehem mill-vittma;

20.

Jiddeplora n-nuqqas ta' miżuri speċjali implimentati mill-Istati Membri għall-vittmi f'sitwazzjonijiet vulnerabbli jew vittmi bi bżonnijiet speċifiċi; jikkunsidra li t-tnaqqis fl-infiq pubbliku spiss jaffettwa b'mod negattiv ir-riżorsi disponibbli għal dawn il-miżuri speċjali; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri biex, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-organizzazzjonijiet rilevanti li jaħdmu fil-qasam tal-protezzjoni tal-vittmi, jadottaw linji gwida u miżuri speċjali li jiffaċilitaw l-EPO għall-vittmi f'sitwazzjonijiet vulnerabbli jew vittmi bi bżonnijiet speċifiċi;

21.

Jenfasizza li minħabba t-tendenza dejjem tikber u perikoluża tat-traffikar tal-bnedmin, l-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni tista' tkun strument ta' benefiċċju kbir għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tinkorpora lill-EPO fi ħdan strateġija tal-UE sabiex tikkumbatti t-traffikar tal-bnedmin;

22.

Iqis li, sabiex tilħaq il-potenzjal tagħha u biex jiġu żgurati miżuri ta' protezzjoni kemm fl-istat emittenti kif ukoll fl-istat ta' eżekuzzjoni, il-ħruġ ta' ordni ta' protezzjoni jrid ikun kemm jista' jkun rapidu, effettiv, effiċjenti u awtomatiku u jinvolvi burokrazija minima; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu qafas ta' żmien ċar u qasir ta' ġimagħtejn għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta joħorġu EPOs u jinnotifikaw dwarhom sabiex jevitaw li jżidu l-inċertezza ta' persuni protetti u l-pressjoni li jkunu taħtha, u biex jinkiseb l-istess għan, jagħtu istruzzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti biex jipprovdu informazzjoni suffiċjenti lill-vittmi waqt il-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni dwar it-talbiet tagħhom għal EPO, inkluż li jinnotifikawhom dwar kwalunkwe inċident li jseħħ waqt din il-proċedura; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, f'dan il-kuntest, jallokaw biżżejjed riżorsi lill-awtoritajiet li jaħdmu fuq EPOs sabiex jiffaċilitaw sistema effiċjenti li tqis is-sitwazzjoni tal-vittma;

23.

Jistieden lill-Istati Membri jqisu b'mod dovut l-interessi tal-persuna protetta u jkunu żona sikura għall-persuni li jirrappurtaw vjolenza billi jirrispettaw bis-sħiħ l-obbligu li ma jinfurmawx lill-persuna li tikkawża l-periklu dwar il-post u dettalji oħra rigward il-persuna protetta – sakemm ma jkunx strettament meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-ordni ta' protezzjoni; jenfasizza li kull meta s-sitwazzjoni tirrikjedi li l-awtur tar-reat jiġi infurmat dwar kwalunkwe dettall fir-rigward tal-EPO, il-vittma jeħtiġilha tiġi infurmata b'dik id-deċiżjoni;

24.

Jistieden lill-Istati Membri jipprevedu proċeduri speċjali biex jiffaċilitaw il-ħruġ ta' EPOs biex jipproteġu lill-membri tal-familja li jgħixu mal-vittma li diġà hija protetta b'EPO;

25.

Jenfasizza l-effiċjenza dejjem tiżdied ta' teknoloġiji ġodda bħalma huma s-sistemi ta' monitoraġġ tal-GPS u l-applikazzjonijiet tal-ismartphone li jattivaw allarm meta l-periklu jkun imminenti bħala mezz biex tittejjeb l-effiċjenza u l-adattabbiltà tal-EPOs kemm fi ħdan l-istat emittenti kif ukoll dak ta' eżekuzzjoni; jinsab imħasseb dwar il-fatt li għadd limitat ta' Stati Membri jużaw tali teknoloġiji ġodda;

26.

Jenfasizza l-importanza tal-monitoraġġ tal-EPOs fl-istat ta' eżekuzzjoni fir-rigward tat-theddida li għaliha l-vittma tkun esposta sabiex jiddetermina jekk il-miżuri ta' protezzjoni adottati jkunux ġew implimentati sew u jekk ikunx hemm bżonn li jiġu riveduti;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni ta' din id-direttiva u tagħti bidu għal proċeduri ta' ksur mingħajr dewmien kontra l-Istati Membri kollha li jiksruha;

28.

Iħeġġeġ, b'mod konformi mal-viżjoni li spiss itennu l-assoċjazzjonijiet tal-vittmi tal-vjolenza sessista, biex jiġu ppruvati proċeduri li jbiddlu l-approċċ tradizzjonali dwar kif jitqies il-kunċett ta' protezzjoni fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri; jenfasizza li, pjuttost mill-konċentrazzjoni fuq miżuri għall-vittmi, kif spiss ikun il-każ, it-tekniki biex jiġu evitati r-riskji għandhom jinkludu miżuri ta' prevenzjoni, sorveljanza, kontroll u monitoraġġ tal-persuni li jikkawżaw il-ħsara, u li l-miżuri preventivi użati għandhom jinkludu, bħala prijorità, ir-riedukazzjoni obbligatorja għall-awturi tar-reati;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu eżami bir-reqqa tal-possibbiltajiet ta' kif itejbu l-leġiżlazzjoni relatata mal-EPO u l-implimentazzjoni effettiva tagħha fl-Istati Membri kollha tal-UE u appoġġ prattiku sabiex jiggarantixxu d-drittijiet għall-protezzjoni internazzjonali u għall-assistenza u l-appoġġ li jgawdu l-vittmi ta' vjolenza protetti fil-livell nazzjonali;

30.

Jistieden lill-aġenziji tal-UE bħall-FRA u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva b'mod regolari;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti bidu għal monitoraġġ u rappurtar tas-soċjetà ċivili sabiex ittejjeb il-funzjonament tal-istrument tal-EPO fl-Istati Membri u għal dan il-għan tagħmel fondi tal-UE disponibbli għall-NGOs;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel sejħiet għall-promozzjoni tar-riċerka dwar l-użu ta' ordnijiet ta' protezzjoni nazzjonali u Ewropej, u biex tikkoordina programmi biex tibda kampanji ta' sensibilizzazzjoni fi ħdan l-Istati Membri biex tinforma lill-vittmi tal-kriminalità bil-possibbiltà li japplikaw għal EPO u dwar il-miżuri protettivi transkonfinali;

33.

Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-ħidma tagħhom mal-NGOs u jipprovdu korsijiet ta' taħriġ obbligatorji bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem, orjentati lejn is-servizzi, prattiċi u intersezzjonali għall-uffiċjali pubbliċi kollha li jaħdmu mal-vittmi fuq bażi professjonali f'relazzjoni mal-EPO u li huma essenzjali għall-implimentazzjoni korretta ta' din id-direttiva; jenfasizza li taħriġ u korsijiet speċifiċi u regolari dwar l-EPOs għall-pulizija, il-persunal tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u għall-prattikanti legali, il-ħaddiema u l-assoċjazzjonijiet soċjali u l-NGOs li jittrattaw vittmi ta' vjolenza sessista għandhom jiġu stabbiliti fl-Istati Membri kollha; jitlob li l-persunal li jaħdem f'każijiet ta' vjolenza sessista jirċievi taħriġ adegwat dwar l-apprezzament tal-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa li jkunu vittmi ta' vjolenza u li jiġu allokati biżżejjed riżorsi sabiex il-vjolenza sessista tingħata prijorità;

34.

Jistieden lill-Istati Membri biex, minħabba l-fatt li l-misoġinija u s-sessiżmu għandhom għeruq fondi fis-soċjetajiet tagħna u l-fatt li t-tfal u l-adolexxenti qed ikunu dejjem aktar esposti għall-vjolenza onlajn, jinkludu edukazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nonvjolenza fil-kurrikulu tal-iskola primarja u sekondarja billi jaraw li l-istudenti jieħdu sehem f'diskussjonijiet u billi jagħmlu użu mill-opportunitajiet kollha possibbli tat-tagħlim;

35.

Jenfasizza li l-mezzi ġodda ta' komunikazzjoni, pereżempju permezz ta' pjattaformi diġitali, qed jintużaw bħala forma ġdida ta' vjolenza sessista li jinkludu wkoll it-theddid u l-fastidju; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membrji jinkludu dawn l-aspetti meta joħorġu u/jew jeżegwixxu EPO;

Rakkomandazzjonijiet ġenerali relatati mal-vjolenza sessista

36.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-protezzjoni taċ-ċittadini kollha, speċjalment dawk li jinsabu fl-aktar sitwazzjonijiet vulnerabbli, fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà, b'enfasi fuq il-vittmi tal-kriminalità bħat-traffikar tal-bnedmin jew il-vjolenza sessista, inklużi l-vittmi tat-terroriżmu, li wkoll jeħtieġu attenzjoni speċjali, appoġġ u rikonoxximent soċjali;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi kampanji biex tinkoraġġixxi lin-nisa jirrappurtaw kwalunkwe forma ta' vjolenza fuq il-bażi tas-sess, biex b'hekk jistgħu jkunu protetti u sabiex l-eżattezza tad-data dwar il-vjolenza sessista tkun tista' tittejjeb;

38.

Jenfasizza li, b'konformità mar-rapport ta' valutazzjoni mfassal mill-EPRS tal-Parlament, l-ewwel kawża tal-livelli differenti tal-użu tal-ordnijiet ta' protezzjoni nazzjonali u Ewropej hija li l-vittmi u ħafna professjonisti mhumiex konxji dwar il-possibbiltajiet li toffri din id-Direttiva; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri biex jassumu responsabbiltà sħiħa għaċ-ċittadini tagħhom u – bl-involviment tal-NGOs rilevanti – iniedu kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' sensitizzazzjoni intersezzjonali fit-tul dwar l-istrumenti disponibbli u l-użu tagħhom, li jkunu mmirati lejn a) is-soċjetà kollha kemm hi, b) il-vittmi potenzjali, speċjalment in-nisa b'ordnijiet ta' protezzjoni nazzjonali fis-seħħ, u c) il-professjonisti, bħall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, l-uffiċjali fis-sistema ġudizzjarja u dawk li jipprovdu għajnuna legali u s-servizzi soċjali u ta' emerġenza, li huma l-ewwel li jittrattaw il-vittmi; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tipprovdi finanzjament biex tniedi programmi ta' informazzjoni;

39.

Jirrikonoxxi l-eżistenza ta' portal tal-ġustizzja elettronika ġestit mill-Kummissjoni b'kontributi mill-Istati Membri; jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex testendi t-"taqsima tal-vittmi"eżistenti fi ħdan il-portal tal-ġustizzja elettronika u biex tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti dwar id-drittijiet tal-vittmi, inklużi linji gwida speċifiċi għall-pajjiżi dwar każijiet ta' vjolenza; jenfasizza l-ħtieġa li titfassal "taqsima tal-vittmi"bħala għodda prattika li tintuża faċilment u sors ta' informazzjoni li għandha tkun disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu sit web faċli għall-utent iddedikat għad-drittijiet tal-vittmi li jinkludi wkoll l-EPO u pjattaforma ta' rappurtar diġitali biex jiffaċilitaw l-identifikazzjoni ta' vjolenza sessista, u li tkun faċilment aċċessibbli pereżempju permezz ta' portali nazzjonali tal-informazzjoni dwar il-ġustizzja;

40.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżidu l-ħidma tagħhom mal-NGOs li jipproteġu lill-vittmi tal-vjolenza sabiex ifasslu strateġiji li jinkludu miżuri proattivi u reattivi fir-rigward tal-vjolenza sessista, il-funzjonament tal-istrument EPO u l-bidliet meħtieġa fil-leġiżlazzjoni u l-appoġġ;

41.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta att legali li jappoġġja lill-Istati Membri fil-prevenzjoni u t-trażżin ta' kull forma ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u tal-vjolenza sessista;

42.

Jistieden lill-Kunsill jattiva l-klawżola passerelle billi jadotta deċiżjoni unanima biex tiġi identifikata l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet (u forom oħra ta' vjolenza sessista) bħala reat kriminali skont l-Artikolu 83(1) tat-TFUE;

43.

Iħeġġeġ, bħala kwistjoni ta' urġenza, li tittieħed azzjoni li twassal għal konverġenza progressiva tal-leġiżlazzjoni dwar imġiba vjolenti li tirriżulta f'ordnijiet ta' protezzjoni; jenfasizza li attakki li jkollhom fil-mira n-nisa b'mod partikolari huma kwistjoni serja u għandhom ikunu punibbli bħala reat fl-Istati Membri kollha, u l-miżuri ta' protezzjoni f'każijiet ta' vjolenza sessista għandhom ukoll jinħarġu mill-qrati;

Għal qafas legali koerenti tal-UE li jipproteġi lill-vittmi

44.

Jilqa' l-iffirmar, fit-13 ta' Ġunju 2017, tal-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta' Istanbul, li ssegwi approċċ olistiku, komprensiv u kkoordinat, li jpoġġi d-drittijiet tal-vittma fiċ-ċentru u li għandu jkun konness b'mod sħiħ mal-EPO; jistieden lill-Istati Membri jikkonkludu adeżjoni wiesgħa mal-Konvenzjoni sabiex jipprevjenu l-vjolenza fuq in-nisa, jikkumbattu l-impunità u jipproteġu l-vittmi; jenfasizza l-importanza ta' dan l-istrument biex jingħeleb wieħed mill-ostakoli għall-applikazzjoni tal-EPOs, jiġifieri n-nuqqas ta' rikonoxximent ta' stalking bħala reat kriminali fl-Istati Membri kollha; f'konformità mar-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2017 dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul, jitlob lill-Kummissjoni taħtar koordinatur tal-UE dwar il-Vjolenza fuq in-Nisa li jkun responsabbli għall-koordinazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki, l-istrumenti u l-miżuri tal-UE sabiex tipprevjeni u tiġġieled il-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u jaġixxi bħala rappreżentant tal-UE għall-Kumitat tal-Partijiet għall-Konvenzjoni;

45.

Jistieden lill-Istati Membri kollha li għadhom m'għamlux dan, biex jirratifikaw u jinfurzaw bis-sħiħ il-Konvenzjoni ta' Istanbul u jallokaw riżorsi finanzjarji u umani adegwati għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza sessista, inkluż bl-għoti ta' setgħa lin-nisa u l-bniet, billi jipproteġu lill-vittmi u billi jgħinuhom jingħataw kumpens;

46.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw taħriġ, proċeduri u linji gwida xierqa għall-professjonisti kollha li jittrattaw il-vittmi tal-atti kollha ta' vjolenza koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul, sabiex jiġu evitati diskriminazzjoni jew rivittimizzazzjoni matul il-proċedimenti ġudizzjarji, mediċi, u dawk immexxija mill-pulizija;

47.

Jilqa' l-obbligu stipulat mill-Konvenzjoni ta' Istanbul li jiġu stabbiliti linji telefoniċi għall-għajnuna mingħajr ħlas mifruxa mal-istat kollu 24/7 sabiex dawk il-persuni li jċemplu jingħataw parir fir-rigward tal-forom kollha ta' vjolenza koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw din l-għodda f'każijiet rilevanti u jipprovdu lill-vittmi b'informazzjoni relatata mal-EPO;

48.

Jenfasizza li n-nuqqasijiet ġudizzjarji u prattiċi fl-implimentazzjoni ta' din id-direttiva jistgħu jiġu kontrobilanċjati mill-interazzjoni xierqa bejn id-diversi strumenti tal-UE għall-protezzjoni tal-vittmi, bħad-Deċiżjoni Qafas 2009/829/ĠAI dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja u d-Deċiżjoni Qafas dwar miżuri ta' probation, ir-Regolament (UE) Nru 606/2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili u d-Direttiva 2012/29/UE tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi dwar id-drittijiet, appoġġ u protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, li stabbiliet id-dritt li wieħed jirċievi informazzjoni u li jirċievi servizzi ta' interpretazzjoni u traduzzjoni ta' informazzjoni bla ħlas u li tadotta approċċ komprensiv għall-vittmi bi bżonnijiet speċjali, inklużi l-vittmi ta' vjolenza sessista;

49.

Jistieden lill-Istati Membri jinfurmaw lill-vittmi dwar miżuri oħra ta' protezzjoni fil-każ li l-istat ta' eżekuzzjoni ma jibqax jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-direttiva;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni bil-għan li tirrevedi l-istrumenti eżistenti ta' protezzjoni legali għall-vittmi tal-kriminalità u tistabbilixxi qafas legali koerenti tal-UE għaliha;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kif din id-direttiva hija applikata b'rabta mal-istrument relatat f'materji ċivili, jiġifieri r-Regolament (UE) Nru 606/2013 u biex tipproponi linji gwida dwar kif dawn iż-żewġ strumenti legali tal-UE li qegħdin ifittxu li jipproteġu lill-vittmi billi jirrikonoxxu miżuri ta' protezzjoni adottati skont proċeduri legali ċivili jew kriminali jistgħu jiġu applikati b'mod aktar effiċjenti mill-Istati Membri;

o

o o

52.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali u lill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.

(1)  ĠU L 131, 20.5.2017, p. 11.

(2)  ĠU L 131, 20.5.2017, p. 13.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2017)0329.

(4)  ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.

(5)  ĠU L 261, 6.8.2004, p. 15.

(6)  ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.

(7)  ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1.

(8)  ĠU L 338, 21.12.2011, p. 2.

(9)  ĠU L 181, 29.6.2013, p. 4.

(10)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 102.

(11)  ĠU L 294, 11.11.2009, p. 20.

(12)  ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.

(13)  ĠU C 187, 28.6.2011, p. 1.

(14)  ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

(15)  ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 53.

(16)  ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 35.

(17)  ĠU C 285, 29.8.2017, p. 2.

(18)  ĠU C 407, 4.11.2016, p. 2.

(19)  Ir-rapport tal-FRA bit-titolu "Violence against Women: an EU-wide survey. Main results report"(Il-vjolenza fuq in-nisa: stħarriġ madwar l-UE. Ir-rapport tar-riżultati ewlenin) juri li mara minn kull tlieta (33 %) esperjenzat vjolenza fiżika u/jew sesswali mill-età ta' 15-il sena; mara waħda minn kull ħamsa (18 %) esperjenzat stalking u mara waħda minn kull tnejn (55 %) ħabbtet wiċċha ma' xi forma jew aktar forom ta' fastidju sesswali. Minħabba dan, il-vjolenza kontra n-nisa ma tistax titqies bħala kwistjoni marġinali li tolqot biss il-ħajja ta' ftit nisa.

(20)  https://www.coe.int/en/web/conventions/full-list/-/conventions/treaty/210/signatures?desktop=true

(21)  L-istudju tal-EPRS bit-titolu "European Protection Order Directive 2011/99/EU – European Implementation Assessment jirrapporta li "huwa stmat li fl-2010 aktar minn 100 000 mara li għandhom residenza fl-UE kienu koperti minn miżuri ta' protezzjoni relatati ma' vjolenza sessista".


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/155


P8_TA(2018)0190

L-Implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja - sitwazzjoni attwali u segwitu

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja – sitwazzjoni attwali u segwitu (2018/2571(RSP))

(2019/C 390/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2012 dwar il-kontribut tal-istituzzjonijiet Ewropej għall-konsolidazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja (1),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 u tas-26 ta' Novembru 2013 dwar id-dimensjoni globali tal-edukazzjoni għolja Ewropea (2),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2011 intitlata "Insostnu t-tkabbir u l-impjiegi – aġenda għall-immodernizzar tas-sistemi ta' edukazzjoni għolja fl-Ewropa"(COM(2011)0567),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 u tad-29 ta' Novembru 2011 dwar l-immodernizzar tal-edukazzjoni għolja (3),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2012 intitolata "Reviżjoni tal-Edukazzjoni: Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar"(COM(2012)0669),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni 2006/143/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar iktar koperazzjoni Ewropea fl-assigurazzjoni tal-kwalità tal-edukazzjoni ogħla (4),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta ffirmata f'Bolonja fid-19 ta' Ġunju 1999 mill-Ministri tal-Edukazzjoni minn 29 pajjiż Ewropew (id-Dikjarazzjoni ta' Bolonja),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2015 dwar is-segwitu għall-implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja (5),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 2017 intitolata "It-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura"(COM(2017)0673),

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja - sitwazzjoni attwali u segwitu (O-000020/2018 – B8-0014/2018),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Proċess ta' Bolonja hu inizjattiva intergovernattiva li biha l-pajjiżi jimmiraw li jilħqu għanijiet komuni ta' djalogu miftuħ u kollaborattiv permezz ta' impenji maqbula fil-livell internazzjonali, biex b'hekk jingħata kontribut għall-bini ta' Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja (EHEA); billi l-edukazzjoni għolja ta' kwalità għolja hi element ewlieni fl-iżvilupp ta' soċjetà bbażata fuq l-għarfien wiesa' u avvanzata, li finalment tikkontribwixxi għall-bini ta' komunità stabbli, paċifika u tolleranti billi tiżgura opportunitajiet indaqs u edukazzjoni ta' kwalità aċċessibbli għal kulħadd;

B.

billi l-Proċess ta' Bolonja ppromwova l-mobbiltà billi saħħaħ l-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja u billi tejjeb il-kompatibbiltà u l-komparabbiltà ta' standards tas-sistemi ta' edukazzjoni għolja differenti, filwaqt li rrispetta l-prinċipji ta' libertà akkademika u tal-awtonomija istituzzjonali u ffoka fuq it-tisħiħ tal-kwalità tal-edukazzjoni għolja kif ukoll offra opportunitajiet indaqs għaċ-ċittadini;

C.

billi l-EHEA ġiet varata bil-għan li tiġi stabbilita sistema ta' tliet ċikli (baċellerat, masters u dottorat), u wkoll biex is-sistemi ta' edukazzjoni għolja Ewropej isiru aktar komparabbli u aktar attraenti madwar id-dinja;

D.

billi l-edukazzjoni hi waħda mill-pilastri ewlenin tas-soċjetà tagħna, u billi l-edukazzjoni għolja għandha rwol importanti x'taqdi biex trawwem l-iżvilupp personali u tal-ħiliet, tagħti spinta lill-impjegabbiltà, isaħħaħ il-parteċipazzjoni ċivili, iċ-ċittadinanza attiva u l-fehim interkulturali, tippromwovi l-valuri komuni kif ukoll tindirizza l-isfidi ta' dinja li qed tinbidel b'mod rapidu;

E.

billi l-Kummissjoni varat aġenda mġedda tal-UE għall-edukazzjoni għolja bil-għan li jiġu ssostni l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-edukazzjoni għolja; billi l-pajjiżi l-oħrajn fl-EHEA jistgħu jiġu inklużi b'mod gradwali f'dan il-proċess permezz ta' konsultazzjonijiet u ta' skambji tal-aħjar prattika;

F.

billi t-tfittxija għal EHEA miftuħa u inklużiva bbażata fuq il-kwalità u l-fiduċja reċiproka hija l-bażi tal-Proċess tal-Bolonja;

G.

billi l-Proċess ta' Bolonja u l-EHEA jħaddnu 48 pajjiż, inklużi bosta ġirien u sħab importanti tal-UE; billi l-Proċess ta' Bolonja jsaħħaħ l-effikaċja tas-sħubijiet ma' pajjiżi mhux membri tal-UE fl-edukazzjoni għolja u jipprovdi inċentivi għal riforma fl-edukazzjoni u f'oqsma oħra fil-pajjiżi rispettivi;

H.

billi, b'kunsiderazzjoni tal-progress inkonsistenti fl-implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja madwar l-EHEA u d-diffikultajiet iffaċċjati f'bosta każijiet fl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali maqbula, iż-żieda u t-titjib fil-mobbiltà għall-istudenti flimkien mad-diplomi konġunti jikkostitwixxu ż-żewġ kisbiet ewlenin tal-Proċess ta' Bolonja s'issa;

I.

billi fl-2015 il-Belarussja ġiet aċċettata fl-EHEA bil-kundizzjoni li tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-Pjan Direzzjonali għar-Riforma tal-Edukazzjoni Għolja fil-Belarussja; billi l-awtoritajiet tal-Belarussja naqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom sal-aħħar tal-2017 u għandhom jaraw li r-riformi tagħhom jinġiebu lura fi triqithom;

1.

Jappella lill-pajjiżi parteċipanti jsaħħu l-parteċipazzjoni politika tagħhom u jrawmu l-kooperazzjoni reċiproka fl-implimentazzjoni tal-għanijiet maqbula b'mod komuni madwar l-EHEA, kif ukoll biex jiżviluppaw, fejn meħtieġ, l-oqsfa leġiżlattivi xierqa sabiex jikkonsolidaw l-iżvilupp tagħha, isaħħu l-kredibbiltà tagħha u jagħmluha punt ta' riferiment għal eċċellenza akkademika madwar id-dinja, filwaqt li jsaħħu l-opportunitajiet għall-mobbiltà bil-għan li jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-akbar numru ta' studenti possibbli;

2.

Jappella lill-pajjiżi parteċipanti jiżguraw mekkaniżmi trasparenti, aċċessibbli u ġusti għall-allokazzjoni tal-għotjiet u tal-allowances għall-mobbiltà; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex iżidu l-baġits għall-edukazzjoni tagħhom sabiex jiżguraw li l-edukazzjoni għolja pubblika tkun bla ħlas u aċċessibbli għal kulħadd, bil-għan li jrawmu t-tagħlim tul il-ħajja;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi parteċipanti jiffaċilitaw ir-rikonoxximent tal-perjodi ta' studju akkademiku u tal-krediti miksuba barra 'l pajjiż, kif ukoll il-kwalifiki għal finijiet akkademiċi u professjonali, u biex jiżviluppaw sistemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità; jinsisti li l-Unjoni, l-Istati Membri u l-universitajiet għandhom jistabbilixxu arranġamenti biex jagħtu appoġġ finanzjarju u amministrattiv lill-istudenti, lill-akkademiċi u lill-persunal minn sfondi żvantaġġjati permezz ta' finanzjament adegwat, inkluż biex jipparteċipaw fi skemi ta' mobbiltà, kif ukoll li jiftħu l-aċċess għall-edukazzjoni għolja billi jwessgħu l-opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja fil-livell akkademiku, biex iħeġġu forom kumplementari ta' tagħlim bħall-edukazzjoni mhux formali u informali u jistabbilixxu mogħdijiet ta' tagħlim aktar miftuħa billi jneħħu l-ostakoli eżistenti bejn il-livelli ta' edukazzjoni differenti;

4.

Jistieden lill-partijiet interessati u lill-istituzzjonijiet rilevanti biex isibu soluzzjoni għall-problema ta' ċikli qosra fejn eżami ta' kwalifika għad-dħul fl-università hu meħtieġ għall-aċċess u l-ammissjoni għal programm ta' lawrija għall-Baċellerat;

5.

Jappella lill-pajjiżi tal-EHEA biex irawmu mobbiltà aktar inklużiva tal-istudenti, l-għalliema, ir-riċerkaturi u l-persunal amministrattiv, peress li l-mobbiltà tikkontribwixxi kemm għall-iżvilupp personali u professjonali tagħhom kif ukoll biex tittejjeb il-kwalità tal-fehim, tat-tagħlim, tar-riċerka u l-amministrazzjoni; jirrakkomanda li l-mobbiltà tiġi inkluża fil-programmi edukattivi u biex jittejjeb it-tagħlim tal-lingwi barranin; jappella lill-Istati Membri biex jipprovdu finanzjament pubbliku xieraq u jagħmlu użu aktar effikaċi minn dan il-finanzjament biex jiżguraw li l-istudenti u r-riċerkaturi jkollhom ir-riżorsi meħtieġa biex jistudjaw barra l-pajjiż, kif ukoll biex l-isfond soċjali u ekonomiku tagħhom ma jostakolahomx;

6.

Jenfasizza li t-tixrid tal-għarfien, ir-riċerka u x-xjenza madwar il-pajjiżi tal-EHEA jifforma parti ewlenija mill-istrateġija tal-UE wara l-2020 u jikkontribwixxi bil-qawwa għat-trawwim taċ-ċittadinanza Ewropea;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Konferenza Ministerjali ta' Yerevan tal-2015 rigward il-kwalità tat-tagħlim u l-fehim u t-trawwim tal-impjegabbiltà tal-gradwati matul il-ħajja tax-xogħol tagħhom;

8.

Jisħaq fuq l-importanza li tittejjeb id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni għolja; jappella lill-pajjiżi tal-EHEA biex jimplimentaw b'effikaċja l-istrateġija dwar id-dimensjoni soċjali u jipprovdu opportunitajiet konkreti biex l-istudenti b'diżabbiltà u dawk li jiġu minn sfondi żvantaġġjati jkollhom aċċess għall-edukazzjoni għolja u jkunu jistgħu jikkompletawha;

9.

Jappella lill-pajjiżi tal-EHEA biex jiżguraw li l-konsultazzjonijiet u l-valutazzjonijiet kritiċi tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja tagħhom jitwettqu fil-livell internazzjonali, u biex jaħdmu favur approċċ ikkoordinat aħjar biex jimplimentaw ir-riformi maqbula b'mod komuni sabiex jilħqu l-għanijiet tal-Proċess ta' Bolonja, kif ukoll jaħdmu favur ir-rikonoxximent effikaċi tal-edukazzjoni mhux formali u t-tagħlim informali biex isaħħu l-impjegabbiltà u l-parteċipazzjoni ċivika tal-istudenti;

10.

Jissottolinja l-bżonn ta' aċċess akbar għall-gruppi sottorappreżentati, partikolarment bl-istabbiliment ta' objettivi kwantitativi ddefiniti fir-rigward tar-rati ta' aċċess u ta' tlestija; jisħaq fuq l-importanza ta' garanzija u l-promozzjoni tal-aċċess għar-rifuġjati u għal dawk li jfittxu l-asil għall-istituzzjonijiet kollha tal-EHEA, u jfakkar li l-attrazzjoni tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa tinsab ukoll fil-ħila tagħha li tkopri l-istudenti mingħajr l-ebda diskriminazzjoni;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni timmonotorja l-għanijiet tad-dimensjoni soċjali tal-Proċess ta' Bolonja, kif ukoll għanijiet oħrajn ta' inklużività usa';

12.

Jappella biex il-Konferenza Ministerjali li ser issir aktar tard din is-sena f'Pariġi tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-għan stipulat matul l-aħħar Konferenza Ministerjali (Yerevan, Mejju 2015) li jiġi kkompletat l-istabbiliment tal-EHEA;

13.

Jitlob li l-Konferenza Ministerjali tal-EHEA għall-2018 f'Pariġi tipprovdi valutazzjoni kritika tal-Proċess ta' Bolonja bil-għan li (a) jiġu identifikati l-ostakoli li fadal, u s-soluzzjonijiet possibbli u tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-impenji, (b) jiġu appoġġjati pajjiżi li waqgħu lura fl-implimentazzjoni tal-impenji ewlenin tal-Proċess ta' Bolonja permezz ta' titjib fil-bini tal-kapaċitajietà, u bl-iżvilupp ta' mekkaniżmi u proċeduri speċifiċi biex jindirizzaw każijiet ta' nuqqas ta' konformità, u (ċ) jiġu esplorati għanijiet ġodda għall-EHEA wara l-2020 u jiġi msaħħaħ id-djalogu fost il-gvernijiet, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-istituti ta' riċerka, biex b'hekk jingħata kontribut għall-bini ta' EHEA aktar integrata, ta' kwalità għolja, inklużiva, attraenti u kompetittiva;

14.

Jappella lill-pajjiżi tal-EHEA biex iżommu lill-Belarussja fuq l-aġenda tal-EHEA; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi riżorsi għall operazzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjoni għar-Riforma tal-Edukazzjoni Għolja fil-Belarussja;

15.

Jappella lis-Segretarjat tal-Grupp ta' Segwitu ta' Bolonja biex jimmonitorja r-rapporti li l-istess linji gwida ġew implimentati b'mod differenti f'pajjiżi EHEA differenti u li l-isfondi u l-livelli ta' riżorsi differenti wasslu għal differenzi sinifikanti fost l-istituzzjonijiet tal-EHEA;

16.

Jissottolinja l-importanza li jissaħħu u jinħolqu opportunitajiet għal dibattitu soċjali dwar is-settur tal-edukazzjoni għolja u dwar l-isfidi ffaċċjati mill-partijiet intressati; jenfasizza dwar l-importanza tat-trawwim tal-parteċipazzjoni tal-istudenti, riċerkaturi, għalliema u persunal mhux akkademiku fil-governanza tal-edukazzjoni għolja;

17.

Jisħaq fuq il-bżonn li jiżdied il-finanzjament pubbliku fl-edukazzjoni u li tiġi rispettata l-mira tal-UE ta' 3 % tal-PDG tal-Unjoni fir-riċerka u l-iżvilupp sal-2020;

18.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 24.

(2)  ĠU C 28, 31.1.2014, p. 2.

(3)  ĠU C 372, 20.12.2011, p. 36.

(4)  ĠU L 64, 4.3.2006, p. 60.

(5)  ĠU C 346, 21.9.2016, p. 2.


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/158


P8_TA(2018)0092

Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika UE/Libanu: il-parteċipazzjoni tal-Libanu fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Libaniża fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (11967/2017 – C8-0344/2017 – 2017/0199(NLE))

(Approvazzjoni)

(2019/C 390/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11967/2017),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Libaniża fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (11928/2017),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li jipparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri (1),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0344/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0352/2017),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Libaniża.

(1)  ĠU L 185, 18.7.2017, p. 1.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/159


P8_TA(2018)0093

Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Mauritius: l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius (12476/2017– C8-0445/2017 – 2017/0223(NLE))

(Approvazzjoni)

(2019/C 390/24)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12476/2017),

wara li kkunsidra l-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius (12479/2017),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0445/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0053/2018),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Mauritius.

18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/160


P8_TA(2018)0094

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali rigward prodotti agrikoli ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (13357/2017 – C8-0434/2017 – 2017/0259(NLE))

(Approvazzjoni)

(2019/C 390/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13357/2017),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (13471/2017),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0434/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0126/2018),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja.

18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/161


P8_TA(2018)0096

Inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima (COM(2016)0479 – C8-0330/2016 – 2016/0230(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2019/C 390/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0479),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0330/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-23 ta' Marzu 2017 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Diċembru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0262/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 75, 10.3.2017, p. 103.

(2)  ĠU C 272, 17.8.2017, p. 36.

(3)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-13 ta' Settembru 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0339).


P8_TC1-COD(2016)0230

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/ … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/841.)


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/163


P8_TA(2018)0097

Tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima (COM(2016)0482 – C8-0331/2016 – 2016/0231(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2019/C 390/27)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0482),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0331/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-23 ta' Marzu 2017 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-17 ta' Jannar 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0208/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 75, 10.3.2017, p. 103.

(2)  ĠU C 272, 17.8.2017, p. 36.

(3)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-14 ta' Ġunju 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0256).


P8_TC1-COD(2016)0231

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/842.)


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/165


P8_TA(2018)0098

L-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (COM(2017)0481 – C8-0307/2017 – 2017/0219(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2019/C 390/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0481),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0307/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2017 dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-fondazzjonijiet politiċi fuq livell Ewropew (1),

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Marzu 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0373/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2017)0274.


P8_TC1-COD(2017)0219

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE, Euratom) 2018/673.)


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/166


P8_TA(2018)0099

Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (COM(2016)0765 – C8-0499/2016 – 2016/0381(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2019/C 390/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0765),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0499/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mis-Senat Netherlandiż u mill-Kamra tar-Rappreżentanti Netherlandiża, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' April 2017 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Lulju 2017 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-31 ta' Jannar 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0314/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 246, 28.7.2017, p. 48.

(2)  ĠU C 342, 12.10.2017, p. 119.


P8_TC1-COD(2016)0381

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018 / ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2018/844.)


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/168


P8_TA(2018)0106

L-ebda oġġezzjoni għal att delegat: Trademark tal-Unjoni Ewropea

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew biex ma jitqajmux oġġezzjonijiet għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430 (C(2018)01231 – 2018/2618(DEA))

(2019/C 390/30)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2018)01231) (“regolament delegat emendat”),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-23 ta' Marzu 2018, li fiha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se jqajjem oġġezzjonijiet għar-Regolament Delegat,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tas-27 ta' Marzu 2018,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (1), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) (2) u li ġie kodifikat bħala r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (3),

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1431 tat-18 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (4), li fih referenzi aġġornati għar-Regolament (UE) 2017/1001,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra li l-ebda oppożizzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fis-17 ta’ April 2018,

A.

billi r-Regolament (KE) Nru 207/2009 ġie kodifikat bħala r-Regolament (UE) Nru 2017/1001;

B.

billi r-referenzi li jinsabu f'regolament delegat għandhom jirriflettu r-rinumerazzjoni tal-Artikoli li jirriżultaw mill-kodifikazzjoni tal-att bażiku;

C.

billi r-Regolament Delegat (UE) 2017/1430 tat-18 ta' Mejju 2017 li jissupplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trademark Komunitarja u li jirrevoka r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 u (KE) Nru 216/96 (5) għandu għalhekk jiġi revokat u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament Delegat għandhom jiġu stabbiliti, b'referenzi aġġornati mar-Regolament (UE) 2017/1001, fir-Regolament Delegat emendat;

D.

billi r-regolament delegat emendat, għalhekk, ma jinvolvi ebda tibdil fis-sustanza tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430;

E.

billi l-pubblikazzjoni rapida, tar-regolament delegat emendat, fil-Ġurnal Uffiċjali tippermetti data bikrija ta' applikazzjoni u tiżgura l-kontinwità fl-operat tar-reġim transizzjonali previst fid-dispożizzjonijiet finali tar-regolament delegat emendat;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 341, 24.12.2015, p. 21.

(3)  ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1.

(4)  ĠU L 205, 8.8.2017, p. 39.

(5)  ĠU L 205, 8.8.2017, p. 1.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/170


P8_TA(2018)0107

Perijodu għad-disa' elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tiffissa l-perijodu għad-disa' elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (07162/2018 – C8-0128/2018 – 2018/0805(CNS))

(Konsultazzjoni)

(2019/C 390/31)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (07162/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu, tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (1), skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0128/2018),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2015 dwar ir-riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2018 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0145/2018),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.

Ifakkar fil-proposta tiegħu, annessa mar-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea, li l-Parlament Ewropew ikollu s-setgħa, wara li jikkonsulta lill-Kunsill, li jiddetermina l-perijodu elettorali;

3.

Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta' Settembru 1976 (ĠU L 278, 8.10.1976, p. 1.), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/81/Euratom, KEFA, KEE (ĠU L 33, 9.2.1993, p. 15) u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom (ĠU L 283, 21.10.2002, p. 1.).

(2)  ĠU C 366, 27.10.2017, p. 7.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2018)0029.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/171


P8_TA(2018)0108

Konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-UE u l-Awstralja ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (15467/2016 – C8-0327/2017 – 2016/0367(NLE))

(Approvazzjoni)

(2019/C 390/32)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15467/2016),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (09776/2016),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 207, l-Artikolu 212(1), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0327/2017),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-18 ta’ April 2018 (1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0110/2018),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Awstralja.

(1)  Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2018)0109.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/172


P8_TA(2018)0109

Ftehim Qafas bejn l-UE u l-Awstralja (Riżoluzzjoni)

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (15467/2016 – C8-0327/2017 – 2016/0367(NLE) – 2017/2227(INI))

(2019/C 390/33)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15467/2016),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim Qafas (FA) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra (09776/2016),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207 u 212(1), u flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0327/2017),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP), kif adottata mill-Assemblea Ġenerali fit-13 ta' Settembru 2007,

wara li kkunsidra l-Qafas ta' Sħubija UE-Awstralja ffirmat f'Ottubru 2008, li għandu jiġi ssostitwit mill-FA,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja adottata fil-Lussemburgu fis-26 ta' Ġunju 1997,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-ftuħ tan-negozjati tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles (FTA) mal-Awstralja u ma' New Zealand (1) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 li tinkludi r-rakkomandazzjoni tal-Parlament lill-Kunsill dwar il-mandat ta' negozjar propost għan-negozjati kummerċjali mal-Awstralja (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-15 ta' Novembru 2015 tal-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, u tal-Prim Ministru tal-Awstralja, Malcolm Turnbull,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-22 ta' April 2015 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Awstraljan bit-titolu "Lejn sħubija aktar mill-qrib bejn l-UE u l-Awstralja",

wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Awstralja f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġjar ta' kriżijiet, iffirmat fl-2015 (3),

wara li kkunsidra l-Ftehim Amministrattiv bejn l-Awstralja u l-Unjoni Ewropea, li ntlaħaq ftehim dwaru f'Diċembru 2014 u li jistabbilixxi programm għal relazzjoni diplomatika,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Rikonoxximent Reċiproku dwar iċ-Ċertifikazzjoni tal-Istandards, iffirmat fl-1999 (4), u l-Ftehim UE-Awstralja li jemenda l-ftehim imsemmi hawn fuq fl-2012 (5),

wara li kkunsidra l-Ftehim tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) UE-Awstralja ffirmat fid-29 ta' Settembru 2011 (6),

wara li kkunsidra l-Ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni kklassifikata bejn l-Awstralja u l-Unjoni Ewropea, iffirmat fit-13 ta' Jannar 2010 (7),

wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja, iffirmat fl-1994 (8),

wara li kkunsidra t-38 laqgħa interparlamentari UE-Awstralja (IPM), li saret fi Strasburgu bejn l-4 u l-5 ta' Ottubru 2017,

wara li kkunsidra l-ewwel Forum ta' Tmexxija UE-Awstralja li sar f'Sydney f'Ġunju 2017 u li laqqa' flimkien il-mexxejja politiċi u l-kapijiet tan-negozju, l-akkademiċi, il-midja u s-soċjetà ċivili;

wara li kkunsidra l-White Paper dwar il-Politika Esterna ppubblikata mill-Gvern Awstraljan f'Novembru 2017 li tiddeskrivi l-prijoritajiet u l-isfidi tal-Awstralja fix-xena esterna u tissottolinja l-importanza primarja tal-hekk imsejjaħ reġjun Indo-Paċifiku għall-Awstralja,

wara li kkunsidra l-fatt li l-White Paper dwar il-Politika Esterna tistabbilixxi r-rwoli ewlenin li għandhom l-Istati Uniti u ċ-Ċina fir-reġjun Indo-Paċifiku u fil-politika esterna tal-Awstralja, filwaqt li tagħmel referenza għall-importanza tar-relazzjonijiet tal-Awstralja mal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha,

wara li kkunsidra r-Reviżjoni tal-Politiki dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2017 li l-Gvern Awstraljan ħareġ f'Diċembru 2017,

wara li kkunsidra d-dokument tal-Gvern Awstraljan bit-titolu "Australian climate change science: a national framework", ippubblikat fl-2009,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-18 ta’ April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0119/2018),

A.

billi fis-7 ta' Awwissu 2017 l-UE u l-Awstralja kkonkludew FA; billi r-relazzjoni b'saħħitha u mill-qrib bejn l-Awstralja u l-UE u l-Istati Membri tagħha għandha għeruq storiċi li jmorru lura fiż-żmien u hija bbażata fuq valuri u prinċipji komuni, bħar-rispett tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-istat tad-dritt, inkluż id-dritt internazzjonali, il-paċi u s-sigurtà; billi r-rabtiet bejn in-nies huma profondi u dejjiema;

B.

billi l-UE u l-Awstralja fl-2017 iċċelebraw 55 sena ta' kooperazzjoni u relazzjonijiet diplomatiċi; billi din ir-relazzjoni kisbet dinamiżmu mġedded fl-aħħar ftit snin; billi l-Istati Membri kollha stabbilew relazzjonijiet diplomatiċi mal-Awstralja u 25 minnhom għandhom ambaxxati f'Canberra;

C.

billi l-White Paper dwar il-Politika Barranija tal-Gvern Awstraljan tgħid li "Unjoni Ewropea b'saħħitha tibqa' vitali għall-interessi tal-Awstralja u se tkun sieħeb dejjem aktar importanti fil-protezzjoni u l-promozzjoni ta' ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli"; billi l-White Paper tissottolinja l-bżonn li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib mal-UE u l-Istati Membri tagħha "dwar sfidi bħat-terroriżmu, il-proliferazzjoni ta' armi tal-qerda massiva (AQM), l-iżvilupp sostenibbli u d-drittijiet tal-bniedem";

D.

billi l-UE u l-Awstralja huma involuti f'kooperazzjoni u djalogu ma' pajjiżi fix-Xlokk tal-Asja, inkluż permezz tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN), il-Forum Reġjonali tal-ASEAN (ARF), il-Laqgħa Asja-Ewropa (ASEM) u s-Summit tal-Asja tal-Lvant (EAS); billi l-Awstralja hija membru fundatur tal-Forum tal-Gżejjer tal-Paċifiku (PIF) u għandha sħubija strateġika mal-ASEAN; billi bejn is-17 u t-18 ta' Marzu 2018, l-Awstralja se tospita Summit Speċjali bejn l-ASEAN u l-Awstralja;

E.

billi l-UE, bħala attur globali, għandha ssaħħaħ aktar il-preżenza tagħha fiż-żona tal-Asja-Paċifiku kbira u dinamika, fejn l-Awstralja hija sieħeb naturali tal-UE kif ukoll attur importanti hi stess; billi reġjun tal-Asja-Paċifiku li jkun stabbli, paċifiku u bbażat fuq ir-regoli, b'konformità mal-prinċipji u l-istandards tagħna, huwa utli għas-sigurtà u l-interessi tal-UE nnifisha;

F.

billi l-UE u l-Awstralja huma allinjati mill-qrib dwar kwistjonijiet relatati mal-politika barranija, bħal dawk li għandhom x'jaqsmu mal-Ukrajna, ir-Russja, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) u l-Lvant Nofsani;

G.

billi l-Awstralja għandha rabtiet politiċi, ta' sigurtà u ta' difiża mill-qrib mal-Istati Uniti li huma kompatibbli mar-rabtiet dejjem jikbru tagħha maċ-Ċina, li magħha tmantni Sħubija Strateġika Komprensiva;

H.

billi fl-2016 l-UE kienet it-tieni l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Awstralja – it-tieni sors ta' importazzjonijiet (19,3 %) u t-tielet destinazzjoni għall-esportazzjonijiet (10,3 %) tagħha – u billi ż-żewġ naħat jikkondividu firxa wiesgħa ta' interessi ekonomiċi; billi fl-2015, l-istokk ta' investiment dirett barrani tal-UE fl-Awstralja kien jammonta għal EUR 117.7 biljun u l-istokk ta' investiment dirett Awstraljan fl-UE kien ta' EUR 21.7 biljun;

I.

billi l-Awstralja hija impenjata bis-sħiħ favur il-kummerċ ħieles u kkonkludiet FTAs bilaterali ma' pajjiżi importanti fl-Asja tal-Lvant – iċ-Ċina, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel, Singapore, il-Malasja u t-Tajlandja – (kif ukoll ftehim reġjonali mal-ASEAN) u ma' New Zealand, iċ-Ċilì, l-Istati Uniti u l-Perù, u l-ftehim PACER Plus mal-Gżejjer tal-Paċifiku;

J.

billi fit-23 ta' Jannar 2018, l-Awstralja u 10 pajjiżi oħra li jinsabu fi fruntiera mal-Oċean Paċifiku ħabbru li kienu laħqu ftehim dwar patt kummerċjali trans-Paċifiku, l-hekk imsejjaħ Ftehim Komprensiv u Progressiv għas-Sħubija Trans-Paċifika (CPTPP), li ġie ffirmat fiċ-Ċilì fit-8 ta' Marzu 2018; billi attwalment l-Awstralja qed tinnegozja għadd kbir ta' ftehimiet kummerċjali, inkluża s-Sħubija Ekonomika Komprensiva Reġjonali (RCEP) imnedija f'Summit tal-ASEAN fl-2012;

K.

billi l-Awstralja, pajjiż li huwa impenjat favur il-governanza globali internazzjonali, f'ħames okkażjonijiet kienet membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (KSNU) u kienet membru attiv tal-G20 mit-twaqqif tiegħu, u fl-2014 ippresediet is-summit tiegħu f'Brisbane f'kooperazzjoni tajba ħafna mal-UE; billi riċentament l-Awstralja ġiet eletta fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;

L.

billi l-Awstralja bagħtet truppi biex jingħaqdu fil-Koalizzjoni Globali kontra d-Da'esh fl-Iraq u s-Sirja; billi fl-Afganistan, l-Awstralja kienet l-akbar kontributur mhux membru tan-NATO ta' truppi fil-Forza Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà (ISAF);

M.

billi l-Awstralja kkontribwiet għal bosta missjonijiet taż-żamma tal-paċi appoġġjati min-NU fi tliet kontinenti kif ukoll f'Papua New Guinea u l-Gżejjer Solomon;

N.

billi fl-2014 l-Awstralja kkontribwiet għall-ewwel darba għal missjoni tal-immaniġġjar tal-kriżi mmexxija mill-UE, l-EUCAP Nestor, fil-Qarn tal-Afrika; billi l-flotta Awstraljana qed twettaq operazzjonijiet kontra l-piraterija u kontra t-terroriżmu fi ħdan il-Forzi Marittimi Kombinati fil-Qarn tal-Afrika u fl-Oċean Indjan tal-Punent;

O.

billi ċittadini Awstraljani ġewwa u barra l-fruntieri ta' pajjiżhom sofrew minn għadd ta' attakki terroristiċi ta' oriġini Iżlamista radikali; billi l-UE u l-Awstralja t-tnejn jikkooperaw f'attivitajiet kontra t-terroriżmu, inkluża azzjoni li tiġġieled l-estremiżmu vjolenti, sforzi biex itemmu l-finanzjament tal-organizzazzjonijiet terroristiċi u l-koordinazzjoni ta' proġetti speċifiċi għall-bini tal-kapaċità;

P.

billi ċ-Ċentru ta' Jakarta għal Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (JCLEC), li huwa inizjattiva Awstraljana-Indoneżjana, għandu l-għan li jtejjeb l-għarfien espert tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-Asja tax-Xlokk fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata transnazzjonali u rċieva wkoll fondi tal-UE;

Q.

billi f'Ottubru 2017 il-Gvern Awstraljan nieda l-istrateġija internazzjonali ta' impenn ċibernetiku bil-għan li tindirizza kwistjonijiet bħall-kummerċ diġitali, iċ-ċiberkriminalità, is-sigurtà internazzjonali u l-gvern elettroniku;

R.

billi l-Awstralja appoġġat lill-Filippini fil-promozzjoni tas-sigurtà u fil-ġlieda kontra l-ġiħadiżmu;

S.

billi l-UE u l-Awstralja jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni fid-Djalogu annwali tal-Uffiċjali Għoljin UE-Awstralja dwar Kwistjonijiet ta' Migrazzjoni, Asil u Diversità; billi l-Proċess ta' Bali dwar il-Kuntrabbandu tal-Persuni, it-Traffikar tal-Bnedmin u l-Kriminalità Transnazzjonali Relatata huwa kopresedut mill-Awstralja;

T.

billi l-Awstralja għandha introjtu per capita għoli ħafna u hija soċjetà miftuħa, demokratika u multikulturali; billi persuna minn kull erbgħa tal-popolazzjoni tagħha twieldet barra mill-pajjiż u billi, mill-1945, madwar seba' miljun migrant permanenti, inklużi bosta li oriġinaw mill-Ewropa, marru jgħixu fl-Awstralja; billi l-Awstralja tinsab f'sitwazzjoni ġeografika speċjali li tokkupa żona vasta bejn l-Oċean Indjan u n-Nofsinhar tal-Paċifiku;

U.

billi fl-FA l-Awstralja u l-UE jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom favur il-kooperazzjoni dwar it-tibdil fil-klima; billi r-Reviżjoni tal-Politiki dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2017 tenniet mill-ġdid l-impenn tal-Awstralja li tiġġieled din it-theddida;

V.

billi l-Awstralja tħabbat wiċċha ma' impatti ekonomiċi u ambjentali sinifikanti li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima f'għadd ta' setturi, inklużi s-sigurtà tal-ilma, l-agrikoltura, il-komunitajiet ta' max-xtut u l-infrastruttura;

W.

billi l-Awstralja, bħala membru tal-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) tal-OECD, hija partikolarment impenjata li tappoġġja l-governanza tajba u t-tkabbir ekonomiku f'Papua New Guinea, fl-Indoneżja, f'Timor-Leste u fi gżejjer Paċifiċi u f'pajjiżi Asjatiċi oħrajn, fejn l-UE u l-Istati Membri tagħha huma wkoll donaturi ewlenin;

X.

billi l-Gvern Awstraljan qed jinvesti fi programmi bħalma huma l-Programm ta' Xjenza Awstraljan għat-Tibdil fil-Klima (Australian Climate Change Science Programme) u l-Programm ta' Riċerka dwar l-Impatti tat-Tibdil fil-Klima u l-Adattament għaliha (Climate Change Impacts and Adaptation Research Programme) tal-Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali (Natural Resource Management), biex jgħin lil min jieħu d-deċiżjonijiet jifhem u jimmaniġġja l-impatti probabbli tat-tibdil fil-klima;

Y.

billi l-Awstralja stabbiliet qafas nazzjonali u Grupp ta' Koordinazzjoni ta' Livell Għoli biex tiżviluppa pjan ta' implimentazzjoni għax-xjenza dwar il-bidla fil-klima, li jipprovdu approċċ ikkoordinat sabiex tindirizza l-kwistjoni fil-komunitajiet madwar il-pajjiż;

Z.

billi fl-10 ta' Novembru 2016, l-Awstralja rratifikat il-Ftehim ta' Pariġi u l-emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kjoto, u b'hekk saħħet l-impenn tagħha li tieħu azzjoni dwar it-tibdil fil-klima, u żviluppat sensiela ta' politiki biex tnaqqas l-emissjonijiet domestiċi u tappoġġa l-azzjoni globali;

AA.

billi l-pjan dwar it-tibdil tal-klima tal-Gvern Awstraljan jinkludi li l-emissjonijiet jitnaqqsu b'5 % mil-livelli tal-2000 sal-2020 u b'26-28 % mil-livelli tal-2005 sal-2030, kif ukoll li tirdoppja l-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli tal-pajjiż sal-2020;

AB.

billi l-Gvern Awstraljan kellu rwol ewlieni fl-appoġġ tas-servizzi meteoroloġiċi nazzjonali tal-Paċifiku u l-organizzazzjonijiet reġjonali biex iwaqqfu sistemi ta' twissija bikrija dwar il-klima u t-temp;

1.

Jilqa' l-konklużjoni tal-abbozz tal-FA, li se jipprovdi strument legalment vinkolanti sabiex ir-relazzjonijiet bilaterali UE-Awstralja jitjiebu u jissaħħew u sabiex tiżdied il-kooperazzjoni f'oqsma bħall-politika esterna u l-kwistjonijiet ta' sigurtà, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, l-iżvilupp globali u l-għajnuna umanitarja, il-kwistjonijiet ekonomiċi u kummerċjali, il-ġustizzja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-kultura, l-agrikoltura, l-affarijiet marittimi u s-sajd, fid-dawl tal-isfidi globali bħat-tibdil fil-klima, il-migrazzjoni, is-saħħa pubblika u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda massiva (AQM);

2.

Jenfasizza li l-UE u l-Awstralja huma sħab b'saħħithom u li jaħsbuha l-istess b'relazzjoni bilaterali profonda u li t-tnejn jikkondividu l-valuri u l-prinċipji tad-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, iżommu rabtiet politiċi u ekonomiċi dejjem aktar b'saħħithom u jgawdu konnessjonijiet kulturali, akkademiċi u bejn in-nies li huma mill-qrib u attivi;

3.

Jissottolinja l-valur speċjali għall-UE u l-Awstralja, bħala sħab bl-istess viżjoni dinjija, li jikkooperaw fuq livell bilaterali u multilaterli dwar kwistjonijiet reġjonali u globali; jenfasizza l-vantaġġ li l-UE u l-Awstralja jaġixxu flimkien fin-NU u fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), kif ukoll f'entitajiet bħall-G20, sabiex jippreservaw u jsaħħu ordni globali bbażat fuq il-kooperazzjoni u r-regoli f'dinja kumplessa u li qed tinbidel li qed tiffaċċja inċertezza kbira;

4.

Jilqa' t-twaqqif ta' kumitat konġunt fil-qafas tal-FA sabiex jippromwovi l-implimentazzjoni effettiva tal-ftehim u jżomm il-koerenza ġenerali fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Awstralja;

5.

Jappoġġja t-tnedija li ġejja tan-negozjati għall-ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Awstralja, li jridu jitwettqu fi spirtu ta' reċiproċità, trasparenza, responsabilità u benefiċċju reċiproku, filwaqt li titqies ukoll is-sensittività ta' ċerti prodotti, bħal dawk agrikoli, minħabba l-fatt li l-Awstralja hija esportatur agrikolu ewlieni; iħeġġeġ liż-żewġ sħab ikollhom livell għoli ta' ambizzjoni fil-qasam tas-servizzi; jenfasizza li fin-negozjati l-UE għandha tqis il-ħtiġijiet u t-talbiet tal-SMEs, u mhux tbaxxi l-istandards ambjentali, soċjali u tax-xogħol; jirrimarka dwar it-tnedija f'waqtha ta' dawn in-negozjati, peress li l-Awstralja diġà kkonkludiet bosta FTAs ma' pajjiżi importanti fl-Asja tal-Lvant u l-Paċifiku u waslet biex tikkonkludi ftehimiet bħal dawn ma' pajjiżi rilevanti oħra;

6.

Jissottolinja r-rwol attiv tal-Awstralja fil-programmi ta' kooperazzjoni għal edukazzjoni għolja tal-UE permezz tal-programm Edukazzjoni Bilaterali UE-Awstralja u jinnota b'mod pożittiv li mill-2015 l-universitajiet Awstraljani jistgħu jidħlu fi ftehimiet ta' mobilità Erasmus+; jinnota li din il-kooperazzjoni għandha tissaħħaħ aktar biex tippromovi benefiċċji reċiproki għall-istudenti u r-riċerkaturi u tpoġġihom f'pożizzjoni li jakkwistaw ħiliet multikulturali u innovattivi;

7.

Ifakkar li l-UE u l-Awstralja huma sħab importanti fil-kooperazzjoni dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni bil-għan li jikkontribwixxu għal żvilupp ekonomiku sostenibbli u bħala mezz biex tkompli tinbena soċjetà bbażata fuq l-għarfien;

8.

Ifaħħar lill-Awstralja għall-appoġġ tagħha u talli allinjat ir-reġim tas-sanzjonijiet tagħha mal-UE wara l-annessjoni illegali tal-Krimea u l-interventi militari fil-Lvant tal-Ukrajna mir-Russja;

9.

Jilqa' l-appoġġ tal-Awstralja għas-sanzjonijiet internazzjonali mmirati kontra individwi u entitajiet responsabbli għall-aggressjoni militari, it-terroriżmu u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż bi tweġiba għall-aggressjoni Russa fl-Ukrajna u fil-Krimea okkupata;

10.

Ifaħħar lill-Uffiċċju tal-Valutazzjonijiet Nazzjonali tal-Awstralja għall-appoġġ tiegħu fl-għoti ta' analiżi internazzjonali, politika, strateġika u ekonomika u għall-koordinazzjoni tiegħu mas-sħab internazzjonali sabiex jiżgura tweġibiet għall-kwistjonijiet ta' interess komuni;

11.

Jirrikonoxxi r-rwol kritiku tal-Awstralja fil-Komunità tal-Intelligence "Five Eyes"u l-appoġġ tagħha għas-sigurtà kemm tal-Istati Membri tal-UE kif ukoll tas-sħab transatlantiċi, u jfaħħar il-ftehim operazzjonali tal-Awstralja mal-Europol u jenfasizza l-potenzjal ta' espansjoni akbar tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-kooperazzjoni operattiva mal-Gvern Awstraljan;

12.

Jirrikonoxxi r-rwol tal-Awstralja fil-ko-sponserizzazzjoni fl-2014 tar-riżoluzzjonijiet tal-KSNU dwar il-kundanna tat-twaqqigħ tat-titjira MH17 u dwar l-eliminazzjoni tal-armi kimiċi tas-Sirja; ifaħħar il-kontribut ewlieni tagħha fil-Kunsill tas-Sigurtà fejn fittxet li ttejjeb is-sitwazzjoni umanitarja fis-Sirja, immaniġġjat it-tranżizzjoni ta' sigurtà fl-Afganistan u indirizzat is-sitwazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK;

13.

Jilqa' l-impenn b'saħħtu taż-żewġ sħab dwar il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu kif stabbilit fl-FA; jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni bilaterali dejjem eqreb b'rabta mal-iskambju ta' informazzjoni dwar il-ġellieda barranin u r-ritorn tagħhom; iħeġġeġ liż-żewġ sħab ikomplu jiżguraw implimentazzjoni effettiva tal-erba' pilastri tal-Istrateġija tan-NU Kontra t-Terroriżmu; ifaħħar ir-rwol Awstraljan fil-Koalizzjoni Globali kontra d-Da'esh u l-ħidma sinifikanti tagħha fil-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali fix-Xlokk tal-Asja;

14.

Jenfasizza l-inizjattivi tal-ispazju ċibernetiku internazzjonali tal-Awstralja u jfaħħar il-fatt li, skont l-FA, iż-żewġ sħab se jikkooperaw f'materji tas-sigurtà ċibernetika, inkluża l-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità;

15.

Jitlob li jittieħdu passi biex issaħħu l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu permezz ta' eżerċizzji konġunti ta' taħriġ bejn timijiet ta' rispons ta' emerġenza tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-UE bħall-Europol u ċ-Ċentru Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu (ECTC) tiegħu, minn naħa, u elementi ewlenin tal-arkitettura tas-sigurtà nazzjonali Awstraljana, bħall-Organizzazzjoni Awstraljana tal-Intelligence dwar is-Sigurtà (Australian Security Intelligence Organisation (ASIO)), il-Forzi tad-Difiża Awstraljan (ADF) u l-Pulizija Federali Awstraljana, min-naħa l-oħra;

16.

Jilqa' l-impenn mill-UE u l-Awstralja previst fl-FA għall-intensifikazzjoni tad-djalogu u l-kooperazzjoni tagħhom dwar il-migrazzjoni u l-asil; jissottolinja li l-livell għoli ta' mobilità globali jirrikjedi approċċ olistiku u multilaterali bbażat fuq il-kooperazzjoni internazzjonali u fuq responsabbiltajiet kondiviżi; jilqa' l-fatt li ż-żewġ sħab qed jikkontribwixxu b'mod proattiv għan-negozjati li għaddejjin dwar kemm il-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari tan-NU kif ukoll il-Patt Globali dwar ir-Rifuġjati;

17.

Jissottolinja l-importanza ta' oqfsa reġjonali ta' kooperazzjoni – bħall-Proċess ta' Bali – ma' pajjiżi tal-oriġini, tranżitu u destinazzjoni sabiex jiġu salvati l-ħajjiet, jitkissru n-netwerks tat-traffikanti u sabiex jiġu mmaniġġjati l-flussi tal-migrazzjoni u r-rifuġjati; jilqa' l-impenn b'saħħtu tal-Awstralja fir-rigward tal-UNHCR għar-risistemazzjoni tar-rifuġjati u biex jiżdied il-finanzjament umanitarju globali tagħha; iħeġġeġ lill-Awstralja tkompli tikkontribwixxi sabiex tinstab soluzzjoni pożittiva għas-sitwazzjoni tal-persuni li jfittxu l-asil u l-migranti miżmuma f'Papua New Guinea u Nauru;

18.

Jilqa' l-impenn taż-żewġ partijiet għat-tmexxija 'l quddiem tal-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt, inkluż f'fora multilaterali u ma' sħab terzi, kif previst fil-Ftehim Qafas; jilqa' l-elezzjoni tal-Awstralja għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU għall-perjodu 2018-2020; jenfasizza li fl-2008 l-Awstralja nediet l-istrateġija Closing the Gap dwar l-indirizzar tal-iżvantaġġi tal-popli indiġeni, bħad-differenza fl-istennija tal-ħajja u inugwaljanzi oħrajn; jenfasizza li din l-istrateġija għandha l-appoġġ miż-żewġ partiti u li l-Prim Ministru jippreżenta rapport annwali lill-Parlament Awstraljan; jenfasizza l-fatt li l-Gvern Awstraljan qed jaħdem mal-istati u t-territorji u mal-popli Aboriġinali u mal-popli tal-Gżejjer tal-Istrett ta' Torres biex jagħti spinta lill-istrateġija Closing the Gap;

19.

Itenni mill-ġdid li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima tirrikjedi l-appoġġ tal-komunità internazzjonali fis-sħuħija tagħha; jilqa' r-ratifika tal-Ftehim ta' Pariġi mill-Awstralja u l-impenn stabbilit fl-FA li ssaħħaħ il-kooperazzjoni u l-isforzi tal-politika esterna biex tiġġieled it-tibdil fil-klima; jinnota l-objettiv tal-Awstralja li sal-2030 tnaqqas l-emissjonijiet b'26 sa 28 % taħt il-livelli tal-2005, u li dan ġie affermat mill-ġdid fir-Reviżjoni tal-Politiki dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2017; jissottolinja l-fatt li din ir-reviżjoni żżomm l-impenn li tgħin lil pajjiżi oħrajn permezz ta' inizjattivi bilaterali u multilaterali; jilqa' l-isforzi kontinwi tal-Awstralja biex tagħti appoġġ finanzjarju bis-saħħa ta' programmi ta' għajnuna lir-reġjun tal-Paċifiku u lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma vulnerabbli sabiex dawn ikunu jistgħu jkabbru l-ekonomiji tagħhom b'mod sostenibbli u jnaqqsu l-emissjonijiet u biex jiġu megħjuna jadattaw għat-tibdil fil-klima; jenfasizza l-kopresidenza u l-finanzjament tal-Awstralja tal-Fond Ekoloġiku għall-Klima;

20.

Ifakkar li l-Awstralja, l-UE u l-Istati Membri tagħha huma atturi importanti fil-kooperazzjoni ta' żvilupp u assistenza umanitarja fir-reġjun tal-Paċifiku; jenfasizza l-fatt li ż-żewġ naħat jiffukaw il-kooperazzjoni tagħhom fuq oqsma bħat-tkabbir ekonomiku, il-governanza tajba u r-reżiljenza ambjentali;

21.

Ifakkar it-tħassib tiegħu dwar it-tensjonijiet fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar; iħeġġeġ liż-żewġ sħab ikomplu jippromwovu l-istabbiltà u l-libertà tan-navigazzjoni f'dan il-passaġġ tal-ilma internazzjonali kruċjali; ifaħħar il-pożizzjoni tal-Awstralja favur soluzzjoni paċifika tat-tilwim ibbażata fuq il-liġi internazzjonali;

o

o o

22.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u l-Parlament tal-Awstralja.

(1)  ĠU C 35, 31.1.2018, p. 136.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2017)0419.

(3)  ĠU L 149, 16.6.2015, p. 3.

(4)  ĠU L 229, 17.8.1998, p. 1.

(5)  ĠU L 359, 29.12.2012, p. 2.

(6)  ĠU L 186, 14.7.2012, p. 4.

(7)  ĠU L 26, 30.1.2010, p. 31.

(8)  ĠU L 188, 22.7.1994, p. 18.

(9)  Testi adottati, P8_TA(2018)0108.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/178


P8_TA(2018)0110

Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (14494/2017 – C8-0450/2017 – 2017/0265(NLE))

(Approvazzjoni)

(2019/C 390/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14494/2017),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikoli 83 (1) u 218 (6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0450/2017),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (14445/2017),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (3),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0131/2018),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Konvenzjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kunsill tal-Ewropa.

(1)  ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6.

(2)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89.

(3)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/179


P8_TA(2018)0111

Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (Protokoll Addizzjonali) ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Addizzjonali li jissupplimenta l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (14498/2017 – C8-0451/2017 – 2017/0266(NLE))

(Approvazzjoni)

(2019/C 390/35)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14498/2017),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikoli 83 (1) u 218 (6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0451/2017),

wara li kkunsidra l-Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (14447/2017),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (3),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0132/2018),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kunsill tal-Ewropa.

(1)  ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6.

(2)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89

(3)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/180


P8_TA(2018)0112

L-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (COM(2015)0596 – C8-0385/2015 – 2015/0276(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2019/C 390/36)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0596),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0385/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta' Ġunju 2016 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Frar 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0029/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 264, 20.7.2016, p. 98.

(2)  ĠU C 17, 18.1.2017, p. 46.

(3)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-14 ta' Marzu 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0072).


P8_TC1-COD(2015)0276

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillli temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2018/852.)


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/181


P8_TA(2018)0113

Vetturi li m’għadhomx jintużaw, skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (COM(2015)0593 – C8-0383/2015 – 2015/0272(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2019/C 390/37)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0593),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0383/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta' Ġunju 2016 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Frar 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0013/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 264, 20.7.2016, p. 98.

(2)  ĠU C 17, 18.1.2017, p. 46.

(3)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-14 ta' Marzu 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0069).


P8_TC1-COD(2015)0272

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2018/849.)


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/183


P8_TA(2018)0114

L-iskart ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (COM(2015)0595 – C8-0382/2015 – 2015/0275(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2019/C 390/38)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0595),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0382/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mis-Senat Franċiż u l-Kunsill Federali Awstrijak, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta' Ġunju 2016 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Frar 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0034/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 264, 20.7.2016, p. 98.

(2)  ĠU C 17, 18.1.2017, p. 46.

(3)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-14 ta' Marzu 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0070).


P8_TC1-COD(2015)0275

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2018/851.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONIJIET MILL-KUMMISSJONI

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI DWAR QAFAS TA' POLITIKA GĦALL-EKONOMIJA ĊIRKOLARI

Il-Kummissjoni hija impenjata li tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Ċirkolari (1). Biex jinżamm rekord tal-progress lejn l-ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni adottat qafas ta' monitoraġġ (2) li jibni fuq il-Valutazzjoni tal-Effiċjenza tar-Riżorsi u tal-Materja Prima eżistenti. Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni wkoll lejn il-ħidma tagħha li għaddejja dwar indikatur tal-impatt għall-prodotti u l-organizzazzjonijiet.

L-azzjonijiet meħuda skont il-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Ċirkolari jikkontribwixxu wkoll biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli, fil-kuntest tal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 12. Dan huwa l-każ, pereżempju, tal-istrateġija dwar il-plastik (3) jew tal-proposta reċentement emendata dwar il-garanzija legali għal prodotti tal-konsumatur (4).

F'dak li jirrigwarda l-konsistenza bejn l-oqfsa regolatorji tal-Unjoni, il-Kummissjoni dan l-aħħar adottat ukoll Komunikazzjoni li tistabbilixxi l-għażliet biex tiġi indirizzata l-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni tas-sustanzi kimiċi, il-prodotti u l-iskart (5). Fl-2018, il-Kummissjoni se teżamina wkoll għażliet u azzjonijiet għal qafas ta' politika aktar koerenti għal-linji ta' ħidma differenti dwar il-politika tal-prodotti tal-UE fil-kontribut tagħhom lejn l-ekonomija ċirkolari. L-interazzjonijiet bejn il-leġiżlazzjoni u l-kooperazzjoni tal-industrija dwar l-użu ta' prodotti sekondarji u l-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart se jiġu wkoll ikkunsidrati fil-qafas ta' dawn l-inizjattivi u s-segwitu tagħhom.

Fir-rigward tal-ekodisinn, il-Kummissjoni, skont il-Pjan ta' Ħidma tal-Ekodisinn għas-snin 2016–2019 (6), tikkonferma l-impenn qawwi tagħha biex jiġi żgurat li l-ekodisinn joffri kontribut aktar sinifikanti lill-ekonomija ċirkolari, pereżempju billi jindirizza b'mod aktar sistematiku l-kwistjonijiet tal-effiċjenza tal-materjali bħad-durabbiltà u r-riċiklabbiltà.

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI DWAR L-INIZJATTIVI GĦALL-EKONOMIJA KOLLABORATTIVA

Skont il-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari (7), il-Kummissjoni nediet għadd ta' inizjattivi dwar l-ekonomija kollaborattiva. Kif imħabbar fil-Komunikazzjoni tagħha dwar aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva (8) f'Ġunju 2016, il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja l-iżviluppi ekonomiċi u regolatorji tal-ekonomija kollaborattiva, bil-ħsieb li tħeġġeġ l-iżvilupp ta' mudelli ta' negozju ġodda u innovattivi, filwaqt li tiżgura protezzjoni tal-konsumatur u soċjali adegwata.

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI DWAR IL-MIKROPLASTIK

Fil-kuntest tal-istrateġija Ewropea għall-Plastiks adottata reċentement fl-Ekonomija Ċirkolari (9), il-Kummissjoni ressqet approċċ ta' strateġija integrata biex tindirizza tħassib dwar il-mikroplastik, inkluż ingredjenti tal-mikrożibeġ. Dan jiffoka fuq azzjonijiet preventivi u għandu l-għan li jnaqqas ir-rilaxx tal-mikroplastik minn sorsi ewlenin kollha – kemm jekk minn prodotti li fihom huma intenzjonalment miżjuda (bħal prodotti għall-kura personali u ż-żebgħat) jew minn dawk li joriġinaw mill-produzzjoni jew użu ta' prodotti oħrajn (bħall-plastik osso, it-tajers, il-gerbub tal-plastik, u t-tessuti).

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI DWAR ir-rapportar tad-data dwar l-iskart fl-2020

Bil-ħsieb li jkun monitorat il-progress lejn il-miri ġodda għall-iskart muniċipali u l-iskart mill-imballaġġ, u fid-dawl tal-klawsoli ta' reviżjoni rilevanti, b'mod partikolari biex jiġu stabbiliti miri għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel u r-riċiklaġġ ta' żjut ta' skart, il-Kummissjoni tissottolinja l-importanza ta' fehim komuni li ntlaħaq bejn il-koleġiżlaturi li l-Istati Membri ser jiżguraw li r-rapportar ta' data taħt id-Direttivi 2008/98/KE dwar l-iskart, 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ u 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma kif emendat, ser ikopri s-sena 2020.


(1)  COM(2015)0614

(2)  COM(2018)0029

(3)  COM(2018)0028

(4)  COM(2017)0637

(5)  COM(2018)0032

(6)  COM(2016)0773

(7)  COM(2015)0614

(8)  COM(2016)0356

(9)  COM(2018)0028


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/186


P8_TA(2018)0115

Ir-rimi ta' skart f'terraferma ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (COM(2015)0594 – C8-0384/2015 – 2015/0274(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2019/C 390/39)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0594),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0384/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta' Ġunju 2016 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Frar 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0031/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 264, 20.7.2016, p. 98.

(2)  ĠU C 17, 18.1.2017, p. 46.

(3)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-14 ta' Marzu 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0071).


P8_TC1-COD(2015)0274

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'landfills

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2018/850.)


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/188


P8_TA(2018)0116

Regoli ta' proċedura fil-qasam tar-rappurtar dwar l-ambjent ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 87/217/KEE tal-Kunsill, id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 94/63/KE f'dak li għandu x'jaqsam mar-regoli ta' proċedura fir-rappurtar fil-qasam tal-ambjent u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE (COM(2016)0789 – C8-0526/2016 – 2016/0394(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2019/C 390/40)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0789),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0526/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2017 (1),

wara li kkonsulta mall-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' Diċembru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0253/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 173, 31.5.2017, p. 82.


P8_TC1-COD(2016)0394

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2018 /… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 1257/2013 u d-Direttivi 94/63/KE u 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kunsill 86/278/KEE u 87/217/KEE f'dak li għandu x'jaqsam mar-regoli ta' proċedura fir-rappurtar fil-qasam tal-ambjent u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Deċiżjoni (UE) 2018/853.)


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/189


P8_TA(2018)0177

Is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tal-obbligu li tiġi rispettata rata standard minima *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tal-obbligu li tiġi rispettata rata standard minima (COM(2017)0783 – C8-0007/2018 – 2017/0349(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2019/C 390/41)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0783),

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0007/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0124/2018),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/190


P8_TA(2018)0178

Il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu u li temenda d-Direttiva 2009/101/KE (COM(2016)0450 – C8-0265/2016 – 2016/0208(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2019/C 390/42)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0450),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 50 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0265/2016),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Ottubru 2016 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2016 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Diċembru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0056/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 459, 9.12.2016, p. 3.

(2)  ĠU C 34, 2.2.2017, p. 121.


P8_TC1-COD(2016)0208

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2018/843.)


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/192


P8_TA(2018)0179

L-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (COM(2016)0031 – C8-0015/2016 – 2016/0014(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2019/C 390/43)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0031),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0015/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Mejju 2016 (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Diċembru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel kif ukoll tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0048/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 86.

(2)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-4 ta' April 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0097).


P8_TC1-COD(2016)0014

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018 /… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/858.)


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/193


P8_TA(2018)0180

Il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi, li jemenda r-Regolament (UE) Nru XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali] u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (COM(2014)0180 – C7-0109/2014 – 2014/0100(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2019/C 390/44)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0180),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0109/2014),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-kamra tad-deputati tal-Lussemburgu u mill-Kunsill Federali Awstrijakk, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2014 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta’ Diċembru 2014 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Novembru 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0311/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 12, 15.1.2015, p. 75.

(2)  ĠU C 19, 21.1.2015, p. 84.


P8_TC1-COD(2014)0100

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċiu li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2018/848.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-esperimenti temporanji għal varjetajiet organiċi

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih il-varjetajiet organiċi xierqa għall-produzzjoni organika għandhom jiġu żviluppati.

Għall-fini li jiġu stabbiliti kriterji għad-deskrizzjoni tal-karatteristiċi ta' "varjetajiet organiċi xierqa għall-produzzjoni organika", kif ukoll li jiġu definiti l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih "il-varjetajiet organiċi xierqa għall-produzzjoni organika" jistgħu jiġu prodotti biex jiġu kkummerċjati, il-Kummissjoni se torganizza esperiment temporanju mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Dan l-esperiment temporanju se jistabbilixxi kriterji għad-deskrizzjoni tad-distintività, l-uniformità, l-istabbiltà, u, fejn applikabbli, il-valur għall-koltivazzjoni u l-użu tal-varjetajiet organiċi xierqa għall-produzzjoni organika u jindirizza kondizzjonijiet oħra tal-kummerċ, bħat-tikkettar u l-imballaġġ. Dawn il-kondizzjonijiet u l-kriterji ser jikkunsidraw il-ħtiġijiet u l-għanijiet speċifiċi ta' agrikoltura organika bħat-titjib fid-diversità ġenetika, ir-reżistenza għall-mard u l-adattament għal kondizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima. Ser isiru rapporti annwali sabiex jissorveljaw il-progress tal-esperiment temporanju.

Fil-qafas ta' dan it-tip ta' esperiment, li għandu jkollu mandat ta' seba' snin u jipprevedi kwantitajiet suffiċjenti, l-Istati Membri jistgħu jiġu rilaxxati minn ċertu obbligi mniżżla fid-Direttiva 66/401/KEE, id-Direttiva 66/402/KEE, id-Direttiva 68/193/KEE, id-Direttiva 2002/53/KE, id-Direttiva 2002/54/KE, id-Direttiva 2002/55/KE, id-Direttiva 2002/56/KE, id-Direttiva 2002/57/KE, id-Direttiva 2008/72/KE u d-Direttiva 2008/90/KE.

Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-eżitu ta' dan l-esperiment bil-ħsieb li tipproponi l-emenda tar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni orizzontali dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' żrieragħ u materjal riproduttiv ieħor tal-pjanti għall-karatteristiċi tal-"varjetajiet organiċi xierqa għall-produzzjoni organika".

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 55

Il-Kummissjoni ssostni li l-invokazzjoni tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5 (4)tiegħu b'mod sistematiku tmur kontra l-kliem u t-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). Wieħed għandu jirrikorri għal din id-dispożizzjoni f'każ li jkollu bżonn jiddevja, għal raġuni speċifika, mir-regola ta' prinċipju, li hija li l-Kummissjoni tista' tadotta abbozz ta' att ta' implimentazzjoni meta ma tingħata l-ebda opinjoni dwar xi ħaġa. Meta wieħed iqis li din hija eċċezzjoni għar-regola ġenerali stabbilita bl-Artikolu 5 (4), ir-rikors għal punt (b) tat-tieni subparagrafu tiegħu ma jistax jidher sempliċiment bħala "setgħa diskrezzjonali" tal-Leġiżlatur, iżda għandu jiġi interpretat b'mod ristrett u għaldaqstant għandu jiġi ġustifikat.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/196


P8_TA(2018)0181

Linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2017)0677 – C8-0424/2017 – 2017/0305(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2019/C 390/45)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0677),

wara li kkunsidra l-Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0424/2017),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0140/2018),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

(1)

L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jaħdmu biex tiġi żviluppata strateġija koordinata għall-impjiegi u b'mod partikolari biex tiġi promossa forza tax-xogħol b'ħiliet, imħarrġa u adattabbli u swieq tax-xogħol li jwieġbu għat-tibdil ekonomiku bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi ta' livell massimu ta' impjiegi u l-progress soċjali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Wara li jqisu l-prattiki nazzjonali relatati mar-responsabbiltajiet tal-maniġment u tal-ħaddiema, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-promozzjoni tal-impjiegi bħala kwistjoni ta' interess komuni u għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom f'dan ir-rigward fi ħdan il-Kunsill.

 

(1)

L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jiżviluppaw u jwasslu strateġija koordinata effettiva għall-impjiegi u b'mod partikolari biex jiġu promossi swieq tax-xogħol inklużivi li jwieġbu għar-realtajiet u t-tibdil ekonomiku, soċjali u ambjentali, b'forza tax-xogħol b'ħiliet, imħarrġa u adattabbli u li jissalvagwardjaw il-benessri tal-ħaddiema kollha , bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi ta' ekonomija soċjali tas-suq , livell massimu ta' impjiegi u l-progress soċjali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Wara li jqisu l-prattiki nazzjonali relatati mar-responsabbiltajiet tal-maniġment u tal-ħaddiema, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-promozzjoni tal-impjiegi bħala kwistjoni ta' interess komuni u għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom f'dan ir-rigward fi ħdan il-Kunsill.

Emenda 2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

(2)

L-Unjoni qiegħda biex tiġġieled l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni u biex tippromwovi l-ġustizzja soċjali u l-protezzjoni, kif ukoll l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa . Meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont ta' rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata, il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u livell għoli ta' edukazzjoni u taħriġ.

 

(2)

L-Unjoni għandha tindirizza l-forom kollha ta' faqar, esklużjoni soċjali u diskriminazzjoni fl-oqsma kollha tal-ħajja, u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali , kif ukoll l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Jenħtieġ li dan l-objettiv ġenerali jiġi mħaddan permezz ta' atti legali u politiki tal-Unjoni f'oqsma oħra . Meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont ta' rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata, il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u livell għoli ta' edukazzjoni u taħriġ. L-Unjoni għandha tippromwovi parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini kollha fil-ħajja ekonomika, soċjali u kulturali.

Emenda 3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

(3)

F'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni żviluppat u implimentat strumenti għall-koordinazzjoni ta' politika għall-politiki fiskali, makroekonomiċi u strutturali. Bħala parti minn dawn l-istrumenti, dawn il-Linji Gwida għall-Politiċi dwar l-Impjiegi tal-Istati Membri, flimkien mal-Linji Gwida Ġenerali dwar il-Politika Ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1184, jiffurmaw il-Linji Gwida Integrati li Jimplimentaw l-Istrateġija Ewropa 2020. Qegħdin hemm biex jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-politika fl-Istati Membri u fl-Unjoni, u jirriflettu l-interdipendenza bejn l-Istati Membri. Is-sett li jirriżulta ta' politiki u riformi kkoordinati Ewropej u nazzjonali jikkostitwixxu taħlita ta' politika ekonomika u soċjali ġenerali adegwata li għandha tikseb effetti kollaterali pożittivi.

 

(3)

F'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni żviluppat u implimentat strumenti għall-koordinazzjoni ta' politika għall-politiki fiskali, makroekonomiċi u strutturali li għandhom impatt sinjifikanti fuq is-sitwazzjoni soċjali u tal-impjiegi fl-Unjoni, b'effetti potenzjali li jinkludu n-nuqqas ta' sigurtà, il-faqar u l-inugwaljanza . Bħala parti minn dawn l-istrumenti, dawn il-Linji Gwida għall-Politiċi dwar l-Impjiegi tal-Istati Membri, flimkien mal-Linji Gwida Ġenerali dwar il-Politika Ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1184, jiffurmaw il-Linji Gwida Integrati li Jimplimentaw l-Istrateġija Ewropa 2020. Qegħdin hemm biex jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-politika fl-Istati Membri u fl-Unjoni, u jirriflettu l-interdipendenza bejn l-Istati Membri. Is-sett li jirriżulta ta' politiki u riformi kkoordinati Ewropej u nazzjonali jikkostitwixxu taħlita ta' politika ekonomika u soċjali ġenerali adegwata li għandha tikseb effetti kollaterali pożittivi għall-Istati Membri kollha .

Emenda 4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

 

 

(3a)

Sabiex jiġi żgurat proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet aktar demokratiku fil-kuntest tal-Linji Gwida integrati, li jaffettwaw lin-nies u lis-swieq tax-xogħol madwar l-Unjoni, huwa importanti li l-Kunsill iqis il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew.

Emenda 5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

(4)

Il-Linji Gwida għall-Politiki dwar l-Impjiegi huma konsistenti mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni Ewropea u diversi inizjattivi tal-UE, inkluża rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ (3), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol (4), u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet (5) u l-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi (6).

 

(4)

Il-Linji Gwida għall-Politiki dwar l-Impjiegi huma konsistenti mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni Ewropea u diversi inizjattivi tal-UE, inkluż il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ (7), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol (8), u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet (9) u l-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi (10).

 

Emenda 6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

(5)

Is-Semestru Ewropew jiġbor flimkien l-istrumenti differenti f'qafas ġenerali għal sorveljanza multilaterali integrata ta' politiki ekonomiċi, baġitarji, dwar l-impjiegi u l-qasam soċjali u għandu l-għan li jikseb il-miri tal-Ewropa 2020, inklużi dawk li jirrigwardaw l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-tnaqqis tal-faqar, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE (11). Mill-2015, is-Semestru Ewropew ġie rinforzat u ssimplifikat kontinwament, b'mod partikolari biex jissaħħaħ il-fokus tiegħu fuq l-impjieg u dak soċjali u biex jiffaċilita aktar id-djalogu mal-Istati Membri, is-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

 

(5)

Is-Semestru Ewropew jiġbor flimkien l-istrumenti differenti f'qafas ġenerali għal sorveljanza multilaterali integrata ta' politiki ekonomiċi, baġitarji, dwar l-impjiegi u l-qasam soċjali u għandu l-għan li jikseb il-miri tal-Ewropa 2020, inklużi dawk li jirrigwardaw l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-tnaqqis tal-faqar, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE (12). Mill-2015, is-Semestru Ewropew ġie rinforzat u ssimplifikat kontinwament, b'mod partikolari biex jissaħħaħ il-fokus tiegħu fuq l-impjieg u dak soċjali u biex jiffaċilita aktar id-djalogu mal-Istati Membri, is-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili filwaqt li fl-istess ħin iżomm enfasi qawwija fuq ir-riformi strutturali u l-kompetittività .

 

Emenda 7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

(6)

L-irkupru tal-Unjoni Ewropea mill-kriżi ekonomika qed jappoġġa tendenzi pożittivi fis-suq tax-xogħol, iżda għad hemm sfidi u spareġġi importanti fil-prestazzjoni ekonomika u soċjali bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom. Il-kriżi enfasizzat l-interdipendenza mill-qrib tal-ekonomiji tal-Istati Membri u s-swieq tax-xogħol. L-isfida ewlenija li qed niffaċċjaw illum hija li niżguraw li l-Unjoni timxi lejn stat ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u ħolqien ta' impjiegi. Dan jirrikjedi politika koordinata u ambizzjuża kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali, f'konformità mat-TFUE u d-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar il-governanza ekonomika. Billi tikkombina miżuri min-naħa tal-provvista u min-naħa tad-domanda, din l-azzjoni ta' politika jeħtieġ li tagħti spinta lill-investiment, iġġedded l-impenn għal riformi strutturali b'sekwenza b'mod xieraq li jtejbu l-produttività, il-prestazzjoni tat-tkabbir, il-koeżjoni soċjali u r-reżiljenza ekonomika ffaċċati b'xokkijiet u l-eżerċizzju ta' responsabbiltà fiskali, filwaqt li tieħu kont tal-impatt tagħhom fuq l-impjiegi u fuq is-soċjetà.

 

(6)

L-irkupru tal-Unjoni Ewropea mill-kriżi ekonomika qed jappoġġa tendenzi pożittivi fis-suq tax-xogħol, iżda għad hemm sfidi u spareġġi importanti fil-prestazzjoni ekonomika u soċjali bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom peress li t-tkabbir ekonomiku ma jirriżultax awtomatikament f'rati ogħla ta' impjiegi . Il-kriżi enfasizzat l-interdipendenza mill-qrib tal-ekonomiji tal-Istati Membri u s-swieq tax-xogħol. L-isfida ewlenija li qed niffaċċjaw illum hija li niżguraw li l-Unjoni timxi lejn stat ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, akkumpanjata mill-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli u ta' kwalità . Dan jirrikjedi politika koordinata u ambizzjuża kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali, f'konformità mat-TFUE u d-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar il-governanza ekonomika. Billi tikkombina miżuri min-naħa tal-provvista u min-naħa tad-domanda, din l-azzjoni ta' politika jenħtieġ li tagħti spinta lill-investiment, inkluż fl-ekonomija ċirkolari u fl-ekonomija ekoloġika u fir-rigward tal-investiment soċjali , iġġedded l-impenn għal riformi strutturali, b'sekwenza xierqa, li huma soċjalment u ekonomikament ibbilanċjati , li jtejbu l-produttività, il-prestazzjoni tat-tkabbir, il-koeżjoni soċjali u r-reżiljenza ekonomika ffaċċati b'xokkijiet u l-eżerċizzju ta' responsabbiltà fiskali, filwaqt li dawk ir-riformi strutturali jenħtieġ li jkollhom impatt pożittiv fuq l-impjiegi u fuq is-soċjetà.

Emenda 8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

(7)

Riformi fis-suq tax-xogħol, fosthom il-mekkaniżmi tal-iffissar tal-pagi nazzjonali, jeħtieġ isegwu prattiki nazzjonali tad-djalogu soċjali u jippermettu l-opportunità meħtieġa biex jiġu kkunsidrati b'mod ġenerali l-kwistjonijiet soċjoekonomiċi, inklużi titjib fil-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi, politiki dwar it-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ kif ukoll dwar id-dħul reali.

 

(7)

Riformi fis-suq tax-xogħol, fosthom il-mekkaniżmi tal-iffissar tal-pagi nazzjonali, jenħtieġ li jsegwu prattiki nazzjonali tad-djalogu soċjali u jippermettu l-opportunità meħtieġa biex jiġu kkunsidrati b'mod ġenerali l-kwistjonijiet soċjoekonomiċi, inklużi titjib fl-istandards tal-għajxien, fl-ugwaljanza , fil-kompetittività, fil-produttività, fil-ħolqien tal-impjiegi sostenibbli u ta' kwalità , fil-politiki dwar it-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ kif ukoll fid-dħul reali.

Emenda 9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

(8)

L-Istati Membri u l-Unjoni jeħtieġu jindirizzaw ukoll il-konsegwenzi soċjali tal-kriżi ekonomika u finanzjarja u jimmiraw li jibnu soċjetà inklużiva li fiha n-nies jingħataw is-setgħa li jantiċipaw u jiġġestixxu l-bidla, u li jkunu jistgħu jieħdu sehem b'mod attiv fis-soċjetà u fl-ekonomija, kif deskritt ukoll fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni attiva ta' nies esklużi mis-suq tax-xogħol (13). L-inugwaljanza jenħtieġ tiġi ttrattata, l-aċċess u opportunitajiet għal kulħadd jeħtieġu jiġu żgurati filwaqt li l-faqar u l-esklużjoni soċjali ( inklużi dawk tat-tfal ) jenħtieġ li jitnaqqsu , b'mod partikolari billi jiġi żgurat funzjonament effettiv tas-swieq tax-xogħol u tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali u jitneħħew l-ostakoli għall-edukazzjoni u t-taħriġ u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. Hekk kif iseħħu mudelli ekonomiċi u kummerċjali ġodda fil-postijiet tax-xogħol tal-UE, ir-relazzjonijiet tax-xogħol qed jinbidlu wkoll. L-Istati Membri jenħtieġ jiżguraw li r-relazzjonijiet ġodda ta' impjieg iżommu u jsaħħu l-mudell soċjali tal-Ewropa.

 

(8)

L-Istati Membri u l-Unjoni jenħtieġ li jindirizzaw ukoll il-konsegwenzi soċjali tal-kriżi ekonomika u finanzjarja u jimmiraw li jibnu soċjetà inklużiva u soċjalment ġusta li fiha n-nies jingħataw is-setgħa li jantiċipaw u jiġġestixxu l-bidla, u li jkunu jistgħu jieħdu sehem b'mod attiv fis-soċjetà u fl-ekonomija, kif deskritt ukoll fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni attiva ta' nies esklużi mis-suq tax-xogħol (14). L-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni jenħtieġu li jiġu ttrattati, l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd jenħtieġ li jiġu żgurati filwaqt li l-faqar u l-esklużjoni soċjali ( partikolarment fost it-tfal ) jenħtieġu li jiġu eradikati , b'mod partikolari billi jiġi żgurat funzjonament effettiv tas-swieq tax-xogħol u tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali adegwati u effettivi u jitneħħew l-ostakoli għall-edukazzjoni, t-taħriġ u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. Hekk kif iseħħu mudelli ekonomiċi u kummerċjali ġodda fil-postijiet tax-xogħol tal-UE, ir-relazzjonijiet tax-xogħol qed jinbidlu wkoll. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li r-relazzjonijiet ġodda ta' impjieg iżommu u jsaħħu l-mudell soċjali tal-Ewropa billi jiżguraw li n-nies f'forom ta' xogħol emerġenti jkunu koperti u protetti mir-regolamenti tax-xogħol. Jenħtieġ li l-Istati Membri jappoġġaw il-potenzjal tal-persuni b'diżabilità fil-kontribuzzjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp soċjali.

 

Emenda 10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

 

 

(8 bis)

(8a) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li joħolqu spazji ta' riflessjoni u djalogu bl-appoġġ tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) speċjalizzati u tal-organizzazzjonijiet ta' persuni li jesperjenzaw il-faqar, sabiex jiġi żgurat li dawn il-persuni jistgħu jikkontribwixxu għall-evalwazzjoni tal-politiki li jaffettwawhom.

Emenda 11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

(11)

Dawn il-Linji Gwida Integrati jeħtieġ li jsawru l-bażi għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi li l-Kunsill jaf jagħti lill-Istati Membri, L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-Fond Soċjali Ewropew u fondi oħra tal-Unjoni biex irawmu l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, it-tagħlim tul il-ħajja u l-edukazzjoni, u jtejbu l-amministrazzjoni pubblika. Filwaqt li dawn il-Linji Gwida Integrati huma indirizzati lill-Istati Membri u lill-Unjoni, huma jeħtieġu jiġu implimentati fi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kollha, filwaqt li l-parlamenti, kif ukoll is-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jkunu involuti mill-qrib.

 

(11)

Dawn il-Linji Gwida Integrati u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jenħtieġ li jsawru l-bażi għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi mmirati sew , li l-Kunsill jindirizza lill-Istati Membri. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu użu sħiħ mill-Fond Soċjali Ewropew u fondi oħra tal-Unjoni biex irawmu l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, it-tagħlim tul il-ħajja u l-edukazzjoni, u jtejbu l-amministrazzjoni pubblika. Filwaqt li dawn il-Linji Gwida Integrati huma indirizzati lill-Istati Membri u lill-Unjoni, huma jenħtieġu li jiġu implimentati fi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kollha, filwaqt li l-parlamenti, kif ukoll is-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jkunu involuti mill-qrib.

Emenda 12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

(12)

Il-Kumitat tal-Impjiegi u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali għandhom jissorveljaw il-mod li bih il-politiki rilevanti jiġu implimentati fid-dawl tal-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi, f'konformità mal-mandati rispettivi tagħhom ibbażati fuq it-Trattat. Dawn il-kumitati u korpi preparatorji oħra tal-Kunsill involuti fil-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u soċjali għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib,

 

(12)

Il-Kumitat tal-Impjiegi u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali jenħtieġ li jissorveljaw il-mod li bih il-politiki rilevanti jiġu implimentati fid-dawl tal-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi, f'konformità mal-mandati rispettivi tagħhom ibbażati fuq it-Trattat. Dawn il-kumitati u korpi preparatorji oħra tal-Kunsill involuti fil-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u soċjali jenħtieġ li jaħdmu flimkien mill-qrib mal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari mal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tiegħu, bil-għan li jiżguraw responsabbiltà demokratika ,

Emenda 13

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

L-Istati Membri jeħtieġ li jiffaċilitaw il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, inkluż billi jitnaqqsu l-ostakoli li n-negozji jiffaċċjaw biex jimpjegaw in-nies, billi tiġi promossa l-intraprenditorija u l-impjieg indipendenti u , b'mod partikolari, billi jiġu sostnuti l-ħolqien u t-tkabbir ta' intrapriżi mikro u żgħar. L-Istati Membri jeħtieġ li jippromwovu b'mod attiv l-ekonomija soċjali u jrawmu l-innovazzjoni soċjali.

 

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw u jinvestu fil-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli, aċċessibbli u ta' kwalità fil-livelli ta' ħiliet, is-setturi tas-suq tax-xogħol u r-reġjuni , inkluż billi jiżviluppaw bis-sħiħ il-potenzjal ta' setturi orjentati lejn il-futur, bħall-ekonomija ekoloġika u l-ekonomija ċirkolari, is-settur tal-kura u s-settur diġitali. L-Istati Membri għandhom jippermettu lin-nies jibbilanċjaw ix-xogħol u l-ħajja privata, jiżguraw li l-postijiet tax-xogħol ikunu adattati għal persuni b'diżabilità u għal ħaddiema kbar fl-età, jgħinu lin-negozji biex jimpjegaw in-nies, u jippromwovu l-intraprenditorija responsabbli u l-impjiegi indipendenti, b'mod partikolari billi jiġu sostnuti l-ħolqien u t-tkabbir ta' intrapriżi mikro u żgħar. L-Istati Membri għandhom jippromwovu b'mod attiv l-ekonomija soċjali u jrawmu l-innovazzjoni soċjali.

Emenda 14

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

L-Istati Membri jeħtieġ li jinkoraġġixxu forom innovattivi ta' xogħol, li joħolqu opportunitajiet ta' xogħol għal kulħadd b'mod responsabbli.

 

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu forom innovattivi ta' xogħol, li joħolqu opportunitajiet ta' xogħol ta' kwalità għolja għal kulħadd b'mod responsabbli, filwaqt li jqisu l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, filwaqt li jiżguraw konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni, mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u mal-prattiki tax-xogħol kif ukoll mas-sistemi tar-relazzjonijiet industrijali. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippromwovu prattiki tajba f'dan il-qasam.

Emenda 15

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

 

 

L-Istati Membri għandhom inaqqsu l-burokrazija sabiex itaffu kull piż żejjed fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, li jikkontribwixxu b'mod sinjifikanti għall-ħolqien tal-impjiegi.

Emenda 16

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

Il-piż tat-taxxa jeħtieġ li jiġi mbiegħed mix-xogħol għal sorsi oħra ta' tassazzjoni li jagħmlu inqas ħsara lill-impjiegi u lit-tkabbir u jitqies l-effett ridistributtiv tas-sistema tat-taxxa, filwaqt li jitħares id-dħul għal protezzjoni soċjali adegwata u nfiq li jsaħħaħ it-tkabbir.

 

L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex inaqqsu l-piż tat-taxxa fuq ix-xogħol u jbegħduh mix-xogħol lejn sorsi oħra ta' tassazzjoni li jagħmlu inqas ħsara lill-impjiegi u lit-tkabbir u jitqies l-effett ridistributtiv tas-sistema tat-taxxa, filwaqt li jitħares id-dħul għal protezzjoni soċjali adegwata u nfiq li jsaħħaħ it-tkabbir, inkluż l-investiment fis-servizzi pubbliċi ta' interess ġenerali .

Emenda 17

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

F'konformità ma' prattiki nazzjonali u b'rispett lejn l-awtonomija tas-sħab soċjali, l-Istati Membri jeħtieġ li jinkoraġġixxu mekkaniżmi trasparenti u prevedibbli li jiffissaw il-pagi u jippermettu li l-pagi jirrispondu għall-iżviluppi fil-produttività filwaqt li jiżguraw pagi ġusti li jipprovdu għal livell ta' għajxien deċenti. Dawn il-mekkaniżmi jeħtieġ li jieħdu kont tad-differenzi fil-livelli tal-ħiliet u tad-diverġenzi fil-prestazzjoni ekonomika bejn ir-reġjuni, is-setturi u l-kumpaniji. F'rispett tal-prattiki nazzjonali, l-Istati Membri u s-sħab soċjali jeħtieġ li jiżguraw livelli ta' pagi minimi filwaqt li jieħdu kont tal-impatt tagħhom fuq il-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi u l-faqar fost dawk li jaħdmu.

 

F'konformità ma' prattiki nazzjonali u b'rispett lejn l-awtonomija tas-sħab soċjali, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu mekkaniżmi trasparenti u prevedibbli li jiffissaw il-pagi u jippermettu li l-pagi jirrispondu għall-iżviluppi fil-produttività filwaqt li jiżguraw pagi ġusti li jipprovdu għal livell ta' għajxien deċenti b'mod sostenibbli u responsabbli . Dawn il-mekkaniżmi għandhom jieħdu kont tad-differenzi fil-livelli tal-ħiliet u tad-diverġenzi fil-prestazzjoni ekonomika bejn ir-reġjuni, is-setturi u l-kumpaniji. F'rispett tal-prattiki nazzjonali, l-Istati Membri u s-sħab soċjali għandhom jiżguraw livelli ta' pagi minimi filwaqt li jieħdu kont tal-impatt tagħhom fuq il-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi u l-faqar fost dawk li jaħdmu.

Emenda 18

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

Il-Linja gwida 6: Insaħħu l-provvista tal-ħaddiema: aċċess għall-impjiegi, il-ħiliet u l-kompetenzi

 

Il-Linja gwida 6: Insaħħu l-provvista tax-xogħol u ntejbu l-aċċess għall-impjiegi, il-ħiliet u l-kompetenzi

Emenda 19

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

Fil-kuntest ta' żviluppi teknoloġiċi, tibdil ambjentali u demografiku, l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mas-sħab soċjali, jeħtieġ li jippromwovu l-produttività u l-impjegabbiltà permezz ta' provvista adegwata ta' għarfien, ħiliet u kompetenzi rilevanti matul il-ħajja kollha tax-xogħol tan-nies biex iwieġbu għall-ħtiġijiet kurrenti u futuri tas-suq tax-xogħol. L-Istati Membri jeħtieġ li jagħmlu l-investimenti meħtieġa fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, kemm f'dawk inizjali kif ukoll f'dawk kontinwi. Jeħtieġ li jaħdmu flimkien mas-sħab soċjali, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u partijiet ikkonċernati oħra biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, biex jipprovdu edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità u inklussivi. Jeħtieġ li jiżguraw it-trasferiment tal-intitolamenti tat-taħriġ matul tranżizzjonijiet professjonali. Dan se jippermetti lil kulħadd li jantiċipa u jadatta aħjar għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u li jiġġestixxi t-tranżizzjonijiet b'suċċess, u b'hekk tissaħħaħ ir-reżiljenza globali tal-ekonomija għax-xokkijiet.

 

Fil-kuntest ta' żviluppi teknoloġiċi, tibdil ambjentali u demografiku, l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mas-sħab soċjali u mas-soċjetà ċivili , għandhom jippromwovu s-sostenibbiltà, il-produttività u l-impjegabbiltà permezz ta' provvista adegwata ta' għarfien, ħiliet u kompetenzi rilevanti matul il-ħajja kollha tax-xogħol tan-nies biex iwieġbu għall-opportunitajiet kurrenti u futuri tas-suq tax-xogħol, inkluż permezz tal-promozzjoni mmirata tat-taħriġ fis-setturi tax-xjenza, tat-teknoloġija, tal-inġinerija u tal-matematika . L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-investimenti meħtieġa fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, kemm f'dawk inizjali kif ukoll f'dawk kontinwi u fit-tagħlim tul il-ħajja, intiżi mhux biss għall-edukazzjoni formali iżda wkoll għat-tagħlim mhux formali u informali, u li jiżguraw aċċess u opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Għandhom jaħdmu flimkien mas-sħab soċjali, mal-fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ma' partijiet ikkonċernati oħra biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali u tittejjeb il-kwalità tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, biex jipprovdu edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità u inklussivi, filwaqt li jqisu wkoll il-ħtiġijiet partikolari tal-persuni b'diżabilità, tal-minoranzi etniċi u nazzjonali, tal-immigranti u tar-rifuġjati. Għandhom jiżguraw it-trasferiment ta' intitolamenti għal taħriġ f'bidliet matul il-ħajja professjonali permezz ta' sistema ta' punti u l-akkumulazzjoni ta' drittijiet assoċjati . Dan għandu jippermetti lil kulħadd li jantiċipa u jadatta aħjar għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, li jevita n-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u li jiġġestixxi t-tranżizzjonijiet b'suċċess, u b'hekk tissaħħaħ ir-reżiljenza globali tal-ekonomija għax-xokkijiet.

Emenda 20

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

L-Istati Membri jeħtieġ li jrawmu opportunitajiet ugwali fl-edukazzjoni u jgħollu l-livelli ġenerali tal-edukazzjoni, b'mod partikolari għal dawk l-inqas kwalifikati. Jeħtieġ li dawn jiżguraw riżultati ta' tagħlim ta' kwalità, inaqqsu l-għadd ta' żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-iskola, lill-gradi terzjarji jtejbulhom ir-rilevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol, itejbu l-monitoraġġ u t-tbassir tal-ħiliet u jżidu l-parteċipazzjoni tal-adulti fl-edukazzjoni u t-taħriġ kontinwi. L-Istati Membri jeħtieġ i jsaħħu t-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol fis-sistemi tal-edukazzjoni u fit-taħriġ vokazzjonali tagħhom, inkluż permezz ta' apprendistati effettivi u ta' kwalità, billi jagħmlu l-ħiliet aktar viżibbli u paragunabbli u jżidu l-opportunitajiet għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-ħiliet u l-kompetenzi miksubin barra mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali. Jeħtieġ li jtejbu u jżidu l-provvista u l-użu tat-taħriġ vokazzjonali kontinwu flessibbli. L-Istati Membri jeħtieġ li jappoġġaw ukoll lill-adulti b'ħiliet baxxi biex iżommu jew jiżviluppaw l-impjegabbiltà tagħhom fuq medda twila ta' żmien billi tingħata spinta lill-aċċess u t-teħid ta' opportunitajiet ta' tagħlim ta' kwalità, permezz tal-istabbiliment tal-Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet, inkluż valutazzjoni tal-ħiliet, l-offerta tat-tlaqqigħ għall-edukazzjoni u t-taħriġ u l-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħiliet miksuba.

 

L-Istati Membri għandhom irawmu opportunitajiet ugwali fl-edukazzjoni, inkluża l-edukazzjoni bikrija tat-tfal , u jgħollu l-livelli ġenerali tal-edukazzjoni, b'mod partikolari għal dawk l-inqas kwalifikati u għal studenti li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati. Huma għandhom jiżguraw riżultati ta' tagħlim ta' kwalità, jiżviluppaw u jsaħħu l-ħiliet bażiċi, irawmu l-iżvilupp ta' ħiliet intraprenditorjali , inaqqsu l-għadd ta' żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-iskola, lill-gradi terzjarji jtejbulhom ir-rilevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol, itejbu l-monitoraġġ u t-tbassir tal-ħiliet u jżidu l-parteċipazzjoni tal-adulti fl-edukazzjoni u t-taħriġ kontinwi, inkluż permezz ta' politiki li jipprevedu liv edukattiv u għal taħriġ, kif ukoll taħriġ vokazzjonali waqt ix-xogħol u tagħlim tul il-ħajja . L-Istati Membri għandhom isaħħu t-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol fis-sistemi tal-edukazzjoni u fit-taħriġ vokazzjonali tagħhom, inkluż permezz ta' apprendistati effettivi u ta' kwalità, billi jagħmlu l-ħiliet aktar viżibbli u paragunabbli u jżidu l-opportunitajiet għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-ħiliet u l-kompetenzi miksubin barra mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali. Huma għandhom itejbu u jżidu l-provvista u l-użu tat-taħriġ vokazzjonali kontinwu flessibbli. L-Istati Membri għandhom jimmiraw l-appoġġ ukoll għall-adulti b'ħiliet baxxi biex iżommu jew jiżviluppaw l-impjegabbiltà tagħhom fuq medda twila ta' żmien billi tingħata spinta lill-aċċess u t-teħid ta' opportunitajiet ta' tagħlim ta' kwalità, permezz tal-istabbiliment tal-Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet, inkluż valutazzjoni tal-ħiliet, offerta għall-edukazzjoni u t-taħriġ li taqbel mal-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol u l-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħiliet miksuba.

Emenda 21

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

 

 

Bl-għan li jippromwovu l-produttività u l-benesseri fit-tul tal-forza tax-xogħol tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ tagħhom, apparti li jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, ikunu mmirati lejn it-trawwim tal-iżvilupp personali, il-koeżjoni soċjali, il-fehim interkulturali u ċ-ċittadinanza attiva;

Emenda 22

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

Ir-rati għoljin tal-qgħad u l-inattività jeħtieġ li jiġu indirizzati, fosthom permezz ta' assistenza f'waqtha u mfassla apposta bbażata fuq l-appoġġ għat-tfittix ta' impjieg, taħriġ u kwalifikazzjoni mill-ġdid. Wara 18-il xahar ta' qgħad , l-aktar tard , jeħtieġ jiġu segwiti strateġiji komprensivi li jinkludu valutazzjoni individwali fid-dettall bl-għan li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-qgħad strutturali u biex jiġi evitat . Il-qgħad fost iż-żgħażagħ u r-rati għolja ta' żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, mill-impjieg jew mit-taħriġ (NEETs), jeħtieġ li jiġu indirizzati permezz ta' titjib strutturali fit-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, inkluż permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ (15).

 

Ir-rati għoljin tal-qgħad, il-qgħad fit-tul u l-inattività fit-tul għandhom jiġu indirizzati, fosthom permezz ta' assistenza f'waqtha, integrata u mfassla apposta bbażata fuq l-appoġġ għat-tfittix ta' impjieg, taħriġ, kwalifikazzjoni mill-ġdid u segwitu xieraq . Għal dan il-għan, huwa meħtieġ approċċ ikkoordinat f'dak li jikkonċerna s-servizzi soċjali u tal-impjiegi, u dan ifisser kooperazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi tal-impjiegi, is-servizzi soċjali, is-sħab soċjali u l-awtoritajiet lokali. Għandhom jiġu segwiti strateġiji komprensivi li jinkludu valutazzjoni individwali fid-dettall kemm jista' jkun bikrija bl-għan li jitnaqqas u jiġi evitat b'mod sinifikanti l-qgħad fit-tul u strutturali . Il-qgħad fost iż-żgħażagħ u r-rati għolja ta' żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, mill-impjieg jew mit-taħriġ (NEETs), għandhom jiġu indirizzati permezz ta' titjib strutturali fit-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, inkluż permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ (16).

 

Emenda 23

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

Riformi fit-tassazzjoni biex it-taxxi jiġu mbiegħda mix-xogħol jeħtieġ li jkollhom l-għan li jitnaqqsu l-ostakoli u d-diżinċentivi fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari għall-aktar persuni mbiegħda mis-suq tax-xogħol. Jeħtieġ li l-Istati Membri jappoġġaw ambjent adattat għax-xogħol għal persuni b'diżabilità, inkluż azzjonijiet ta' appoġġ finanzjarju mmirati u servizzi finanzjarji li jippermettulhom li jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà.

 

Ir-riformi fit-tassazzjoni biex it-taxxi jiġu mbiegħda gradwalment mix-xogħol għandu jkollhom l-għan li jitnaqqsu l-ostakoli mhux ġustifikati u l-burokrazija żejda u jipprovdu inċentivi fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari għall-aktar persuni mbiegħda mis-suq tax-xogħol, filwaqt li jiġi żgurat li t-trasferimenti tat-taxxa ma jipperikolawx is-sostenibbiltà tal-istat soċjali. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw ambjent adattat għax-xogħol għal persuni b'diżabilità u l-ħaddiema kbar fl-età , inkluż azzjonijiet ta' appoġġ finanzjarju mmirati u servizzi finanzjarji li jippermettulhom li jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà kollha kemm hi. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippromwovu impjiegi appoġġati f'suq tax-xogħol miftuħ u inklużiv.

Emenda 24

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

L-ostakoli għall-parteċipazzjoni u l-progress fil-karriera jeħtieġ li jiġu eliminati biex tiġi żgurata ugwaljanza bejn is-sessi u tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta' paga ndaqs għall-istess xogħol. Jeħtieġ li tiġi promossa r-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u tal-familja, b'mod partikolari permezz tal-aċċess għall-kura fit-tul u b'edukazzjoni u kura ta' kwalità li huma ta' prezz raġonevoli fit-tfulija bikrija . Jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ġenituri u persuni oħrajn b'responsabbiltajiet ta' kura jkollhom aċċess għal liv xieraq tal-familja u arranġamenti flessibbli ta' xogħol sabiex jintlaħaq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u jippromwovu użu bbilanċjat ta' dawn id-drittijiet bejn in-nisa u l-irġiel.

 

L-ostakoli għall-parteċipazzjoni u l-progress fil-karriera għandhom jiġu eliminati biex tiġi żgurata ugwaljanza bejn is-sessi u tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta' paga ndaqs għall-istess xogħol fis-setturi u l-professjonijiet kollha . L-Istati Membri għandhomjiżviluppaw u jimplimentaw politiki dwar it-trasparenza tal-pagi u l-awditi tal-pagi sabiex titnaqqas id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel. L-Istati Membri għandhom jinfurzaw id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) billi jistabbilixxu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq l-impjegaturi li jħallsu pagi differenti għall-istess xogħol, skont jekk jitwettaqx minn raġel jew mara. Ir-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol, dik privata u dik tal-familja għandha tiġi promossa għal kulħadd. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġenituri u persuni oħrajn b'responsabbiltajiet ta' kura, ikollhom aċċess għal liv xieraq tal-familja u liv għall-indukrar, kura fit-tul u edukazzjoni u indukrar bikrija tat-tfal ta' kwalità u affordabbli u arranġamenti flessibbli ta' xogħol orjentati lejn il-ħaddiema, bħat-telexogħol u l-metodi aġevolati ta' ħidma , sabiex jintlaħaq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u jippromwovu użu bbilanċjat ta' dawn id-drittijiet bejn in-nisa u l-irġiel. L-Istati Membri għandhom jiżguraw appoġġ għall-persuni li jindukraw li jkollhom jillimitaw jew iwaqqfu l-attività professjonali tagħhom biex ikunu jistgħu jindukraw kif xieraq lil persuna oħra.

 

 

Emenda 25

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

Il-politiki jeħtieġ li jkollhom l-għan li jtejbu u jappoġġaw l-adattament u t-transizzjonijiet għas-suq tax-xogħol. L-Istati Membri jeħtieġ li jattivaw b'mod effettiv u jippermettu dawk li jistgħu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol. Jeħtieġ li l-Istati Membri jsaħħu l-effettività tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol billi jagħmluhom aktar immirati, aktar mifruxin, jilħqu aktar 'il bogħod u billi jorbtuhom aħjar mal-appoġġ għad-dħul, ibbażati fuq id-drittijiet u r-responsabbiltajiet għad-diżokkupati li qed ifittxu impjieg b'mod attiv. Jeħtieġ li l-Istati Membri jimmiraw għal servizzi pubbliċi tal-impjiegi aktar effettivi billi jiżguraw assistenza f'waqtha u mfassla apposta li tappoġġa lil dawk li qed ifittxu impjieg. Dawn is-servizzi jeħtieġ li jappoġġaw id-domanda tas-suq tax-xogħol u jimplimentaw ġestjoni bbażata fuq il-prestazzjoni.

 

Il-politiki għandu jkollhom l-għan li jtejbu u jappoġġaw l-adattament u t-transizzjonijiet għas-suq tax-xogħol sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jimxu 'l quddiem fil-karrieri tagħhom . L-Istati Membri għandhom jattivaw b'mod effettiv u jippermettu dawk li jistgħu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol permezz ta' appoġġ individwali u servizzi integrati fi ħdan approċċ ta' inklużjoni attiva aktar wiesa'. L-Istati Membri għandhom isaħħu l-effettività tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol billi jżidu l-finanzjament tagħhom , jagħmluhom aktar immirati, aktar mifruxin, jilħqu aktar 'il bogħod u billi jiżguraw appoġġ għad-dħul adegwat għad-diżokkupati filwaqt li jkunu qed ifittxu impjieg , u filwaqt li jitqiesu d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tad-diżokkupati. Dan jinkludi ħidma mas-sħab soċjali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex tiżdied l-effettività u l-obbligu ta' rendikont ta' dawk il-politiki. L-Istati Membri għandhom jimmiraw għal servizzi pubbliċi tal-impjiegi aktar effettivi, interkonnessi u ta' kwalità , billi jiżguraw assistenza f'waqtha u mfassla apposta li tappoġġa lil dawk li qed ifittxu impjieg, li jippermettu li dawn ikunu jistgħu jfittxu impjieg fl-Unjoni kollha , li jappoġġaw id-domanda tas-suq tax-xogħol u li jimplimentaw ġestjoni bbażata fuq il-prestazzjoni.

Emenda 26

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

Jeħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-persuni qiegħda b'benefiċċji tal-qgħad adegwati għal tul ta' żmien raġonevoli , f'konformità mal-kontribuzzjonijiet tagħhom u r-regoli ta' eliġibilità nazzjonali. Jeħtieġ li dawn il-benefiċċji ma jikkostitwixxux diżinċentiv għal ritorn lura ta' malajr għax-xogħol .

 

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-persuni qiegħda benefiċċji tal-qgħad adegwati għal tul ta' żmien li jkun biżżejjed biex itihom il-ħin raġonevolment meħtieġ ħalli jsibu impjieg ta' kwalità , f'konformità mal-kontribuzzjonijiet tagħhom u r-regoli ta' eliġibilità nazzjonali. Dawn il-benefiċċji għandhom ikunu akkumpanjati minn politiki attivi tas-suq tax-xogħol u miżuri li joħolqu inċentivi għal ritorn rapidu għal impjiegi ta' kwalità .

Emenda 27

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

Il-mobbiltà tal-istudenti u l-ħaddiema jeħtieġ li tiġi promossa bl-għan li jittejbu l-ħiliet tal-impjegabbiltà u jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq tax-xogħol Ewropew. Jeħtieġ li jitneħħew l-ostakli għall-mobilità fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fil-pensjonijiet okkupazzjonali u personali u fir-rikonoxximent ta' kwalifiki . L-Istati Membri jeħtieġ li jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-proċeduri amministrattivi ma jkunux fattur ta' imblukkar jew ta' kumplikazzjoni għall-ħaddiema minn Stati Membri oħra f'impjieg attiv. L-Istati Membri jeħtieġ ukoll li jipprevjenu l-abbuż tar-regoli eżistenti u jindirizzaw l-‘eżodu potenzjali ta' mħuħ’ minn ċerti reġjuni.

 

Il-mobbiltà tal-istudenti u l-ħaddiema għandha tiġi żgurata bħala libertà fundamentali bl-għan li jittejbu l-ħiliet u jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq tax-xogħol Ewropew. Għandha tiġi promossa wkoll il-mobilità interna. Għandhomjitneħħew l-ostakli għall-mobilità fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fil-pensjonijiet okkupazzjonali u personali, fl-aċċess għall-protezzjoni soċjali , fir-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-ħiliet kif ukoll ir-rekwiżiti lingwistiċi sproporzjonati. Il-ħaddiema mobbli għandhom jiġu appoġġati anke billi jittejjeb l-aċċess u l-għarfien tagħhom b'rabta md-drittijiet fuq il-post tax-xogħol . L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-proċeduri amministrattivi ma jkunux fattur ta' imblukkar jew ta' kumplikazzjoni għall-ħaddiema minn Stati Membri oħra f'impjieg attiv. L-Istati Membri għandhom jipprevjenu wkoll l-abbuż tar-regoli eżistenti u jindirizzaw l-"eżodu ta' mħuħ"potenzjali minn ċerti reġjuni. Huma għandhom jagħmlu dan billi jintensifikaw u jappoġġaw l-investiment f'setturi li għandhom potenzjal reali li jiġġeneraw opportunitajiet ta' impjiegi ta' kwalità għolja, bħalma huma l-ekonomija ekoloġika u l-ekonomija ċirkolari, is-settur tal-kura u s-settur diġitali.

Emenda 28

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

F'konformità ma' prattiki nazzjonali, u sabiex jinkiseb djalogu soċjali aktar effikaċi u eżiti soċjoekonomiċi aħjar, l-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw involviment f'waqtu u sinifikanti tas-sħab soċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi ekonomiċi u soċjali u fil-qasam tal-impjiegi u l-politiki , inkluż billi jingħata appoġġ lil kapaċità akbar tas-sħab soċjali. Is-sħab soċjali jeħtieġ li jiġu mħeġġa jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fi kwistjonijiet rilevanti għalihom, filwaqt li jirrispettaw b'mod sħiħ l-awtonomija u d-dritt tagħhom għal azzjoni kollettiva.

 

F'konformità ma' prattiki nazzjonali u mal-prinċipji tas-sħubija , u sabiex jinkiseb djalogu soċjali u ċivili aktar effikaċi u eżiti soċjoekonomiċi aħjar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw involviment f'waqtu, ġenwin u sinifikanti tas-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki u r-riformi ekonomiċi, soċjali u fil-qasam tal-impjiegi, fil-fażijiet kollha tal-proċess , inkluż billi jingħata appoġġ għal kapaċità akbar tas-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Tali involviment għandu jmur lil hinn mis-sempliċi konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati . Is-sħab soċjali għandhom jiġu mħeġġa jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fi kwistjonijiet rilevanti għalihom, filwaqt li jirrispettaw b'mod sħiħ l-awtonomija u d-dritt tagħhom għal azzjoni kollettiva. Il-ħaddiem b'kuntratti atipiċi ta' impjieg u l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw ukoll id-dritt tagħhom ta' organizzazzjoni u tal-innegozjar kollettiv. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex isaħħu r-rwol tas-sħab soċjali.

Emenda 29

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

Il-Linja gwida 8: Nippromwovu l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inrawmu l-inklużjoni soċjali u niġġieldu l-faqar

 

Il-Linja gwida 8: Nippromwovu l-ugwaljanza u l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni għal kulħadd, inrawmu l-inklużjoni soċjali u niġġieldu l-faqar

Emenda 30

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

Jeħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu swieq tax-xogħol inklużivi miftuħa għal kulħadd, billi jdaħħlu fis-seħħ miżuri effettivi sabiex jippromwovu opportunitajiet indaqs għal gruppi li ma jkunux rappreżentati biżżejjed fis-suq tax-xogħol. Huma jeħtieġ li jiżguraw it-trattament ugwali rigward l-impjiegi , il-protezzjoni soċjali, l-edukazzjoni u l-aċċess għal oġġetti u servizzi, irrispettivament mis-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali .

 

L-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, idaħħlu fis-seħħ miżuri effettivi għall-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni u jippromwovu opportunitajiet indaqs għal kulħadd biex kulħadd ikun jista' jipparteċipa fis-soċjetà. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu dawk li jippromwovu swieq tax-xogħol inklużivi miftuħa għal kulħadd, fosthom permezz ta' miżuri li jiġġieldu d-diskriminazzjoni fl-aċċess għas-suq tax-xogħol u fi ħdanu, bl-għan li jingħata appoġġ lil dawk li qed jiġu diskriminati, li huma sottorappreżentati jew li jinsabu f'sitwazzjoni vulnerabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw trattament ugwali u jiġġieldu t-tipi kollha ta' dikiminazzjoni fl-impjiegi , il-protezzjoni soċjali, l-edukazzjoni u l-aċċess għal oġġetti u servizzi, irrispettivament mis-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età, l-orjentazzjoni sesswali jew l-isfond soċjoekonomiku. Għal dak l-għan, huma meħtieġa miżuri partikolari li jappoġġaw lill-persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, u jeħtieġ li dawn jiġu appoġġati b'finanzjament adegwat sabiex tiġi evitata kwalunkwe kompetizzjoni potenzjali għar-riżorsi bejn il-benefiċjarji kkonċernati.

Emenda 31

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

L-Istati Membri jeħtieġ li jimmodernizzaw is-sistemi tal-protezzjoni soċjali biex jipprovdu protezzjoni soċjali effettiva, effiċjenti u adegwata fl-istadji kollha tal-ħajja tal-individwu, filwaqt li jrawmu l-inklużjoni soċjali u l-mobilità soċjali 'l fuq, jinċentivaw il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u jindirizzaw l-inugwaljanzi, inkluż permezz tas-sistemi fiskali u ta' benefiċċji tagħhom. Jeħtieġ li l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali twassal għal aċċessibbiltà , sostenibbiltà, adegwatezza u kwalità aħjar.

 

L-Istati Membri għandhom itejbu s-sistemi tal-protezzjoni soċjali biex jipprovdu protezzjoni soċjali effettiva, effiċjenti u adegwata fl-istadji kollha tal-ħajja tal-individwu, inklużi l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom , filwaqt li jrawmu l-inklużjoni soċjali u l-mobilità soċjali 'l fuq, jinċentivaw il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u jindirizzaw l-inugwaljanzi, inkluż permezz tas-sistemi fiskali u ta' benefiċċji tagħhom. It-titjib u l-innovazzjonijiet fis-sistemi ta' protezzjoni soċjali għandhom iwasslu għal aċċess, disponibbiltà , sostenibbiltà, adegwatezza u kwalità aħjar.

Emenda 32

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

L-Istati Membri jeħtieġ li jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji preventivi u integrati permezz ta' kombinazzjoni ta' tliet faxex ta' inklużjoni attiva: appoġġ ta' dħul adegwat, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta' kwalità. Is-sistemi ta' protezzjoni soċjali jeħtieġ li jiżguraw id-dritt għal benefiċċji adegwati tal-introjtu minimu għal dawk kollha li ma għandhomx biżżejjed riżorsi u jippromwovu l-inklużjoni soċjali billi jinkoraġġixxu lin-nies biex jipparteċipaw b'mod attiv fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà.

 

L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji preventivi u integrati permezz ta' kombinazzjoni ta' tliet faxex ta' inklużjoni attiva: appoġġ ta' dħul adegwat, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta' kwalità mfassla skont il-ħtiġijiet individwali . Is-sistemi ta' protezzjoni soċjali għandhom jiżguraw benefiċċji adegwati tal-introjtu minimu għal dawk kollha li ma għandhomx biżżejjed riżorsi u jippromwovu l-inklużjoni soċjali billi jinkoraġġixxu lin-nies biex jipparteċipaw b'mod attiv fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà.

Emenda 33

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

 

 

Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jippromwovu l-parteċipazzjoni attiva ta' NGOs speċjalizzati fil-ġlieda kontra l-faqar kif ukoll ta' organizzazzjonijiet ta' persuni li jesperjenzaw il-faqar fit-tfassil ta' politiki intiżi biex jiġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Emenda 34

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

Servizzi bħal dawk tal-indukrar tat-tfal, l-indukrar barra l-iskola, l-edukazzjoni, it-taħriġ, id-djar, is-servizzi tas-saħħa u ta' kura fit-tul, li jkunu ta' kwalità, aċċessibbli u bi prezz raġonevoli, huma essenzjali biex jiġu żgurati l-opportunitajiet indaqs, inkluż għat-tfal u ż-żgħażagħ . Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali filwaqt li jitnaqqas il-faqar fost dawk li jaħdmu. L-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw li kulħadd ikollu aċċess għal servizzi essenzjali, inklużi l-ilma, is-sanitazzjoni, l-enerġija, it-trasport, is-servizzi finanzjarji u l-komunikazzjonijiet diġitali. Għal dawk fil-bżonn u l-persuni vulnerabbli, l-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw aċċess għal assistenza ta' akkomodazzjoni soċjali adegwata kif ukoll id-dritt għal assistenza u protezzjoni xierqa kontra t-tkeċċija sfurzata. Jeħtieġ li l-problema ta' persuni mingħajr dar tiġi indirizzata b'mod speċifiku. Jeħtieġ li jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b'diżabilità.

 

L-aċċess u d-disponibbiltà ta' servizzi bħal dawk tal-indukrar tat-tfal, l-indukrar barra l-iskola, l-edukazzjoni, it-taħriġ, id-djar, is-servizzi tas-saħħa, ta' riabilitazzjoni u ta' kura fit-tul, li jkunu ta' kwalità, aċċessibbli u bi prezz raġonevoli, huma essenzjali biex jiġu żgurati l-opportunitajiet indaqs, inkluż għat-tfal, iż-żgħażagħ, il-minoranzi etniċi u l-migranti . It-tfal li jgħixu fil-faqar għandu jkollhom aċċess għal kura tas-saħħa, edukazzjoni u kura tat-tfal bla ħlas, u għal akkomodazzjoni diċenti u nutrizzjoni xierqa. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, inkluż it-tnaqqis tal-faqar fost dawk li jaħdmu, u d-diskriminazzjoni . L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kulħadd ikollu aċċess għal servizzi essenzjali u li dawn ikunu affordabbli , inklużi l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni , l-ilma nadif , is-sanitazzjoni, l-enerġija, it-trasport, is-servizzi finanzjarji u l-komunikazzjonijiet diġitali. Għal dawk fil-bżonn jew f'sitwazzjoni vulnerabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għal assistenza ta' akkomodazzjoni soċjali adegwata kif ukoll id-dritt għal assistenza u protezzjoni xierqa kontra t-tkeċċija sfurzata. Il-problema ta' persuni mingħajr dar għandha tiġi indirizzata b'mod speċifiku. Għandhom jitqiesu kemm il-ħtiġijiet speċifiċi kif ukoll il-potenzjal tal-persuni b'diżabilità. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom, inter alia, jeżaminaw mill-ġdid is-sistemi ta' valutazzjoni tad-diżabilità tagħhom sabiex jevitaw il-ħolqien ta' ostakoli fl-aċċess għas-suq tax-xogħol.

Emenda 35

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

 

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegaturi li jirreklutaw persuni b'diżabilità jingħataw appoġġ u konsulenza adegwati. L-għoti ta' assistenza personali fl-edukazzjoni u mis-servizzi tal-impjiegi għall-persuni b'diżabilità għandhom jiġu promossi u appoġġati.

Emenda 36

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

L-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw id-dritt ta' aċċess f'waqtu għal kura tas-saħħa u kura fit-tul affordabbli u ta' kwalità tajba, filwaqt li jissalvagwardjaw is-sostenibbiltà fuq medda twila ta' żmien.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-dritt ta' aċċess f'waqtu għal kura tas-saħħa u kura fit-tul affordabbli u aċċessibbli u ta' kwalità tajba, filwaqt li jissalvagwardjaw is-sostenibbiltà fuq medda twila ta' żmien.

Emenda 37

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

F'kuntest ta' żieda fil-lonġevità u tibdil demografiku, jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw is-sostenibbiltà u l-adegwatezza tas-sistemi tal-pensjonijiet għan-nisa u l-irġiel, jipprovdu opportunitajiet indaqs għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom, taż-żewġ sessi , biex jakkwistaw id-drittijiet għal pensjoni, inkluż permezz ta' skemi supplimentari biex tiġi żgurata ħajja dinjituża . Ir-riformi tal-pensjonijiet jeħtieġ li jiġu appoġġati minn miżuri li jestendu l-ħajja tax-xogħol u jgħollu l-età effettiva tal-irtirar billi, pereżempju, jiġi limitat il-ħruġ bikri mis-suq tax-xogħol u tiżdied l-età statutorja tal-irtirar biex tirrifletti ż-żieda fl-istennija tal-għomor . Jeħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu djalogu kostruttiv mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u jippermettu introduzzjoni gradwali adatta tar-riformi.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw b'urġenza s-sostenibbiltà u l-adegwatezza tas-sistemi tal-pensjonijiet għan-nisa u l-irġiel, jipprovdu opportunitajiet indaqs għall-ħaddiema kollha u għal dawk li jaħdmu għal rashom biex jakkwistaw drittijiet għal pensjoni statutorji adegwati , u għandhom ukoll jirsistu biex jiżguraw introjtu adegwat għall-persuni b'età iktar avvanzata li jkun minn tal-inqas 'il fuq mis-soll tal-faqar. Għandu jingħata aċċess nondiskriminatorju għal skemi supplimentari, li jistgħu jservu bħala element komplementari għall-pensjonijiet statutorji. Skont id-dritt nazzjonali u l-arranġamenti istituzzjonali tal-Istati Membri, il-pensjonijiet ibbażati fuq l-ewwel pilastru waħdu jew flimkien mat-tieni pilastru għandhom jistabbilixxu introjtu ta' sostituzzjoni adegwat abbażi tal-pagi preċedenti tal-ħaddiem. L-Istati Membri għandhom jipprovdu krediti tal-pensjoni adegwati lill-persuni li jkunu qattgħu żmien barra mis-suq tax-xogħol biex jipprovdu l-kura fuq bażi informali . Ir-riformi tal-pensjonijiet, inkluża l-possibilità ta' żieda fl-età effettiva tal-irtirar, għandhom isiru fil-kuntest ta' strateġiji ta' tixjiħ attiv u fi stat tajjeb ta' saħħa, u għandhom jiġu appoġġati minn miżuri li jestendu l-ħajja tax-xogħol għal dawk li jixtiequ jkomplu jaħdmu. Il-ħaddiema li jkunu qed joqorbu lejn l-età tal-irtirar għandhom jingħataw l-għażla li b'mod volontarju jnaqqsu s-sigħat tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu djalogu kostruttiv mas-sħab soċjali u mas-soċjetà ċivili , u jippermettu introduzzjoni gradwali adatta tar-riformi kollha .


(1)  Testi adottati, P8_TA(2016)0355.

(2)  ĠU C 265, 11.8.2017, p. 201.

(3)  ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1–6.

(4)  ĠU C 67, 20.2.2016, p. 1.

(5)  ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.

(6)  COM(2017)0563 finali - 2017/0244 (NLE).

(7)  ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1.

(8)  ĠU C 67, 20.2.2016, p. 1.

(9)  ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1..

(10)  COM(2017)0563 final - 2017/0244 (NLE).

(11)  ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46.

(12)  ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46.

(13)  COM(2008)0639 finali

(14)  COM(2008)0639 finali

(15)  ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1–6

(16)  ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1.

(17)   1a Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.)


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/215


P8_TA(2018)0182

Stimi tad-dħul u n-nefqa għas-sena finanzjarja 2019 – Taqsima I – Il-Parlament Ewropew

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' April 2018 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2019 (2018/2001(BUD))

(2019/C 390/46)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' April 2017 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2018 (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Novembru 2017 dwar it-test konġunt tal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja (7),

wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau bl-għan li jitħejja l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2019,

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fis-16 ta' April 2018 skont l-Artikoli 25(7) u 96(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Kumitat tal-Baġits skont l-Artikolu 96(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament,

wara li kkunsidra l-Artikolu 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0146/2018),

A.

billi din il-proċedura hija r-raba' proċedura baġitarja sħiħa mwettqa fil-leġiżlatura l-ġdida u s-sitt waħda matul il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020;

B.

billi l-baġit għall-2019, kif propost fir-rapport tas-Segretarju Ġenerali, qed jitħejja fl-isfond ta' żieda annwali, kemm f'termini ta' inflazzjoni kif ukoll f'żieda reali, fil-limitu massimu għall-Intestatura V, u dan jippermetti iżjed lok għal tkabbir u investiment, kif ukoll biex ikomplu jiġu implimentati l-politiki li jiksbu l-iffrankar ta' riżorsi, li jfittxu li jtejbu l-effiċjenza u li jkunu orjentati lejn baġit ibbażat fuq il-prestazzjoni;

C.

billi fost l-objettivi prijoritarji li ġew proposti mis-Segretarju Ġenerali għall-baġit 2019 insibu dawn li ġejjin: il-kampanja elettorali tal-Parlament Ewropew tal-2019, il-proġetti ta' sigurtà, il-proġetti immobiljari pluriennali, l-iżvilupp tal-informatika, it-titjib fis-servizzi għall-Membri u l-inkoraġġiment ta' approċċ ekoloġiku għat-trasport;

D.

billi ġie propost baġit ta' EUR 2 016 644 000 mis-Segretarju Ġenerali għall-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament għall-2019, li jirrappreżenta żieda globali ta' 3,38 % fuq il-baġit tal-2018 (inklużi EUR 37,3 miljun għall-bidla tal-leġiżlatura u EUR 34,3 miljun għal infiq straordinarju ieħor) u proporzjon ta' 18,79 % tal-Intestatura V tal-QFP 2014-2020;

E.

billi kważi żewġ terzi tal-baġit jikkostitwixxu nefqa indiċizzata li tirrigwarda partikolarment ir-remunerazzjonijiet, il-pensjonijiet, l-ispejjeż mediċi u l-allowances għall-Membri (23 %) u l-membri tal-persunal (34 %) attivi u rtirati, kif ukoll għall-bini (13 %), li hija aġġustata skont ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Istatut għall-Membri, l-indiċizzazzjoni speċifika skont is-settur jew ir-rata tal-inflazzjoni;

F.

billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016 (8), il-Parlament diġà saħaq fuq il-fatt li l-baġit għall-2016 għandu jiġi stabbilit fuq bażi realistika u jkun konformi mal-prinċipji ta' dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba;

G.

billi l-kredibilità tal-Parlament bħala fergħa waħda tal-awtorità baġitarja tiddependi sa ċertu punt mill-kapaċità tiegħu li jiġġestixxi l-infiq tiegħu stess u fuq l-abilità tiegħu li jiżviluppa d-demokrazija fil-livell tal-Unjoni;

H.

billi l-fond ta' pensjoni volontarju ġie stabbilit fl-1990 mir-Regoli tal-Bureau li jirregolaw l-iskema ta' pensjoni addizzjonali (volontarja) (9);

Qafas ġenerali

1.

Jenfasizza li s-sehem tal-baġit tal-Parlament fl-2019 għandu jinżamm taħt l-20 % tal-Intestatura V; jinnota li l-livell tal-estimi għall-2019 jikkorrispondi għal 18,53 %, li huwa inqas minn dak li nkiseb fl-2018 (18,85 %) u l-aktar parti baxxa tal-Intestatura V f'dawn l-aħħar 15-il sena;

2.

Jenfasizza li l-akbar parti tal-baġit tal-Parlament hija fissa b'riżultat ta' obbligi statutorji jew kuntrattwali u soġġetta għal indiċizzazzjoni annwali;

3.

Jinnota li, minħabba l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2019, l-infiq se jkun sostanzjalment ogħla f'ċerti oqsma, partikolarment fir-rigward tal-Membri li ma jiġux eletti mill-ġdid u tal-assistenti tagħhom, filwaqt li se jiġi ġġenerat iffrankar, minkejja li fuq skala iżgħar, f'oqsma oħra bħala riżultat tat-tnaqqis fil-volum tax-xogħol parlamentari f'sena elettorali;

4.

Jappoġġja l-ftehim li ntlaħaq fil-konċiljazzjoni bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits, fis-26 ta' Marzu 2018 u fl-10 ta' April 2018, biex tkun iffissata ż-żieda ta' 2,48 % fil-baġit 2018, perċentwal li jikkorrispondi għal-livell kumplessiv tal-estimi tiegħu għall-2019 ta' EUR 1 999 144 000, biex jitnaqqas il-livell tan-nefqa fl-abbozz preliminari tal-estimi approvat mill-Bureau fit-12 ta' Marzu 2018 ta' EUR 17,5 miljun u biex, konsegwentement, jitnaqqsu l-approprjazzjonijiet proposti għal-linji baġitarji li ġejjin: 1004 – Spejjeż għall-vjaġġi regolari; 105 – Korsijiet tal-lingwi u tal-kompjuter; 1404 – Apprendistati, għotjiet u skambji ta' uffiċjali; 1612 – Taħriġ ulterjuri; 1631 – Mobilità; 2000 – Kirjiet; 2007 – Kostruzzjoni ta' bini u sistemazzjoni fil-bini; 2022 – Manutenzjoni, żamma, operat u tindif tal-bini; 2024 – Konsum tal-enerġija; 2100 – Informatika u telekomunikazzjonijiet; 2101 – Informatika u telekomunikazzjonijiet — Attivitajiet rikorrenti tal-funzjonament — Infrastruttura; 2105 – Informatika u telekomunikazzjonijiet — Investimenti fil-proġetti; 212 – Għamara; 214 – Materjal u installazzjonijiet tekniċi; 230 – Kanċellerija, provvisti għall-uffiċċju u oġġetti għall-konsum diversi; 238 – Nefqiet amministrattivi oħra; 300 – Nefqiet għall-missjonijiet tal-istaff u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta' xogħol; 302 – Nefqiet għal riċevimenti u rappreżentanza; 304 – Nefqiet varji għal laqgħat interni; 3042 – Laqgħat, kungressi, konferenzi u delegazzjonijiet; 3049 – Nefqa għall-aġenziji tal-ivvjaġġar; 3243 – Iċ-Ċentri għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew; 3248 – In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva; 325 – Nefqa relatata mal-Uffiċċji ta' Kollegament; 101 – Riżerva ta' kontinġenza tassenja lill-partita 1400 – Aġenti oħra — Segretarjat Ġenerali u gruppi politiċi approprjazzjonijiet ta' EUR 50 000, lill-partita 320 – Akkwist tal-tal-għarfien espert approprjazzjonijiet ta' EUR 50 000, u lill-partita 3211 – Ċentru Ewropew tal-Midja Xjentifika approprjazzjonijiet ta' EUR 800 000; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li dawn il-bidliet ġew adottati mill-Bureau fis-16 ta’ April 2018;

5.

Jissottolinja li l-funzjonijiet fundamentali tal-Parlament huma l-leġiżlazzjoni konġunta mal-Kunsill u t-teħid ta' deċiżjoni dwar il-baġit tal-Unjoni, ir-rappreżentanza taċ-ċittadini u l-iskrutinju tal-ħidma tal-istituzzjonijiet l-oħra;

6.

Jenfasizza r-rwol tal-Parlament fil-kostruzzjoni ta' kuxjenza politika Ewropea u fil-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni;

7.

Jikkonstata li l-abbozz preliminari tal-estimi u d-dokumenti li jakkumpanjawh waslu tard u wara biss li ġew adottati mill-Bureau fit-12 ta' Marzu 2018; jitlob li fis-snin li ġejjin ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau dwar l-abbozz preliminari tal-estimi, inklużi l-annessi tiegħu, jintbagħtulu fil-ħin;

Trasparenza u aċċessibilità

8.

Jilqa' r-reazzjoni għat-talba mill-Kumitat għall-Baġits li ġiet espressa f'diversi riżoluzzjonijiet tal-baġit dwar informazzjoni addizzjonali dwar l-ippjanar fuq perjodu medju u twil, l-investimenti, l-obbligi statutorji, in-nefqa operattiva u metodoloġija abbażi tal-bżonnijiet attwali aktar mill-koeffiċjenti; jinnota li s-somom ta' flus f'daqqa huma għodda utli u rikonoxxuta biex jiżdiedu l-flessibilità u t-trasparenza;

9.

Jinnota li, bħal ma kien il-każ għall-baġits tas-snin preċedenti, huwa propost li jitwarrab ammont għall-investiment u għan-nefqa meqjusin bħala "straordinarji", jiġifieri l-investiment u n-nefqa li huma ta' natura mhux tas-soltu jew li huma atipiċi għall-Parlament u li ma tantx jokkorru ta' spiss; jinnota li fl-2019, dawk l-investimenti u l-infiq jammontaw għal EUR 71,6 miljun, li jinkludu EUR 37,3 miljun għall-bidla tal-leġiżlatura u EUR 34,3 miljun għal nefqa straordinarja oħra; ifakkar li d-distinzjoni bejn nefqa ordinarja u straordinarja, li saret fil-baġit tal-2016 u li ġiet inkluża fil-baġits konsekuttivi, saret biss sabiex twieġeb għall-implimentazzjoni ta' miżuri urġenti li jikkonċernaw is-sigurtà ta' bini u ċ-ċibersigurtà wara l-attakki terroristiċi; iqis li l-użu eċċessiv ta' din id-distinzjoni, jiġifieri l-inklużjoni ta' nefqa oħra fin-nefqa straordinarja, jagħti indikazzjoni żbaljata tal-evoluzzjoni tal-marġni baġitarju u b'hekk imur kontra l-prinċipju tat-trasparenza tan-nefqa tal-Parlament;

10.

Jistenna li l-baġit tal-Parlament għall-2019 ikun realistiku u preċiż fir-rigward tat-tqabbil tal-ħtiġijiet u l-kostijiet tagħhom, sabiex kemm jista' jkun jiġi evitat l-ibbaġitjar żejjed;

Brexit

11.

Josserva li fit-8 ta' Diċembru 2017, in-negozjaturi tal-Unjoni u tar-Renju Unit laħqu ftehim fil-prinċipju dwar is-saldu finanzjarju li jikkonċerna l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, li jinkludi dispożizzjoni skont liema r-Renju Unit se jipparteċipa fil-baġits annwali tal-Unjoni għall-2019 u l-2020, bħallikieku kien għadu Stat Membru tal-Unjoni u se jikkontribwixxi sehmu mill-finanzjament tal-obbligazzjonijiet tal-Unjoni li se jiġġarrbu qabel il-31 ta' Diċembru 2020; jinnota li l-iskema ta' pensjoni volontarja għall-Membri hija inkluża bħala obbligazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ tal-UE, u kontribuzzjoni għall-obbligazzjonijiet pendenti meħtieġa biex tkopri l-obbligazzjonijiet tal-pensjonijiet imġarrba qabel iżda anke wara l-2020, se tkun parti min-negozjati;

12.

Jinnota li l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali kkonferma, bil-votazzjoni fil-plenarja fi Frar 2018, rapport fuq inizjattiva proprja dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament, u b'mod partikolari t-tnaqqis fl-ammont ta' Membri għal 705 wara l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni; jinnota li wara l-laqgħa informali tas-27 kap ta' Stat jew ta' gvern li saret fit-23 ta' Frar 2018, il-President Tusk wera appoġġ wiesa' għal din il-proposta; jinnota li fl-eventwalità li r-Renju Unit ikun għadu Stat Membru fil-bidu tal-leġiżlatura 2019-2024, l-għadd ta' Membri għandu jkun ta' 751, sakemm il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni jsir ġuridikament effettiv; jirrimarka, madankollu, li l-proċedura tkun teħtieġ deċiżjoni unanima mill-Kunsill Ewropew wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Parlament; jissottolinja li l-estimi tal-Parlament, għalissa, jirriflettu s-sitwazzjoni ta' status quo ta' Parlament magħmul minn 678 Membru minn 27 Stat Membru bejn it-30 ta' Marzu 2019 u t-tmiem tat-VIII leġiżlatura, u ta' Parlament magħmul minn 705 Membri minn 27 Stat Membru mill-bidu tad-IX leġiżlatura sat-tmiem tas-sena finanzjarja 2019; jieħu nota b'sodisfazzjon tal-aġġustamenti proposti mis-Segretarju Ġenerali li ġew adottati mill-Bureau fit-12 ta' Marzu 2018;

Elezzjonijiet Ewropej 2019

13.

Jilqa' l-kampanja ta' komunikazzjoni bħala sforz utli li jservi ta' għajnuna biex jiġi spjegat l-iskop tal-Unjoni u tal-Parlament liċ-ċittadini; jissottolinja li din il-kampanja suppost se timmira li, fost affarijiet oħra, tispjega r-rwol tal-Unjoni Ewropea, is-setgħa tal-Parlament, il-funzjonijiet tiegħu, bħall-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni, u l-impatt tiegħu fuq ħajjiet iċ-ċittadini;

14.

Ifakkar li, kif approvat fil-proċedura baġitarja 2018, il-baġit totali tal-kampanja jammonta għal EUR 33,3 miljun għas-sentejn, li minnhom intużaw EUR 25 miljun għall-2018 (minħabba ż-żmien meħtieġ biex jitmexxew il-proċeduri tal-akkwist u jiġu konklużi l-kuntratti) u EUR 8,33 miljun għall-2019; jinnota li l-istrateġija għall-kampanja bbażata fuq analiżi tat-tagħlimiet meħuda fl-aħħar elezzjonijiet ġiet approvata mill-Bureau f'Novembru 2017;

15.

Jissottolinja li l-proċessi ta' komunikazzjoni għall-elezzjonijiet Ewropej huma kkaratterizzati minn tliet livelli: l-aktar livell viżibbli huwa għall-partiti politiċi nazzjonali u Ewropej u għall-kandidati tagħhom, it-tieni livell huwa l-proċess mhux uffiċjali li bih il-partiti politiċi jipproponu kandidati għall-kariga ta' President tal-Kummissjoni ("Spitzenkandidaten"), li ġie introdott għall-ewwel darba fl-2014, u t-tielet livell huwa l-kampanja istituzzjonali li tfakkar x'inhuwa l-Parlament, kif jaffettwa ħajjet iċ-ċittadini u għalfejn huwa importanti li wieħed jieħu sehem fl-elezzjonijiet;

16.

Jenfasizza li l-Parlament waħdu ma għandux ir-riżorsi meħtieġa biex jilħaq lill-400 miljun votant eleġibbli u għalhekk jeħtieġlu jagħmel l-aħjar użu tan-netwerks tal-multiplikaturi tiegħu stess biex isir dan; iqis li l-komunikazzjonijiet permezz tas-siti web tal-midja soċjali jenħtieġ li jaqdu wkoll rwol importanti; jirrimarka li fil-livell Ewropew, fl-2018, se tiġi organizzata serje ta' konferenzi għaċ-ċittadini u għall-partijiet interessati u li, fil-livell nazzjonali, ir-rwol tal-Uffiċċji ta' Kollegament se jkun kruċjali; ikompli jinkludi lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u r-rappreżentanti lokali u reġjonali tiegħu fl-approċċ tan-netwerking; iqis li fl-aħħar fażi qabel l-elezzjonijiet, il-partiti politiċi Ewropej u l-partiti nazzjonali se jiżvolġu rwol essenzjali flimkien, b'mod partikolari fil-qafas tal-proċess "Spitzenkandidaten"; jipproponi, għaldaqstant, li jippermettilhom iwettqu din il-missjoni b'fondi speċifikament miżjuda għall-2019;

Sigurtà u ċibersigurtà

17.

Jinnota li l-baġit għall-2019 se jinkludi wkoll pagamenti ta' investimenti sostanzjali li bdew fl-2016 bl-għan li tittejjeb b'mod sinifikanti s-sigurtà tal-Parlament; jirrimarka li dawk il-proġetti jkopru diversi oqsma, prinċipalment relatati ma' bini, jiġifieri t-titjib tas-sigurtà fil-punti ta' dħul, it-tagħmir u l-persunal, bħall-Proġett iPACS, iżda wkoll titjib fil-qasam taċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-komunikazzjoni;

18.

Jilqa' l-Memorandum ta' Qbil li daħal fis-seħħ fl-2017 bejn il-Gvern Belġjan u l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-istituzzjonijiet l-oħra bbażati fi Brussell, rigward il-kontrolli tas-sigurtà tal-persunal tal-kuntratturi esterni kollha li jixtiequ jkollhom aċċess għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni; ifakkar l-appell tiegħu, fl-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-2018 tal-Parlament, lis-Segretarju Ġenerali biex iqis jekk huwiex opportun li tiġi estiża l-applikazzjoni ta' dan il-Memorandum ta' Qbil għal uffiċjali, assistenti parlamentari u trainees sabiex ikunu jistgħu jsiru l-verifiki ta' sigurtà neċessarji qabel ir-reklutaġġ tagħhom; jitlob, għalhekk, lis-Segretarju Ġenerali jinforma lill-Kumitat għall-Baġits dwar l-istat ta' progress ta' dan il-fajl;

19.

Iqis li l-għodod informatiċi huma strumenti importanti għall-Membri u l-persunal biex iwettqu xogħolhom, iżda madankollu huma vulnerabbli għal attakki informatiċi; jilqa' pożittivament il-fatt, għalhekk, li jiżdiedu bi ftit l-approprjazzjonijiet previsti, filwaqt li l-istituzzjoni tkun tista' tipproteġi aħjar l-beni u l-informazzjoni tagħha billi tkompli l-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar iċ-Ċibersigurtà;

Politika immobiljari

20.

Itenni l-appell tiegħu għal proċess deċiżjonali trasparenti fil-qasam tal-politika immobiljari, abbażi ta' informazzjoni bikrija, filwaqt li jitqies kif dovut l-Artikolu 203 tar-Regolament Finanzjarju;

21.

Jinnota l-proċess ta' titjib fl-ambjenti tax-xogħol tal-Membri u tal-persunal kif deċiż mill-Bureau f'Diċembru 2017, titjib li se jkompli fl-2019 sabiex jipprovdi spazji tax-xogħol flessibbli għall-Membri biex jissodisfaw il-ħtiġijiet li jirriżultaw minn tibdil fil-modalitajiet tax-xogħol, u jipprovdilhom tliet uffiċċji fi Brussell u tnejn fi Strasburgu wara l-elezzjonijiet tal-2019; jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li, fi Strasburgu, ikun aktar utli li jiġu pprovduti spazji flessibbli għal-laqgħat; jinnota l-ispejjeż għall-manutenzjoni tal-bini tal-Parlament fl-2019, inklużi r-rekwiżiti għas-sigurtà u l-protezzjoni ambjentali; iqajjem dubju dwar l-ispejjeż għolja ħafna ta' ċerti żviluppi proposti, fosthom: it-tneħħija tal-Bibljoteka u l-uffiċċji relatati, ir-rinnovazzjoni tar-ristorant tal-Membri (il-binja ASP) u r-rinnovazzjoni tar-ristorant li jinsab fil-binja Churchill; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħti lill-Kumitat għall-Baġits kwalunkwe informazzjoni li hija relatata ma' dawk id-deċiżjonijiet qabel il-qari tal-baġit min-naħa tal-Parlament fil-ħarifa tal-2018, fid-dawl tal-fatt li ċerti proġetti se jkunu posposti;

22.

Iqajjem dubju dwar il-EUR 1,58 miljun ippjanati għall-istudji fir-rigward tar-rinnovazzjoni tal-binja Spaak, peress li EUR 14-il miljun diġà ġew ibbaġitjati fil-baġit għall-2018; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħti lill-Kumitat għall-Baġits kwalunkwe informazzjoni li hija relatata ma' dawn id-deċiżjonijiet qabel il-qari tal-baġit min-naħa tal-Parlament fil-ħarifa tal-2018;

23.

Jitlob aktar dettalji dwar l-istat tal-għamara fil-binja ASP ta' Brussell li jiġġustifikaw is-sostituzzjoni tagħha, u dwar il-proċedura li ġiet segwita sabiex intgħażlet l-għamara l-ġdida, b'mod partikolari dwar il-proporzjon bejn l-prezz tagħha u l-ħtieġa għal sostituzzjoni;

24.

Jieħu nota tad-definizzjoni aġġornata tal-mandat għall-Uffiċċji tal-Informazzjoni, li issa huma magħrufa bħala "Uffiċċji ta' Kollegament", skont id-Deċiżjoni tal-Bureau ta' Novembru 2017; jinnota li l-funzjoni prinċipali tal-Uffiċċji ta' Kollegament hija li jinformaw u jikkomunikaw lokalment f'isem il-Parlament b'mod politikament newtrali, sabiex jipprovdu informazzjoni dwar l-Unjoni u l-politiki tagħha permezz tal-attivitajiet ta' partijiet interessati esterni fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, inklużi l-membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni;

25.

Josserva li l-ewwel taqsimiet tal-parti tal-Lvant tal-binja KAD il-ġdida se jiġu allokati u okkupati fi tmiem l-2018 filwaqt li l-bqija tal-uffiċċji u s-swali tal-konferenzi tal-parti tal-Lvant se jiġu okkupati progressivament matul l-2019; jinnota li direttament wara dan se jibdew ix-xogħlijiet fuq il-parti tal-Punent;

26.

Ifakkar li l-analiżi tal-QEA għall-2014 stmat li l-ispejjeż tad-dispersjoni ġeografika tal-Parlament huma EUR 114-il miljun fis-sena; jinnota wkoll li, skont ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2013 dwar is-siti tas-sedi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (10),78 % tal-missjonijiet kollha li jsiru mill-persunal statutorju tal-Parlament huma kkawżati minn riżultat dirett tad-dispersjoni ġeografika tal-Parlament; jenfasizza li, skont ir-rapport, huwa stmat ukoll li l-impatt ambjentali tad-dispersjoni ġeografika huwa bejn il-11 000 u d-19 000 tunnellata ta' emissjonijiet ta' CO2; jenfasizza l-iffrankar potenzjali għall-baġit tal-Parlament ta' sede unika u jitlob, għalhekk, pjan direzzjonali li jwassal għal sede unika;

27.

Ifakkar l-impenn tal-Parlament favur id-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (11) li tistabbilixxi li dan se jintrabat, "mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli tal-baġit u l-akkwist, li japplikaw l-istess rekwiżiti għall-binjiet li huma l-proprjetà tagħhom u li huma jokkupaw bħal dawk applikabbli għall-binjiet tal-gvern ċentrali tal-Istati Membri skont l-Artikoli 5 u 6"ta' dik id-Direttiva, minħabba l-viżibilità għolja tal-binjiet tiegħu u r-rwol ta' tmexxija li għandu jkollu fir-rigward tal-prestazzjoni enerġetika tal-binjiet; jissottolinja l-urġenza li l-Parlament ikun konformi ma' din id-dikjarazzjoni, biss biss għall-kredibilità tiegħu stess fir-reviżjonijiet li għaddejjin bħalissa tal-prestazzjoni enerġetika tal-binjiet u d-direttivi dwar l-effiċjenza fl-enerġija;

Kwistjonijiet relatati mal-Membri tal-Parlament Ewropew u l-assistenti parlamentari akkreditati (APA)

28.

Jilqa' l-ħidma li qed iwettqu s-Segretarjat tal-Parlament, is-segretarjati tal-gruppi politiċi u l-uffiċċji tal-Membri bil-għan li l-Membri jingħataw mezzi aqwa biex jeżerċitaw il-mandati tagħhom; jinkoraġġixxi li jitkompla l-iżvilupp ta' dawk is-servizzi li jsaħħu l-kapaċità tal-Membri li jwettqu skrutinju tal-ħidma tal-Kummissjoni u tal-Kunsill, u li jirrappreżentaw iċ-ċittadini;

29.

Jilqa' b'mod partikolari l-kwalità li qed tiżdied aktar minn qatt qabel tal-konsulenza u tar-riċerka mogħtija lill-Membri u lill-kumitati mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) u mid-dipartimenti tematiċi; jieħu nota tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-kooperazzjoni bejn dawn iż-żewġ servizzi fornuti mis-Segretarju Ġenerali f'Ottubru 2017; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jagħti aktar informazzjoni dwar il-mod kif iż-żewġ servizzi jikkoordinaw xogħolhom bil-għan li tkun evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet u jkunu sodisfatti l-bżonnijiet tal-klijenti; jilqa' l-proġetti speċifiċi, ġodda u eżistenti, fis-settur tal-informatika, li se jiġu implimentati kompletament jew parzjalment fl-2019: il-proġett e-Parliament, il-proġett "Sistema ta' Ġestjoni Elettronika tad-Dokumenti"(ERMS - Electronic Record Management System), il-Programm Bibljoteka Diġitali Miftuħa, il-proġett il-ġdid dwar ir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tat-tagħlim awtomatiku ("machine learning") b'memorji tat-traduzzjoni u l-għodda għar-reġistrazzjoni tal-parteċipanti f'konferenzi u f'avvenimenti;

30.

Ifakkar fir-riżoluzzjonijiet imsemmija hawn fuq tal-5 ta' April 2017 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2018 u tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018; itenni l-appell għal trasparenza rigward l-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali (GEA); jistieden lill-Bureau tal-Parlament jaħdem fuq gwida aħjar fir-rigward tal-obbligu ta' rendikont tal-infiq awtorizzat skont din l-allowance, mingħajr ma jiġu ġġenerati spejjeż addizzjonali jew piż amministrattiv għall-amministrazzjoni tal-Parlament; jinnota li sistema komprensiva ta' kontroll tal-allowance tal-mandat parlamentari tal-Membri kieku jkollha bżonn minn 40 sa 75 post amministrattiv ġdid (12), li jmur kontra l-iskema ta' tnaqqis tal-persunal;

31.

Ifakkar fil-prinċipju tal-indipendenza tal-mandat; jissottolinja li hija r-responsabilità tal-Membri eletti li jużaw in-nefqa għall-attivitajiet parlamentari u li huwa possibbli li l-Membri li jixtiequ jagħmlu dan jippubblikaw ir-rendikont ta' x'nefqu fir-rigward tal-GEA fuq is-siti web personali tagħhom; jenfasizza l-fatt li s-somma ta' flus f'daqqa tintuża b'mod mifrux u hija rikonoxxuta bħala għodda utli fl-Istati Membri; jenfasizza li l-użu attwali tas-somom ta' flus f'daqqa ma jirrikjedix persunal supplimentari u ma jinvolvix kostijiet addizzjonali għall-amministrazzjoni tal-Parlament Ewropew u jevita li jiġu ġġenerati spejjeż jew piżijiet amministtrativi addizzjonali obbligatorji għall-Membru għall-uffiċċji tagħhom; itenni li effiċjenza u trasparenza mtejba tal-GEA ma jfissrux li tinkiser il-privatezza;

32.

Iħeġġeġ lill-grupp ta' ħidma tal-Bureau dwar il-GEA jlesti l-ħidma tiegħu sabiex ir-rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq l-opinjoni tal-Parlament li esprima f'Ottubru 2017 ikunu jistgħu jitqiesu qabel l-elezzjoni tad-IX leġiżlatura;

33.

Itenni l-appell tiegħu lill-Bureau biex jiżgura li d-drittijiet soċjali u tal-pensjoni tal-Membri u tal-Assistenti Parlamentari Akkreditati (APA) jiġu rrispettati, u li jsiru disponibbli l-mezzi finanzjarji adegwati; itenni t-talba tiegħu, f'dan ir-rigward, sabiex tinstab soluzzjoni prattika għal dawk l-APA li, wara li ħadmu f'żewġ leġiżlaturi mingħajr interruzzjoni fit-tmiem tal-leġiżlatura attwali, mhumiex se jkollhom dritt għall-aċċess għall-iskema Ewropea tad-drittijiet tal-pensjoni, meta dawn jilħqu l-età tal-pensjoni, peress li dawn se jkollhom xi żmien nieqes mis-servizz meħtieġ ta' għaxar snin kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal, minħabba l-elezzjonijiet bikrija fl-2014 u d-dewmien fil-validazzjoni tal-kuntratti l-ġodda tal-APA dovut għall-ammont kbir ta' xogħol matul il-perjodi ta' wara l-elezzjonijiet tal-2009; ifakkar li l-Artikolu 27(2) tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew jistabbilixxi li "[d]rittijiet miksuba u drittijiet futuri għandhom jinżammu fl-intier tagħhom"; jinnota, madankollu, l-problemi kontinwi fir-rigward tal-fond ta' pensjoni volontarju, u jitlob lill-Bureau u lis-Segretarju Ġenerali jeżaminaw il-possibilitajiet kollha sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż fuq il-baġit tal-Parlament;

34.

Iqis li huma xierqa l-approprjazzjonijiet tal-linja baġitarja 422 "Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari";

35.

Jinnota r-reviżjoni tar-rati ta' allowances lill-APA mħallsa għall-missjonijiet li jagħmlu bejn it-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament; ifakkar it-talba tiegħu lill-Bureau sabiex jieħu azzjonijiet għal allinjament sħiħ bejn l-uffiċjali, aġenti oħra u l-APA mil-leġiżlatura li jmiss;

36.

Jistieden mill-ġdid lill-Konferenza tal-Presidenti, fid-dawl tal-leġiżlatura li jmiss, biex tirrevedi d-dispożizzjonijiet ta' Implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet u l-missjonijiet barra mill-Unjoni Ewropea; jissottolinja li tali reviżjoni għandha tqis il-possibbiltà li l-APA, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet, jakkumpanjaw lill-Membri f'Delegazzjonijiet u f'Missjonijiet uffiċjali tal-Parlament;

37.

Jistieden lill-Bureau jemenda d-deċiżjoni tal-Bureau tad-19 ta' April 2010 dwar regoli li jikkonċernaw it-trainees tal-Membri sabiex jiżgura r-remunerazzjoni deċenti ta' trainees; jisħaq fuq il-fatt li r-remunerazzjoni tat-trainees fl-uffiċċji tal-Membri jew fil-gruppi politiċi, jenħtieġ li, minn tal-inqas, tkopri l-ispejjeż tal-għajxien fi Brussell, jew fil-belt fejn isiru t-traineeships;

38.

Jemmen li għandu jkun hemm disponibbli finanzjament xieraq għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali għall-adattament ta' miżuri ta' appoġġ preventivi u bikrija biex jindirizzaw il-kunflitti u l-fastidju bejn il-Membri u l-APA jew membri oħra tal-persunal;

Kwistjonijiet relatati mal-persunal

39.

Inaqqas 59 post mit-tabella tal-persunal tas-Segretarjat Ġenerali tiegħu għall-2019 (objettiv li jitnaqqas il-persunal b'1 %), bi qbil mal-ftehim tal-14 ta' Novembru 2015 li ntlaħaq mal-Kunsill rigward il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, u li skont dan il-ftehim il-miżuri għat-tnaqqis annwali tal-persunal fil-Parlament għandhom ikomplu sal-2019;

40.

Jemmen li, fi żmien meta r-riżorsi finanzjarji u tal-persunal disponibbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni aktarx se jsiru dejjem aktar limitati, huwa importanti li l-istituzzjonijiet infushom ikunu kapaċi jirreklutaw u jżommu lill-persunal l-aktar kapaċi biex jindirizzaw l-isfidi kumplessi futuri b'mod li jkun konsistenti mal-prinċipji ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni;

41.

Iqis li sal-ferjat minħabba l-elezzjonijiet, il-Parlament se jaffaċċja sitwazzjoni unika li tirriżulta mill-koinċidenza tal-għaġla tat-tmiem normali tal-leġiżlatura flimkien mal-pakkett kumpless ta' proposti leġiżlattivi tal-QFP, il-Brexit, u l-għadd dejjem akbar ta' trilogi; iqis li sabiex il-Parlament u l-Kumitati tiegħu jkunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet prinċipali, huwa fundamentali li jkompli jiġi żgurat livell xieraq ta' riżorsi loġistiċi u umani;

42.

Jagħti mandat lis-Segretarju Ġenerali biex jibni fuq il-ftehimiet eżistenti ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew; li fir-rigward ta' dan l-EPRS huwa eżempju pożittiv ħafna; jitlob li jiġu identifikati żoni li jinkludu, iżda li mhumiex limitati biss għas-servizzi tal-IT u s-sigurtà, fejn jistgħu jiżdiedu s-sinerġiji bejn il-funzjonijiet amministrattivi permezz tal-esperjenza tal-Parlament u taż-żewġ korpi u billi jitqiesu bi sħiħ id-diffikultajiet ta' governanza u d-differenzi f'termini ta' skala biex jiġu żviluppati ftehimiet ta' kooperazzjoni ġusti; jitlob ukoll lis-Segretarju Ġenerali jwettaq studju dwar is-sinerġiji possibbli fil-funzjonijiet u s-servizzi amministrattivi li jistgħu jinħolqu ma' istituzzjonijiet oħra;

43.

Jitlob li ssir valutazzjoni tal-iffrankar u tal-benefiċċji għal kull parti li tirriżulta mill-ftehim interistituzzjonali ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Parlament, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali kemm dwar l-oqsma soġġetti għas-Servizzi Konġunti u l-oqsma soġġetti għall-kooperazzjoni, kif ukoll dwar il-potenzjal tal-iffrankar u l-benefiċċji ta' ftehmiet futuri possibbli ma' istituzzjonijiet u aġenziji oħra;

44.

Jilqa' r-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (13); huwa tal-fehma li r-riżoluzzjoni hija pass importanti lejn ġlieda aktar effikaċi kontra l-fastidju sesswali u kwalunkwe tip ta' mġiba mhux xierqa fl-Unjoni u l-istituzzjonijiet tagħha, inkluż il-Parlament; jitlob li jiġu allokati riżorsi adegwati sabiex jiġu implimentati t-talbiet tar-riżoluzzjoni;

Kwistjonijiet oħra

45.

Jinnota l-prattika kontinwa li jintuża "t-trasferiment ta' tlaqqit"(ramassage) ta' tmiem is-sena bħala kontribut għall-proġetti immobiljari attwali; jenfasizza, abbażi taċ-ċifri għas-snin 2014, 2015, 2016 u 2017, li t-"t-trasferiment ta' tlaqqit"ta' tmiem is-sena jsir sistematikament fuq l-istess kapitoli u titoli u, bi ftit eċċezzjonijiet, eżattament fuq l-istess linji; jistaqsi, madankollu, jekk hemmx valwazzjoni żejda pprogrammata għal dawk il-kapitoli u l-linji sabiex jiġu ġġenerati fondi għall-finanzjament tal-politika baġitarja;

46.

Iqajjem dubji dwar il-ħtieġa li jiġu installati kuffji u webcams fl-uffiċċji fi Brussell u Strasburgu għall-assistenti parlamentari kollha, minkejja l-fatt li l-maġġoranza tagħhom lanqas biss talbuhom; iqajjem dubji, għalhekk, fir-rigward tal-ispejjeż ta' tali deċiżjoni u r-raġunijiet għalfejn din ittieħdet; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħti lill-Kumitat għall-Baġits kwalunkwe informazzjoni li hija relatata ma' dik id-deċiżjoni;

47.

Jinnota li r-restrizzjonijiet fuq aċċess għaż-żoni tal-forniment tal-ikel tal-Parlament tneħħew fl-1 ta' Jannar 2017; jaċċetta l-prattika li kull min jaħdem fil-binjiet tal-Parlament jew jaċċedi għall-binjiet tiegħu għal laqgħa interistituzzjonali jistà jmur jiekol fil-kantins u fir-ristoranti tal-Parlament; jinnota, madankollu, li l-aċċess għas-self-service ASP fi Brussell u s-self-service LOW fi Strasburgu sar ikkumplikat ħafna minħabba l-preżenza ta' kuljum ta' gruppi ta' viżitaturi; jitlob, għalhekk, li b'mod rapidu jerġgħu jibdew isiru kontrolli fid-daħla ta' dawk iż-żewġ servizzi self-services, mhux għall-Membri u l-persunal ta' istituzzjonijiet oħra, iżda sabiex gruppi ta' viżitaturi jerġgħu jiġu orjentati b'mod sistematiku lejn iż-żoni tar-ristoranti riżervati għalihom;

48.

Jinnota d-djalogu kontinwu bejn il-Parlament u l-parlamenti nazzjonali; jisħaq il-ħtieġa li għandna mmorru lil hinn mill-qafas eżistenti tal-Ġimgħa Parlamentari Ewropea sabiex ikun hemm sinerġiji permanenti fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament u l-parlamenti nazzjonali; jappella biex dan id-djalogu jissaħħaħ b'mod li jiġi żviluppat fehim aħjar tal-kontribut tal-Parlament u tal-Unjoni fl-Istati Membri;

49.

Jitlob għall-aġġornament taċ-Ċentru Medjatiku Ewropew tax-Xjenza, adottat fil-baġit għall-2018, u għal kooperazzjoni mal-istazzjonijiet televiżivi, il-midja soċjali u sħab oħra sabiex jiġu stabbiliti skopijiet ta' taħriġ għall-ġurnalisti żgħażagħ, speċjalment fir-rigward ta' żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda u ta' aħbarijiet ibbażati fuq il-fatti u rieżaminati bejn il-pari;

50.

Jilqa' l-isforzi tal-Parlament immirati biex jinkoraġġixxi l-mobilità sostenibbli;

51.

Jistieden lill-Parlament jadotta approċċ ekosostenibbli u jagħmel il-maġġor parti ta' kwalunkwe attività li ssir fi ħdan il-Parlament ekokompatibbli;

52.

Jilqa' l-fatt li nħoloq grupp ta' ħidma dwar il-mobilità li għandu jaħdem b'mod inklużiv u jkollu mandat ċar; jissottolinja li l-Parlament għandu jikkonforma mal-liġijiet applikabbli reġjonali kollha fil-postijiet tax-xogħol, inkluż f'dak il-qasam tal-mobilità; jirrakkomanda l-promozzjoni tal-użu tal-konnessjoni ferrovjarja diretta stabbilita bejn is-sit tal-Parlament fi Brussell u l-ajruport; jistieden lis-servizzi responsabbli jevalwaw mill-ġdid il-kompożizzjoni u d-daqs tal-flotta tal-vetturi tiegħu f'dan l-isfond; jistieden lill-Bureau jistabbilixxi mingħajr dewmien skema ta' inċentivi għall-promozzjoni tal-użu tar-roti għat-traġitt bejn id-dar u l-post tax-xogħol; jinnota li tali skema diġà hija stabbilita f'istituzzjonijiet oħra bħall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew;

53.

Jappella lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau biex inisslu kultura ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni fl-amministrazzjoni kollha tal-Parlament, u approċċ ta' ġestjoni razzjonalizzata sabiex tiżdied l-effiċjenza u jitnaqqsu d-dokumentazzjoni u l-burokrazija fil-qafas tal-ħidma interna tal-istituzzjoni; jisħaq fuq il-fatt li l-esperjenza ta' ġestjoni razzjonalizzata hija t-titjib kontinwu tal-proċedura tal-ħidma bis-saħħa tas-semplifikazzjoni u l-esperjenza tal-persunal amministrattiv;

o

o o

54.

Jadotta l-estimi għas-sena finanzjarja 2019;

55.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2017)0114.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2017)0408.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2017)0458.

(8)  Testi adottati, P8_TA(2015)0172.

(9)  Testi adottati mill-Bureau, PE 113.116/BUR./rev. XXVI/01-04-2009.

(10)  Testi adottati, P7_TA(2013)0498.

(11)  Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(12)  Testi adottati, P8_TA(2016)0150.

(13)  Test adottat: P8_TA(2017)0417.