ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 389

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
18 ta' Novembru 2019


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

il–Kunsill

2019/C 389/01

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni biex jiġu appoġġati sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ orjentati lejn il-futur

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 389/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9600 — Saudi Aramco Development Company/Korea Shipbuilding and Offshore Engineering Company/JV) ( 1 )

7

2019/C 389/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9539 — BNP Paribas/Deutsche Bank (Global Prime Finance and Electronic Equities Business Assets)) ( 1 )

8

2019/C 389/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9484 — Semler/VWFS/JV) ( 2 )

9

2019/C 389/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9319 — DP World/P&O Group) ( 1 )

10

2019/C 389/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9367 — Mirova/Predica/Indigo) ( 2 )

11


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2019/C 389/07

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol ewlieni tal-politiki ta’ tagħlim tul il-ħajja fl-għoti tas-setgħa lis-soċjetajiet biex jindirizzaw it-tranżizzjoni teknoloġika u ekoloġika favur tkabbir inklużiv u sostenibbli

12

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 389/08

Rata tal-kambju tal-euro — Il-15 ta' Novembru 2019

19


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 389/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9445 — Natura Cosmeticos/Avon Products) ( 2 )

20


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

il–Kunsill

18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/1


Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni biex jiġu appoġġati sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ orjentati lejn il-futur

(2019/C 389/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

FIL-KUNTEST TAD-DISKUSSJONIJIET LI GĦADDEJJIN DWAR IL-FUTUR TAL-EWROPA,

JISSOTTOLINJA li:

1.

L-Ewropa qed tiffaċċa era li fiha l-globalizzazzjoni, il-progress teknoloġiku, l-isfidi tas-sostenibbiltà, l-isfidi persistenti tal-inklużjoni soċjali, l-instabilità politika u l-bidla demografika qed ikollhom impatt profond fuq is-soċjetajiet u ċ-ċittadini Ewropej. Dawn l-isfidi komuni jeħtieġu riflessjoni komuni u azzjonijiet ikkoordinati mill-Istati Membri;

2.

Ir-rwol tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-promozzjoni taċ-ċittadinanza u d-demokrazija, l-iżvilupp personali, l-inklużjoni soċjali, l-opportunitajiet indaqs u l-għoti tas-setgħa, u fit-trawwim tal-benesseri u l-appoġġ ta’ soċjetajiet koeżivi, huma prijoritajiet għall-kooperazzjoni futura f’dan il-qasam. Iż-żewġ rwoli soċjetali ewlenin tal-edukazzjoni u t-taħriġ – il-kontribut tagħhom għall-kompetittività, l-innovazzjoni u l-impjegabbiltà u l-kontribut tagħhom għal ċittadinanza attiva, l-inklużjoni soċjali, il-koeżjoni u l-iżvilupp personali – huma marbutin mill-qrib u kompletament komplementari fis-soċjetajiet tal-lum;

3.

L-edukazzjoni u t-taħriġ huma strumenti ta’ politika ewlenin għall-ħolqien u ż-żamma tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività u t-trawwim tal-impjiegi u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol fil-livell Ewropew. Il-potenzjal tagħhom fl-indirizzar tal-isfidi soċjetali usa’ jenħtieġ li jkun rikonoxxut bis-sħiħ fit-tħejjija tal-istrateġija l-ġdida dwar it-tkabbir għall-Unjoni. Edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità għolja jagħtu lill-Unjoni vantaġġ kompetittiv f’ekonomija globali dejjem aktar diġitali u bbażata fuq l-għarfien, bħal fil-futur, l-Ewropa ser tiddependi saħansitra aktar fuq persuni kreattivi, b’ħiliet għolja u mħarrġa tajjeb. Ser ikun ukoll kruċjali li jiġu ggwidati l-iżvilupp u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda u tiġi appoġġata t-transizzjoni tal-Unjoni f’ekonomija ċirkolari u newtrali għall-klima billi jitrawmu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex imexxu ’l quddiem dawn il-bidliet;

4.

Il-kooperazzjoni Ewropea fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ hija strument ta’ politika essenzjali għat-tħejjija ta’ strateġiji innovattivi, orjentati lejn il-futur u risponsivi biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi komuni, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità u d-diversità rikka ta’ sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ fi ħdan l-Unjoni;

Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Aġenda Strateġika l-Ġdida 2019-2024 kif stabbilita mill-Kunsill Ewropew fl-20 ta’ Ġunju 2019,

JISSOTTOLINJA r-rwol kruċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli u l-forom kollha tiegħu fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ewlenin tal-Aġenda Strateġika, biex jippermetti lin-nies jieħdu l-opportunitajiet maħluqa mit-trasformazzjonijiet ekonomiċi u soċjetali attwali u biex jippermetti lit-talent fl-Ewropa jiffjorixxi, b’enfasi fuq dan li ġej:

5.

L-investiment f’edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità għolja għal kulħadd iġib miegħu benefiċċji sostanzjali mhux biss għaċ-ċittadini iżda wkoll għall-ekonomija u s-soċjetà. L-investiment fil-kompetenzi jeħtieġ li jkopri l-istadji kollha tal-ħajja tal-istudenti. Il-kisba ta’ riżultati edukattivi ta’ kwalità teħtieġ riżorsi xierqa li jeħtieġ li jkunu bbilanċjati tajjeb tul il-perkors kollu ta’ tagħlim tul il-ħajja;

6.

L-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħiliet jeħtieġ li jiġi promoss fil-livelli Ewropej u nazzjonali. Hemm ħtieġa għal metodi ta’ ħidma effettivi u innovattivi, li jrawmu approċċ ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet u jappoġġaw l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ permezz ta’ investiment intelliġenti u strateġiku. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika biex jingħataw spinta l-kompetenzi li ser ikunu rilevanti fil-futur, l-użu strateġiku tad-diġitalizzazzjoni u tal-finanzjament tal-innovazzjoni, l-infrastruttura modernizzata tal-edukazzjoni, ambjenti ta’ tagħlim innovattivi u sikuri u approċċi pedagoġiċi mtejba, kif ukoll għat-titjib tal-aċċess għal għas-servizzi ta’ gwida tul il-ħajja u l-kwalità tagħhom. L-investiment jista’ jinkludi żvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u t-titjib tas-sinerġiji bejn l-istrumenti ta’ finanzjament Ewropej kif ukoll bejn il-politiki u l-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE rilevanti għall-edukazzjoni u t-taħriġ;

7.

Il-potenzjal tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex jikkontribwixxu għall-kisba ta’ Ewropa newtrali għall-klima u ekoloġika jeħtieġ li jiġi esplorat bis-sħiħ. L-edukazzjoni u t-taħriġ huma kruċjali biex jipprovdu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi u fit-trawwim tal-valuri u l-motivazzjoni li huma fundamentali biex ikun hemm trasformazzjoni soċjali ġusta u ekwa. Azzjoni Ewropea għal Ewropa Ekoloġika, ibbażata fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta’ valuri komuni, jeħtieġ li tinvolvi l-livelli kollha u l-forom kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-istadji kollha tal-ħajja, u tippermetti attivitajiet li jinbdew fil-livell lokali u reġjonali u f’kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili, bl-għan li nimxu ’l quddiem lejn l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU rilevanti;

8.

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għandu jiġi implimentat fil-livelli Ewropej u tal-Istati Membri, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-kompetenzi rispettivi. Id-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklużivi għandu jiġi rrispettat f’kull stadju tal-ħajja, minn età bikrija sa età avvanzata, u fil-livelli u l-forom kollha ta’ edukazzjoni u taħriġ, f’sinerġija mal-isforzi li saru b’rabta maż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tagħti attenzjoni speċjali lill-aċċessibilità effettiva, l-opportunitajiet indaqs u l-politiki ta’ inklużjoni, filwaqt li tiżgura aċċess u transizzjonijiet għat-tagħlim tul il-ħajja;

Fil-kuntest tal-iżvilupp ulterjuri tal-viżjoni ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025,

JENFASIZZA:

9.

L-importanza li jiġi żgurat li l-valuri komuni tal-Unjoni, inkluż id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali jiġu ssalvagwardjati u promossi;

10.

Il-progress sinifikanti li sar lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-importanza li jissaħħaħ l-impenn lejn aktar żvilupp ambizzjuż tal-għanijiet, l-objettivi u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, sabiex il-viżjoni taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni ssir realtà u biex l-Ewropa ssir is-soċjetà tat-tagħlim ewlenija fid-dinja; li jikkontribwixxi għal kultura li tinkoraġġixxi, tagħti s-setgħa u timmotiva lin-nies u lis-soċjetajiet biex jitgħallmu u jinnovaw, inkluż il-livelli u l-forom kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-istadji kollha tal-ħajja;

11.

L-importanza li jiġi żviluppat il-qafas strateġiku futur għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ bħala għodda biex tiġi appoġġata u implimentata ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni b’suċċess tagħha u għal żvilupp ulterjuri ambizzjuż;

12.

Ir-rwol strumentali tal-programm Erasmus+ fit-twassil taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni billi jiġi offrut aċċess wiesa’ għall-mobbiltà għat-tagħlim kif ukoll sħubijiet strateġiċi msaħħa u appoġġ għal politiki aktar inklużivi dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, ibbażati fuq tagħlim tul il-ħajja, li huma reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u huma orjentati lejn l-innovazzjoni;

13.

Il-ħtieġa li jitkomplew l-isforzi biex tiġi appoġġata u żviluppata l-kooperazzjoni fil-livell Ewropew bejn l-Istati Membri bil-ħsieb li jitjiebu t-tagħlim bejn il-pari u t-tagħlim reċiproku u l-iskambju tal-aħjar prattiki, filwaqt li jitneħħew l-ostakli għall-mobbiltà għat-tagħlim, u biex jiġu appoġġati l-Istati Membri fl-iżvilupp b’mod olistiku tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom, bil-għan li jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà ġenerali ta’ dawk is-sistemi u fl-aħħar mill-aħħar tiżdied il-konverġenza soċjoekonomika ’l fuq;

14.

Il-ħtieġa li jiġu ttrattati u riflessi l-isfidi u l-opportunitajiet globali, speċjalment fl-oqsma tat-tibdil fil-klima, id-diġitalizzazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali u informazzjoni qarrieqa jew falza billi tingħata spinta lill-iżvilupp tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi u l-ħsieb kritiku mill-ħiliet bażiċi għal kwalifiki ta’ livell għoli, fil-livelli u l-forom kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI, meta tiżviluppa aktar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-qafas strateġiku futur għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, f’konformità mal-kompetenzi tagħha u b’kunsiderazzjoni xierqa għas-sussidjarjetà, biex:

15.

Tfakkar l-ambizzjonijiet espressi fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-mixja lejn viżjoni ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni li ż-żona għandha tkun ibbażata fuq il-kontinwità tat-tagħlim tul il-ħajja, mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal sal-edukazzjoni skolastika u vokazzjonali u t-taħriġ, sal-edukazzjoni għolja u t-tagħlim għall-adulti, u biex tkompli l-azzjoni soda li tneħħi l-ostakli għall-mobbiltà għat-tagħlim, il-promozzjoni u t-trawwim tal-mobbiltà u l-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-appoġġ lill-Istati Membri fl-immodernizzar tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom, il-promozzjoni tat-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi, ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki u l-eżiti tal-perijodi ta’ apprendiment barra mill-pajjiż;

16.

Tieħu aktar inizjattivi lejn il-ħolqien ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni ġenwina, li jkollha l-għan li tiżviluppa aktar l-għanijiet, l-objettivi u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha u li ssaħħaħ ir-rabtiet tagħha mal-qafas strateġiku ta’ wara l-ET2020 għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ; u li tieħu passi xierqa biex tiżgura li l-livelli kollha u l-forom kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ ikunu promossi fuq bażi ugwali;

17.

Tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tal-prijoritajiet tal-Aġenda Strateġika 2019-2024, jiġifieri billi ssaħħaħ l-investiment f’dawk il-kompetenzi li huma meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rikjesti tax-xogħol u soċjetà li qed tinbidel, li jirriżultaw fost l-oħrajn mit-tibdil fil-klima, il-globalizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali u r-robotizzazzjoni, bl-għan li jiġu promossi l-innovazzjoni, il-parteċipazzjoni f’soċjetajiet demokratiċi u l-inklużjoni soċjali;

18.

Tinvolvi ruħha f’riflessjoni komuni dwar il-possibbiltajiet, l-azzjonijiet ta’ politika xierqa u r-riżultati tanġibbli li jikkontribwixxu għall-għan strateġiku ta’ Ewropa newtrali għall-klima u ekoloġika u transizzjoni ġusta; u tqis il-potenzjal rikk tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-iżvilupp ta’ politiki Ewropej dwar Ewropa Ekoloġika, b’mod partikolari permezz ta’ Erasmus+ u b’enfasi fuq il-parteċipazzjoni attiva tal-istudenti fl-Edukazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli;

19.

Tkompli l-isforzi koordinati biex isir progress fuq Pjan ta’ Azzjoni komprensiv għall-Ewropa fir-rigward tal-Edukazzjoni Diġitali u dwar il-Pjan Ikkoordinat dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, billi tiżgura l-komplementarjetà, il-valur miżjud u l-koordinazzjoni tal-għanijiet u l-għodod tal-politika fir-rigward taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni;

20.

Filwaqt li tibni fuq is-sett ta’ għodod ta’ kooperazzjoni ET2020, tiżviluppa metodi ta’ ħidma konkreti orjentati lejn il-futur u innovattivi fil-qasam tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Possibbiltajiet ta’ mobilizzazzjoni ta’ strumenti ta’ kooperazzjoni, bħall-analiżi internazzjonali, żjarat ta’ riċerka u ta’ studju u proġetti pilota kollaborattivi, jistgħu jiġu esplorati b’mod sħiħ bil-għan li jinnovaw u jittestjaw politiki u għodod ta’ kunsinna, u li jiżviluppaw u jippromwovu xenarji tematiċi bbażati fuq ir-riċerka u previżjonijiet fit-tul dwar il-futur tax-xogħol u s-soċjetà bil-ħsieb kemm ta’ żviluppi Ewropej kif ukoll dawk globali;

21.

Tiżviluppa mezzi ġodda għat-taħriġ u l-appoġġ ta’ għalliema, ħarrieġa, edukaturi u mexxejja tal-iskejjel kompetenti, motivati u bi kwalifiki għoljin, u tippromwovi l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom u l-edukazzjoni tal-għalliema ta’ kwalità għolja u bbażata fuq ir-riċerka;

JISTIEDEN UKOLL lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom u b’kont debitu dovut meħud tas-sussidjarjetà, biex:

22.

Jippromwovu l-iżvilupp ta’ ħiliet u kompetenzi diġitali, l-innovazzjoni u mentalità intraprenditorjali fl-edukazzjoni u t-taħriġ għall-istudenti kollha billi jiftħu l-edukazzjoni għal opportunitajiet ta’ tagħlim aktar flessibbli u jtejbu l-permeabbiltà tal-perkorsi tal-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll billi jiżguraw approċċi inklużivi u innovattivi, inkluż l-isforzi biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi;

23.

Jappoġġaw it-titjib lejn sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità għolja, inklużivi, tul il-ħajja, flessibbli, u li jkunu sensittivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u mmexxija mill-innovazzjoni;

24.

Jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tal-oqsma kollha rilevanti tal-edukazzjoni u t-taħriġ bil-ħsieb li tiġi approfondita ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u jfittxu li jiżguraw bilanċ bejn il-livelli u l-forom rilevanti kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-parteċipazzjoni tagħhom;

25.

Ikomplu bl-impenn lejn sistemi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal inklużivi u ta’ kwalità għolja, irawmu azzjonijiet li jippromwovu kompetenzi ewlenin u edukazzjoni inklużiva, ta’ kwalità għolja għal kulħadd, jiżviluppaw aktar il-kooperazzjoni Ewropea dwar l-edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għolja u t-tagħlim għall-adulti u jippromwovu tagħlim eċċellenti fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-mobbiltà transfruntiera u l-kooperazzjoni għall-għalliema, il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ eċċellenza fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-promozzjoni ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol fil-forom kollha tiegħu;

26.

Jippromwovu l-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ evidenza tal-benefiċċji tal-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, peress li għarfien, data u analiżi mtejba rigward il-benefiċċji ta’ investiment pubbliku effiċjenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ jistgħu jgħinu lill-Istati Membri jiżviluppaw sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ aktar inklużivi, effettivi u risponsivi, filwaqt li jiġu evitati piżijiet amministrattivi addizzjonali fuq l-Istati Membri;

27.

Jippromwovu l-iżvilupp ta’ għodod kondiviżi u xierqa għall-monitoraġġ tal-gradwati tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fil-livell nazzjonali, f’konformità mal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ tal-gradwati;

Bil-ħsieb għall-żvilupp ulterjuri tal-Inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej,

JIRRIKONOXXI:

28.

L-iżvilupp tal-ewwel Universitajiet Ewropej bħala inizjattiva ambizzjuża li tista’ tippermetti kooperazzjoni aktar intensiva, innovattiva u strutturata bejn it-tipi kollha ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja mir-reġjuni kollha fl-Ewropa, fil-livelli kollha u fl-oqsma kollha ta’ attività, mill-apprendiment u t-tagħlim għar-riċerka u l-innovazzjoni; u jqis li dan jista’ jkun pass ’il quddiem fundamentali fil-kooperazzjoni transistituzzjonali billi joffri diversi viżjonijiet, mudelli u temi ta’ ispirazzjoni għall-interazzjoni favur l-iżvilupp futur taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni f’konformità mal-ħtiġijiet li qed jinbidlu tas-soċjetà;

JISTIEDEN lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom u b’kont debitu dovut meħud tas-sussidjarjetà, biex:

29.

Ifittxu modi biex iqajmu kuxjenza dwar l-Universitajiet Ewropej u jinkoraġġixxu tipi differenti ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja biex jipparteċipaw, billi jiżguraw il-kwalità għolja kif ukoll l-inklużività ġeografika u soċjali tal-inizjattiva, bil-għan li l-inizjattiva tassew tkun suċċess:

a.

billi jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti bejn il-partijiet sabiex tingħata spinta l-isforzi ta’ kooperazzjoni u tittejjeb l-effettività tal-approċċi meħuda;

b.

billi jiżguraw ambjent operazzjonali adegwat billi jsir l-aħjar użu tar-riżorsi disponibbli u billi jittieħdu passi xierqa biex jitneħħew l-ostakli leġislattivi u mhux leġislattivi possibbli fil-livell nazzjonali meta jkun meħtieġ;

c.

billi jieħdu vantaġġ mill-għodod u l-istrumenti eżistenti u li ġejjin biex jiffaċilitaw il-mobbiltà u l-kooperazzjoni transfruntiera, bħall-Approċċ Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità ta’ Programmi Konġunti u l-inizjattiva tal-Karta Ewropea tal-Istudenti, u billi jrawmu l-implimentazzjoni tal-impenji miftiehma, bħar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki u l-perijodi ta’ tagħlim barra mill-pajjiż, kif ukoll l-impenji taż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja;

d.

billi ssir riflessjoni dwar il-qafas eżistenti tal-politika dwar il-mobbiltà għat-tagħlim, kif ukoll dwar il-qafas Ewropew għall-assigurazzjoni tal-kwalità, biex tiġi evalwata l-adegwatezza tagħhom biex jappoġġaw il-bidla trasformattiva u jsaħħu l-kooperazzjoni fl-edukazzjoni għolja;

e.

billi jidentifikaw il-punti tajbin u l-opportunitajiet għal titjib ibbażati fuq informazzjoni kondiviża u analiżi tal-progress tal-inizjattiva;

f.

billi jikkapitalizzaw fuq l-esperjenzi u l-lezzjonijiet meħuda tal-proġett pilota tal-Universitajiet Ewropej biex jinfurmaw it-tfassil tal-politika u l-iżvilupp ulterjuri tal-kooperazzjoni relatata fl-edukazzjoni u t-taħriġ, u billi jesploraw il-ħtieġa li jmexxu ’l quddiem politiki xierqa għall-Universitajiet Ewropej.


ANNESS

FL-ADOZZJONI TA’ DIN IR-RIŻOLUZZJONI, IL-KUNSILL IFAKKAR B’MOD PARTIKOLARI FL-ISFOND TA’ POLITIKA LI ĠEJ:

1.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-Kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET2020) (12 ta’ Mejju 2009)

2.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (20 ta’ Diċembru 2012)

3.

Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni (Pariġi, 17 ta’ Marzu 2015)

4.

Il-Komunikat Ministerjali ta’ Yerevan (15 ta’ Mejju 2015)

5.

Rapport Konġunt tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET2020) – Prijoritajiet ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (23 u 24 ta’ Novembru 2015)

6.

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-inklużività soċjoekonomiċi fl-UE permezz tal-edukazzjoni: il-kontribut tal-edukazzjoni u t-taħriġ għas-Semestru Ewropew 2016 (24 ta’ Frar 2016)

7.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa (10 ta’ Ġunju 2016)

8.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti (19 ta’ Diċembru 2016)

9.

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-inklużjoni fid-diversità biex tinkiseb edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd (17 ta’ Frar 2017)

10.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (22 ta’ Mejju 2017)

11.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-Tisħiħ tal-Identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura: Il-Kontribuzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal-laqgħa tal-Mexxejja f’Gothenburg (17 ta’ Novembru 2017)

12.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ tal-perkors fil-karriera tal-gradwati (20 ta’ Novembru 2017)

13.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Aġenda mġedda Ewropea għall-edukazzjoni għolja (20 ta’ Novembru 2017)

14.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-iżvilupp tal-iskejjel u t-tagħlim eċċellenti (20 ta’ Novembru 2017)

15.

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (17 ta’ Diċembru 2017)

16.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali (17 ta’ Jannar 2018)

17.

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm Erasmus+ (31 ta’ Jannar 2018)

18.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta’ Kwalità u Effettivi (15 ta’ Marzu 2018)

19.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-mixja lejn viżjoni ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (22 ta’ Mejju 2018)

20.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea fit-tagħlim (22 ta’ Mejju 2018)

21.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (22 ta’ Mejju 2018)

22.

Il-Komunikat Ministerjali ta’ Pariġi (25 ta’ Mejju 2018)

23.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perijodi ta’ apprendiment barra mill-pajjiż (26 ta’ Novembru 2018)

24.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Pjan Ikkoordinat dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (7 ta’ Diċembru 2018)

25.

Konklużjonijiet tal-Kunsill Lejn Unjoni dejjem aktar sostenibbli sal-2030 (9 ta’ April 2019)

26.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija ta’ Kwalità Għolja tat-Tfal (22 ta’ Mejju 2019)

27.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ komprensiv lejn it-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi (22 ta’ Mejju 2019)

28.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-futur ta’ Ewropa b’diġitalizzazzjoni għolja wara l-2020: “Tingħata spinta lill-kompetittività diġitali u ekonomika mal-Unjoni kollha u lill-koeżjoni diġitali” (7 ta’ Ġunju 2019)

29.

Kunsill Ewropew: L-Aġenda Strateġika Ġdida 2019-2024 (20 ta’ Ġunju 2019)


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/7


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9600 — Saudi Aramco Development Company/Korea Shipbuilding and Offshore Engineering Company/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 389/02)

Fis-7 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9600. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/8


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9539 — BNP Paribas/Deutsche Bank (Global Prime Finance and Electronic Equities Business Assets))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 389/03)

Fit-8 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9539. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/9


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9484 — Semler/VWFS/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 389/04)

Fil-5 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9484. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/10


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9319 — DP World/P&O Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 389/05)

Fis-26 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9319. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/11


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9367 — Mirova/Predica/Indigo)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 389/06)

Fis-26 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9367. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/12


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol ewlieni tal-politiki ta’ tagħlim tul il-ħajja fl-għoti tas-setgħa lis-soċjetajiet biex jindirizzaw it-tranżizzjoni teknoloġika u ekoloġika favur tkabbir inklużiv u sostenibbli

(2019/C 389/07)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

FILWAQT LI JFAKKAR fil-kuntest politiku kif jinsab fl-Anness għal dawn il-konklużjonijiet,

JIRRIKONOXXI:

1.

li l-ewwel prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (1) jafferma li kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklużiv sabiex jinżammu u jinkisbu ħiliet li jippermettu l-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà u tranżizzjonijiet b’suċċess fis-suq tax-xogħol;

2.

li t-tagħlim tul il-ħajja jkopri t-tagħlim mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal sa dik ta’ wara l-irtirar, inkluż l-ispettru sħiħ ta’ tagħlim formali, mhux formali u informali, bil-għan li jittejbu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi minn perspettiva personali, ċivika, soċjali u/jew relatata mal-impjieg. It-tagħlim tul il-ħajja jqis lil kull individwu bħala suġġett għat-tagħlim, jippermetti li l-persuni kollha jiksbu l-għarfien rilevanti biex jieħdu sehem bħala ċittadini attivi fis-soċjetà tal-għarfien u fis-suq tax-xogħol, u b’hekk tiġi ffaċilitata l-mobbiltà libera għaċ-ċittadini Ewropej;

3.

li l-isfidi tas-soċjetà u dawk ekonomiċi attwali jitolbu approċċi li jinvolvu, jimmotivaw u jagħtu s-setgħa lil dawk li qed jitgħallmu, lis-soċjetà u lill-impjegaturi biex ikunu aktar proattivi u strateġiċi biex it-tagħlim tul il-ħajja jsir realtà għal kulħadd, u l-importanza ta’ koordinazzjoni sistematika u impenjata fis-setturi ta’ politika rilevanti kollha għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-politiki dwar it-tagħlim tul il-ħajja, kif ukoll ir-rwol kruċjali tas-sħab soċjali fit-tfassil, l-implimentazzjoni u s-suċċess ta’ dawn il-politiki;

4.

l-importanza li jiġu promossi opportunitajiet indaqs għall-parteċipazzjoni u l-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja kollha għal kulħadd irrispettivament mill-isfond, billi jiġi rikonoxxut u jinbena fuq l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi preċedenti, u b’hekk jissaħħu t-tranżizzjonijiet kontinwi, multipli u mingħajr xkiel bejn il-livelli u l-forom tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

5.

ir-rwol ewlieni tal-politiki ta’ tagħlim tul il-ħajja fil-kooperazzjoni Ewropea dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ u fil-programm Erasmus+, u s-sinifikat tagħhom għall-edukazzjoni u t-taħriġ nazzjonali, il-politiki dwar l-impjiegi u dawk soċjali, kif ukoll għall-impenn demokratiku;

6.

ir-rwol tat-tagħlim tul il-ħajja biex l-individwi, is-soċjetajiet u d-dinja tax-xogħol jingħataw is-setgħa biex jindirizzaw it-tranżizzjoni teknoloġika u ekoloġika u jiġu megħjuna jagħmlu dan, filwaqt li jikkontribwixxi għall-inklużjoni soċjali;

JENFASIZZA:

7.

l-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri lejn l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tagħha;

8.

l-Aġenda Strateġika l-Ġdida 2019-2024 (2), li tistabbilixxi l-iżvilupp ta’ bażi ekonomika b’saħħitha u vibranti u l-bini ta’ Ewropa newtrali għall-klima, ekoloġika, ġusta u soċjali bħala prijoritajiet strateġiċi, u tenfasizza l-politiki ta’ trasformazzjoni diġitali li jinkorporaw il-valuri soċjetali tagħna u jippromwovu l-inklużività; u tirrikonoxxi l-ħtieġa li jiżdied l-investiment fil-ħiliet u l-edukazzjoni tan-nies, filwaqt li tiġi żgurata l-bażi għal tkabbir sostenibbli u inklużiv fit-tul; il-ħtieġa li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jiġi implimentat fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, bl-attenzjoni dovuta għall-kompetenzi rispettivi u għall-prinċipju tas-sussidjarjetà, filwaqt li titqies il-ħtieġa għal attenzjoni partikolari fir-rigward tal-kwistjonijiet soċjali, ir-riskji u l-esklużjoni li jirriżultaw mill-inugwaljanzi u l-firdiet edukattivi;

9.

il-kunċett il-ġdid tal-“ekonomija tal-benesseri”, li għandu l-għan li jqiegħed lin-nies u l-benesseri tagħhom fiċ-ċentru tat-tfassil tal-politika u t-teħid tad-deċiżjonijiet;

IFAKKAR li:

10.

fil-konklużjonijiet tiegħu dwar il-mixja lejn viżjoni ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, il-Kunsill iddikjara li ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni għandha tkun imsejsa fuq il-kontinwazzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja, mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal sal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għall-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni għall-adulti, inkluż it-tagħlim mhux formali u informali;

JIKKUNSIDRA li:

11.

it-trasformazzjoni teknoloġika u diġitali kontinwa tas-soċjetajiet tagħna qed tagħti sura ġdida lill-pajsaġġ ekonomiku, id-dinja tax-xogħol u l-impenn ċiviku u għalhekk potenzjalment jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq il-koeżjoni soċjali u l-ugwaljanza;

12.

fit-tfassil tal-politiki Ewropej għat-trasformazzjoni diġitali, il-politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ huma kruċjali biex jiġu żgurati l-benesseri u t-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa. L-investiment f’għarfien, ħiliet u kompetenzi ġodda huwa kruċjali fit-tisħiħ tal-kompetittività u l-produttività tal-Ewropa;

13.

l-iżvilupp tat-teknoloġija, u b’mod partikolari l-intelliġenza artifiċjali (IA), għandu potenzjal sinifikanti biex joħloq tipi ġodda ta’ attivitajiet ekonomiċi u ċiviċi, ħiliet, impjiegi u servizzi. Jeħtieġ li jiġu żviluppati politiki, għodod u miżuri effettivi ta’ edukazzjoni u taħriġ biex jiġi żgurat li kulħadd ikollu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi xierqa biex jipparteċipa b’mod sħiħ f’soċjetà li qed tinbidel, filwaqt li titqajjem kuxjenza dwar it-tħassib etiku u r-riskji ppreżentati minn użu ħażin potenzjali tat-teknoloġija;

14.

it-trasformazzjoni teknoloġika qed iżżid id-domanda għal ħiliet u kompetenzi ta’ livell għoli, l-adattabilità u l-ħiliet ta’ ġestjoni tal-karriera, filwaqt li d-domanda għal ħiliet baxxi applikabbli f’impjiegi ta’ rutina u ripetittivi qed tonqos simultanjament. L-impatti jinbidlu skont il-ħin, il-post u l-iskala, peress li xi setturi u oqsma huma affettwati aktar minn oħrajn. L-għoti adegwat ta’ tagħlim tul il-ħajja u gwida tul il-ħajja jistgħu jgħinu biex jitnaqqas id-distakk bejn il-ħaddiema b’ħiliet għolja u dawk b’ħiliet baxxi fis-suq tax-xogħol;

15.

fl-Ewropa, l-isfida tat-taħriġ mill-ġdid u tat-titjib tal-ħiliet tal-popolazzjoni adulta hija enormi. Għalhekk, l-investiment fil-ħiliet bażiċi u l-kompetenzi ewlenin huwa aktar rilevanti minn qatt qabel. Edukazzjoni ta’ kwalità għolja u inklużiva (tagħlim formali, mhux formali, informali kif ukoll tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol) u approċċ wiesa’ għall-iżvilupp tal-kompetenzi, itejbu l-livelli ta’ kisbiet fil-ħiliet bażiċi u jappoġġaw il-progress lejn ħiliet u kompetenzi aktar avvanzati;

16.

l-inugwaljanzi fl-aċċess għat-tagħlim għall-adulti u l-għoti tiegħu jibqgħu sfida, peress li l-parteċipazzjoni tal-adulti f’attivitajiet ta’ tagħlim għadha baxxa u b’mod speċjali l-adulti b’livell baxx ta’ ħiliet jeħtieġu appoġġ aktar intensiv biex jinvolvu ruħhom fit-tagħlim (3). Għandu jsir sforz akbar biex persuni soċjalment żvantaġġati jiġu involuti biex jipparteċipaw fit-tagħlim tul il-ħajja u biex ikunu jistgħu jidħlu, jidħlu mill-ġdid jew jibqgħu fis-suq tax-xogħol u jappoġġaw l-iżvilupp tal-karriera tagħhom;

17.

il-bidliet demografiċi kontinwi jippreżentaw opportunitajiet u sfidi kemm fil-livell individwali kif ukoll f’dak soċjetali; minħabba li rati baxxi ta’ twelid u stennija tal-għomor itwal qed ipoġġu lis-soċjetajiet fi tranżizzjoni lejn struttura ta’ popolazzjoni ixjaħ f’ħafna Stati Membri; (4)

18.

għarfien aħjar tal-potenzjal tal-anzjani u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet għalihom kif ukoll possibbiltajiet ta’ parteċipazzjoni fis-soċjetà, anke aktar ’il quddiem f’ħajjithom, jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ soċjetajiet koeżivi. It-tagħlim tul il-ħajja huwa fattur kruċjali għat-tixjiħ b’saħħtu taċ-ċittadini anzjani u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-ħajja soċjali u ekonomika;

19.

il-kwalità għolja, l-inklużività u l-aċċessibbiltà tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal kif ukoll l-edukazzjoni skolastika bażika u l-attivitajiet ta’ tagħlim mhux formali huma politiki essenzjali fir-rispons għall-bidliet demografiċi, l-iżgurar li t-tfal u ż-żgħażagħ ikollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi t-tajba għall-futur, u fl-indirizzar tar-riskju ta’ tluq bikri mill-iskola, ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali u fl-iżgurar ta’ ħajja sinifikattiva;

20.

hemm ħtieġa urġenti li tiġi promossa aktar l-ugwaljanza bejn is-sessi u li jiġi mħeġġeġ l-aċċess ugwali għall-edukazzjoni u t-taħriġ, b’mod partikolari f’setturi u professjonijiet iddominati minn ġeneru wieħed. In-nisa huma sottorappreżentati fis-setturi STEM fl-Ewropa, speċjalment fis-settur diġitali, fejn il-parteċipazzjoni tagħhom qed tkompli tonqos. L-għoti tas-setgħa lin-nisa fis-setturi STEM u b’mod partikolari fis-settur diġitali huwa rilevanti għall-iżvilupp tas-soċjetajiet u l-ekonomiji Ewropej (5). L-edukazzjoni u t-taħriġ jistgħu jgħinu biex tiġi indirizzata d-disparità bejn is-sessi fis-settur diġitali;

JENFASIZZA:

21.

il-ħtieġa li tingħata spinta qawwija lill-politiki u l-għoti ta’ tagħlim tul il-ħajja sabiex jirrispondu aħjar għall-isfidi ta’ soċjetà li qed tinbidel;

22.

li l-isforzi kontinwi għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet huma pass kruċjali lejn politiki ta’ tagħlim tul il-ħajja effettivi. Madankollu, ser ikunu meħtieġa aktar sforzi u firxa usa’ ta’ politiki u strumenti biex jikkomplementaw dan u jestendu l-opportunitajiet għal kulħadd;

23.

l-impenn lejn żvilupp ulterjuri ambizzjuż taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sabiex l-Ewropa ssir is-soċjetà ta’ tagħlim ewlenija fid-dinja, li tikkontribwixxi għal kultura li tinkoraġġixxi, tagħti s-setgħa u timmotiva lin-nies u lis-soċjetajiet biex jitgħallmu u jinnovaw b’mod kontinwu, inkluż fil-livelli u l-forom kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ u fl-istadji kollha tal-ħajja;

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI:

24.

jiżviluppaw approċċi strateġiċi biex tingħata spinta lill-politiki ta’ tagħlim tul il-ħajja, u jirrikonoxxu l-potenzjal tat-tagħlim tul il-ħajja b’appoġġ għal tkabbir inklużiv u sostenibbli u bi tweġiba għat-tranżizzjoni teknoloġika u ekoloġika, inkluż billi:

(a)

ikunu żviluppati sistemi għall-edukazzjoni u t-taħriġ b’mod komprensiv biex ikunu faċilitati perkorsi ta’ tagħlim u tranżizzjonijiet kontinwi u mingħajr xkiel għal studenti individwali;

(b)

tissaħħaħ l-ekwità fl-edukazzjoni billi jiġu żviluppati politiki mmirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għal rotot ta’ progressjoni stabbiliti sew għal kulħadd u li jkunu evitati rotot li ma jwasslu mkien fis-sistemi għall-edukazzjoni u t-taħriġ;

(c)

jiżdied ir-rispons tas-sistemi għall-edukazzjoni u t-taħriġ biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-istudenti u l-bidliet rapidi fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà billi tingħata attenzjoni partikolari lill-oqsma l-aktar milquta mill-bidla teknoloġika u li huma l-aktar rilevanti għat-tibdil fil-klima, kif ukoll għall-ħtieġa urġenti li tittejjeb l-impronta ekoloġika tagħna, u li tiġi promossa l-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli bħala mutur għall-innovazzjoni, ir-reżiljenza u l-azzjoni trasformattiva, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ għarfien, ħiliet u kompetenzi differenti u li qed jinbidlu;

(d)

jiġu appoġġati tranżizzjonijiet faċli bejn livelli u setturi differenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ billi jiġu faċilitati perkorsi ta’ tagħlim alternattivi, tiġi pprovduta gwida, jiġu mħeġġa l-għoti ta’ tagħlim diversi u ambjenti ta’ tagħlim versatili, u jiġu appoġġati metodi ġodda ta’ apprendiment u ta’ tagħlim fil-livelli u l-forom kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u jiġu vvalidati l-ħiliet u l-kompetenzi irrispettivament minn fejn jew kif inkisbu, fejn possibbli;

(e)

jiġu esplorati possibbiltajiet biex jinħolqu perkorsi ta’ tagħlim flessibbli, personalizzati u ffukati fuq l-istudent u l-għoti mmirat għal gruppi vulnerabbli, abbażi, pereżempju, ta’ approċċi modulari u bbażati fuq l-eżiti tat-tagħlim li jagħmluha aktar faċli li t-tagħlim ikun imfassal għall-ħtiġijiet individwali u okkupazzjonali;

(f)

tiġi enfasizzata l-importanza tal-iżvilupp kontinwu tal-kompetenzi għall-għalliema, l-edukaturi tal-għalliema, il-mexxejja tal-iskejjel, il-ħarrieġa, il-konsulenti ta’ gwida, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u l-konsulenti dwar il-karrieri, bil-ħsieb li jiġu pprovduti ħiliet u kompetenzi għal finijiet ta’ tagħlim kontinwu li jkunu aċċessibbli għal kulħadd;

(g)

jiġu promossi l-iskambju u d-disponibbiltà ta’ data rilevanti biex tingħata s-setgħa lill-istudenti biex jimmaniġġaw u jużaw data relatata mat-tagħlim tagħhom stess u biex jagħmlu għażliet u jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwarha tul ħajjithom kollha, f’konformità sħiħa mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data;

(h)

jiġi esplorat il-potenzjal tal-IA biex tappoġġa edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità għolja u personalizzati u l-iżvilupp tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi. Dawn l-isforzi għandhom jagħtu attenzjoni mill-qrib lill-inklużjoni u lill-ekwità billi jisfruttaw l-użu affidabbli tal-IA fl-edukazzjoni u t-taħriġ, sabiex jiġu identifikati l-isfidi edukattivi u tingħata spinta lill-proċessi ta’ tagħlim;

(i)

ikomplu l-isforzi biex tiġi implimentata r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI, B’KONT MEĦUD TAS-SUSSIDJARJETÀ U F’KOOPERAZZJONI MILL-QRIB MAL-ISTATI MEMBRI biex:

25.

tagħti spinta sinifikanti lill-istrateġiji u l-politiki attivi, effettivi u orjentati lejn il-futur tat-tagħlim tul il-ħajja bil-għan li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja fil-livelli u l-forom kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

26.

taġġorna l-effiċjenza, l-iskala u l-gruppi fil-mira tal-politiki attwali dwar it-tagħlim tul il-ħajja sabiex jirrispondu aħjar għall-ħtiġijiet ta’ tagħlim li jirriżultaw minn bidliet fis-soċjetà u fid-dinja tax-xogħol, inkluż billi jiżviluppaw aktar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, billi jirriflettu t-tagħlim tul il-ħajja fil-qafas strateġiku futur għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ u billi jużaw l-opportunitajiet ipprovduti mill-Erasmus+, il-Fond Soċjali Ewropej u strumenti rilevanti oħra tal-Unjoni;

27.

tappoġġa inizjattivi li jiffaċilitaw l-investiment fit-tagħlim tul il-ħajja, inkluż il-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat;

28.

tinkludi l-użu effettiv u inklużiv tal-IA fost l-oqsma għall-iżvilupp ulterjuri tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni;

29.

issaħħaħ il-koordinazzjoni tal-isforzi li għaddejjin u dawk futuri biex tittejjeb l-interoperabbiltà tad-data, pereżempju billi jiġi żgurat l-aċċess għad-data dwar l-edukazzjoni personali, jittejjeb l-iskambju ta’ data dwar l-edukazzjoni bejn l-istudenti, l-istituzzjonijiet tat-tagħlim u l-impjegaturi, filwaqt li jiġu evitati sforzi doppji fil-livell tal-Unjoni, sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tat-trasformazzjoni diġitali, f’konformità mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data;

30.

tappoġġa politiki nazzjonali li għandhom l-għan li jżidu r-rispons tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu malajr tas-suq tax-xogħol u tas-soċjetà billi jiffaċilitaw u jżidu d-disseminazzjoni u l-użu ta’ data analitika, ta’ riċerka u ta’ tbassir, inkluż stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-ħiliet, bil-ħsieb li jsir impatt fit-tul fuq il-politika;

31.

tinkoraġġixxi pass kbir ’il quddiem fl-iżvilupp ulterjuri tat-tagħlim tul il-ħajja billi jiġu esplorati opportunitajiet aħjar għall-kooperazzjoni bejn il-livelli u s-setturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll l-awtoritajiet rilevanti (eż. soċjali, tas-saħħa, tal-migrazzjoni) u billi jiġu promossi opportunitajiet ta’ tagħlim versatili u flessibbli għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-adulti, f’kooperazzjoni mas-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili, is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra;

32.

tippromwovi aktar sinerġiji bejn l-edukazzjoni, it-taħriġ, ir-riċerka u l-innovazzjoni bħala xprun għall-iżvilupp taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-alleanzi tal-Universitajiet Ewropej li għandhom rwol importanti fil-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja;

33.

tikkunsidra, fl-evalwazzjoni u l-aġġornament tal-politiki Ewropej dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, kunċett usa’ għall-validazzjoni tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi, bil-għan li tkun iffaċilitata l-validazzjoni tal-ħiliet u l-kompetenzi rrispettivament minn kif jew fejn inkisbu, bil-għan li jiġu appoġġati tranżizzjonijiet bla xkiel u jkunu motivati perkorsi ta’ tagħlim individwali, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri f’dan il-qasam.


(1)  13129/17.

(2)  EUCO 9/19.

(3)  Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ, 2018

(4)  Eurostat, 2019: “L-istruttura tal-popolazzjoni u t-tixjiħ”

(5)  Il-Kummissjoni Ewropea 2018: Studju dwar in-nisa fl-era diġitali.


ANNESS

Kuntest politiku

1.   

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 dwar it-tagħlim tul il-ħajja (1)

2.   

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-politiki, is-sistemi u l-prattiki fil-qasam tal-gwida tul il-ħajja fl-Ewropa (2)

3.   

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar kif l-iggwidar tul il-ħajja jista’ jiġi integrat aħjar fl-istrateġiji ta’ tagħlim tul il-ħajja (3)

4.   

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar aġenda mġedda għat-tagħlim għall-adult (4)

5.   

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (5)

6.   

Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) — Prijoritajiet ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (6)

7.   

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar aġenda ġdida għall-ħiliet għall-Ewropa: Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività (7)

8.   

Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il- Protezzjoni tad-Data) (8)

9.   

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà – Strateġija ta’ Implimentazzjoni (9)

10.   

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-edukazzjoni u l-kultura (10)

11.   

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2017 dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (11)

12.   

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2017 dwar il-monitoraġġ tal-perkors fil-karriera tal-gradwati (12)

13.   

Dokument ta’ Riflessjoni tal-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni tal-Globalizzazzjoni (13)

14.   

Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Lisbona tal-2017 dwar ir-raba’ Konferenza Ministerjali tan-NU/KEE dwar it-Tixjiħ “Soċjetà Sostenibbli għall-etajiet kollha: It-twettiq tal-potenzjal ta’ ħajja itwal”

15.   

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Bini ta’ Ewropa iktar b’saħħitha: ir-rwol tal-politiki taż-żgħażagħ, tal-edukazzjoni u tal-kultura (14)

16.   

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali (15)

17.   

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ April 2018 dwar qafas komuni għall-għoti ta’ servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass) (16)

18.   

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2018 dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja (17)

19.   

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti (18); u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2019 dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni (19)

20.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-mixja lejn viżjoni għal Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (20)

21.   

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Intelliġenza Artifiċjali għall-Ewropa (21)

22.   

Regolament (UE) 2018/1807 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar qafas għall-moviment liberu ta’ data mhux personali fl-Unjoni Ewropa (22)

23.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta’ April 2019“Lejn Unjoni dejjem aktar sostenibbli sal-2030” (23)

24.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta’ Ġunju 2019 dwar il-Futur ta’ Ewropa b’diġitalizzazzjoni għolja wara l-2020: “Tingħata spinta lill-kompetittività diġitali u ekonomika mal-Unjoni kollha u lill-koeżjoni diġitali” (24)

25.   

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (25)

26.   

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Ekonomija tal-Benesseri (26)


(1)  ĠU C 163, 9.7.2002, p. 1.

(2)  9286/04.

(3)  ĠU C 319, 13.12.2008, p. 4.

(4)  ĠU C 372, 20.12.2011, p. 1.

(5)  ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

(6)  ĠU C 417, 15.12.2015, p. 25.

(7)  COM(2016) 381.

(8)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(9)  COM(2017) 134.

(10)  COM(2017) 673.

(11)  ĠU C 189, 15.6.2017, p. 15.

(12)  ĠU C 423, 9.12.2017, p. 1.

(13)  COM(2017) 240.

(14)  COM (2018) 268.

(15)  COM(2018) 22.

(16)  ĠU L 112, 2.5.2018, p. 42.

(17)  ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1.

(18)  ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.

(19)  ĠU C 189, 5.6.2019, p. 23.

(20)  ĠU C 195, 7.6.2018, p. 7.

(21)  COM(2018) 237.

(22)  ĠU L 303, 28.11.2018, p. 59.

(23)  8286/19.

(24)  8807/19.

(25)  ĠU C 189, 5.6.2019, p. 1.

(26)  13432/19.


Il-Kummissjoni Ewropea

18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/19


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta' Novembru 2019

(2019/C 389/08)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1034

JPY

Yen Ġappuniż

119,95

DKK

Krona Daniża

7,4723

GBP

Lira Sterlina

0,85660

SEK

Krona Żvediża

10,6518

CHF

Frank Żvizzeru

1,0924

ISK

Krona Iżlandiża

135,90

NOK

Krona Norveġiża

10,0345

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,583

HUF

Forint Ungeriż

334,80

PLN

Zloty Pollakk

4,2785

RON

Leu Rumen

4,7686

TRY

Lira Turka

6,3433

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6221

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4608

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6361

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7255

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5021

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 285,34

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,2494

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7343

HRK

Kuna Kroata

7,4380

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 528,15

MYR

Ringgit Malażjan

4,5817

PHP

Peso Filippin

55,849

RUB

Rouble Russu

70,3938

THB

Baht Tajlandiż

33,350

BRL

Real Brażiljan

4,6296

MXN

Peso Messikan

21,2194

INR

Rupi Indjan

79,1630


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

18.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/20


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9445 — Natura Cosmeticos/Avon Products)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 389/09)

1.   

Fit-8 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Natura Cosméticos S.A. (“Natura”, il-Brażil),

Avon Products, Inc. (“Avon”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Natura tikseb, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Avon kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Natura: manifattura u provvista mad-dinja kollha ta’ prodotti tas-sbuħija u tal-kura personali, fiż-ŻEE prinċipalment bl-ismijiet tad-ditti The Body Shop u Aesop.

Avon: manifattura u provvista mad-dinja kollha ta’ prodotti tas-sbuħija u tal-kura personali, primarjament permezz ta’ bejgħ dirett.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9445 — Natura Cosmeticos/Avon Products

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).