ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
il–Kunsill |
|
2019/C 387/01 |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2019/C 387/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9520 — CVC/Robert Bosch Packaging Technology) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2019/C 387/03 |
||
2019/C 387/04 |
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea |
|
2019/C / |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2019/C 387/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9555 — Recruit/MUBK/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2019/C 387/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9360 — Daimler/Geely/JV) ( 1 ) |
|
Rettifika |
|
|
|
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
il–Kunsill
15.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Novembru 2019
dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom
(2019/C 387/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292, flimkien mal-Artikoli 153 u 352 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-għanijiet tal-Unjoni huma, fost oħrajn, li tippromwovi l-benessri tal-popli tagħha u li taħdem għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa msejjes fuq ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, li timmira għal-livell massimu ta’ impjiegi u progress soċjali. L-Unjoni għandha tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal. |
(2) |
Skont l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni, meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha, għandha tikkunsidra r-rekwiżiti konnessi mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, il-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, u livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. |
(3) |
Il-punt (c) tal-Artikolu 153(1) TFUE jippermetti li l-Unjoni tappoġġa u tikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà soċjali u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema. L-azzjoni tal-Unjoni tista’ tiġi segwita wkoll biex tindirizza sfidi ta’ aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom abbażi tal-Artikolu 352 TFUE, li fih dispożizzjoni li tippermetti li l-Kunsill jadotta miżuri adatti sabiex jintlaħqu objettivi stabbiliti fit-Trattati fejn it-Trattati ma jkunux ipprovdew is-setgħat meħtieġa. |
(4) |
Fis-17 ta’ Novembru 2017, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni pproklamaw solennement il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-Prinċipju 12 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jgħid li, irrispettivament mit-tip u mid-durata tar-relazzjoni tal-impjieg tagħhom, il-ħaddiema, u f’kondizzjonijiet komparabbli, dawk li jaħdmu għal rashom, għandhom id-dritt għal protezzjoni soċjali adegwata. |
(5) |
Is-sħab soċjali impenjaw ruħhom li jkomplu jikkontribwixxu għal Ewropa li tagħti riżultati għall-ħaddiema u għall-intrapriżi tagħha. |
(6) |
Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Parlament Ewropew enfasizza l-ħtieġa għal protezzjoni soċjali adegwata u investiment soċjali tul il-ħajja kollha tal-persuni, biex kulħadd ikun jista’ jieħu sehem bis-sħiħ fis-soċjetà u fl-ekonomija u jiġu sostnuti standards ta’ għajxien deċenti. |
(7) |
Fl-opinjoni tiegħu dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni li nidiet konsultazzjoni dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew enfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat li l-ħaddiema kollha jkunu koperti minn standards tax-xogħol fundamentali u protezzjoni soċjali adegwata. |
(8) |
Is-sistemi tal-protezzjoni soċjali fil-forom differenti tagħhom huma l-pedament tal-mudell soċjali Ewropew u ta’ ekonomija tas-suq soċjali li tiffunzjona tajjeb. Il-funzjoni ewlenija tal-protezzjoni soċjali hija li tipproteġi lin-nies mill-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ riskji soċjali, bħall-mard, ix-xjuħija, l-aċċidenti fuq ix-xogħol u t-telf ta’ impjieg, il-prevenzjoni u t-taffija tal-faqar u li jinżamm standard ta’ għajxien deċenti. Sistemi ta’ protezzjoni soċjali mfasslin sew jistgħu wkoll jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol billi jikkontribwixxu għall-attivazzjoni u jappoġġaw ir-ritorn għax-xogħol u t-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol għall-individwi li jbiddlu l-impjieg, jidħlu għal xogħol ġdid jew jitilqu minn xogħol, jibdew kumpanija jew jagħlqu kumpanija. Huma jikkontribwixxu għall-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli billi jappoġġaw l-investiment fil-kapital uman u jistgħu jgħinu fir-riallokazzjoni ta’ riżorsi umani lejn setturi emerġenti u dinamiċi tal-ekonomija. Għandhom ukoll rwol x’jaqdu bħala stabbilizzaturi awtomatiċi billi jillixxaw il-livell tal-konsum matul iċ-ċiklu tan-negozju. |
(9) |
Il-protezzjoni soċjali tista’ tingħata permezz ta’ benefiċċji in natura jew fi flus. Ġeneralment tiġi pprovduta permezz ta’ skemi universali li jipproteġu lill-individwi kollha u huma ffinanzjati permezz tat-tassazzjoni ġenerali u/jew permezz ta’ skemi li jipproteġu lill-persuni fis-suq tax-xogħol, li spiss huma bbażati fuq kontributi relatati mal-introjtu minn xogħolhom. Il-protezzjoni soċjali tinkludi għadd ta’ oqsma, li jkopru firxa ta’ riskji soċjali li jvarjaw mix-xjuħija għall-mard jew il-qgħad. Din ir-Rakkomandazzjoni tapplika għall-oqsma tal-protezzjoni soċjali li huma spiss relatati iktar mill-qrib mal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u dawk li, l-aktar, jiżguraw il-protezzjoni minn telf ta’ introjtu relatat max-xogħol meta jokkorri ċertu riskju. Din ir-Rakkomandazzjoni ma tapplikax għall-għoti ta’ aċċess għal assistenza soċjali u skemi ta’ introjtu minimu. Hija tikkomplementa l-gwida eżistenti fil-livell tal-Unjoni dwar is-servizzi soċjali u l-assistenza, kif ukoll dwar l-inklużjoni attiva ta’ persuni esklużi mis-suq tax-xogħol, bħar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva ta’ nies esklużi mis-suq tax-xogħol. |
(10) |
Il-globalizzazzjoni, l-iżviluppi teknoloġiċi, il-bidliet fil-preferenzi individwali, u t-tixjiħ demografiku ġabu bidliet fis-swieq tax-xogħol tal-Unjoni għal dawn l-aħħar żewġ deċennji u se jkomplu jagħmlu dan fil-futur. L-impjiegi ser isiru dejjem aktar varjati, u l-karrieri ser ikunu inqas u inqas lineari. |
(11) |
Teżisti varjetà ta’ relazzjonijiet ta’ impjiegi u ta’ forom ta’ xogħol ta’ dawk li jaħdmu għal rashom fis-swieq tax-xogħol tal-Unjoni flimkien mal-kuntratti ta’ impjieg indefiniti full-time. Uħud minnhom eżistew fis-suq tax-xogħol għal żmien twil (bħall-impjiegi fissi, temporanji, part-time, ix-xogħol domestiku, jew l-apprendistati), filwaqt li oħrajn, bħax-xogħol fuq talba, xogħol abbażi ta’ kupuni, pjattaformi ta’ xogħol, żviluppaw aktar reċentement u żiedu fl-importanza mis-snin 2000 ’l hawn. |
(12) |
Dawk li jaħdmu għal rashom b’mod partikolari jiffurmaw grupp eteroġenju. Bosta individwi jagħżlu minn jeddhom li jaħdmu għal rashom, b’impjegati jew le, u jieħdu r-riskju biex isiru imprendituri, filwaqt li wieħed minn kull ħames persuni li jaħdmu għal rashom jaħdem għal rasu għaliex ma jistax isib xogħol bħala impjegat. |
(13) |
Hekk kif jevolvu s-swieq tax-xogħol, is-sistemi tal-protezzjoni soċjali fil-forom differenti tagħhom jeħtieġ li jevolvu wkoll, biex ikun żgurat li l-mudell soċjali Ewropew jibqa’ validu fil-futur u jippermetti li s-soċjetajiet u l-ekonomiji tal-Unjoni jimmassimizzaw ir-riżultati mid-dinja tax-xogħol tal-ġejjieni. F’bosta Stati Membri, madankollu, ir-regoli li jirregolaw il-kontribuzzjonijiet u l-intitolamenti għall-iskemi tal-protezzjoni soċjali għadhom ġeneralment ibbażati fuq kuntratti indefiniti full-time bejn ħaddiem u impjegatur wieħed, filwaqt li gruppi oħrajn ta’ ħaddiema u dawk li jaħdmu għal rashom huma koperti b’mod aktar marġinali. L-evidenza turi li xi ħaddiema mhux standard u xi persuni li jaħdmu għal rashom għandhom aċċess insuffiċjenti għall-oqsma tal-protezzjoni soċjali li huma relatati aktar mill-qrib mal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. Huma biss ftit l-Istati Membri li wettqu riformi biex jadattaw is-sistemi tal-protezzjoni soċjali għan-natura dejjem tinbidel tax-xogħol biex jipproteġu aħjar lill-ħaddiema affettwati u lil dawk li jaħdmu għal rashom. It-titjib ma kienx ta’ livell kostanti minn Stat Membru għall-ieħor u minn qasam għall-ieħor tal-protezzjoni soċjali. |
(14) |
Fuq perijodu twil, il-lakuni fl-aċċess għall-protezzjoni soċjali jistgħu jpoġġu f’riskju l-benessri u s-saħħa tal-individwi u jikkontribwixxu għal żieda fl-inċertezza ekonomika, għar-riskju tal-faqar u għall-inugwaljanzi. Jistgħu jwasslu wkoll għal investiment subottimali fil-kapital uman, inaqqsu l-fiduċja fl-istituzzjonijiet u jillimitaw it-tkabbir ekonomiku inklużiv. Tali lakuni jistgħu jnaqqsu wkoll l-introjti tal-protezzjoni soċjali jekk ikun hemm numru li jkun qed jikber ta’ persuni li ma jikkontribwixxux għall-iskemi. |
(15) |
Il-ħaddiema u l-persuni li jaħdmu għal rashom jistgħu jiġu identifikati bħala formalment koperti minn qasam speċifiku tal-protezzjoni soċjali jekk il-leġiżlazzjoni jew ftehim kollettiv eżistenti jistabbilixxu li huma intitolati li jipparteċipaw fi skema ta’ protezzjoni soċjali f’dak il-qasam speċifiku. Kopertura formali tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ skemi obbligatorji jew volontarji. Dawn tal-aħħar jagħtu l-opportunità lill-individwi biex jingħaqdu ma’ skema (klawsoli ta’ inklużjoni fakultattiva) jew ikopru l-individwi kollha tal-grupp fil-mira b’mod awtomatiku, u jagħtuhom l-opportunità li jirtiraw mill-iskema jekk ikunu jixtiequ (klawsoli ta’ esklużjoni fakultattiva). L-evidenza turi li l-iskemi volontarji bil-klawsoli ta’ esklużjoni fakultattiva għandhom rati ogħla ta’ sħubija u għalhekk jipprovdu kopertura aħjar mill-iskemi volontarji bi klawsoli ta’ inklużjoni fakultattiva. |
(16) |
Il-ħaddiema u l-persuni li jaħdmu għal rashom jistgħu jiġu identifikati bħala effettivament koperti f’qasam speċifiku tal-protezzjoni soċjali jekk ikollhom l-opportunità li jakkumulaw benefiċċji adegwati u l-kapaċità, fil-każ li jokkorri r-riskju korrispondenti, li jkollhom aċċess għal livell partikolari ta’ benefiċċji. Persuna tista’ tingħata aċċess formali mingħajr ma tkun tista’, fil-fatt, takkumula u tutilizza intitolamenti għall-benefiċċji. |
(17) |
Il-protezzjoni soċjali hija kkunsidrata bħala adegwata meta tippermetti lill-individwi jżommu livell ta’ għajxien deċenti, jissostitwixxu t-telf tal-introjtu tagħhom b’mod raġonevoli u jgħixu b’dinjità, u meta tipprevjeni milli jaqgħu fil-faqar filwaqt li tikkontribwixxi, fejn adatt, għall-attivazzjoni u l-iffaċilitar tar-ritorn għal impjieg. Meta tkun qed tiġi vvalutata l-adegwatezza, jenħtieġ li s-sistema tal-protezzjoni soċjali tal-Istat Membru titqies kollha kemm hi, li jfisser li jenħtieġ li l-benefiċċji tal-protezzjoni soċjali kollha ta’ Stat Membru jiġu kkunsidrati. |
(18) |
F’xi Stati Membri, ċerti kategoriji ta’ ħaddiem, bħal ħaddiema ta’ part-time imqassar, ħaddiema staġjonali, ħaddiema fuq talba, ħaddiema ta’ pjattaformi u dawk fuq kuntratti temporanji taħt aġenziji jew apprendistati huma esklużi mill-iskemi tal-protezzjoni soċjali. Barra minn hekk, il-ħaddiema li ma għandhomx kuntratti indefiniti full-time jistgħu jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jiġu koperti b’mod effettiv mill-protezzjoni soċjali, għaliex jista’ jkun li ma jissodisfawx il-kriterji għal intitolamenti biex jirċievu benefiċċji minn skemi ta’ protezzjoni soċjali abbażi ta’ kontribuzzjonijiet. Dawk li jaħdmu għal rashom huma esklużi kompletament mill-aċċess formali għall-iskemi ewlenin tal-protezzjoni soċjali f’xi Stati Membri; fi Stati Membri oħra, jistgħu jissieħbu magħhom fuq bażi volontarja. Il-kopertura volontarja tista’ tkun soluzzjoni xierqa fil-każ ta’ assigurazzjoni kontra l-qgħad, li hija assoċjata iktar mill-qrib mar-riskju intraprenditorjali; hija inqas ġustifikabbli għal riskji oħra, bħal f’każ ta’ mard, li fil-biċċa l-kbira tagħhom mhumiex relatati mal-istatus ta’ persuna fis-suq tax-xogħol. |
(19) |
Ir-regoli li jirregolaw l-intitolamenti jistgħu jaħdmu bi żvantaġġ għall-ħaddiema mhux standard u dawk li jaħdmu għal rashom. B’mod partikolari, l-introjtu u l-limiti ta’ żmien (perjodi ta’ kwalifika, perjodi ta’ stennija, perjodi minimi ta’ xogħol, id-durata tal-benefiċċji) jistgħu jikkostitwixxu ostaklu kbir wisq għall-aċċess għall-protezzjoni soċjali għal ċerti gruppi ta’ ħaddiema mhux standard u għal dawk li jaħdmu għal rashom. B’mod ġenerali, ġew identifikati żewġ settijiet ta’ kwistjonijiet: l-ewwel nett, id-differenzi eżistenti fir-regoli bejn l-impjegati standard u l-persuni li jaħdmu f’impjieg mhux standard jew dawk li jaħdmu għal rashom jistgħu jippenalizzaw mingħajr ħtieġa lil grupp wieħed; it-tieni nett, l-istess regoli applikati għall-gruppi kollha jistgħu jwasslu għal riżultati aktar negattivi għal persuni barra minn impjieg standard u jistgħu ma jkunux adattati għas-sitwazzjoni ta’ dawk li jaħdmu għal rashom. Fiż-żewġ każijiet, hemm lok biex ir-regoli jiġu adattati aktar għas-sitwazzjoni tal-gruppi speċifiċi waqt li jinżamm prinċipju ġenerali ta’ universalità, sabiex ħadd fis-suq tax-xogħol ma jisfa mhux kopert jekk jokkorri xi riskju soċjali. Jista’ jkun hemm bżonn ta’ miżuri speċifiċi biex jiġi evitat li persuni jikkontribwixxu għal skemi dduplikati, pereżempju meta jwettqu attivitajiet anċillari filwaqt li diġà jkunu koperti bis-sħiħ permezz tal-impjieg ewlieni tiegħu. |
(20) |
Id-drittijiet għall-protezzjoni soċjali mhux dejjem jiġu ppreżervati, akkumulati u/jew ttrasferiti meta individwi jgħaddu minn status għal ieħor differenti fis-suq tax-xogħol, pereżempju ħaddiema li jħallu impjieg biex jibdew jaħdmu għal rashom jew jisfaw qiegħda, dawk li jħalltu impjieg b’salarju ma’ xogħol għal rashom, u dawk li jiftħu jew jagħlqu xi negozju. Madankollu, il-preservazzjoni, l-akkumulazzjoni u/jew it-trasferibbiltà tad-drittijiet bejn l-iskemi huma kruċjali biex dawk il-persuni li jikkombinaw jew jibdlu l-impjieg jew jgħaddu minn status ta’ ħaddiem impjegat għal status ta’ ħaddiem li jaħdem għal rasu għal rasu jew viċe versa jkollhom aċċess b’mod effettiv għall-benefiċċji fi skemi kontributorji u jkollhom kopertura adegwata, kif ukoll biex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni tagħhom f’każ ta’ skemi volontarji tal-protezzjoni soċjali. |
(21) |
Il-benefiċċji jistgħu f’xi każi jkunu inadegwati, jiġifieri insuffiċjenti jew mhux f’waqthom. Jistgħu ma jagħtux lil individwi l-kapaċità li jżommu livell ta’ għajxien deċenti jew li jgħixu ħajja dinjituża, u jistgħu ma jżommuhomx milli jaqgħu fil-faqar. F’tali każijiet, jista’ jkun hemm lok biex titjieb l-adegwatezza, filwaqt li tingħata attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu aġevolati miżuri li jiffaċilitaw ir-ritorn lejn ix-xogħol. Ir-regoli li jirregolaw il-kontribuzzjonijiet jistgħu jgħawwġu s-sistema ta’ kundizzjonijiet ekwi u jkunu ta’ żvantaġġ għal xi kategoriji ta’ ħaddiema u persuni li jaħdmu għal rashom. Pereżempju, il-kontribuzzjonijiet tal-protezzjoni soċjali ta’ dawk li jaħdmu għal rashom jistgħu jinkludu kontribuzzjonijiet indipendenti mill-introjtu, jew ikunu stabbiliti abbażi ta’ introjtu fil-passat jew suppożizzjonijiet dwar introjtu futur. Dan jista’ joħloq problemi ta’ flussi ta’ flus kontanti għall-individwu meta l-introjtu tagħhom jaqa’ taħt l-estimi. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jiddetermina limitu ta’ introjtu li taħtu l-ħaddiem ikkonċernat jew il-persuna kkonċernata li taħdem għal rasha ma jkunux soġġetti għall-obbligu tal-pagamenti tal-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni, it-tnaqqis u miżuri ta’ progressività oħra għandhom japplikaw, fejn adatt, b’mod ugwali għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom, iżda ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis fir-rappurtar dwar l-introjtu. B’mod ġenerali, it-tnaqqis u miżuri oħra ta’ progressività jistgħu wkoll jintużaw biex jippromwovu transizzjonijiet għal forom anqas prekarji ta’ impjieg u biex tiġi indirizzata s-segmentazzjoni. |
(22) |
Il-kumplessità regolatorja u n-nuqqas ta’ trasparenza attwali fir-rigward tar-regoli tal-protezzjoni soċjali f’bosta Stati Membri jistgħu jirriżultaw f’sensibbiltà insuffiċjenti ta’ persuni dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom u dwar il-modi kif jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jikkonformaw mal-obbligi tagħhom. Dan jista’ jikkontribwixxi wkoll għal rata baxxa ta’ sħubija, jew parteċipazzjoni baxxa, fl-iskemi tal-protezzjoni soċjali, speċjalment fil-każ ta’ skema volontarja. It-trasparenza tista’ tinkiseb b’modi differenti, pereżempju billi jintbagħtu aġġornamenti dwar intitolamenti individwali, l-istabbiliment ta’ għodod ta’ simulazzjoni online fir-rigward tal-intitolamenti għall-benefiċċji u l-ħolqien ta’ ċentri one-stop ta’ informazzjoni, online u offline, jew kontijiet personali. B’mod partikolari, id-diġitalizzazzjoni tista’ tikkontribwixxi għat-titjib tat-trasparenza għall-individwi. |
(23) |
In-nuqqas ta’ statistika dwar il-kopertura mill-protezzjoni soċjali, maqsuma skont it-tip ta’ relazzjoni ta’ impjieg, l-età, is-sess u ċ-ċittadinanza, jista’ jillimita l-possibbiltajiet li tittejjeb il-kapaċità tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali li jadattaw u jirrispondu għad-dinja tax-xogħol li qed tinbidel. |
(24) |
Il-lakuni fl-aċċess għall-protezzjoni soċjali jista’ jkollhom effetti detrimentali, f’termini ta’ impatti ekonomiċi u fiskali, li jinħassu madwar l-Unjoni. Huma kwistjoni ta’ interess komuni għall-Istati Membri u potenzjalment jippreżentaw ostakoli għall-kisba tal-objettivi ewlenin tal-Unjoni. |
(25) |
Il-leġislazzjoni tal-Unjoni diġà tiżgura l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn it-tipi varji ta’ relazzjonijiet tal-impjieg, tipprojbixxi kull diskriminazzjoni diretta jew indiretta abbażi ta’ sess f’materji ta’ impjieg, xogħol, protezzjoni soċjali u aċċess għal prodotti u servizzi, tiżgura l-portabbiltà u l-preservazzjoni tad-drittijiet f’każ ta’ mobbiltà bejn l-Istati Membri u tiggarantixxi rekwiżiti minimi għall-akkwist u l-preservazzjoni tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari meta jinqasmu l-fruntieri, kif ukoll ir-rekwiżiti minimi f’termini ta’ trasparenza għal skemi okkupazzjonali. Din ir-Rakkomandazzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi eżistenti tal-Unjoni dwar drittijiet għal protezzjoni soċjali, b’mod partikolari, ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), id-Direttivi 2006/54/KE (2), 2008/94/KE (3), 2008/104/KE (4), 2010/41/KE (5), (UE) 2016/2341 (6), (UE) 2019/1152 (7) u (UE) 2019/1158 (8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi tal-Kunsill 79/7/EKE (9), 93/103/KE (10), 97/81/KE (11), 1999/70/KE (12), 2004/113/KE (13) u 2010/18/UE (14). |
(26) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/442/KEE (15) identifikat xi objettivi komunement segwiti fis-settur tal-protezzjoni soċjali u stiednet lill-Istati Membri biex jeżaminaw il-possibbiltà li jintroduċu u/jew jiżviluppaw protezzjoni soċjali xierqa għall-persuni li jaħdmu għal rashom. Dawk l-objettivi definiti b’mod komuni fetħu spazju għall-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni għall-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali, li huwa strument essenzjali sabiex jappoġġa d-definizzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ oqfsa nazzjonali ta’ protezzjoni soċjali u biex titrawwem kooperazzjoni reċiproka bejn l-Istati Membri f’dan is-settur. |
(27) |
Fil-qafas tas-Semestru Ewropew, l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018 ifakkar li t-titjib tal-adegwatezza u l-kopertura tal-protezzjoni soċjali huwa kruċjali għall-prevenzjoni tal-esklużjoni soċjali, filwaqt li l-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1215 (16) jappellaw lill-Istati Membri biex jimmodernizzaw is-sistemi tal-protezzjoni soċjali. |
(28) |
Fir-Rakkomandazzjoni tagħha dwar il-Pjattaformi tal-Protezzjoni Soċjali tal-2012 (Nru 202), l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tirrakkomanda lill-membri tagħha, f’konformità maċ-ċirkostanzi nazzjonali, biex jistabbilixxu mill-aktar fis possibbli u jżommu funzjonanti l-pjattaformi tagħhom ta’ protezzjoni soċjali li jinkludu garanziji bażiċi ta’ sigurtà soċjali. |
(29) |
Il-Kummissjoni tat lok għal konsultazzjoni f’żewġ stadji tas-sħab soċjali taħt l-Artikolu 154(2) TFUE dwar l-aċċess għal protezzjoni soċjali għall-persuni f’kull forma ta’ impjieg. Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 154(2) TFUE, bħala tali, mhijiex applikabbli għall-azzjoni tal-Unjoni biex tindirizza l-isfidi relatati mal-persuni li jaħdmu għal rashom abbażi tal-Artikolu 352 TFUE. Il-Kummissjoni stiednet lis-sħab soċjali biex jaqsmu l-fehmiet tagħhom fir-rigward ta’ persuni li jaħdmu għal rashom fuq bażi volontarja. |
(30) |
Il-Kummissjoni tat lok ukoll għal konsultazzjoni pubblika biex jittieħdu l-fehmiet ta’ diversi partijiet ikkonċernati u ċittadini u ġabret evidenza biex tivvaluta l-impatti soċjoekonomiċi ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
(31) |
L-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni ma għandhiex issir b’mod li jnaqqas id-drittijiet stipulati fil-liġi eżistenti tal-Unjoni f’dan is-settur, u lanqas ma għandha tikkostitwixxi raġunijiet validi għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħti lill-ħaddiema fil-qasam kopert minn din ir-Rakkomandazzjoni. |
(32) |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tevita milli timponi restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji jew ġuridiċi b’mod li jxekklu l-ħolqien jew l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). L-Istati Membri huma għalhekk mistiedna sabiex jevalwaw l-impatt tar-riformi tagħhom fuq l-SMEs biex jiżguraw li l-SMEs ma jiġux affettwati b’mod sproporzjonat, b’attenzjoni speċifika għall-mikrointrapriżi u għall-piż amministrattiv, u biex jippubblikaw ir-riżultati ta’ tali valutazzjonijiet. |
(33) |
Din ir-Rakkomandazzjoni ma għandhiex tkompli taggrava l-likwidità tal-intrapriżi - partikolarment l-SMEs - meta l-qagħda finanzjarja tagħhom tkun ġiet affettwata b’mod negattiv minħabba pagamenti tard mill-awtoritajiet pubbliċi. |
(34) |
L-Istati Membri jistgħu jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati, inklużi s-sħab soċjali, fit-tfassil tar-riformi. |
(35) |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Istati Membri li jorganizzaw is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali tagħhom. Il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri fir-rigward tal-organizzazzjoni tas-sistemi tagħhom ta’ protezzjoni soċjali, tinkludi, fost oħrajn, deċiżjonijiet dwar l-istabbiliment, il-finanzjament u l-ġestjoni ta’ tali sistemi u istituzzjonijiet relatati kif ukoll dwar il-livell, is-sustanza u t-twassil ta’ benefiċċji, il-livell tal-kontribuzzjonijiet u l-kundizzjonijiet għall-aċċess. Filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni d-differenzi bejn is-sistemi nazzjonali, din ir-Rakkomandazzjoni ma timpedixxix lill-Istati Membri milli jżommu jew jistabbilixxu dispożizzjonijiet iktar avvanzati dwar il-protezzjoni soċjali minn dawk irrakkomandati hawnhekk. |
(36) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din ir-Rakkomandazzjoni tfittex li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(37) |
Is-sostenibbiltà finanzjarja tal-iskemi ta’ protezzjoni soċjali hija essenzjali għar-reżiljenza, l-effiċjenza u l-effettività ta’ tali skemi. L-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni ma għandhiex taffettwa b’mod sinifikanti l-ekwilibrju finanzjarju tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali tal-Istati Membri, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Għan u kamp ta’ applikazzjoni
1. |
L-Istati Membri huma rrakkomandati li:
|
2. |
Din ir-Rakkomandazzjoni tkopri d-dritt ta’ parteċipazzjoni fi skema kif ukoll tal-akkumulazzjoni u l-utilizz ta’ intitolamenti. B’mod partikolari, l-Istati Membri huma rakkomandati li jiżguraw dan li ġej għall-ħaddiema kollha u għal dawk li jaħdmu għal rashom:
|
3. |
Din ir-Rakkomandazzjoni tapplika:
|
4. |
Din ir-Rakkomandazzjoni ma tapplikax għall-għoti ta’ aċċess għal assistenza soċjali u skemi ta’ introjtu minimu. |
5. |
Filwaqt li hu rikonoxxut li għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom jistgħu japplikaw regoli differenti, il-prinċipji ta’ kopertura formali, kopertura effettiva, adegwatezza u trasparenza definiti f’din ir-Rakkomandazzjoni japplikaw għall-ħaddiema kollha u għal dawk li jaħdmu għal rashom. |
6. |
Din ir-Rakkomandazzjoni ma timpedixxix lill-Istati Membri milli jżommu jew jistabbilixxu dispożizzjonijiet iktar avvanzati dwar il-protezzjoni soċjali minn dawk li huma stabbiliti f’din ir-Rakkomandazzjoni. Din ir-Rakkomandazzjoni ma tillimitax l-awtonomija tas-sħab soċjali fejn huma jkunu responsabbli għall-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ skemi ta’ protezzjoni soċjali. |
Definizzjonijiet
7. |
Għall-għanijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
Kopertura formali
8. |
L-Istati Membri huma rrakkomandati li jiżguraw l-aċċess għal protezzjoni soċjali adegwata għall-ħaddiema kollha u għall-persuni kollha li jaħdmu għal rashom fir-rigward tal-oqsma kollha msemmija fil-punt 3.2. ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. Fid-dawl ta’ ċirkustanzi nazzjonali, huwa rakkomandat li dan il-għan jintlaħaq billi tittejjeb u tiġi estiża l-kopertura formali:
|
Kopertura effettiva
9. |
L-Istati Membri huma rakkomandati li jiżguraw kopertura effettiva għall-ħaddiema kollha, irrispettivament mit-tip ta’ relazzjoni ta’ impjieg, u għal dawk li jaħdmu għal rashom, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 8, filwaqt li tiġi ppreservata wkoll is-sostenibbiltà tas-sistema u li jiġu implimentati salvagwardji biex jiġi evitat l-abbuż. Għal dak l-għan:
|
10. |
Skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali, l-Istati Membri huma rrakkomandati jiżguraw li l-intitolamenti - kemm jekk ikunu ġew akkwistati permezz ta’ skemi obbligatorji kif ukoll jekk ikunu ġew akkwistati permezz ta’ skemi volontarji - jiġu preservati, akkumulati u/jew ikunu trasferibbli fost it-tipi kollha ta’ status ta’ impjieg u ta’ status ta’ min jaħdem għal rasu u fost is-setturi ekonomiċi, tul il-karriera kollha ta’ persuna jew matul ċertu perjodu ta’ referenza u bejn skemi differenti fi ħdan qasam partikolari ta’ protezzjoni soċjali. |
Adegwatezza
11. |
Fejn jokkorri riskju assikurat taħt skemi tal-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom, l-Istati Membri huma rakkomandati li jiżguraw li l-iskemi jipprovdu livell adegwat ta’ protezzjoni, f’waqtu, lill-membri tagħhom u f’konformità maċ-ċirkostanzi nazzjonali, filwaqt li jinżamm livell ta’ għajxien deċenti u tingħata sostituzzjoni adegwata tal-introjtu, filwaqt li dejjem jiġi evitat li dawk il-membri jisfaw suġġetti għall-faqar. Meta tiġi valutata l-adegwatezza, is-sistema ta’ protezzjoni soċjali tal-Istat Membru teħtieġ li tiġi kkunsidrata kollha kemm hi. |
12. |
L-Istati Membri huma rakkomandati jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet tal-protezzjoni soċjali jkunu proporzjonati għall-kapaċità kontributtiva tal-ħaddiema u tal-persuni li jaħdmu għal rashom. |
13. |
Fid-dawl taċ-ċirkostanzi nazzjonali u fejn xieraq, l-Istati Membri huma rakkomandati jiżguraw li kwalunkwe eżenzjoni jew tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet soċjali previsti mil-leġislazzjoni nazzjonali, inklużi dawk għal gruppi bi dħul baxx, japplikaw għat-tipi kollha ta’ relazzjoni ta’ impjieg u ta’ status fis-suq tax-xogħol. |
14. |
L-Istati Membri huma rakkomandati jiżguraw li l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet u l-intitolamenti għall-protezzjoni soċjali ta’ dawk li jaħdmu għal rashom ikunu bbażati fuq valutazzjoni oġġettiva u trasparenti tal-bażi ta’ introjtu tagħhom, b’kont meħud tal-fluttwazzjonijiet fl-introjtu tagħhom, u jirriflettu l-qligħ attwali tagħhom. |
Trasparenza
15. |
L-Istati Membri huma rakkomandati jiżguraw li l-kundizzjonijiet u r-regoli għall-iskemi kollha ta’ protezzjoni soċjali jkunu trasparenti u li l-individwi jkollhom aċċess, bla ħlas, għal informazzjoni aġġornata, komprensiva, aċċessibbli, faċli għall-utent u li tinftiehem b’mod ċar dwar l-intitolamenti u l-obbligi individwali tagħhom. |
16. |
L-Istati Membri huma rakkomandati jissimplifikaw, fejn meħtieġ, ir-rekwiżiti amministrattivi tal-iskemi tal-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema, għal dawk li jaħdmu għal rashom u għal dawk li jħaddmu, b’mod partikolari l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. |
L-implimentazzjoni, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni
17. |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħdmu b’mod konġunt fuq it-titjib tal-kamp tal-applikazzjoni u r-rilevanza tal-ġbir tad-data fil-livell tal-Unjoni dwar il-forza tax-xogħol u l-aċċess għall-protezzjoni soċjali, bil-ħsieb li jinformaw it-tfassil tal-politika dwar il-protezzjoni soċjali relattivament għal forom ġodda ta’ xogħol. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri huma rakkomandati jiġbru u jippubblikaw, fejn possibbli, statistika nazzjonali affidabbli dwar l-aċċess għal għamliet varji ta’ protezzjoni soċjali, pereżempju, imqassma skont l-istatus fis-suq tax-xogħol (persuni li jaħdmu għal rashom/impjegati), it-tip ta’ relazzjoni ta’ impjieg (temporanju jew permanenti, part-time jew full-time, forom ġodda ta’ xogħol jew impjieg standard), is-sess u l-età, sal-15 ta’ Novembru 2021. |
18. |
Sal-15 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni għandha, b’mod konġunt mal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, tistabbilixxi qafas ta’ monitoraġġ u tiżviluppa indikaturi maqbula komuni, kemm kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi, biex tivvaluta l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, li jippermettu r-rieżami tagħha. |
19. |
L-Istati Membri huma rakkomandati jimplimentaw il-prinċipji stabbiliti f’din ir-Rakkomandazzjoni mill-aktar fis possibbli u jippreżentaw pjan li jiddeskrivi l-miżuri korrispondenti li jridu jittieħdu fil-livell nazzjonali sal-15 ta’ Mejju 2021. Il-progress li jsir fl-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet jenħtieġ li jiġi diskuss fil-kuntest tal-istrumenti ta’ sorveljanza multilaterali f’konformità mas-Semestru Ewropew u l-Metodu Miftuh ta’ Koordinazzjoni għall-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali. |
20. |
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-progress magħmul fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, filwaqt li tqis ukoll l-impatt fuq l-SMEs, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri u wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati involuti, u tirrapporta lill-Kunsill sal-15 ta’ Mejju 2022. Fuq il-bażi tar-riżultati tar-rieżami, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li tagħmel aktar proposti. |
21. |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni tiġi appoġġata permezz ta’ azzjonijiet iffinanzjati mill-programmi rilevanti tal-Unjoni. |
22. |
Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita t-tagħlim reċiproku u l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati. |
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
L. ANDERSSON
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).
(2) Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).
(3) Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU L 283, 28.10.2008, p. 36).
(4) Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).
(5) Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1).
(6) Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).
(7) Id-Direttiva (UE) 2019/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 105).
(8) Id-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 79).
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 6, 10.1.1979, p. 24).
(10) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/103/KE tat-23 ta’ Novembru 1993 li tirrigwarda l-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa għax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd (ittlettax-il Direttiva individwali li taqa’ taħt it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 307, 13.12.1993, p. 1).
(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU L 14, 20.1.1998, p. 9).
(12) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU L 175, 10.7.1999, p. 43).
(13) Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37).
(14) Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta’ Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li jħassar id-Direttiva 96/34/KE (ĠU L 68, 18.3.2010, p. 13).
(15) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/442/KEE tas-27 ta’ Lulju 1992 dwar il-konverġenza tal-objettivi u tal-politiki tal-protezzjoni soċjali (ĠU L 245, 26.8.1992, p. 49).
(16) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1215 tas-16 ta’ Lulju 2018 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (ĠU L 224, 5.9.2018, p. 4).
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
15.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/9 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9520 — CVC/Robert Bosch Packaging Technology)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 387/02)
Fis-7 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9520. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
15.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/10 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-14 ta' Novembru 2019
(2019/C 387/03)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0997 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
119,49 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4720 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,85643 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,6940 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0873 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
135,20 |
NOK |
Krona Norveġiża |
10,1198 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,560 |
HUF |
Forint Ungeriż |
333,87 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2926 |
RON |
Leu Rumen |
4,7673 |
TRY |
Lira Turka |
6,3361 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6213 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4588 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,6098 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7223 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4989 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 287,87 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,3205 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7210 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4383 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 508,18 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5720 |
PHP |
Peso Filippin |
55,788 |
RUB |
Rouble Russu |
70,4908 |
THB |
Baht Tajlandiż |
33,218 |
BRL |
Real Brażiljan |
4,5928 |
MXN |
Peso Messikan |
21,3699 |
INR |
Rupi Indjan |
79,1000 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
15.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/11 |
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2019/C 387/04)
Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:
Fil-paġna 412:
Jiddaħħlu t-test u r-ritratti li ġejjin bħala t-tieni paragrafu tan-nota ta’ spjega tas-subintestaturi 9503 00 35 u 9503 00 39:
“Dawn is-subintestaturi jinkludu wkoll il-blokok tal-logħob.
Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tagħhom, il-blokok huma ddisinjati biex jibnu struttura. Jistgħu jinkludu, pereżempju, pinnijiet u toqob biex jinżammu flimkien jew jistgħu jinkludu biss uċuħ lixxi li jitqiegħdu wieħed fuq l-ieħor.
Eżempji ta’ blokok tal-logħob:
Eżempju ta’ blokok li għandhom xifer li jidħol fix-xifer ta’ blokka oħra biex tinbena struttura (torri):
Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA tal-intestatura 9503(D) (iii).
Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM tas-subintestaturi 9503 00 61 u 9503 00 69 u tas-subintestaturi 9503 00 95 u 9503 00 99 .”
Fil-paġna 412:
Jiddaħħlu t-test u r-ritratt li ġejjin:
“9503 00 61 u 9503 00 69 |
Logħob ta’ taħbil il-moħħ Dawn is-subintestaturi jinkludu logħob ta’ taħbil il-moħħ li jinkludu blokok fil-forma ta’ kubi. Eżempju ta’ kubi fejn kull waħda mis-sitt naħat turi parti minn logħba ta’ taħbil il-moħħ differenti:
Ara wkoll l-eżempju ta’ logħba ta’ taħbil il-moħħ fil-forma ta’ kubi kklassifikata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1056/2006 tas-12 ta’ Lulju 2006. Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM tas-subintestaturi 9503 00 95 u 9503 00 99.” |
Fil-paġna 413:
Jiddaħħlu t-test u r-ritratti li ġejjin:
“9503 00 95 u 9503 00 99 |
Oħrajn Dawn is-subintestaturi jinkludu blokok fil-forma ta’ kubi li juru stampi differenti (pereżempju, numri, ittri, disinji, stampi ta’ annimali). Dawn huma maħsuba għad-divertiment tat-tfal żgħar. Għall-kuntrarju tal-blokok tal-logħob, dawn mhumiex iddisinjati bil-ħsieb li tinbena struttura. Eżempju ta’ ġugarell li jikkonsisti f’diversi kubi li juru stampi differenti fuq kull naħa tagħhom:
Il-kubi murija fir-ritratti mhumiex ikklassifikati bħala logħba ta’ taħbil il-moħħ, peress li l-kubi jservu primarjament għal skopijiet oħra (l-għadd, id-divertiment eċċ.). Waħda biss mis-sitt naħat ta’ kull kubu sservi bħala logħba ta’ taħbil il-moħħ. Dawn is-subintestaturi ma jinkludux:
|
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
15.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/14 |
Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza/ta’ skont applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2019
(Ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))
(2019/C 387/05)
Ir-rati ta’ bażi huma kkalkulati f’konformità mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad iridu jkunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ skont dan ifisser li kellu jiġi miżjud marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tal-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru tiġi kkalkulata wkoll biż-żieda ta’ 100 punti bażi għar-rata bażi.
Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.
It-tabella preċedenti kienet ippubblikata fil-ĠU C 347, 14.10.2019, p. 11.
Minn |
Sa |
AT |
BE |
BG |
CY |
CZ |
DE |
DK |
EE |
EL |
ES |
FI |
FR |
HR |
HU |
IE |
IT |
LT |
LU |
LV |
MT |
NL |
PL |
PT |
RO |
SE |
SI |
SK |
UK |
1.12.2019 |
31.12.2019 |
-0,33 |
-0,33 |
0,00 |
-0,33 |
2,27 |
-0,33 |
-0,16 |
-0,33 |
-0,33 |
-0,33 |
-0,33 |
-0,33 |
0,28 |
0,39 |
-0,33 |
-0,33 |
-0,33 |
-0,33 |
-0,33 |
-0,33 |
-0,33 |
1,87 |
-0,33 |
3,56 |
0,05 |
-0,33 |
-0,33 |
0,90 |
1.11.2019 |
30.11.2019 |
-0,33 |
-0,33 |
0,00 |
-0,33 |
2,27 |
-0,33 |
-0,16 |
-0,33 |
-0,33 |
-0,33 |
-0,33 |
-0,33 |
0,28 |
0,39 |
-0,33 |
-0,33 |
-0,33 |
-0,33 |
-0,33 |
-0,33 |
-0,33 |
1,87 |
-0,33 |
3,56 |
0,04 |
-0,33 |
-0,33 |
0,90 |
1.10.2019 |
31.10.2019 |
-0,28 |
-0,28 |
0,00 |
-0,28 |
2,27 |
-0,28 |
-0,12 |
-0,28 |
-0,28 |
-0,28 |
-0,28 |
-0,28 |
0,28 |
0,48 |
-0,28 |
-0,28 |
-0,28 |
-0,28 |
-0,28 |
-0,28 |
-0,28 |
1,87 |
-0,28 |
3,56 |
0,06 |
-0,28 |
-0,28 |
0,90 |
1.9.2019 |
30.9.2019 |
-0,20 |
-0,20 |
0,00 |
-0,20 |
2,27 |
-0,20 |
-0,07 |
-0,20 |
-0,20 |
-0,20 |
-0,20 |
-0,20 |
0,28 |
0,48 |
-0,20 |
-0,20 |
-0,20 |
-0,20 |
-0,20 |
-0,20 |
-0,20 |
1,87 |
-0,20 |
3,56 |
0,06 |
-0,20 |
-0,20 |
1,09 |
1.8.2019 |
31.8.2019 |
-0,15 |
-0,15 |
0,00 |
-0,15 |
2,27 |
-0,15 |
-0,03 |
-0,15 |
-0,15 |
-0,15 |
-0,15 |
-0,15 |
0,28 |
0,48 |
-0,15 |
-0,15 |
-0,15 |
-0,15 |
-0,15 |
-0,15 |
-0,15 |
1,87 |
-0,15 |
3,56 |
0,07 |
-0,15 |
-0,15 |
1,09 |
1.7.2019 |
31.7.2019 |
-0,11 |
-0,11 |
0,00 |
-0,11 |
1,98 |
-0,11 |
0,00 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
0,28 |
0,48 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
1,87 |
-0,11 |
3,56 |
0,07 |
-0,11 |
-0,11 |
1,09 |
1.6.2019 |
30.6.2019 |
-0,11 |
-0,11 |
0,00 |
-0,11 |
1,98 |
-0,11 |
0,02 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
0,28 |
0,56 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
1,87 |
-0,11 |
3,56 |
0,05 |
-0,11 |
-0,11 |
1,09 |
1.5.2019 |
31.5.2019 |
-0,11 |
-0,11 |
0,00 |
-0,11 |
1,98 |
-0,11 |
0,03 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
0,28 |
0,56 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
-0,11 |
1,87 |
-0,11 |
3,56 |
0,02 |
-0,11 |
-0,11 |
1,09 |
1.4.2019 |
30.4.2019 |
-0,13 |
-0,13 |
0,00 |
-0,13 |
1,98 |
-0,13 |
0,04 |
-0,13 |
-0,13 |
-0,13 |
-0,13 |
-0,13 |
0,28 |
0,56 |
-0,13 |
-0,13 |
-0,13 |
-0,13 |
-0,13 |
-0,13 |
-0,13 |
1,87 |
-0,13 |
3,56 |
-0,03 |
-0,13 |
-0,13 |
1,09 |
1.3.2019 |
31.3.2019 |
-0,13 |
-0,13 |
0,00 |
-0,13 |
1,98 |
-0,13 |
0,03 |
-0,13 |
-0,13 |
-0,13 |
-0,13 |
-0,13 |
0,28 |
0,56 |
-0,13 |
-0,13 |
-0,13 |
-0,13 |
-0,13 |
-0,13 |
-0,13 |
1,87 |
-0,13 |
3,56 |
-0,13 |
-0,13 |
-0,13 |
1,09 |
1.2.2019 |
28.2.2019 |
-0,16 |
-0,16 |
0,00 |
-0,16 |
1,98 |
-0,16 |
0,03 |
-0,16 |
-0,16 |
-0,16 |
-0,16 |
-0,16 |
0,28 |
0,56 |
-0,16 |
-0,16 |
-0,16 |
-0,16 |
-0,16 |
-0,16 |
-0,16 |
1,87 |
-0,16 |
3,56 |
-0,24 |
-0,16 |
-0,16 |
1,09 |
1.1.2019 |
31.1.2019 |
-0,16 |
-0,16 |
0,00 |
-0,16 |
1,98 |
-0,16 |
0,02 |
-0,16 |
-0,16 |
-0,16 |
-0,16 |
-0,16 |
0,28 |
0,56 |
-0,16 |
-0,16 |
-0,16 |
-0,16 |
-0,16 |
-0,16 |
-0,16 |
1,87 |
-0,16 |
3,56 |
-0,31 |
-0,16 |
-0,16 |
1,09 |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
15.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9555 — Recruit/MUBK/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 387/06)
1.
Fit-8 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Recruit Co, Ltd (“Recruit”, il-Ġappun), |
— |
MUFG Bank Ltd (“MUBK”, il-Ġappun), |
— |
joint venture maħluqa ġdida (il-“JV”, il-Ġappun), |
Recruit u MUBK jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Recruit: il-provvista ta’ servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni għal diversi skopijiet bħalma huma r-reklutaġġ, l-edukazzjoni u l-ibbukkjar; |
— |
MUBK: servizzi bankarji għall-konsumatur fil-Ġappun, b’uffiċċji fil-Ġappun u f’40 pajjiż ieħor; |
— |
il-JV: servizzi ta’ finanzi għal impriżi kbar u għal negozji minn żgħar u għall-kbar fil-Ġappun biss biex ikunu appoġġati l-ġestjoni i l-operazzjonijiet tagħhom ta’ kuljum. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9555 Recruit/MUBK/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
15.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/17 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9360 — Daimler/Geely/JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 387/07)
1.
Fit-8 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Daimler AG (“Daimler”, il-Ġermanja), |
— |
Zhejiang Geely Holding Group Co. Ltd (“Geely”, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina), |
— |
Joint Venture Company (il-“JV”, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina) |
Daimler u Geely jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Daimler: l-iżvilupp, il-manfiattura u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-karozzi, prinċipalment karozzi tal-passiġġieri, trakkijiet, vannijiet u karozzi tal-linja. |
— |
Geely: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ vetturi tal-passiġġieri. |
— |
il-JV: l-iżvilupp, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ vetturi elettriċi bil-batterija (battery eletric vehicles, BEV) ta’ marka tad-ditta “intelliġenti”. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9360 — Daimler/Geely/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+ 32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
Rettifika
15.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 387/18 |
Rettifika tad-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni b’rabta mal-Artikolu 14(2) dwar il-kooperazzjoni mal-Aġenziji tal-Unjoni
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 347 tal-14 ta’ Ottubru 2019 )
(2019/C 387/08)
Fil-paġna tal-qoxra u fil-paġna 1, fit-titolu,
minflok:
“Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni b’rabta mal-Artikolu 14(2) dwar il-kooperazzjoni mal-Aġenziji tal-Unjoni”,
aqra:
“Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-kooperazzjoni mal-aġenziji tal-Unjoni”;
F’paġna 1, l-ewwel sentenza,
minflok:
“Biex tkun żgurata l-koerenza u l-komparabbiltà tal-istatistika soċjali Ewropea, il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-koperazzjoni mal-Aġenziji tal-Unjoni skont l-Artikolu 14(2) u l-premessi relatati (12 u 33).”,
aqra:
“Biex tkun żgurata l-koerenza u l-komparabbiltà tal-istatistika soċjali Ewropea, il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-koperazzjoni mal-Aġenziji tal-Unjoni skont l-Artikolu 14(2) u l-premessi relatati (12 u 33) tar-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).