ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 384

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
12 ta' Novembru 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 384/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9062 — Fortress Investment Group/Air Investment Valencia/JV) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2019/C 384/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1893, u bir-Regolament (UE) 2017/2063, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) 2019/1891 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

2

2019/C 384/03

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 384/04

Rata tal-kambju tal-euro — Il-11 ta' Novembru 2019

4

 

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

2019/C 384/05

Rapport Speċjali Nru 19/2019 L-INEA: il-benefiċċji twasslu iżda n-nuqqasijiet tal-FNE għad iridu jiġu indirizzati

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 384/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9399 — Remondis/ALFA Rohstoffhandel München/Geiger Beteiligung/Durmin Beteiligung/Garching Hochbrück) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

2019/C 384/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9557 — Swisscom/AMAG Group/Zürich Insurance Group/autoSense) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 384/08

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

10

2019/C 384/09

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

16

2019/C 384/10

Il-pubblikazzjoni tad-dokument uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

19


 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9062 — Fortress Investment Group/Air Investment Valencia/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 384/01)

Fit-23 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9062. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

12.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1893, u bir-Regolament (UE) 2017/2063, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) 2019/1891 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

(2019/C 384/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1893 (2), u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1891 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li reġa’ eżamina l-lista ta’ persuni ddeżinjati, iddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom ikomplu jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 u fir-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni kkonċernati jinsabu fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati dwar il-possibbiltà ta’ rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat/i Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 9 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel it-23 ta’ Awwissu 2020, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 u l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2017/2063.

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60.

(2)  ĠU L 291, 12.11.2019, p. 42.

(3)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21.

(4)  ĠU L 291, 12.11.2019, p. 13.


12.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/3


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

(2019/C 384/03)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet ġuridiċi għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1893 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1891 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, it-Tkabbir u l-Protezzjoni Ċivil — RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-iskop tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1893, u mar-Regolament (UE) 2017/2063, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1891.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbilit fid-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 u r-Regolament (UE) 2017/2063.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra marbuta magħha.

Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60.

(3)  ĠU L 291, 12.11.2019, p. 42.

(4)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21.

(5)  ĠU L 291, 12.11.2019, p. 13.


Il-Kummissjoni Ewropea

12.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta' Novembru 2019

(2019/C 384/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1041

JPY

Yen Ġappuniż

120,29

DKK

Krona Daniża

7,4722

GBP

Lira Sterlina

0,85743

SEK

Krona Żvediża

10,7085

CHF

Frank Żvizzeru

1,0972

ISK

Krona Iżlandiża

137,70

NOK

Krona Norveġiża

10,0910

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,510

HUF

Forint Ungeriż

334,35

PLN

Zloty Pollakk

4,2737

RON

Leu Rumen

4,7643

TRY

Lira Turka

6,3722

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6105

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4607

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6422

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7348

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5025

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 288,00

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,4150

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7404

HRK

Kuna Kroata

7,4391

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 540,68

MYR

Ringgit Malażjan

4,5749

PHP

Peso Filippin

56,138

RUB

Rouble Russu

70,5319

THB

Baht Tajlandiż

33,493

BRL

Real Brażiljan

4,5949

MXN

Peso Messikan

21,1057

INR

Rupi Indjan

78,9905


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

12.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/5


Rapport Speċjali Nru 19/2019

“L-INEA: il-benefiċċji twasslu iżda n-nuqqasijiet tal-FNE għad iridu jiġu indirizzati”

(2019/C 384/05)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 19/2019 “L-INEA: il-benefiċċji twasslu iżda n-nuqqasijiet tal-FNE għad iridu jiġu indirizzati” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9399 — Remondis/ALFA Rohstoffhandel München/Geiger Beteiligung/Durmin Beteiligung/Garching Hochbrück)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 384/06)

1.   

Fil-31 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ALFA Rohstoffhandel München GmbH (“Alfa”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Remondis (“Remondis Group”, il-Ġermanja), li min-naħa tiegħu huwa fl-aħħar nett ikkontrollat minn Rethmann SE & Co. KG (il-Ġermanja),

Geiger GmbH & Co. KG (“Geiger”, il-Ġermanja),

Durmin Entsorgung und Logistik GmbH (“Durmin”, il-Ġermanja), ikkontrollata flimkien ma’ Dettmer Group KG (il-Ġermanja) u Remineral Rohstoffverwertung & Entsorgung GmbH & Co. KG (il-Ġermanja),

Garching Hochbrück Vermögensverwaltung GmbH (“Garching Hochbrück”, il-Ġermanja), li hija kkontrollata flimkien ma’ Geiger u Durmin.

Alfa, Geiger u Durmin jakkwsita, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll flimkien ta’ Garching Hochbrück u għalhekk tas-sussidjarja ta’ Garching Hochbrück, RM Recycling München GmbH & Co. KG (“RM Recycling”, il-Ġermanja).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Alfa tispeċjalizza fil-ġbir u l-bejgħ ta’ scrap tal-metall u scrap mhux metall;

Geiger tipprovdi infrastruttura, proprjetà immobbli, servizzi u prodotti marbuta mal-ambjent, b’mod partikolari l-ġbir u r-rimi ta’ skart tal-bini;

Durmin hija attiva fil-ġbir u l-ipproċessar ta’ skart minerali;

Garching Hochbrück, permezz tas-sussidjarja tagħha RM Recycling, tispeċjalizza fil-ġbir u l-ipproċessar ta’ scrap tal-metall u skart ieħor industrijali u mhux industrijali kemm perikoluż u kemm mhux perikoluż.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9399 — Remondis/ALFA Rohstoffhandel München/Geiger Beteiligung/Durmin Beteiligung/Garching Hochbrück

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


12.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9557 — Swisscom/AMAG Group/Zürich Insurance Group/autoSense)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 384/07)

1.   

Fil-31 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Swisscom (Schweiz) AG (“Swisscom”, l-Isvizera), li tappartjeni għal Swisscom AG,

AMAG Import AG (“AMAG”, l-Isvizzera), li tappartjeni għal AMAG Group AG,

Zürich Versicherungs-Gesellschaft AG (“Zürich”, l-Isvizzera), li tappartjeni għal Zürich Insurance Group AG,

autoSense AG (“autoSense”, l-Isvizzera), li bħalissa hija kontrollata minn Swisscom u AMAG.

Swisscom, AMAG u Zürich jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll flimkien ta’ autoSense.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Swisscom: fornitur Svizzeru tat-telekomunikazzjonijiet,

AMAG: importatur u bejjiegħ Svizzeru tal-karozzi, attiv ukoll f’servizi relatati bħalma huma l-kiri u l-manutenzjoni,

Zürich: kumpanija Svizzera tal-assigurazzjoni diversifikata attiva fis-swieq internazzjonali u lokali,

autoSense: fornitur Svizzeru ta’ prodotti u servizzi fil-qasam ta’ karozzi kkonnettjati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

Il-Każ M.9557 — Swisscom/AMAG Group/Zürich Insurance Group/autoSense

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

12.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/10


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2019/C 384/08)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data DOOR tal-Kummissjoni.

DOKUMENT UNIKU

“WEST COUNTRY BEEF”

Nru tal-UE: IĠP-GB-0668-AM02 — 1.8.2018

DOP () IĠP (X)

1.   Isem

“West Country Beef”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Ir-Renju Unit

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.1 Laħam frisk (u l-ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“West Country Beef” huwa l-isem li japplika għall-karkassi, il-ġnub jew il-qatgħat tal-laħam taċ-ċanga li jkunu ġejjin minn bovini li jitwieldu u jitrabbew fir-reġjun tal-West Country tal-Ingilterra, u jinqatlu skont l-istandards tal-Meat South West (MSW) jew standards ekwivalenti, f’biċċeriji approvati fir-reġjun tal-West Country, jew barra din iż-żona. Dawn l-impjanti approvati jkunu ġew spezzjonati minn spettur indipendenti biex ikunu aċċertati t-traċċabbiltà sħiħa u l-awtentiċità tal-prodott. L-impjanti jkunu ngħataw il-liċenzja minn Meat South West u dan juri li huma approvati biex jipproċessaw il-“West Country Beef”.

Il-bhejjem kollha jitrabbew b’konformità ma’ standards għoljin, li jkun sar qbil fuqhom, dwar it-trobbija u l-benessri, li jagħtu garanzija tas-sikurezza.

Il-produzzjoni trid tissodisfa r-rekwiżiti minimi li ġejjin:

il-bhejjem ikunu twieldu, trabbew u ssemmnu fir-reġjun tal-West Country

ikunu ntgħalfu dieta bbażata fuq il-magħlef

il-produtturi jikkonformaw ma’ kull leġiżlazzjoni attwali

ikollhom u jkunu jafu l-Kodiċijiet ta’ Prattika rilevanti kollha

jiżguraw is-saħħa u l-benessri tal-bhejjem abbażi tal-Ħames Libertajiet

jiżguraw li jkun hemm sistemi ta’ traċċabbiltà sħiħa fis-seħħ

jiżguraw li l-bhejjem jieħdu ħsiebhom bdiewa kompetenti u persunal imħarreġ

jiżguraw is-sikurezza u l-benessri tal-annimali matul it-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni u qabel il-qatla

il-qatla sseħħ f’faċilità liċenzjata u approvata bi traċċabbiltà sħiħa sabiex tkun żgurata l-awtentiċità tal-prodott

L-irziezet u l-impjanti tal-ipproċessar jiġu spezzjonati minn spetturi indipendenti bi protokoll ta’ spezzjoni definit.

Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-iskema tal-“West Country Beef”, waqt l-ispezzjonijiet, il-produtturi huma meħtieġa juru li l-bovini twieldu, trabbew u ssemmnu fir-reġjun tal-West Country. Huwa meħtieġ ġurnal tat-tagħlif u jridu jingħataw provi li l-bovini ntgħalfu dieta li tinkludi tal-anqas 70 % magħlef. L-iskema teħtieġ sistema estensiva b’minimu ta’ sitt xhur ragħa.

Id-dieta speċifika, ibbażata fuq il-ħaxix, ittejjeb il-kompożizzjoni kimika tal-muskolu taċ-ċanga (ara t-Tabella 1 hawn taħt) u ttejjeb ukoll il-kwalitajiet organolettiċi tal-laħam, meta mqabbla ma’ bovini li jintgħalfu l-konċentrati.

Tabella 1

Il-kompożizzjoni tal-aċidu xaħmi (mg/100 g ta’ muskolu) u l-kontenut ta’ vitamina E (mg/kg) fil-muskolu tal-flett taċ-ċanga

 

Konċentrati

Magħlef

Ħaxix

18:2  (2)

210

87

76

18:3  (3)

8,1

48,7

35,6

EPA  (4)

2,6

19,7

19,2

DHA  (5)

0,5

5,1

2,8

18:2/18:3

27,2

1,8

2,1

Vitamina E

1,4

3,3

4,2

Dan iwassal għal laħam li b’mod konsistenti jkollu togħma bnina u li jagħti esperjenza ta’ ikla eċċellenti. Il-kontenut naturali ta’ tessut intramuskulari xaħmi fil-laħam iżid it-togħma u s-sukkulenza. Ix-xaħam jista’ jvarja fil-kulur minn abjad sa lwien sofor, iżda d-dieta speċifika tippromwovi kulur lewn il-krema. Il-kulur tal-laħam ivarja bejn roża u aħmar skur, u mal-maturazzjoni lewn il-laħam jiskura.

L-annimali bovini jissemmnu għal minimu ta’ 60 jum. Il-biċċa l-kbira tal-annimali jissemmnu b’mod naturali waħedhom – l-età u l-piż ivarjaw peress li hemm differenzi bejn ir-razez (huwa ideali piż bejn 200 u 500 kg ta’ piż mejjet meta jkunu lesti għall-qatla).

Il-laħam jiġi kkundizzjonat għal mill-anqas għaxart ijiem f’temperaturi ta’ refriġerazzjoni, dan huwa proċess magħruf bħala maturazzjoni, u jibda dakinhar tal-qatla. Waqt il-maturazzjoni l-enżimi naturali fil-laħam ikissru t-tessuti konnettivi u b’hekk il-laħam isir aktar tari u titjieb il-kwalità tiegħu. Għall-qatgħat li tradizzjonalment jissajru bil-mod, bħal-laħam tas-sidra u tal-ġarretta, ma hemmx żmien minimu ta’ maturazzjoni. Dawn il-perjodi jistgħu jitnaqqsu bl-applikazzjoni ta’ stimulazzjoni elettrika b’vultaġġ għoli, peress li din tnaqqas ir-riskju li l-karkassa tibbies, inkella billi l-karkassa tiddendel mill-għadma tal-ġenb biex il-laħam isir iżjed tari. Jinżammu reġistri li juru t-temperaturi, il-proċessi u l-ħinijiet biex jiżguraw li l-karkassi jitkessħu u jimmaturaw b’mod korrett.

L-ispeċifikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-karkassi (abbażi tas-sistema EUROP), li tiżgura l-aħjar kwalità għall-ikel, hija:

Karkassi kklassifikati b’konformazzjoni -O jew aħjar, b’xaħam ta’ 2 sa 4H.

Image 1

Wara l-qatla, il-“West Country Beef” jinbiegħ lin-negozji tal-laħam fil-forom diversi elenkati hawn taħt:

Karkassa sħiħa, minbarra l-ġewwieni li mhuwiex tajjeb għall-ikel, il-ġlud, l-irjus u s-saqajn;

Ġenb sħiħ: nofs il-karkassa, maqsuma għat-tul;

Il-kwart ta’ wara/il-kwart ta’ quddiem: ġenb sħiħ maqsum bejn l-10 u l-11-il kustilja mill-parti ta’ quddiem (jew inkella b’mod simili skont il-ftehim);

Qatgħat primarji: prodotti billi l-karkassi/in-nofs karkassi jinqasmu f’partijiet iżgħar magħrufin (biex jissodisfaw il-preferenzi tal-konsumaturi). Dawn il-qatgħat jistgħu jiġu ppreżentati bl-għadam jew mingħajr għadam u f’ippakkjar protettiv.

Ġewwieni li jittiekel li jitneħħa mill-karkassi qabel il-klassifikazzjoni.

Il-“West Country Beef” jista’ jinbiegħ frisk (imkessaħ) jew iffriżat.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-bhejjem jistgħu jingħataw is-supplimenti fil-fażi tal-ftim u fil-fażi tat-tismin. F’dak il-każ, id-dettalji tal-ingredjenti u tax-xiri jiġu rreġistrati mill-bidwi u vverifikati minn spetturi tal-assigurazzjoni. Iż-żmien meta l-annimal jingħata s-supplimenti jiġi ddeterminat billi jitqiesu fatturi bħat-trattament xieraq tal-annimali u l-kummerċjalizzazzjoni.

L-ammont massimu ta’ għalf supplimentari huwa ta’ 30 %, ma’ 70 % magħlef. L-għalf supplimentari jingħata meta jkun meħtieġ, bħal pereżempju matul ix-xhur tax-xitwa jew waqt il-perjodi tal-ftim u tat-tismin.

3.4.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-bhejjem kollha jitrabbew b’konformità ma’ standards għoljin, li jkun sar qbil fuqhom, dwar it-trobbija u l-benessri, li jagħtu garanzija tas-sikurezza.

Il-produzzjoni trid tissodisfa r-rekwiżiti minimi li ġejjin:

il-bhejjem ikunu twieldu, trabbew u ssemmnu fir-reġjun tal-West Country

ikunu ntgħalfu dieta bbażata fuq il-magħlef

il-produtturi jikkonformaw ma’ kull leġiżlazzjoni attwali

ikollhom u jkunu jafu l-Kodiċijiet ta’ Prattika rilevanti kollha

jiżguraw is-saħħa u l-benessri tal-bhejjem abbażi tal-Ħames Libertajiet

jiżguraw li jkun hemm sistemi ta’ traċċabbiltà sħiħa fis-seħħ

jiżguraw li l-bhejjem jieħdu ħsiebhom bdiewa kompetenti u persunal imħarreġ

jiżguraw is-sikurezza u l-benessri tal-annimali matul it-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni u qabel il-qatla

il-qatla sseħħ f’faċilità liċenzjata u approvata bi traċċabbiltà sħiħa sabiex tiġi żgurata l-awtentiċità tal-prodott.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tikkonsisti mis-sitt kontei ta’ Cornwall, Devon, Dorset, Gloucestershire, Somerset u Wiltshire, li flimkien jiffurmaw ir-reġjun tal-West Country tal-Ingilterra.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika:

“Il-konnessjoni bejn il-“West Country Beef” u ż-żona ġeografika hija bbażata fuq kwalità speċifika u karatteristiċi oħrajn tal-prodott.

Il-West Country tal-Ingilterra jista’ jiġi deskritt sewwa sew bħala peniżola burija. Id-distinzjoni bejn l-art burija u l-art li tinħadem żviluppat parzjalment bħala riżultat tat-tipi differenti ta’ ħamrija. Fil-West Country hemm proporzjon għoli ta’ ħamrija taflija u ħamrija kannella li fiha jikber tajjeb il-ħaxix iżda li mhijiex ideali għall-kultivazzjoni tar-raba’. Iż-żoni tar-raba’ fihom proporzjon akbar ta’ ħamrija taflija u ramlija, fejn l-ilma jiskula faċilment. Barra minn hekk, il-West Country għandu l-ogħla temperatura medja u l-ogħla temperaturi minimi u massimi fir-Renju Unit.

Il-West Country huwa l-akbar reġjun fl-Ingilterra u l-aktar li hu agrikolu. L-ambjent tiegħu huwa fost l-aktar għonja fir-Renju Unit. L-irziezet f’dan ir-reġjun jipproduċu ammont stmat ta’ 24 % taċ-ċanga fl-Ingilterra u huwa dan, flimkien mas-sehem tiegħu ta’ 21 % tal-produzzjoni tan-nagħaġ, li għen fil-formazzjoni u l-manteniment tal-pajsaġġ u tal-patrimonju tar-reġjun. L-għadd kbir ta’ bhejjem ħeġġeġ l-iżvilupp ta’ settur kbir tal-ipproċessar tal-laħam li joħloq l-opportunitajiet ta’ impjiegi tant meħtieġa fir-reġjun.

Il-kombinazzjoni ta’ temperaturi sħan u temperaturi moderati, tax-xita li hi mqassma sew matul is-sena, u tal-ħamrija fonda li żżomm it-tira, twassal biex il-ħaxix u l-għelejjel għall-magħlef jitkabbru u jintużaw għar-ragħa kważi tul is-sena kollha. F’parti kbira mir-reġjun, il-ħaxix iħaddar għal aktar minn 300 jum fis-sena. Fil-West Country huwa normali li l-ħaxix jikber tul is-sena kollha u għalhekk hija daqshekk predominanti t-trobbija tal-bhejjem. Barra minn hekk, aktar minn 25 % tal-mergħat fil-West Country jinsabu jew f’Parks Nazzjonali jew f’Żoni ta’ Sbuħija Naturali, u dan ir-reġjun fih aktar minn 57 % tal-mergħat b’ħafna fjuri tar-Renju Unit. Riċerka li twettqet minn Bristol University uriet li t-togħma taċ-ċanga tkun aktar qawwija u tintgħoġob aktar meta l-bovini jkunu ntgħalfu bil-ħaxix milli bil-konċentrati.

Speċifiċità tal-prodott:

Fil-West Country jintużaw ħafna l-ħaxix frisk u l-ħaxix ikkonservat. Dan jipproduċi effett karatteristiku fuq il-kwalità tal-laħam u l-valur nutrittiv taċ-ċanga f’termini tal-kompożizzjoni tal-aċidu xaħmi, tal-kontenut ta’ vitamina E u tal-kwalità sensorjali. Dawn l-effetti ntwerew biċ-ċar minn esperimenti xjentifiċi li saru. L-esperimenti wrew differenza fil-kompożizzjoni tal-aċidu xaħmi bejn l-għoġġiela mrobbija fuq dieta li fiha aktar ġwież (konċentrati), u l-għoġġiela mrobbija fuq dieta li jkun fiha aktar ħaxix (it-Tabella 1). Dawk li ntgħalfu l-magħlef kellhom iżjed xaħam fil-muskoli u l-profil tal-aċidu xaħmi kien pjuttost differenti minn ta’ dawk li jintgħalfu l-ġwież. Fil-muskoli tal-għoġġiela magħlufa l-konċentrati, kien hemm iżjed aċidu linolejku u l-prodott tiegħu (l-aċidu arakidoniku), it-tnejn li huma xaħmijiet aċidużi n-6 (omega-6); u fil-muskoli tal-għoġġiela magħlufa l-magħlef u l-ħaxix frisk kien hemm iżjed aċidu linoleniku u l-prodotti tiegħu l-aċidu ejkosapentenojku EPA u l-aċidu dokosaessenojku DHA, li huma kollha aċidi xaħmin n-3 (omega-3). Il-proporzjon ta’ aċidi xaħmin n-6 ma’ aċidi xaħmin n-3 kien ferm ogħla fl-annimali magħlufa l-konċentrati. Il-proporzjon rakkomandat għad-dieta tal-bniedem huwa ta’ 4 jew inqas, li ntlaħaq faċilment fiċ-ċanga tal-għoġġiela magħlufa l-ħaxix iżda mhux fil-laħam tal-għoġġiela magħlufa l-konċentrati. Proporzjon sempliċi li jiddistingwi l-għoġġiela magħlufa l-ħaxix minn dawk magħlufa l-konċentrati huwa 18:2/18:3, billi dan huwa madwar 2 u 27 fit-Tabella 1 għaċ-ċanga minn għoġġiela magħlufa l-ħaxix u dawk magħlufa l-konċentrati rispettivament.

Il-ħaxix, kemm jekk ikun frisk kif ukoll jekk ikun ikkonservat, huwa sors ta’ aċidu α-linoleniku, li fl-annimal jista’ jiġi kkonvertit f’aċidi xaħmin poliinsaturati (PUFA — polyunsaturated fatty acids) n-3 (omega-3) ta’ katina twila, li huma nutrijenti prezzjużi fid-dieta tal-bniedem. Il-ħaxix fih ukoll il-vitamina E u kemm l-aċidi xaħmin n-3 kif ukoll il-vitamina E jinsabu f’konċentrazzjonijiet ogħla fil-laħam tal-għoġġiela magħlufa l-ħaxix. Dawn in-nutrijenti jaffettwaw ukoll it-togħma tal-laħam.

Għaldaqstant huwa ċar li d-dieti tal-ħaxix u tal-magħlef jipproduċu profil distintiv ta’ aċidu xaħmi fil-muskoli, u dan jiddistingwihom mid-dieti tal-konċentrati. Il-valuri ta’ madwar 1,0 % aċidu linoleniku, 0,5 % EPA u 0,1 % DHA huma deskrittivi tal-laħam tal-għoġġiela mrobbija fuq il-ħaxix. Dawn huma l-perċentwali tal-aċidi xaħmin preżenti; dan huwa l-mod kif il-kompożizzjoni tal-aċidu xaħmi ta’ spiss jiġi deskritt. Dan l-effett huwa ta’ benefiċċju għall-“West Country Beef”. Il-vitamina E li tinstab b’mod naturali fil-ħaxix hija inkorporata fit-tessuti tal-muskoli u tax-xaħam tal-bovini. Instab li l-għoġġiela li kienu ntgħalfu l-magħlef tal-ħaxix kellhom mill-inqas konċentrazzjoni doppja ta’ vitamina E fil-muskoli minn dawk li ntgħalfu l-konċentrati (it-Tabella 1). Dan iwassal biex il-laħam idum iżomm il-lewn aħmar jgħajjat tiegħu jumejn aktar waqt il-wiri għall-bejgħ.

Studji Brittaniċi kkonkludew li t-togħma tal-laħam taċ-ċanga tal-bovini msemmna bil-ħaxix hija itjeb minn dik tal-bovini li jintgħalfu l-ġwież. Il-punteġġi għat-togħma taċ-ċanga kienu aħjar għall-għoġġiela li jintgħalfu l-ħaxix minn ta’ dawk li jintgħalfu l-konċentrati. Il-punteġġi għat-togħma mhux normali kienu l-aktar għoljin għal-laħam tal-għoġġiela li ntgħalfu l-konċentrati.

Il-konklużjonijiet ta’ hawn li ħarġu mir-rapport indipendenti kkummissjonat minn Meat South West kienu li sommarju tal-karatteristiċi speċjali juru li hemm proporzjon baxx ta’ aċidi xaħmin n-6 għal n-3 u konċentrazzjoni għolja ta’ vitamina E.

18:2/18:3 proporzjon inqas minn 4

Vitamina E > 3,0 mg/kg muskolu tal-flett

Bħala riżultat tal-klima, tat-topografija, tal-ġeoloġija u tar-rikkezza tal-ħaxix konsegwenti fil-West Country tal-Ingilterra, dan ir-reġjun jagħti kwalitajiet partikolari lill-bovini li jitrabbew hemm, u b’hekk lil-laħam ta’ dawk l-annimali. Proporzjon għoli taż-żona ta’ raba’ maħdum f’dan ir-reġjun huwa ħaxix, u dan huwa ideali għall-produzzjoni tal-bovini filwaqt li jista’ jintuża wkoll fl-għalf supplimentari.

Jeżisti każ xjentifiku qawwi u oġġettiv li ċ-ċanga tal-bovini prodotta u pproċessata fil-West Country tal-Ingilterra għandha kwalitajiet li huma intrinsikament marbutin ma’ dik iż-żona ġeografika, minħabba d-disponibbiltà kbira u l-użu ewlieni tal-ħaxix fid-dieta tal-bovini. Dan iwassal għal konċentrazzjonijiet għoljin ta’ n-3 PUFA u ta’ vitamina E fil-laħam.

It-tkabbir tal-ħaxix huwa affettwat mit-tip ta’ ħamrija, it-temperatura, ix-xita u x-xemx. Fattur ieħor importanti huwa t-topografija, minħabba li t-tkabbir tal-ħaxix jonqos mal-altitudni. Il-klima aktar favorevoli fil-West Country iżżid l-għadd ta’ jiem li fihom jikber il-ħaxix fil-West Country meta mqabbel ma’ reġjuni oħra. Il-ħaxix iħaddar tul aktar minn 220 jum fis-sena fil-partijiet kollha tal-West Country, li mhuwiex il-każ f’ebda parti oħra tal-Brittanja, u f’ċerti partijiet tar-reġjun il-ħaxix jikber għal aktar minn 300 jum. B’riżultat ta’ dan, il-bovini tal-West Country għandhom aktar aċċess għall-ħaxix u għall-prodotti tal-ħaxix mill-bovini li jinsabu fil-parti l-kbira tar-reġjuni l-oħrajn tal-Brittanja jew imkien ieħor fl-UE.

Dawn il-valuri jinkisbu fiċ-ċanga li ġejja minn bovini mwielda, imrobbija u msemmna fil-West Country tal-Ingilterra fejn l-annimali għandhom żmien itwal ta’ aċċess għall-ħaxix frisk minn dawk f’reġjuni oħra minħabba l-klima umda u sħuna u minħabba li s-sistemi ta’ produzzjoni huma bbażati fuq it-tagħlif tal-ħaxix. It-tibdil klimatiku fil-futur x’aktarx li se jiffavorixxi t-tkabbir tal-ħaxix fil-West Country aktar milli fil-preżent.

Il-Meat South West tikkalkula li l-kontribuzzjoni totali tas-settur tal-laħam aħmar lejn l-ekonomija tal-West Country hija ta’ £3 biljun fis-sena u ta’ 28 000 impjieg. Huwa essenzjali, biex l-ambjent u l-patrimonju tar-reġjun jibqgħu protetti, li tkompli sseħħ il-produzzjoni tal-bhejjem. Tabilħaqq huwa dak l-ambjent speċjali li huwa l-bażi tal-karatteristiċi żviluppati b’mod intrinsiku fil-“West Country Beef” billi l-annimali sors jitrabbew f’dak ir-reġjun.

Storikament ir-razez tal-bovini l-aktar komuni fir-reġjun huma s-South Devon u r-Ruby Red. Madankollu jeżistu bosta razez nattivi u kontinentali li huma wkoll adatti għall-pajsaġġ tar-reġjun u jiksbu riżultati tajba bil-ħxejjex tar-reġjun. B’hekk, il-“West Country Beef” jista’ jiġi prodott minn kwalunkwe razza ta’ bovini. Id-diversità tal-pajsaġġi tippermetti l-eżistenza ta’ industrija tal-bhejjem stratifikata ġewwa l-konfini tar-reġjun. Iż-żoni muntanjużi ta’ Exmoor, Dartmoor u Bodmin Moor jipprovdu postijiet tat-tnissil u mergħat tas-sajf għall-merħliet tradizzjonali tal-bovini għaċ-ċanga, filwaqt li l-mergħat tal-pjanuri u tar-reġjuni kostali, fejn il-ħaxix ikompli jikber għal biċċa l-kbira tas-sena, jipprovdu ambjent ideali għat-tismin.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/762878/west-country-beef-pgi-spec.pdf


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p.17.

(2)  linolejku

(3)  linoleniku

(4)  ejkosapentanojku

(5)  dokosaeżaenojku


12.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/16


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2019/C 384/09)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data DOOR tal-Kummissjoni.

DOKUMENT UNIKU

MEL DOS AÇORE S”

Nru tal-UE: PDO-PT-0268-AM01 — 2.1.2019

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem/ismijiet

“MEL DOS AÇORES”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Il-Portugall

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

“Mel dos Açores” huwa għasel tan-nektar prodott fl-arċipelagu tal-Azores f’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott rilevanti.

“Mel dos Açores” jista’ jiġi kklassifikat bħala għasel tal-pittisporu (mel de incenso) jew għasel multiflorali (mel multiflora). L-għasel tal-pittisporu jsir minn nektar miġbur min-naħal mill-fjuri tal-Pittosporum undulatum. L-għasel multiflorali jsir minn taħlita ta’ nektars ta’ varjetà ta’ speċi ta’ fjuri differenti.

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-“Mel dos Açores” huma dawn li ġejjin:

ilma: mhux iżjed minn 18 %.

kontenut ta’ sukrożju: mhux iktar minn 10 %; għall-għasel tal-pittisporu mhux aktar minn 15 %

attività dijastika (skala Schade): mill-inqas 3.

L-għasel tal-pittisporu għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

huwa magħmul minn nektar miġbur prinċipalment mill-Pittosporum undulatum Vent., li jwarrdu minn Frar sa April. Dan il-perjodu meta joħorġu l-fjuri jista’ jvarja.

Għandu livell baxx ta’ aċidità u konduttività elettrika, attività dijastika baxxa ħafna u valuri ogħla ta’ sukrożju.

lewn: ċar ħafna (kultant kważi bla kulur) għal ambra ħafifa, sa 50 fuq l-iskala Pfund.

riħa: delikata u tfuħ.

togħma: ħelwa ħafna b’togħma partikolari.

il-karatteristika ewlenija li tiddefinixxi dan l-għasel hija l-komponent tat-trab tad-dakra, fejn it-trab tad-dakra tal-Pittosporum undulatum Vent. irid jammonta għal aktar minn 30 %. Normalment, dan jinstab flimkien ma’ ammonti iżgħar ta’ trab tad-dakra tal-Eucalyptus spp. u ta’ speċi oħrajn.

L-għasel multiflorali għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

huwa magħmul min-nektar ta’ varjetà ta’ speċi differenti: Pittosporum undulatum Vent., Eucalyptus spp., Metrosideros excelsa Gaertner, Acacia spp., Trifolium spp., Castanea sativa Mill., Rubus spp., eċċ.

lewn: ivarja minn ambra ħafifa għal ambra skura, sa 114 fuq l-iskala Pfund.

togħma: rikka u tfuħ, li tixhed il-flora varjata li minnha huwa magħmul.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Wara l-ġbir, irid jitħalla biżżejjed għasel fid-doqqajs biex in-naħal jirnexxilhom jgħixu minkejja l-kundizzjonijiet tat-temp.

Mhuwiex permess għalf artifiċjali tal-kolonji tan-naħal li jipproduċu d-DOP “Mel dos Açores” f’forma sistematika jew fuq skala kbira. Issir eċċezzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ darba fejn ikun hemm nuqqas ta’ ikel jew biex tistimula t-tkabbir tal-popolazzjoni, meta dawk li jrabbu n-naħal jistgħu jitimgħuhom dan li ġej:

ġulepp: żewġ partijiet għasel jew zokkor muscovado ma’ parti waħda ta’ ilma;

l-għalf artifiċjali jingħata dejjem fin-nuqqas ta’ żidiet fix-xehda artifiċjali fejn in-naħal jiddepożitaw l-għasel (honey supers) u jieqaf ġimgħa qabel ma dawn jiġu stabbiliti. In-naħal irid ikun f’kundizzjoni ta’ saħħa perfetta.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tal-għasel.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

“Mel dos Açores” jista’ jinbiegħ biss ipakkjat u tikkettat.

“Mel dos Açores” ma jrid ikollu l-ebda materja organika jew inorganika barranija, u ma jrid juri l-ebda sinjal li beda jiffermenta jew ifexfex u l-ebda sinjal li ssaħħan.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Fuq l-ippakkjar irid jidher dan li ġej:

isem il-prodott: “MEL DOS AÇORES – DOP” [“MEL DOS AÇORES – DOP”] jew “MEL DOS AÇORES – DENOMINAÇÃO DE ORIGEM PROTEGIDA” [“MEL DOS AÇORES – DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA”];

tip ta’ għasel: tal-pittisporu jew multiflorali;

il-marka taċ-ċertifikazzjoni tal-korp tal-ispezzjoni.

It-tikketta ma jrid ikollha l-ebda informazzjoni li tista’ tissuġġerixxi li l-għasel huwa xi ħaġa oħra għajr l-għasel tal-pittisporu jew għasel multiflorali.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

L-arċipelagu tal-Azores

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tiegħu, l-arċipelagu tal-Azores għandu klima oċeanika moderata, b’varjazzjonijiet żgħar fit-temperatura u umdità relattivament għolja. Għandu wkoll ħamrija tat-trab ġunġlieni, tat-trab ġunġlieni ramli u tat-trab ġunġlieni tafli, rikka fil-materja organika u l-potassju.

Dawn il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima jiffavorixxu t-tkabbir spontanju tal- Pittosporum undulatum madwar l-arċipelagu, b’mod speċjali f’żoni b’altitudni baxxa sa medja, fuq l-għoljiet u f’art mhux kultivata, u f’żoni densi tal-foresti, fil-widien u fejn ikun hemm ilqugħ kontra r-riħ. Jiffavorixxu wkoll il-preżenza ta’ flora mellifera rikka u varjata f’kull gżira, b’mod speċjali f’żoni b’altitudni baxxa sa medja. Dawn l-ispeċi, li huma attraenti ħafna għad-dakkara, jinkludu b’mod speċjali l-ewkaliptu, il-pohutukawa, il-qastan, ix-xnien u l-għollieq.

Din il-flora tagħti lill-“Mel dos Açores” il-karatteristiċi speċifiċi deskritti fil-punt 3.2.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://tradicional.dgadr.gov.pt/images/prod_imagens/mel/docs/CE_MEL_ACORES_jul_2019.pdf


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.


12.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 384/19


Il-pubblikazzjoni tad-dokument uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2019/C 384/10)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi ta’ data DOOR tal-Kummissjoni

DOKUMENT UNIKU

LONDON CURE SMOKED SALMO N”

Nru tal-UE: PGI-GB-01350-AM01 — 24.4.2019

DOP () IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“London Cure Smoked Salmon”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Ir-Renju Unit

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1:7. Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

“London Cure Smoked Salmon” huwa l-isem mogħti lis-salamun ippreżervat u affumikat bl-użu biss ta’ taħlita ta’ melħ tal-blat u duħħan tal-ballut. Kemm is-salamun imrobbi, kif ukoll dak salvaġġ ta’ kwalità superjuri jista’ jkun “London Cured”. F’termini tas-salamun imrobbi, il-“London Cure” tradizzjonalment juża biss salamun ta’ kwalità superjuri mill-Iskozja. Is-salamun ta’ kwalità superjuri huwa prodott tal-ewwel klassi mingħajr ħsarat jew difetti sostanzjali. Il-prodott irid ikollu ġilda bla ħsara, li tkun tleqq u mingħajr telf sinifikanti ta’ qxur. Ma għandux ikun hemm ġrieħi miftuħa jew tbenġil/ħsara fuq iż-żaqq jew fil-muskolatura. Ma għandu jkun hemm l-ebda tikek tal-melanin fil-muskolatura. Il-membrana taż-żaqq trid tkun soda u intatta. Il-ħuta trid tkun ta’ forma naturali u lixxa. Is-salamun għandu kulur konsistentement oranġjo fir-roża u huwa lixx u jleqq. Meta jiġi affumikat, l-aroma tibbilanċja l-irwejjaħ tad-duħħan u tas-salamun f’partijiet indaqs – l-ebda waħda ma tkun aktar qawwija mill-oħra. Fir-rigward tas-salamun selvaġġ, għal darba oħra tradizzjonalment miġjub mill-Iskozja, il-ħut għandu jkun iebes meta ħaj (jiġifieri jrid ikun sod ħafna, li jindika li jkun għadu kif inqabad), ikollu l-garġi ħomor, l-għajnejn ileqqu u l-qxur ileqqu. Is-salamun selvaġġ ivarja fil-lewn, minn roża lewn il-ħarir għal roża ċar u għandu konsistenza kremuża li hija aktar densa u itqal mis-salamun imrobbi. Meta jiġi affumikat, huwa jkollu aroma ta’ duħħan u ħut f’partijiet indaqs.

L-isem “London Cure” jista’ japplika għall-ġnubijiet sħaħ, mirquma u mhux mirquma mill-ġnub, u għall-flieli maqtugħin għat-tul tal-ħuta (‘banquet sliced’) jew maqtugħin minn ġol-ħuta (‘D-cut’). Ma hemmx daqsijiet minimi jew massimi tal-ħuta. It-togħma tal-“London Cure Smoked Salmon” hija ħafifa u delikata. L-għan tal-“London Cure” huwa li jtejjeb, b’mod sottili, it-togħma tas-salamun tal-aqwa kwalità bl-użu biss tal-melħ tal-blat u ta’ affumikar ħafif, b’mod li jiġi żgurat li t-togħma predominanti tkun tas-salamun.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Materja prima - Salamun frisk sħiħ.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jittieħdu fiż-żona ġeografika identifikata

L-Iffilettjar bl-Idejn tal-flett tas-salamun nej qabel jiġi affumikat

Is-salamun sħiħ jinqasam f’żewġ fletti qabel isir il-proċess tal-preżervazzjoni. Is-salamun jinqasam bl-idejn sabiex il-kwalità tal-fletti tas-salamun tkun aħjar u l-fletti jibqgħu sħaħ. Jinqatgħu toqob bl-idejn fil-ġilda, tradizzjonalment f’forma ta’ munita ċkejkna (bejn pulzier u 3 pulzieri), hekk kif huwa maħsub li dawn jgħinu sabiex il-melħ u d-duħħan jippenetraw fil-passi li jmiss tal-proċess. Meta s-salamun “London Cure” jiġi affumikat, huwa essenzjali li l-qafas tal-kustilji u x-xewk jitħallew ġewwa. Bħal-laħam meta jissajjar, il-prodott jiġi affumikat aħjar meta jitħalla l-għadam.

Il-Proċess tal-Preżervazzjoni bit-Tnixxif

Qabel jiġi affumikat, is-salamun għandu jiġi mmellaħ – dan jibda l-proċess tal-preżervazzjoni. Il-fletti tas-salamun frisk jitqiegħdu fuq xtillieri għat-tmelliħ u jiġu miksija bil-melħ tal-blat sa massimu ta’ 24 siegħa, skont id-daqs tagħhom. Matul dan iż-żmien, huma jitilfu xi ftit mill-piż tagħhom. Dan il-proċess jipproduċi prodott b’livell ta’ melħ ta’ 3-4 % biss, li jħallik ittiegħem is-salamun.

Il-Proċess tal-Affumikar u tat-Tnixxif

Ladarba l-fletti jkunu ġew ippreżervati, dawn għandhom jitlaħalħu u jitpoġġew fil-kalkara, fejn ikunu jistgħu jiddendlu jew jitqiegħdu fuq xtillieri. Il-ħuta tiġi affumikata u mnixxfa bl-arja għal massimu ta’ tlettax-il siegħa fid-duħħan tal-ballut. Il-fletti ppreżervati jitilfu aktar piż matul dan il-proċess. Tifforma qoxra iebsa mill-fluss tal-arja sħuna. Din hija magħrufa bħala l-pellikola. Qabel isir it-tqattigħ, jitneħħew ix-xewk epiplewrali u l-pellikola bl-idejn.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat

Imbagħad, is-salamun jitqatta’ skont l-ispeċifikazzjoni tal-klijent. Il-“London Cure Smoked Salmon” kollu jitqatta’ fi flieli bl-idejn għall-produzzjoni ta’ prodott ta’ kwalità konsistentement għolja. Billi l-ħuta titqatta’ bl-idejn, il-flieli ma jkunux indaqs: it-tqattigħ bl-idejn jirriżulta f’erja tal-wiċċ akbar fuq il-prodott sabiex it-togħma toħroġ aktar meta mqabbel ma’ prodott li jitqatta’ b’magna u li għalhekk ikun lixx wisq.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

Il-London Boroughs of Tower Hamlets, Hackney & Newham.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

L-affumikar tas-salamun f’Londra beda lejn l-aħħar tas-snin 1800s meta l-immigranti Lhud mill-Ewropa tal-Lvant li ssetiljaw fl-East End ta’ Londra użawh bħala mod kif jippreżervaw il-ħut fi żmien meta r-refriġerazzjoni kienet għadha bażika. L-affumikar tal-ħut kien komuni fl-Ewropa tal-Lvant fejn kien isir biex in-nies iħejju għal xtiewi twal. Il-ħut kien jiġi affumikat u mmellaħ sabiex jibqa’ tajjeb għall-ikel għal perjodi estiżi ta’ żmien. L-immigranti li waslu fir-Renju Unit komplew din it-tradizzjoni. L-affumikar tas-salamun fil-kesħa huwa proċess li jirrikjedi ħila: is-salamun jiġi ppreżervat fil-melħ u mbagħad jiġi espost għal duħħan kiesaħ, ’il bogħod minn sors dirett tas-sħana. Oriġinarjament maħsub sabiex il-popolazzjoni tal-immigranti tiġi pprovduta bi prodott li kienet familjari miegħu, is-salamun Skoċċiż affumikat malajr sar popolari mal-komunità indiġena u eventwalment sar speċjalità tradizzjonali Brittanika. Il-popolazzjoni Lhudija tar-Renju Unit żdiedet minn 46 000 fl-1880 għal madwar 250 000 sal-1919. Huma kienu jgħixu primarjament fl-ibliet industrijali l-kbar, speċjalment Londra, Manchester u Leeds. F’Londra, il-Lhud kienu jgħixu prinċipalment fiż-żoni ta’ Spitalfields u Whitechapel, qrib il-baċiri. Meta l-Lhud waslu mill-Ewropa tal-Lvant, huma ġabu magħhom l-ikel tagħhom u l-ħtieġa li jiġu pprovduti bi prodotti tal-ikel tradizzjonali wasslet għall-introduzzjoni tal-ewwel affumikaturi fl-East End.

Oriġinarjament, il-kumpaniji tal-affumikar fil-Lvant ta’ Londra kienu jimportaw is-salamun mill-Baltiku, mingħajr ma rrealizzaw li s-salamun selvaġġ kien disponibbli mill-Iskozja kull sajf. Wara li skoprew il-ħuta Skoċċiża fis-suq ta’ Billingsgate, huma rrealizzaw li jkun aktar faċli li jużaw il-ħuta indiġena u t-togħma tal-prodott finali kienet meqjusa bħala superjuri. Il-kwalità tas-salamun Skoċċiż flimkien mal-affumikar ħafif tal-“London Cure” kienet fundamentali għaż-żieda fil-popolarità tas-Salamun Affumikat mal-komunità ġenerali. L-affumikar ħafif applikat għal-“London Cure” ippermetta lill-kokijiet jużawh fil-menus tagħhom u sar popolari ħafna madwar id-dinja tal-punent. Storikament, is-Salamun Selvaġġ Skoċċiż kien jintbagħat lis-suq ta’ Billingsgate mill-inqas mis-Seklu 19 ’il quddiem. Is-salamun Skoċċiż għandu reputazzjoni eċċellenti mad-dinja kollha u l-“London Cure” jiddependi fuq materja prima eċċezzjonali sabiex jiġi prodott salamun affumikat ta’ kwalità superjuri. Is-salamuna hija ħuta storikament apprezzata għat-togħma eċċezzjonali tagħha, u l-Lhud applikaw ir-riċetti tal-preżervazzjoni li kienu użaw ma’ ħut ieħor, bħall-aringa, għal din il-ħuta aktar lussuża. Il-konsistenza lixxa u donnha tal-ħarir, il-laħam delikat u t-togħma sottili u mielħa għamlu lis-salamun ippreżervat speċjalità li għadha apprezzata sal-lum.

Fiż-żmien ta’ qabel il-gwerra, l-affumikar tas-salamun kien jiġi pprattikat minn disa’ kumpaniji madwar l-East End ta’ Londra. Il-“London Cure”, li huwa differenti mill-istili l-oħrajn ta’ preżervazzjoni (f’dak iż-żmien, l-Iskozja kienet qed taffumika ħut bħall-kippers b’ammont kbir ta’ duħħan), jiġi ppreżervat b’mod delikat u sottili sabiex il-konsumatur ikun jista’ jtiegħem il-kwalità u l-freskezza tal-ħut bl-użu ta’ affumikar delikat u kkontrollat.

Speċifiċità tal-prodott

L-ispeċifiċità tal-“London Cure Smoked Salmon” hija attribwibbli għall-proċess ta’ affumikar ħafif. Il-metodu ta’ produzzjoni għal-“London Cure” jaffumika s-salamun sabiex jippreżervah mingħajr ma jħalli togħma qawwija ta’ affumikar. Mill-oriġini tiegħu, il-“London Cure Smoked Salmon” ippermetta li jiġi ppreżervat il-ħut, filwaqt li jinżammu l-kwalità u l-freskezza tiegħu. Illum, tali kwalità u freskezza jiddistingwu l-“London Cure” minn salamun affumikat ieħor li jiġi prodott bil-massa. Huwa vitali li jintuża s-salamun tal-ifjen kwalità li jasal fl-affumikaturi idealment fi żmien 48 siegħa mill-ħsad (sa massimu ta’ 5 ijiem). Il-ħut jitnaddaf, jinqasam fi tnejn u jitqatta’ għal kollox bl-idejn.

Imbagħad, il-fletti tas-salamun jiġu mmellħa bl-idejn u x-xewk jitħalla ġewwa sabiex itejjeb it-togħma. Is-snin ta’ esperjenza jiżguraw li jiġi miżjud ammont ta’ duħħan ikkontrollat bir-reqqa – taħlita perfetta ta’ tnixxif bl-arja u tneħħija tal-umdità bi kwantitajiet preċiżi ta’ duħħan prodott mill-frizzjoni tal-injam tal-ballut li jkun qed jaqbad. Billi jiġi pproċessat bl-idejn, tista’ tingħata attenzjoni sabiex dejjem titneħħa l-pellikola elastika tas-salamun “London Cure” (ħlief meta jinbiegħ mhux mirqum) u, meta jitqatta’ flieli, jintuża s-selofejn imtaqqab sabiex is-salamun ikun jista’ jieħu l-arja u sabiex ikun aktar faċli li jitneħħa mill-imballaġġ mingħajr ma jitqattgħu l-flieli delikati. Fil-passi kollha tal-proċess, il-“London Cure Smoked Salmon” jiġi evalwat għal bosta drabi minn impjegati tas-sengħa sabiex jiżguraw li s-salamun affumikat tal-ifjen kwalità biss jingħata lill-klijenti. L-attenzjoni għad-dettall fil-proċess artiġjanali jfisser li l-prodott finali huwa wieħed frisk u mingħajr togħma qawwija ta’ affumikar.

Il-ħila tal-affumikar u t-tqattigħ tas-salamun ilha stabbilita fl-East End u dawn il-ħiliet artiġjanali ġew mgħoddija minn ġenerazzjoni għall-oħra għal erba’ darbiet. L-għarfien akkumulat matul is-snin fil-qasam tal-affumikar tas-salamun fil-Lvant ta’ Londra jippermetti lill-produttur tal-“London Cure” jipproduċi prodott ta’ kwalità għolja b’mod konsistenti li wieħed jista’ jara b’għajnejh u jħoss b’idejh.

Is-salamun kollu jinqasam, titneħħielu r-ras, jiġi ffilettjat u mtaqqab (toqob f’forma ta’ munita ċkejkna maqtugħa fil-ġilda tas-salamun) bl-idejn, li jirrikjedi ħiliet eċċezzjonali fl-użu tas-skieken. Ladarba jinqasmu u jiġu ffilettjati, il-fletti tas-salamun iridu jiġu spezzjonati sabiex jiġi żgurat li l-fletti kollha jkunu tal-istandard meħtieġ. L-ispettur irid jiċċekkja l-fletti kollha għat-tikek tad-demm jew għal indikaturi karċinoġeniċi. Dawn jiġu rrifjutati mill-bidu nett. Imbagħad, kull flett jiġi ppreżervat bl-idejn – il-persuna li tapplika l-melħ trid tiżgura li ma’ kull ħuta jiżdied l-ammont tajjeb ta’ melħ, u li t-tul ta’ żmien li għalih jiġi ppreżervat is-salamun huwa xieraq għad-daqs ta’ kull flett. Il-laħam tal-ħut jibbies hu u jinxef. Billi ftit li xejn ikun hemm bidla fid-dehra fiżika tas-salamun, hija biss l-esperjenza tal-kap tat-tim li tiżgura li jiżdied l-ammont tajjeb ta’ melħ għall-ammont korrett ta’ żmien. Kemm jekk jintuża melħ żejjed, kif ukoll jekk il-melħ jitħalla għal wisq żmien iwassal għal żieda fil-livelli tal-melħ fil-prodott finali. Il-ħut jinġabar flimkien skont id-daqs u l-piż meta jsir it-tmelliħ, sabiex jiġi żgurat li l-ħut kollu jispiċċa bil-livelli ta’ melħ korretti. Is-salamun li huwa mielaħ iżżejjed, jew li mhuwiex mielaħ biżżejjed, jiġi rrifjutat. Ladarba jiġi affumikat għat-tul ta’ żmien meħtieġ, in-naħa tas-salamun li tkun affumikata tinqata’ bl-idejn, u min ikun qed jaqta’ jrid jiżgura li l-pellikola titneħħa għal kollox, billi din hija iebsa, elastika u mhux tajba wisq biex tittiekel. It-32 xewka epiplewrali mbagħad jitneħħew b’ċerta ħila bl-idejn bl-użu ta’ pinzetti tax-xewk tal-ħut. Sabiex dan jirnexxi, ix-xewka epiplewrali trid tinġibed bir-reqqa tul l-assi tagħha stess (u mhux b’mod vertikali) sabiex jiġi evitat li ssir ħsara lil-laħam delikat tas-salamun. Imbagħad, is-salamun jitqatta’ bl-idejn sabiex jiġi prodott wiċċ irregolari li joħroġ aktar togħma. Bil-ħiliet tagħhom tal-għajn u tal-użu tas-skieken, dawk li jqattgħu s-salamun jistgħu jqattgħuh fi flieli skont il-ħxuna u l-piżijiet speċifiċi, sabiex b’hekk jipprovdu prodott uniformi lill-konsumatur. It-tqattigħ isir jew b’mod vertikali mir-ras sad-denb (‘banquet sliced’) jew mat-tul ta’ ġisem il-ħuta (‘D-cut’). Il-kontroll tal-kwalità fil-forma ta’ spezzjoni viżiva jfisser li kull biċċa salamun affumikata tiġi eżaminata qabel tħalli l-fabbrika sabiex jiġi żgurat li kull biċċa tkun mingħajr difett (mingħajr fdal ta’ ġilda, pellikola jew xewk).

Il-karatteristiċi tal-“London Cure Smoked Salmon” huma marbuta maż-żona ġeografika abbażi tat-tradizzjoni, ir-reputazzjoni, il-proċess tal-affumikar (fil-biċċa l-kbira l-istess mill-1905 ’il hawn) u l-ħiliet ta’ dawk involuti f’dak il-proċess. Dawn il-ħiliet intirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Sa tmiem nofs is-sebgħinijiet kien għad hemm madwar tużżana affumikaturi tas-salamun fl-East End ta’ Londra. Bħala l-aħħar affumikatur li fadal tal-“London Cure”, aħna nsegwu l-approċċ tradizzjonali sabiex noħolqu l-“London Cure Smoked Salmon”, billi żammejna l-ħiliet tradizzjonali kollha assoċjati mal-affumikar tas-salamun u nemmnu li għandhom jinżammu l-ħiliet artiġjanali qabel ma dawn jintilfu darba għal dejjem.

Din l-applikazzjoni tfittex li tippreżerva l-metodi tradizzjonali tal-affumikar tas-salamun, ir-reputazzjoni tal-“London Cure”, il-ħiliet ta’ dawk li jipproduċu s-salamun u r-riċetta tal-“London Cure” nnifisha, li baqgħet l-istess mill-1905 sal-lum.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://assets.publishing.service.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/796386/protected-food-name-london-cure-smoked-salmon-product-specification-amendment-april2019.pdf


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.