ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 386

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
14 ta' Novembru 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

DIKJARAZZJONIJIET KONĠUNTI

 

il–Kunsill

2019/C 386/01

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2019/C 386/02

Il-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa — Rapport mill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal- Intrapriżi) li jissuġġerixxi emendi għall-Annessi tal-Konklużjonijiet tal- Kunsill tat-12 ta' Marzu 2019, inkluż it-tneħħija ta' ġurisdizzjoni waħda

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 386/03

Rata tal-kambju tal-euro — It-13 ta' Novembru 2019

5

2019/C 386/04

Avviż tal-Kummissjoni Dokument ta’ gwida dwar l-esportazzjoni, l-esportazzjoni mill-ġdid, l-importazzjoni u l-kummerċ fi ħdan l-Unjoni, tal-qrejjen tar-rinoċeronti

6

2019/C 386/05

Avviż tal-Kummissjoni Dokument ta’ gwida dwar l-applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet skont id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendata mid-Direttiva 2014/52/UE) — l-Artikoli 1(3), 2(4) u 2(5)

12

2019/C 386/06

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tal-5 ta’ Lulju 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ AT.40432 — Character Merchandise Relatur: Is-Slovenja ( 1 )

21

2019/C 386/07

Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta Il-Każ AT.40432 — Character merchandise ( 1 )

22

2019/C 386/08

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2019 dwar il-proċeduri skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Il-Każ AT.40432 — Character merchandise) (notifikat bid-dokument numru C(2019) 5087 final)  ( 1 )

24


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 386/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9567 — PGGM/Macquarie/Genesee &Wyoming Australia) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

28

2019/C 386/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9580 — Permira/Smith & Williamson) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

30

2019/C 386/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9611 — Pavilion Energy/Iberdrola Group (European LNG Asset Portfolio)) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

32


 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

DIKJARAZZJONIJIET KONĠUNTI

il–Kunsill

14.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/1


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

(2019/C 386/01)

Huwa mistenni li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tiffaċċja ċirkostanzi ta’ sfida fis-snin li ġejjin biex tissodisfa l-ħtieġa eċċezzjonali li tirrekluta u żżomm membri tal-persunal kwalifikati mill-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli. Fid-dawl tal-mandat tal-Aġenzija u tal-għadd kbir tal-membri tal-persunal tagħha, huwa essenzjali li jiġu esplorati mekkaniżmi li jippermettu li l-attraenza tal-Aġenzija bħala impjegatur tkun żgurata, billi r-rimunerazzjoni tal-membri tal-persunal tal-Aġenzija f’Varsavja jiġi adattat, f’konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għalhekk jappellaw lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-bażi u l-modalitajiet għal kwalunkwe tali mekkaniżmu xieraq, b’mod partikolari meta tippreżenta l-proposti għar-reviżjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1). Kwalunkwe mekkaniżmu tali għandu jkun proporzjonali mal-importanza tal-objettivi segwiti u ma għandux iwassal għal trattament mhux ugwali fost il-membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, jekk tali istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni jkunu kkonfrontati b’sitwazzjoni simili.


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

14.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/2


Il-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa — Rapport mill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal- Intrapriżi) li jissuġġerixxi emendi għall-Annessi tal-Konklużjonijiet tal- Kunsill tat-12 ta' Marzu 2019, inkluż it-tneħħija ta' ġurisdizzjoni waħda

(2019/C 386/02)

B'effett mill-jum tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-Annessi I u II tal‐Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-lista riveduta tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa (1), kif emendata fit-22 ta' Mejju 2019 (2), fil-21 ta' Ġunju 2019 (3) u fis-17 ta' Ottubru 2019 (4), huma sostitwiti bl-Annessi I u II il-ġodda li ġejjin:

“ANNESS I

Il-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa

1.   Is-Samoa Amerikana

Is-Samoa Amerikana ma tapplika l-ebda skambju awtomatiku ta' informazzjoni finanzjarja, ma ffirmatx u ma rratifikatx, inkluż permezz tal-ġurisdizzjoni li huma dipendenti fuqha, il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, ma impenjatx ruħha li tapplika l-istandards minimi tal-BEPS u ma impenjatx ruħha li tindirizza dawn il‐kwistjonijiet.

2.   Fiġi

Fiġi għadu ma emendax jew abolixxa r-reġimi ta' taxxa preferenzjali dannużi tiegħu.

L-impenn ta' Fiġi li jikkonforma mal-kriterji 1.2, 1.3 u 3.1 sa tmiem l-2019 ser ikompli jiġi sorveljat.

3.   Guam

Guam ma japplika ebda skambju awtomatiku ta' informazzjoni finanzjarja, ma ffirmax u ma rratifikax, inkluż permezz tal-ġurisdizzjoni li hu dipendenti fuqha, il-Konvenzjoni Multilaterali tal‐OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, ma impenjax ruħu li japplika l-istandards minimi tal-BEPS u ma impenjax ruħu li jindirizza dawn il-kwistjonijiet.

4.   L-Oman

L-Oman ma japplika ebda skambju awtomatiku ta' informazzjoni finanzjarja, ma ffirmax u ma rratifikax il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, u għadu ma solviex dawn il-kwistjonijiet.

5.   Samoa

Samoa għandha reġim preferenzjali ta' taxxa dannuż u ma impenjatx ruħha li tindirizza din il‐kwistjoni.

Barra minn hekk, Samoa impenjat ruħha li tikkonforma mal-kriterju 3.1 sa tmiem l-2018 iżda ma solvietx din il-kwistjoni.

6.   Trinidad u Tobago

Trinidad u Tobago għandhom klassifikazzjoni ta' "Mhux Konformi" mill-Forum Globali dwar it‐Trasparenza u l-Iskambju ta' Informazzjoni għal Skopijiet ta' Taxxa għall-Iskambju ta' Informazzjoni fuq Talba.

L-impenn ta' Trinidad u Tobago li jikkonformaw mal-kriterji 1.1, 1.2, 1.3 u 2.1 sa tmiem l-2019 ser jiġi sorveljat.

7.   Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti

Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti ma japplikaw ebda skambju awtomatiku ta' informazzjoni finanzjarja, ma ffirmawx u ma rratifikawx, inkluż permezz tal-ġurisdizzjoni li huma dipendenti fuqha, il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, għandhom reġimi preferenzjali ta' taxxa dannużi, ma impenjawx ruħhom li japplikaw l‐istandards minimi tal-BEPS u ma impenjawx ruħhom li jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet.

8.   Vanuatu

Vanuatu jiffaċilita strutturi u arranġamenti offshore li għandhom l-għan li jattiraw qligħ mingħajr sustanza ekonomika reali u għadu ma solviex din il-kwistjoni.

“ANNESS II

Is-sitwazzjoni attwali tal-kooperazzjoni mal-UE fir-rigward tal-impenji meħuda biex jiġu implimentati l-prinċipji ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa

1.   Trasparenza

1.1   Impenn li jimplimentaw l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni, kemm bl-iffirmar tal-Ftehim Multilaterali bejn l-Awtoritajiet Kompetenti jew permezz ta' ftehimiet bilaterali

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jimplimentaw skambju awtomatiku ta' informazzjoni sa tmiem l-2019:

Palau u t-Turkija

1.2   Is-sħubija tal-Forum Globali dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' Informazzjoni għal skopijiet ta' taxxa ("Forum Globali") u l-klassifikazzjoni sodisfaċenti b'rabta mal-iskambju ta' informazzjoni fuq talba

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin, li impenjaw ruħhom li jkollhom klassifikazzjoni suffiċjenti sa tmiem l‐2018, qegħdin jistennew eżami supplimentari mill-Forum Globali:

Anguilla, il-Gżejjer Marshall u Curaçao

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jsiru membri tal-Forum Globali u/jew ikollhom klassifikazzjoni suffiċjenti sa tmiem l-2019:

il-Ġordan, Palau, it-Turkija u l-Vjetnam

1.3   Iffirmar u ratifika tal-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka (MAC) jew in-netwerk ta' ftehimiet li jkopru l-Istati Membri kollha tal-UE

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar l‐Assistenza Amministrattiva Reċiproka jew li jkollhom fis-seħħ netwerk ta' ftehimiet li jkopru l‐Istati Membri kollha tal-UE sa tmiem l-2019:

l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Botswana, Cape Verde, l-Eswatini, il-Ġordan, ilMaldivi, il-Mongolja, il-Montenegro, in-Namibja, Palau, it-Tajlandja u l-Vjetnam

2.   Tassazzjoni ġusta

2.1   L-eżistenza ta' reġimi ta' taxxa dannużi

Il-ġurisdizzjoni li ġejja, li impenjat ruħha li temenda jew tabolixxi r-reġimi ta' taxxa dannużi tagħha li jkopru attivitajiet ta' manifattura u attivitajiet simili li mhumiex wisq mobbli sa tmiem l-2018 u li wriet progress tanġibbli biex tibda dawn ir-riformi fl-2018, ingħatat sa tmiem l-2019 biex tadatta l‐leġislazzjoni tagħha:

il-Marokk

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin, li impenjaw ruħhom li jemendaw jew jabolixxu r-reġimi ta' taxxa dannużi tagħhom sa tmiem l-2018 iżda nżammu milli jagħmlu dan minħabba kwistjonijiet istituzzjonali jew kostituzzjonali ġenwini minkejja progress tanġibbli fl-2018, ingħataw sa tmiem l‐2019 biex jadattaw il-leġislazzjoni tagħhom:

il-Gżejjer Cook u l-Maldivi

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jemendaw jew jabolixxu r-reġimi ta' taxxa dannużi sa tmiem l-2019:

Antigua u Barbuda, l-Awstralja, il-Belize, Curaçao, il-Marokk, in-Namibja, Saint Kitts u Nevis, Saint Lucia u s-Seychelles

Il-ġurisdizzjoni li ġejja hija impenjata li temenda jew tabolixxi reġim ta' taxxa dannuż sa tmiem l‐2020:

il-Ġordan

2.2.   L-eżistenza ta' reġimi ta' taxxa li jiffaċilitaw strutturi offshore li jattiraw qligħ mingħajr attività ekonomika reali

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin, li impenjaw ruħhom li jindirizzaw it-tħassib marbut mas-sustanza ekonomika fil-qasam tal-fondi ta' investiment kollettivi, ħadu sehem fi djalogu pożittiv mal-Grupp u baqgħu jikkooperaw, ingħataw sa tmiem l-2019 biex jadattaw il-leġislazzjoni tagħhom:

Il-Bahamas, il-Bermuda, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi u l-Gżejjer Cayman

Il-ġurisdizzjoni li ġejja hija impenjata li tindirizza t-tħassib relatat mas-sustanza ekonomika sa tmiem l-2019:

Barbados

3.   Miżuri kontra l-BEPS

3.1   Sħubija fil-Qafas Inklużiv tal-BEPS jew impenn għall-implimentazzjoni tal-istandards minimi tal-OECD kontra l-BEPS

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jsiru membri tal-Qafas Inklużiv tal-BEPS jew jimplimentaw l-istandards minimi tal-OECD kontra l-BEPS sa tmiem l-2019:

il-Ġordan u l-Montenegro

Il-ġurisdizzjonijiet li ġejjin huma impenjati li jsiru membri tal-Qafas Inklużiv tal-BEPS jew jimplimentaw l-istandards minimi tal-OECD kontra l-BEPS jekk u meta dan l-impenn ser isir rilevanti:

Nauru, Niue u Palau.


(1)  ĠU C 114, 26.03.2019, p. 2.

(2)  ĠU C 176, 22.05.2019, p. 2.

(3)  ĠU C 210, 21.06.2019, p. 8.

(4)  ĠU C 351, 17.10.2019, p. 7.


Il-Kummissjoni Ewropea

14.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta' Novembru 2019

(2019/C 386/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1006

JPY

Yen Ġappuniż

119,79

DKK

Krona Daniża

7,4725

GBP

Lira Sterlina

0,85760

SEK

Krona Żvediża

10,7353

CHF

Frank Żvizzeru

1,0894

ISK

Krona Iżlandiża

137,70

NOK

Krona Norveġiża

10,1390

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,591

HUF

Forint Ungeriż

334,75

PLN

Zloty Pollakk

4,2874

RON

Leu Rumen

4,7633

TRY

Lira Turka

6,3316

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6127

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4592

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6204

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7228

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5000

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 288,15

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,4441

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7281

HRK

Kuna Kroata

7,4415

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 522,75

MYR

Ringgit Malażjan

4,5713

PHP

Peso Filippin

56,025

RUB

Rouble Russu

70,8149

THB

Baht Tajlandiż

33,277

BRL

Real Brażiljan

4,6017

MXN

Peso Messikan

21,3723

INR

Rupi Indjan

79,3190


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


14.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/6


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Dokument ta’ gwida dwar l-esportazzjoni, l-esportazzjoni mill-ġdid, l-importazzjoni u l-kummerċ fi ħdan l-Unjoni, tal-qrejjen tar-rinoċeronti

(2019/C 386/04)

1.   Informazzjoni ta’ sfond dwar il-konservazzjoni tar-rinoċeronti u t-theddidiet maħluqa mill-kaċċa illegali u l-kummerċ illegali

L-ispeċijiet kollha tar-rinoċeronti huma inklużi fl-Appendiċi I tar-Regolament CITES, bl-eċċezzjoni tal-popolazzjonijiet tar-rinoċeronti bojod tan-Nofsinhar (Ceratotherium simum simum) mill-Afrika ta’ Isfel u l-Eswatini, li huma elenkati fl-Appendiċi II.

Il-kaċċa illegali għar-rinoċeronti fl-Afrika żdiedet għal sitt snin konsekuttivi mill-2009 sal-2015 għall-ogħla livell ta’ kważi 3.7 rinoċeront kuljum fl-2015, għalkemm b’rata ta’ tnaqqis fiż-żieda mill-2013 sal-2015 (1). Filwaqt li l-livelli tal-kaċċa illegali rreġistrati naqsu mill-2015, il-kaċċa illegali tibqa’ f’livelli għoljin b’madwar 3.1 rinoċeront ikkaċċjat illegalment kuljum fl-2017. It-tnaqqis fil-kaċċa illegali mill-2015 jidher li kompla fl-2018, bil-kaċċa illegali rrappurtata fl-ewwel tmien xhur sa disa’ xhur tas-sena tibqa’ baxxa jew tonqos f’ħafna Stati taż-żona tad-distribuzzjoni (2). Żidiet preċedenti fil-popolazzjonijiet tar-rinoċeronti bojod u suwed (Ceratotherium simum u Diceros bicornis) li rriżultaw minn miżuri ta’ konservazzjoni b’saħħithom f’diversi Stati f’dawn l-aħħar deċennji, l-aktar fl-Afrika t’Isfel, għalhekk huma mhedda mit-traffikar ta’ kaċċa illegali u traffikar tal-qrejjen tar-rinoċeronti li għadhom għaddejjin.

L-operaturi tal-kriminalità organizzata kienu attivi wkoll madwar l-UE biex jakkwistaw u jinnegozjaw il-qrejjen tar-rinoċeronti. Filwaqt li l-introduzzjoni fl-UE ta’ rinoċeronti u ta’ prodotti derivati mhijiex permessa għal skopijiet kummerċjali, l-introduzzjoni tagħhom tista’ tkun awtorizzata taħt ċerti kundizzjonijiet eż. bħala trofej tal-kaċċa (3). Dawn it-trofej tal-kaċċa jitqiesu bħala effetti personali u domestiċi skont l-Artikolu 57 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (4). Ma jistgħux jinbiegħu jew jintużaw b’mod ieħor għal skopijiet kummerċjali u għandhom jibqgħu proprjetà tal-kaċċatur wara l-importazzjoni. F’dawn l-aħħar snin, id-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ ta’ trofej tal-kaċċa għal kampjuni ta’ rinoċeronti ntużaw ħażin intenzjonalment minn networks li jħallsu lil kaċċaturi biex imorru safaris għall-kaċċa tar-rinoċeronti, eż. fl-Afrika t’Isfel. Dan il-modus operandi li jiġu mqabbda “psewdokaċċaturi” u anke “kaċċaturi bona fid e” intuża ħafna min-netwerks kriminali li joperaw fl-UE, kif urew l-investigazzjonijiet f’ċerti Stati Membri u pajjiżi terzi. Wara l-importazzjoni tat-trofew, in-networks jieħdu l-pussess tal-qrejjen u jiddaħħlu b’kuntrabandu fl-Asja.

Qabel l-adozzjoni tal-ewwel verżjoni ta’ dan id-dokument ta’ gwida fi Frar 2011, għadd ta’ Stati Membri nnotaw żieda fil-kummerċ intra-UE u fl-esportazzjoni mill-ġdid tal-qrejjen tar-rinoċeronti ppreżentati bħala “antikitajiet” jew “kampjuni maħduma”. F’ħafna każijiet, l-investigazzjonijiet urew li l-motivazzjoni tax-xerrejja ftit kienet marbuta man-natura artistika tal-oġġetti. Indikazzjoni għal dan kienet li l-prezzijiet offruti għal tali prodotti kienu korrelatati prinċipalment mal-piż tagħhom, pjuttost milli mal-valur artistiku tagħhom.

Fl-2010, żewġ Stati Membri adottaw qari strett tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-esportazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti tar-rinoċeronti. Imbagħad, Stati Membri oħra rċevew applikazzjonijiet għall-esportazzjoni mill-ġdid jew għal talbiet għal informazzjoni dwar kif tali applikazzjonijiet jiġu mmaniġġjati minnhom. Dan indika li xi kummerċjanti kienu qed jippruvaw jevitaw iż-żewġ reġimi u jfittxu modi oħra kif jesportaw mill-ġdid l-oġġetti mill-UE.

Indikazzjoni oħra ta’ theddid kontinwu hija li, filwaqt li dan l-aħħar in-numru ta’ serq ta’ qrejjen tar-rinoċeronti fil-mużewijiet, id-djar tal-irkanti u l-ħwienet tal-prodotti antiki jew tat-tassidermisti naqas b’mod sostanzjali, għall-ewwel darba, f’Marzu 2017, inqatel rinoċeront għall-qrun tiegħu f’park żooloġiku Ewropew (5).

Hemm preżunzjoni b’saħħitha li l-esportazzjonijiet mill-ġdid ta’ qrejjen tar-rinoċeronti mill-UE jistgħu jgħollu d-domanda għall-qrejjen tar-rinoċeronti, l-aktar għall-użu mediku, fl-Asja u jżommu l-prezzijiet għoljin jew anke jgħolluhom aktar. Jidher li f’ħafna Stati Membri hemm tentattivi kkoordinati minn xi kummerċjanti biex jakkwistaw qrejjen tar-rinoċeronti bl-iskop li jesportawhom (jirriesportawhom) lejn l-Asja. Min-naħa tagħha, domanda għolja bħal din għal prodotti ta’ valur għoli tirrappreżenta wkoll suq lukrattiv li huwa attraenti ħafna għall-kaċċaturi illegali, li jinkoraġġixxi l-kummerċ illeċitu u attivitajiet kriminali. Dan ikompli jipperikola l-konservazzjoni tal-popolazzjonijiet ta’ rinoċeronti li fadal.

2.   Għan u status ta’ dan id-dokument

Il-qafas regolatorju tal-Unjoni dwar il-kummerċ fl-organiżmi selvaġġi jrid jiġi interpretat fid-dawl tal-għanijiet tiegħu, il-prinċipju prekawzjonarju, u b’konsiderazzjoni xierqa għall-għarfien tal-iżviluppi riċenti. L-Istati Membri għandhom ikomplu jinfurzaw il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kummerċ fl-organiżmi selvaġġi b’mod li jikkontribwixxi għall-ħarsien u l-konservazzjoni tal-ispeċi.

Hija meħtieġa gwida biex ikun żgurat li l-Istati Membri kollha jkollhom approċċ komuni għall-esportazzjoni u l-l-esportazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti tar-rinoċeronti (is-Sezzjoni 3.a), għall-kummerċ intra-UE tal-qrejjen tar-rinoċeronti (is-Sezzjoni 3.b), għall-importazzjoni fl-UE ta’ prodotti tar-rinoċeronti ddikjarati bħala “trofej tal-kaċċa” (is-Sezzjoni 4), kif ukoll għal importazzjonijiet oħra fl-UE ta’ kampjuni maħdumin u mhux maħdumin ta’ qrejjen tar-rinoċeronti għal użu personali mhux kummerċjali (is-Sezzjoni 5).

Dan id-dokument ta’ gwida tħejja mill-persunal tal-Kummissjoni u ġie approvat abbozz mill-Kumitat dwar il-Kummerċ tal-Fawna u l-Flora Selvaġġi, stabbilit skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 (6) (“ir-Regolament Bażiku), u għalhekk mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Id-dokument ta’ gwida huwa maħsub sabiex jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 338/97. Mhuwiex legalment vinkolanti; l-iskop tiegħu huwa biss li jipprovdi informazzjoni dwar ċerti aspetti tar-Regolament (UE) Nru 338/97 u tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, u dwar il-miżuri li huma meqjusa bħala l-aqwa prattika. Ma jissostitwixxix id-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt tal-Unjoni, ma jżidhomx u lanqas jemendahom. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-dokument ma jitqiesx b’mod iżolat; għandu jintuża flimkien mal-leġiżlazzjoni, inkluża leġiżlazzjoni oħra rilevanti dwar l-importazzjoni ta’ prodotti tal-annimali, u mhux bħala referenza “indipendenti”. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija kompetenti sabiex tinterpreta b’awtorità d-dritt tal-Unjoni.

Id-dokument se jiġi ppubblikat b’mod elettroniku mis-servizzi tal-Kummissjoni, u jista’ jiġi ppubblikat mill-Istati Membri. Dan se jiġi rieżaminat mill-Kumitat tal-Unjoni dwar il-Kummerċ tal-Fawna u l-Flora Selvaġġi fi żmien xieraq.

3.   Gwida dwar l-interpretazzjoni tar-regoli tal-UE dwar l-esportazzjoni u l-esportazzjoni mill-ġdid u l-kummerċ intra-UE tal-qrejjen tar-rinoċeronti

L-atti tad-dritt tal-Unjoni jridu jiġu interpretati skont l-għanijiet tagħhom. L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 jipprovdi li l-għan ta’ dak ir-Regolament huwa li “jipproteġi l-ispeċi ta’ fawna u flora selvaġġi u li jiggarantixxi l-konservazzjoni tagħhom billi jirregola l-kummerċ fihom”. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament iridu jiġu interpretati b’mod konsistenti ma’ dak il-għan.

Barra minn hekk, l-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-politika ambjentali għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni. Dan jimplika li jekk azzjoni jew politika tirriskja li twassal għal ħsara serja jew irriversibbli għall-pubbliku jew għall-ambjent, in-nuqqas ta’ ċertezza xjentifika sħiħa ma għandux jintuża bħala raġuni għall-posponiment ta’ miżuri kosteffettivi sabiex tiġi evitata dik il-ħsara. Il-prinċipju għandu l-għan li jassigura livell ogħla ta’ protezzjoni ambjentali permezz ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet preventivi fil-każ ta’ tali riskji.

Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta’ prekawzjoni japplika, fost l-oħrajn, fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-acquis ambjentali tal-Unjoni, u għalhekk anke għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament Bażiku. L-Istati Membri tal-UE għandhom japplikaw il-prinċipju ta’ prekawzjoni meta jeżerċitaw id-diskrezzjoni tagħhom skont ir-Regolament Bażiku. (7)

(a)   Applikazzjonijiet għal permessi jew ċertifikati skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 338/97 (esportazzjoni u esportazzjoni mill-ġdid)

Skont l-Artikolu 5(2)(d) tar-Regolament Bażiku, meta jkunu qegħdin jivvalutaw l-applikazzjonijiet għall-esportazzjoni u l-esportazzjoni mill-ġdid tal-qrejjen tar-rinoċeronti, l-Awtoritajiet Amministrattivi tal-Istati Membri jridu jkunu “ssodisfati, wara konsultazzjoni mal-Awtorità Xjentifika kompetenti, li ma jkunx hemm fatturi oħra li għandhom x’jaqsmu mal-konservazzjoni tal-ispeċi li huma opposti għall-ħruġ tal-permess ta’ esportazzjon i”. Din id-dispożizzjoni tapplika għall-applikazzjonijiet għall-permessi ta’ esportazzjoni kif ukoll – skont l-Artikolu 5(3) – għall-esportazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikati għal kampjuni ta’ speċijiet tal-Anness A u l-Anness B. Din il-kundizzjoni tapplika għall-kampjuni kollha ta’ qrejjen tar-rinoċeronti, indipendentement minn jekk ikunux ikkunsidrati bħala “kampjuni maħdumin” jew le (8).

Fiċ-ċirkustanzi preżenti, fid-dawl tal-prinċipju prekawzjonarju, u sakemm ma titfaċċax evidenza xjentifika konklussiva f’sens kuntrarju, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li hemm fatturi serji relatati mal-konservazzjoni tal-ispeċi tar-rinoċeronti li huma opposti għall-ħruġ ta’ permessi għall-esportazzjoni u ċertifikati tal-esportazzjoni mill-ġdid.

Għaldaqstant, huwa kkunsidrat leġittimu għall-Istati Membri li jiżguraw li, bħala miżura temporanja, ma jinħareġ l-ebda permess ta’ esportazzjoni jew ċertifikat tal-esportazzjoni mill-ġdid għall-qrejjen tar-rinoċeronti, ħlief jekk l-Awtorità Amministrattiva tkun issodisfata li l-permess jew iċ-ċertifikat ikun se jintuża għal skopijiet leġittimi, bħal fil-każijiet li ġejjin:

i.

l-oġġett ikun parti minn skambju ġenwin ta’ oġġetti kulturali jew artistiċi bejn istituzzjonijiet ta’ reputazzjoni tajba (jiġifieri mużewijiet);

ii.

l-oġġett huwa biċċa arti rikonoxxuta u l-Awtorità Amministrattiva hija kunfidenti li l-valur tiegħu jiżgura li ma jintużax għal skopijiet oħra;

iii.

l-oġġett ma jkunx inbiegħ u jkun wirt li jiċċaqlaq bħala parti mir-rilokazzjoni ta’ familja jew bħala parti minn legat; jew

iv.

l-oġġett ikun parti minn proġett ta’ riċerka bona fide.

Jenħtieġ li titqies ukoll kwalunkwe miżura aktar stretta minn pajjiżi terzi, li tista’ tinkludi projbizzjonijiet ġenerali fuq l-importazzjoni għal qrejjen tar-rinoċeronti. Qabel ma joħroġ ċertifikat tal-esportazzjoni mill-ġdid jew permess ta’ esportazzjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-sezzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-awtoritajiet CITES tal-pajjiż tad-destinazzjoni dwar it-tranżazzjoni u jitlobhom jivverifikaw li huma jaqblu mal-importazzjoni ta’ dak il-kampjun.

F’kull każ, l-identitajiet tal-esportatur u tal-importatur iridu jiġu vverifikati u rreġistrati (eż. billi tinżamm kopja tad-dokumenti tal-identifikazzjoni tagħhom).

(b)   Applikazzjonijiet għal ċertifikati skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 338/97 (kummerċ intra-UE)

Il-kummerċ kummerċjali intra-UE tal-kampjuni tal-Anness A huwa pprojbit skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Bażiku. Hija prevista eċċezzjoni fl-Artikolu 8(3) ta’ dak ir-Regolament, li tawtorizza lill-Istati Membri biex jidderogaw minn din il-projbizzjoni jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet (elenkati fis-subparagrafu (a) sa subparagrafu (h)) (9). L-użu tat-terminu “jista’” fl-Artikolu 8(3) (10) jimplika li l-Istati Membri mhumiex ġeneralment obbligati jagħtu ċertifikat għal intra-UE anke meta dawk il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, ħlief jekk ikun meħtieġ mod ieħor mid-Dritt tal-Unjoni. Fi kliem ieħor, l-Artikolu 8(3) ma jistax jitqies li jikkonferixxi d-dritt lil applikant biex jikseb ċertifikat għall-kummerċ intra-UE. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jagħtu ċertifikat jekk dan ikun xieraq biex jipproteġu l-ispeċi jew biex jiggarantixxu l-konservazzjoni tagħha, u jekk ir-rifjut ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak il-għan. Is-servizzi tal-Kummissjoni u tal-Kumitat tal-Unjoni dwar il-Kummerċ fl-Organiżmi Selvaġġi huma tal-fehma li dan ser ikun il-każ fejn il-leġittimità u l-konsistenza ta’ tranżazzjoni mal-għanijiet tar-Regolament Bażiku ma jkunux intwerew b’mod konklussiv mill-applikant.

Minħabba ċ-ċirkustanzi deskritti fl-ewwel sezzjoni ta’ dan id-dokument, l-Istati Membri, bħala miżura temporanja, fil-prinċipju ma għandhom jagħtu l-ebda ċertifikat għall-kummerċ intra-UE tal-qrejjen tar-rinoċeronti skont l-Artikolu 8(3)

Fejn id-dispożizzjonijiet skont il-liġi domestika ta’ Stat Membru ma jippermettux lill-awtoritajiet tiegħu jirrifjutaw applikazzjonijiet għal ċertifikati intra-UE għal negozjar kummerċjali tal-qrejjen tar-rinoċeronti abbażi tal-Artikolu 8(3) kif rakkomandat hawn fuq, u fejn il-kampjuni jiġu nnegozjati għal skopijiet mhux kummerċjali fl-UE (bidla fis-sjieda minħabba donazzjoni jew wirt lil entità privata jew pubblika - bħal mużew, pereżempju), l-Awtorità Amministrattiva tas-CITES tal-Istat Membru għandha ssegwi approċċ ibbażat fuq ir-riskju u tiżgura skrutinju massimu fl-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal ċertifikati intra-UE.

Jekk jingħata, iċ-ċertifikat intra-UE għandu jiddeskrivi l-oġġett ikkonċernat f’dettall suffiċjenti sabiex ikun ċar li dan ikun jista’ jintuża biss għall-kampjun speċifiku kkonċernat u ma jkunx jista’ jintuża illegalment għal kampjuni oħra. Barra minn hekk u fejn il-leġiżlazzjoni tippermetti, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jiġbru, jivverifikaw u jirreġistraw l-identitajiet tal-applikant u tax-xerrej (eż. billi jżommu kopja tad-dokumenti tal-identifikazzjoni tagħhom).

Finalment, iċ-ċertifikati għall-kummerċ intra-UE għandhom jinħarġu fuq bażi speċifika għat-tranżazzjoni – li tippermetti tranżazzjoni waħda biss – li jfisser ukoll li ċ-ċertifikat se jkun validu biss għad-detentur imsemmi fil-kaxxa 1 taċ-ċertifikat. Din ir-rakkomandazzjoni hija bbażata fuq it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jippermetti lill-Istati Membri “joħorġu ċertifikati speċifiċi għat-tranżazzjoni fejn huwa kkunsidrat li hemm fatturi oħrajn relatati mal-konservazzjoni tal-ispeċi li huma opposti għall-ħruġ ta’ ċertifikat speċifiku għall-kampjun.”

4.    Gwida dwar l-interpretazzjoni tar-regoli tal-UE dwar l-importazzjonijiet fl-UE tat- trofej tal-kaċċ a” tar-rinoċeronti skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 865/2006

Sabiex tiġi indirizzata l-problema tal-użu intenzjonalment ħażin tad-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ tat-trofej tal-kaċċa, it-Task Force tas-CITES għall-Infurzar dwar ir-Rinoċeronti rrakkomanda li “jiġu implimentati kontrolli leġiżlattivi u ta’ infurzar sabiex jiġi evitat li qrejjen li jkunu parti minn trofej miksuba legalment jintużaw għal skopijiet oħra għajr trofej tal-kaċċa, u sabiex jiġi żgurat li dawn it-trofej jibqgħu fil-pussess tas-sidien tagħhom għall-iskop indikat fil-permess tal-esportazzjoni tas-CITES” (11).

F’dak il-kuntest, huwa rrakkomandat li, meta jipproċessaw applikazzjoni għall-importazzjoni għat-trofej tal-kaċċa ta’ kampjuni ta’ rinoċeronti:

i.

bħas-soltu, l-Istati Membri jikkonsultaw jekk l-Awtoritajiet Xjentifiċi ddeterminawx li l-introduzzjoni fl-UE se jkollha effett ta’ ħsara fuq il-konservazzjoni tal-ispeċi – ma hemmx bżonn ta’ miżuri ulterjuri u l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda jekk ma tkunx tista’ ssir sejba ta’ nuqqas ta’ detriment;

ii.

jagħtu attenzjoni partikolari għall-esperjenza tal-kaċċa tal-applikant;

iii.

jgħarrfu lill-applikant li l-importazzjoni fl-UE tista’ tiġi awtorizzata għal użu personali biss u li ma hemm l-ebda possibbiltà li s-sidien ta’ trofej tal-kaċċa jingħataw ċertifikat għal skopijiet kummerċjali fl-Unjoni skont l-Artikolu 8(3)(c);

iv.

jekk ikun meħtieġ, jikkuntattjaw lill-awtorità amministrattiva tas-CITES tal-pajjiż esportatur biex jiżguraw li jkunu konxji tal-kaċċa ppjanata u tal-esportazzjoni maħsuba, u ma jkollhomx informazzjoni li tmur kontra l-ħruġ tal-permess tal-importazzjoni;

v.

meta (wara li jivverifikaw sewwa li l-kundizzjonijiet kollha skont ir-Regolament Bażiku u r-Regolamenti assoċjati tal-Kummissjoni jkunu ġew issodisfati) joħorġu l-permess tal-importazzjoni, jinkludu fil-permess l-avviż segwenti: “L-importazzjoni ta’ dan it-trofew tal-kaċċa hija għal użu personali biss. L-oġġett għandu jibqa’ fil-pussess tad-detentur ta’ dan il-permess. Huwa għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet kompetenti meta jitolbuh”;

vi.

jekk ikun possibbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, jitwettqu kontrolli bbażati fuq ir-riskju fuq importaturi ta’ trofej tal-kaċċa tar-rinoċeronti importati wara l-2009 (12) biex jiġi vverifikat li għadhom fil-pussess tat-trofej. Ir-riżultati ta’ dawn il-verifiki għandhom jinqasmu bejn l-Istati Membri l-oħra, il-Kummissjoni Ewropea u s-Segretarjat tas-CITES.

Meta jkun ġie identifikat riskju ogħla ta’ trofew tal-kaċċa li sussegwentement jintuża b’mod ħażin għall-kummerċ illegali, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw joħorġu permess għall-importazzjoni ta’ trofew tal-kaċċa bil-kundizzjoni li ma jkunx fih il-qrun tar-rinoċeronti (eż. li jiġi sostitwit b’replika artifiċjali).

5.   Gwida dwar l-interpretazzjoni tar-regoli tal-UE dwar l-importazzjonijiet fl-UE ta’ kampjuni maħdumin u mhux maħdumin tal-qrejjen tar-rinoċeronti għal tipi oħrajn ta’ użu personali mhux kummerċjali

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari u jeżerċitaw viġilanza kbira fir-rigward tal-applikazzjonijiet kollha għall-importazzjonijiet tal-kampjuni tal-qrejjen tar-rinoċeronti – kampjuni maħdumin u mhux maħdumin għajr it-trofej tal-kaċċa – għal skopijiet personali. Il-Linji Gwida tal-Awtorità Xjentifika (13) għandhom jitqiesu meta jiġi vvalutat kif għandhom jiġu interpretati r-regoli applikabbli għall-importazzjonijiet tal-kampjuni tal-Anness A u x’“għanijiet oħra” jistgħu jitqiesu bħala mhux ta’ ħsara għall-konservazzjoni tal-ispeċi.


(1)  1.Emslie, R., Milliken, T. and Talukdar, B. (2016). African and Asian Rhinoceroses – Status, Conservation and Trade (Rinoċeronti Afrikani u Asjatiċi – Status, Konservazzjoni u Kummerċ). Disponibbli fuq https://rhinos.org/wp-content/uploads/2015/07/final-cop16-rhino-rpt.pdf.

(2)  Rhinoceroses (Rhinocerotidae spp.) – Report of the Standing Committee and the Secretariat (Rinoċeronti (Rhinocerotidae spp.) – Rapport tal-Kumitat Permanenti u s-Segretarjat), CoP18 Dok. 83.1, disponibbli fuq https://cites.org/sites/default/files/eng/cop/18/doc/E-CoP18-083-01.pdf.

(3)  “Trofew tal-kaċċa” huwa definit fl-Artikolu 1(4b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006

(4)  ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1.

(5)  https://www.bbc.com/news/world-europe-39194844

(6)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

(7)  Għal aktar kunsiderazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju prekawzjonarju, jekk jogħġbok irreferi wkoll għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-prinċipju prekawzjonarju tat-2 ta’ Frar 2000, COM(2000) 1 – https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=celex%3A52000DC0001.

(8)  Ara l-Avviż tal-Kummissjoni – Gwida dwar il-kampjuni maħdumin skont ir-Regolamenti tal-UE dwar il-kummerċ fl-organiżmi selvaġġi, ĠU C 154, 17.5.2017, p. 15-26 – https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52017XC0517(02)&from=EN.

(9)  Cf. il-paragrafu 34 tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-kawża C-510/99): “Dik id-dispożizzjoni tawtorizza, iżda ma teħtieġx, eżenzjonijiet mill-projbizzjoni li hija tistabbilixxi”.

(10)  L-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 jaqra: “Skont il-ħtiġijiet ta’ leġislazzjoni oħra tal-Komnunità dwar il-konservazzjoni ta’ fawna u flora salvaġġi, eżenzjoni mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tista’ tingħata bil-ħruġ ta’ ċertifikat għal dak l-iskop mill-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru li fih ikunu jinsabu l-kampjuni, fuq il-bażi ta’ każ każ meta l-kampjuni.”

(11)  Ara http://cites.org/sites/default/files/notif/E-Notif-2014-006A.pdf

(12)  Għall-importazzjonijiet ta’ trofej tal-kaċċa tar-rinoċeronti li seħħew qabel id-dħul fis-seħħ tar-rekwiżit ta’ permess tal-importazzjoni, għandu jkun possibbli, fuq talba, li tinkiseb informazzjoni dwar applikanti li jkollhom suċċess għal trofej tal-kaċċa tar-rinoċeronti mingħand il-pajjiżi esportaturi.

(13)  http://ec.europa.eu/environment/cites/pdf/srg/guidelines.pdf, p. 11 u 12


ANNESS

Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tas-CITES

Fil-Konferenza CITES tal-Partijiet fl-2017 (CoP17), ġiet emendata r-Riżoluzzjoni Conf. 9.14 (Rev. COP17) (1), u l-Partijiet kollha ġew imħeġġa:

‘[1.]

(a)

jadottaw u jimplimentaw il-leġiżlazzjoni komprensiva u kontrolli tal-infurzar, inklużi restrizzjonijiet tal-kummerċ intern u penali:

(i)

bil-għan li jnaqqsu l-kummerċ illegali ta’ partijiet tar-rinoċeronti u derivattivi, inkluż kwalunkwe kampjun li, minn dokument ta’ akkumpanjament, l-imballaġġ, marka jew tikketta, jew minn kwalunkwe ċirkustanza oħra, jidher li jkun parti jew derivattiv ta’ rinoċeront;

(…)

(i)

jikkunsidraw li jintroduċu miżuri domestiċi aktar stretti sabiex jirregolaw l-esportazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti tal-qrejjen tar-rinoċeronti minn kwalunkwe sors.’

Barra minn hekk, fis-CITES CoP17, ġiet adottata d-Deċiżjoni 17.133 (2), li skontha l-partijiet għandhom:

“jirrevedu l-implimentazzjoni tagħhom tar-Riżoluzzjoni Conf. 9.14 (Rev. COP17) dwar il-Konservazzjoni ta’ u l-kummerċ fir-Rinoċeronti Afrikani u Asjatiċi, u l-istrateġiji u l-azzjonijiet proposti żviluppati mit-Task Force tas-CITES għall-Infurzar dwar ir-Rinoċeronti li tinsab fl-Anness għan-Notifika lill-Partijiet Nru 2014/006 tat-23 ta’ Jannar 2014, biex tinkiseb implimentazzjoni tajba tar-Riżoluzzjoni u l-istrateġiji u l-azzjonijiet proposti, u biex tiżdied l-effettività tar-risposta għall-infurzar tal-liġi tal-kaċċa illegali tar-rinoċeronti u t-traffikar tal-qrun tar-rinoċeronti.”

Skont l-istrateġiji u l-azzjonijiet proposti żviluppati mit-Task Force tas-CITES għall-Infurzar dwar ir-Rinoċeronti (3):

‘1.

Il-Partijiet kollha għandhom: […]

(k)

Jimplimentaw miżuri sabiex jimmonitorjaw l-attivitajiet tad-djar tal-irkanti, l-irkantaturi u l-kummerċ tal-antikitajiet, kif meħtieġ, sabiex jevitaw il-kummerċ illegali tal-qrejjen tar-rinoċeronti;

(…)

2.

Il-pajjiżi kollha implikati fil-kummerċ illegali tal-qrejjen tar-rinoċeronti bħala Stati taż-żona tad-distribuzzjoni, ta’ tranżitu jew ta’ destinazzjoni għandhom:

(g)

Jimplimentaw kontrolli leġiżlattivi u ta’ infurzar sabiex jiġi evitat li qrejjen li jkunu parti minn trofej miksuba legalment jintużaw għal skopijiet oħra għajr trofej tal-kaċċa, u sabiex jiġi żgurat li dawn it-trofej jibqgħu fil-pussess tas-sidien tagħhom għall-iskop indikat fil-permess tal-esportazzjoni tas-CITES’.


(1)  Ara https://www.cites.org/sites/default/files/document/E-Res-09-14-R17.pdf

(2)  Ara https://cites.org/eng/dec/valid17/81850

(3)  Ara http://cites.org/sites/default/files/notif/E-Notif-2014-006A.pdf


14.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/12


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Dokument ta’ gwida dwar l-applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet skont id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendata mid-Direttiva 2014/52/UE) — l-Artikoli 1(3), 2(4) u 2(5)

(2019/C 386/05)

Werrej

Paġna

1.

Introduzzjoni 12

2.

Id-difiża u r-reazzjoni għall-emerġenzi ċivili - Artikolu 1(3) tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali 13

3.

Każijiet eċċezzjonali - Artikolu 2(4) tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali 14

 

Dispożizzjonijiet tad-Direttiva 15

 

Traspożizzjoni 15

 

Tifsira ta’ każijiet eċċezzjonali 15

 

Restrizzjonijiet ta’ kunfidenzjalità 16

 

Issodisfar tal-objettivi tad-Direttiva 17

 

Konsiderazzjoni ta’ forom oħra ta’ valutazzjoni u ta’ involviment pubbliku 17

 

Obbligu li l-Kummissjoni tiġi infurmata 18

4.

Atti leġiżlattivi – Artikolu 2(5) tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali 18

 

Id-definizzjoni ta’ proġetti adottati permezz ta’ att leġiżlattiv nazzjonali 19

 

Kontroll ġudizzjarju għal proġetti adottati permezz ta’ att leġislattiv nazzjonali 19

5.

Sommarju tal-punti ewlenin 20

1.   Introduzzjoni

1.1.

Dan id-dokument jipprovdi informazzjoni aġġornata li tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikoli 1(3), 2(4) u 2(5) tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE (id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali). Dawn l-Artikoli jipprovdu għal eżenzjonijiet mid-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali. Din il-gwida jinkorpora d-dokument preċedenti tal-Kummissjoni “Clarification of the application of Article 2(3) of the Environmental Impact Assessment Directive” (Kjarifika tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali) u jaġġornah fejn meħtieġ.

1.2.

L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali jipprovdi għal possibbiltajiet biex jiġu eżentati mill-proġetti, jew partijiet ta’ proġetti, ta’ kamp ta’ applikazzjoni tagħha, jekk l-għan waħdieni tagħhom huwa d-difiża jew ir-rispons għal emerġenzi ċivili. Jekk il-kondizzjonijiet ta’ dik id-dispożizzjoni jiġu ssodisfati, l-Istati Membri m’għandhomx għalfejn japplikaw id-Direttiva.

1.3.

Skont l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, l-Istati Membri jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali, u sakemm l-objettivi tad-Direttiva jintlaħqu, jeżentaw proġetti speċifiċi mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, jekk l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet tmur kontra l-għan tal-proġett. Id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali tispeċifika li l-proċeduri li jridu jiġu segwiti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni meta tiġi invokata eżenzjoni minn valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont l-Artikolu 2(4). Madankollu, id-Direttiva ma tipprevedi l-ebda indikazzjoni dwar kif it-terminu “każijiet eċċezzjonali” għandu jiġi interpretat, u l-esperjenza turi li jistgħu jinqalgħu dubji dwar meta d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu invokati b’mod leġittimu. Kundizzjonijiet oħra għandhom jiġu ssodisfati meta tiġi applikata din l-eżenzjoni (mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 u bil-ħtieġa li jiġu ssodisfati l-objettivi tad-Direttiva).

1.4.

L-Artikolu 2(5) tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali jippermetti l-possibbiltà li proġett jiġi eżentat mid-dispożizzjonijiet relatati mal-konsultazzjoni pubblika, fejn proġett jiġi adottat b’att speċifiku tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Bħall-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 2(4), għandhom jiġu ssodisfati kundizzjonijiet oħra meta tiġi applikata din l-eżenzjoni (mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 u bil-ħtieġa li jiġu ssodisfati l-objettivi tad-Direttiva).

1.5.

Dan l-avviż huwa maħsub biex jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali fl-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) biss hija kompetenti sabiex tinterpreta b’awtorità d-dritt tal-UE.

1.6.

Sabiex jibbażaw fuq dawn l-eżenzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jittrasponu b’mod sħiħ id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva fil-liġi nazzjonali.

2.   Id-difiża u r-reazzjoni għall-emerġenzi ċivili — Artikolu 1(3) tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali

Ara l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2011/92/UE kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE.

L-Artikolu 1(3) – L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fuq il-bażi ta' każ b'każ u jekk previst mil-liġi nazzjonali, li ma japplikawx din id-Direttiva għall-proġetti, jew partijiet minn proġetti, li jkollhom id-difiża bħala l-għan ewlieni tagħhom jew proġetti li l-uniku għan tagħhom ikun ir-rispons għal emerġenzi, jekk jidhrilhom li tali applikazzjoni jkollha effett ħażin fuq dawk l-għanijiet.

* It-test sottolinjat jindika l-emendi introdotti mid-Direttiva 2014/52/UE

2.1.

L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva jippermetti lill-Istati Membri sabiex jeskludu proġetti, jew partijiet minn proġetti, mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva u għalhekk mill-proċedura tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali. Din l-esklużjoni tapplika biss għal proġetti, jew partijiet minn proġetti, li l-għan uniku tagħhom huwa d-difiża jew ir-reazzjoni għal emerġenzi ċivili. L-Istat Membru li japplika din l-esklużjoni jrid juri li l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali se jkollha effett kontroproduttiv f’dik li hija l-kisba tal-għanijiet inkwistjoni.

2.2.

Verżjonijiet preċedenti tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (id-Direttiva 85/337/KE kif ikkodifikata bid-Direttiva 2011/92/UE) diġà kienu jippermettu li ssir eżenzjoni f’każijiet ta’ salvagwardja tad-difiża. Id-Direttiva 2014/52/UE tiċċara li Stat Membru jista’ japplika l-eżenzjoni biss jekk id-difiża tkun l-uniku għan tal-proġett. Din il-limitazzjoni hija użata sabiex jiġu evitati problemi ta’ interpretazzjoni (proġetti ta’ natura mħallta jibqgħu fl-ambitu tad-Direttiva (1)) u tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata tal-eżenzjoni. It-terminu “difiża” jinkludi proġetti relatati mal-attivitajiet mill-forzi alleati fuq it-territorju tal-Istati Membri f’konformità mal-obbligi internazzjonali (ara l-premessa 19 tad-Direttiva 2014/52/UE).

2.3.

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(3) ġie estiż biex ikopri r-reazzjoni għall-emerġenzi ċivili (2). Din l-emenda kienet ibbażata fuq l-esperjenza tal-implimentazzjoni, iżda għandha wkoll l-għan li tallinja d-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali mad-Direttiva 2001/42/KE (3) dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (id-Direttiva dwar l-Istima Ambjentali Strateġika). Bħal fil-każ tad-difiża, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jeżenta proġett mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva skont l-Artikolu 1(3) biss jekk ir-rispons għal emerġenza ċivili huwa l-uniku għan tal-proġett.

2.4.

Kien possibbli għall-Istati Membri li jeżentaw proġetti li jikkonċernaw emerġenzi ċivili f’każijiet eċċezzjonali skont l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2011/92/KE. Il-fatt li din il-possibbiltà tiġi mċaqilqa skont l-Artikolu 1(3) jfisser li jekk il-proġett jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 1(3), l-Istati Membri m’għandhomx għalfejn jgħaddu mill-proċedura ta’ notifika jew jissodisfaw l-objettivi tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali.

2.5.

Madankollu, il-ġurisprudenza tal-QtĠ-UE relatata mal-eżenzjonijiet tindika li d-dispożizzjoni għandha tingħata interpretazzjoni restrittiva. Fil-kawża ta’ Bolzano C-435/97, il-Qorti għamlet id-dikjarazzjoni li ġejja dwar l-Artikolu 1(4) (id-difiża nazzjonali) tad-Direttiva 85/337/KE: “Din l-esklużjoni tintroduċi eċċezzjoni għar-regola ġenerali prevista mid-Direttiva li l-effetti ambjentali għandhom jiġu evalwati minn qabel u għalhekk għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv”.

2.6.

L-eżenzjoni għalhekk tkopri biss proġetti li jirrispondu għal emerġenzi ċivili, mhux għal proġetti li jintroduċu miżuri mmirati biex jiskansaw tali emerġenzi. Ġeneralment tkun iġġustifikata biss jekk l-emerġenza li tkun tat bidu għall-proġett ma setgħetx tiġi prevista jew, jekk setgħet tiġi prevista, il-proġett ma setax jitwettaq qabel. Pereżempju, proġett ta’ kontra l-għargħar jista’ jitqies biss bħala miżura li tindirizza emerġenza potenzjali urġenti biżżejjed biex tiġġustifika l-eżenzjoni li tkun qed tiġi invokata, jekk kien impossibbli li din titwettaq qabel. Madankollu, jekk ikun seħħ għargħar fl-istess post f’numru ta’ okkażjonijiet u l-proġett ikun miżura mdewma biex tiġi evitata emerġenza futura potenzjali, allura l-eżenzjoni mhijiex probabbli li tkun iġġustifikata. Min-naħa l-oħra, jista’ jkun hemm emerġenzi, inklużi xi diżastri naturali, li setgħu ġew antiċipati iżda mhux evitati u li jagħtu lok għal proġetti (bħal xogħlijiet jew xogħlijiet urġenti ta’ rikostruzzjoni jew xogħlijiet biex tkun evitata aktar ħsara) li jistgħu jikkwalifikaw għall-eżenzjoni.

2.7.

Il-Kummissjoni ġabret sentenzi ewlenin tal-QĠUE f’dan il-qasam għall-użu mill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri (4).

3.   Każijiet eċċezzjonali - Artikolu 2(4) tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali

Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2011/92/UE kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE

Bla ħsara għall-Artikolu 7, l-Istati Membri jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali, jeżentaw proġett speċifiku mid-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, meta l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet tinċidi b'mod ħażin fuq l-iskop tal-proġett, bil-kundizzjoni li l-objettivi ta' din id-Direttiva jiġu ssodisfati.

F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jikkunsidraw jekk għamla oħra ta’ valutazzjoni tkunx xierqa;

(b)

jagħmlu disponibbli għall-pubbliku kkonċernat it-tagħrif miksub taħt għamliet oħra tal-valutazzjoni msemmija fil-punt (a), it-tagħrif li jkollu x'jaqsam mad-deċiżjoni dwar l-għotja tal-eżenzjoni u r-raġunijiet għaliex tkun ingħatat;

(c)

jinformaw lill-Kummissjoni, qabel ma jingħata kunsens, bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-eżenzjoni mogħtija, u jipprovduha bl-informazzjoni li jkunu għamlu disponibbli, fejn applikabbli, liċ-ċittadini tagħhom stess.

Il-Kummissjoni għandha immedjatament tibgħat id-dokumenti li tkun irċeviet lill-Istati Membri l-oħra.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta ta’ kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

* It-test sottolinjat jindika l-emendi introdotti mid-Direttiva 2014/52/UE

Dispożizzjonijiet tad-Direttiva

3.1.

L-Artikolu 2(4) tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (li qabel kien l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 85/337/KE) jipprevedi l-possibbiltà għall-Istati Membri li jeżentaw proġett speċifiku mir-rekwiżiti tad-Direttiva f’“każijiet eċċezzjonali” u, f’każijiet bħal dawn, għall-possibbiltà li tintuża forma alternattiva ta’ valutazzjoni. Tali eżenzjoni għalhekk tiġi applikata fuq il-bażi ta’ każ b’każ u ma tippermettix pereżempju għal eżenzjoni ta’ kategorija sħiħa ta’ proġetti. Jistabbilixxi l-passi proċedurali li għandhom jittieħdu meta tintuża l-eżenzjoni. Huwa jeħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tirrapporta ta’ kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif ġiet applikata d-dispożizzjoni. L-Artikolu 2(3) ġie emendat xi ftit bid-Direttiva 97/11/KE billi ġie inkluż il-kliem “mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7” (dispożizzjonijiet transfruntiera) u billi l-kliem “fejn xieraq” f’2(3)(c) ġie sostitwit b’“fejn applikabbli”. Dan ġie emendat ulterjorment mid-Direttiva 2003/35/KE, b’effett mill-25 ta’ Ġunju 2005, sabiex jiġu inkorporati d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u l-aċċess għall-ġustizzja. L-effett ewlieni ta’ din l-emenda kien li titneħħa d-diskrezzjoni tal-Istati Membri dwar jekk l-informazzjoni dwar forom oħra ta’ valutazzjoni kellhiex tkun disponibbli għall-pubbliku. Id-Direttiva 2014/52/UE żiedet żewġ rekwiżiti għall-użu tal-Artikolu 2(4): l-eżenzjoni tista’ tiġi applikata “fejn l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet [dispożizzjonijiet tad-Direttiva] tirriżulta f’effetti negattivi fuq l-għan tal-proġett” u “sakemm jintlaħqu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva”.

Traspożizzjoni

3.2.

L-Artikolu 2(4) jipprovdi lill-Istati Membri b’għażla li jittrasponu d-dispożizzjoni. Jekk din l-għażla tintuża, il-formolazzjoni tal-kliem tal-leġiżlazzjoni tat-traspożizzjoni għandha ssegwi dik tad-Direttiva kemm jista’ jkun mill-qrib, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, biex jiġi evitat tluq mill-kundizzjonijiet tad-Direttiva.

Tifsira ta’ każijiet eċċezzjonali

3.3.

Fil-verżjonijiet preċedenti tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, l-Artikolu 2(4) ma jiddefinixxix “każijiet eċċezzjonali” jew jipprovdi eżempji tat-tip ta’ każijiet li jistgħu jaqgħu fl-ambitu tagħha

3.4.

Il-pożizzjoni tal-QĠUE hija li “t-termini ta’ dispożizzjoni ta’ liġi Komunitarja li ma tagħmel l-ebda referenza espliċita għal-liġi tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati t-tifsira u l-ambitu tagħha normalment għandhom jingħataw interpretazzjoni awtonoma u uniformi madwar il-Komunità li għandha tqis il-kuntest tad-dispożizzjoni u l-għan tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni” (ara s-sentenza fil-kawża C-201/02 (Delena Wells), il-paragrafu 37).

3.5.

It-terminu “każijiet eċċezzjonali” huwa interpretat b’mod ristrett mill-QĠUE, li segwiet dan l-approċċ fir-rigward tal-eżenzjonijiet fl-Artikolu 1(4) (difiża nazzjonali) u l-Artikolu 1(5) (proġetti adottati b’att speċifiku tal-leġiżlazzjoni nazzjonali) tad-Direttiva 85/337/KE. FLinster (C-287/98, paragrafu 49), il-Qorti ddikjarat li “L-Artikolu 1(5) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat b’kunsiderazzjoni għall-objettivi tad-Direttiva u għall-fatt li, peress li din hi dispożizzjoni li tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, għandha tkun interpretata b’mod ristrett.” Huwa ċar mill-formolazzjoni tal-kliem tad-Direttiva 2014/52/UE li, sempliċiment minħabba li jista’ jintwera li każ huwa eċċezzjonali, l-eżenzjoni tal-Artikolu 2(4) ma tkunx iġġustifikata. Ma jkunx raġonevoli li tiġi applikata l-eżenzjoni f’każ fejn il-fatturi li jagħmluha eċċezzjonali ma jeskludux il-konformità sħiħa mad-Direttiva. Fi kliem ieħor, l-eżenzjoni għandha tkun marbuta mal-impossibilità li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha tad-Direttiva mingħajr ma jiġi kompromess l-għan tal-proġett.

3.6.

Fis-sentenza reċenti tagħha fil-kawża Doel (C-411/17, il-paragrafi 97 u 101), il-QtĠ-UE sabet li l-ħtieġa li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku tista’ tammonta għal “każ eċċezzjonali”. Skont il-QĠUE Artikolu 2(4) l-Istat Membru jeħtieġ juri li r-riskju għal din is-sigurtà fil-provvista jrid ikun “raġonevolment probabbli” (5) u l-proġett previst irid ikun urġenti biżżejjed biex jiġġustifika li ma ssirx il-valutazzjoni. Barra minn hekk, l-esperjenza tal-Kummissjoni bin-notifiki għall-eżenzjoni skont l-Artikolu 2(4) tista’ tipprovdi eżempji ta’ sitwazzjonijiet li jikkwalifikaw bħala “każijiet eċċezzjonali”. Bejn l-2014 u l-2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet bosta notifiki li waqgħu taħt il-kategorija ta’ każijiet eċċezzjonali. Għalkemm ħafna minnhom kienu każijiet ta’ reazzjoni għal emerġenza ċivili, li skont l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2014/52/UE ma jeħtiġux proċedura ta’ notifika, xi wħud kienu ta’ natura eċċezzjonali għal raġunijiet oħra għajr reazzjoni għal emerġenza ċivili.

3.7.

L-eżenzjoni skont l-Artikolu 2(4) rigward il-“każijiet eċċezzjonali” ġiet applikata bejn l-2014 u l-2017 fi tliet każijiet. F’waħda minn dawn il-ħtiġijiet kien hemm bżonn li tiġi żgurata provvista ta’ gass, fi proġett ieħor kien meħtieġ li jiġi ssodisfat interess strateġiku fl-enerġiji rinnovabbli, u fit-tielet każ, ir-raġuni għall-proġett kienet li jintlaħqu l-impenji politiċi ta’ livell għoli li saru mill-awtoritajiet pubbliċi biex tinbena l-fiduċja bejn il-komunitajiet fil-kuntest ta’ negozjati usa’ ta’ rikonċiljazzjoni. F’dawn il-każijiet kollha, il-ħtieġa urġenti għall-proġett kienu tali li n-nuqqas ta’ tkomplija tiegħu kien ikun kontra l-interess pubbliku u kien ikun jhedded l-istabilità u s-sigurtà politika, amministrattiva jew ekonomika. Jekk tfeġġ sitwazzjoni bħal din, hemm xi skop, għalkemm limitat, għall-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni, diment li l-kondizzjonijiet kollha jiġu ssodisfati.

3.8.

Kif indikat hawn fuq, iċ-ċirkostanzi ta’ każ eċċezzjonali iridu jkunu tali li l-konformità mar-rekwiżiti kollha tad-Direttiva jkunu impossibbli jew imprattikabbli u kontroproduttivi f’termini tal-kisba tal-għan tal-proġett. Pereżempju, fejn żvilupp jaf jeħtieġ li jiġi approvat u jitlesta tant malajr li ma jkunx hemm biżżejjed żmien biex titħejja l-informazzjoni ambjentali kollha meħtieġa skont l-Artikolu 5(1) jew biex isir eżerċizzju ta’ konsultazzjoni pubblika qabel id-deċiżjoni biex jipproċedi. Skont l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva, mhuwiex possibbli li ssir deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 dwar il-konsultazzjonijiet transkonfinali, anki f’każijiet eċċezzjonali (6).

Restrizzjonijiet ta’ kunfidenzjalità

3.9.

Jista’ jkun hemm ċirkostanzi fejn l-iżvelar ta’ informazzjoni ambjentali ma jkunx fl-interess pubbliku jew jista’ saħansitra jippreġudika l-interessi li d-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali hija mfassla biex tipproteġi. Pereżempju, fejn il-ħtieġa li jitħares ħabitat tiddetta li l-post tiegħu għandu jinżamm sigriet. L-Artikolu 10 huwa rilevanti għal każijiet bħal dawn. Din tiddikjara li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ma jaffettwawx l-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li “jirrispettaw il-limitazzjonijiet imposti bir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali rigward il-kunfidenzjalità kummerċjali u industrijali, inklużi l-proprjetà intellettwali, u s-salvagward tal-interess pubbliku.” Hawn korrelazzjoni ma’ miżuri bħal dawk li jimplimentaw id-Direttiva 2003/4/KE (7) dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali; L-Artikolu 4 tiegħu jippermetti lill-Istati Membri jirrifjutaw talba għal informazzjoni ambjentali jekk l-iżvelar ikollu effett negattiv, fost affarijiet oħra, fuq “il-ħarsien tal-ambjent li għalih tkun relatata informazzjoni bħal din, bħall-post ta’ speċijiet rari”. Hija tkompli tenfasizza li f’kull każ partikolari, l-interess pubbliku li jiġi nnotifikat permezz ta’ żvelar għandu jiġi ppeżat kontra l-interessi li jkunu ġew ippreżentati permezz ta’ rifjut. Diment l-informazzjoni ambjentali tista’ tinżamm minħabba l-effett kombinat tal-Artikolu 10 tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali u tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni, ma jkunx hemm il-ħtieġa għalhekk li tiġi invokata l-eżenzjoni tal-Artikolu 2(4).

Issodisfar tal-objettivi tad-Direttiva

3.10.

Kif indikat fil-punti 1.4 u 3.1 t’hawn fuq, waħda mill-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni skont l-Artikolu 2(4) hija li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-objettivi tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali jiġu ssodisfati. Għalhekk, l-Istati Membri huma permessi miżura ta’ diskrezzjoni billi jeżentaw proġetti speċifiċi mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali. Dik il-flessibbiltà m’għandhiex iddgħajjef l-objettiv fundamentali stabbilit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali.

3.11.

L-għan fundamentali tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) huwa dan: qabel ma jingħata l-kunsens għall-iżvilupp, il-proġetti li x’aktarx ikollhom impatt ambjentali sinifikanti għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżit ta’ kunsens għall-iżvilupp u għal valutazzjoni tal-effetti tagħhom. Dan jinvolvi proċess li jikkonsisti minn sett minimu ta’ rekwiżiti li jeħtieġ li jiġu ssodisfati sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. Dawn jinkludu t-tħejjija ta’ rapport ambjentali, l-għoti ta’ informazzjoni, it-twettiq ta’ konsultazzjonijiet, filwaqt li r-riżultati tal-valutazzjoni ambjentali jipprovdu informazzjoni dwar id-deċiżjoni mittieħda fi tmiem il-valutazzjoni u l-iżgurar tal-aċċess għall-ġustizzja. Minħabba li hemm każijiet eċċezzjonali fejn is-sett minimu ta’ rekwiżiti msemmija hawn fuq ma jistax jintlaħaq taħt l-Artikolu 2(4), l-Istati Membri jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 2(4)(a) sa (c) meta jikkunsidraw forma oħra ta’ valutazzjoni. Għandhom ukoll iżommu lill-pubbliku u l-Kummissjoni infurmati, biex jiżguraw li jiġi rrispettat l-objettiv fundamentali skont l-Artikolu 2(1). Kif ikkonfermat il-Qorti tal-Ġustizzja f’Doel (C-411/17, il-paragrafu 99), dawn [il-kundizzjonijiet] mhumiex sempliċement rekwiżiti formali iżda pjuttost kundizzjonijiet li jfittxu li jiżguraw l-osservanza kemm jista’ jkun tal-għanijiet tad-Direttiva VIA.

Konsiderazzjoni ta’ forom oħra ta’ valutazzjoni u ta’ involviment pubbliku

3.12.

Stat Membru li jinvoka l-eżenzjoni tal-Artikolu 2(4) irid jikkunsidra jekk huwiex possibbli li titwettaq forma oħra ta’ valutazzjoni. Kif spjegat hawn fuq, l-objettivi tad-Direttiva għandhom jiġu osservati meta jiġi deċiż jekk xi forma oħra ta’ evalwazzjoni tkunx xierqa. Fejn forma oħra ta’ valutazzjoni tkun possibbli u meqjusa xierqa, it-tagħrif miksub għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku kkonċernat u l-pubbliku kkonċernat għandu jkun infurmat dwar id-deċiżjoni li tingħata l-eżenzjoni u r-raġunijiet għaliex tkun ingħatat. Minħabba x-xebh mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw jagħmlux disponibbli bl-istess mod kwalunkwe informazzjoni ambjentali miksuba taħt valutazzjoni oħra. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ valutazzjoni li jirriżultaw minn Direttivi oħrajn (eż. l-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats (8) jew l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (9).

3.13.

Il-valutazzjonijiet jistgħu jsiru b’għadd ta’ forom differenti. Pereżempju, fejn proġett ikun fih diversi stadji, jista’ jkun xieraq li ssir valutazzjoni parzjali tal-impatt ambjentali li tkopri biss uħud minnhom. Filwaqt li l-konformità mar-rekwiżiti tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali tista’ tiġi prekluża fl-ewwel stadju minħabba l-urġenza tal-proġett, din tista’ tkun kompletament fattibbli għall-istadji sussegwenti. Dan kieku jkun rispons proporzjonat għall-każ eċċezzjonali, li jiżgura li r-rekwiżiti tad-Direttiva ġew segwiti kemm jista’ jkun.

3.14.

Valutazzjoni parzjali tal-impatt ambjentali tista’ tkun xierqa fejn, pereżempju, mhux l-elementi kollha tal-Anness IV tad-Direttiva jistgħu jkunu inklużi fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali. Każ bħal dan jista’ jkun fejn tkun meħtieġa biss ftit mid-dejta meħtieġa biex jiġu identifikati u evalwati l-effetti ewlenin probabbli tal-proġett fuq l-ambjent mill-bidu nett (pereżempju, fejn ikun meħtieġ stħarriġ biex tiġi stabbilita l-preżenza possibbli ta’ speċijiet protetti fuq perjodu ta’ mill-inqas sena iżda l-urġenza mixhuda bi prova tal-proġett teħtieġ li x-xogħol jinbeda f’perjodu iqsar). Eżempju ieħor jista’ jkun fejn tinħoloq ħtieġa urġenti u mhux mistennija li jitneħħa skart perikoluż, u l-aktar sit adattat ta’ landfill minn għadd kbir ta’ siti potenzjali jenħtieġ jiġi identifikat malajr, iżda m’hemmx biżżejjed żmien biex issir valutazzjoni sħiħa ta’ kull wieħed. Filwaqt li kemm jista’ jkun il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali trid issir, f’każ bħal dan tista’ tkun xierqa valutazzjoni tal-aktar kunsiderazzjonijiet ambjentali urġenti (bħal effetti fuq l-ilma ta’ taħt l-art) f’kull sit.

Obbligu li l-Kummissjoni tiġi infurmata

3.15.

L-Artikolu 2(4)(c) jeħtieġ li Stat Membru li juża l-eżenzjoni jinforma lill-Kummissjoni qabel ma jagħti l-kunsens tiegħu għall-proġett. Ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-eżenzjoni u, fejn tapplika, l-informazzjoni magħmula disponibbli għall-pubbliku, għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni.

3.16.

Minħabba li l-eżenzjoni ta’ spiss tiġi invokata f’ċirkostanzi li jeħtieġu azzjoni immedjata, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jfasslu proċeduri interni, possibbilment inklużi formoli standard, biex jiġi żgurat li dan ir-rekwiżit ta’ notifika ma jiġix injorat. Ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-eżenzjoni għandhom jispeċifikaw mhux biss għaliex is-sitwazzjoni hija eċċezzjonali jew urġenti, iżda wkoll għaliex il-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali mhijiex possibbli. Peress li dan għandu jintbagħat lill-Kummissjoni qabel ma jingħata l-kunsens għall-proġett, l-Istati Membri jeħtieġ li jaġixxu malajr. Huwa rrakkomandat li, apparti li tintbagħat ittra formali lill-Kummissjoni, jenħtieġ li tintuża notifika elettronika.

3.17.

Huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jispeċifikaw it-tip ta’ proġett eżentat billi jirreferu għall-Anness rilevanti tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali.

3.18.

Skont ir-rekwiżit tal-Artikolu 2(4)(c), il-Kummissjoni għandha tgħaddi d-dokumenti li tkun irċeviet lill-Istati Membri l-oħrajn. M’hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika għal Stat Membru ieħor biex jikkummenta dwarhom. Fil-prattika, il-Kummissjoni tinforma lill-esperti nazzjonali tal-Grupp tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali/Valutazzjoni Ambjentali Strateġika permezz ta’ email u tinnotifika lir-Rappreżentanzi Permanenti tal-Istati Membri għall-Unjoni Ewropea.

4.   Atti leġiżlattivi — Artikolu 2(5) tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali

Ara l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2011/92/UE kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE.

Bla ħsara għall-Artikolu 7, f'każijiet fejn proġett huwa adottat b'att leġislattiv nazzjonali speċifiku, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw dak il-proġett mid-dispożizzjonijiet relatati mal-konsultazzjoni pubblika stabbiliti f'din id-Direttiva, bil-kundizzjoni li l-objettivi ta' din id-Direttiva jiġu sodisfatti.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe każ ta' applikazzjoni tal-eżenjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu kull sentejn mis-16 ta' Mejju 2017.

* Artikolu ġdid introdott bid-Direttiva 2014/52/UE

4.1.

Dan l-Artikolu jippermetti lill-Istati Membri biex jeżentaw proġetti mid-dispożizzjonijiet ta’ konsultazzjoni pubblika tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali fil-każ li jiġu adottati permezz ta’ att speċifiku tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u diment li l-proċedura leġiżlattiva nazzjonali tissodisfa l-objettivi tad-Direttiva. Il-ġustifikazzjoni għal din l-eżenzjoni hija li l-objettivi relatati mal-konsultazzjoni pubblika jinkisbu permezz tal-proċess leġiżlattiv (ara l-premessa 24 tad-Direttiva 2014/52/UE). Din l-eżenzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istat Membru li jipprovdi konsultazzjoni transkonfinali skont l-Artikolu 7 fejn rilevanti. L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-Artikolu 2(5) għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe applikazzjoni tal-eżenzjoni kull sentejn mis-16 ta’ Mejju 2017.

4.2.

Id-dispożizzjoni ta’ esklużjoni għal proġetti adottati mill-atti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali użati biex jaqgħu taħt l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2011/92/UE (l-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 85/337/KE rispettivament). L-obbligu kien ta’ natura ġenerali u ppermetta li proġetti bħal dawn jiġu kompletament esklużi mill-ambitu tad-Direttiva. Skont id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali kif riveduta mid-Direttiva 2014/52/UE, is-sustanza ta’ din l-esklużjoni ċċaqalqet u issa hija relatata biss mal-proċedura ta’ konsultazzjoni pubblika. B’riżultat ta’ dan, l-obbligi kollha relatati mat-tagħrif tal-pubbliku u l-konsultazzjonijiet tal-awtoritajiet ambjentali jew reġjonali/lokali (ara l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva) għandhom jiġu osservati.

Id-definizzjoni ta’ proġetti adottati permezz ta’ att leġiżlattiv nazzjonali

4.3.

Sabiex l-eżenzjoni tiġi applikata b’mod korrett skont l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, huwa meħtieġ li jiġu segwiti r-rekwiżiti li jiddefinixxu att speċifiku ta’ leġiżlazzjoni u proċeduri nazzjonali li jwasslu għall-adozzjoni tagħha, kif stabbilit fis-sentenzi eżistenti tal-QĠUE dwar din il-kwistjoni (10).

4.4.

Dwar il-grad ta’ preċiżjoni meħtieġ mill-att leġiżlattiv, jeħtieġ li jkun ċar li huwa att speċifiku li jadotta d-dettalji tal-proġett permezz tal-proċess leġiżlattiv. Il-formolazzjoni tal-kliem tal-att inkwistjoni għandu juri wkoll li l-għanijiet tad-Direttiva relatati mal-konsultazzjoni pubblika ġew issodisfati fir-rigward tal-proġett inkwistjoni.

4.5.

Huwa importanti li wieħed jinnota li s-sempliċi eżistenza ta’ proċedura amministrattiva ma tistax tfisser awtomatikament li l-proġett jitqies bħala proġett li d-dettalji tiegħu huma adottati minn att leġiżlattiv speċifiku skont l-Artikolu 2(5). Miżura għandha tiġi adottata minn korp leġiżlattiv, eż. Parlament nazzjonali jew reġjonali, wara dibattitu parlamentari pubbliku. Fl-istess ħin l-adozzjoni tagħha għandha tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

L-ewwel kundizzjoni teħtieġ li d-dettalji tal-proġett jiġu adottati permezz ta’ att leġiżlattiv speċifiku. Għandu jiġi indikat li t-termini “proġett” u “kunsens għall-iżvilupp” huma definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali. Att leġiżlattiv li jadotta proġett għaldaqstant jenħtieġ, jekk għandu jkun fl-ambitu tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, ikun speċifiku u juri l-istess karatteristiċi bħall-kunsens għall-iżvilupp ta’ dak it-tip. B’mod partikolari huwa għandu jagħti lill-iżviluppatur id-dritt li jwettaq il-proġett mingħajr il-ħtieġa li jadotta miżuri oħra sabiex l-iżviluppatur ikun intitolat li jipproċedi bil-proġett.

2.

Skont it-tieni kundizzjoni, l-għanijiet tad-Direttiva (11), inkluż dak li tingħata l-informazzjoni, jridu jinkisbu permezz tal-proċess leġiżlattiv. B’riżultat ta’ dan, il-leġiżlatura nazzjonali għandu jkollha biżżejjed informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha meta l-proġett jiġi adottat u din l-informazzjoni għandha tkun ekwivalenti għal dik li, kienet tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti fi proċedura ordinarja għall-għoti tal-kunsens għal proġett, skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali u l-Anness IV tagħha.

4.6.

Att leġiżlattiv li sempliċiment jirratifika att amministrattiv li diġà jeżisti billi jirreferi biss għal raġunijiet imperattivi fl-interess ġenerali, mingħajr ma jgħaddi minn proċess leġiżlattiv sostantiv u jissodisfa ż-żewġ kondizzjonijiet stabbiliti fil-parti preċedenti, ma jistax jitqies bħala att leġiżlattiv speċifiku għall-finijiet tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(5).

Kontroll ġudizzjarju għal proġetti adottati permezz ta’ att leġislattiv nazzjonali

4.7.

Aspett ieħor importanti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-esklużjonijiet skont l-Artikolu 2(5) huwa l-prerekwiżit li jiġi żgurat li kwalunkwe att leġiżlattiv bħal dan ikun jista’ jiġi kkontestat, skont ir-regoli proċedurali nazzjonali, quddiem qorti nazzjonali jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi fir-rigward tal-legalità sostantiva jew proċedurali tiegħu, skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali.

4.8.

Jekk l-ebda proċedura ta’ reviżjoni ma tkun disponibbli għal tali att, kwalunkwe qorti nazzjonali li quddiemha titressaq azzjoni li taqa’ fi ħdan il-kompetenza tagħha, ikollha l-kompitu li twettaq tali reviżjoni u, skont il-każ, tislet il-konklużjonijiet meħtieġa billi twarrab dak l-att leġiżlattiv. (12)

5.   Sommarju tal-punti ewlenin

L-eżenzjonijiet għar-regoli ġenerali għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod restrittiv;

Id-difiża jew ir-reazzjoni għall-emerġenzi ċivili fl-Artikolu 1(3) għandhom ikunu l-għan uniku tal-proġett in kwistjoni sabiex tiġi applikata l-eżenzjoni ġenerali mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva;

L-esklużjoni “reazzjoni għall-emerġenzi ċivili” x’aktarx ma tkunx iġġustifikata jekk tkun maħsuba biex tissodisfa sitwazzjoni li tista’ tkun kemm mistennija kif ukoll li tista’ tiġi evitata;

Fl-Artikolu 2(4), it-terminu “każijiet eċċezzjonali” għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv; biex jitqies bħala “eċċezzjonali”, l-Istat Membru jrid juri li r-riskju involut (eż. għas-sigurtà fil-provvista tal-elettriku) huwa “raġonevolment probabbli” u l-proġett previst huwa urġenti biżżejjed;

Kriterju importanti li jiġġustifika l-użu tal-Artikolu 2(4) huwa li l-konformità sħiħa mad-Direttiva mhijiex possibbli, u mhux biss li l-każ huwa eċċezzjonali;

Meta jitqies l-użu tal-Artikolu 2(4), għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-għoti ta’ valutazzjoni parzjali jew forma oħra ta’ valutazzjoni sakemm jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva;

Jenħtieġ li l-Istati Membri jaġixxu malajr (qabel ma jingħata l-kunsens) biex jipprovdu lill-Kummissjoni b’raġunijiet li jiġġustifikaw l-eżenzjoni;

L-eżenzjoni skont l-Artikolu 2(5) tirrigwarda biss ir-rekwiżiti ta’ konsultazzjoni pubblika;

Meta japplikaw eżenzjoni, l-Istati Membri għad iridu jiżguraw li obbligi oħrajn skont id-Direttiva (eż. konsultazzjoni transfruntiera, dispożizzjonijiet relatati mal-aċċess għall-ġustizzja) jew rekwiżiti ta’ Direttivi oħra jridu jiġu mħarsa.


(1)  Il-QĠUE ddeċidiet li l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 85/337/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ajruport li jista’ simultanjament jaqdi kemm skopijiet ċivili kif ukoll militari iżda li l-użu ewlieni tiegħu huwa kummerċjali, jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva (C-435/97, WWF u oħrajn, paragrafi 65 - 67).

(2)  It-terminu “emerġenza ċivili” ġie introdott mid-Direttiva 2014/52/UE abbażi tal-esperjenza bl-implimentazzjoni. Din l-esperjenza wriet li l-konformità mad-Direttiva 2011/92/UE tista’ taffettwa ħażin l-ambjent, fost affarijiet oħra, fejn huma involuti proġetti li l-għan waħdieni tagħhom huwa li jirrispondu għal emerġenzi ċivili. Id-Direttiva ma tiddefinixxix il-kunċett ta’ “emerġenza ċivili”. Ċerti eżempji ta’ avvenimenti li jistgħu jwasslu għall-emerġenza ċivili huma mogħtija fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni “Overview of Natural and Man-Made Disasters and Risks the European Union may face”. Dawn jinkludu l-għargħar, it-terremoti u l-inċidenti industrijali.

https://ec.europa.eu/echo/sites/echo-site/files/swd_2017_176_overview_of_risks_2.pdf

(3)  L-Artikolu 3(8) tad-Direttiva ESA jinkludi eżenzjoni għal pjanijiet u programmi li l-għan waħdieni tagħhom huwa li jservu f’każ ta’ emerġenza ċivili. Filwaqt li l-kuntesti tad-Direttivi VIA u SEA huma differenti, hemm rabta bejniethom, fis-sens li dawn tal-aħħar japplikaw għal pjanijiet u programmi fis-setturi ewlenin li jistabbilixxu l-qafas għall-kunsens għall-iżvilupp fil-ġejjieni ta’ proġetti skont id-Direttiva VIA.

(4)  Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE: http://ec.europa.eu/environment/eia/pdf/EIA_rulings_web.pdf p. 26.

(5)  Ara s-sentenza fil-kawża C-411/17, paragrafu 101.

(6)  Ara s-sentenza fil-kawża C-411/17, para 101.

(7)  Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunill 90/313/KEE

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?qid=1558533359746&uri=CELEX:32003L0004

(8)  ĠU L 206, 22.7.1992 p. 7.

(9)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(10)  Fl-2017, is-servizzi tal-Kummissjoni ħarġu dokument li jiġbor fil-qosor il-ġurisprudenza tal-QĠUE li fih, fost l-oħrajn, taqsima ddedikata għall-kunċett ta’ proġetti li qed jiġu adottati permezz ta’ att leġiżlattiv fir-rigward tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-Istima tal-Impatt Ambjentali (Direttiva 85/337/KE rispettivament), peress li din id-dispożizzjoni kienet soġġetta għal diversi sentenzi tal-QĠUE. Is-sentenzi jirrigwardaw id-dispożizzjonijiet qabel l-emenda 2014/52/UE tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, madankollu l-prinċipji ġenerali jibqgħu applikabbli. Għal taqsima dwar l-atti leġiżlattivi ara p. 33 - 35. http://ec.europa.eu/environment/eia/pdf/EIA_rulings_web.pdf. Barra minn hekk, il-Qorti reċentement ikkonfermat il-ġurisprudenza tagħha f’Doel (C-411/17, il-paragrafi 104–111).

(11)  L-objettiv fundamentali skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali huwa li jiġi żgurat li l-proġetti li x’aktarx ikollhom impatti sinifikanti fuq l-ambjent bis-saħħa, inter alia, tan-natura, tad-daqs jew tal-post tagħhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta’ kunsens għall-iżvilupp u valutazzjoni fir-rigward tal-effetti ambjentali tagħhom qabel ma jingħata l-kunsens għall-iżvilupp.

(12)  C-128/09, Boxus et al, paragrafi 52-55, 57; C-182/10 Solvay et al, paragrafu 52.


14.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/21


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tal-5 ta’ Lulju 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ AT.40432 — Character Merchandise

Relatur: Is-Slovenja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 386/06)

1.   

Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

2.   

Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fl-abbozz ta’ deċiżjoni fir-rigward ta’ kemm dam għaddej il-ksur.

3.   

Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li għandha tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni.

4.   

Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa, inkluż it-tnaqqis tagħha fuq il-bażi tal-paragrafu 37 tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

5.   

Il-Kumitat Konsultattiv (seba’ Stati Membri) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


14.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/22


Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Il-Każ AT.40432 — Character merchandise

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 386/07)

(1)   

L-abbozz ta’ deċiżjoni, indirizzat lil Sanrio Company, Ltd., Sanrio GmbH u Mister Men Limited (imsemmija b’mod kollettiv “id-destinatarji”), isib li l-impriża li tikkonsisti fid-destinatarji (“Sanrio”), wettqet ksur kontra l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, billi implimentat u infurzat fiż-ŻEE sensiela ta’ ftehimiet u/jew prattiċi miftiehma li għandhom l-għan li jirrestrinġu l-bejgħ transfruntier ta’ merkanzija liċenzjata, kemm offline kif ukoll online.

(2)   

B’deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (2) kontra Sanrio Company, Ltd. u l-entitajiet legali kollha direttament jew indirettament ikkontrollati minnha, inkluża Sanrio GmbH. Fid-29 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni oħra sabiex tibda proċedimenti skont l-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament kontra Mister Men Limited.

(3)   

Nhar […], id-destinatarji offrew formalment li jikkooperaw (“Sottomissjoni ta’ Riżolviment”). Is-Sottomissjoni ta’ Riżolviment kienet tinkludi:

rikonoxximent, f’termini ċari u mingħajr ambigwità, min-naħa tad-destinatarji tal-obbligazzjoni in solidum fir-rigward tal-ksur deskritt fis-Sottomissjoni ta’ Riżolviment, fosthom fatti, ir-riżervi legali, ir-rwol tad-destinatarji fil-ksur u d-durata tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur;

indikazzjoni tal-multa massima li d-destinatarji jkunu lesti jaċċettaw fil-kuntest ta’ proċedura ta’ kooperazzjoni;

konferma li d-destinatarji kienu ġew infurmati biżżejjed dwar l-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni tipprevedi li ser tqajjem kontrihom u li kienu ngħataw opportunità biżżejjed biex jesprimu l-fehmiet tagħhom lill-Kummissjoni;

konferma li d-destinatarji ngħataw opportunità biżżejjed li jaċċessaw il-provi li jissostanzjaw l-oġġezzjonijiet potenzjali u d-dokumenti l-oħra kollha fid-dossier tal-Kummissjoni, u li huma ma kellhomx l-intenzjoni jitolbu aċċess ulterjuri għad-dossier jew li jinstemgħu mill-ġdid f’seduta orali, salv jekk il-Kummissjoni ma tirriflettix is-Sottomissjoni ta’ Riżolviment fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet (“id-DO”) u fid-deċiżjoni; u

il-qbil tad-destinatarji li jirċievu d-DO u d-deċiżjoni finali skont l-Artikoli 7 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (3) bl-Ingliż.

(4)   

Fid-29 ta’ Mejju 2019 il-Kummissjoni adottat id-DO, li għaliha rrispondew it-tliet destinatarji billi kkonfermaw li d-DO kienet tirrefletti l-kontenut tas-Sottomissjoni ta’ Riżolviment, u tennew l-impenn tagħhom li jsegwu l-proċedura ta’ kooperazzjoni skont il-kundizzjonijiet tas-Sottomissjoni ta’ Riżolviment u ddikjaraw li ma kinux jixtiequ jerġgħu jinstemgħu mill-Kummissjoni.

(5)   

Il-ksur ikkonstatat u l-multi imposti fl-abbozz ta’ deċiżjoni jikkorrispondu għal dawk rikonoxxuti u aċċettati fis-Sottomissjoni ta’ Riżolviment. L-ammont tal-multi jitnaqqas b’40 % minħabba li Sanrio kkooperat effettivament u fil-waqt mal-Kummissjoni billi: (i) ipprovdiet gwida lill-impjegati tagħha li huma bbażati fl-Ewropa dwar prattiki li huma konformi mad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, u bidlet il-ftehim mudell tagħha billi neħħiet il-klawżoli li jirrestrinġu l-kompetizzjoni qabel infetħu l-proċedimenti formali; (ii) bagħtet ittri ta’ kjarifikazzjoni lid-detenturi kollha ta’ liċenzja li l-ftehimiet tagħhom għall-ħruġ ta’ liċenzji kienu għadhom ma ġewx immodifikati, biex jiġi rifless il-mudell rivedut; u (iii) ipprovdiet evidenza addizzjonali li ttawwal it-tul taż-żmien tal-ksur u billi rrikonoxxiet l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu għall-perjodu kollu.

(6)   

F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-abbozz ta’ deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom Sanrio ngħatat l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha. Nikkonkludi li jagħmel dan.

(7)   

Kollox ma’ kollox, nikkonkludi li l-eżerċitar effettiv tad-drittijiet proċedurali, f’dan il-każ, ġie rrispettat.

Brussell, it-8 ta’ Lulju 2019.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18), emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/1348 tat-3 ta’ Awwissu 2015 (ĠU L 208, 5.8.2015, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).


14.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/24


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-9 ta’ Lulju 2019

dwar il-proċeduri skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea

(Il-Każ AT.40432 — Character merchandise)

(notifikat bid-dokument numru C(2019) 5087 final)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 386/08)

Fid-9 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. B’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull penali imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-deċiżjoni hija indirizzata lil Sanrio Company, Ltd., kif ukoll lis-sussidjarji Ewropej tagħha Sanrio GmbH u Mister Men Limited (minn hawn ’il quddiem “Sanrio”) minħabba l-ksur tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”).

(2)

Sanrio — li tinkludi lil Hello Kitty fost il-karattri proprjetarji tagħha — tiddisinja, tilliċenzja, tipproduċi u tbigħ prodotti li jiffokaw fuq l-istil artistiku u kulturali Ġappuniż “kawaii”. Mill-5 ta’ Diċembru 2011 ’l hawn, Sanrio hija wkoll il-liċenzjatur tal-karattri ta’ Mister Men. Bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-21 ta’ Diċembru 2018, Sanrio ħadet sehem fi ksur uniku u kontinwu li kien jinvolvi l-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ sensiela ta’ prattiki li jirrestrinġu l-bejgħ transfruntier attiv, passiv u online ta’ merkanzija liċenzjata fiż-ŻEE.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(3)

Id-deċiżjoni tirrigwarda l-attivitajiet ta’ Sanrio bħala liċenzjatur tal-karattri proprjetarji tagħha stess. Sanrio tilliċenzja l-karattri tagħha lil impriżi oħra li jipproduċu u jiddistribwixxu prodotti tal-merchandise varji, inkluż il-karattri liċenzjati. Id-deċiżjoni tirrigwarda prodotti ta’ natura varjata, pereżempju kartolerija, affarijiet tal-iskola, rigali u aċċessorji, li primarjament, iżda mhux esklussivament, jinbiegħu għat-tfal.

(4)

Normalment, Sanrio tilliċenzja l-karattri proprjetarji tagħha direttament jew permezz ta’ aġent. Irrispettivament mis-sistema użata għall-għoti tal-liċenzji, il-ftehimiet mad-detentur tal-liċenzja tipikament jinkludu wkoll dispożizzjonijiet li jirregolaw id-distribuzzjoni tal-prodotti li fuqhom jiġi applikat id-dritt ta’ proprjetà intellettwali liċenzjata. Elementi oħra preżenti b’mod konsistenti fil-ftehimiet tal-merchandising ta’ Sanrio jinkludu:

(a)

Il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali: Sanrio ġeneralment tagħti l-liċenzji kollha fiż-ŻEE għal pajjiż speċifiku wieħed jew iktar fuq bażi mhux esklussiva.

(b)

Kumpens finanzjarju li għandu jitħallas mid-detentur ta’ liċenzja: Il-ftehimiet ta’ Sanrio għall-ħruġ ta’ liċenzji jistipulaw li d-detenturi ta’ liċenzja jħallsu lil Sanrio ċertu ammont bħala korrispettiv għall-għoti tal-liċenzja għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

(5)

Id-deċiżjoni tiffoka fuq dawn il-ftehimiet għall-ħruġ ta’ liċenzji, u b’mod aktar wiesa’, fuq ir-relazzjonijiet li huma mibnija fuq il-bażi ta’ dawn il-ftehimiet.

2.2.   Proċedura

(6)

F’Settembru 2016 il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet għall-għarrieda fl-uffiċċju ta’ Sanrio GmbH f’Milan, l-Italja.

(7)

B’deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 kontra Sanrio Company, Ltd. u l-entitajiet legali kollha direttament jew indirettament ikkontrollati minnha, inkluża Sanrio GmbH. L-iskop tal-bidu tal-proċedimenti kien li jiġi investigat jekk Sanrio kellhiex fis-seħħ ftehimiet u/jew prattiki applikati li jipprevjenu jew jirrestrinġu l-bejgħ ta’ merkanzija liċenzjata fiż-ŻEE. Fid-29 ta’ Mejju 2019 il-Kummissjoni adottat deċiżjoni oħra biex tibda proċedimenti f’konformità mal-Artikolu 2(1) tal-istess Regolament kontra Mister Men Limited.

(8)

Sussegwentement, Sanrio ressqet offerta formali biex tikkoopera fid-dawl tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (“is-sottomissjoni għal riżolviment”).

(9)

Fid-29 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet indirizzata lil Sanrio. Fil-11 ta’ Ġunju 2019, Sanrio ppreżentat ir-risposta tagħha għad-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet.

(10)

Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fil-5 ta’ Lulju 2019.

(11)

L-Uffiċjal tas-Seduta ħareġ ir-rapport finali tiegħu dwar il-każ fit-8 ta’ Lulju 2019.

(12)

Il-Kummissjoni adottat din id-deċiżjoni fid-9 ta’ Lulju 2019.

2.3.   Sommarju tal-ksur

(13)

Matul in-negozju ta’ merchandising ta’ Sanrio ġew stabbiliti sensiela ta’ prattiki li jirrestrinġu l-bejgħ transfruntier attiv u passiv ta’ merkanzija liċenzjata. Dawn il-prattiki kienu jikkonċernaw kemm il-bejgħ offline kif ukoll il-bejgħ online ta’ prodotti ta’ merkanzija liċenzjata fiż-ŻEE. Id-deċiżjoni tkopri t-tipi ewlenin ta’ restrizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Miżuri diretti li jirrestrinġu l-bejgħ mingħand id-detenturi ta’ liċenzja barra mit-territorju, bħal (i) projbizzjonijiet ta’ bejgħ passiv barra mit-territorju; (ii) projbizzjonijiet ta’ bejgħ attiv barra mit-territorju; (iii) projbizzjonijiet ta’ bejgħ online barra mit-territorju; (iv) obbligi li ordnijiet għal bejgħ barra mit-territorju jiġu riferiti lil Sanrio; (v) l-użu ta’ rekwiżiti tal-lingwa biex jiġi ristrett il-bejgħ barra mit-territorju.

(b)

Miżuri indiretti li jirrestrinġu l-bejgħ barra mit-territorju min-naħa tad-detenturi ta’ liċenzja: kultant ġew implimentati wkoll sensiela ta’ miżuri biex b’mod indirett titħeġġeġ il-konformità mar-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ barra mit-territorju. Dawn il-miżuri kienu jinkludu t-twettiq ta’ awditi u n-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratti.

(14)

Bis-saħħa ta’ din is-sensiela ta’ prattiki, Sanrio rrestrinġiet il-kapaċità tad-detenturi ta’ liċenzja li jbigħu merkanzija liċenzjata b’mod transfruntier. Dan il-ksur uniku u kontinwu kkontribwixxa biex jerġgħu jinġiebu d-diviżjonijiet bejn is-swieq nazzjonali u seta’ wassal għal tnaqqis fl-għażla disponibbli għall-konsumaturi u għal prezzijiet ogħla marbuta direttament ma’ livell ta’ kompetizzjoni aktar baxx. Min-natura tagħha stess din l-imġiba tikkostitwixxi restrizzjoni tal-kompetizzjoni bi skop skont it-tifsira tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat u l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE.

(15)

Id-deċiżjoni ssib ukoll li l-imġiba ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni previsti fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat u fl-Artikolu 53(3) tal-Ftehim ŻEE.

2.4.   Destinatarji u durata

(16)

Id-deċiżjoni hija indirizzata lil Sanrio Company, Ltd., il-kumpanija omm apikali tal-grupp ta’ kumpaniji Sanrio, kif ukoll lil ċerti sussidjarji tagħha li huma involuti fin-negozju tal-merchandising: Sanrio GmbH u Mister Men Limited.

(17)

Id-durata tal-ksur uniku u kontinwu huwa mifrux fuq il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-21 ta’ Diċembru 2018, id-data meta Sanrio bagħtet l-aħħar ittri biex tinforma lid-detenturi ta’ liċenzja tagħha dwar l-inapplikabilità ta’ kwalunkwe restrizzjoni tal-bejgħ barra mit-territorju tal-ftehim.

2.5.   Rimedji u multi

(18)

Id-deċiżjoni ssib li Sanrio temmet il-ksur fil-21 ta’ Diċembru 2018. Barra minn hekk Sanrio hija ordnata żżomm lura minn kwalunkwe ftehim jew prattika miftiehma li jista’ jkollhom skop identiku jew simili jew effett identiku jew simili. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-ksur sar intenzjonalment, u mill-inqas b’negliġenza, u li jeħtieġ li tiġi imposta multa.

2.5.1.   L-ammont bażiku tal-multa

(19)

Sabiex tiġi kkalkulata l-multa, id-deċiżjoni tuża l-ammont ta’ royalties miġbura minn Sanrio waqt l-aħħar sena sħiħa tal-ksur (2017). Il-valur tal-bejgħ huwa bbażat fuq ir-royalties irċevuti minn Sanrio mid-detenturi ta’ liċenzja tagħha għall-bejgħ ta’ merkanzija liċenzjata fiż-ŻEE. Dawn ir-royalties (inklużi l-garanziji minimi) jirrappreżentaw id-dħul ta’ Sanrio min-negozju tal-merkanzija liċenzjata tagħha u jitħallsu lil Sanrio għall-użu tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali liċenzjati.

(20)

Min-natura tagħhom stess ir-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ barra mit-territorju jirrestrinġu l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat. Madankollu, ġeneralment ir-restrizzjonijiet vertikali jagħmlu anqas ħsara minn dawk orizzontali. Il-“perċentwal tal-gravità” ġie stabbilit għal 8 % tal-valur tal-bejgħ ta’ Sanrio.

2.5.2.   Ċirkustanzi aggravanti u mitiganti

(21)

M’hemm l-ebda ċirkustanza aggravanti jew mitiganti f’dan il-każ.

2.5.3.   Deterrenza

(22)

Il-Kummissjoni ma applikatx multiplikatur tad-deterrenza, għax il-fatturat dinji ta’ Sanrio ma jiġġustifikahx.

2.5.4.   Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %

(23)

Il-multa kkalkulata ma għandhiex taqbeż 10 % tal-fatturat dinji ta’ Sanrio.

2.5.5.   Tnaqqis tal-multa fid-dawl ta’ kooperazzjoni

(24)

Peress li kien hemm kooperazzjoni, id-deċiżjoni tagħti tnaqqis ta’ 40 % fuq il-multa skont il-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-Multi. Sanrio, fis-sottomissjoni tagħha għal riżolviment, irrikonoxxiet il-fatti, il-kwalifika legali tagħhom u r-responsabbiltà għall-ksur, kif deskritt. Sanrio wriet interess li tikkoopera fi stadju bikri, ikkooperat b’diliġenza matul il-proċess u pprovdiet evidenza addizzjonali li permezz tagħha setgħet tiġi estiża d-durata tal-ksur.

3.   KONKLUŻJONI

(25)

Sanrio kisret l-Artikolu 101(1) tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipat fi ksur uniku u kontinwu rigward il-merkanzinja liċenzjata. Il-ksur kopra ż-Żona Ekonomika Ewropea kollha, u kkonsista fl-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ sensiela ta’ ftehimiet u prattiki bil-għan li jirrestrinġu l-bejgħ transfruntier ta’ merkanzija liċenzjata, kemm offline kif ukoll online.

(26)

L-ammont finali tal-multa imposta fuq Sanrio skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 għandu jkun EUR 6 222 000.

(27)

Sanrio Company, Ltd. u Sanrio GmbH għandhom jinżammu responsabbli in solidum għall-ammont totali ta’ din il-multa, filwaqt li Mister Men Limited għandha tinżamm responsabbli in solidum għal EUR 3 993 000 biss, biex hekk tiġi riflessa b’mod proporzjonat il-parti tal-perjodu rilevanti li beda fil-5 ta’ Diċembru 2011, id-data meta ġiet akkwistata minn Sanrio Company, Ltd.

(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1).


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/28


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9567 — PGGM/Macquarie/Genesee &Wyoming Australia)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 386/09)

1.   

Fis-6 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

PGGM Infrastructure Fund (“PGGM”, in-Netherlands) li tappartjeni għall-grupp PGGM,

Macquarie Corporate Holdings Pty Limited (“MCHPL”, l-Awstralja) li tappartjeni għall-grupp Macquarie (“Macquarie”, l-Awstralja),

Genesee & Wyoming Australia Holdings LP (“GWA”, l-Awstralja).

PGGM u Maquarie jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll flimkien ta’ GWA kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

PGGM: fornitur dinji ta’ servizzi ta’ fondi tal-pensjoni bħalma hija l-ġestjoni tal-fond tal-pensjoni, konsulenza dwar il-politika u appoġġ tal-maniġment,

MCHPL: kumpanija azzjonarja u operattiva, parti mill-Macquarie Group, grupp finanzjarju dinji u fornitur ta’ servizzi tal-investiment fl-infrastruttura, il-proprjetà immobbli, l-agrikoltura u s-swieq tal-enerġija għal investituri istituzzjonali,

GWA: operatur ta’ ferroviji tal-merkanzija, attiv fil-provvista u t-tħaddim ta’ servizzi ta’ trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fl-Awstralja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9567 — PGGM/Macquarie/Genesee &Wyoming Australia

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


14.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/30


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9580 — Permira/Smith & Williamson)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 386/10)

1.   

Fis-6 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Tilney Group Limited (“Tilney”, ir-Renju Unit), li fl-aħħar nett hija kkontrollata minn Permira Holdings Limited (“Permira”, Guernsey),

Smith & Williamson Holdings Limited (“Smith & Williamson”, ir-Renju Uni).

Tilney takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Smith & Williamson kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Permira hija negozju ta’ ekwità privata involuta fil-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-investiment lil numru ta’ fondi tal-investiment. Permira tikkontrolla għadd ta’ kumpaniji tal-portafoll li huma attivi f’varjetà ta’ setturi tul firxa ta’ ġurisdizzjonijiet.

Tilney hija ditta indipendenti li tiġġestixxi l-ġid, b’uffiċċji mxerrda mar-Renju Unit kollu. Hija primarjament attiva f’li tipprovdi ippjanar finanzjarju, ġestjoni tal-investimenti, u servizzi ta’ konsulenza lil klijenti privati.

Smith & Williamson hija ditta indipendenti ta’ servizzi finanzjarji u professjonali, b’uffiċċji mxerrda mar-Renju Unit kollu u fl-Irlanda. Smith & Williamson toffri servizzi professjonali, finanzjarji u ta’ ġestjoni ta’ investimenti lill-individwi u lin-negozji.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9580 — Permira/Smith & Williamson

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+ 32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


14.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/32


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9611 — Pavilion Energy/Iberdrola Group (European LNG Asset Portfolio))

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 386/11)

1.   

Fil-5 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Pavilion Energy Pte. Ltd (Singapore), ikkontrollata minn Temasek Holdings Private Limited (Singapore),

European LNG Asset Portfolio (Spanja), li tappartjeni għall-grupp Iberdrola (“Iberdrola”, Spanja),

Pavilion Energy takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ part(partijiet) minn Iberdola. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Pavilion Energy hija kumpanija dinjija integrata fil-kummerċ tal-LNG ibbażata f’Singapore kif ukoll fil-ħażna, l-ipproċessar u t-trasport bil-baħar tal-LNG. Hija proprjetà kollha kemm hi ta’ Temasek, kumpanija tal-investiment.

European LNG Asset Portfolio tikkonsisti f’firxa ta’ assi tal-LNG inkluż portafoll ta’ kuntratti fit-tul għall-bejgħ u l-akkwist tal-LNG, kif ukoll diversi kuntratti anċillari dwar il-kapaċità tar-rigassifikazzjoni fir-Renju Unit u Spanja, il-kapaċità tal-pajpijiet tal-LNG fil-fruntiera bejn Spanja u Franza kif ukoll l-iskeda tal-bastiment MEGI LNG mibni ġdid.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9611 — Pavilion Energy/Iberdrola Group (European LNG Asset Portfolio)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.