|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 382/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9497 — Crédit Agricole/Abanca/JV) ( 1 ) |
|
|
2019/C 382/02 |
Bidu ta’ proċeduri (Il-Każ M.9162 — Fincantieri/Chantiers de l’Atlantique) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
il–Kunsill |
|
|
2019/C 382/03 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 382/04 |
||
|
2019/C 382/05 |
||
|
2019/C 382/06 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (M.8864 — Vodafone/certain Liberty Global Assets) |
|
|
2019/C 382/07 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2019 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq internu mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ M.8864 — Vodafone/Certain Liberty Global Assets) (notifikata taħt id-dokument numru C(2019)5187) ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 382/08 |
Sejħa għall-proposti 2020 — EAC/A03/2019 Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 382/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9605 — DAK Americas/Lotte Chemical UK) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2019/C 382/10 |
Notifika qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9573 — Brookfield/Iridium/Global Borealis) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2019/C 382/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9582 — Siemens Gamesa Renewable Energy/Senvion (European onshore wind turbine service)/Ria Blades) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9497 — Crédit Agricole/Abanca/JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 382/01)
Fil-25 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9497. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/2 |
Bidu ta’ proċeduri
(Il-Każ M.9162 — Fincantieri/Chantiers de l’Atlantique)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 382/02)
Fit-30 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.
Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+ 32 22964301) jew b’imejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza Nru M.9162 — Fincantieri/Chantiers de l’Atlantique, fl-indirizz li ġej:
|
Kummissjoni Ewropea |
|
Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, |
|
Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
|
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/3 |
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta’ ABDOLLAHI Hamed, ARBABSIAR Manssor, BOUYERI, Mohammed, SHAHLAI Abdul Reza, SHAKURI Ali Gholam, SOLEIMANI Qasem, COMMUNIST PARTY OF THE PHILIPPINES (il-“Partit Komunista tal-Filippini”), inkluż in-NEW PEOPLES ARMY — “NPA” (l-“Armata l-Ġdida tal-Poplu”), il-Filippini, EJÉRCITO DE LIBERACIÓN NACIONAL (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”), SENDERO LUMINOSO — “SL” (it-“Triq li Tiddi”) persuni u gruppi miżjuda fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għal Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
(ara l-Annessi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1341 u għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1337)
(2019/C 382/03)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u tal-gruppi msemmija hawn fuq elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1341 (1) fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1337 (2).
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (3) jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni kkonċernati u li l-ebda fond, ass finanzjarju u riżors ekonomiku ieħor ma jista’ jsir disponibbli għalihom, kemm direttament kif ukoll indirettament.
Il-Kunsill ingħata tagħrif ġdid rilevanti għall-elenkar tal-persuni u l-gruppi msemmijin hawn fuq. Wara li kkunsidra din l-informazzjoni l-ġdida, il-Kunsill għandu l-ħsieb li jemenda d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet kif meħtieġ.
Il-persuni u l-gruppi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba fl-indirizz li ġej, biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għaliex dawn inżammu fuq il-lista msemmija hawn fuq:
|
Council of the European Union (Attn: COMET designations) |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu
Tali talba għandha tiġi ppreżentata sal-15 ta’ Novembru 2019.
Il-persuni u l-gruppi kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi u jinżammu fuq il-lista għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet jiġu kkunsidrati meta jaslu. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-gruppi kkonċernati għar-reviżjoni regolari tal-lista mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (4).
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-gruppi kkonċernati għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament.
(1) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-8 ta' Novembru 2019
(2019/C 382/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1034 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
120,72 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4727 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86158 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,7025 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0991 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
137,70 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,0893 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,486 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
333,37 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2610 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7638 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,3513 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6065 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4561 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,6372 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7426 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5002 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 276,66 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,3121 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7115 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4345 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 463,05 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5609 |
|
PHP |
Peso Filippin |
55,809 |
|
RUB |
Rouble Russu |
70,4653 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
33,527 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,5583 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,1383 |
|
INR |
Rupi Indjan |
78,6520 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/6 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet
fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta’ Ġunju 2019
dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-
Każ M.8864 — Vodafone/Certain Liberty Global Assets
Relatur: Il-Latvja
(2019/C 382/05)
Ġurisdizzjoni
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv (15-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”) (1). |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv (15-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
Definizzjoni tas-suq
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv (15-il Stat Membru) jaqbel mal-konklużjonijiet li ntlaħqu mill-Kummissjoni fl-abbozz tad-Deċiżjoni fir-rigward tad-definizzjoni tal-prodotti u tas-swieq ġeografiċi rilevanti għal:
|
Il-valutazzjoni kompetittiva
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv (15-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva bħala riżultat ta’ effetti mhux koordinati orizzontali fi:
|
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv (15-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata mhix probabbli li twassal għal impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva minħabba:
|
Impenji
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv (15-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-Parti Notifikanti fl-11 ta’ Ġunju 2019 ineħħu kull xkiel sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva identifikati fl-abbozz tad-Deċiżjoni. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv (15-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li, soġġett għall-konformità sħiħa mal-impenji finali offruti mill-Parti Notifikanti fil-11 ta’ Ġunju 2019, it-tranżazzjoni notifikata ma jidhirx li se tfixkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. |
Kompatibbiltà mas-suq intern u mal-Ftehim dwar iż-ŻEE
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv (15-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata għalhekk trid tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE f’konformità mal-Artikolu 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE. |
Helena LARSSON HAUG
President tal-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv
|
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/8 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
(M.8864 — Vodafone/certain Liberty Global Assets)
(2019/C 382/06)
Introduzzjoni
|
1. |
Fid-19 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) li skontha Vodafone Group Plc (“Vodafone” jew “il-Parti Notifikanti”) takkwista l-kontroll esklużiv ta’ negozji tat-telekomunikazzjoni ta’ Liberty Global Plc (“Liberty Global”) fiċ-Ċekja, fil-Ġermanja, fl-Ungerija u fir-Rumanija (“in-Negozju fil-Mira”) (3) (it-“Tranżazzjoni”). Vodafone u Liberty Global (inkluż in-Negozju fil-Mira) huma indikati minn hawn’ il quddiem bħala l-“Partijiet”. |
Proċedura
|
2. |
Matul l-ewwel fażi, il-Kummissjoni esprimiet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-operat mas-suq intern. Fil-11 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni biex tibda proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, li għaliha l-Partijiet wieġbu fis-7 ta’ Jannar 2019. |
|
3. |
Fit-18 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni adottat żewġ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet wara n-nuqqas ta’ kull waħda mill-Partijiet li tipprovdi informazzjoni sħiħa bi tweġiba għal talba għal informazzjoni (“id-deċiżjonijiet tal-Artikolu 11(3)”). Id-deċiżjonijiet tal-Artikolu 11(3) ġiegħlu lid-destinatarji tagħhom biex jissottomettu informazzjoni kompluta lill-Kummissjoni u kellhom l-effett li jissospendu l-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(3), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Is-sospensjoni tal-limiti taż-żmien skadew ladarba ż-żewġ Partijiet kienu konformi mad-deċiżjonijiet tal-Artikolu 11(3), fl-aħħar tat-8 ta’ Frar 2019. |
Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet
|
4. |
Fil-25 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) skont l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Għaqdiet (4). Fid-DO, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li t-Tranżazzjoni timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’parti sostanzjali tas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet minħabba (1) effetti mhux koordinati orizzontali (i) fil-forniment bl-imnut tas-servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet fil-Ġermanja; (ii) fil-forniment bl-imnut ta’ pakketti 2P, inklużi servizzi ta’ telefonija fissa u servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet fil-Ġermanja; u (iii) fis-suq tat-trażmissjoni bl-ingrossa tas-sinjal tat-TV fil-Ġermanja; kif ukoll (2) effetti vertikali mhux koordinati fil-forniment bl-imnut tat-trażmissjoni tas-sinjal tat-televiżjoni lil klijenti tal-MDU fil-Ġermanja kif ukoll fis-suq reġjonali potenzjali li jikkorrispondi mal-impronta ta’ Unitymedia. |
|
5. |
Il-Partijiet issottomettew it-tweġiba tagħhom bil-miktub għad-DO fit-8 ta’ April 2019. L-ebda waħda mill-Partijiet ma talbet li tinstema’ oralment. |
Persuni terzi interessati
|
6. |
Fuq talba motivata tagħhom, jiena aċċettajt 18-il impriża bħala terzi persuni interessati f’dawn il-proċedimenti skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE. Dawn kienu jinkludu kompetituri u/jew entitajiet li jkollhom relazzjonijiet kuntrattwali mal-Partijiet bħala fornituri jew klijenti kif ukoll assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw tali impriżi. |
|
7. |
Il-persuni terzi interessati kollha ngħataw verżjoni mhux kunfidenzjali tad-DO u ngħataw limitu ta’ żmien biex jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Għaqdiet. |
Aċċess għall-fajl
|
8. |
Il-Partijiet ingħataw aċċess għall-fajl fil-25 ta’ Marzu 2019 u wara fuq bażi kontinwa. L-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali invokata mill-Kummissjoni fid-DO ngħata lill-konsulenti ekonomiċi tal-Partijiet f’kamra tad-data. |
|
9. |
Fis-16 ta’ April 2019, irċevejt talba għal aċċess għall-fajl tal-każ tal-Kummissjoni minn impriża li kont aċċettajt bħala waħda mit-terzi persuni interessati għall-proċedimenti. Din it-talba għal aċċess kienet għall-ewwel ġiet indirizzata lid-DĠ Kompetizzjoni, li rrifjutaha fit-12 ta’ April 2019. Jien weġibt għat-talba fit-23 ta’ April 2019, u sibt li ma hemm l-ebda rekwiżit legali biex jingħata aċċess għall-fajl tal-każ lill-impriża kkonċernata. Essenzjalment, l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Għaqdiet jiddistingwi, għall-finijiet tad-dritt li wieħed jinstema’, persuni terzi minn partijiet notifikanti, partijiet oħra involuti (5) u partijiet li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni beħsiebha tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 14 jew l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Id-dritt tas-smigħ ta’ persuni terzi fi proċedimenti ta’ fużjoni huwa stabbilit fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Għaqdiet. Dan tal-aħħar jiddefinixxi l-kontenut u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt għal smigħ tal-partijiet interessati, filwaqt li jiddikjara “li l-Kummissjoni għandha tinfurmahom bil-miktub bin-natura u s-suġġett tal-proċedura u għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih ikunu jistgħu jgħarrfu l-opinjonijiet tagħhom”. Fi ħdan il-medda ta’ frekwenzi tad-diskrezzjoni tagħha u f’konformità mal-ġurisprudenza (6), il-Kummissjoni pprovdiet verżjoni mhux kunfidenzjali tad-DO lill-persuni terzi interessati kollha li tippermettilhom jifhmu t-teoriji tal-ħsara u l-partijiet komponenti tagħhom u tagħtihom il-possibbiltà li jesprimu l-fehmiet tagħhom. Filwaqt li d-destinatarji ta’ dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet u l- “partijiet l-oħra involuti” għandhom dritt ta’ aċċess għall-fajl skont l-Artikolu 17(1) u (2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Għaqdiet, parti terza għall-konċentrazzjoni proposta — bħall-impriża kkonċernata — ma għandhiex l-istess dritt ta’ aċċess għall-fajl. |
Impenji
|
10. |
Fis-6 ta’ Mejju 2019, il-Parti Notifikanti ppreżentat impenji skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet sabiex tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni. |
|
11. |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni miksuba minn ittestjar tas-suq ta’ dawn l-impenji mill-Kummissjoni, il-Parti Notifikanti ppreżentat sett rivedut ta’ impenji fil-11 ta’ Ġunju 2019 (“L-Impenji Finali”). |
|
12. |
Fl-abbozz tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni ssib li l-Impenji Finali huma xierqa u suffiċjenti biex jeliminaw l-impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva li se tagħti lok għalihom it-Tranżazzjoni u li dawn l-impenji għalhekk jagħmlu l-konċentrazzjoni proposta kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim taż-ŻEE. |
Abbozz tad-Deċiżjoni
|
13. |
Jien eżaminajt l-abbozz tad-Deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE u kkonkludejt li jittratta biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-Partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom. |
Konklużjoni
|
14. |
Jien nikkonludi li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ġie rrispettat matul il-proċedimenti preżenti. |
Brussell, it-3 ta’ Lulju 2019.
Joos STRAGIER
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1) (“Ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(3) Fiċ-Ċekja, in-Negozju fil-Mira jopera permezz tal-UPC Česká republika, s.r.o., fil-Ġermanja permezz ta’ Unitymedia GmbH (“Unitymedia”), fl-Ungerija permezz tal-UPC Magyarország Kft u fir-Rumanija permezz tal-UPC Romania S.R.L.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1) (ir-“Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Għaqdiet”).
(5) Skont l-Artikolu 11(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Għaqdiet, “partijiet għall-konċentrazzjoni proposta għajr il-partijiet notifikanti, bħall-bejjiegħ u l-impriża li hija l-mira tal-konċentrazzjoni”, jikkostitwixxu “partijiet oħra involuti”.
(6) Ara, pereżempju, il-kawża T 213/01 u T 214/01 Österreichische Postsparkasse and Bank für Arbeit und Wirtschaft v il-Kummissjoni, EU:T:2006:151, il-paragrafu 107.
|
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/10 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-18 ta’ Lulju 2019
li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq internu mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ M.8864 — Vodafone/Certain Liberty Global Assets)
(notifikata taħt id-dokument numru C(2019)5187)
(il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 382/07)
Fit-18 ta’ Lulju 2019 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) , u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa, billi l-każ jista’ jkun fil-forma ta’ verżjoni proviżorja, hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-każ fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, f’dan l-indirizz: http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm?clear=1&policy_area_id=2
I. Introduzzjoni
|
(1) |
Fid-19 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li permezz tagħha Vodafone Group Plc (“Vodafone” jew “il-Parti Notifikanti”) biħsiebha takkwista l-kontroll esklużiv tan-negozji tat-telekomunikazzjoni Liberty Global Plc (“Liberty Global”) fiċ-Ċekja, fil-Ġermanja, fl-Ungerija u fir-Rumanija (“in-Negozju fil-Mira”) (it-“Tranżazzjoni”). Vodafone u n-Negozju fil-Mira huma indikati minn hawn’ il quddiem bħala l-“Partijiet”. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni hi strutturata kif ġej: It-Taqsima II tiddeskrivi l-Partijiet. It-Taqsima III tispjega għaliex it-Tranżazzjoni tikkostitwixxi konċentrazzjoni. It-Taqsima IV tispjega għaliex il-konċentrazzjoni li tirriżulta mit-Tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-Unjoni. It-Taqsima V tiddeskrivi l-proċedura segwita f’dan il-każ. It-Taqsima VI tiddeskrivi l-investigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni dwar it-Tranżazzjoni. It-Taqsima VII tiddefinixxi l-prodott rilevanti u s-swieq ġeografiċi. It-Taqsima VIII tistabbilixxi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar jekk it-Tranżazzjoni hix probabbli li timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva, filwaqt li tqis il-pretensjonijiet tal-effiċjenzi tal-Parti Notifikanti. It-Taqsima IX tistabbilixxi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-impenji ppreżentati mill-Parti Notifikanti. It-Taqsima X fiha l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. |
II. Il-Partijiet
|
(3) |
Vodafone hija grupp ta’ kumpaniji attivi globalment fl-operazzjoni ta’ netwerks ta’ telekomunikazzjoni mobbli u fil-forniment ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli, bħas-servizzi ta’ telefonija bil-vuċi, ta’ messaġġi, ta’ data u ta’ kontenut. Xi wħud mill-kumpaniji operattivi jipprovdu wkoll it-televiżjoni bil-kejbil, it-telefonija fissa, l-aċċess għall-Internet broadband u/jew is-servizzi tal-IPTV (2). Fi ħdan l-UE, Vodafone hija attiva fi tnax-il Stat Membru. B’mod partikolari, fiċ-Ċekja, l-Ungerija u r-Rumanija, Vodafone tipprovdi primarjament servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli għall-konsumaturi u sa ċertu punt servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet fissi. Fil-Ġermanja, Vodafone hija attiva fil-provvista ta’ servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ telekomunikazzjoni lill-konsumaturi fil-pajjiż kollu, hija proprjetarja tan-netwerk bil-kejbil Kabel Deutschland (li tkopri żoni urbani fi 13 minn 16-il Stat Federali) u toffri servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet fissi mal-pajjiż kollu bbażati fuq l-aċċess bl-ingrossa għan-netwerk fiss ta’ Deutsche Telekom AG (“Deutsche Telekom”). |
|
(4) |
Liberty Global tippossjedi u topera netwerks bil-kejbil li joffru servizzi tat-TV, broadband u telefonija bil-vuċi madwar id-dinja kollha u b’mod partikolari fi ħdax-il Stat Membru fl-UE. |
|
(5) |
In-Negozju fil-Mira jinkludi l-operazzjonijiet ta’ Liberty Global f’kull waħda miċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Ungerija u r-Rumanija. Fiċ-Ċekja, in-Negozju fil-Mira jopera permezz tal-UPC Česká republika, s.r.o., fil-Ġermanja permezz ta’ Unitymedia GmbH (“Unitymedia”), fl-Ungerija permezz ta’ UPC Magyarország Kft u fir-Rumanija permezz ta’ UPC Romania S.R.L. (in-Negozju fil-Mira f’kull wieħda miċ-Ċekja, l-Ungerija u r-Rumanija minn hawn’ il quddiem jissejjaħ “UPC”). In-Negozju fil-Mira jipprovdi servizzi tat-telefonija fissa, broadband u TV permezz tan-netwerks tal-kejbil tiegħu. Fil-Ġermanja, in-Negozju fil-Mira jopera n-netwerk tal-kejbil tal-Unitymedia, li jkopri t-tliet Stati Federali fejn in-netwerk tal-kejbil ta’ Vodafone ma huwiex preżenti, jiġifieri North Rhine-Westphalia, Hesse u Baden-Wuerttemberg. Barra minn hekk, in-Negozju fil-Mira huwa attiv bħala operatur ta’ netwerk mobbli virtwali fil-Ġermanja u fl-Ungerija. |
III. It-Tranżazzjoni.
|
(6) |
Permezz ta’ ftehim ta’ bejgħ u xiri li sar fid-9 ta’ Mejju 2018, Vodafone se takkwista 100 % tal-ishma tal-entitajiet korporattivi tan-Negozju fil-Mira, li se jsiru sussidjarji posseduti totalment minn Vodafone. |
|
(7) |
Għalhekk, fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni tikkonsisti fl-akkwist ta’ kontroll uniku minn Vodafone fuq in-Negozju fil-Mira u għalhekk tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
IV. Id-dimensjoni tal-UE
|
(8) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni kkonkludiet li l-operazzjoni notifikata għandha dimensjoni tal-UE skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
V. Il-Proċedura
|
(9) |
It-Tranżazzjoni ġiet notifikata lill-Kummissjoni fid-19 ta’ Ottubru 2018. |
|
(10) |
Wara eżami tan-notifika u fuq il-bażi tal-ewwel fażi tal-investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni qajmet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tat-tranżazzjoni mas-suq intern u adottat deċiżjoni li tiftaħ proċeduri skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet fil-11 ta’ Diċembru 2018 (id-“Deċiżjoni tal-Artikolu 6(1)(c)”). |
|
(11) |
Il-Partijiet issottomettew il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar id-Deċiżjoni tal-Artikolu 6(1)(c) fis-7 ta’ Jannar 2019. |
|
(12) |
Fit-18 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni adottat deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, indirizzati lil Vodafone u lil Liberty Global, wara li naqsu milli jipprovdu informazzjoni sħiħa bi tweġiba għal RFI mill-Kummissjoni. Iż-żewġ deċiżjonijiet kellhom l-effett li jissospendu l-limiti ta’ żmien imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Liberty Global u Vodafone kienu konformi mad-deċiżjoni tal-Artikolu 11(3) li ġiet indirizzata lilhom, rispettivament, fis-6 u fit-8 ta’ Frar 2019. Għaldaqstant, is-sospensjoni tat-termini taż-żmien skadiet fl-aħħar tat-8 ta’ Frar 2019. |
|
(13) |
Fil-25 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet lill-Parti Notifikanti (id-“Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet”). Fid-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni waslet għall-opinjoni preliminari li l-konċentrazzjoni notifikata xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’parti sostanzjali tas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, bħala riżultat ta’ (1) effetti mhux koordinati orizzontali (i) fil-forniment bl-imnut tas-servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet fil-Ġermanja; (ii) fil-forniment bl-imnut ta’ pakketti 2P, inklużi servizzi ta’ telefonija fissa u servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet fil-Ġermanja; u (iii) fis-suq tat-trażmissjoni bl-ingrossa tas-sinjal tat-TV fil-Ġermanja; kif ukoll (2) effetti vertikali mhux koordinati fil-forniment bl-imnut ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-televiżjoni lil klijenti tal-MDU fil-Ġermanja jew fis-suq potenzjali reġjonali li jikkorrispondi mal-impronta tan-Negozju fil-mira (3). |
|
(14) |
L-ewwel aċċess għall-fajl ingħata lill-Partijiet fil-25 ta’ Marzu 2019, l-għada tal-ħruġ tad-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet, u sussegwentement ingħata fuq bażi regolari. L-aċċess għad-data kunfidenzjali u l-informazzjoni invokata mill-Kummissjoni fid-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet ingħatat lill-konsulenti ekonomiċi tal-Partijiet skont il-proċedura tal-kamra tad-data. |
|
(15) |
Fit-8 ta’ April 2019, il-Partijiet ippreżentaw it-tweġiba bil-miktub tagħhom għad-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet. |
|
(16) |
Fil-15 ta’ April 2019, skont l-Artikolu 10(3), it-tieni subparagrafu, it-tielet sentenza tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li testendi l-perjodi stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet b’total ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol. |
|
(17) |
Fis-6 ta’ Mejju 2019, il-Parti Notifikanti ppreżentat impenji skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet sabiex tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni. L-għada, fis-7 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni nediet test tas-suq tal-impenji ppreżentati mill-Parti Notifikanti fis-6 ta’ Mejju 2019. |
|
(18) |
Fit-23 ta’ Mejju 2019, skont l-Artikolu 10(3), it-tieni subparagrafu, it-tielet sentenza tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-Kummissjoni adottat it-tieni deċiżjoni li testendi l-perjodi stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet b’total ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol. |
|
(19) |
Fil-11 ta’ Ġunju 2019, wara ċerti modifiki, il-Parti Notifikanti ppreżentat sett finali ta’ impenji (l-“Impenji Finali”). |
VI. Is-swieq rilevanti
|
(20) |
Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li, għall-valutazzjoni tat-Tranżazzjoni, is-swieq rilevanti huma:
|
VII. Il-valutazzjoni kompetittiva
VII.1. Il-Ġermanja
VII.1.1. Introduzzjoni
|
(21) |
Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni sabet li t-Tranżazzjoni tagħti lok għas-swieq li ġejjin li huma affettwati b’mod orizzontali fil-Ġermanja:
|
|
(22) |
Barra minn hekk, it-Tranżazzjoni tagħti lok għas-swieq li ġejjin li huma affettwati b’mod vertikali fir-rigward tar-rabtiet bejn is-swieq li ġejjin fil-Ġermanja:
|
|
(23) |
Il-Kummissjoni identifikat ukoll numru ta’ swieq li fihom it-Tranżazzjoni jista’ jkollha impatt sinifikanti skont it-tifsira tat-taqsima 6.4 tal-Anness 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (5):
|
|
(24) |
Fil-maġġoranza tas-swieq imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni ma identifikatx tħassib dwar il-kompetizzjoni, u lanqas ma rċeviet ilmenti. Sa fejn il-Kummissjoni identifikat tħassib jew ilmenti mressqa minn parteċipanti tas-suq, is-sejbiet tal-Kummissjoni huma mqassra fit-taqsimiet li ġejjin. |
VII.1.2. Effetti mhux koordinati orizzontali fil-forniment bl-imnut ta’ servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet fil-Ġermanja
|
(25) |
Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat tal-eliminazzjoni tar-restrizzjoni kompetittiva eżerċitata mill-Partijiet qabel it-Tranżazzjoni, speċjalment fl-impronta tal-kejbil ta’ Unitymedia, u billi toħloq attur b’sehem ta’ abbonati ta’ aktar minn 30 % (li jaqbeż 40 % fl-impronta ta’ Untymedia u saħansitra ogħla f’ċerti stati u distretti federali). |
|
(26) |
B’mod partikolari, fid-Deċiżjoni l-Kummissjoni sabet li n-negozju tad-DSL ta’ Vodafone fil-footprint tal-Unitymedia, li jiddependi fuq l-aċċess bl-ingrossa għan-netwerk ta’ Deutsche Telekom, ikkostitwixxa restrizzjoni kompetittiva importanti. Dan huwa bbażat fuq l-osservazzjoni li Vodafone kienet kapaċi tikkompeti fuq l-istess livell ma’ Untymedia u biex topera b’mod aktar kompetittiv ma’ fornituri oħra li joperaw fuq il-bażi ta’ aċċess bl-ingrossa, minħabba l-karatteristiċi uniċi tagħha (b’mod partikolari, l-aċċess għal infrastruttura tan-netwerk li tippermetti aktar flessibbiltà vis-à-vis Deutsche Telekom u b’hekk aktar spejjeż baxxi). |
|
(27) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni sabet ukoll li t-tnaqqis tal-pressjoni kompetittiva li tirriżulta mit-Tranżazzjoni x’aktarx ma jiġix ibbilanċjat minn restrizzjonijiet kompetittivi oħra li jifdal fis-swieq. Tabilħaqq, il-bqija tal-parteċipanti fis-suq x’aktarx li ma jkollhomx il-kapaċità (Telefónica u oħrajn li jfittxu aċċess bl-ingrossa għan-netwerk ta’ Deutsche Telekom, bl-eċċezzjoni ta’ United Internet) jew l-inċentivi (Deutsche Telekom u Internet United) biex jikkompetu b’mod aggressiv kontra l-entità fuża (6). |
|
(28) |
Fuq din il-bażi, fid-Deċiżjoni l-Kummissjoni qieset li l-eliminazzjoni tar-restrizzjonijiet kompetittivi eżerċitati mill-Partijiet qabel it-Tranżazzjoni, kemm fuq xulxin kif ukoll fuq kompetituri oħra, x’aktarx li ddgħajjef b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni u twassal għal żidiet fil-prezzijiet, b’mod partikolari fl-impronta ta’ Unitymedia, fejn il-Partijiet jikkompetu mill-qrib ma’ xulxin. |
|
(29) |
Fir-rigward tat-talbiet għal effiċjenza ppreżentati mill-Partijiet (inkluż l-iffrankar tal-ispejjeż varjabbli li jirriżultaw mill-migrazzjoni ta’ klijenti tad-DSL ta’ Vodafone min-netwerk tad-Deutsche Telekom għal Unitymedia), id-Deċiżjoni kkonkludiet li dawn ma jissodisfawx it-tliet kriterji kumulattivi tal-verifikabbiltà, l-ispeċifiċità tal-fużjonijiet u l-benefiċċju għall-konsumaturi stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-Għaqdiet Orizzontali. |
VII.1.3. Effetti mhux koordinati orizzontali fil-forniment bl-imnut ta’ servizzi tat-TV u tat-trażmissjoni tas-sinjali tat-TV fil-Ġermanja
|
(30) |
Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni vvalutat il-probabbiltà ta’ effetti mhux koordinati orizzontali antikompetittivi (i) fis-swieq għall-provvista bl-imnut tat-trażmissjoni tas-sinjal tat-TV lil MDU u klijenti SDU fil-Ġermanja jew fis-swieq reġjonali potenzjali li jikkorrispondu mal-impronta tal-kejbil tal-Partijiet, u (ii) fis-suq nazzjonali għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi tat-televiżjoni (flimkien, “swieq relatati mat-TV”). |
|
(31) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni x’aktarx ma timpedixxix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva ta’ xi suq relatat mat-TV fil-Ġermanja bħala riżultat ta’ effetti mhux koordinati orizzontali. Dan huwa b’mod partikolari minnu minħabba l-fatt li ma hemm l-ebda bidla speċifika għall-fużjoni peress li l-Partijiet huma attivi prinċipalment fi ħdan l-impronti tal-kejbil rispettivi tagħhom. L-ebda evidenza fil-fajl tal-Kummissjoni ma ssuġġeriet li hemm telf ta’ kompetizzjoni diretta, indiretta jew potenzjali bħala riżultat tat-Tranżazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-Tranżazzjoni mhux ser twassal għal dgħufija tal-kompetituri tal-Partijiet. |
|
(32) |
Speċifikament fir-rigward ta’ kompetizzjoni potenzjali bejn il-Partijiet, il-Kummissjoni sabet li la Vodafone u lanqas Unitymedia ma bnew fuq in-netwerk bil-kejbil tal-Parti l-oħra fil-passat. Għalhekk, kwalunkwe sejba ta’ kompetizzjoni potenzjali jkollha tistabbilixxi b’mod ċar għaliex il-Kummissjoni qieset li l-Partijiet x’aktarx mhux se jsegwu l-imġiba preċedenti tagħhom. Madankollu, il-Kummissjoni ma identifikatx korp koerenti ta’ evidenza li tissuġġerixxi li l-espansjoni ta’ waħda mill-Partijiet fl-impronta tal-Parti l-oħra tkun x’aktarx jew raġonevolment prevedibbli fin-nuqqas tat-Tranżazzjoni. |
|
(33) |
Fl-impronta ta’ Unitymedia, hemm trikkib żgħir li jirriżulta minn prodotti IPTV u OTT TV ta’ Vodafone. Madankollu, fid-dawl tal-pożizzjoni limitata fis-suq ta’ dawn il-prodotti, ma hemm l-ebda telf sinifikanti ta’ kompetizzjoni diretta attwali bejn il-Partijiet. |
VII.1.4. Effetti orizzontali mhux koordinati fis-suq tat-trażmissjoni bl-ingrossa tas-sinjal tat-TV fil-Ġermanja
|
(34) |
Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni sabet li, wara t-Tranżazzjoni, is-setgħa tas-suq tal-Partijiet fil-provvista bl-ingrossa tat-trażmissjoni tas-sinjal tat-TV fil-Ġermanja kienet se tiżdied. Hija tikkonkludi li (i) f’suq possibbli limitat għall-provvista bl-ingrossa ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-TV permezz tal-kejbil, is-sehem tas-suq kombinat tal-Partijiet huwa aktar minn 70 % kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fl-impronta tal-entità fuża (f’termini ta’ unitajiet domestiċi konnessi), u (ii) hemm elementi li jissuġġerixxu li fornituri ikbar tat-trażmissjoni tas-sinjal tat-TV għandhom il-kapaċità u l-inċentivi biex jinnegozjaw kundizzjonijiet aħjar minn kompetituri iżgħar. |
|
(35) |
Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni identifikat l-effetti possibbli ta’ ħsara li ġejjin li jirriżultaw minn tali saħħa miżjuda fis-suq: l-ewwel nett, il-possibbiltà li l-entità fuża timponi kundizzjonijiet mhux raġonevoli fuq ix-xandara tat-televiżjoni; it-tieni, il-possibbiltà li l-entità fuża tkun ta’ xkiel għall-kapaċità tax-xandara li jipprovdu servizzi addizzjonali u innovattivi (bħal, Over-The-Top jew OTT, HbbTV). |
VII.1.5. Effetti mhux koordinati orizzontali fis-suq bl-imnut għal Pakketti ta’ Multiple Play fil-Ġermanja
|
(36) |
Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni vvalutat l-effetti tat-Tranżazzjoni fis-swieq tal-pakketti ipotetiċi li huma l-aktar prevalenti fil-Ġermanja. Apparti l-pakketti dual play ta’ servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet u telefonija fissa, dawn is-swieq huma pakketti trippli ta’ servizzi tat-telefonija fissa, Internet u TV; il-pakketti trippli ta’ servizzi tat-telefonija fissa, tal-Internet u mowbajl; u pakketti kwadruppati ta’ telefonija fissa, Internet, TV u servizzi tal-mowbajl. |
|
(37) |
Id-Deċiżjoni kkonkludiet li s-sejbiet fir-rigward tal-effetti orizzontali mhux ikkoordinati tat-Tranżazzjoni fil-forniment bl-imnut tas-servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet fil-Ġermanja japplikaw bl-istess mod għall-forniment bl-imnut ta’ pakketti dual-play ta’ servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet u t-telefonija fissa, minħabba s-sovrapożizzjoni qawwija bejn iż-żewġ swieq. |
|
(38) |
Fir-rigward ta’ tipi oħra ta’ pakketti, il-Kummissjoni sabet li ma kienx probabbli li t-Tranżazzjoni twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva b’mod partikolari minħabba l-ishma limitati kombinati tas-suq tal-Partijiet u l-inkrement (pakketti trippli ta’ telefonija fissa, Internet u servizzi mobbli u pakketti kwadruppati) u/jew minħabba s-sovrapożizzjoni negliġibbli tal-attivitajiet tal-Partijiet fil-forniment tas-servizzi tat-televiżjoni |
VII.1.6. Esklużjoni mis suq tal-fornituri bl-imnut ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-TV lill-klijenti MDU fil-Ġermanja;
|
(39) |
Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni vvalutat il-probabbiltà ta’ effetti mhux koordinati orizzontali antikompetittivi fis-suq għall-provvista bl-imnut tat-trażmissjoni tas-sinjal tat-TV lil klijenti tal-MDU fil-Ġermanja kif ukoll fis-swieq reġjonali potenzjali li jikkorrispondu mal-impronta tal-kejbil tal-Partijiet. Il-Kummissjoni sabet li ma hemm l-ebda effett ta’ fużjoni speċifiku fir-rigward tal-kapaċità jew l-inċentiv tal-Partijiet li jeskludu kompetituri tal-bejgħ bl-imnut downstream permezz tas-suq għat-twassil ta’ sinjal tat-televiżjoni intermedjarju. It-tranżazzjoni ma toħloq ebda rabtiet ġodda bejn il-livelli differenti tal-katina tal-provvista li ma jkunux jeżistu fin-nuqqas tat-Tranżazzjoni. Dan għaliex kemm Vodafone kif ukoll Unitymedia diġà huma attivi kemm upstream (fi swieq ġeografiċi separati) fil-forniment ta’ sinjal tal-Livell 3 lill-fornituri tal-Livell 4, kif ukoll downstream fil-forniment ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-televiżjoni bl-imnut lil klijenti tal-MDU. Fejn jeżistu dawn ir-rabtiet vertikali, it-Tranżazzjoni ma twassalx għal bidla fl-istruttura tas-suq fil-livelli upstream jew downstream u għalhekk ma tirriżultax f’żieda fis-saħħa tas-suq. |
|
(40) |
F’dan il-kuntest, b’mod partikolari, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-Tranżazzjoni ma twassalx għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva bħala riżultat ta’ effetti vertikali mhux koordinati għad-detriment ta’ Tele Columbus, li jirriżultaw mit-traspożizzjoni possibbli tal-politika kummerċjali ta’ Vodafone fl-impronta ta’ Unitymedia. Anki kieku l-entità fuża kellha l-kapaċità u l-inċentiv speċifiku għall-konċentrazzjoni biex teskludi lil Tele Columbus fl-impronta ta’ Unitymedia, ma jkun hemm l-ebda impatt sinifikanti fuq il-kompetizzjoni effettiva minħabba l-attivitajiet limitati ta’ Tele Columbus fuq il-footprint ta’ Unitymedia u n-nuqqas ta’ espansjoni tal-infrastruttura tagħha. |
VII.1.7. Esklużjoni tal-fornituri tal-bejgħ bl-imnut mis-servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli fil-Ġermanja
|
(41) |
Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni vvalutat il-probabbiltà ta’ effetti vertikali mhux koordinati antikompetittivi fis-suq għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli u pakketti FMC. Il-Kummissjoni sabet li l-entità fuża ma kienx se jkollha l-kapaċità speċifika għall-fużjoni jew l-inċentiv biex teskludi fornituri kompetituri ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli fid-dawl tan-nuqqas ta’ Unitymedia mill-pożizzjoni upstream tas-suq u l-pożizzjoni marġinali fis-suq downstream. |
|
(42) |
Anki li kieku l-entità fuża kellha l-kapaċità speċifika għall-fużjoni jew l-inċentiv, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma kienx ser ikun hemm impatt sinifikanti fuq il-kompetizzjoni effettiva. L-akbar non-MNOs attivi fil-Ġermanja huma protetti hekk kif huma ospitati minn MNOs multipli. Barra minn hekk, in-non-MNOs se jkomplu jibbenefikaw mill-obbligi stabbiliti mill-BNetzA kif ukoll l-impenji aċċettati mill-Kummissjoni fil-Każ M.7018 — Telefónica Deutschland/E-Plus. Fl-aħħar nett, fi kwalunkwe każ, in-non-MNOs ġeneralment ma jeżerċitawx l-istess grad ta’ pressjoni kompetittiva bħall-MNOs, prinċipalment minħabba d-dipendenza tagħhom fuq il-kundizzjonijiet bl-ingrossa. Għalhekk, dawn ma jistgħux jillimitaw b’mod effettiv l-imġiba kompetittiva tal-MNOs fis-suq bl-imnut. |
|
(43) |
F’dan il-kuntest, b’mod partikolari, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-Tranżazzjoni ma twassalx għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva bħala riżultat ta’ effetti vertikali mhux koordinati għad-detriment tal-atturi FMC, li jirriżultaw minn inċentiv ikbar lill-kompetituri esklużi b’infastruttura tan-netwerk fissa (pereżempju operatur fl-ibliet). Il-Kummissjoni kkunsidrat li tali parteċipanti għandhom pożizzjoni negliġibbli fir-rigward tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli u jkunu jistgħu jikkompetu b’mod effettiv fir-rigward ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni fissa anke jekk l-entità fuża kellha żżomm aċċess bl-ingrossa u servizzi ta’ oriġini fuq netwerks mobbli fir-rigward ta’ tali parteċipanti. |
VII.1.8. Effetti ta’ konglomerat fil-Ġermanja
|
(44) |
Matul il-proċedimenti ta’ reviżjoni ta’ fużjoni, il-Kummissjoni rċeviet ilmenti li permezz tagħhom, wara t-Tranżazzjoni, l-entità fuża, permezz tal-offerta ta’ pakketti multiple play inklużi s-servizzi tat-televiżjoni, ikollha l-kapaċità u l-inċentiv li teskludi operaturi kompetituri f’servizzi oħra ta’ telekomunikazzjoni. |
|
(45) |
Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni sabet li l-effett ta’ konglomerat li jirriżulta mit-Tranżazzjoni x’aktarx ma jfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva. Dan huwa b’mod partikolari minħabba li l-offerti ta’ multiple play għadhom fi stadju bikri fil-Ġermanja u l-użu ta’ dawn l-offerti mhux se jikber b’mod sinifikanti fis-snin li ġejjin. Barra minn hekk, it-Tranżazzjoni x’aktarx li jkollha biss effett ta’ aċċelerazzjoni minimu f’dan ir-rigward. Tabilħaqq, iż-żewġ Partijiet diġà jbigħu pakketti u t-Tranżazzjoni mhijiex se tibdel b’mod sostanzjali l-abbiltà tagħhom li jbigħu pakketti, u lanqas il-kapaċità tagħhom u l-inċentivi li jeskludu l-kompetituri. |
VII.2. Iċ-Ċekja
VII.2.1. Introduzzjoni
|
(46) |
Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni sabet li l-attivitajiet tal-Partijiet fiċ-Ċekja huma fil-biċċa l-kbira komplementari. Il-Kummissjoni sabet li t-Tranżazzjoni ma tagħtix lok għal swieq affettwati b’mod orizzontali, minħabba jew li s-sehem mis-suq ikkombinat tal-Partijiet huwa inqas minn 20 %, inkella minħabba li n-netwerks tal-Partijiet ma jikkoinċidux teknikament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset, iżda eventwalment ċaħdet, il-possibbiltà li Vodafone tista’ titqies bħala parteċipant fis-swieq bl-imnut għas-servizzi tat-televiżjoni jew għal pakketti ta’ multiple play li jinkludu servizzi fissi tat-telekomunikazzjoni u tat-televiżjoni. |
|
(47) |
Fir-rigward ta’ relazzjonijiet vertikali, it-Tranżazzjoni tagħti lok għal tliet relazzjonijiet vertikali affettwati teknikament (li jinvolvu, upstream, il-forniment bl-ingrossa ta’ servizzi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks mobbli u fuq netwerks fissi, u downstream, is-swieq bl-imnut għall-provvista ta’ servizzi tat-telefonija fissa, u servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli). Il-Kummissjoni sabet li dawk ir-relazzjonijiet vertikali ma jagħtux lok għal tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva, minħabba nuqqas ta’ saħħa tas-suq kemm upstream kif ukoll downstream. |
|
(48) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni rċeviet għadd ta’ lmenti dwar l-effetti possibbli ta’ konglomerat tat-Tranżazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward huma mqassra fit-taqsima li ġejja. |
VII.2.2. Effetti ta’ konglomerat
|
(49) |
Diversi rispondenti għall-investigazzjoni tas-suq qajmu l-possibbiltà li, wara t-Tranżazzjoni, l-entità fuża tkun tista’ tiġbor is-servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet b’veloċità għolja tal-UPC (bis-servizzi tat-televiżjoni bi ħlas tal-UPC jew mingħajrhom) mas-servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli ta’ Vodafone, li tirriżulta fl-esklużjoni ta’ fornituri indipendenti ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni fissi jew mobbli. Dan ikun possibbli minħabba li n-netwerk tal-kejbil ta’ UPC jista’ jipprovdi veloċitajiet li allegatament huma ogħla minn dawk tal-kompetituri tiegħu, u b’hekk jikkonferixxi pożizzjoni dominanti tal-UPC fis-suq. |
|
(50) |
Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni sabet li l-entità fuża ma kienx se jkollha la l-kapaċità u lanqas l-inċentiva li tinvolvi ruħha fi strateġija ta’ esklużjoni bħal din. Fir-rigward tal-kapaċità, il-Kummissjoni sabet li UPC ma għandhiex setgħa fis-suq f’servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet fiċ-Ċekja. Fir-rigward tal-inċentivi, il-Kummissjoni sabet li t-telf fuq żmien qasir tal-entità fuża x’aktarx li mhux se jiġi kkumpensat minn profitti fit-tul, u b’hekk il-predazzjoni ma tkunx profittabbli. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni sabet li kwalunkwe strateġija ta’ esklużjoni ipotetika ma jkollha l-ebda effett sinifikanti fuq is-suq, minħabba li n-netwerk tal-UPC ikopri biss porzjon relattivament żgħir tal-unitajiet domestiċi Ċeki. |
|
(51) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ċaħdet ukoll it-tħassib possibbli li l-entità fuża tista’ tisfrutta l-pożizzjoni tagħha fis-suq bl-imnut għas-servizzi tat-televiżjoni (jew pakketti ta’ multiple play li jinkludu t-televiżjoni, l-aċċess fiss għall-Internet) fis-suq tal-konsumaturi għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli. Dan huwa minħabba l-fatt li l-entità fuża ma għandhiex saħħa fis-suq bl-imnut għas-servizzi tat-televiżjoni, u minħabba li pakketti ta’ multiple play li jinkludu servizzi tat-TV u servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli mhumiex popolari fiċ-Ċekja. |
VII.3. L-Ungerija
|
(52) |
Fl-Ungerija, is-suq għall-provvista bl-imnut tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni biss huwa affettwat orizzontalment bħala riżultat tat-Tranżazzjoni. Parteċipant wieħed fl-investigazzjoni tas-suq sostna li t-Tranżazzjoni se twassal għal effetti antikompetittivi fis-suq tal-konsumaturi għal servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli fl-Ungerija, bħala riżultat tat-tneħħija tal-UPC bħala MVNO waħdu. Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni sabet li t-Tranżazzjoni se ġġib biss żieda negliġibbli fis-sehem tas-suq ta’ Vodafone. Il-biċċa l-kbira ta’ dawk li wieġbu għall-investigazzjoni tas-suq ikkunsidraw li UPC ma teżerċitax pressjoni kompetittiva sinifikanti fuq Vodafone. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnutat li matul l-investigazzjoni tagħha tat-Tranżazzjoni, Digi/Invitel daħlet fis-suq bl-imnut għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli fl-Ungerija bħala MNO. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba effetti mhux koordinati orizzontali fir-rigward tas-suq tal-konsumaturi għal servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli fl-Ungerija. |
|
(53) |
It-tranżazzjoni tagħti wkoll lok għal għadd ta’ swieq affettwati vertikalment, li għalihom il-Kummissjoni qieset li t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva. B’mod partikolari, rispondent fl-investigazzjoni tas-suq ilmenta li l-entità fuża tista’ teskludih mis-suq għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli, billi żżomm il-forniment tagħha ta’ linji mikrija. Madankollu, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-entità fuża mhux se jkollha l-kapaċità jew l-inċentiv li teskludi lill-ilmentatur, jew kwalunkwe fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli. Dan huwa minħabba li fornituri oħra ta’ linji mikrija (jew backhaul mobbli) huma attivi f’dan is-suq, u għalhekk UPC m’għandha l-ebda saħħa fis-suq. |
|
(54) |
Il-Kummissjoni vvalutat ukoll l-impatt probabbli tat-Tranżazzjoni fuq il-kapaċità u l-inċentiv tal-entità fuża biex teskludi fornituri indipendenti ta’ telekomunikazzjoni mobbli, telefonija fissa, aċċess għall-Internet, jew servizzi tat-TV, billi tgħaqqad l-offerti tat-telekomunikazzjonijiet fissi u mobbli tagħha bħala riżultat ta’ effetti ta’ konglomerat. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba l-effetti ta’ konglomerat fl-Ungerija, l-aktar minħabba li l-ebda waħda mill-Partijiet ma għandha setgħa fis-suq fi kwalunkwe suq li fih hija attiva. |
VII.4. Ir-Rumanija
|
(55) |
Fir-Rumanija, ma hemmx swieq affettwati b’mod orizzontali. It-tranżazzjoni tagħti lok għal għadd ta’ swieq affettwati vertikalment, li għalihom il-Kummissjoni qieset li t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat ta’ xi effetti mhux koordinati. |
|
(56) |
Il-Kummissjoni vvalutat ukoll l-impatt probabbli tat-Tranżazzjoni fuq il-kapaċità u l-inċentiv tal-entità fuża biex teskludi fornituri indipendenti ta’ telekomunikazzjoni mobbli, telefonija fissa, aċċess għall-Internet, jew servizzi tat-TV, billi tgħaqqad l-offerti tat-telekomunikazzjonijiet fissi u mobbli tagħha. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba l-effetti ta’ konglomerat fir-Rumanija, l-aktar minħabba li l-ebda waħda mill-Partijiet ma għandha setgħa tas-suq fi kwalunkwe suq li fih hija attiva. |
VII.5. Swieq Internazzjonali
|
(57) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-impatt potenzjali li t-Tranżazzjoni jista’ jkollha fuq is-swieq tat-telekomunikazzjoni li l-ambitu ġeografiku tagħhom huwa usa’ minn dak nazzjonali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni sabet li t-Tranżazzjoni ma kinitx tagħti lok għal tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fir-rigward ta’ (i) il-provvista bl-ingrossa ta’ servizzi ta’ operaturi internazzjonali u (ii) il-provvista bl-ingrossa ta’ servizzi ta’ konnettività tal-Internet, fejn Vodafone biss hija attiva. Fil-fatt, fiż-żewġ swieq is-sehem tas-suq ta’ Vodafone huwa limitat, u kompetituri oħra se jibqgħu attivi wara t-Tranżazzjoni. |
VIII. Impenji
|
(58) |
Biex ikunu aċċettabbli, l-impenji proposti jridu jkunu kapaċi li jagħmlu konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern billi jipprevjenu tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq rilevanti kollha fejn ġie identifikat tħassib dwar il-kompetizzjoni. Fil-każ ivvalutat fid-Deċiżjoni, l-impenji kellhom bżonn jeliminaw it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni fir-rigward ta’: (i) effetti mhux koordinati orizzontali fil-forniment bl-imnut ta’ servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet fil-Ġermanja, (ii) effetti mhux koordinati orizzontali fil-forniment bl-imnut ta’ pakketti 2P inklużi servizzi ta’ telefonija fissa u servizz tal-aċċess fiss għall-Internet fil-Ġermanja u (iii) effetti mhux koordinati orizzontali fis-suq għat-trażmissjoni tas-sinjal tat-TV bl-ingrossa fil-Ġermanja.
VIII.1. Deskrizzjoni tal-Impenji Finali
VIII.2. Valutazzjoni tal-Impenji Finali
VIII.3. Valutazzjoni ta’ Telefónica bħala Fornitur Ġdid tal-Kejbil
|
IX. Konklużjoni u proposta
|
(83) |
Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, fid-Deċiżjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, soġġett għall-konformità mal-impenji mogħtija mill-Parti Notifikanti, it-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. Konsegwentement, id-Deċiżjoni tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern, skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
(2) IPTV hija l-abbrevjazzjoni għat-TV bil-Protokoll tal-Internet; hija sistema li permezz tagħha s-servizzi tat-televiżjoni jitwasslu permezz tal-protokoll tal-Internet fuq netwerk packet-switched bħall-Internet, minflok ma jitwasslu permezz ta’ formati tradizzjonali terrestri, ta’ sinjal bis-satellita u tat-televiżjoni bil-kejbil.
(3) L-impronta tal-kejbil (imsejjaħ ukoll “territorju” tal-kejbil) jirreferi għall-ambitu tan-netwerk tal-kejbil (fis-sens ta’ firxa teknika) u ma jirreferix għall-unitajiet domestiċi kollha fl-Istati Federali fejn jinsabu n-netwerks tal-kejbil tagħhom.
(4) Jiġifieri: (i) il-livell lokali (limitat għaż-żona fejn jinsab iċ-ċentru ta’ hosting tal-Internet) ta’ servizzi bażiċi ta’ ko-lokazzjoni bħalma huma l-konnettività, l-enerġija, u l-faċilitajiet; (ii) il-provvista nazzjonali ta’ hosting kondiviż u ddedikat li jikkonsisti f’li jospita websajt ta’ klijent fis-servers tal-ospitanti tal-Internet u li jipprovdi l-applikazzjonijiet neċessarji għall-appoġġ; (iii) fil-livell nazzjonali, possibbilment reġjonali transkonfinali, ta’ servizzi ġestiti biex jiġu esternalizzati applikazzjonijiet tal-intrapriżi kumplessi u ta’ appoġġ għall-infrastruttura, inkluż applikazzjonijiet “front-end” u “back-office” ospitati fuq il-pjattaformi tal-fornituri, u (iv) il-provvista nazzjonali ta’ servizzi ta’ konsenja tal-kontenut.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013 tal-5 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 336, 14.12.2013, p. 1).
(6) Fl-investigazzjoni tas-suq, partijiet terzi sostnew li l-migrazzjoni tal-klijenti ta’ Vodafone li bħalissa huma fuq in-netwerk ta’ Deutsche Telekom lejn in-netwerk tal-kejbil tal-entità fuża se tnaqqas l-inċentiv ta’ dawn l-atturi (li essenzjalment jinkludu lil Deutsche Telekom u ċerti operaturi tal-ibliet) biex jinvestu fl-introduzzjoni tal-fibra. Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ebda evidenza fil-fajl tagħha ma tissuġġerixxi li, wara t-Tranżazzjoni, b’mod partikolari, Deutsche Telekom u l-operaturi fl-ibliet, se jibdlu l-veloċità tagħhom ta’ tnedija ta’ fibri minħabba impatt negattiv tat-Tranżazzjoni fuq l-abbiltà u l-inċentivi finanzjarji tagħhom biex iwettqu l-investimenti relatati.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/23 |
Sejħa għall-proposti 2020 — EAC/A03/2019
Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
(2019/C 382/08)
1. Introduzzjoni u Għanijiet
Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq ir-Regolament (UE) 2018/1475 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1288/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE (1), kif ukoll fuq il-Programm ta’ Ħidma Annwali għall-2020 tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jkopri l-perjodu bejn l-2018 u l-2020. L-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jinsabu fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament.
2. Azzjonijiet
Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:
|
— |
Proġetti ta’ Volontarjat |
|
— |
Sħubiji ta’ Volontarjat (ftehimiet speċifiċi għall-2020 skont l-FPA 2018–2020) (2) |
|
— |
Timijiet ta’ Voluntiera f’oqsma ta’ prijorità għolja |
|
— |
Traineeships u Impjiegi |
|
— |
Proġetti ta’ Solidarjetà |
|
— |
Tikketta tal-Kwalità |
3. Eliġibbiltà
Kwalunkwe korp pubbliku jew privat jista’ japplika għall-finanzjament mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (3). Barra minn hekk, gruppi ta’ żgħażagħ irreġistrati fil-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, jistgħu japplikaw għall-finanzjament għall-Proġetti ta’ Solidarjetà.
Il-korp Ewropew ta’ Solidarjetà huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li ġejjin:
It-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet kollha tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.
Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà huma miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet minn:
|
— |
pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja; |
|
— |
il-pajjiżi kandidati tal-UE: it-Turkija, is-Serbja u r-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq; |
|
— |
il-Pajjiżi sħab. |
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għall-2020 għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.
Għall-applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġbok kun af li jrid ikun hemm konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà tul id-durata sħiħa tal-għotja. Fil-każ li r-Renju Unit joħroġ mill-UE matul il-perjodu tal-għotja mingħajr ma jiġi konkluż ftehim mal-UE li jiżgura, b’mod partikolari, li l-applikanti Brittaniċi jkomplu jkunu eliġibbli, int ma tibqax tirċievi finanzjament mill-UE (filwaqt li tkompli tipparteċipa, fejn ikun possibbli) jew tiġi mitlub titlaq mill-proġett abbażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim tal-għotja dwar it-terminazzjoni.
4. Baġit u durata tal-proġetti
L-implimentazzjoni ta’ din is-sejħa għall-proposti hija soġġetta għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fil-baġit għall-2020 wara l-adozzjoni tiegħu mill-awtorità tal-baġit jew, jekk il-baġit ma jiġix adottat, kif previst fis-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji.
Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti huwa stmat għal EUR 117 650 000 u huwa bbażat fuq il-programm ta’ ħidma annwali tal-2020 għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.
Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu, huwa indikattiv, u jista’ jiġi mmodifikat soġġett għal emenda tal-programm ta’ ħidma annwali tal-2020 għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. L-applikanti potenzjali huma mistiedna jikkonsultaw regolarment il-programm ta’ ħidma annwali tal-2020 għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-emendi tiegħu, ippubblikati fuq:
|
|
[https://ec.europa.eu/youth/annual-work-programmes_en] fir-rigward tal-baġit għal kull azzjoni koperta mis-sejħa. |
Il-livell tal-għotjiet kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarjaw skont fatturi bħat-tip ta’ proġett u l-għadd ta’ sħab involuti.
5. Data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sa 12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
|
Proġetti ta’ Volontarjat |
fil-5 ta’ Frar 2020. |
|
fit-30 ta’ April 2020. |
|
|
fl-1 ta’ Ottubru 2020. |
|
|
Sħubiji ta’ Volontarjat (ftehimiet speċifiċi għall-2020 skont l-FPA 2018–2020) |
fit-30 ta’ April 2020. |
|
Timijiet ta’ Voluntiera f’oqsma ta’ prijorità għolja |
fis-17 ta’ Settembru2020. |
|
Traineeships u Impjiegi |
fil-5 ta’ Frar 2020. |
|
fit-30 ta’ April 2020. |
|
|
fl-1 ta’ Ottubru 2020. |
|
|
Proġetti ta’ Solidarjetà |
fil-5 ta’ Frar 2020. |
|
fit-30 ta’ April 2020. |
|
|
fl-1 ta’ Ottubru 2020. |
L-applikazzjonijiet għat-Tikketta ta’ Kwalità jistgħu jitressqu fuq bażi kontinwa.
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar it-tressiq tal-applikazzjonijiet.
6. Dettalji sħaħ
Il-kundizzjonijiet fid-dettall ta’ din is-sejħa għall-proposti, inklużi l-prijoritajiet, jistgħu jinstabu fil-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għall-2020 fis-sit web li ġej:
|
|
https://ec.europa.eu/youth/solidarity-corps |
Il-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għall-2020 hija parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u għall-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.
(1) ĠU L 250, 4.10.2018, p. 1.
(2) Dawk l-organizzazzjonijiet parteċipanti li ffirmaw Ftehim Qafas ta’ Sħubija għall-2018-2020 biss huma eliġibbli biex japplikaw taħt din l-azzjoni.
(3) Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà applikabbli għall-azzjonijiet individwali koperti minn din is-sejħa.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/25 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9605 — DAK Americas/Lotte Chemical UK)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 382/09)
1.
Fl-4 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
DAK Americas Exterior, S.L. (“DAK Americas”, Spanja), fl-aħħar nett ikkontrollata minn Alfa, S.A.B. de C.V. (“Alfa Group”, il-Messiku), |
|
— |
Lotte Chemical UK Limited (“Lotte UK”, ir-Renju Unit), |
L-Alfa Group, permezz tas-sussidjarja tiegħu, DAK Americas, jakkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Lotte UK kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
DAK Americas hija parti mill-Alfa Group, konglomerat industrijali li għandu l-kwartieri ġenerali fil-Messiku, attiva f’firxa ta’ oqsma inklużi l-poliester, il-plastik u l-kimiċi, komponenti tal-aluminju għall-karozzi, ikel iffriżat u l-IT u t-telekomunikazzjonijiet; |
|
— |
Lotte UK hija attiva fil-manifattura tar-reżin tal-polyethylene terephthalate (PET). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9605 — DAK Americas/Lotte Chemical UK
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 229-64301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/27 |
Notifika qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9573 — Brookfield/Iridium/Global Borealis)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 382/10)
1.
Fil-31 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, il-Kanada), |
|
— |
Iridium Concesiones de Infraestructuras, S.A.D (“Iridium”, Spanja), li tappartjeni għall-grupp Actividades De Construcción Y Servicios, S.A. (Il-grupp ACS, Spanja), |
|
— |
Global Borealis S.L. (“Global Borealis”, Spanja). |
Brookfield u Iridium jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Global Borealis kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Brookfield: Tipprovdi mad-dinja kollha servizzi ta’ ġestjoni tal-assi. Iffukata fuq il-proprjetà immobbli, l-infrastruttura, l-enerġija rinnovabbli u l-ekwità privata, |
|
— |
Iridium: attiva mad-dinja kollha fl-iżvilupp, il-ġestjoni u l-manutenzjoni ta’ konċessjonijiet li jinvolvu t-trasport u x-xogħlijiet pubbliċi, parti mill-grupp tal-kostruzzjoni, ACS, tikkontrolla diġà b’mod konġunt lil Global Borealis, |
|
— |
Global Borealis: azzjonarja u ġestjoni ta’ konċessjonijiet fl-infrastruttura tat-trasport u s-settur tal-isptarijiet fi Spanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9573 — Brookfield/Iridium/Global Borealis
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/28 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9582 — Siemens Gamesa Renewable Energy/Senvion (European onshore wind turbine service)/Ria Blades)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 382/11)
1.
Fil-31 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).
Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Siemens Gamesa Renewable Energy, S.A. (“SGRE”, Spanja), ikkontrollata minn Siemens AG (il-Ġermanja), |
|
— |
In-negozju Ewropew ta’ servicing fuq l-art ta’ Senvion GmbH (“Senvion”, il-Ġermanja) għall-parks eoliċi inklużi l-assi relatati kollha, kif ukoll il-faċilitajiet ta’ Senvion f’Vagos (il-Portugall) u Oliveira de Frades (il-Portugall) għall-manifattura ta’ blades għat-turbini tar-riħ, li bħalissa huma mħaddma minn Ria Blades S.A., (kollha flimkien, “in-Negozju fil-Mira ta’ Senvion”). |
SGRE takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tan-Negozju fil-Mira ta’ Senvion.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ assi u xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
SGRE hija fornitur ta’ soluzzjonijiet ta’ enerġija mir-riħ u l-attivitajiet tagħha huma maqsuma fi tliet segmenti ta’ negozju: Enerġija mir-Riħ fuq l-Art, Enerġija mir-Riħ fuq il-Baħar u Servizzi fuq il-Baħar; SGRE nħolqot f’April 2017 billi Siemens Wind Power ingħaqdet ma’ Gamesa Corporación Tecnológica, |
|
— |
In-Negozju fil-Mira ta’ Senvion huwa l-parti l-kbira tan-negozju ta’ servicing Ewropew fuq l-art tas-Senvion Group, l-IP u l-IT kollha tas-Senvion Group u l-faċilitajiet kollha ta’ Senvion f’Vagos (il-Portugall) u Oliveira de Frades (il-Portugall) għall-manifattura ta’ blades għat-turbini tar-riħ, li bħalissa huma mħaddma minn Ria Blades S.A., sussidjarja tas-Senvion Group; In-negozju ta’ servicing fuq l-art jikkonsisti f’servizzi differenti, bħalma huma l-manutenzjoni regolari, il-monitoraġġ mill-bogħod, skambji ta’ spare parts u spezzjonijiet tal-blades; in-Negozju fil-Mira ta’ Senvion ma jinkludix in-negozju ta’ Senvion tal-manifattura tat-turbini tar-riħ, u lanqas in-negozju proprja tal-manifattura tal-blades ta’ Senvion (iż-żewġ faċilitajiet biss li jimmanifatturaw il-blades). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.
Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9582 — Siemens Gamesa Renewable Energy/Senvion (European onshore wind turbine service)/Ria Blades
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).