ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 383

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
11 ta' Novembru 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 383/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2019/C 383/02

Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-1 ta’ Ottubru 2019 li tistabbilixxi mekkaniżmu intern ta’ superviżjoni fil-qasam tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Qorti tal-Ġustizzja li taġixxi fil-kapaċità ġudizzjarja tagħha

2

 

Il-Qorti Ġenerali

2019/C 383/03

Deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2019 li tistabbilixxi mekkaniżmu intern ta’ superviżjoni fil-qasam tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Qorti Ġenerali li taġixxi fil-kapaċità ġudizzjarja tagħha

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2019/C 383/04

Kawża C-82/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 – TestBioTech eV, European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV, Sambucus eV vs Il-Kummissjoni Ewropea, Monsanto Europe, Monsanto Company, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) (Appell – Ambjent – Prodotti ġenetikament immodifikati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom is-sojja ġenetikament immodifikata MON 87701 x MON 89788 – Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Artikolu 10(1) – Talba għar-reviżjoni interna tad-deċiżjoni mressqa skont-id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali fil-qasam tal-ambjent – Ċaħda tat-talba)

6

2019/C 383/05

Kawża C-299/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin – il-Ġermanja) – VG Media Gesellschaft zur Verwertung der Urheber- und Leistungsschutzrechte von Medienunternehmen mbH vs Google LLC, aventi kawża ta’ Google Inc. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika industrijali – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Direttiva 98/34/KE – Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi kif ukoll tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Artikolu 1(11) – Kunċett ta’ regolament tekniku)

7

2019/C 383/06

Kawża C-347/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Rotterdam – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – A, B, C, D, E, F, G vs Staatssecretaris van Economische Zaken (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tas-saħħa – Pakkett ta’ iġjene – Regolament (KE) Nru 853/2004 – Regolament (KE) Nru 854/2004 – Iġjene tal-prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali – Laħam tat-tjur – Spezzjoni postmortem tal-karkassi – Kontaminazzjoni viżibbli ta’ karkassa – Approċċ ta’ tolleranza żero)

7

2019/C 383/07

Kawżi magħquda C-447/17 P u C-479/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 – L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea vs Guardian Europe Sàrl, L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (C-447/17 P) u Guardian Europe Sàrl vs L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (C-479/17 P) (Appell – Rikors għad-danni – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE – Tul eċċessiv tal-proċedura fil-kuntest ta’ kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea – Kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti – Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ impriża unika – Danni materjali – Spejjeż ta’ garanzija bankarja – Rabta kawżali – Lucrum cessans – Dannu immaterjali – Responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea għal danni kkawżati minn ksur tad-dritt tal-Unjoni li jirriżulta minn deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali – Nuqqas ta’ stabbiliment tar-responsabbiltà)

8

2019/C 383/08

Kawżi Magħuda C-612/17 u C-613/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Corte dei Conti – l-Italja) – Federazione Italiana Golf (FIG) vs Istituto Nazionale di Statistica - ISTAT, Ministero dell’Economia e delle Finanze (C-612/17), Federazione Italiana Sport Equestri (FISE) vs Istituto Nazionale di Statistica (ISTAT) (C-613/17) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 549/2013 – Sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea – Punt 20.15 tal-Anness A – Kontroll imwettaq minn kumitat Olimpiku nazzjonali fuq federazzjonijiet sportivi nazzjonali kkostitwiti fil-forma ta’ istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru (NPI) – It-tieni sentenza tal-punt 20.15 tal-Anness A – Kunċett ta’ intervent pubbliku f’forma ta’ regolamenti ġenerali applikabbli għall-unitajiet kollha li jaħdmu fl-istess attività – Portata – L-ewwel sentenza tal-punt 20.15 tal-Anness A – Kunċett ta’ kapaċità għad-determinazzjoni tal-politika ġenerali jew tal-programm ta’ NPI – Portata – Punt 2.39(d), punt 20.15(d) u l-aħħar sentenza tal-punt 20.309(i) tal-Anness A – Teħid inkunsiderazzjoni tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-membri tan-NPI)

9

2019/C 383/09

Kawża C-676/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Ploiești - ir-Rumanija) – Oana Mădălina Călin vs Direcția Regională a Finanțelor Publice Ploiești – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Dâmbovița, Statul Român – Ministerul Finanțelor Publice, Administrația Fondului pentru Mediu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prinċipji tad-dritt tal-Unjoni – Awtonomija proċedurali – Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Awtorità ta’ res judicata – Ħlas lura tat-taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni – Deċiżjoni ġudizzjarja finali li timponi l-ħlas ta’ taxxa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni – Talba għal reviżjoni ta’ tali deċiżjoni ġuridika – Terminu għat-tressiq ta’ din it-talba)

11

2019/C 383/10

Kawża C-683/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – Cofemel – Sociedade de Vestuário SA vs G-Star Raw CV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali u industrijali – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 2001/29/KE – Artikolu 2(a) – Kunċett ta’ xogħol – Protezzjoni tax-xogħlijiet mid-drittijiet tal-awtur – Kundizzjonijiet – Koordinazzjoni bil-protezzjoni tad-disinni – Direttiva 98/71/KE – Regolament (KE) Nru 6/2002 – Disinni ta’ ħwejjeġ)

12

2019/C 383/11

Kawża C-686/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main eV vs Prime Champ Deutschland Pilzkulturen GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli – Frott u ħaxix – Regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni – Kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini – Regolament (KE) Nru 1234/2007 – Artikolu 113a(1) – Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Artikolu 76(1) – Definizzjonijiet relatati mal-oriġini mhux preferenzjali tal-merkanzija – Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Artikolu 23(1) u (2)(b) – Regolament (UE) Nru 952/2013 – Artikolu 60(1) – Regolament Delegat (UE) 2015/2446 – Artikolu 31(b) – Stadji tal-produzzjoni mwettqa fi Stat Membru ieħor – Ittikkettjar tal-prodotti tal-ikel – Projbizzjoni ta’ ttikkettjar ta’ natura li tqarraq lill-konsumatur – Direttiva 2000/13/KE – Artikolu 2(1)(a)(i) – Regolament (UE) Nru 1169/2011 – Artikolu 7(1)(a) – Artikolu 1(4) – Artikolu 2(3) – Noti ta’ spjega)

12

2019/C 383/12

Kawża C-688/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Bayer Pharma AG vs Richter Gedeon Vegyészeti Gyár Nyrt., Exeltis Magyarország Gyógyszerkereskedelmi Kft. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Privattivi – Direttiva 2004/48/KE – Artikolu 9(7) – Tqegħid fis-suq ta’ prodotti bi ksur tad-drittijiet mogħtija minn privattiva – Miżuri provviżorji – Annullament sussegwenti tal-privattiva – Konsegwenzi – Dritt għal kumpens xieraq għad-dannu kkawżat mill-miżuri provviżorji)

14

2019/C 383/13

Kawża C-709/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd, European Bicycle Manufacturers Association (Appell – Dumping – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/776 – Importazzjoni ta’ roti kkunsinnati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini – Estensjoni għal dawn l-importazzjonijiet tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina – Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Artikolu 13 – Evażjoni – Operazzjonijiet ta’ assemblaġġ – Provenjenza u oriġini tal-komponenti tar-roti – Komponenti kkunsinnati miċ-Ċina lis-Sri Lanka, maħduma fis-Sri Lanka, sussegwentement ikkunsinnati lill-Pakistan għall-assemblaġġ)

14

2019/C 383/14

Kawża C-28/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Verein für Konsumenteninformation vs Deutsche Bahn AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro – Regolament (UE) Nru 260/2012 – Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA) – Pagamenti permezz ta’ debitu dirett – Artikolu 9(2) – Aċċessibbiltà tal-pagamenti – Rekwiżit ta’ residenza)

15

2019/C 383/15

Kawża C-46/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Caseificio Sociale San Rocco Soc. coop. arl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib – Kwoti – Taxxa addizzjonali – Regolament (KEE) Nru 3950/92 – Artikolu 2 – Ġbir tat-taxxa mix-xerrej – Kunsinni li jaqbżu l-kwantità ta’ referenza disponibbli għall-produttur – Ammont tal-prezz tal-ħalib – Applikazzjoni obligatorja ta’ tnaqqis – Ħlas lura tal-ammont tat-taxxa miġbura żejda – Regolament (KE) Nru 1392/2001 – Artikolu 9 – Xerrej – Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li tinġabar it-taxxa addizzjonali – Produtturi – Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ ħlas fix-xahar – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)

16

2019/C 383/16

Kawżi Magħquda C-64/18, C-140/18, C-146/18 u C-148/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari ta’ Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – Zoran Maksimovic (C-64/18), Humbert Jörg Köfler (C-140/18, C-146/18 u C-148/18), Wolfgang Leitner (C-140/18 u C-148/18), Joachim Schönbeck (C-140/18 u C-148/18), Wolfgang Semper (C-140/18 u C-148/18) vs Bezirkshauptmannschaft Murtal (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 56 TFUE – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Kollokament ta’ ħaddiema – Żamma u traduzzjoni tad-dokumentazzjoni dwar is-salarji – Permess ta’ xogħol – Sanzjonijiet – Proporzjonalità – Multi ta’ ammont minimu ddefinit minn qabel – Kumulu – Assenza ta’ limitu – Spejjeż legali – Priġunerija bħala sostituzzjoni)

17

2019/C 383/17

Kawża C-71/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret - id-Danimarka) – Skatteministeriet vs KPC Herning (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Bejgħ ta’ art li fuqha jinsab bini fil-mument tal-kunsinna – Klassifikazzjoni – Artikoli 12 u 135 – Kunċett ta’ art għall-iżvilupp – Kunċett ta’ bini – Evalwazzjoni tar-realtà ekonomika u kummerċjali – Evalwazzjoni tal-elementi oġġettivi – Intenzjoni tal-partijiet)

18

2019/C 383/18

Kawża C-94/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) - l-Irlanda) – Nalini Chenchooliah vs Minister for Justice and Equality (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ċittadinanza tal-Unjoni – Artikolu 21 TFUE – Dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ Stat Membru – Direttiva 2004/38/KE – Artikolu 3(1) u Artikoli 15, 27, 28, 30 u 31 – Kunċett ta’ benefiċjarju – Ċittadin ta’ Stat terz konjuġi ta’ ċittadin tal-Unjoni li eżerċita l-libertà ta’ moviment tiegħu – Ritorn ta’ ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru li tiegħu għandu n-nazzjonalità fejn qiegħed jiskonta piena ta’ priġunerija – Rekwiżiti imposti fuq l-Istat Membru ospitanti bis-saħħa tad-Direttiva 2004/38/KE meta tittieħed deċiżjoni ta’ tneħħija tal-imsemmi ċittadin ta’ Stat terz)

18

2019/C 383/19

Kawża C-104/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 – Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AȘ vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Joaquín Nadal Esteban (Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Artikolu 52(1)(b) – Mala fide matul il-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark)

19

2019/C 383/20

Kawża C-123/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ Settembru 2019 – HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran – Kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mill-appellanti minħabba l-inklużjoni ta’ isimha fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Rikors għad-danni – Kundizzjonijiet meħtieġa għall-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea – Kunċett ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali tal-Unjoni – Evalwazzjoni – Kunċett ta’ kumpannija miżmuma jew ikkontrollata – Obbligu ta’ motivazzjoni)

20

2019/C 383/21

KawżaC-143/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Bonn – il-Ġermanja) – Antonio Romano, Lidia Romano vs DSL Bank – eine Niederlassung der DB Privat- und Firmenkundenbank AG, li kienet DSL Bank – unità operattiva ta’ Deutsche Postbank AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2002/65/KE – Kuntratt ta’ self lill-konsumaturi konkluż mill-bogħod – Dritt ta’ rtirar – Eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar wara li l-kuntratt ikun ġie eżegwit fl-intier tiegħu fuq talba espressa tal-konsumatur – Komunikazzjoni tal-informazzjoni fuq id-dritt ta’ rtirar lill-konsumatur)

21

2019/C 383/22

Kawża C-145/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État - Franza) – Regards Photographiques SARL vs Ministre de l’Action et des Comptes publics (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 103(2)(a) – Il-punt 2 tal-Artikolu 311(1) – Il-punt 7 tal-Parti A tal-Anness IX – Rata mnaqqsa ta’ VAT – Xogħlijiet tal-arti – Kunċett – Ritratti meħuda mill-artist, stampati minnu jew taħt is-sorveljanza tiegħu, iffirmati u nnumerati bil-limitazzjoni ta’ tletin kopja – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa ta’ VAT biss għar-ritratti li jkunu ta’ natura artistika)

22

2019/C 383/23

KawżaC-172/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – ir-Renju Unit) – AMS Neve Ltd, Barnett Waddingham Trustees, Mark Crabtree vs Heritage Audio SL, Pedro Rodríguez Arribas (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 97(5) – Ġurisdizzjoni – Azzjoni ta’ ksur – Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ‘l-att ta’ ksur ikun twettaq’ – Reklamar u offerti għal bejgħ ippubblikati fuq sit internet u fuq pjattaformi tal-midja soċjali)

23

2019/C 383/24

Kawżi Magħquda C-199/18, C-200/18 u C-343/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato - l-Italja) – Pollo del Campo S.c.a., Avi Coop Società Cooperativa Agricola (C-199/18), C.A.F.A.R. – Società Agricola Cooperativa, Società Agricola Guidi di Roncofreddo di Guidi Giancarlo e Nicolini Fausta (C-200/18) vs Regione Emilia-Romagna, Azienda Unità Sanitaria Locale 104 di Modena, A.U.S.L. Romagna (C-199/18 u C-200/18) u SAIGI Società Cooperativa Agricola a r.l., MA.GE.MA. Società Agricola Cooperativa vs Regione Emilia-Romagna, A.U.S.L. Romagna (C-343/18) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Regolament (KE) Nruo882/2004 – Artikolu 27 – Spezzjonijiet uffiċjali marbuta mal-għalf tal-annimali u mal-prodotti tal-ikel – Finanzjament – Tariffi jew taxxi dovuti għal spezzjonijiet uffiċjali – Possibbiltà għall-Istati Membri li jeżoneraw ċerti kategoriji ta’ operaturi – Rati minimi ta’ tariffi)

23

2019/C 383/25

Kawża C-290/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 92/43/KEE – Fawna u flora selvaġġa – Konservazzjoni ta’ habitats naturali u ta’ fawna u flora selvaġġa – Artikolu 4(4) – Annessi I u II – Siti ta’ importanza Komunitarja – Nuqqas ta’ indikazzjoni – Żoni speċjali ta’ konservazzjoni – Miżuri neċessarji – Nuqqas ta’ adozzjoni)

24

2019/C 383/26

Kawża C-331/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove - Is-Slovakkja) – TE vs Pohotovosť s.r.o. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2008/48/KE – Protezzjoni tal-konsumaturi – Kreditu lill-konsumaturi – Artikolu 10(2)(h) u (i) u paragrafu (3) – Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-kuntratt – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu li jiġi speċifikat għal kull ħlas it-tqassim bejn ir-rimbors tal-kapital, l-interessi u l-ispejjeż)

25

2019/C 383/27

Kawża C-333/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Lombardi Srl vs Comune di Auletta, Delta Lavori SpA, Msm Ingegneria Srl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet – Direttiva 89/665/KEE – Rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku ppreżentat minn offerent li l-offerta tiegħu ma ntgħażlitx – Rikors inċidentali tal-offerent rebbieħ – Ammissibbiltà tar-rikors prinċipali f’każ ta’ fondatezza tar-rikors inċidentali)

26

2019/C 383/28

Kawża C-347/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano – l-Italja) – Avv. Alessandro Salvoni vs Anna Maria Fiermonte (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Artikolu 53 – Ċertifikat dwar deċiżjoni f’materja ċivili u kummerċjali li jinsab fl-Anness 1 – Setgħat tal-qorti tal-oriġini – Verifika ex officio tal-eżistenza ta’ ksur tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi)

26

2019/C 383/29

Kawża C-377/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iSpetsializiran nakazatelen sad - il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra AH, PB, CX, KM, PH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali – Direttiva (UE) 2016/343 – Artikolu 4(1) – Preżunzjoni tal-innoċenza – Referenzi pubbliċi għall-ħtija – Ftehim milħuq bejn il-prosekutur u l-awtur tar-reat – Ġurisprudenza nazzjonali li tipprevedi l-identifikazzjoni tal-persuni akkużati fi proċedimenti kriminali li ma kkonkludewx tali ftehim – Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Artikolu 48)

27

2019/C 383/30

Kawża C-383/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy Lublin-Wschód w Lublinie z siedzibą w Świdniku - il-Polonja) – Lexitor Sp. z o.o vs Spółdzielcza Kasa Oszczędnościowo - Kredytowa im. Franciszka Stefczyka, Santander Consumer Bank S.A., mBank S.A. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur – Direttiva 2008/48/KE – Artikolu 16(1) – Ħlas lura kmieni – Dritt tal-konsumatur għal tnaqqis fl-ispiża totali tal-kreditu korrispondenti għall-interessi u għall-ispejjeż dovuti fir-rigward tat-terminu rimanenti tal-kuntratt)

28

2019/C 383/31

Kawża C-397/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona - Spanja) – DW vs Nobel Plastiques Ibérica SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2000/78/KE – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Artikolu 2(2)(b)(ii) u l-Artikolu 5 – Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq diżabbiltà – Ħaddiem partikolarment sensittiv għar-riskji professjonali, fis-sens tad-dritt nazzjonali – Eżistenza ta’ diżabbiltà – Tkeċċija għal raġunijiet oġġettivi bbażati fuq il-kriterji tal-produttività, tal-ħiliet varji miksuba fil-pożizzjonijiet tax-xogħol tal-impriża kif ukoll tal-assenteiżmu – Żvantaġġ partikolari għall-persuni b’diżabbiltà – Diskriminazzjoni indiretta – Arranġamenti raġonevoli – Persuna li ma hijiex kompetenti, kapaċi u disponibbli sabiex taqdi l-funzjonijiet essenzjali tal-pożizzjoni kkonċernata)

29

2019/C 383/32

Kawża C-417/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus apygardos administracinis teismas - il-Litwanja) – AW, BV, CU, DT vs Lietuvos valstybė irrappreżentat mil-Lietuvos Respublikos ryšių reguliavimo tarnyba, mill-Bendrasis pagalbos centras u mil-Lietuvos Respublikos vidaus reikalų ministerija (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2002/22/KE – Servizz universali u drittijiet tal-utenti fir-rigward tan-netwerks u tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Artikolu 26(5) – Numru uniku Ewropew għal sejħa ta’ emerġenza – Tqegħid għad-dispożizzjoni tal-informazzjoni dwar il-post fejn jinsab min iċempel)

30

2019/C 383/33

Kawża C-443/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Protezzjoni sanitarja tal-pjanti – Direttiva 2000/29/KE – Protezzjoni kontra l-introduzzjoni u t-tixrid ġewwa l-Unjoni Ewropea ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għal prodotti tal-pjanti – Artikolu 16(1) u (3) – Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/789 – Miżuri intiżi li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et) – Artikolu 7(2)(c) – Miżuri ta’ trażżin – Obbligu għat-tneħħija immedjata tal-pjanti infettati f’medda ta’ 20 kilometru fiż-żona infettata – Artikolu 7(7) – Obbligu ta’ monitoraġġ – Investigazzjonijiet annwali – Artikolu 6(2), (7) u (9) – Miżuri ta’ qerda – Nuqqas persistenti u ġenerali – Artikolu 4(3) TUE – Obbligu ta’ kooperazzjoni leali)

31

2019/C 383/34

Kawża C-468/18.: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Constanța – ir-Rumanija) – R vs P (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta’ f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment – Regolament (KE) Nru 4/2009 – Artikolu 3(a) u (d) u Artikolu 5 – Qorti adita bi tliet talbiet konġunti dwar id-divorzju tal-ġenituri ta’ wild minuri, tar-responsabbiltà tal-ġenituri u tal-obbligu ta’ manteniment favur il-wild – Dikjarazzjoni ta’ ġurisdizzjoni fil-qasam tad-divorzju u tan-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri – Ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni tat-talba ta’ obbligu ta’ manteniment – Qorti tal-post fejn il-konvenut għandu r-residenza abitwali tiegħu u li quddiemha jidher)

32

2019/C 383/35

Kawża C-473/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – GP vs Bundesagentur für Arbeit, Familienkasse Baden-Württemberg West (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Regoli tal-Unjoni Ewropea dwar il-konverżjoni tal-valuti – Regolament (KE) Nru 987/2009 – Deċiżjoni H3 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali – Kalkolu tas-suppliment għad-differenza ta’ allowances tal-familja dovuti lil ħaddiem residenti fi Stat Membru u li jaħdem fl-Isvizzera – Determinazzjoni tad-data ta’ riferiment tar-rati tal-kambju)

32

2019/C 383/36

Kawża C-540/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 – HX vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell – Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana – Miżuri diretti kontra negozjanti rġiel u nisa ewlenin li joperaw fis-Sirja – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-listi)

33

2019/C 383/37

Kawża C-541/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesgerichtshof - il-Ġermanja) – AS vs Deutsches Patent- und Markenamt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trade marks – Direttiva 2008/95/KE – Artikolu 3(1)(b) – Karattru distintiv – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Sinjal b’hashtag)

34

2019/C 383/38

Kawża C-559/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – TDK-Lambda Germany GmbH vs Hauptzollamt Lörrach (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KEE) Nru 2658/87 – Unjoni doganali u tariffa doganali komuni – Klassifikazzjoni tariffarja – Nomenklatura Magħquda – Subintestatura 85044030 – Konvertituri statiċi – Kriterji ta’ klassifikazzjoni – Użu essenzjali)

35

2019/C 383/39

Kawża C-239/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – Ir-Renju Unit – Eli Lilly and Company vs Genentech Inc. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali – Regolament (KE) Nru 469/2009 – Artikolu 3(b) – Kundizzjonijiet għall-kisba – Awtorizzazzjoni għat-tqiegħid fis-suq – Awtorizzazzjoni maħruġa lil terz – Inammissibbiltà manifesta)

35

2019/C 383/40

Kawża C-71/19 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2019 minn João Miguel Barata mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-20 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-854/16, Barata vs Il-Parlament

36

2019/C 383/41

Kawża C-185/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Arbitral de pe lângă Asociația de arbitraj de pe lângă Baroul Cluj (ir-Rumanija) fil-25 ta’ Frar 2019 – KE vs LF

36

2019/C 383/42

Kawża C-412/19 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2019 minn Xianhao Pan mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-21 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-777/17 – Pan vs EUIPO - Entertainment One UK (TOBBIA)

37

2019/C 383/43

Kawża C-460/19 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2019 minn Stada Arzneimittel AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-4 ta’ April 2019 fil-Kawża T-804/17 – Stada Arzneimittel AG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

37

2019/C 383/44

Kawża C-541/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Lulju 2019 – XW vs Eurowings GmbH

38

2019/C 383/45

Kawża C-542/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Lulju 2019 – YX vs Eurowings GmbH

38

2019/C 383/46

Kawża C-574/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Lulju 2019 – PL vs Deutsche Lufthansa AG

39

2019/C 383/47

Kawża C-581/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) (il-Portugall) fit-30 ta’ Lulju 2019 – FRENETIKEXITO – UNIPESSOAL, LDA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

39

2019/C 383/48

Kawża C-584/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht für Strafsachen Wien (l-Awstrija) fit-2 ta’ Awwissu 2019 – proċeduri kriminali kontra A***** u awturi ta’ reat oħra mhux magħrufa

40

2019/C 383/49

Kawża C-597/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-ondernemingsrechtbank Antwerpen (il-Belġju) fis-6 ta’ Awwissu 2019 – M.I.C. M. Mircom International Content Management & Consulting Limited vs Telenet BVBA

41

2019/C 383/50

Kawża C-604/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fid-9 ta’ Awwissu 2019 – Gmina Wrocław vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

42

2019/C 383/51

Kawża C-620/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Awwissu 2019 – Land Nordrhein-Westfalen vs D.-H. T. li qiegħed jaġixxi bħala l-likwidatur tal-assi ta’ J & S Service UG

43

2019/C 383/52

Kawża C-625/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Awwissu 2019 – Openbaar Ministerie XD

44

2019/C 383/53

Kawża C-626/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Awwissu 2019 – Openbaar Ministerie YC

44

2019/C 383/54

Kawża C-627/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Awwissu 2019 – Openbaar Ministerie vs ZB

45

2019/C 383/55

Kawża C-630/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) (il-Portugall) fit-23 ta’ Awwissu 2019 – PAGE Internacional, Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira

46

2019/C 383/56

Kawża C-636/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Awwissu 2019 – Y vs CAK

46

2019/C 383/57

Kawża C-666/19 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2019 minn Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-28 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-741/16, Changmao Biochemical Engineering vs Il-Kummissjoni

47

2019/C 383/58

Kawża C-669/19 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2019 minn BP mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-11 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-838/16, BP vs L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

48

2019/C 383/59

Kawża C-697/19 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 minn Sony Corporation, Sony Electronics, Inc mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-762/15, Sony u Sony Electornics vs Il-Kummissjoni

49

2019/C 383/60

Kawża C-698/19 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 minn Sony Optiarc, Inc, Sony Optiarc America, Inc mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-763/15, Sony Optiarc, Sony Optiarc America vs Il-Kummissjoni

51

2019/C 383/61

Kawża C-700/19 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 minn Toshiba Samsung Storage Technology Corp. u Toshiba Samsung Storage Technology Korea Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-8/16, Toshiba Samsung Storage Technology u Toshiba Samsung Storage Technology Korea vs Il-Kummissjoni

52

2019/C 383/62

Kawża C-702/19 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 minn Silver Plastics GmbH & Co. KG u minn Johannes Reifenhäuser Holding GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-11 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-582/15, Silver Plastics GmbH & Co. KG u Johannes Reifenhäuser Holding GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

53

2019/C 383/63

Kawża C-706/19 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 minn CCPL - Consorzio Cooperative di Produzione e Lavoro SC et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-11 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-522/15, CCPL et vs Il-Kummissjoni

55

 

Il-Qorti Ġenerali

2019/C 383/64

Kawża T-883/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (Suq intern tal-gass naturali – Direttiva 2009/73/KE – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova r-reviżjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni mir-regoli tal-Unjoni dwar l-isfruttament tal-pipeline tal-gass OPAL li jikkonċernaw l-aċċess għal terzi u r-regolamentazzjoni tariffarja – Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2009/73 – Prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika)

57

2019/C 383/65

Kawżi Magħquda T-721/17 u T-72217: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2019 – Topor-Gilka u WO Technopromexport vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni)

58

2019/C 383/66

Kawża T-741/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – Trasys International u Axianseu – Digital Solutions vs EASA (Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Servizzi ta’ ġestjoni ta’ applikazzjonijiet u ta’ infrastrutturi informatiċi – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerenti oħra – Obbligu ta’ motivazzjoni – Evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ offerti anormalment baxxi – Karatteristiċi u vantaġġi relattivi tal-offerti magħżula – Talba għal motivazzjoni min-naħa ta’ offerent li ma jinsabx f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni u li l-offerta tiegħu hija konformi mad-dokumenti tal-kuntratt)

59

2019/C 383/67

Kawża T-50/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – BO vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għall-offerti – Sejħa għall-offerti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – Tradutturi esterni – Proċedura tal-għażla – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

59

2019/C 383/68

Kawża T-51/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – BP vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Sejħa għal offerti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – Tradutturi freelance – Proċedura ta’ selezzjoni – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

60

2019/C 383/69

Kawża T-66/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – BQ vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Sejħa għal offerti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – Tradutturi free-lance – Proċedura ta’ għażla – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

61

2019/C 383/70

Kawża T-472/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Awwissu 2019 – BASF vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji – Prodotti mediċinali – Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq – Esteri etiliċi tal-aċidu Omega-3 – Nuqqas ta’ urġenza)

61

2019/C 383/71

Kawża T-565/19: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2019 – Oltchim vs Il-Kummissjoni

62

2019/C 383/72

Kawża T-599/19: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2019 – EM vs Il-Parlament

63

2019/C 383/73

Kawża T-603/19: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2019 – Helsingin Bussiliikenne vs Il-Kummissjoni Ewropea

64

2019/C 383/74

Kawża T-605/19: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2019 – EP vs Il-Kummissjoni

65

2019/C 383/75

Kawża T-627/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 – Shindler et vs Il-Kummissjoni

66

2019/C 383/76

Kawża T-628/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 – Teva vs Il-Kummissjoni u EMA

67

2019/C 383/77

Kawża T-630/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 – AH vs Eurofound

68

2019/C 383/78

Kawża T-631/19: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2019 – BNetzA/ACER

69

2019/C 383/79

Kawża T-633/19: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2019 – Essential Export vs EUIPO – Shenzhen Liouyi International Trading (TOTU)

71

2019/C 383/80

Kawża T-635/19: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2019 – Fondazione Cassa di Risparmio di Pesaro et vs Il-Kummissjoni Ewropea

72

2019/C 383/81

Kawża T-639/19: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2019 – Sánchez Romero Carvajal Jabugo vs EUIPO – Embutidos Monells (5Ms MMMMM)

73

2019/C 383/82

Kawża T-641/19: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2019 – FD vs L-Impriża Konġunta Fusion for Energy

74

2019/C 383/83

Kawża T-642/19: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2019 – JCDecaux Street Furniture Belgium vs Il-Kummissjoni

75

2019/C 383/84

Kawża T-643/19: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2019 – Dermavita vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVEDERM ULTRA)

76

2019/C 383/85

Kawża T-644/19: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2019 – Linde Material Handling vs EUIPO – Verti Aseguradora (VertiLight)

77

2019/C 383/86

Kawża T-646/19: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2019 – eSky Group IP vs EUIPO - Gröpel (e)

78

2019/C 383/87

Kawża T-659/19: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2019 – FF Group Romania vs EUIPO – KiK Textilien und Non-Food (_kix)

78

2019/C 383/88

Kawża T-664/19: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2019 – Allergan Holdings France vs EUIPO - Dermavita (JUVEDERM ULTRA)

79


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 383/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 372, 4.11.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 363, 28.10.2019

ĠU C 357, 21.10.2019

ĠU C 348, 14.10.2019

ĠU C 337, 7.10.2019

ĠU C 328, 30.9.2019

ĠU C 319, 23.9.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti tal-Ġustizzja

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/2


DEĊIŻJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA

tal-1 ta’ Ottubru 2019

li tistabbilixxi mekkaniżmu intern ta’ superviżjoni fil-qasam tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Qorti tal-Ġustizzja li taġixxi fil-kapaċità ġudizzjarja tagħha

(2019/C 383/02)

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li rat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidrat li, skont l-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), “[k]ull persuna għandha d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali li tirrigwardaha”,

Wara li kkunsidrat li, skont l-Artikolu 8(3) tal-Karta, “[l]-osservanza ta’ dawn ir-regoli għandha titqiegħed taħt il-kontroll ta’ awtorità indipendenti”,

Wara li kkunsidrat li, skont l-Artikolu 57(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE, il-kompiti tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ma jkoprux l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Qorti tal-Ġustizzja li taġixxi fil-kapaċità ġudizzjarja tagħha,

Wara li kkunsidrat li, fir-rigward tas-superviżjoni ta’ tali pproċessar, il-leġiżlatur tal-Unjoni, filwaqt li għamel riferiment għall-Artikolu 8(3) tal-Karta, issuġġerixxa, fil-premessa 74 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-implimentazzjoni ta’ superviżjoni indipendenti, pereżempju permezz ta’ mekkaniżmu intern.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Jekk persuna fiżika tressaq talba quddiem ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja fejn tistiednu jadotta deċiżjoni fil-kwalità tiegħu ta’ Kontrollur tad-data personali fil-kuntest tal-funzjonijiet ġudizzjarji tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna kkonċernata f’terminu ta’ xahrejn mill-ġurnata tat-tressiq ta’ din it-talba. Wara l-iskadenza ta’ dan it-terminu, in-nuqqas ta’ risposta jammonta għal deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba.

2.   Deċiżjoni tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kwalità tiegħu ta’ Kontrollur tad-data personali fil-kuntest tal-funzjonijiet ġudizzjarji tal-Qorti tal-Ġustizzja, adottata b’risposta għal talba fis-sens tal-paragrafu 1 jew ex officio, tista’ tkun is-suġġett ta’ lment imressaq quddiem il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 2 (iktar ’il quddiem il-“Kumitat”) skont il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3.

Artikolu 2

1.   Il-Kumitat huwa kompost minn President u minn żewġ membri, magħżula minn fost l-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja.

2.   Il-President u l-membri tal-Kumitat jinħatru mill-Qorti tal-Ġustizzja fuq proposta tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu tal-mandat ta’ dan tal-aħħar.

3.   Fuq proposta tal-President tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha taħtar ukoll membri ta’ sostituzzjoni li jissejħu biex jippresjedu jekk membru jew iktar tal-Kumitat ma jkunux jistgħu jippresjedu. Il-membri ta’ sostituzzjoni jissostitwixxu lill-membri li ma jistgħux jippresjedu, skont l-ordni protokollari.

4.   Fil-każ li l-President tal-Kumitat ma jkunx jista’ jippresjedi, il-Kumitat jiġi ppresjedut minn wieħed mill-membri titolari jew ta’ sostituzzjoni, skont l-ordni protokollari.

5.   Il-Kumitat jiltaqa’ fuq konvokazzjoni tal-President tiegħu. Huwa jistabbilixxi l-aġenda tal-laqgħat kif ukoll il-minuti tagħhom.

6.   Il-Kumitat għandu jiġi assistit fil-funzjonament tiegħu mill-Konsulent legali għall-affarijiet amministrattivi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

1.   L-ilment jitressaq mill-persuna fiżika kkonċernata mid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) jew mir-rappreżentant tagħha, f’terminu ta’ xahrejn min-notifika ta’ din id-deċiżjoni jew, jekk ikun il-każ, mid-data ta’ meta din il-persuna tkun saret taf biha.

2.   L-ilment għandu jiġi ppreżentat f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

1.   Meta l-ilment jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 3, il-Kumitat għandu jwettaq eżami ġdid tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi li jkunu taw lok għall-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

2.   Il-Kumitat jista’ jisma’ kull persuna li jqis li s-smigħ tagħha jkun utli.

3.   Il-Kumitat jista’ jannulla u, f’dan il-każ, anki jbiddel, jew jikkonferma d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). Id-deċiżjoni tal-Kumitat tissostitwixxi, fir-rigward tal-awtur tal-ilment, id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

4.   Il-Kumitat għandu jikkomunika lill-awtur tal-ilment id-deċiżjoni tiegħu, li għandha tittieħed f’terminu ta’ erba’ xhur mid-data tat-tressiq ta’ dan l-ilment. Fil-każ li l-Kumitat jonqos milli jadotta deċiżjoni espliċita f’dan it-terminu, dan jitqies li jkun ikkonferma d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

5.   Il-preżentata, mill-awtur tal-ilment, ta’ rikors ġudizzjarju kontra d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), ittemm il-kompetenza tal-Kumitat li jittratta l-ilment imressaq quddiemu.

Artikolu 5

Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ottubru 2019.

Ir-Reġistratur

A. CALOT ESCOBAR

Il-President

K. LENAERTS


Il-Qorti Ġenerali

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/4


DEĊIŻJONI TAL-QORTI ĠENERALI

tas-16 ta’ Ottubru 2019

li tistabbilixxi mekkaniżmu intern ta’ superviżjoni fil-qasam tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Qorti Ġenerali li taġixxi fil-kapaċità ġudizzjarja tagħha

(2019/C 383/03)

IL-QORTI ĠENERALI,

Wara li rat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidrat li, skont l-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), “[k]ull persuna għandha d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali li tirrigwardaha”,

Wara li kkunsidrat li, skont l-Artikolu 8(3) tal-Karta, “[l]-osservanza ta’ dawn ir-regoli għandha titqiegħed taħt il-kontroll ta’ awtorità indipendenti”,

Wara li kkunsidrat li, skont l-Artikolu 57(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE, il-kompiti tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ma jkoprux l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Qorti Ġenerali li taġixxi fil-kapaċità ġudizzjarja tagħha,

Wara li kkunsidrat li, fir-rigward tas-superviżjoni ta’ tali pproċessar, il-leġiżlatur tal-Unjoni, filwaqt li għamel riferiment għall-Artikolu 8(3) tal-Karta, issuġġerixxa, fil-premessa 74 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-implimentazzjoni ta’ superviżjoni indipendenti, pereżempju permezz ta’ mekkaniżmu intern.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Jekk persuna fiżika tressaq talba quddiem ir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali li biha tistiednu jadotta deċiżjoni fil-kwalità tiegħu ta’ Kontrollur tad-data personali fil-kuntest tal-funzjonijiet ġudizzjarji tal-Qorti Ġenerali, huwa għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna kkonċernata f’terminu ta’ xahrejn mill-ġurnata tat-tressiq ta’ din it-talba. Wara l-iskadenza ta’ dan it-terminu, in-nuqqas ta’ risposta jammonta għal deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba.

2.   Deċiżjoni tar-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali fil-kwalità tiegħu ta’ Kontrollur tad-data personali fil-kuntest tal-funzjonijiet ġudizzjarji tal-Qorti Ġenerali, adottata b’risposta għal talba fis-sens tal-paragrafu 1 jew ex officio, tista’ tkun is-suġġett ta’ lment imressaq quddiem il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 2 (iktar ’il quddiem il-“Kumitat”) skont il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3.

Artikolu 2

1.   Il-Kumitat għandu jkun kompost minn President u minn żewġ membri, magħżula minn fost l-Imħallfin tal-Qorti Ġenerali.

2.   Il-President u l-membri tal-Kumitat għandhom jinħatru mill-Qorti Ġenerali fuq proposta tal-President tal-Qorti Ġenerali għall-perijodu tal-mandat ta’ dan tal-aħħar.

3.   Fuq proposta tal-President tagħha, il-Qorti Ġenerali għandha taħtar ukoll membri supplenti li jissejħu sabiex ikunu sedenti fil-każ ta’ impediment ta’ membru jew iktar tal-Kumitat. Il-membri supplenti jissostitwixxu lill-membri li ma jistgħux ikunu sedenti, skont l-ordni protokollari.

4.   Fil-każ ta’ impediment tal-President tal-Kumitat, il-Kumitat jiġi ppresjedut minn wieħed mill-membri titolari jew supplenti, skont l-ordni protokollari.

5.   Il-Kumitat jiltaqa’ fuq konvokazzjoni tal-President tiegħu. Huwa jistabbilixxi l-aġenda tal-laqgħat kif ukoll il-minuti tagħhom.

6.   Il-Kumitat għandu jiġi assistit fil-funzjonament tiegħu mill-Konsulent legali għall-affarijiet amministrattivi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

1.   L-ilment għandu jitressaq mill-persuna fiżika kkonċernata mid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) jew mir-rappreżentant tagħha, f’terminu ta’ xahrejn min-notifika ta’ din id-deċiżjoni jew, jekk ikun il-każ, mid-data ta’ meta din il-persuna tkun saret taf biha.

2.   L-ilment għandu jiġi ppreżentat f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

1.   Meta l-ilment jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 3, il-Kumitat għandu jwettaq eżami ġdid tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi li jkunu taw lok għall-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

2.   Il-Kumitat jista’ jisma’ kull persuna li jqis li s-smigħ tagħha jkun utli.

3.   Il-Kumitat jista’ jannulla u, f’dan il-każ, anki jbiddel, jew jikkonferma d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). Id-deċiżjoni tal-Kumitat tissostitwixxi, fir-rigward tal-awtur tal-ilment, id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

4.   Il-Kumitat għandu jikkomunika lill-awtur tal-ilment id-deċiżjoni tiegħu, li għandha tittieħed f’terminu ta’ erba’ xhur mid-data tat-tressiq ta’ dan l-ilment. Fil-każ li l-Kumitat jonqos milli jadotta deċiżjoni espliċita f’dan it-terminu, dan jitqies li jkun ikkonferma d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

5.   Il-preżentata, mill-awtur tal-ilment, ta’ rikors ġudizzjarju kontra d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), ittemm il-kompetenza tal-Kumitat li jittratta l-ilment imressaq quddiemu.

Artikolu 5

Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ottubru 2019.

Ir-Reġistratur

E. COULON

Il-President

M. VAN DER WOUDE


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 – TestBioTech eV, European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV, Sambucus eV vs Il-Kummissjoni Ewropea, Monsanto Europe, Monsanto Company, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA)

(Kawża C-82/17 P) (1)

(Appell - Ambjent - Prodotti ġenetikament immodifikati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom is-sojja ġenetikament immodifikata MON 87701 x MON 89788 - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Artikolu 10(1) - Talba għar-reviżjoni interna tad-deċiżjoni mressqa skont-id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali fil-qasam tal-ambjent - Ċaħda tat-talba)

(2019/C 383/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: TestBioTech eV, European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV, Sambucus eV (rappreżentanti: K. Smith QC, J. Stevenson, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, G. Gattinara u C. Valero, aġenti), Monsanto Europe, Monsanto Company (rappreżentanti: inizjalment M. Pittie, u sussegwentement P. Honoré u A. Helfer, avukati), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

TestBioTech eV, European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV u Sambucus eV huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Monsanto Europe u Monsanto Company għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 129, 24.04.2017.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin – il-Ġermanja) – VG Media Gesellschaft zur Verwertung der Urheber- und Leistungsschutzrechte von Medienunternehmen mbH vs Google LLC, aventi kawża ta’ Google Inc.

(Kawża C-299/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika industrijali - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 98/34/KE - Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi kif ukoll tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni - Artikolu 1(11) - Kunċett ta’ “regolament tekniku”)

(2019/C 383/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VG Media Gesellschaft zur Verwertung der Urheber- und Leistungsschutzrechte von Medienunternehmen mbH

Konvenuta: Google LLC, aventi kawża ta’ Google Inc.

Dispożittiv

L-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta’ l-Informatika, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi unikament lill-operaturi kummerċjali ta’ magni ta’ tiftix u lill-fornituri kummerċjali ta’ servizzi li jimmodifikaw kontenut b’mod simili milli jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku prodotti tal-istampa, totalment jew parzjalment (bl-eċċezzjoni ta’ kliem iżolat jew estratti qosra ħafna ta’ test), tikkostitwixxi “regolament tekniku”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li l-abbozz tiegħu għandu jkun suġġett għal komunikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 98/34, kif emendata bid-Direttiva 98/48.


(1)  ĠU C 309, 18.09.2017.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Rotterdam – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – A, B, C, D, E, F, G vs Staatssecretaris van Economische Zaken

(Kawża C-347/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tas-saħħa - Pakkett ta’ iġjene - Regolament (KE) Nru 853/2004 - Regolament (KE) Nru 854/2004 - Iġjene tal-prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali - Laħam tat-tjur - Spezzjoni postmortem tal-karkassi - Kontaminazzjoni viżibbli ta’ karkassa - Approċċ ta’ tolleranza żero)

(2019/C 383/06)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Rotterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A, B, C, D, E, F, G

Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken

Dispożittiv

1)

Il-punti 5 u 8 tal-Kapitolu IV tas-Sezzjoni II tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “kontaminazzjoni” jiġbor mhux biss il-kontaminazzjoni kkawżata mill-materja fekali, iżda wkoll il-kontaminazzjoni kkawżata mill-kontenut tal-ħawsla u mill-bili.

2)

Il-punti 5 u 8 tal-Kapitolu IV tas-Sezzjoni II tal-Anness III, tar-Regolament Nru 853/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li karkassa tat-tjur ma għandux jibqa’ jkun fiha kontaminazzjoni viżibbli wara l-istadju tat-tindif u qabel l-istadju tat-tkessiħ.

3)

Il-punt 1 tal-parti D tal-Kapitolu II tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 739/2011 tas-27 ta’ Lulju 2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix li l-awtorità kompetenti, għall-finijiet tal-ispezzjoni tal-karkassi tat-tjur, tneħħi dawn tal-aħħar mil-linja tal-qatla u twettaq eżami kemm estern kif ukoll intern ta’ dawn il-karkassi, jekk hemm bżonn billi terfa’ t-tessut adipuż ta’ dawn, bil-kundizzjoni li dan l-eżami ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiġi ggarantit li dan il-kontroll ikun effettiv, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.


(1)  ĠU C 300, 11.09.2017.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 – L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea vs Guardian Europe Sàrl, L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (C-447/17 P) u Guardian Europe Sàrl vs L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (C-479/17 P)

(Kawżi magħquda C-447/17 P u C-479/17 P) (1)

(Appell - Rikors għad-danni - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE - Tul eċċessiv tal-proċedura fil-kuntest ta’ kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti - Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ “impriża unika” - Danni materjali - Spejjeż ta’ garanzija bankarja - Rabta kawżali - Lucrum cessans - Dannu immaterjali - Responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea għal danni kkawżati minn ksur tad-dritt tal-Unjoni li jirriżulta minn deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali - Nuqqas ta’ stabbiliment tar-responsabbiltà)

(2019/C 383/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Kawża C-447/17 P)

Appellanti: L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Inghelram u K. Sawyer, sussegwentement minn J. Inghelram, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Guardian Europe Sàrl (rappreżentanti: C. O’Daly, solicitor, u F. Louis, avukat), l-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, A. Dawes u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Kawża C-479/17 P

Appellanti: Guardian Europe Sàrl (rappreżentanti: C. O’Daly, solicitor, u F. Louis, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Inghelram u K. Sawyer, sussegwentement minn J. Inghelram, aġenti), l-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, A. Dawes u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Dispożittiv

1)

Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Ġunju 2017, Guardian Europe vs L-Unjoni Ewropea (T-673/15, EU:T:2017:377), huwa annullat.

2)

L-appell prinċipali fil-Kawża C-479/17 P ippreżentat minn Guardian Europe Sàrl huwa miċħud.

3)

L-appell inċidentali fil-Kawża C-479/17 P ippreżentat mill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, huwa miċħud.

4)

Ir-rikors għad-danni ppreżentat minn Guardian Europe Sàrl, sa fejn huwa intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-danni għal ammont ta’ EUR 936 000 fir-rigward tal-allegat dannu materjali li jikkonsisti fil-pagament ta’ spejjeż ta’ garanzija bankarja lil hinn mit-terminu raġonevoli għall-għoti ta’ sentenza fil-kuntest tal-kawża li tat lok għas-sentenza tas-27 ta’ Settembru 2012, Guardian Industries u Guardian Europe vs Il-Kummissjoni (T-82/08, EU:T:2012:494), huwa miċħud.

5)

Guardian Europe Sàrl hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk kollha sostnuti mill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata kemm mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea, kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest tal-appell fil-Kawża C-447/17 P u f’dak tal-appell prinċipali fil-Kawża C-479/17 P.

6)

L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk kollha sostnuti minn Guardian Europe Sàrl fil-kuntest tal-appell inċidentali fil-Kawża C-479/17 P.


(1)  ĠU C 369, 30.10.2017.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Corte dei Conti – l-Italja) – Federazione Italiana Golf (FIG) vs Istituto Nazionale di Statistica - ISTAT, Ministero dell’Economia e delle Finanze (C-612/17), Federazione Italiana Sport Equestri (FISE) vs Istituto Nazionale di Statistica (ISTAT) (C-613/17)

(Kawżi Magħuda C-612/17 u C-613/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 549/2013 - Sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea - Punt 20.15 tal-Anness A - Kontroll imwettaq minn kumitat Olimpiku nazzjonali fuq federazzjonijiet sportivi nazzjonali kkostitwiti fil-forma ta’ istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru (NPI) - It-tieni sentenza tal-punt 20.15 tal-Anness A - Kunċett ta’ “intervent pubbliku f’forma ta’ regolamenti ġenerali applikabbli għall-unitajiet kollha li jaħdmu fl-istess attività” - Portata - L-ewwel sentenza tal-punt 20.15 tal-Anness A - Kunċett ta’ “kapaċità għad-determinazzjoni tal-politika ġenerali jew tal-programm” ta’ NPI - Portata - Punt 2.39(d), punt 20.15(d) u l-aħħar sentenza tal-punt 20.309(i) tal-Anness A - Teħid inkunsiderazzjoni tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-membri tan-NPI)

(2019/C 383/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte dei Conti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Federazione Italiana Golf (FIG) (C-612/17), Federazione Italiana Sport Equestri (FISE) (C-613/17)

Konvenuti: Istituto Nazionale di Statistica - ISTAT, Ministero dell’Economia e delle Finanze (C-612/17), Istituto Nazionale di Statistica (ISTAT) (C-613/17)

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ “intervent pubbliku f’forma ta’ regolamenti ġenerali applikabbli għall-unitajiet kollha li jaħdmu fl-istess attività”, imsemmi fit-tieni sentenza tal-punt 20.15 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri kull intervent ta’ unità tas-settur pubbliku li jistabbilixxi jew japplika leġiżlazzjoni intiża sabiex tissuġġetta mingħajr distinzjoni u b’mod uniformi l-unitajiet kollha tal-qasam ta’ attività kkonċernat għal regoli globali, wiesgħa u astratti jew għal linji gwida ġenerali, mingħajr ma tali leġiżlazzjoni tista’, min-natura tagħha jew mill-karattru tagħha partikolarment “eċċessivi”, fis-sens tal-punt 20.309(h) tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, tiddetta, fil-fatt, il-politika ġenerali jew il-programm tal-unitajiet tal-qasam ta’ attività kkonċernat.

2)

Il-kunċett ta’ “kapaċità għad-determinazzjoni tal-politika ġenerali jew tal-programm” ta’ istituzzjoni mingħajr skop ta’ lukru (NPI), fis-sens tal-ewwel sentenza tal-punt 20.15 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, għandu jiġi interpretat bħala l-kapaċità ta’ gvern li jeżerċita b’mod sostenibbli u permanenti influwenza reali u sostanzjali fuq id-definizzjoni u t-twettiq stess tal-għanijiet tan-NPI, tal-attivitajiet tagħha u tal-aspetti operattivi tagħhom kif ukoll tal-orjentazzjonijiet strateġiċi u tal-linji gwida li n-NPI għandha l-intenzjoni li ssegwi fl-eżerċizzju ta’ dawn l-attivitajiet. F’kawżi bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika, fir-rigward tal-indikaturi ta’ kontroll imsemmija fil-punt 2.39(a) sa (e), u fil-punt 20.15(a) sa (e) tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, kif ukoll fir-rigward tal-indikaturi ta’ kontroll korrispondenti applikabbli għan-NPI, imsemmija fil-punt 20 309 tal-Anness A ta’ dan ir-regolament, jekk amministrazzjoni pubblika, bħall-kumitat Olimpiku nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, teżerċitax kontroll pubbliku fuq federazzjonijiet sportivi nazzjonali kkostitwiti taħt il-forma ta’ NPI, bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, billi twettaq, għal dan il-għan, evalwazzjoni globali li timplika, min-natura tagħha, deċiżjoni ġudizzjarja, skont l-aħħar sentenza tal-punt 2.39, il-ħames sat-tmien sentenza tal-punt 20.15, u l-punt 20 310 tal-Anness A tal-imsemmi regolament.

3)

Il-punt 2.39(d), il-punt 20.15(d) u l-aħħar sentenza tal-punt 20.309(i) tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-membri lil NPI rregolata mid-dritt privat, bħall-federazzjonijiet sportivi nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi vverifikata l-eżistenza ta’ kontroll pubbliku. Tali kontribuzzjonijiet jistgħu, minkejja l-kwalità privata tad-debituri tagħhom u l-klassifikazzjoni ġuridika tagħhom fid-dritt nazzjonali, ikollhom, fil-kuntest tal-indikatur ta’ kontroll relatat mal-livell ta’ finanzjament, imsemmi fil-punt 2.39(d) u fil-punt 20.15(d) tal-Anness A ta’ dan ir-regolament, natura pubblika fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet obbligatorji li, mingħajr ma neċessarjament jikkostitwixxu l-korrispettiv tat-tgawdija effettiva tas-servizzi pprovduti, jinġabru fl-interess pubbliku favur federazzjonijiet sportivi nazzjonali li għandhom monopolju fid-dixxiplina sportiva li għaliha huma responsabbli, fis-sens li l-prattika tal-isport fid-dimensjoni pubblika tagħha hija suġġetta għall-awtorità esklużiva tagħhom, sakemm dawn il-federazzjonijiet ma jżommux il-kontroll organizzattiv u baġitarju ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet, fatt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali. Fil-każ fejn hija tasal għall-konklużjoni li l-imsemmija kontribuzzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala kontribuzzjonijiet pubbliċi, din il-qorti jkollha tivverifika wkoll jekk, minkejja l-finanzjament kważi totali tal-federazzjonijiet sportivi nazzjonali kkonċernati mis-settur pubbliku, il-kontrolli eżerċitati fuq dawn il-flussi ta’ finanzjament humiex suffiċjentement restrittivi sabiex jinfluwenzaw b’mod reali u sostanzjali l-politika ġenerali jew il-programm tal-imsemmija federazzjonijiet jew jekk dawn tal-aħħar jibqgħux f’kapaċità li jiddeterminaw din il-politika jew dan il-programm.


(1)  ĠU C 22, 22.1.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Ploiești - ir-Rumanija) – Oana Mădălina Călin vs Direcția Regională a Finanțelor Publice Ploiești – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Dâmbovița, Statul Român – Ministerul Finanțelor Publice, Administrația Fondului pentru Mediu

(Kawża C-676/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prinċipji tad-dritt tal-Unjoni - Awtonomija proċedurali - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Awtorità ta’ res judicata - Ħlas lura tat-taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni - Deċiżjoni ġudizzjarja finali li timponi l-ħlas ta’ taxxa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni - Talba għal reviżjoni ta’ tali deċiżjoni ġuridika - Terminu għat-tressiq ta’ din it-talba)

(2019/C 383/09)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Ploiești

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Oana Mădălina Călin

Konvenuti: Direcția Regională a Finanțelor Publice Ploiești – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Dâmbovița, Statul Român – Ministerul Finanțelor Publice, Administrația Fondului pentru Mediu

Dispożittiv

1)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, fil-prinċipju, dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik interpretata minn sentenza ta’ qorti nazzjonali, li tipprovdi terminu ta’ dekadenza ta’ xahar għall-preżentata ta’ talba għal reviżjoni ta’ deċiżjoni ġuridika finali mogħtija bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, li jibda jiddekorri min-notifika tad-deċiżjoni li hija mitluba r-reviżjoni tagħha.

2)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, fil-prinċipju, dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik interpretata minn sentenza ta’ qorti nazzjonali, li tipprovdi terminu ta’ dekadenza ta’ xahar għall-preżentata ta’ talba għal reviżjoni ta’ deċiżjoni ġuridika finali mogħtija bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, li jibda jiddekorri min-notifika tad-deċiżjoni li hija mitluba r-reviżjoni tagħha.


(1)  ĠU C 63, 19.2.2018


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – Cofemel – Sociedade de Vestuário SA vs G-Star Raw CV

(Kawża C-683/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 2(a) - Kunċett ta’ “xogħol” - Protezzjoni tax-xogħlijiet mid-drittijiet tal-awtur - Kundizzjonijiet - Koordinazzjoni bil-protezzjoni tad-disinni - Direttiva 98/71/KE - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Disinni ta’ ħwejjeġ)

(2019/C 383/10)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cofemel – Sociedade de Vestuário SA

Konvenuta: G-Star Raw CV

Dispożittiv

L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali tagħti protezzjoni, abbażi tad-dritt tal-awtur, għal mudelli bħall-mudelli tal-ħwejjeġ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għar-raġuni li, lil hinn mill-għan utilitarju tagħhom, dawn jiġġeneraw effett viżiv proprju u notevoli mill-perspettiva estetika.


(1)  ĠU C 52, 12.2.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main eV vs Prime Champ Deutschland Pilzkulturen GmbH

(Kawża C-686/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli - Frott u ħaxix - Regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni - Kunċett ta’ “pajjiż ta’ oriġini” - Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Artikolu 113a(1) - Regolament (UE) Nru 1308/2013 - Artikolu 76(1) - Definizzjonijiet relatati mal-oriġini mhux preferenzjali tal-merkanzija - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 23(1) u (2)(b) - Regolament (UE) Nru 952/2013 - Artikolu 60(1) - Regolament Delegat (UE) 2015/2446 - Artikolu 31(b) - Stadji tal-produzzjoni mwettqa fi Stat Membru ieħor - Ittikkettjar tal-prodotti tal-ikel - Projbizzjoni ta’ ttikkettjar ta’ natura li tqarraq lill-konsumatur - Direttiva 2000/13/KE - Artikolu 2(1)(a)(i) - Regolament (UE) Nru 1169/2011 - Artikolu 7(1)(a) - Artikolu 1(4) - Artikolu 2(3) - Noti ta’ spjega)

(2019/C 383/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main eV

Konvenuta: Prime Champ Deutschland Pilzkulturen GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 113a(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 361/2008 tal-14 ta’ April 2008, u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġi ddefinit il-kunċett ta’ “pajjiż ta’ oriġini”, imsemmi f’dawn id-dispożizzjonijiet fil-qasam agrikolu, jeħtieġ li jsir riferiment għar-regolamenti fil-qasam doganali għad-determinazzjoni tal-oriġini mhux preferenzjali tal-merkanzija, jiġifieri għall-Artikoli 23 et seq. tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità u għall-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

2)

L-Artikolu 23(1) u (2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 kif ukoll l-Artikolu 60(1) tar-Regolament Nru 952/2013, moqri flimkien mal-Artikolu 31(b) tar-Regolament Delegat (UE) tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-pajjiż ta’ oriġini tal-faqqiegħ ikkultivat huwa l-pajjiż ta’ ħsad tagħhom, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, indipendentement mill-fatt li stadji ta’ produzzjoni sostanzjali seħħew fi Stati Membri oħra tal-Unjoni u li l-faqqiegħ ikkultivat ġie ttrasportat fit-territorju ta’ ħsad mill-inqas tlett ijiem biss qabel l-ewwel ħsad.

3)

Il-projbizzjoni ġenerali ta’ qerq fil-konfront tal-konsumatur fir-rigward tal-pajjiż ta’ oriġini tal-prodotti tal-ikel, stabbilita fl-Artikolu 2(1)(a)(i) tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel, u fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004, ma hijiex applikabbli, fir-rigward tal-frott u l-ħaxix frisk, għall-indikazzjoni tal-oriġini imposta fl-Artikolu 113a(1) tar-Regolament Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 361/2008, u fl-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 1308/2013.

4)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li noti ta’ spjega ma jistgħux jiġu imposti sabiex jikkumplementaw l-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini imposta fl-Artikolu 113a(1) tar-Regolament Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament Nru 361/2008, u fl-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 1308/2013 sabiex jiġi evitat qerq fil-konfront tal-konsumatur konformement mal-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(1)(a)(i) tad-Direttiva 2000/13 kif ukoll fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 1169/2011.


(1)  ĠU C 104, 19.3.2018


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Bayer Pharma AG vs Richter Gedeon Vegyészeti Gyár Nyrt., Exeltis Magyarország Gyógyszerkereskedelmi Kft.

(Kawża C-688/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Privattivi - Direttiva 2004/48/KE - Artikolu 9(7) - Tqegħid fis-suq ta’ prodotti bi ksur tad-drittijiet mogħtija minn privattiva - Miżuri provviżorji - Annullament sussegwenti tal-privattiva - Konsegwenzi - Dritt għal kumpens xieraq għad-dannu kkawżat mill-miżuri provviżorji)

(2019/C 383/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bayer Pharma AG

Konvenuti: Richter Gedeon Vegyészeti Gyár Nyrt., Exeltis Magyarország Gyógyszerkereskedelmi Kft.

Dispożittiv

L-Artikolu 9(7) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b’mod partikolari, il-kunċett ta’ “kumpens xieraq” imsemmi f’din id-dispożizzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li ma hemmx lok li persuna tiġi kkumpensata għad-dannu li hija ġarrbet b’konsegwenza tal-fatt li hija ma aġixxietx hekk kif jista’ ġeneralment jiġi mistenni minn kull persuna sabiex tevita jew tnaqqas id-dannu tagħha u li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, twassal lill-qorti sabiex ma tikkundannax lill-applikant għal miżuri provviżorji jikkumpensa d-dannu kkawżat minn dawn il-miżuri minkejja li l-privattiva li abbażi tagħha dawn kienu ntalbu u ġew aċċettati ġiet annullata sussegwentement, sakemm din il-leġiżlazzjoni tippermetti lill-qorti tieħu debitament inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi oġġettivi kollha tal-kawża, inkuż l-aġir tal-partijiet, sabiex tivverifika, b’mod partikolari, li l-applikant ma użax b’mod abbużiv l-imsemmija miżuri.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd, European Bicycle Manufacturers Association

(Kawża C-709/17 P) (1)

(Appell - Dumping - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/776 - Importazzjoni ta’ roti kkunsinnati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini - Estensjoni għal dawn l-importazzjonijiet tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 13 - Evażjoni - Operazzjonijiet ta’ assemblaġġ - Provenjenza u oriġini tal-komponenti tar-roti - Komponenti kkunsinnati miċ-Ċina lis-Sri Lanka, maħduma fis-Sri Lanka, sussegwentement ikkunsinnati lill-Pakistan għall-assemblaġġ)

(2019/C 383/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França, J.-F. Brakeland u A. Demeneix, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd (rappreżentanti: P. Bentley QC), European Bicycle Manufacturers Association (rappreżentanti: J. Beck, Solicitor, L. Ruessmann, avukat)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta’ Ottubru 2017, Kolachi Raj Industrial vs Il-Kummissjoni (T-435/15, EU:T:2017:712), hija annullata.

2)

Ir-rikors għal annullament ippreżentat minn Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd huwa miċħud.

3)

Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-European Bicycle Manufacturers Association (EBMA), marbuta kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll mal-proċedura tal-appell.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Verein für Konsumenteninformation vs Deutsche Bahn AG

(Kawża C-28/18) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro - Regolament (UE) Nru 260/2012 - Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA) - Pagamenti permezz ta’ debitu dirett - Artikolu 9(2) - Aċċessibbiltà tal-pagamenti - Rekwiżit ta’ residenza”)

(2019/C 383/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Verein für Konsumenteninformation

Konvenut: Deutsche Bahn AG

Dispożittiv

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi klawżola kuntrattwali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-ħlas permezz ta’ debitu dirett iddenominat fl-euro mwettaq permezz tal-iskema ta’ debiti diretti stabbilita fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea (debitu dirett SEPA) meta min iħallas ma għandux ir-residenza tiegħu fl-istess Stat Membru bħal dak li fih il-benefiċjarju stabbilixxa s-sede tal-attivitajiet tiegħu.


(1)  ĠU C 104, 19.03.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Caseificio Sociale San Rocco Soc. coop. arl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

(Kawża C-46/18) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib - Kwoti - Taxxa addizzjonali - Regolament (KEE) Nru 3950/92 - Artikolu 2 - Ġbir tat-taxxa mix-xerrej - Kunsinni li jaqbżu l-kwantità ta’ referenza disponibbli għall-produttur - Ammont tal-prezz tal-ħalib - Applikazzjoni obligatorja ta’ tnaqqis - Ħlas lura tal-ammont tat-taxxa miġbura żejda - Regolament (KE) Nru 1392/2001 - Artikolu 9 - Xerrej - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li tinġabar it-taxxa addizzjonali - Produtturi - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ ħlas fix-xahar - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi”)

(2019/C 383/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caseificio Sociale San Rocco Soc. coop. arl, Franco u Maurizio Artuso, Claudio Matteazzi, Roberto Tellatin, Sebastiano Bolzon

Konvenuti: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi taxxa miżjuda fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1256/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konstatazzjoni li l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-modalitajiet ta’ ġbir tat-taxxa addizzjonali mix-xerrej mingħand il-produtturi ma hijiex kompatibbli ma’ din id-dispożizzjoni ma timplikax li l-produtturi suġġetti għal din il-leġiżlazzjoni ma humiex iktar debituri ta’ din it-taxxa.

2)

L-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 3950/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1256/1999, moqri flimkien mal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1392/2001 tad-9 ta’ Lulju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-ħlas lura tal-ħlas żejjed tat-taxxa addizzjonali għandu jibbenefika, bħala prijorità, lill-produtturi li, b’applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali inkompatibbli mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 3950/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1256/1999, issodisfaw l-obbligu tagħhom ta’ ħlas fix-xahar.

3)

Il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-ammont tat-taxxa addizzjonali dovut minn produtturi li ma ssodisfawx l-obbligu, previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, ta’ ħlas fuq bażi ta’ kull xahar ta’ din it-taxxa, jiġi kkalkolat mill-ġdid.


(1)  ĠU C 142, 23.04.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari ta’ Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – Zoran Maksimovic (C-64/18), Humbert Jörg Köfler (C-140/18, C-146/18 u C-148/18), Wolfgang Leitner (C-140/18 u C-148/18), Joachim Schönbeck (C-140/18 u C-148/18), Wolfgang Semper (C-140/18 u C-148/18) vs Bezirkshauptmannschaft Murtal

(Kawżi Magħquda C-64/18, C-140/18, C-146/18 u C-148/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Kollokament ta’ ħaddiema - Żamma u traduzzjoni tad-dokumentazzjoni dwar is-salarji - Permess ta’ xogħol - Sanzjonijiet - Proporzjonalità - Multi ta’ ammont minimu ddefinit minn qabel - Kumulu - Assenza ta’ limitu - Spejjeż legali - Priġunerija bħala sostituzzjoni)

(2019/C 383/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zoran Maksimovic (C-64/18), Humbert Jörg Köfler (C-140/18, C-146/18 u C-148/18), Wolfgang Leitner (C-140/18 u C-148/18), Joachim Schönbeck (C-140/18 u C-148/18), Wolfgang Semper (C-140/18 u C-148/18)

Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Murtal

fil-preżenza ta’: Finanzpolizei

Dispożittiv

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi fil-qasam tad-dritt industrijali dwar il-kisba ta’ permessi amministrattivi u ż-żamma ta’ dokumenti relatati mas-salarji, l-impożizzjoni ta’ multi:

li ma jistgħux ikunu inqas minn ammont stabbilit minn qabel;

li jiġu imposti b’mod kumulattiv għal kull ħaddiem ikkonċernat u mingħajr limitu massimu;

flimkien ma’ kontribuzzjoni għall-ispejjeż proċedurali sa 20 % tal-ammont tagħhom fil-każ ta’ ċaħda tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li timponihom, u

li jiġu kkonvertiti fi priġunerija fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas.


(1)  ĠU C 259, 23.7.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret - id-Danimarka) – Skatteministeriet vs KPC Herning

(Kawża C-71/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Bejgħ ta’ art li fuqha jinsab bini fil-mument tal-kunsinna - Klassifikazzjoni - Artikoli 12 u 135 - Kunċett ta’ “art għall-iżvilupp” - Kunċett ta’ “bini” - Evalwazzjoni tar-realtà ekonomika u kummerċjali - Evalwazzjoni tal-elementi oġġettivi - Intenzjoni tal-partijiet)

(2019/C 383/17)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteministeriet

Konvenuta: KPC Herning

Dispożittiv

L-Artikolu 12(1)(a) u (b), (2) u (3) kif ukoll l-Artikolu 135(1)(j) u (k) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li tranżazzjoni ta’ provvista ta’ art li hemm bini fuqha, fid-data ta’ din il-kunsinna, ma tistax tiġi kklassifikata bħala provvista ta’ “art għall-bini” meta din it-tranżazzjoni hija ekonomikament indipendenti minn provvisti oħra u flimkien ma’ din ma hijiex tranżazzjoni unika, anki jekk l-intenzjoni tal-partijiet kienet li l-bini jkun totalment jew parzjalment imwaqqa’ sabiex jinbena bini ġdid.


(1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) - l-Irlanda) – Nalini Chenchooliah vs Minister for Justice and Equality

(Kawża C-94/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 21 TFUE - Dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ Stat Membru - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 3(1) u Artikoli 15, 27, 28, 30 u 31 - Kunċett ta’ “benefiċjarju” - Ċittadin ta’ Stat terz konjuġi ta’ ċittadin tal-Unjoni li eżerċita l-libertà ta’ moviment tiegħu - Ritorn ta’ ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru li tiegħu għandu n-nazzjonalità fejn qiegħed jiskonta piena ta’ priġunerija - Rekwiżiti imposti fuq l-Istat Membru ospitanti bis-saħħa tad-Direttiva 2004/38/KE meta tittieħed deċiżjoni ta’ tneħħija tal-imsemmi ċittadin ta’ Stat terz)

(2019/C 383/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nalini Chenchooliah

Konvenut: Minister for Justice and Equality

Dispożittiv

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal deċiżjoni ta’ tneħħija meħuda fir-rigward ta’ ċittadina ta’ Stat terz minħabba li din ma jkollhiex iktar dritt ta’ residenza skont din id-direttiva, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali fejn din iċ-ċittadina tkun iżżewġet ma’ ċittadin tal-Unjoni f’mument meta dan iċ-ċittadin ikun għamel użu mil-libertà ta’ moviment tiegħu meta mar u rrisjeda ma’ din iċ-ċittadina ta’ Stat terz fl-Istat Membru ospitanti, fejn dan iċ-ċittadin ikun, sussegwentement, irritorna fl-Istat Membru li tiegħu għandu ċ-ċittadinanza. Minn dan isegwi li l-garanziji rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 30 u 31 tad-Direttiva 2004/38 huma imposti matul l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni ta’ tneħħija, li fl-ebda każ ma tista’ tkun akkumpanjata minn projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 – Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AȘ vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Joaquín Nadal Esteban

(Kawża C-104/18 P) (1)

(Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Artikolu 52(1)(b) - Mala fide matul il-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark)

(2019/C 383/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AȘ (représentants: J. Güell Serra u E. Stoyanov Edissonov, abogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent), Joaquín Nadal Esteban (rappreżentant: J. Donoso Romero, abogado)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-30 ta’ Novembru 2017, Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Nadal Esteban (STYLO & KOTON) (T-687/16, EU:T:2017:853), hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-14 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 1779/2015-2), hija annullata.

3)

It-talba intiża sabiex it-trade mark ikkontestata tiġi ddikjarata invalida hija miċħuda.

4)

Joaquín Nadal Esteban u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huma kkundannati jbatu, f’partijiet ugwali, l-ispejjeż sostnuti minn Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AȘ relatati kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza fil-Kawża T-687/16 kif ukoll ma’ dik tal-appell.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ Settembru 2019 – HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-123/18 P) (1)

(Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mill-appellanti minħabba l-inklużjoni ta’ isimha fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Rikors għad-danni - Kundizzjonijiet meħtieġa għall-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea - Kunċett ta’ “ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali tal-Unjoni” - Evalwazzjoni - Kunċett ta’ “kumpannija miżmuma jew ikkontrollata” - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(2019/C 383/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH (rappreżentant: M. Schlingmann, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u M. Bishop, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Tricot, M. Kellerbauer u C. Zadra, sussegwentement R. Tricot, C. Hödlmayr u C. Zadra, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Diċembru 2017, HTTS vs Il-Kunsill (T-692/15, EU:T:2017:890) hija annullata.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Bonn – il-Ġermanja) – Antonio Romano, Lidia Romano vs DSL Bank – eine Niederlassung der DB Privat- und Firmenkundenbank AG, li kienet DSL Bank – unità operattiva ta’ Deutsche Postbank AG

(KawżaC-143/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2002/65/KE - Kuntratt ta’ self lill-konsumaturi konkluż mill-bogħod - Dritt ta’ rtirar - Eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar wara li l-kuntratt ikun ġie eżegwit fl-intier tiegħu fuq talba espressa tal-konsumatur - Komunikazzjoni tal-informazzjoni fuq id-dritt ta’ rtirar lill-konsumatur)

(2019/C 383/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Bonn

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Antonio Romano, Lidia Romano

Konvenuti: DSL Bank – eine Niederlassung der DB Privat- und Firmenkundenbank AG, li kienet DSL Bank – unità operattiva ta’ Deutsche Postbank AG

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(2)(ċ) tad-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE,, moqri flimkien mal-Artikolu 1(1) tagħha u fid-dawl tal-premessa 13 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, kif interpretata mill-ġurisprudenza nazzjonali, li, għal dak li jikkonċerna kuntratt għal servizz finanzjarju konkluż mill-bogħod bejn professjonist u konsumatur, ma teskludix id-dritt ta’ rtirar ta’ dan il-konsumatur fil-każ li dan il-kuntratt ikun ġie eżegwit fl-intier tiegħu miż-żewġ partijiet fuq talba espressa tal-konsumatur, qabel ma dan tal-aħħar jeżerċita d-dritt ta’ rtirar tiegħu. Huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tieħu inkunsiderazzjoni d-dritt intern kollu u li tapplika l-metodi ta’ interpretazzjoni rrikonoxxuti minnu, sabiex tasal għal soluzzjoni konformi ma’ din id-dispożizzjoni, filwaqt li tbiddel, jekk ikun meħtieġ, ġurisprudenza nazzjonali stabbilita jekk din tibbaża ruħha fuq interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali li huwa inkompatibbli mal-imsemmija dispożizzjoni.

2)

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2002/65, moqri flimkien mal-punt 3(a) tal-Artikolu 3(1) u mal-Artikolu 6(2)(ċ) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu, għal professjonist li jikkonkludi kuntratt mill-bogħod ma’ konsumatur għal servizz finanzjarju, li jikkomunika b’mod ċar u li jinftiehem lil konsumatur medju normalment informat u raġonevolment attent u avżat, konformement mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, qabel ma dan il-konsumatur ikun marbut b’kuntratt mill-bogħod jew b’offerta, l-informazzjoni dwar l-eżistenza tad-dritt ta’ rtirar ma jiġix miksur meta dan il-professjonist jinforma lil dan il-konsumatur li d-dritt ta’ rtirar ma japplikax għall-kuntratt eżegwit miż-żewġ partijiet fuq talba espressa tal-konsumatur qabel ma dan tal-aħħar jeżerċita d-dritt ta’ rtirar tiegħu, anki jekk din l-informazzjoni ma tikkorrispondix mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif interpretata mal-ġurisprudenza nazzjonali, li tipprevedi li, f’tali każ, id-dritt ta’ rtirar japplika.


(1)  ĠU C 182, 28.5.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État - Franza) – Regards Photographiques SARL vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-145/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 103(2)(a) - Il-punt 2 tal-Artikolu 311(1) - Il-punt 7 tal-Parti A tal-Anness IX - Rata mnaqqsa ta’ VAT - Xogħlijiet tal-arti - Kunċett - Ritratti meħuda mill-artist, stampati minnu jew taħt is-sorveljanza tiegħu, iffirmati u nnumerati bil-limitazzjoni ta’ tletin kopja - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa ta’ VAT biss għar-ritratti li jkunu ta’ natura artistika)

(2019/C 383/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Regards Photographiques SARL

Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics

Dispożittiv

1)

Sabiex jitqiesu bħala xogħlijiet tal-arti li jistgħu jibbenefikaw mir-rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), skont l-Artikolu 103(1) u (2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-punt 2 tal-Artikolu 311(1) ta’ din id-direttiva kif ukoll mal-punt 7 tal-Parti A tal-Anness IX tagħha, ir-ritratti għandhom jissodisfaw il-kriterji f’dan il-punt 7 sa fejn dawn ikunu ttieħdu mill-awtur tagħhom, ġew stampati minnu jew taħt is-sorveljanza tiegħu, ġew iffirmati u nnumerati bil-limitazzjoni ta’ tletin kopja, bl-esklużjoni ta’ kull kriterju ieħor, b’mod partikolari l-evalwazzjoni, mill-awtorità fiskali nazzjonali kompetenti, tan-natura artistika tagħhom.

2)

L-Artikolu 103(1) u (2)(a) tad-Direttiva 2006/112, moqri flimkien mal-punt 2 tal-Artikolu 311(1) ta’ din id-direttiva kif ukoll mal-punt 7 tal-Parti A tal-Anness IX tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita l-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa ta’ VAT biss għar-ritratti li jkunu ta’ natura artistika, sa fejn l-eżistenza ta’ din in-natura tal-aħħar hija suġġetta għal evalwazzjoni mill-awtorità fiskali nazzjonali kompetenti li ma hijiex eżerċitata fil-limiti ta’ kriterji oġġettivi, ċari u preċiżi, stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jippermettu li jiġu ddeterminati bi preċiżjoni r-ritratti li għalihom l-imsemmija leġiżlazzjoni tirriżerva l-applikazzjoni ta’ din ir-rata mnaqqsa, b’mod li jiġi evitat ksur tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – ir-Renju Unit) – AMS Neve Ltd, Barnett Waddingham Trustees, Mark Crabtree vs Heritage Audio SL, Pedro Rodríguez Arribas

(KawżaC-172/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 97(5) - Ġurisdizzjoni - Azzjoni ta’ ksur - Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ‘l-att ta’ ksur ikun twettaq’ - Reklamar u offerti għal bejgħ ippubblikati fuq sit internet u fuq pjattaformi tal-midja soċjali)

(2019/C 383/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AMS Neve Ltd, Barnett Waddingham Trustees, Mark Crabtree

Konvenuti: Heritage Audio SL, Pedro Rodríguez Arribas

Dispożittiv

L-Artikolu 97(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, li jqis li huwa ppreġudikat mill-użu, mingħajr il-kunsens tiegħu, minn terz, ta’ sinjal identiku għal din it-trade mark f’reklamar jew f’offerti għal bejgħ ippubblikati b’mezz elettroniku għal prodotti identiċi jew simili għal dawk li għalihom l-imsemmija trade mark hija rreġistrata, jista’ jibda azzjoni ta’ ksur kontra dan it-terz quddiem qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea ta’ Stat Membru li fit-territorju tiegħu jinsabu konsumaturi jew kummerċjanti mmirati minn dan ir-reklamar jew minn dawn l-offerti għal bejgħ, minkejja l-fatt li l-imsemmi terz ħa d-deċiżjonijiet u l-miżuri fir-rigward ta’ dawn il-pubblikazzjonijiet elettroniċi fi Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato - l-Italja) – Pollo del Campo S.c.a., Avi Coop Società Cooperativa Agricola (C-199/18), C.A.F.A.R. – Società Agricola Cooperativa, Società Agricola Guidi di Roncofreddo di Guidi Giancarlo e Nicolini Fausta (C-200/18) vs Regione Emilia-Romagna, Azienda Unità Sanitaria Locale 104 di Modena, A.U.S.L. Romagna (C-199/18 u C-200/18) u SAIGI Società Cooperativa Agricola a r.l., MA.GE.MA. Società Agricola Cooperativa vs Regione Emilia-Romagna, A.U.S.L. Romagna (C-343/18)

(Kawżi Magħquda C-199/18, C-200/18 u C-343/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Regolament (KE) Nruo882/2004 - Artikolu 27 - Spezzjonijiet uffiċjali marbuta mal-għalf tal-annimali u mal-prodotti tal-ikel - Finanzjament - Tariffi jew taxxi dovuti għal spezzjonijiet uffiċjali - Possibbiltà għall-Istati Membri li jeżoneraw ċerti kategoriji ta’ operaturi - Rati minimi ta’ tariffi)

(2019/C 383/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pollo del Campo S.c.a., Avi Coop Società Cooperativa Agricola (C-199/18), C.A.F.A.R. – Società Agricola Cooperativa, Società Agricola Guidi di Roncofreddo di Guidi Giancarlo e Nicolini Fausta (C-200/18) u SAIGI Società Cooperativa Agricola a r.l., MA.GE.MA. Società Agricola Cooperativa (C-343/18)

Konvenuti: Regione Emilia-Romagna, Azienda Unità Sanitaria Locale 104 di Modena, A.U.S.L. Romagna (C-199/18 u C-200/18) u Regione Emilia-Romagna, A.U.S.L. Romagna (C-343/18)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar s-saħħa ta’ l-annimali u l-welfare ta’ l-annimali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprovdi li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jimponu l-ħlas ta’ tariffi marbuta ma’ spezzjonijiet uffiċjali li jirrigwardaw l-attivitajiet elenkati fit-Taqsima A tal-Anness IV u fit-Taqsima A tal-Anness V ta’ dan ir-regolament, ukoll fir-rigward ta’ operaturi fis-settur tal-ikel u fis-settur tal-għalf tal-annimali li jeżerċitaw l-attivitajiet ta’ tbiċċir u ta’ tqattigħ ta’ laħam fuq bażi anċillari għall-attività prinċipali tagħhom ta’ trobbija.

2)

L-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 882/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jawtorizzax lil Stat Membru japplika rati ta’ tariffi inferjuri għar-rati minimi previsti fit-Taqsima B tal-Anness IV u fit-Taqsima B tal-Anness V tar-Regolament Nru 882/2004.


(1)  ĠU C 240, 9.7.2018

ĠU C 268, 30.7.2018


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/24


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-290/18) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Fawna u flora selvaġġa - Konservazzjoni ta’ habitats naturali u ta’ fawna u flora selvaġġa - Artikolu 4(4) - Annessi I u II - Siti ta’ importanza Komunitarja - Nuqqas ta’ indikazzjoni - Żoni speċjali ta’ konservazzjoni - Miżuri neċessarji - Nuqqas ta’ adozzjoni)

(2019/C 383/25)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u C. Hermes, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, J. Reis Silva, H. Almeida, A. Pimenta u P. Barros da Costa, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma indikatx bħala żoni speċjali ta’ konservazzjoni 61 sit ta’ importanza Komunitarja, irrikonoxxuti mill-Kummissjoni Ewropea fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/813/KE tas-7 ta’ Diċembru 2004 li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Atlantiku, u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE tad-19 ta’ Lulju 2006 li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju, malajr kemm jista’ jkun u sa mhux iktar tard minn sitt snin mid-data tal-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet, u, billi ma adottatx il-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jissodisfaw ir-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta’ ħabitats naturali msemmija fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u l-ispeċi msemmija fl-Anness II ta’ din id-direttiva preżenti fuq dawn is-siti ta’ importanza Komunitarja, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha bis-saħħa tal-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 6(1) tal-istess direttiva.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 249, 16.7.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/25


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove - Is-Slovakkja) – TE vs Pohotovosť s.r.o.

(Kawża C-331/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2008/48/KE - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kreditu lill-konsumaturi - Artikolu 10(2)(h) u (i) u paragrafu (3) - Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-kuntratt - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu li jiġi speċifikat għal kull ħlas it-tqassim bejn ir-rimbors tal-kapital, l-interessi u l-ispejjeż)

(2019/C 383/26)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešove

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TE

Konvenuta: Pohotovosť s.r.o.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 10(2)(h) sa (j) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, moqri flimkien mal-Artikolu 22(1) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-kuntratt ta’ kreditu għandu jispeċifika t-tqassim ta’ kull rimbors bejn, skont il-każ, l-ammortizzament tal-kapital, l-interessi u l-ispejjeż l-oħra.

2)

L-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/48, kif interpretati mis-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2016, Home Credit Slovakia (C-42/15, EU:C:2016:842), huma applikabbli għal kuntratt ta’ kreditu, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ġie konkluż qabel l-għoti ta’ din is-sentenza u qabel emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali magħmula sabiex ikun hemm konformità mal-interpretazzjoni adottata fl-imsemmija sentenza.


(1)  ĠU C 294, 20.08.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/26


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Lombardi Srl vs Comune di Auletta, Delta Lavori SpA, Msm Ingegneria Srl

(Kawża C-333/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet - Direttiva 89/665/KEE - Rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku ppreżentat minn offerent li l-offerta tiegħu ma ntgħażlitx - Rikors inċidentali tal-offerent rebbieħ - Ammissibbiltà tar-rikors prinċipali f’każ ta’ fondatezza tar-rikors inċidentali)

(2019/C 383/27)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lombardi Srl

Konvenuta: Comune di Auletta, Delta Lavori SpA, Msm Ingegneria Srl

fil-preżenza ta’: Robertazzi Costruzioni Srl

Dispożittiv

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi kif emendata permezz tad-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi li rikors prinċipali ppreżentat minn offerent, li għandu interess li jikseb kuntratt partikolari u li sarlu dannu jew ikun jinsab f’riskju li jsirlu dannu permezz ta’ ksur allegat tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi jew tar-regoli li jittrasponu dan id-dritt, u intiż għall-esklużjoni ta’ offerent ieħor, jiġi ddikjarat inammissibbli b’applikazzjoni tar-regoli tar-regoli jew il-prattiki tal-ġurisprudenza proċedurali nazzjonali, li jirrigwardaw it-trattament tar-rikorsi għal esklużjoni reċiproċi, irrispettivament min-numru ta’ parteċipanti fil-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku u n-numru ta’ dawk li ppreżentaw ir-rikorsi.


(1)  ĠU C 285, 13.08.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/26


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano – l-Italja) – Avv. Alessandro Salvoni vs Anna Maria Fiermonte

(Kawża C-347/18) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 53 - Ċertifikat dwar deċiżjoni f’materja ċivili u kummerċjali li jinsab fl-Anness 1 - Setgħat tal-qorti tal-oriġini - Verifika ex officio tal-eżistenza ta’ ksur tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi”)

(2019/C 383/28)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Avv. Alessandro Salvoni

Konvenuta: Anna Maria Fiermonte

Dispożittiv

L-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, kif emendat bir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/281 tas-26 ta’ Novembru 2014 flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-qorti tal-oriġini adita b’talba għall-ħruġ taċ-ċertifikat previst f’dan l-Artikolu 53, f’dak li jirrigwarda deċiżjoni definittiva, tkun tista’ tivverifika ex officio jekk id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament inkisrux, sabiex il-konsumatur jiġi informat dwar il-ksur eventwalment ikkonstatat u sabiex ikun tista’ jevalwa b’għarfien sħiħ tal-fatti l-possibbiltà li juża r-rimedju previst fl-Artikolu 45 tal-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 285, 13.08.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/27


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iSpetsializiran nakazatelen sad - il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra AH, PB, CX, KM, PH

(Kawża C-377/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali - Direttiva (UE) 2016/343 - Artikolu 4(1) - Preżunzjoni tal-innoċenza - Referenzi pubbliċi għall-ħtija - Ftehim milħuq bejn il-prosekutur u l-awtur tar-reat - Ġurisprudenza nazzjonali li tipprevedi l-identifikazzjoni tal-persuni akkużati fi proċedimenti kriminali li ma kkonkludewx tali ftehim - Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Artikolu 48)

(2019/C 383/29)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali

AH, PB, CX, KM, PH

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li ftehim li fih il-persuna akkużata tirrikonoxxi l-ħtija tagħha inkambju għal tnaqqis fil-piena, li għandu jiġi approvat minn qorti nazzjonali, isemmi espressament bħala koawturi tar-reat kriminali inkwistjoni mhux biss lil din il-persuna, iżda wkoll lil persuni oħra akkużati, li ma rrikonoxxewx il-ħtija tagħhom u li huma akkużati fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali differenti, bil-kundizzjoni, minn naħa, li din l-indikazzjoni tkun neċessarja għall-klassifikazzjoni tar-responsabbiltà legali tal-persuna li kkonkludiet l-imsemmi ftehim u, min-naħa l-oħra, li dan l-istess ftehim jindika b’mod ċar li dawn il-persuni l-oħra huma akkużati fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali distinti u li l-ħtija tagħhom ma ġietx stabbilita legalment.


(1)  ĠU C 294, 20.08.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/28


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy Lublin-Wschód w Lublinie z siedzibą w Świdniku - il-Polonja) – Lexitor Sp. z o.o vs Spółdzielcza Kasa Oszczędnościowo - Kredytowa im. Franciszka Stefczyka, Santander Consumer Bank S.A., mBank S.A.

(Kawża C-383/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur - Direttiva 2008/48/KE - Artikolu 16(1) - Ħlas lura kmieni - Dritt tal-konsumatur għal tnaqqis fl-ispiża totali tal-kreditu korrispondenti għall-interessi u għall-ispejjeż dovuti fir-rigward tat-terminu rimanenti tal-kuntratt)

(2019/C 383/30)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Lublin-Wschód w Lublinie z siedzibą w Świdniku

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Lexitor Sp. z o.o

Konvenuti: Spółdzielcza Kasa Oszczędnościowo - Kredytowa im. Franciszka Stefczyka, Santander Consumer Bank S.A., mBank S.A.

Dispożittiv

L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt tal-konsumatur għat-tnaqqis tal-ispejjeż totali tal-kreditu f’każ ta’ ħlas lura kmieni jinkludi l-ispejjeż kollha imposti fuq il-konsumatur.


(1)  ĠU C 294, 20.8.2018


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/29


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona - Spanja) – DW vs Nobel Plastiques Ibérica SA

(Kawża C-397/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikolu 2(2)(b)(ii) u l-Artikolu 5 - Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq diżabbiltà - Ħaddiem partikolarment sensittiv għar-riskji professjonali, fis-sens tad-dritt nazzjonali - Eżistenza ta’ “diżabbiltà” - Tkeċċija għal raġunijiet oġġettivi bbażati fuq il-kriterji tal-produttività, tal-ħiliet varji miksuba fil-pożizzjonijiet tax-xogħol tal-impriża kif ukoll tal-assenteiżmu - Żvantaġġ partikolari għall-persuni b’diżabbiltà - Diskriminazzjoni indiretta - Arranġamenti raġonevoli - Persuna li ma hijiex kompetenti, kapaċi u disponibbli sabiex taqdi l-funzjonijiet essenzjali tal-pożizzjoni kkonċernata)

(2019/C 383/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DW

Konvenuta: Nobel Plastiques Ibérica SA

fil-preżenza ta’: Fondo de Garantía Salarial (Fogasa), Ministerio Fiscal

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-istat ta’ saħħa ta’ ħaddiem irrikonoxxut bħala li huwa partikolarment sensittiv għar-riskji professjonali, fis-sens tad-dritt nazzjonali, li ma jippermettix lil dan il-ħaddiem li jokkupa ċerti pożizzjonijiet tax-xogħol għar-raġuni li dan iwassal għal riskju għas-saħħa tiegħu jew għal dik ta’ persuni oħra, ma jaqax taħt il-kunċett ta’ “diżabbiltà”, fis-sens ta’ din id-direttiva, ħlief meta dan l-istat iwassal għal limitazzjoni tal-kapaċità, li tirriżulta b’mod partikolari minn indebolimenti fiżiċi, mentali jew psikiċi dewwiema, li flimkien ma’ diversi ostakoli tista’ tkun ta’ xkiel għall-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tal-persuna kkonċernata fil-ħajja professjonali fuq il-bażi tal-ugwaljanza mal-ħaddiema l-oħra. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk, fil-kawża prinċipali, dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfatti.

2)

L-Artikolu 2(2)(b)(ii) tad-Direttiva 2000/78 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tkeċċija għal “raġunijiet oġġettivi” ta’ ħaddiem b’diżabbiltà għar-raġuni li dan jissodisfa l-kriterji ta’ selezzjoni meħuda inkunsiderazzjoni mill-persuna li timpjega sabiex tiddetermina l-persuni li għandhom jitkeċċew, jiġifieri li jkollhom produttività inferjuri għal rata partikolari, livell baxx ta’ ħiliet varji miksuba fil-pożizzjonijiet tax-xogħol tal-impriża, kif ukoll rata ta’ assenteiżmu għolja, tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq id-diżabbiltà, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ħlief jekk il-persuna li timpjega tkun adottat arranġamenti raġonevoli minn qabel, fir-rigward ta’ dan l-impjegat, fis-sens tal-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva, sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-persuni b’diżabbiltà, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.


(1)  ĠU C 294, 20.8.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/30


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus apygardos administracinis teismas - il-Litwanja) – AW, BV, CU, DT vs Lietuvos valstybė irrappreżentat mil-Lietuvos Respublikos ryšių reguliavimo tarnyba, mill-Bendrasis pagalbos centras u mil-Lietuvos Respublikos vidaus reikalų ministerija

(Kawża C-417/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2002/22/KE - Servizz universali u drittijiet tal-utenti fir-rigward tan-netwerks u tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Artikolu 26(5) - Numru uniku Ewropew għal sejħa ta’ emerġenza - Tqegħid għad-dispożizzjoni tal-informazzjoni dwar il-post fejn jinsab min iċempel)

(2019/C 383/32)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus apygardos administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AW, BV, CU, DT

Konvenut: Lietuvos valstybė, irrappreżentat mil-Lietuvos Respublikos ryšių reguliavimo tarnyba, mill-Bendrasis pagalbos centras u mil-Lietuvos Respublikos vidaus reikalų ministerija

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 26(5) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-Istati Membri, bil-kundizzjoni tal-possibbiltà teknika, l-obbligu li jiżguraw li l-impriżi kkonċernati jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtorità li tittratta t-telefonati ta’ emerġenza lin-numru uniku Ewropew għal sejħa ta’ emerġenza “112” mingħajr ħlas, l-informazzjoni dwar il-post fejn jinsab min iċempel, hekk kif it-telefonata tasal għand l-imsemmija awtorità, anki jekk it-telefonata tkun saret minn telefon ċellulari li ma fihx kard SIM.

2)

L-Artikolu 26(5) tad-Direttiva 2002/22, kif emendata bid-Direttiva 2009/136, għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni fid-definizzjoni tal-kriterji relatati mal-preċiżjoni u mal-affidabbiltà tal-informazzjoni tal-post fejn jinsab min iċempel in-numru uniku Ewropew għal sejħa ta’ emerġenza “112”, filwaqt li għandu madankollu jiġi speċifikat li l-kriterji li huma jiddefinixxu għandhom jiżguraw, fil-limiti tal-possibbiltà teknika, l-istabbiliment tal-pożizzjoni ta’ min iċempel b’mod affidabbli u preċiż daqs kemm huwa neċessarju sabiex is-servizzi ta’ emerġenza jkunu jistgħu jagħtuh l-għajnuna b’mod utli, li għandu jiġi evalwat mill-qorti tar-rinviju.

3)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta, konformement mad-dritt intern ta’ Stat Membru, l-eżistenza ta’ rabta kawżali indiretta bejn l-illegalità mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali u d-dannu mġarrab minn individwu tiġi kkunsidrata bħala suffiċjenti għall-istabbiliment tar-responsabbiltà tal-Istat, tali rabta kawżali indiretta bejn ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lil dan l-Istat Membru u d-dannu mġarrab minn individwu, għandha wkoll titqies bħala suffiċjenti, għall-finijiet tal-istabbiliment tar-responsabbiltà tal-imsemmi Stat Membru għal dan il-ksur tad-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 352, 01.10.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/31


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-443/18) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Protezzjoni sanitarja tal-pjanti - Direttiva 2000/29/KE - Protezzjoni kontra l-introduzzjoni u t-tixrid ġewwa l-Unjoni Ewropea ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għal prodotti tal-pjanti - Artikolu 16(1) u (3) - Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/789 - Miżuri intiżi li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et) - Artikolu 7(2)(c) - Miżuri ta’ trażżin - Obbligu għat-tneħħija immedjata tal-pjanti infettati f’medda ta’ 20 kilometru fiż-żona infettata - Artikolu 7(7) - Obbligu ta’ monitoraġġ - Investigazzjonijiet annwali - Artikolu 6(2), (7) u (9) - Miżuri ta’ qerda - Nuqqas persistenti u ġenerali - Artikolu 4(3) TUE - Obbligu ta’ kooperazzjoni leali)

(2019/C 383/33)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u D. Bianchi, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn S. Fiorentino u G. Caselli, avvocati dello Stato)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Taljana,

billi naqset milli tiżgura, fiż-żona ta’ trażżin, li ssir immedjatament it-tneħħija ta’ mill-inqas il-pjanti kollha li l-infezzjoni tagħhom minn Xylella fastidiosa ġiet ikkonstatata jekk dawn ikunu nstabu fiż-żona infettata f’distanza massima ta’ 20 kilometru mid-demarkazzjoni bejn din iż-żona infettata u l-bqija tat-territorju tal-Unjoni, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 7(2)(c) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789 tat-18 ta’ Mejju 2015 fir-rigward ta’ miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et) kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/764 tat-12 ta’ Mejju 2016, u

billi naqset milli tiggarantixxi, fiż-żona ta’ trażżin, il-monitoraġġ tal-preżenza ta’ Xylella fastidiosa billi tmexxi stħarriġ annwali mwettaq f’mumenti opportuni tas-sena, naqset mill-obbligi li jaqgħu fuqha bis-saħħa tal-Artikolu 7(7) ta’ din id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Taljana għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 294, 20.8.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/32


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Constanța – ir-Rumanija) – R vs P

(Kawża C-468/18.) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta’ f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment - Regolament (KE) Nru 4/2009 - Artikolu 3(a) u (d) u Artikolu 5 - Qorti adita bi tliet talbiet konġunti dwar id-divorzju tal-ġenituri ta’ wild minuri, tar-responsabbiltà tal-ġenituri u tal-obbligu ta’ manteniment favur il-wild - Dikjarazzjoni ta’ ġurisdizzjoni fil-qasam tad-divorzju u tan-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni tat-talba ta’ obbligu ta’ manteniment - Qorti tal-post fejn il-konvenut għandu r-residenza abitwali tiegħu u li quddiemha jidher)

(2019/C 383/34)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Constanța

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: R

Konvenuta: P

Dispożittiv

L-Artikolu 3(a) u (d) u l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta qorti ta’ Stat Membru tkun adita bi tliet talbiet konġunti li jirrigwardaw, rispettivament, id-divorzju tal-ġenituri ta’ wild minuri, ir-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ dan il-wild u l-obbligu ta’ manteniment lejh, il-qorti li tiddeċiedi fuq id-divorzju li tkun iddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-talba dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri għandha madankollu ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-talba dwar l-obbligu ta’ manteniment fir-rigward tal-imsemmi wild meta hija wkoll il-qorti tal-post ta’ residenza abitwali tal-konvenut u l-qorti li quddiemha huwa jkun deher, mingħajr ma tiġi kkontestata l-ġurisdizzjoni.


(1)  ĠU C 381, 22.10.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/32


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – GP vs Bundesagentur für Arbeit, Familienkasse Baden-Württemberg West

(Kawża C-473/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Ħaddiema migranti - Regoli tal-Unjoni Ewropea dwar il-konverżjoni tal-valuti - Regolament (KE) Nru 987/2009 - Deċiżjoni H3 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali - Kalkolu tas-suppliment għad-differenza ta’ allowances tal-familja dovuti lil ħaddiem residenti fi Stat Membru u li jaħdem fl-Isvizzera - Determinazzjoni tad-data ta’ riferiment tar-rati tal-kambju)

(2019/C 383/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GP

Konvenuti: Bundesagentur für Arbeit, Familienkasse Baden-Württemberg West

Dispożittiv

1)

F’dak li jikkonċerna l-konverżjoni monetarja ta’ benefiċċju għal wild dipendenti sabiex jiġi ddeterminat l-ammont eventwali ta’ suppliment għad-differenza abbażi tal-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikolu 90 tar-Regolament Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 kif ukoll id-Deċiżjoni Nru H3 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali tal-15 ta’ Ottubru 2009 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament Nru 987/2009, ma humiex affettwati mill-fatt li dan il-benefiċċju huwa mħallas fi franki Svizzeri minn istituzzjoni Svizzera.

2)

Id-Deċiżjoni H3 għandha tiġi interpretata fis-sens li meta ssir il-konverżjoni tal-valuti li huma fformulati fiha benefiċċji għal wild dipendenti sabiex jiġi ddeterminat l-ammont eventwali ta’ suppliment għad-differenza abbażi tal-Artikolu 68(2) tar-Regolament Nru 883/2004 għandu japplika l-punt 2 ta’ din.

3)

Il-punt 2 tad-Deċiżjoni H3 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-kunċett ta’ “ġurnata tat-twettiq tal-operazzjoni mill-istituzzjoni”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jirreferi għall-ġurnata meta l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat tal-impjieg twettaq il-ħlas tal-benefiċċju tal-familja inkwistjoni.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/33


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 – HX vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-540/18 P) (1)

(Appell - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana - Miżuri diretti kontra negozjanti rġiel u nisa ewlenin li joperaw fis-Sirja - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-listi)

(2019/C 383/36)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Appellant: HX (rappreżentant: S. Koev, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Gurov u A. Vitro, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

HX huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tiegħu, għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 408, 12.11.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/34


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesgerichtshof - il-Ġermanja) – AS vs Deutsches Patent- und Markenamt

(Kawża C-541/18) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 3(1)(b) - Karattru distintiv - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Sinjal b’hashtag”)

(2019/C 383/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AS

Konvenut: Deutsches Patent- und Markenamt

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li l-karattru distintiv ta’ sinjal li ssir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tiegħu bħala trade mark għandu jiġi eżaminat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, inklużi l-modi ta’ użu kollha probabbli tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha. Dawn tal-aħħar jikkorrispondu, fl-assenza ta’ indizji oħra, għall-modi ta’ użu li, fid-dawl tal-abitudnijiet tas-settur ekonomiku kkonċernat, jistgħu jkunu sinjifikattivi fil-prattika.


(1)  ĠU C 436, 3.12.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/35


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – TDK-Lambda Germany GmbH vs Hauptzollamt Lörrach

(Kawża C-559/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Subintestatura 85044030 - Konvertituri statiċi - Kriterji ta’ klassifikazzjoni - Użu essenzjali)

(2019/C 383/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TDK-Lambda Germany GmbH

Konvenuta: Hauptzollamt Lörrach

Dispożittiv

Is-subintestatura 85 044 030 ta-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat 23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tiegħu li jirriżultaw suċċessivament mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012, u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-konvertituri statiċi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistgħu jiġu kklassifikati taħt l-imsemmija subintestatura biss jekk l-użu intenzjonat essenzjali tagħhom ikun għal ma’ “apparat ta’ telekomunikazzjoni, magni awtomatiċi għal ipproċessar ta’ data u unitajiet tagħhom”, fis-sens ta’ din is-subintestatura, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 436, 3.12.2018


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/35


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – Ir-Renju Unit – Eli Lilly and Company vs Genentech Inc.

(Kawża C-239/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikolu 3(b) - Kundizzjonijiet għall-kisba - Awtorizzazzjoni għat-tqiegħid fis-suq - Awtorizzazzjoni maħruġa lil terz - Inammissibbiltà manifesta)

(2019/C 383/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eli Lilly and Company.

Konvenuta: Genentech Inc.

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division (patents court) (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales), Sezzjoni tal-Ekwità (Awla tal-Privattivi), ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tal-4 ta’ Marzu 2019, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 172, 20.5.2019.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/36


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2019 minn João Miguel Barata mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-20 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-854/16, Barata vs Il-Parlament

(Kawża C-71/19 P)

(2019/C 383/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: João Miguel Barata (rappreżentati minn G. Pandey u D. Rovetta, avukati, u minn J. Grayston, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Permezz ta’ digriet tas-26 ta’ Settembru 2019 il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) ċaħdet l-appell bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat, u kkundannat lil João Miguel Barata għall-ispejjeż tiegħu.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Arbitral de pe lângă Asociația de arbitraj de pe lângă Baroul Cluj (ir-Rumanija) fil-25 ta’ Frar 2019 – KE vs LF

(Kawża C-185/19)

(2019/C 383/41)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Arbitral de pe lângă Asociația de arbitraj de pe lângă Baroul Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KE

Konvenuta: LF

Domanda preliminari

B’digriet tal-24 ta’ Settembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ddikjarat it-talba għal deċiżjoni preliminari bħala manifestament inammissibbli u ddikjarat ruħha manifestament mingħajr ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi dwar tali talba.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/37


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2019 minn Xianhao Pan mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-21 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-777/17 – Pan vs EUIPO - Entertainment One UK (TOBBIA)

(Kawża C-412/19 P)

(2019/C 383/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Xianhao Pan (rappreżentant: M. Oliva, avvocato)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Entertainment One UK Ltd

B’digriet tat-12 ta’ Lulju 2019 tal-Viċi President il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-appell huwa miċħud bħala inammissibbli.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/37


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2019 minn Stada Arzneimittel AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-4 ta’ April 2019 fil-Kawża T-804/17 – Stada Arzneimittel AG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-460/19 P)

(2019/C 383/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Stada Arzneimittel AG (rappreżentanti: A. K. Marx, R. Kaase, J.-C. Plate, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (l-Awla għall-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet, b’digriet tal-1 ta’ Ottubru 2019, li l-appell ma għandux jiġi ammess u li l-appellanti għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minnha.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/38


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Lulju 2019 – XW vs Eurowings GmbH

(Kawża C-541/19)

(2019/C 383/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: XW

Konvenuta: Eurowings GmbH

Domanda preliminari

Fil-kuntest tal-kalkolu tad-dritt għall-kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1), għandha tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll id-distanza totali tat-titjiriet meta passiġġier ikollu dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar fid-destinazzjoni finali wara dewmien/kanċellazzjoni tat-titjira konnessa tiegħu, anki jekk l-ewwel titjira tiegħu kienet puntwali u ż-żewġ titjiriet saru minn trasportaturi tal-ajru differenti u kienu rriżervati flimkien?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/38


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Lulju 2019 – YX vs Eurowings GmbH

(Kawża C-542/19)

(2019/C 383/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: YX

Konvenuta: Eurowings GmbH

Domanda preliminari

Fil-kuntest tal-kalkolu tad-dritt għall-kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1), għandha tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll id-distanza totali tat-titjiriet meta passiġġier ikollu dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar fid-destinazzjoni finali wara dewmien/kanċellazzjoni tat-titjira konnessa tiegħu, anki jekk l-ewwel titjira tiegħu kienet puntwali u ż-żewġ titjiriet saru minn trasportaturi tal-ajru differenti u kienu rriżervati flimkien?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/39


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Lulju 2019 – PL vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-574/19)

(2019/C 383/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PL

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Settembru 2019.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/39


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) (il-Portugall) fit-30 ta’ Lulju 2019 – FRENETIKEXITO – UNIPESSOAL, LDA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-581/19)

(2019/C 383/47)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FRENETIKEXITO – UNIPESSOAL, LDA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

Fl-ipoteżi fejn, bħal f’dan il-każ, kumpannija;

a)

tiddedika lilha nnifisha, b’mod prinċipali, għal attivitajiet ta’ eżerċizzju u ta’ benesseri fiżiku u, b’mod sekondarju, għal attivitajiet għas-saħħa tal-bniedem, fosthom nutrizzjoni, konsulenzi dwar nutrizzjoni u dwar evalwazzjoni fiżika, kif ukoll it-twettiq ta’ massaġġi;

b)

tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-klijenti tagħha pjanijiet li jinkludu biss servizzi ta’ fitness u pjanijiet li jinkludu kemm servizzi ta’ fitness kif ukoll nutrizzjoni,

hija jkollha, taħt l-Artikolu 2(1)(c) tad- Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) tqis li l-attività għas-saħħa tal-bniedem, b’mod speċifiku n-nutrizzjoni, hija anċillari għall-attività ta’ eżerċizzju u ta’ benesseri fiżiku, b’tali mod li s-servizz anċillari għandu jkollu l-istess trattament fiskali bħall-provvista ta’ servizz prinċipali jew, bil-kontra, għandu jitqies li l-attività għas-saħħa tal-bniedem, b’mod speċifiku n-nutrizzjoni, u l-attività ta’ eżerċizzju u ta’ benesseri fiżiku huma indipendenti u awtonomi bejniethom, fejn għalhekk għandu jkun applikabbli għalihom it-trattament fiskali previst għal kull waħda minn dawk l-attivitajiet?

2)

L-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(c) tad-Direttiva 2006/112/KE tippresupponi li s-servizzi hemm indikati jiġu effettivament ipprovduti jew is-sempliċi tqegħid għad-dispożizzjoni tal-istess servizzi, b’tali mod l-użu tagħhom tkun dipendenti biss mir-rieda tal-klijent, huwa suffiċjenti għall-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 335, p. 16, u fil-ĠU 2018, L 32, p. 53.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/40


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht für Strafsachen Wien (l-Awstrija) fit-2 ta’ Awwissu 2019 – proċeduri kriminali kontra A***** u awturi ta’ reat oħra mhux magħrufa

(Kawża C-584/19)

(2019/C 383/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht für Strafsachen Wien

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

Rikorrent: Staatsanwaltschaft Wien

Akkużati: A***** u persuni oħra mhux magħrufa

Parti oħra fil-proċedura: Staatsanwaltschaft Hamburg

Domandi preliminari

Il-kunċetti ta’ “awtorità ġudizzjarja” skont l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (1) u ta’ “prosekutur pubbliku” skont l-Artikolu 2(c)(i) tal-imsemmija direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jifformaw parti minnhom anki l-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku ta’ Stat Membru li, fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropew, huma esposti għar-riskju li jkunu suġġetti, direttament jew indirettament, għal ordnijiet jew għal struzzjonijiet individwali min-naħa tas-setgħa eżekuttiva, pereżempju mis-Senatur għall-Ġustizzja ta’ Hamburg?


(1)  ĠU 2014, L 130, p. 1.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/41


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-ondernemingsrechtbank Antwerpen (il-Belġju) fis-6 ta’ Awwissu 2019 – M.I.C. M. Mircom International Content Management & Consulting Limited vs Telenet BVBA

(Kawża C-597/19)

(2019/C 383/49)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Ondernemingsrechtbank Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M.I.C. M. Mircom International Content Management & Consulting Limited

Konvenuta: Telenet BVBA

Domandi preliminari

1.

a)

It-tniżżil permezz ta’ netwerk pari għal pari (peer-to-peer) ta’ fajl u t-tqegħid għad-dispożizzjoni simultanju tas-segmenti tiegħu (“partijiet”) (xi drabi frammentarji ħafna meta mqabbla mat-total) bil-għan tat-tniżżil tagħhom (seeding), jista’ jiġi assimilat ma’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 (1), anki jekk dawn is-segmenti individwali huma inutilizzabbli fihom innifishom?

Jekk ikun il-każ,

b)

Jeżisti livell minimu li minnu s-seeding ta’ dawn is-segmenti jikkostitwixxi komunikazzjoni lill-pubbliku?

c)

Il-fatt li s-seeding jista’ jsir awtomatikament (b’riżultat tal-konfigurazzjonijiet tal-klijent turrent) u għaldaqstant mingħajr l-għarfien tal-utent, huwa rilevanti?

2.

a)

Il-persuna li kuntrattwalment hija d-dententur tad-drittijiet tal-awtur (jew ta’ drittijiet relatati) li ma tisfruttahomx hija stess iżda sempliċement titlob kumpens mingħand dawk li allegatament iwettqu l-ksur u li l-mod ekonomiku ta’ dħul tagħha għaldaqstant jiddependi fuq l-eżistenza tal-piraterija minflok f’li tikkumbattiha, tista’ tgawdi mill-istess drittijiet bħal dawk tal-Kapitolu II tad-Direttiva 2004/48 (2)mogħtija lill-awturi jew lill-persuni li għandhom liċenzja li tassew jisfruttaw id-drittijiet tal-awtur b’mod normali?

b)

Din il-persuna li għandha liċenzja kif tista’, f’dan il-każ, tkun ġarbet “dannu” (fis-sens tal-Artikolu 13 tad-Direttiva) minħabba dan il-ksur?

3.

Il-fatti konkreti indikati fid-domandi 1 u 2 huma rilevanti fl-evalwazzjoni tal-ibbilanċjar korrett bejn, minn naħa, ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u, min-naħa l-oħra, id-drittijiet u l-libertajiet iggarantiti mill-Karta, bħar-rispett tal-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali, u b’mod partikolari fl-evalwazzjoni tal-proporzjonalità?

4.

F’dawn iċ-ċirkustanzi kollha, ir-reġistrazzjoni sistematika u sussegwentement l-ipproċessar ġenerali tal-indirizzi IP ta’ massa ta’ seeders (mill-persuna li għandha liċenzja nnifisha u minn terz f’isimha) huwa ġġustifikat fir-rigward tar-Regolament Ġenerali Dwar il-Protezzjoni tad-Data (3)u b’mod iktar partikolari tal-Artikolu 6(1)(f) tiegħu?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).

(2)  Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).

(3)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU 2016 L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2).


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/42


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fid-9 ta’ Awwissu 2019 – Gmina Wrocław vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

(Kawża C-604/19)

(2019/C 383/50)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gmina Wrocław

Konvenut: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

Domandi preliminari

1)

Il-konverżjoni ta’ użufrutt perpetwu fuq beni immobbli għal dritt ta’ proprjetà li seħħet, bħal f’dan il-każ, abbażi tal-liġi tikkostitwixxi kunsinna ta’ oġġetti, fis-sens tal-Artikolu 14(2)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, il-konverżjoni ta’ użufrutt perpetwu fuq beni immobbli għal dritt ta’ proprjetà li seħħet abbażi tal-liġi tikkostitwixxi kunsinna ta’ oġġetti, fis-sens tal-Artikolu 14(1) moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2006/112, suġġetta għall-VAT?

3)

Meta jitħallas tariffi abbażi tal-konverżjoni ta’ użufrutt perpetwu fuq beni immobbli għal dritt ta’ proprjetà, bħal f’dan il-każ, Gmina (komun) ikun qiegħed jaġixxi bħala persuna taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 9(1) moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2006/112 jew bħala awtorità pubblika fis-sens tal-Artikolu 13 tal-istess direttiva?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/43


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Awwissu 2019 – Land Nordrhein-Westfalen vs D.-H. T. li qiegħed jaġixxi bħala l-likwidatur tal-assi ta’ J & S Service UG

(Kawża C-620/19)

(2019/C 383/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent f’azzjoni ta’ reviżjoni: Land Nordrhein-Westfalen

Konvenut f’azzjoni ta’ reviżjoni: D.-H. T. li qiegħed jaġixxi bħala l-likwidatur tal-assi ta’ J & S Service UG

Intervenjent: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 23(1)(j) tar-Regolament (UE) 2016/679 (1) huwa intiż sabiex jipproteġi wkoll l-interessi tal-amministrazzjoni fiskali?

2.

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-espressjoni “l-infurzar ta’ pretensjonijiet skont id-dritt ċivili” tkopri wkoll id-difiża tal-amministrazzjoni fiskali mill-pretensjonijiet li jaqgħu taħt id-dritt ċivili u dawn il-pretensjonijiet għandhom ikunu diġà ġew invokati?

3.

Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 23(1)(e) tar-Regolament 2016/679 dwar il-protezzjoni ta’ interess finanzjarju importanti ta’ Stat Membru fil-qasam fiskali tippermetti li d-dritt ta’ aċċess previst fl-Artikolu 15 tal-imsemmi regolament jiġi limitat fil-kuntest tad-difiża ta’ pretensjonijiet għall-evitar ta’ insolvenza taħt id-dritt ċivili kontra l-amministrazzjoni fiskali?


(1)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1).


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/44


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Awwissu 2019 – Openbaar Ministerie XD

(Kawża C-625/19)

(2019/C 383/52)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: XD

Domanda preliminari

Prosekutur li jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Istat Membru ta’ ħruġ, li jaġixxi b’mod indipendenti fl-eżerċizzju ta’ dmirijiet inerenti għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u li ħareġ mandat ta’ arrest Ewropew, jista’ jiġi kklassifikat bħala awtorità ġudizzjarja emittenti fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584/ĠAI (1) jekk, fl-Istat emittenti, qabel id-deċiżjoni effettiva ta’ dan il-prosekutur li joħroġ mandat ta’ arrest Ewropew imħallef ikun evalwa l-kundizzjonijiet ta’ ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u, b’mod partikolari, il-proporzjonalità tiegħu?


(1)  Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/44


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Awwissu 2019 – Openbaar Ministerie YC

(Kawża C-626/19)

(2019/C 383/53)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: YC

Domandi preliminari

1)

Prosekutur pubbliku li jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Istat Membru emittenti, li jaġixxi b’mod indipendenti fl-eżerċizzju tal-kompiti inerenti għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u li ħareġ mandat ta’ arrest Ewropew jista’ jiġi kkwalifikat bħala awtorità ġudizzjarja emittenti fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI (1) jekk, fl-Istat emittenti, qabel id-deċiżjoni effettiva ta’ dan il-prosekutur pubbliku li joħroġ il-mandat ta’ arrest Ewropew imħallef ikun evalwa l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u, b’mod partikolari, il-proporzjonalità tagħha?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: il-kundizzjoni msemmija fil-punt 75 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Mejju 2019 ([C-508/18 u C-82/19 PPU], EU:C:2019:456), li tirrikjedi li għandu jkun possibbli li d-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku li joħroġ mandat ta’ arrest Ewropew u, b’mod partikolari, in-natura proporzjonali ta’ tali deċiżjoni għandhom ikunu s-suġġett ta’ azzjoni ġudizzjarja li tissodisfa b’mod sħiħ il-kundizzjonijiet inerenti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, hija ssodisfatta jekk jirriżulta li hemm rimedju ġuridiku għall-persuna mfittxija, wara l-konsenja effettiva tagħha, li permezz tiegħu n-nullità tal-mandat ta’ arrest Ewropew tista’ tiġi invokata quddiem il-qorti fl-Istat emittenti u li bih din il-qorti teżamina b’mod partikolari n-natura proporzjonali tad-deċiżjoni ta’ ħruġ ta’ dan il-mandat ta’ arrest Ewropew?


(1)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45)


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/45


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Awwissu 2019 – Openbaar Ministerie vs ZB

(Kawża C-627/19)

(2019/C 383/54)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: ZB

Domanda preliminari

Meta mandat ta’ arrest Ewropew ikun intiż għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ priġunerija imposta permezz ta’ deċiżjoni eżekuttiva ta’ mħallef jew ta’ qorti u jkun inħareġ minn prosekutur pubbliku li jipparteċipa fl-amminstrazzjoni tal-ġustizzja fl-Istat Membru emittenti, u li l-indipendenza tiegħu hija ggarantita fl-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu inerenti fil-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, huwa wkoll meħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà ta’ azzjoni ġudizzjarja diretta kontra d-deċiżjoni li jinħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew – u, b’mod partikolari, in-natura proporzjonali ta’ tali deċiżjoni – li jissodisfa b’mod sħiħ ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva?


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/46


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) (il-Portugall) fit-23 ta’ Awwissu 2019 – PAGE Internacional, Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-630/19)

(2019/C 383/55)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PAGE Internacional Lda

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

L-interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 168(a) u tal-Artikolu 176 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) tat-28 ta’ Novembru 2006 u tal-prinċipji ta’ newtralità tal-VAT u ta’ proporzjonalità, jippermettu li l-leġiżlatur Portugiż fl-Artikolu 21(1)(d) u (2)(d) tal-Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado (il-Kodiċi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, il-Portugall), approvat permezz tad-Decreto-Lei n.o 394-B/84 (id-Digriet Liġi Nru 394-B/84, il-Portugall) tas-26 ta’ Diċembru, jillimita għal 50 % d-dritt għal tnaqqis tal-VAT fuq spejjeż ta’ ikel, anki jekk il-persuna taxxabbli turi li t-totalità ta’ dawn l-ispejjeż kienet kollha kemm hi allokata għall-eżerċizzju tal-attività ekonomika tagħha ntaxxata?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 335, p. 16, u fil-ĠU 2018, L 32, p. 53).


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/46


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Awwissu 2019 – Y vs CAK

(Kawża C-636/19)

(2019/C 383/56)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Y

Konvenut: CAK

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2011/24/UE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-persuni li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (2) li jirċievu fil-pajjiż ta’ residenza benefiċċji in natura pprovduti mill-Pajjiżi l-Baxxi, iżda li ma humiex assigurati fil-Pajjiżi l-Baxxi taħt l-assigurazzjoni għall-mard obbligatorja, jistgħu jinvokaw direttament din id-direttiva sabiex jiksbu r-rimobors tal-ispejjeż tal-kura pprovduta?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv,

2)

Mill-Artikolu 56 TFUE jirriżulta li, f’każ bħal dak preżenti, ir-rifjut ta’ rimbors għall-kura pprovduta fi Stat Membru ieħor għajr il-pajjiż ta’ residenza jew l-Istat tal-pensjoni jikkostitwixxi ostakolu mhux iġġustifikat għall-moviment liberu tas-servizzi?


(1)  Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU 2011, L 88, p. 45).

(2)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/47


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2019 minn Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-28 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-741/16, Changmao Biochemical Engineering vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-666/19 P)

(2019/C 383/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd (rappreżentanti: K. Adamantopoulos u P. Billiet, avocats)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Hyet Sweet

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-741/16 fl-intier tagħha;

tilqa’ t-talbiet imressqa mill-appellanti fir-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali u tannulla r-regolament ikkontestat (1), sa fejn dan jirrigwarda lill-appellanti, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja; u

tikkundanna lill-konvenuta u lill-intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali jbatu l-ispejjeż sostnuti mill-appellanti fil-kuntest ta’ dan l-appell kif ukoll l-ispejjeż relatati mal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-741/16.

Sussidjarjament, l-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar it-tieni parti tal-ewwel motiv tar-rikors;

iktar sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar kull motiv ieħor tal-appellanti, sa fejn l-istadju tal-proċedura jiġġustifika dan; u

tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tressaq ħames aggravji insostenn tal-appell.

L-ewwel aggravju: il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fil-punti 54, 64-67, 69-70, 78-80, 87, 93 u 97-98 tas-sentenza appellata, li jipprovdu li l-kontabbiltà tal-appellanti ma ġietx ippreparata skont l-Istandards ta’ Kontabbiltà Internazzjonali (“IAS”) u, għaldaqstant, tikser it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku (2), huma vvizzjati bi żbalji manifesti fl-applikazzjoni tad-dritt u jiżnaturaw il-fatti. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta rrifjutat li teżamina l-argument tal-appellanti bbażat fuq it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

It-tieni aggravju: il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fil-punti 113, 115-118, 125-126 u 128-130 tas-sentenza appellata, li jipprovdu li l-Kummissjoni ma kisritx l-Artikolu 2(7)(a), l-Artikolu 6(8) u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku kif ukoll id-dmir ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba tagħha billi naqset milli titlob u teżamina lista ddettaljata tal-esportazzjonijiet mingħand il-produttur tal-pajjiż analogu, huma vvizzjati bi żbalji manifesti fl-applikazzjoni tad-dritt u jiżnaturaw il-fatti.

It-tielet aggravju: il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fil-punti 141-144, 152-153 u 155-162 tas-sentenza appellata li jipprovdu li l-Kummissjoni ma kisritx l-Artikolu 2(10) u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, l-Artikolu 2(4) tal-Ftehim Antidumping kif ukoll id-dmir ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba tagħha billi rrifjutat li taġġusta l-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-appellanti għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping, huma vvizzjati bi żbalji manifesti fl-applikazzjoni tad-dritt u jiżnaturaw il-fatti.

Ir-raba’ aggravju: il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fil-punti 148 u 150 tas-sentenza appellata, li jipprovdu li l-Kummissjoni ma kisritx l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-dmir ta’ diliġenza tagħha billi ma aġġustatx il-livell tal-prezz mhux dannuż tal-produttur tal-Unjoni minħabba differenzi relatati ma’ servizzi addizzjonali, mal-imballaġġ u mad-dħul relatat mal-privattivi u mal-għarfien imħallsa mill-industrija tal-Unjoni, huma vvizzjati bi żbalji manifesti fl-applikazzjoni tad-dritt u jiżnaturaw il-fatti.

Il-ħames aggravju: il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fil-punti 189-191, 194, 200- 201 u 203-206 tas-sentenza appellata, li jipprovdu li l-Kummissjoni ma kisritx l-Artikolu 2(7)(a) u (10), l-Artikolu 3(2), (3) u (5), l-Artikolu 6(8) u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-dmir ta’ diliġenza tagħha billi naqset milli tiżgura li l-ispejjeż sostnuti mill-industrija tal-Unjoni għall-materji primi li joriġinaw mill-fornitur relatat tagħha huma stabbiliti skont il-kundizzjonijiet tas-suq, mingħajr ma talbet l-ikkompletar tal-kwestjonarju ta’ fornitur relatat, huma vvizzjati bi żbalji manifesti fl-applikazzjoni tad-dritt u jiżnaturaw il-fatti.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1247 tat-28 ta’ Lulju 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aspartam li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2016, L 204, p. 92).

(2)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 204, p. 92).


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/48


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2019 minn BP mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-11 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-838/16, BP vs L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

(Kawża C-669/19 P)

(2019/C 383/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: BP (rappreżentant: E. Lazar, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla l-punti 1, 3 u 4 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata; u konsegwentement

tagħti lill-appellanti kumpens adegwat għad-danni morali u materjali kkawżati;

tagħti lill-appellanti kumpens adegwat għal dak li jikkonċerna l-konsegwenzi tad-dikjarazzjonijiet defamatorji tal-FRA fil-konfront tagħha u għall-ħsara lir-reputazzjoni professjonali u personali tagħha;

tikkundanna lill-FRA għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

1)

L-ewwel aggravju ibbażat fuq żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tal-motiv il-ġdid u tal-provi prodotti skont l-Artikolu 85 tar-Regoli tal-Proċedura; ksur tad-dritt għal smigħ; nuqqas ta’ smigħ xieraq; ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; limitazzjoni tad-drittijiet; u ksur tal-Artikolu 52 tal-Karta.

2)

It-tieni aggravju ibbażat fuq żball ta’ liġi u żball manifest fl-evalwazzjoni tal-punti 112, 115 sa 117, 126, 140 sa 142 tar-rikors għal danni tal-appellanti relatati mal-allegat ksur tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1), ksur tal-Artikolu 8 tal-KEDB u ksur tal-punti 63 sa 65 tas-sentenza Bavarian Lager (2); ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni b’rabta mal-iżvelar parzjali inizjali erga omnes u l-iżvelar sħiħ sussegwenti tad-data personali tal-appellanti; ksur tal-ekwilibriju legali stabbilit mil-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea bejn ir-Regolament Nru 1049/2001 u r-Regolament Nru 45/2001 (3); u ksur tas-sentenza Bavarian Lager.

3)

It-tielet aggravju ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 134 u 135 tar-Regoli ta’ Proċedura u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni; ksur tal-ġurisprudenza fir-rigward tal-ispejjeż; limitazzjoni tad-drittijiet; u ksur tal-Artikolu 52 tal-Karta.

4)

Ir-raba’ aggravju ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 66 tar-Regoli tal-Proċedura; rifjut li tippermetti t-talba għall-ommissjoni ta’ ċerta informazzjoni sensittiva mis-sentenza T-838/16; redazzjoni eċċessiva sussegwenti ta’ sentenza; kif ukoll l-assenza ta’ kompożizzjoni legali tal-Ħames Awla mingħajr il-possibbiltà li din tisma’ l-kawża f’kompożizzjoni estiża jew li tivvota b’mod effettiv.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Sentenza tad-29 ta’ Ġunju 2010, Il-Kummissjoni vs Bavarian Lager (C-28/08 P, ECLI:EU:C:2010:378).

(3)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102, rettifika fil-ĠU 2013, L 298, p. 50).


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/49


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 minn Sony Corporation, Sony Electronics, Inc mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-762/15, Sony u Sony Electornics vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-697/19 P)

(2019/C 383/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Sony Corporation, Sony Electronics, Inc (iktar ’il quddiem “Sony” jew l-“appellanti”) (rappreżentanti: N. Levy, avocat, R. Snelders, avocat, E.M. Kelly, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tilqa’ t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri fl-ewwel istanza.

Sussidjarjament, jekk l-istadju tal-proċeduri ma jippermettix lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi, l-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali;

tirriżerva l-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jinvokaw erba’ aggravji insostenn tal-appell tagħhom.

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ssostitwixxiet il-motivazzjoni tad-Deċiżjoni (Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 7135 final tal-21 ta’ Ottubru 2015, Każ AT.39639 – Disk drives ottiċi) b’dik tagħha.

Id-Deċiżjoni kienet ibbażata fuq il-konstatazzjoni li l-appellanti pparteċipaw f’“diversi istanzi ta’ ksur separati” [traduzzjoni mhux uffiċjali] li jistgħu jiġu kkaratterizzati wkoll bħala ksur uniku u kontinwu. Il-Qorti Ġenerali aċċettat li mhux il-kuntatti individwali kollha allegati fid-Deċiżjoni kienu ġew ipprovati.

Kuntatti mhux ipprovati ma jistgħux jammontaw għal istanzi ta’ ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE. Il-Qorti Ġenerali madankollu kkonfermat id-Deċiżjoni inkwantu din tikkonstata l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu abbażi ta’ dawn il-kuntatti mhux ipprovati li jifformaw parti minn “sensiela [ġenerali] ta’ provi” [traduzzjoni mhux uffiċjali] li fuqha l-Kummissjoni setgħet tibbaża ruħha. Billi ssostitwixxiet il-motivazzjoni tad-Deċiżjoni b’dik tagħha, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi.

It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kkonfermat il-konstatazzjoni tal-parteċipazzjoni fi ksur uniku u kontinwu matul il-perijodu allegat, ibbażata fuq numru ta’ kuntatti iktar limitat minn dawk li kienu ġew identifikati fid-Deċiżjoni.

Il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat ikkonstatat li Sony kienet ipparteċipat b’mod kontinwu fil-ksur allegat, bejn it-23 ta’ Awwissu 2004 u l-15 ta’ Settembru 2006, minkejja li aċċettat li kien hemm perijodu ta’ madwar tmien xhur li fir-rigward tiegħu l-Kummissjoni kienet naqset milli tipprova kuntatti antikompetittivi li jinvolvu lil Sony.

Il-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali hija internament inkonsistenti, għaliex din taċċetta li ma kienx hemm kuntatti pprovati li jinvolvu lil Sony għal perijodu ta’ iktar minn sitt xhur, iżda fl-istess ħin tikkonstata li dawn il-kuntatti seħħew kull “xahrejn jew tlieta” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

It-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ttrattat ksur uniku u kontinwu bħala li neċessarjament jikkonsisti f’sensiela ta’ istanzi ta’ ksur separati.

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkonstata li l-Kummissjoni kienet kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ Sony, minkejja l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni – mingħajr allegazzjoni preċedenti fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – li l-aġir allegat ma kienx jammonta biss għal ksur uniku u kontinwu iżda wkoll għal diversi istanzi separati ta’ ksur.

Il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat ikkonstatat li l-Kummissjoni kienet ipprovdiet raġunijiet adegwati għall-konstatazzjoni tagħha li Sony kienet wettqet diversi istanzi ta’ ksur separati.

Ir-raba aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, kisret il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità u naqset milli tipprovdi motivazzjoni, meta kkonfermat il-multa imposta fuq Sony ibbażata fuq l-istess dħul li kien ifforma l-bażi għal multa separata imposta fuq Lite-On.

Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju, fil-Linji Gwida għall-Kalkolu tal-Ammont tal-Multi, li l-valur tal-bejgħ għandu “jirrifletti l-importanza ekonomika tal-ksur” [traduzzjoni mhux uffiċjali] u l-“piż relattiv ta’ kull impriża involuta fil-ksur” [traduzzjoni mhux uffiċjali], u kisret il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità.

Il-Qorti Ġenerali naqset milli twettaq l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha għaliex naqset milli tindirizza b’mod adegwat l-argument li t-teħid inkunsiderazzjoni doppju żied l-importanza ekonomika tal-ksur.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet l-argument tal-appellanti li l-Kummissjoni kienet naqset milli tiġġustifika t-tbegħid tagħha mill-prattika stabbilita tagħha.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/51


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 minn Sony Optiarc, Inc, Sony Optiarc America, Inc mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-763/15, Sony Optiarc, Sony Optiarc America vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-698/19 P)

(2019/C 383/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Sony Optiarc, Inc, Sony Optiarc America, Inc (iktar ’il quddiem “Sony” jew l-“appellanti”) (rappreżentanti: N. Levy, avocat, R. Snelders, avocat, E.M. Kelly, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tilqa’ t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċeduri fl-ewwel istanza.

Sussidjarjament, jekk l-istadju tal-proċeduri ma jippermettix lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi, l-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali;

tirriżerva l-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jinvokaw erba’ aggravji insostenn tal-appell tagħhom.

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ssostitwixxiet il-motivazzjoni tad-Deċiżjoni (Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ AT.39639 – Disk drives ottiċi) b’dik tagħha.

Id-Deċiżjoni kienet ibbażata fuq il-konstatazzjoni li l-appellanti pparteċipaw f’“diversi istanzi ta’ ksur separati” [traduzzjoni mhux uffiċjali] li jistgħu jiġu kkaratterizzati wkoll bħala ksur uniku u kontinwu. Il-Qorti Ġenerali aċċettat li mhux il-kuntatti individwali kollha allegati fid-Deċiżjoni kienu ġew ipprovati.

Kuntatti mhux ipprovati ma jistgħux jammontaw għal istanzi ta’ ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE. Il-Qorti Ġenerali madankollu kkonfermat id-Deċiżjoni inkwantu din tikkonstata l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu abbażi ta’ dawn il-kuntatti mhux ipprovati li jifformaw parti minn sensiela ġenerali ta’ “provi u indizji li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, meħuda fl-intier tagħhom” [traduzzjoni mhux uffiċjali] li fuqha l-Kummissjoni setgħet tibbaża ruħha. Billi ssostitwixxiet il-motivazzjoni tad-Deċiżjoni b’dik tagħha, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi.

It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kkonfermat il-konstatazzjoni tal-parteċipazzjoni fi ksur uniku u kontinwu bbażata fuq numru ta’ kuntatti iktar limitat minn dawk li kienu ġew identifikati fid-Deċiżjoni.

Il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat ikkonstatat li Sony Optiarc kienet ipparteċipat b’mod kontinwu fil-ksur allegat, bejn il-25 ta’ Lulju 2007 u d-29 ta’ Ottubru 2008, minkejja li aċċettat li kien hemm perijodu ta’ madwar ħames xhur li fir-rigward tiegħu l-Kummissjoni kienet naqset milli tipprova kuntatti antikompetittivi li jinvolvu lil Sony Optiarc.

Il-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali hija internament inkonsistenti, għaliex din taċċetta li ma kienx hemm kuntatti pprovati li jinvolvu lil Sony Optiarc għal perijodu ta’ madwar ħames xhur, iżda fl-istess ħin tikkonstata li “l-itwal perijodu stabbilit mingħajr ma seħħ kuntatt huwa ta’ 3 xhur biss” [traduzzjoni mhux uffiċjali] u li “[l-]parti l-kbira tal-kuntatti kienu biss xhar il-bogħod minn xulxin” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

It-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ttrattat ksur uniku u kontinwu bħala li neċessarjament jikkonsisti f’sensiela ta’ istanzi ta’ ksur separati.

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkonstata li l-Kummissjoni kienet kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ Sony Optiarc, minkejja l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni – mingħajr allegazzjoni preċedenti fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – li l-aġir allegat ma kienx jammonta biss għal ksur uniku u kontinwu iżda wkoll għal diversi istanzi separati ta’ ksur.

Il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat ikkonstatat li l-Kummissjoni kienet ipprovdiet raġunijiet adegwati għall-konstatazzjoni tagħha li Sony Optiarc kienet wettqet diversi istanzi ta’ ksur separati.

Ir-raba aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, kisret il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità u naqset milli tipprovdi motivazzjoni, meta kkonfermat il-multa imposta fuq Sony Optiarc ibbażata fuq l-istess dħul li kien ifforma l-bażi għal multa separata imposta fuq Quanta.

Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju, fil-Linji Gwida għall-Kalkolu tal-Ammont tal-Multi, li l-valur tal-bejgħ għandu “jirrifletti l-importanza ekonomika tal-ksur” [traduzzjoni mhux uffiċjali] u l-“piż relattiv ta’ kull impriża involuta fil-ksur” [traduzzjoni mhux uffiċjali], u kisret il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità.

Il-Qorti Ġenerali naqset milli twettaq l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha għaliex naqset milli tindirizza b’mod adegwat l-argument li t-teħid inkunsiderazzjoni doppju żied l-importanza ekonomika tal-ksur.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet l-argument tal-appellanti li l-Kummissjoni kienet naqset milli tiġġustifika t-tbegħid tagħha mill-prattika stabbilita tagħha.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/52


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 minn Toshiba Samsung Storage Technology Corp. u Toshiba Samsung Storage Technology Korea Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-8/16, Toshiba Samsung Storage Technology u Toshiba Samsung Storage Technology Korea vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-700/19 P)

(2019/C 383/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Toshiba Samsung Storage Technology Corp. u Toshiba Samsung Storage Technology Korea Corp. (rappreżentanti: M. Bay, avvocato, J. Ruiz Calzado, abogado, A. Aresu, avvocato)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li qiegħda tiġi appellata;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ COMP/39.639 – Disk Drives Ottiċi, sa fejn din tirrigwarda lill-appellanti;

tannulla jew tnaqqas il-multa imposta mid-deċiżjoni appellata fuq l-appellanti f’dik id-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha esposti fl-ewwel istanza kif ukoll dawk tal-appell;

tordna kwalunkwe miżura oħra xierqa fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jqajmu erba’ aggravji.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-ewwel, tat-tieni u tat-tielet parti tal-ewwel motiv imqajjem fl-ewwel istanza, li jikkonsistu fil-ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u tad-drittijiet tad-difiża.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi fil-motivazzjoni tal-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u fuq l-applikazzjoni ta’ livell ġuridiku żbaljat.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali, fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni taċ-ċaħda tal-ewwel parti tat-tieni motiv (nuqqas ta’ ġurisdizzjoni) imqajjem fl-ewwel istanza kif ukoll fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà tal-provi.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/53


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 minn Silver Plastics GmbH & Co. KG u minn Johannes Reifenhäuser Holding GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-11 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-582/15, Silver Plastics GmbH & Co. KG u Johannes Reifenhäuser Holding GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-702/19 P)

(2019/C 383/62)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti:

Silver Plastics GmbH & Co. KG (rappreżentanti: M. Wirtz u S. Möller, Rechtsanwälte)

Johannes Reifenhäuser Holding GmbH & Co. KG (rappreżentant: C. Karbaum, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1.

tannulla s-sentenza appellata u tibgħat lura t-tilwima quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex hija tiddeċiedi mill-ġdid;

2.

sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata u d-deċiżjoni kontenzjuża f’dak li jirrigwarda t-tieni appellanti, kif ukoll tnaqqas l-ammont tal-multa imposta f’dak li jirrigwarda l-ewwel appellanti;

3.

sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata u tnaqqas l-ammont tal-multa li ġiet imposta fuq l-appellanti in solidum;

4.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura tal-appell kif ukoll għal dawk tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 6(3) TUE, l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-prinċipju ta’ immedjatezza.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball proċedurali meta naqset, minkejja t-talbiet repetuti tal-appellanti, milli ssejjaħ bħala xhud u tisma’ lil W fil-preżenza fiżika tiegħu, is-sors essenzjali tat-talba għal klemenza tal-kompetitur L, li ttieħdet inkunsiderazzjoni bi spejjeż għall-appellanti. Barra minn hekk, hija qieset li d-dikjarazzjonijiet ta’ W, ippreżentati bil-miktub mill-appellanti u li jopponu ruħhom għat-talba għal klemenza, ma kinux ġeneralment kredibbli, mingħajr is-smigħ ta’ W f’dan ir-rigward. Skont il-prinċipju ta’ immedjatezza tal-ġbir ta’ provi, il-Qorti Ġenerali kellha ssejjaħ lil W u tagħmillu mistoqsijiet (immedjatament) fil-preżenza fiżika tiegħu f’dan ir-rigward.

Bit-tieni aggravju, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali talli kisret il-prinċipju ta’ kontradittorju stabbilit fl-Artikolu 6(1) [moqri flimkien mal-Artikolu 3(d)] tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Minkejja li huma għamlu talba f’dan is-sens b’mod repetut, il-Qorti Ġenerali rrifjutat it-talba tal-appellanti sabiex hija tagħmel mistoqsijiet fuq bażi kontradittorja lil W fil-kwalità tiegħu ta’ sors rilevanti għat-talba għal klemenza invokata kontrihom. Mingħajr l-għoti ta’ possibbiltà ta’ konfrontazzjoni, l-evalwazzjoni tal-kredibbiltà tad-dikjarazzjonijiet magħmula minn W fit-talba għal klemenza hija vvizzjata bi żball proċedurali. Il-Qorti Ġenerali tibbaża l-kundanna tal-appellanti essenzjalment fuq dawn id-dikjarazzjonijiet, mingħajr ma hemm raġunijiet leġittimi li jiġġustifikaw ir-restrizzjoni tal-prinċipju ta’ kontradittorju.

Bit-tielet aggravju, l-appellanti jsostnu ksur tal-prinċipju tal-opportunitajiet ugwali għall-partijiet skont l-Artikolu 6(3)(d) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball proċedurali meta naqset, minkejja talbiet repetuti tal-appellanti, milli tisma’ lil W fil-kwalità tiegħu ta’ xhud tad-difiża, meta waqt il-proċedura ta’ multa preċedenti, il-Kummissjoni ltaqgħet ma’ W, fil-kwalità tiegħu ta’ sors rilevanti għat-talba għal klemenza, mingħajr ma l-appellanti kienu jafu, u bl-esklużjoni ta’ dawn tal-aħħar, u mingħajr ma ġew stabbiliti l-minuti. Ir-rifjut li jinstemgħu fil-preżenza fiżika tagħhom xhieda oħra tad-difiża proposti mill-appellanti jikser ukoll il-garanzija tal-opportunitajiet ugwali għall-partijiet.

Bir-raba’ aggravju, l-appellanti jinvokaw ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, moqri flimkien mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 ta’ dan l-istatut, għaliex huma ma jifhmux (i) minn fejn il-Qorti Ġenerali tiddeduċi (billi tikkonfermaha) parteċipazzjoni f’kuntatti allegatament antikompetittivi, (ii) għalfejn il-Qorti Ġenerali tqis li d-dikjarazzjonijiet (bil-miktub) ta’ W li jiskaġunaw ma humiex kredibbli, u (iii) għal liema raġunijiet speċifiċi l-Qorti Ġenerali tirrifjuta li tikkonċedi konfrontazzjoni.

Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1) sa fejn il-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod eċċessiv li jeżisti ksur uniku u kontinwu.

Skont il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali, l-appellanti ma pparteċipawx matul il-perijodu preżunt kollu tal-ksur fl-aġir antikompetittiv f’dak li jirrigwarda l-oqsma kollha tal-prodotti. Madankollu, l-ammont tal-multa kkonfermat mill-Qorti Ġenerali ġie kkalkolat abbażi tad-dħul mill-bejgħ tal-oqsma kollha tal-prodotti għall-perijodu preżunt kollu tal-ksur.

Bis-sitt aggrravju, l-appellanti jsostnu ksur tal-ewwel u t-tieni sentenza tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta assumiet li l-appellanti kienu jifformaw unità ekonomika u, għaldaqstant, żbaljat fil-liġi meta inkludiet id-dħul mill-bejgħ tal-ewwel appellanti fil-kalkolu tal-ammont tal-multa, minkejja li l-appellanti kienu spjegaw għalfejn it-tieni appellanti ma kinitx teżerċita influwenza determinanti fuq l-ewwel appellanti, u b’hekk ġiet ikkonfutata l-preżunzjoni ta’ unità ekonomika adottata mill-Qorti Ġenerali.

Bis-seba’ aggravju, l-appellanti jsostnu li l-kalkolu tal-ammont tal-multa huwa żbaljat fid-dawl tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, għaliex il-Qorti Ġenerali inkludiet b’mod żbaljat fl-imsemmi kalkolu d-dħul mill-bejgħ ta’ ex sussidjarja tat-tieni appellanti. L-ammont tal-multa jaqbeż għaldaqstant il-limitu legali ta’ 10 % td-dħul mill-bejgħ tal-impriża mmultata.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/55


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 minn CCPL - Consorzio Cooperative di Produzione e Lavoro SC et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-11 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-522/15, CCPL et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-706/19 P)

(2019/C 383/63)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: CCPL - Consorzio Cooperative di Produzione e Lavoro SC, Coopbox group SpA, Coopbox Eastern s.r.o. (rappreżentanti: S. Bariatti, E. Cucchiara, A. Cutrupi, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla parzjalment, fil-limiti speċifikati f’dan l-appell, is-sentenza appellata u, għaldaqstant, tannulla d-deċiżjoni kkontestata f’dak li jirrigwarda l-multi imposti fuq l-appellanti għal ksur tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1), kif ukoll tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ adegwatezza;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-aggravju, l-appellanti jinvokaw l-aggravji li ġejjin:

1.

L-ewwel aggravju – Żball ta’ liġi, motivazzjoni assenti jew insuffiċjenti fir-rigward tal-ilmenti marbuta mar-“responsabbiltà tal-kumpannija omm”

Permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li s-sentenza appellata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi u b’assenza jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni sa fejn il-Qorti Ġenerali ammettiet ir-responsabbiltà tal-kumpannija holding tal-grupp minkejja li l-kumpannija intermedja, li permezz tagħhom kienu miżmuma l-kumpanniji involuti fil-ksur, tqieset bħala mhux responsabbli.

2.

It-tieni aggravju – Żball manifest ta’ evalwazzjoni u żball ta’ liġi fir-rigward tal-allegat ksur tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003

Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi manifest meta ċaħdet il-motiv marbut mal-applikazzjoni skorretta tal-limitu ta’ 10 % previst fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, sa fejn il-Kummissjoni applikat dan il-limitu għal dħul mill-bejgħ differenti mid-dħul mill-bejgħ ikkonsolidat ikkalkolat abbażi tar-regoli ta’ konsolidazzjoni kontabbli tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ adegwatezza sa fejn hija rriżervat differenza fit-trattament li ma hijiex aċċettabbli, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dħul mill-bejgħ ikkonsolidat previst fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, għall-fergħat ta’ attività li huma s-suġġett ta’ waqfien b’mod definittiv, minn naħa, u għal dawk mogħtija b’kera, min-naħa l-oħra, għar-raġuni ta’ preżunta differenza f’termini ta’ redditu ekonomiku u sostanzjali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


Il-Qorti Ġenerali

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/57


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-883/16) (1)

(“Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2009/73/KE - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova r-reviżjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni mir-regoli tal-Unjoni dwar l-isfruttament tal-pipeline tal-gass OPAL li jikkonċernaw l-aċċess għal terzi u r-regolamentazzjoni tariffarja - Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2009/73 - Prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika”)

(2019/C 383/64)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, K. Rudzińska u M. Kawnik, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u K. Herrmann, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: I. Kucina, G. Bambāne u V. Soņeca, aġenti), Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: inizjalment D. Kriaučiūnas, R. Dzikovič u R. Krasuckaitė, sussegwentement R. Dzikovič, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment T. Henze u R. Kanitz, sussegwentement R. Kanitz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6950 finali, tat-28 ta’ Ottubru 2016, dwar ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-pipeline tal-gass OPAL, mogħtija mid-Direttiva 2003/55/KE, għar-regoli relatati mal-aċċess minn terzi u mar-regolamentazzjoni tariffarja.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6950 finali, tat-28 ta’ Ottubru 2016, dwar ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-pipeline tal-gass OPAL, mogħtija mid-Direttiva 2003/55/KE, għar-regoli relatati mal-aċċess minn terzi u mar-regolamentazzjoni tariffarja, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Repubblika tal-Polonja.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Litwanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/58


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2019 – Topor-Gilka u WO Technopromexport vs Il-Kunsill

(Kawżi Magħquda T-721/17 u T-72217) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni”)

(2019/C 383/65)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti fil-kawża T-721/17: Sergey Topor-Gilka (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: N. Meyer, avukat)

Rikorrenti fil-kawża T-722/17: OOO WO Technopromexport (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: N. Meyer, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u E. Salia, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn T. Henze, J. Möller u R. Kanitz, sussegwentement minn J. Möller u R. Kanitz, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Baumgart, M. Kellerbauer, T. Ramopoulos u E. Schmidt, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1418 tal-4 ta’ Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2017, L 203 I, p. 5), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/392 tat-12 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2018, L 69, p. 48), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1237 tat-12 ta’ Settembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2018, L 231, p. 27).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sergey Topor-Gilka u OOO WO Technopromexport għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 424, 11.12.2017.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/59


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – Trasys International u Axianseu – Digital Solutions vs EASA

(Kawża T-741/17) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Servizzi ta’ ġestjoni ta’ applikazzjonijiet u ta’ infrastrutturi informatiċi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerenti oħra - Obbligu ta’ motivazzjoni - Evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ offerti anormalment baxxi - Karatteristiċi u vantaġġi relattivi tal-offerti magħżula - Talba għal motivazzjoni min-naħa ta’ offerent li ma jinsabx f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni u li l-offerta tiegħu hija konformi mad-dokumenti tal-kuntratt”)

(2019/C 383/66)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Trasys International EEIG (Brussell, il-Belġju) u Axianseu – Digital Solutions SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: L. Masson u G. Tilman, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (rappreżentanti: S. Rostren, E. Tellado Vásquez u H. Köppen, aġenti, assistiti minn V. Ost, M. Vanderstraeten u F. Tulkens, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EASA tat-28 ta’ Awwissu 2017 li tiċħad l-offerta ppreżentata mill-konsorzju tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti EASA.2017.HVP.08, dwar kuntratt pubbliku għal servizzi dwar il-ġestjoni ta’ applikazzjonijiet u ta’ infrastrutturi informatiċi f’Köln (il-Ġermanja), u għoti tal-kuntratt skont l-ordni tal-klassifika lil tliet offerenti oħra.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) tat-28 ta’ Awwissu 2017 li tiċħad l-offerta ppreżentata mill-konsorzju ta’ TRASYS International EEIG u ta’ Axianseu – Digital Solutions SA fil-kuntest tas-sejħa għal offerti EASA.2017.HVP.08, dwar kuntratt pubbliku għal servizzi dwar il-ġestjoni ta’ applikazzjonijiet u ta’ infrastrutturi informatiċi f’Köln (il-Ġermanja), u għoti tal-kuntratt skont l-ordni tal-klassifika lil tliet offerenti oħra hija annullata.

2)

L-EASA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 13, 15.1.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/59


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – BO vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-50/18) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għall-offerti - Sejħa għall-offerti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - Tradutturi esterni - Proċedura tal-għażla - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

(2019/C 383/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: BO (rappreżentant: E. Kleani, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram, Á. Almendros Manzano u V. Hanley-Emilsson, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-offerta tar-rikorrent għall-fini tal-konklużjoni ta’ kuntratt-qafas għat-traduzzjoni tat-testi legali tal-Ġermaniż lejn il-Grieg.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/60


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – BP vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-51/18) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Sejħa għal offerti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - Tradutturi freelance - Proċedura ta’ selezzjoni - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

(2019/C 383/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BP (rappreżentant: S. Tassi, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram, Á. Almendros Manzano u V. Hanley-Emilsson, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti għall-finijiet tal-konklużjoni ta’ kuntratt qafas għat-traduzzjoni ta’ testi legali mill-Ġermaniż lejn il-Grieg.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BP hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/61


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – BQ vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-66/18) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Sejħa għal offerti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - Tradutturi free-lance - Proċedura ta’ għażla - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

(2019/C 383/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: BQ (rappreżentant: E. Kleani, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram, Á. Almendros Manzano u V. Hanley-Emilsson, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti għall-finijiet tal-konklużjoni ta’ kuntratt-kwadru għat-traduzzjoni ta’ testi legali mill-Ġermaniż għall-Grieg.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BQ hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/61


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Awwissu 2019 – BASF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-472/19 R)

(“Miżuri provviżorji - Prodotti mediċinali - Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Esteri etiliċi tal-aċidu Omega-3 - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2019/C 383/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BASF AS (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: E. Wright, A. Rusanov u H. Boland,)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Haasbeek u A. Sipos, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-ħruġ ta’ miżuri provviżorji maħsuba sabiex tinkiseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2019 fir-rigward, fil-kuntest tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għal użu mill-bniedem li jinkludu “esteri etiliċi tal-aċidu Omega-3” għall-użu orali fil-prevenzjoni sekondarja wara infart mijokardiku [C(2019)4336 finali].

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/62


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2019 – Oltchim vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-565/19)

(2019/C 383/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oltchim SA (Râmnicu Vâlcea, ir-Rumanija) (rappreżentanti: C. Arhold, L.-A. Bondoc u S. Petrisor, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 1 u l-Artikoli 3 sa 7 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2018 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36086 (2016/C)(ex 2016/NN), mogħtija mir-Rumanija lil Oltchim SA (1);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ inforzar ta’ dejn mill-Awtorità Rumena għall-Ġestjoni tal-Assi tal-Istat, ibbażat fuq ksur manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn, fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat li din il-miżura kienet tikkonferixxi vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

2.

It-tieni motiv dwar il-miżura ta’ nuqqas ta’ inforzar tad-dejn imsemmi iktar ’il fuq, ibbażat fuq li l-konvenuta ma mmotivatx biżżejjed skont il-liġi l-klassifikazzjoni ta’ din il-miżura bħala għajnuna mill-Istat, bi ksur tal-Artikolu 296(2) TFUE.

3.

It-tielet motiv dwar l-għajnuna allegatament mogħtija permezz tal-provvista kontinwa ta’ elettriku lir-rikorrenti u l-akkumulu ta’ djun minn parti terza wara li l-privatizzazzjoni tar-rikorrenti ma rnexxietx, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn, fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat li din il-miżura kienet tagħti vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv dwar il-miżura ta’ provvista kontinwa ta’ elettriku u akkumulu tad-djun imsemmija iktar ’il fuq, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296(2) TFUE.

5.

Il-ħames motiv dwar l-annullament parzjali tad-dejn previst fil-pjan ta’ riorganizzazzjoni approvat mill-kredituri tar-rikorrenti, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn, fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-annullament tad-dejn kien jimplika trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat f’dak li jikkonċerna impriża privata terza.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq li, fi kwalunkwe każ, l-annullament tad-dejn imsemmi iktar ’il fuq ma kienx imputabbli lill-Istat f’dak li jikkonċerna l-impriżi pubbliċi.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq li l-annullament tad-dejn imsemmi iktar ’il fuq jirrispondi għall-kriterju ta’ kreditur privat, peress li l-ikbar kredituri privati vvotaw għal organizzazzjoni mill-ġdid (pari passu), li l-pjan ta’ organizzazzjoni mill-ġdid kien ekonomikament iktar favorevoli għall-kredituri pubbliċi mix-xenarju ta’ stralċ, u li, fil-kuntest tal-pjan riabbozzar ta’ riorganizzazzjoni, l-impriża fil-verità kienet is-suġġett ta’ bejgħ permezz ta’ lottijiet ta’ assi – xenarju li l-Kummissjoni kienet faħħret fid-deċiżjoni tagħha bħala l-aħjar għażla.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq li, fir-rigward tal-miżura ta’ annullament parzjali tad-dejn, il-konvenuta kisret l-Artikolu 296(2) TFUE.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq li, fir-rigward tal-miżura ta’ annullament parzjali tad-dejn, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(1) u l-Artikolu 108(2) TFUE kif ukoll ir-Regoli tal-Proċedura (2), sa fejn odnat l-irkupru tal-ammont totali tad-dejn annullat, filwaqt li, anki skont il-kalkoli (żbaljati) tal-konvenuta stess dwar ix-xenarju potanzjali l-iktar favorevoli, kien ċar li l-kredituri pubbliċi ma jistgħux jiksbu iktar milli diġà effettivament kisbu fil-kuntest tal-pjan abbozzat mill-ġdid ta’ riorganizzazzjoni.


(1)  ĠU 2019, L 181, p. 13.

(2)  Il-verżjoni ta’ dan l-istrument iċċitat fir-rikors hija r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/63


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2019 – EM vs Il-Parlament

(Kawża T-599/19)

(2019/C 383/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: RM (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-31 ta’ Ottubru 2018, li ġiet ikkonfermata mid-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent tal-24 ta’ Mejju 2019;

tordna l-ħlas ta’ kumpens għad-dannu materjali li jammonta għal EUR 165 000, u ta’ kumpens għad-dannu morali, stmat għas-somma ta’ EUR 50 000;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1 u 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ksur tal-Artikoli 12 u 12a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, nuqqas ta’ osservanza tad-dmir ta’ assistenza u użu ħażin ta’ poter.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba, ksur tad-dmir ta’ premura u l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/64


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2019 – Helsingin Bussiliikenne vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-603/19)

(2019/C 383/73)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Helsingin Bussiliikenne Oy (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: O. Hyvönen u N. Rosenlund, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla kompletament jew parzjalment id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2019 dwar l-allegata għajnuna mill-Istat SA.33846 (2015/C) (ex 2011/CP)

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha sostnuti mir-rikorrenti, flimkien mal-interessi legali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 108(2) TFUE kif ukoll l-Artikolu 6(1) tar-Regolament 2015/1589, u wettqet żball proċedurali sostanzjali matul il-proċedura ta’ eżami u kisret id-drittijiet tar-rikorrenti.

Ir-rikorrenti kellha jkollha l-possibbiltà għal smigħ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u kellha tingħata l-possibbiltà tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali peress li d-deċiżjoni kkontestata tindikaha bħala benefiċjarja tal-għajnuna u tikkonċernaha direttament.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni ma wettqitx investigazzjonijiet suffiċjenti dwar il-każ, b’mod li adottat id-deċiżjoni tagħha abbażi ta’ informazzjoni inkompleta u żbaljata.

L-iżbalji ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni jirrigwardaw, minn tal-inqas, il-kundizzjonijiet tas-suq, l-għan u l-loġika ekonomika tal-prezz tal-bejgħ tal-attività.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 296 TFUE u l-ġurisprudenza marbuta miegħu.

Dan l-ilment jirrigwarda b’mod partikolari l-motivazzjoni marbuta mal-kwistjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq tal-prezz li biha ġiet ittrasferita l-attività ta’ HelB.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni inkwistjoni tikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Ir-rikorrenti setgħet leġittimament tibbaża ruħha fuq il-fatt li, minn naħa, l-eżami li sar mill-Kummissjoni kien jikkonċerna biss il-miżuri u persuni identifikati fid-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, u min-naħa l-oħra, li jekk l-investigazzjoni kellha tiġi estiża għall-bejgħ tal-attività jew għall-persuna, il-Kummissjoni kienet testendi b’mod korrispondenti d-deċiżjoni dwar il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

L-obbligu ta’ rimbors għandu, fir-rigward tal-benefiċjarju inizjali, fi kwalunkwe każ jitqies bħala li huwa kuntrarju għall-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn jeċċedi l-prezz li effettivament tħallas għall-akkwist tal-attività u, fir-rigward tar-rikorrenti, sa fejn jeċċedi d-differenza bejn il-prezz ta’ bejgħ, allegatament issottovalutat, u l-valur ġust.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq applikazzjoni manifestament żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Il-miżuri identifikati fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma kinux jinkludu għajnuna mill-Istat ipprojbita.

Ebda waħda mill-miżuri kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat ipprojbita mill-Kummissjoni ma kienet intiża għar-rikorrenti.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/65


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2019 – EP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-605/19)

(2019/C 383/74)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: EP (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD9;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq in-natura insuffiċjenti tal-motivazzjoni mogħtija fit-tweġiba li ċaħdet l-ilment, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li l-Kumitat konġunt tal-promozzjoni rrakkomanda l-promozzjoni tar-rikorrent.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) mill-Awtorità tal-Ħatra sa fejn ma wettqitx eżami komparattiv effettiv tal-merti tal-uffiċjali kollha li setgħu jiġu promossi.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li bihom hija fi kwalunkwe każ ivvizzjata d-deċiżjoni kkontestata, fuq il-bażi tal-motivazzjoni disponibbli ta’ din tal-aħħar.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 24b tar-Regolamenti tal-Persunal u tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn ir-rikorrent ġie ppenalizzat minħabba l-funzjonijiet li huwa jeżerċita fil-kuntest tar-rappreżentanza tal-persunal.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/66


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 – Shindler et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-627/19)

(2019/C 383/75)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Harry Shindler (Porto d’Ascoli, l-Italja), u ħames rikorrenti oħra (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-rifjut espliċitu tat-13 ta’ Settembru 2019 tal-Kummissjoni Ewropea li tirrikonoxxi nuqqas li tittieħed azzjoni;

taqta’ u tiddeċiedi li l-Kummissjoni Ewropea astjeniet ruħha illegalment milli tadotta:

minn naħa, deċiżjoni ta’ salvagwardja taċ-ċittadinanza Ewropea tar-rikorrenti Brittanniċi li għandhom ħajja privata u tal-familja fl-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea u li ma kellhomx dritt ta’ vot sabiex jiddeċiedu dwar il-ħruġ mill-Unjoni Ewropea tal-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom biss minħabba l-eżerċizzju tal-libertà ta’ moviment (15 year-rule) u dan irrispettivament minn jekk jintlaħaqx jew le ftehim dwar l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea,

min-naħa l-oħra, deċiżjoni vinkolanti li tapplika b’mod uniformi fis-27 stati oħra tal-Unjoni li fihom jgħixu Brittanniċi, li tinkludi diversi miżuri dwar id-dħul, is-soġġorn, id-drittijiet soċjali u l-attività professjonali applikabbli fil-każ li ma jintlaħaqx ftehim dwar l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

b’konsegwenza ta’ dan;

tirrikonoxxi dan in-nuqqas li tittieħed azzjoni

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lil kull wieħed mir-rikorrenti s-somma ta’ EUR1 500 għall-ispejjeż ta’ difiża tagħhom.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet mogħtija lilhom miċ-ċittadinanza Ewropea tagħhom, u dan kemm fil-każ ta’ ftehim ta’ ħruġ kif ukoll fil-każ li ma jintlaħaqx ftehim. Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti jinvokaw b’mod partikolari:

l-assenza ta’ rikonoxximent fit-Trattati Ewropej tat-telf taċ-ċittadinanza Ewropea fil-każ ta’ ħruġ ta’ Stat Membru mill-Unjoni u għalhekk ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali;

ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;

ksur tad-dritt għal ħajja privata u tal-familja.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-astensjoni illegali tal-Kummissjoni li ma adottatx miżuri vinkolanti iżda sempliċi rakkomandazzjonijiet.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju, tal-libertà ta’ moviment u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fir-rigward tad-dritt ta’ votazzjoni permezz tar-regola Brittannika tal-“15-year rule”. F’dan ir-rigward ir-rikorrenti jqisu li din ir-regola ta’ ħmistax-il sena hija leġiżlazzjoni nazzjonali li hija ta’ żvantaġġ għal ċerti ċittadini ta’ Stat Membru biss minħabba l-fatt li eżerċitaw il-libertà ta’ moviment jew ta’ soġġorn tagħhom fi Stat Membru ieħor u li dan jikkostitwixxi restrizzjoni tal-libertajiet mogħtija mill-Artikolu 21(1) TFUE.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/67


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 – Teva vs Il-Kummissjoni u EMA

(Kawża T-628/19)

(2019/C 383/76)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Teva BV (Haarlem, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: T. de la Mare, QC, R. Mehta, Barrister u G. Morgan, Solicitor)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2019)5393 tal-11 ta’ Lulju 2019 li tiċħad it-tqegħid fis-suq skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal “Cabazitaxel Teva - cabazitaxel”, prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni”), sa fejn din tapplika għar-rikorrenti, u

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tapplika korrettament il-kunċett ta’ “awtorizzazzjoni globali għall-marketing [ta’ tqegħid fis-suq]” fis-sens tad-Direttiva 2001/83 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69), b’mod partikolari l-kunċett ta’ prodotti mediċinali “derivattivi” fl-Artikolu 10(2)(b) ta’ din id-direttiva.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni u l-EMA kisru l-prinċipju ta’ ekwità proċedurali u d-dritt tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba, b’mod partikolari billi invertiet l-oneru tal-prova fuq l-applikanti għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi, bi ksur tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li permezz ta’ dan l-aġir il-Kummissjoni kisret ukoll il-prinċipju ta’ trattament ugwali billi trattat lill-applikant b’mod differenti mid-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq għall-Jevtana®/docetaxel.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229)


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/68


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2019 – AH vs Eurofound

(Kawża T-630/19)

(2019/C 383/77)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AH (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenuta: Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Novembru 2018 li tagħlaq l-investigazzjoni amministrattiva AI-2018/01 miftuħa wara l-ilment imressaq mir-rikorrent kontra s-superjuri tiegħu;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent kumpens għad-danni morali sostnuti, stmati għal EUR 30 000;

tikkundanna lill-parti avversarja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba sa fejn, fl-ipproċessar tal-ilment, l-amministrazzjoni kellha atitudni intimidanti, akkużatriċi u ma aġixxietx kif xieraq, kemm f’dak li jikkonċerna l-proċedura kif ukoll f’dak li jikkonċerna l-mertu.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tat-tabelli li jipprovdu għall-kompetenza tal-Awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti. Ir-rikorrent isostni b’mod partikolari li l-ilment tiegħu ġie pproċessat minn uffiċċju ta’ avukati u li għalhekk dan l-ilment ma ġiex ipproċessat mill-awtorità li għandha s-setgħa tagħmel dan. Skont ir-rikorrent, dan it-trasferiment ta’ kompetenzi lil konsulent legali estern ma ppermettilux li jeżerċita d-dritt tiegħu li jressaq ilment li jiġi ttrattat fil-kuntest tal-adozzjoni u tal-kontestazzjoni ta’ deċiżjonijiet amministrattivi, bi ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ trasparenza.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ deċiżjoni li tikkonċerna t-talba ta’ assistenza tiegħu. Ir-rikorrent isostni f’dan ir-rigward li d-deċiżjoni li tikkawżalu preġudizzju sempliċement tiċħad l-ilment tiegħu ta’ fastidju u tikkonkludi l-investigazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ motivazzjoni li hija vvizzjata biha d-deċiżjoni kkontestata.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq kunflitt ta’ interessi, l-assenza ta’ indipendenza, ta’ newtralità u ta’ oġġettività kemm tal-investigaturi kif ukoll tal-istituzzjoni fil-kuntest tal-ġestjoni tal-investigazzjoni amministrattiva u tal-ipproċessar tat-talba u tal-ilment tar-rikorrent.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 24 u 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewrpea, sa fejn il-konvenuta kienet ostili fil-konfront tar-rikorrent sa minn meta rċeviet l-ilment tiegħu, li ma huwiex konċiljabbli mad-dmir ta’ premura u ta’ assistenza li għandha l-amministrazzjoni.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smiegħ b’mod effettiv, sa fejn il-konvenuta ma ppermettietx lir-rikorrent jinstema’ b’mod utli fir-rigward tal-fatti ta’ fastidju li huwa vittma tiegħu.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni li twettaq mill-konvenuta meta analizzat l-ilment imressaq mir-rikorrent.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/69


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2019 – BNetzA/ACER

(Kawża T-631/19)

(2019/C 383/78)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bundesnetzagentur für Elektrizität, Gas, Telekommunikation, Post und Eisenbahnen (BNetzA) (rappreżentanti: H. Haller, T. Heitling, L. Reiser, N. Gremminger u V. Vacha, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-dispożizzjonijiet elenkati iktar ’l isfel tad-Deċiżjoni Nru 2/2019, meħuda mill-konvenuta fil-21 ta’ Frar 2019, kif ukoll id-deċiżjoni relatata magħha Nru A-003-2019, meħuda mill-Bord tal-Appell tal-konvenuta fil-11 ta’ Lulju 2019;

(i)

l-Artikolu 5(5) sa (9) tal-Anness I;

(ii)

it-tieni nofs tas-sentenza tal-Artikolu 10(4) u l-Artikolu 10(5) tal-Anness I;

(iii)

it-tieni sentenza tal-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 16(3)(d)(vii) tal-Anness I;

(iv)

l-Artikolu 5(5) sa (9) tal-Anness II;

(v)

l-Artikolu 17(3)(d)(vii) tal-Anness II;

(vi)

kull dispożizzjoni tal-Annessi I u II li tirreferi espliċitament għad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti (i) sa (v);

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni Nru 2/2019 kollha kemm hi, meħuda mill-konvenuta fil-21 ta’ Frar 2019, kif ukoll id-deċiżjoni relatata magħha Nru A-003-2019 meħuda mill-Bord tal-Appell tal-konvenuta fil-11 ta’ Lulju 2019;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-illegalità formali tad-deċiżjoni kkontestata.

Id-deċiżjoni kkontestata meħuda mill-ACER hija illegali mill-perspettiva formali peress li meta adottat din id-deċiżjoni, l-ACER qabżet il-limiti ta’ kompetenza tagħha.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

L-ACER ma hijiex awtorizzata li tistabbilixxi mekkaniżmu li jippermetti li jiġu esklużi elementi tan-netwerk interni mill-kalkolu tal-kapaċità fil-kuntest ta’ preselezzjoni.

Fid-deċiżjoni tagħha, l-ACER (i) iddefinixxiet l-elementi tan-netwerk kritiċi, (ii) ipprevediet applikazzjoni differenzjata tal-valur ta’ fattur ta’ distribuzzjoni tat-trasferiment tal-enerġija (PTDF) lill-elementi tan-netwerk interni minn naħa u lill-elementi tan-netwerk transżonali min-naħa l-oħra, u (III), introduċiet kriterju ta’ effikaċja għall-elementi tan-netwerk interni. Dan jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 16(4) u (8) tar-Regolament (UE) 2019/943.

Fid-deċiżjoni kkontestata, l-ACER ipprevediet li l-konfigurazzjoni taż-żoni ta’ preżentazzjoni tal-offerti għandha tiġi rriveduta skont metodu speċifiku u f’termini preċiżi. Dan imur kontra r-Regolament (UE) 2019/943.

L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni huma de facto obbligati li jżommu kapaċità kummerċjali minima ta’ 100 % disponibbli fuq l-elementi tan-netwerk interni tagħhom u iktar minn hekk għal kummerċ transkonfinali. Dan imur kontra r-Regolament (UE) 2019/943.

L-ACER tixtieq teskludi fuq żmien twil mill-kalkolu tal-kapaċità l-konnessjonijiet interni li għandhom valur ta’ PTDF b’inqas minn 10 %. Dan imur kontra r-Regolament (UE) 2019/943.

Permezz tal-introduzzjoni ta’ kriterji ta’ effiċjenza, id-dispożizzjoni tranżitorja tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2019/943 tiġi evitata.

Id-deċiżjoni tal-ACER tikser l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2019/943 peress li ma tiħux inkunsiderazzjoni investimenti ġodda fl-infrastruttura tan-netwerk.

L-ACER teħtieġ applikazzjoni estensiva tal-azzjonijiet ta’ rimedju. Dan imur kontra d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/943.

L-ACER tevita d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/943 dwar il-konfigurazzjoni ġdida taż-żoni ta’ preżentazzjoni tal-offerti.

L-ACER tingħata kompetenza relatata mar-riorganizzazzjoni taż-żoni ta’ preżentazzjoni tal-offerti u għalhekk tikser l-Artikolu 14(3), (6), (7) u (8) tar-Regolament (UE) 2019/943 kif ukoll l-Artikolu 15(5) u (7) ta’ dan ir-regolament.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 (2).

Il-kriterju ta’ effikaċja ppreżentat mill-ACER jobbliga de facto lill-Istati Membri jikkonfiguraw mill-ġdid iż-żoni ta’ preżentazzjoni tal-offerti tagħhom. Dan imur kontra r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2015/1222.

L-ACER teħtieġ applikazzjoni estensiva tal-azzjonijiet ta’ rimedju. Dan imur kontra d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2015/1222.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

Id-deċiżjoni tal-ACER hija sproporzjonata peress li ma tippermettix li jiġu ssodisfatti l-għanijiet tar-Regolament (UE) 2015/1222.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni

Id-determinazzjoni tal-elementi tan-netwerk kritiċi u l-adozzjoni fi stadju bikri ta’ azzjonijiet ta’ rimedju sabiex jiġu eliminati l-flussi ta’ enerġija paralleli jwasslu għal diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq in-nazzjonalità.


(1)  Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU 2019, L 158, p. 54).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU 2015, L 197, p. 24).


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/71


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2019 – Essential Export vs EUIPO – Shenzhen Liouyi International Trading (TOTU)

(Kawża T-633/19)

(2019/C 383/79)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Essential Export SA (San José, il-Kosta Rika) (rappreżentant: A. Tarí Lázaro, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Shenzhen Liouyi International Trading Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trademark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TOTU fl-aħmar u l-iswed – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 736 712

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 362/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/72


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2019 – Fondazione Cassa di Risparmio di Pesaro et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-635/19)

(2019/C 383/80)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Fondazione Cassa di Risparmio di Pesaro (Pesaro, l-Italja), Montani Antaldi Srl (Pesaro), Fondazione Cassa di Risparmio di Fano (Fano, l-Italja), Fondazione Cassa di Risparmio di Jesi (Jesi, l-Italja), Fondazione Cassa di Risparmio della Provincia di Macerata (Macerata, l-Italja) (rappreżentanti: A. Sandulli u B. Cimino, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tivverifika u tiddikjara r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni Ewropea peress li ostakolat, bl-istruzzjonijiet illeġittimi mogħtija lill-awtoritajiet nazzjonali Taljani, il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-Banca delle Marche permezz tal-Fondo Interbancario italiano per Tutela dei Depositi (il-Fond Interbankarju Taljan għall-Protezzjoni tad-Depożiti; iktar ’il quddiem il-“FITD”) tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas kumpens għad-danni kkawżati lir-rikorrenti, stmati skont il-kriterji indikati iktar ’il quddiem jew bl-ammont li jitqies ekwu mill-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-ammissibbiltà tat-talba għall-kumpens.

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti jsostnu li d-dannu allegat huwa attribwibbli lil istituzzjoni Ewropea, anki jekk il-miżuri ta’ riżoluzzjoni tal-Banca delle Marche ġew formalment adottati minn awtorità nazzjonali. Fil-fatt, il-Banca d’Italia ma eżerċitat l-ebda diskrezzjoni fil-mertu, iżda aġixxiet abbażi ta’ struzzjonijiet preċiżi maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, minħabba l-mod li bih il-Kummissjoni eżerċitat il-poter tagħha, ir-rikorrenti ġew imċaħħda mill-possibbiltà li jippreżentaw rikors ordinarju għal annullament quddiem il-Qorti Ġenerali, peress li l-azzjoni għad-danni kienet tikkostitwixxi l-unika rotta proċedurali possibbli.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ ksur serju jew manifest tad-dritt Ewropew.

Ir-rikorrenti jsostnu f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni Ewropea ostakolat il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-Banca delle Marche mill-FITD, peress li l-intervent kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Madankollu, il-Fondo interbancario huwa persuna ġuridika ta’ dritt privat, li juża riżorsi privati u ma huwiex suġġett għall-kontroll ta’ ebda awtorità pubblika, kif barra minn hekk ġie reċentement stabbilit mill-Qorti Ġenerali fil-kawża Tercas vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-98/16, T-196/16 u T-198/16). Dan kien, għaldaqstant, salvataġġ skont ir-regoli tas-suq li huwa perfettament leċitu. Il-ksur wkoll jidher li huwa serju u manifest, fid-dawl tal-kuntest ġuridiku ċar dwar dan is-suġġett, tal-ġurisprudenza stabbilita tal-qrati Ewropej u tal-assenza ta’ setgħa diskrezzjonali mill-Kummissjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-eżistenza tad-dannu.

Ir-rikorrenti jsostnu f’dan ir-rigward li aġir ikkrritikat tal-Kummissjoni Ewropea kien il-kawża effiċjenti u esklużiva tad-dannu sostnut mir-rikorrenti. Fil-fatt, mid-dokumenti tal-proċeduri jirriżulta li: (i) l-awtoritajiet Taljani segwew kull soluzzjoni alternattiva possibbli għar-riżoluzzjoni tal-Banca delle Marche u li dan sar impossibbli minħabba l-oppożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea; (ii) dawn is-soluzzjonijiet alternattivi kienu jillimitaw ħafna l-effetti dannużi fuq l-azzjonisti u d-detenturi ta’ obbligazzjonijiet.

4.

Ir-raba’ motiv, dwar il-likwidazzjoni tad-dannu.

Ir-rikorrenti jsostnu f’dan ir-rigward li d-dannu huwa stmat billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-valur residwu li l-obbligazzjonijiet subordinati u l-azzjonijiet tal-Banca delle Marche miżmuma mir-rikorrenti kien għad għandhom kieku, minflok ir-riżoluzzjoni, il-FITD kien wettaq sal-aħħar il-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-Banca.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/73


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2019 – Sánchez Romero Carvajal Jabugo vs EUIPO – Embutidos Monells (5Ms MMMMM)

(Kawża T-639/19)

(2019/C 383/81)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sánchez Romero Carvajal Jabugo, SAU (El Puerto de Santa María, Spanja) (rappreżentant: J.M. Iglesias Monravá, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Embutidos Monells, SA (San Miguel de Balenya, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “5Ms MMMMM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 338 998

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 1728/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad, konsegwentement, ir-Reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Nru 16 338 998“5Ms MMMMM” fil-klassi 29;

tikkundanna għall-ispejjeż lil dawk li jopponu għal dan ir-rikors.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/74


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2019 – FD vs L-Impriża Konġunta Fusion for Energy

(Kawża T-641/19)

(2019/C 383/82)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: FD (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuta: L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

u konsegwentement:

tannulla d-deċiżjoni tat-3 ta’ Diċembru 2018, li ġiet ikkonfermata mid-deċiżjoni ta’ caħda tal-14 ta’ Ġunju 2019;

tordna l-ħlas ta’ kumpens għad-dannu materjali li jammonta għas-somma ta’ EUR 75 500, u ta’ kumpens għad-dannu morali, stmat għas-somma ta’ EUR 30 000;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni, l-eżistenza ta’ użu ħażin ta’ poter u atti ta’ fastidju mwettqa fil-konfront tiegħu. Ir-rikorrent jikkritika b’mod partikolari l-ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tiegħu bbażata fuq it-tneħħija tal-pożizzjoni tiegħu wara organizzazzjoni mill-ġdid fi ħdan id-dipartiment tiegħu. Huwa jsostni li din il-motivazzjoni hija vvizzjata bi żball sa fejn il-pjan ta’ organizzazzjoni mill-ġdid ma kienx jipprevedi t-tneħħija ta’ pożizzjoni li tissodisfa l-karatteristiċi ta’ dik okkupata mir-rikorrent. Barra minn hekk, huwa jsostni li kien vittma ta’ fasidju psikoloġiku u li l-konsegwenzi ta’ dan il-fasidju ppermettew li tiġi sostnuta d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, id-dmir ta’ premura u l-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Ir-rikorrent isostni b’mod partikolari f’dan ir-rigward li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-konvenuta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kompetenza tiegħu, l-effiċjenza tiegħu u l-kondotta tiegħu fis-servizz, is-sitwazzjoni tal-familja tiegħu u l-anzjanità tiegħu.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni. Ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni li l-kuntratt tiegħu ma jiġix imġedded hija bbażata fuq raġunijiet baġitarji u organizzattivi. Issa, il-kuntratti ta’ aġenti oħra li s-sitwazzjonijiet fattwali u legali tagħhom ma humiex fundamentalment differenti minn dawk tar-rikorrent setgħu jiġi mġedda minkejja dan il-kuntest.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/75


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2019 – JCDecaux Street Furniture Belgium vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-642/19)

(2019/C 383/83)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: JCDecaux Street Furniture Belgium (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Winckler u G. Babin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonkudi li teżisti għajnuna mill-Istat, li hija inkompatibbli, favur JCDecaux fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt tal-1984, u tal-Artikoli 2 sa 4 tagħha, sa fejn jordnaw l-irkupru mingħand JCDecaux mill-Istat Belġjan;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 4466 final tal-24 ta’ Ġunju 2019, dwar għajnuna mill-Istat SA.33078 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju favur JC Decaux Belgium Publicité, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u żball ta’ liġi mwettaq mill-Kummissjoni billi qieset li l-użu mir-rikorrenti ta’ ċertu tagħmir ta’ reklami li jaqgħu taħt il-kuntratt tas-16 ta’ Lulju 1984 lil hinn mill-iskadenza tagħhom jikkostitwixxi vantaġġ.

Il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod żbaljat li kien hemm vantaġġ ekonomiku minkejja l-mekkaniżmu ta’ kumpens operat mill-belt ta’ Brussell b’applikazzjoni tal-obbligu tagħha li żżomm il-bilanċ ekonomiu tal-kuntratt.

Il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u żball ta’ liġi billi qieset li r-rikorrenti bbenefikat minn tfaddil f’termini ta’ kirjiet u taxxi li jikkostitwixxu vantaġġ.

2.

It-tieni motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq il-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna ipotetika mill-Istat b’applikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-qafas tas-SIEĠ (1) u tad-deċiżjoni dwar is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali tal-2012 (2).

3.

It-tielet motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha għal dak li jikkonċerna l-evalwazzjoni tal-ammont li għandu jiġi rkuprat.

Il-Kummissjoni ma tirrispondix b’mod suffiċjenti għall-elementi invokati mill-partijiet, tippreġudika l-ammont ta’ għajnuna li għandu jiġi rkuprat fl-istqarrija tal-istampa tagħha u tikser ir-regoli tal-proċeduri tagħha.

Il-kwantifikazzjoni tal-ammont ta’ għajnuna ipotetika hija impossibbli u huwa ostakolu għall-irkupru tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq il-preskrizzjoni tal-għajnuna mill-Istat ikkonstatata mid-deċiżjoni kkontestata.


(1)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku (2011) (ĠU 2012, C 8, p. 15).

(2)  Deċiżjoni 2012/21/UE tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU 2012, L 7, p. 3).


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/76


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2019 – Dermavita vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVEDERM ULTRA)

(Kawża T-643/19)

(2019/C 383/84)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dermavita Co. Ltd (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allergan Holdings France (Courbevoie, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni JUVEDERM ULTRA – Trade mark tal-Unjoni Nru 6 295 638

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Lulju 2019 fil-Każijiet Magħquda R 1655/2018-4 u R 1723/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata dwar iċ-ċaħda tal-appell R 1723/2018-4 u d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ revoka ta’ trade mark tal-Unjoni Nru 6 295 638 għall-prodotti fil-klassi 5 u;

tordna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra jsostnu l-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti li titlob l-annullament f’kull stadju tal-azzjoni tar-revoka u tal-proċedimenti tal-appell, inkluż il-proċedimenti quddiem l-EUIPO u l-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Interpretazzjoni żbaljata tad-dritt applikabbli għall-evalwazzjoni tan-natura tal-prodotti li għalihom intużat it-trade mark;

Interpretazzjoni żbaljata ta’ diversi provi dwar l-użu tat-trade mark minn terz bil-kunsens tal-propretarju tat-trade mark.

Insuffiċjenza tal-prova ta’ kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark, fis-sens tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/77


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2019 – Linde Material Handling vs EUIPO – Verti Aseguradora (VertiLight)

(Kawża T-644/19)

(2019/C 383/85)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Linde Material Handling GmbH (Aschaffenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Verti Aseguradora, Compañía de seguros y reaseguros, SA (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “VertiLight” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 161 788

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 1849/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tad-dritt għal smiegħ, abbażi tat-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/78


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2019 – eSky Group IP vs EUIPO - Gröpel (e)

(Kawża T-646/19)

(2019/C 383/86)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: eSky Group IP sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: P. Kurcman, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gerhard Gröpel (Straubing, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “e” bil-kuluri turkważ, abjad, blu skur, blu u roża ċar – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 731 333

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 223/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tad-29 ta’ Novembru 2018 adottata fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2 957 168;

tibgħat il-kawża lura lill-EUIPO;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti fil-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/21001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/78


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2019 – FF Group Romania vs EUIPO – KiK Textilien und Non-Food (_kix)

(Kawża T-659/19)

(2019/C 383/87)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FF Group Romania SRL (Bucharest, ir-Rumanija) (rappreżentant: A. Căvescu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: KiK Textilien und Non-Food GmbH (Bönen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva _kix bil-kuluri iswed, abjad u aħdar – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 517 901

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 353/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95 tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tar-Regola 20(7)(c) tar-Regolament Nru 2868/95 (li sar l-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 2018/625;

Ksur tar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95;

Ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi, ċertezza legali, imparzjalità u ugwaljanza;

Ksur tad-dritt għal smigħ u tad-dritt għal smigħ xieraq;

Użu ħażin ta’ poter.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/79


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2019 – Allergan Holdings France vs EUIPO - Dermavita (JUVEDERM ULTRA)

(Kawża T-664/19)

(2019/C 383/88)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Allergan Holdings France (Courbevoie, Franza) (rappreżentant: J. Day, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dermavita Co. Ltd (Bejrut, il-Libanu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “JUVEDERM ULTRA” – Trade mark tal-Unjoni Nru 6 295 638

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Lulju 2019 fil-Każijiet magħquda R 1655/2018-4 u R 1723/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn tirrevoka t-trade mark tal-Unjoni Nru 6295638 JUVEDERM ULTRA għall-prodotti kkontestati;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Dermavita Co. Ltd. għall-ispejjeż tagħhom stess u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 58(1) u 64(5) tar-Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.