|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 385 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
il–Kunsill |
|
|
2019/C 385/01 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 385/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9406 — Lone Star — Stark Group/Saint-Gobain BDD) ( 1 ) |
|
|
2019/C 385/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9524 — Fortress Investment Group/Majestic Wine Warehouses/Les Celliers de Calais) ( 2 ) |
|
|
2019/C 385/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9563 — PIC/SKC/SKCCD) ( 2 ) |
|
|
2019/C 385/05 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9478 — Archer/Hilton/Earlsfort) ( 2 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
il–Kunsill |
|
|
2019/C 385/06 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 385/07 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 385/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9413 — Lactalis/Nuova Castelli) ( 2 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
|
(2) Test b’rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
il–Kunsill
|
13.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 385/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Novembru 2019
dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
(2019/C 385/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 283(2) u 139(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 11.2 tiegħu,
B’DAN JIRRAKKOMANDA LILL-KUNSILL EWROPEW LI:
Is-Sa Isabel SCHNABEL tinħatar bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta’ tmien snin b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LINTILÄ
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 385/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9406 — Lone Star — Stark Group/Saint-Gobain BDD)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 385/02)
Fil-5 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9406. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
13.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 385/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9524 — Fortress Investment Group/Majestic Wine Warehouses/Les Celliers de Calais)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 385/03)
Fl-24 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9524. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
13.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 385/4 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9563 — PIC/SKC/SKCCD)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 385/04)
Fid-29 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9563. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
13.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 385/5 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9478 — Archer/Hilton/Earlsfort)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 385/05)
Fl-4 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9478. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
|
13.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 385/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Novembru 2019
li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għal-Lussemburgu
(2019/C 385/06)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-lista tal-kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tad-9 ta’ April 2019 (2), tat-8 ta’ Lulju 2019 (3) u tas-16 ta’ Settembru 2019 (4), il-Kunsill ħatar lill-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għall-perijodu mill-1 ta’ April 2019 sal-31 ta’ Marzu 2023. |
|
(2) |
Il-Gvern tal-Lussemburgu ppreżenta n-nomini għal żewġ postijiet li jridu jimtlew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma maħtura membru u membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għall-perijodu li jintemm fil-31 ta’ Marzu 2023:
RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
|
Pajjiż |
Membru |
Membru supplenti |
|
Lussemburgu |
Is-Sinjura Véronique SCHABER |
Is-Sur Serge LINCKELS |
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jaħtar lill-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
L. ANDERSSON
(1) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ April 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (ĠU C 136, 12.4.2019, p. 6).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Lulju 2019 li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għal-Litwanja (ĠU C 232, 10.7.2019, p. 5).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2019 li taħtar membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għar-Rumanija (ĠU C 316, 20.9.2019, p. 3).
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 385/8 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-12 ta' Novembru 2019
(2019/C 385/07)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1015 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
120,24 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4723 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85820 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,7003 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0963 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
137,70 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,0798 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,499 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
334,39 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2747 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7625 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,3590 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6087 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4588 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,6202 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7382 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4994 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 281,79 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,3334 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7187 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4417 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 499,48 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5630 |
|
PHP |
Peso Filippin |
55,959 |
|
RUB |
Rouble Russu |
70,4859 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
33,416 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,5868 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,0924 |
|
INR |
Rupi Indjan |
78,9690 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
13.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 385/9 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9413 — Lactalis/Nuova Castelli)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 385/08)
1.
Fl-4 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Il-Gruppo Lactalis Italia S.r.l. (l-Italja), li jappartjeni għal-Lactalis Group (flimkien “Lactalis”, Franza), |
|
— |
Nuova Castelli S.p.A. (“Nuova Castelli”, l-Italja), sussidjarja li proprjetà kollha kemm hi ta’ Nuova Castelli Group S.p.A (Franza), li min-naħa tiegħu huwa kkontrollat minn Charterhouse Capital Partners (ir-Renju Unit). |
Lactalis takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Nuova Castelli kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet ta’ negozju tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Lactalis: il-produzzjoni u l-forniment ta’ ġobon bħall-mozzarella, il-mascarpone u r-rikotta, kif ukoll ħalib għax-xorb, butir, prodotti friski, krema u prodotti tal-ħalib industrijali (trab tal-ħalib, xorrox, eċċ.). |
|
— |
Nuova Castelli: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ diversi ġobnijiet Taljani, l-aktar ġobon iebes u ġobon artab (il-mozzarella, il-parmiġġan, il-grana padano, il-pecorino, ir-rikotta, eċċ.) u għandha attività kummerċjali b’rabta l-aktar mal-mascarpone, il-feta u l-butir. |
3.
Fid-9 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta. Madankollu, fit-3 ta’ Ottubru 2019 Lactalis u Nuova Castelli ddeċidew li jirtiraw dan l-avviż.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Din ir-referenza li ġejja għandha tkun dejjem speċifikata:
M.9413 — Lactalis/Nuova Castelli
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).