|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 373/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9462 — Emil Frey Group/Autocommerce/Avto Triglav/AC-Mobil) ( 1 ) |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW |
|
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
2019/C 373/02 |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 373/03 |
||
|
2019/C 373/04 |
||
|
2019/C 373/05 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006) ( 2 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 373/06 |
Sejħa għall-proposti 2020 — EAC/A02/2019 Il-Programm Erasmus+ |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 373/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9576 — Blackstone/Dream Global REIT) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 2 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 373/08 |
|
|
Rettifika |
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
|
(2) Test b’rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9462 — Emil Frey Group/Autocommerce/Avto Triglav/AC-Mobil)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 373/01)
Fit-18 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9462. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
III Atti preparatorji
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
Il-Bank Ċentrali Ewropew
|
5.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/2 |
Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
tat-23 ta’ Ottubru 2019
dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
(CON/2019/35)
(2019/C 373/02)
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-18 ta’ Ottubru 2019 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-President tal-Kunsill Ewropew għal opinjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 (1)dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.
Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Osservazzjonijiet ġenerali
|
1. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li ġiet ippreżentata lill-Kunsill Ewropew u li fuqha qed jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tirrakkomanda illi Fabio PANETTA jinħatar bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għal mandat ta’ tmien snin b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020. |
|
2. |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-opinjoni illi l-kandidat propost huwa persuna ta’ statura rikonoxxuta u b’esperjenza professjonali fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat. |
|
3. |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu ebda oġġezzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jaħtar lil Fabio PANETTA bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-23 ta’ Ottubru 2019.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/3 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
0,00 % fl-1 ta' Novembru 2019
Rata tal-kambju tal-euro (2)
L-4 ta' Novembru 2019
(2019/C 373/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1158 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
120,93 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4713 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86368 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,7035 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1021 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
137,90 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,1668 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,511 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
328,78 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2588 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7542 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,3483 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6158 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4680 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7461 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7358 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5146 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 296,92 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,5296 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8425 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4488 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 643,31 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6311 |
|
PHP |
Peso Filippin |
56,376 |
|
RUB |
Rouble Russu |
70,5726 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
33,689 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,4644 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,3095 |
|
INR |
Rupi Indjan |
78,9205 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
5.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-30 ta’ Ottubru 2019
li tinnotifika lir-Repubblika tal-Ekwador dwar il-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat
(2019/C 373/04)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,
Billi:
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 (“ir-Regolament IUU”) jistabbilixxi sistema tal-Unjoni li tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU). |
|
(2) |
Il-Kapitolu VI tar-Regolament IUU jistabbilixxi l-proċedura għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, il-passi fir-rigward ta’ pajjiżi bħal dawn, l-istabbiliment ta’ lista ta’ tali pajjiżi, it-tneħħija minn dik il-lista, il-pubbliċità ta’ dik il-lista u kull miżura ta’ emerġenza. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni trid tidentifika lill-pajjiżi terzi li hija tqis bħala pajjiżi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU. Pajjiż terz irid jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax jekk jonqos milli jaqdi d-dmirijietu skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, jew milli jieħu azzjoni biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU. |
|
(4) |
Qabel tidentifika l-pajjiżi terzi bħala li ma jikkooperawx skont l-Artikolu 31 tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni trid l-ewwel tinnotifika lill-pajjiżi terzi dwar il-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi li ma jikkooperawx f’konformità mal-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament. Din in-notifika hija ta’ bixra preliminari. In-notifika għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 31 tar-Regolament IUU. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll il-passi kollha stabbiliti fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament fir-rigward tal-pajjiżi terzi nnotifikati. B’mod partikolari, fin-notifika l-Kummissjoni trid tinkludi informazzjoni dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jsejsu identifikazzjoni bħal din, tagħti l-opportunità lil dawk il-pajjiżi biex jirrispondu u jipprovdu evidenza li tikkontradixxi l-identifikazzjoni jew, fejn ikun xieraq, pjan ta’ azzjoni biex titjieb is-sitwazzjoni u l-miżuri meħudin biex jirretifikawha. Il-Kummissjoni trid tagħti żmien biżżejjed lill-pajjiżi terzi nnotifikati biex iwieġbu għan-notifika u żmien xieraq biex jirranġaw is-sitwazzjoni. |
|
(5) |
L-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skont l-Artikolu 31 tar-Regolament IUU trid tkun ibbażata fuq ir-rieżami tal-informazzjoni kollha kif stabbilit skont l-Artikolu 31(2) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament IUU, il-Kunsill irid jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx. Il-miżuri stabbiliti, fost oħrajn, fl-Artikolu 38 tar-Regolament IUU japplikaw għal dawk il-pajjiżi. |
|
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament IUU, l-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati tal-qabda vvalidati minn pajjiż terzi li huma Stati tal-bandiera hija soġġetta għal notifika mill-Istat tal-bandiera kkonċernat lill-Kummissjoni dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni, għall-kontroll u għall-infurzar tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni li jridu jiġu ssodisfati mill-bastimeti tas-sajd tiegħu. |
|
(8) |
F’konformità mal-Artikolu 20(4) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni trid tikkoopera fil-livell amministrattiv mal-pajjiżi terzi f’oqsma li għandhom x’jaqsmu mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament b’rabta maċ-ċertifikazzjoni tal-qabdiet. |
2. PROĊEDURA FIR-RIGWARD TAR-REPUBBLIKA TAL-EKWADOR
|
(9) |
In-notifika tar-Repubblika tal-Ekwador (minn hawn ’il quddiem “l-Ekwador”) bħala Stat tal-bandiera waslet għand il-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament IUU fit-22 ta’ Lulju 2009. |
|
(10) |
Wara din in-notifika, il-Kummissjoni bdiet proċess ta’ kooperazzjoni amministrattiva mal-awtoritajiet tal-Ekwador kif previst fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament IUU. Din il-kooperazzjoni kopriet kwistjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-qabdiet tal-Unjoni Ewropea u l-arranġamenti nazzjonali fis-seħħ għall-implimentazzjoni, għall-kontroll, għat-tiġdid u għall-infurzar tal-qafas legali tas-sajd u tal-miżuri applikabbli ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni. Din kienet tinvolvi l-iskambju ta’ kummenti bil-fomm u bil-miktub, kif ukoll ħames żjarat fl-Ekwador bejn it-30 ta’ Jannar u s-6 ta’ Frar 2014, bejn it-22 u l-24 ta’ Settembru 2015, bejn il-11 u l-15 ta’ Diċembru 2017, bejn it-12 u s-16 ta’ Novembru 2018, u bejn is-17 u l-21 ta’ Ġunju 2019, li permezz tagħhom il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala neċessarja dwar il-miżuri meħuda mill-Ekwador sabiex jimplimenta l-obbligi tiegħu fil-ġlieda kontra s-sajd IUU. Delegazzjoni mill-Ekwador żaret ukoll lid-DĠ MARE fit-2 ta’ Lulju 2015. |
|
(11) |
L-Ekwador huwa membru tal-Kummissjoni Inter-Amerikana tat-Tonn Tropikali (IATTC), u tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO), kooperatur mhux membru tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCFPC) u parti mhux kontraenti li tipparteċipa b’mod volontarju fl-iskema tad-dokumentazzjoni tal-qbid tal-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar Antartiku (CCAMLR). L-Ekwador irratifika l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) (2), il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istokkijiet tal-Ħut (UNFSA) (3), u l-Ftehim dwar il-Miżuri tal-Istat tal-Port (PSMA) (4). |
|
(12) |
Sabiex tevalwa l-konformità tal-Ekwador mal-obbligi internazzjonali tiegħu bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq kif stabbilit fil-ftehimiet internazzjonali msemmija fil-premessa (11) u li huma stabbiliti mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO) rilevanti, għall-fini ta’ dan l-eżerċizzju l-Kummissjoni fittxet, ġabret u analizzat l-informazzjoni kollha meħtieġa. |
3. POSSIBBILTÀ LI L-EKWADOR JIĠI IDENTIFIKAT BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX
|
(13) |
Il-Kummissjoni analizzat l-obbligi tal-Ekwador bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, f’konformità mal-Artikolu 31(3) tar-Regolament IUU. Għall-fini ta’ dan ir-rieżami, il-Kummissjoni qieset il-kriterji elenkati fl-Artikolu 31(4) sa (7) tar-Regolament IUU. |
3.1. Miżuri meħuda fir-rigward tar-rikorrenza ta’ attivitajiet tas-sajd IUU u l-flussi kummerċjali IUU (l-Artikolu 31(4) tar-Regolament IUU)
|
(14) |
F’konformità mal-Artikolu 31(4)(a), il-Kummissjoni analizzat il-miżuri meħuda mill-Ekwador fir-rigward ta’ kwalunkwe sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) rikorrenti mwettaq jew appoġġat mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jew miċ-ċittadini tiegħu, jew mill-bastimenti tas-sajd li jkunu qegħdin joperaw fl-ilmijiet marittimi tiegħu jew li jkunu qegħdin jużaw il-portijiet tiegħu. |
|
(15) |
L-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni wriet li, fl-2017, kien hemm mill-inqas 24 bastiment tas-sajd bil-konz li kienu jistadu b’tul totali ta’ aktar minn 23 metru għal speċijiet koperti mill-Konvenzjoni tal-IATTC fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IATTC u li ma kinux fuq ir-Reġistru Reġjonali tal-Bastimenti tal-IATTC. Għalkemm l-awtoritajiet tal-Ekwador sussegwentement irrappurtaw li dan il-ksur tar-Riżoluzzjonijiet C-11-05 u C-14-01 tal-IATTC (sussegwentement sostitwiti mir-Riżoluzzjoni C-18-06), li jista’ jinvolvi l-elenkar IUU tal-bastimenti f’konformità mar-Riżoluzzjoni C-15-01, kien ġie indirizzat u li l-bastimenti kollha kkonċernati kienu ġew miżjuda mar-Reġistru ta’ Bastimenti Reġjonali tal-IATTC, fl-2019 il-Kummissjoni reġgħet identifikat każ simili. |
|
(16) |
L-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni wasslet ukoll għall-identifikazzjoni ta’ żewġ bastimenti ta’ jigging għall-klamar li fl-2015 u kmieni fl-2016 kienu involuti f’attivitajiet tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO, iżda li f’dak il-mument ma kinux fuq ir-Reġistru tal-SPRFMO ta’ bastimenti awtorizzati biex jistadu fiż-Żona tal-Konvenzjoni. Għalkemm l-awtoritajiet tal-Ekwador irrikonoxxew li dawn kienu attivitajiet illegali, f’Ġunju 2019 ma kien għad hemm l-ebda proċedura ta’ sanzjoni mibdija kontra l-operatur taż-żewġ bastimenti. |
|
(17) |
Waqt iż-żjarat fil-pajjiż, il-Kummissjoni identifikat ukoll diversi każijiet ta’ bastimenti tal-Ekwador li jistadu f’ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi. F’każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet tal-Ekwador ma setgħux jikkonfermaw jekk il-bastimenti kkonċernati kinux debitament awtorizzati mill-pajjiż ikkonċernat biex jistadu fl-ilmijiet tiegħu. L-istess kwistjoni reġgħet qamet waqt iż-żjara li saret fl-2019. Minkejja r-rikorrenza tas-sitwazzjoni deskritta, l-awtoritajiet tal-Ekwador ma daħħlux fis-seħħ il-mekkaniżmi xierqa ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fejn topera l-flotta tal-Ekwador. Il-Ftehim ta’ kooperazzjoni eżistenti fis-seħħ ma’ pajjiż ġar ma jipprevedix l-iskambju ta’ informazzjoni dwar liċenzji tas-sajd, u l-arranġament ma’ pajjiż ġar ieħor għadu qed jitħejja. Waqt l-aħħar żjara fl-Ekwador, l-awtoritajiet ma setgħux jipprovdu wkoll informazzjoni dwar is-segwitu ta’ każ identifikat fl-2017. |
|
(18) |
Għall-kuntrarju tal-punti 36 u 42 tal-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni, iż-Żamma u l-Eliminazzjoni ta’ Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat (IPOA IUU) (5), il-proċeduri fis-seħħ qabel ir-reġistrazzjoni ta’ bastiment tas-sajd ma jinvolvux verifika komprensiva tal-istorja tal-bastiment u huma limitati għal verifika tal-listi IUU tal-RFMOs. Il-Kummissjoni ġabret evidenza xierqa li mill-inqas bastiment wieħed bi storja ta’ konformità problematika kien ġie rreġistrat fl-Ekwador u fl-2017 sgiċċa mill-kontroll tal-awtoritajiet, li ma setgħux jimmarkaw fejn kien qiegħed. Skambji sussegwenti indikaw ukoll li minħabba l-leġiżlazzjoni attwalment applikabbli l-awtoritajiet tal-Ekwador, s’issa, ma setgħux jirrevokaw ir-reġistrazzjoni tal-bastiment u jimponu sanzjonijiet ta’ severità adegwata. |
|
(19) |
Għalhekk, l-evidenza miġbura mill-Kummissjoni turi li nuqqasjiet speċifiċi li ġew innotifikati lill-awtoritajiet tal-Ekwador waqt il-missjonijiet tal-2017 u tal-2018, u li rriżultaw f’attivitajiet IUU possibbli jew ikkonfermati, baqgħu ma ġewx indirizzati b’mod adegwat fl-2019. |
|
(20) |
Fir-rigward tal-informazzjoni stipulata fil-premessi (15), (16), (17), (18) u (19), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Ekwador naqas milli jissodisfa r-responsabbiltajiet tiegħu bħala Stat tal-bandiera biex jimpedixxi l-flotta tiegħu milli twettaq attivitajiet IUU fl-ibħra miftuħa jew fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi. Dan hu ksur tal-Artikolu 94(1) u (2) tal-UNCLOS, li jipprevedi li kull Stat għandu jiżgura l-ġuriżdizzjoni u l-kontroll effettivi tiegħu fuq il-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu. Barra minn hekk, din mhijiex konformi wkoll mal-punt 24 tal-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) (IPOA IUU) li jipprevedi l-obbligu li jitwettaq kontroll komprensiv u effettiv tal-attivitajiet tas-sajd. |
|
(21) |
F’konformità mal-Artikolu 31(4)(b) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri meħuda mill-Ekwador fir-rigward tal-aċċess għas-suq tiegħu ta’ prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin mis-sajd IUU u tal-flussi kummerċjali li jirriżultaw. |
|
(22) |
Il-Kummissjoni analizzat id-dokumentazzjoni u informazzjoni oħra relatata mal-proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll u tqis li l-Ekwador ma jistax jiżgura li l-ħut u l-prodotti tas-sajd li jidħlu fis-suq u fl-impjanti tal-ipproċessar tiegħu ma joriġinawx mis-sajd IUU. L-awtoritajiet tal-Ekwador ma setgħux juru li qed jiġbru u jivverifikaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jikkontrollaw il-legalità tal-ħut li jidħol fis-suq tiegħu jew li huma ddestinati għal swieq oħrajn. |
|
(23) |
Is-sejbiet li saru matul il-missjonijiet jixħtu dubju fuq il-livell ta’ kontroll li l-awtoritajiet tal-Ekwador jeżerċitaw fuq l-impjanti tal-ipproċessar. Fl-2017, il-Kummissjoni sabet inkonsistenzi sinifikanti fl-informazzjoni rrappurtata minn impjant tal-ipproċessar. Madankollu ċ-ċifri pprovduti minn dan l-impjant tal-ipproċessar kienu ġew approvati mingħajr aktar verifiki mill-awtoritajiet tal-Ekwador, u kien biss wara l-intervent tal-Kummissjoni li eventwalment twettqu verifiki addizzjonali, li rriżultaw fil-konferma ta’ rappurtar ħażin serju minn dan l-impjant tal-ipproċessar. Fl-2018, il-Kummissjoni identifikat ukoll lottijiet ta’ ħut fil-maħżen kiesaħ ta’ impjant tal-ipproċessar filwaqt li l-Amministrazzjoni tas-Sajd tal-Ekwador ma kinitx taf b’dawn il-lottijiet li daħlu fl-impjant. |
|
(24) |
L-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet tal-Ekwador tindika wkoll il-konklużjoni li l-kontrolli fuq l-impjanti tal-ipproċessar jibqgħu bbażati fuq kampjunar aleatorju aktar milli fuq xenarji ta’ riskju għoli. |
|
(25) |
Bi tħejjija għall-missjonijiet fil-pajjiż, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd analizzat kampjuni ta’ ċertifikati tal-qabda u ta’ dikjarazzjonijiet tal-ipproċessar li oriġinaw mill-Ekwador. Dawn l-analiżi kollha wrew żbalji fil-livell ta’ validazzjoni taċ-ċertifikati tal-qabda li jirriżultaw minn verifika superfiċjali tal-informazzjoni pprovduta mill-operaturi f’dawn id-dokumenti, li l-awtoritajiet tal-Ekwador irrikonoxxew. L-aħħar analiżi li saret fl-2019 uriet ukoll li l-awtoritajiet tal-Ekwador kienu qed japprovaw dikjarazzjonijiet tal-ipproċessar li jirreferu għall-ipproċessar ta’ kwantitajiet ta’ ħut ogħla minn dawk taċ-ċertifikati tal-qabda korrispondenti. |
|
(26) |
L-informazzjoni deskritta fil-premessi (22), (23), (24) u (25) turi li prodotti tas-sajd li nħattu l-art, ġew ipproċessati jew ikkummerċjalizzati fl-Ekwador ma jikkonformawx mar-regoli dwar is-sostenibbiltà tal-attivitajiet ta’ wara l-qbid kif deskritti fl-Artikolu 11 tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-FAO. Barra minn hekk, l-Ekwador naqas milli jimponi regoli li jiżguraw it-traċċabbiltà tal-ħut jew tal-prodotti tal-ħut fis-suq f’konformità mal-punti 67 sa 69 u 71 sa 72 tal-IPOA-IUU. |
|
(27) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ippreżentati f’din it-Taqsima u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmula mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ekwador, hemm indikazzjonijiet qawwija, f’konformità mal-Artikolu 31(3), (4)(a) u (4)(b) tar-Regolament IUU, li l-Ekwador qed jonqos milli jaqdi dmirijietu skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali u tas-suq fir-rigward tal-bastimenti IUU u tas-sajd IUU mwettaq jew appoġġat mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jew miċ-ċittadini tiegħu u milli jimpedixxi l-aċċess għas-suq tiegħu tal-prodotti tas-sajd li joriġinaw mis-sajd IUU. |
3.2. Nuqqas ta’ kooperazzjoni u ta’ infurzar (l-Artikolu 31(5) tar-Regolament IUU)
|
(28) |
Skont l-Artikolu 31(5)(a) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni analizzat il-kollaborazzjoni tagħha mal-Ekwador biex tara jekk l-awtoritajiet effettivament ikkooperawx billi wieġbu għall-mistoqsijiet, ipprovdew reazzjoni jew investigaw kwistjonijiet relatati mas-sajd IUU u mal-attivitajiet assoċjati miegħu. |
|
(29) |
Filwaqt li l-awtoritajiet tal-Ekwador kienu ġeneralment kooperattivi biex iwieġbu u jipprovdu reazzjoni għat-talbiet għal informazzjoni, f’diversi okkażjonijiet kien hemm segwitu limitat fuq kwistjonijiet imqajma mill-Kummissjoni. Bħala eżempju, il-Kummissjoni ma rċevietx spjegazzjonijiet ċari u komprensivi dwar id-diskrepanzi sinifikanti li hija osservat bejn il-kwantitajiet ta’ ħut li nħattu l-art minn bastimenti tas-sajd bit-tartarun u l-kapaċità tal-ġarr u l-volumi tal-istivar tal-ħut irrappurtati lill-IATTC, filwaqt li l-kapaċità tal-ġarr u l-volumi tal-istivar tal-ħut huma l-elementi li jużaw l-IATTC għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd fil-Paċifiku tal-Lvant, inkluż permezz ta’ waqfiet tas-sajd annwali ta’ 72 jum li japplikaw għal bastimenti li jesgħu aktar minn 182 tunnellati metriċi ta’ kapaċità tal-ġarr. |
|
(30) |
Kif enfasizzat fil-premessi (15), (16), (17) u (25), hemm ukoll nuqqas ta’ kontinwità u ta’ konsistenza fl-isforzi biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati. |
|
(31) |
F’konformità mal-Artikolu 31(5)(b), il-Kummissjoni analizzat il-miżuri ta’ infurzar eżistenti biex timpedixxi, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU fl-Ekwador. |
|
(32) |
Is-sistema attwali ta’ sanzjonijiet hija bbażata fuq il-Liġi dwar is-Sajd li ġiet adottata fl-1974 u ġiet ikkomplementata fl-2016 mid-Digriet 852. Madankollu, is-sanzjonijiet previsti fid-Digriet 852, u li oriġinarjament kienu mfassla biex jikkumpensaw għan-nuqqas ta’ dawk li jinsabu fil-Liġi dwar is-Sajd tal-1974, mid-dħul fis-seħħ ta’ dan id-Digriet rarament ġew applikati. |
|
(33) |
Konsegwentement, l-iskema ta’ sanzjonar tibqa’ waħda bbażata fuq qafas legali dgħajjef u antikwat, li huwa nieqes minn definizzjoni ta’ attivitajiet IUU u li jipprevedi livell ta’ sanzjonijiet li jonqos milli jiżgura d-deterrenza ta’ dawn is-sanzjonijiet. Il-multa massima imposta fl-Ekwador għal bastimenti industrijali fl-2018, irrispettivament mill-gravità tal-ksur u l-valur tal-prodotti tas-sajd involuti, ma taqbiżx l-4 500 USD. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-Ekwador irrikonoxxew ukoll li huma jiffaċċjaw kwistjonijiet legali u prattiċi biex jirkupraw il-multi, u l-proċeduri amministrattivi kkumplikati ta’ spiss jirriżultaw f’impossibilità prattika li tiġi indirizzata r-reċidività. L-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Ekwador tissuġġerixxi wkoll approċċ mhux uniformi fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-konfiska ta’ qabdiet illegali. |
|
(34) |
Barra minn hekk, id-dħul fis-seħħ ta’ Liġi ġdida dwar is-sajd u l-iżvilupp ta’ skema ta’ sanzjonijiet riveduta sfat imdewma ripetutament mill-2015. |
|
(35) |
Konsegwentement, is-sistema ta’ sanzjonijiet attwali tonqos milli tindirizza l-punt 16 tal-IPOA-IUU, li jiddikjara li jenħtieġ li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tindirizza s-sajd IUU kif ukoll il-punt 21 li jiddikjara li l-Istati jenħtieġ jiżguraw li s-sanzjonijiet għas-sajd IUU mill-bastimenti u, kemm jista’ jkun possibbli, miċ-ċittadini taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, ikunu ta’ severità suffiċjenti li jċaħħdu lil dawk li jiksru l-liġi mill-benefiċċji li jakkumulaw mit-tali sajd. |
|
(36) |
Fid-dawl tal-informazzjoni miġbura dwar il-qafas legali u l-proċeduri ta’ sanzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Ekwador naqas milli japplika l-Artikolu 19(2) tal-UNFSA, li jiddikjara li s-sanzjonijiet iridu jkunu adegwati fis-severità biex jiżguraw konformità u jiskoraġġixxu l-ksur, kif ukoll biex iċaħħdu lil dawk li jiksru l-liġi mill-benefiċċji li jakkumulaw mill-attivitajiet illegali tagħhom. |
|
(37) |
F’konformità mal-Artikolu 31(5)(c), il-Kummissjoni analizzat il-firxa u l-gravità tal-manifestazzjonijiet tas-sajd IUU meqjus. |
|
(38) |
Iż-żjarat imwettqa mill-Kummissjoni żvelaw kwistjonijiet serji u rikorrenti fil-kontroll tal-bastimenti u tal-ħut ipproċessat fil-pajjiż, kif rifless b’mod partikolari fil-premessi (15), (16), (17), (18), (23) u (24). Dawn il-kwistjonijiet jirriżultaw f’riskji sinifikanti ta’ volumi kbar ta’ ħut ġejjin minn attivitajiet IUU li jiġu kkumerċjalizzati jew ipproċessati fl-Ekwador. |
|
(39) |
Huwa wkoll pertinenti li jissemma li l-Ekwador ġie identifikat ukoll fir-rapport tas-Servizz Nazzjonali tas-Sajd Marittimu tal-Istati Uniti tal-Amerika lill-Kungress tal-2017 (6) bħala li għandu bastimenti involuti fis-sajd IUU. B’mod partikolari, l-Ekwador ġie identifikat li fl-2014 u fl-2015 kellu 25 bastiment li aġixxew bi ksur tar-riżoluzzjonijiet tal-IATTC. Ir-rapport jiddikjara li diversi bastimenti inkludew trasgressuri reċidivi miċ-ċiklu ta’ identifikazzjonijiet tal-2015 u ta’ qabel. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ġabret evidenza li fl-2018 u fl-2019 diversi bastimenti kienu wkoll soġġetti għal proċeduri amministrattivi ta’ ksur mill-Ekwador. |
|
(40) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ippreżentati f’din it-Taqsima u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmula mill-awtoritajiet tal-Ekwador, hemm indikazzjonijiet qawwija, f’konformità mal-Artikolu 31(3) u (5) tar-Regolament IUU, li l-Ekwador naqas milli jaqdi d-dmirijietu skont il-liġi internazzjonali fir-rigward tal-kooperazzjoni u tal-infurzar. |
3.3. Nuqqas ta’ implimentazzjoni tar-regoli internazzjonali (l-Artikolu 31(6) tar-Regolament IUU)
|
(41) |
F’konformità mal-Artikolu 31(6)(a) u (b) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni analizzat ir-ratifika jew l-adeżjoni tal-Ekwador tal-istrumenti internazzjonali rilevanti dwar is-sajd u l-istatus tiegħu bħala parti kontraenti tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, jew il-qbil tiegħu li japplika l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni addottati minnhom. |
|
(42) |
Fl-2012 l-Ekwador irratifika l-UNCLOS, u fl-2016 il-Ftehim għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ stokkijiet ta’ ħut transżonali u stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna (UNFSA). Fl-2019 l-Ekwador aderixxa wkoll mal-Ftehim tal-FAO dwar il-Miżuri tal-Istat tal-Port tal-2009 (PSMA). |
|
(43) |
Madankollu, il-qafas legali nazzjonali attwali ma jipprevedix implimentazzjoni komprensiva tal-PSMA. L-awtoritajiet tal-Ekwador irrappurtaw, pereżempju, li ma hemm l-ebda mekkaniżmu stabbilit legalment biex jiżgura l-kontroll tat-trażbord fil-portijiet. |
|
(44) |
L-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni turi wkoll li l-bidu ta’ proċedura ta’ sanzjoni għal ksur serju (it-twettiq ta’ vjaġġ tas-sajd matul il-waqfa annwali tas-sajd imposta mill-IATTC) seħħ aktar minn 17-il xahar wara l-ksur, filwaqt li l-Artikolu 19(1)(b) tal-UNFSA jitlob lill-Istati biex jinvestigaw minnufih u b’mod sħiħ kwalunkwe ksur allegat ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni subreġjonali jew reġjonali. |
|
(45) |
F’konformità mal-Artikolu 31(6)(c), il-Kummissjoni analizzat kwalunkwe att jew ommissjoni li setgħet naqqset l-effettività tal-liġijiet, tar-regolamenti jew tal-miżuri internazzjonali ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni applikabbli. |
|
(46) |
Kif deskritt fil-premessa (11), l-Ekwador huwa membru tal-IATTC u tal-SPRFMO, kooperatur mhux membru tal-WCPFC u parti mhux kontraenti li qed tipparteċipa b’mod volontarju fl-iskema tad-dokumentazzjoni tal-qbid tas-CCAMLR. |
|
(47) |
Kif deskritt fil-premessi (15) u (16), diversi bastimenti ilhom joperaw matul dawn l-aħħar snin mingħajr reġistrazzjoni xierqa mal-RFMOs ikkonċernati. Dan irriżulta f’sajd illegali u mhux irrappurtat minn dawn il-bastimenti. |
|
(48) |
Kif deskritt fil-premessi (33) u (39), in-nuqqas ta’ infurzar ta’ sanzjonijiet ta’ deterrent irriżulta wkoll f’reċidività minn bastimenti tal-Ekwador li joperaw fiż-żona tal-IATTC u għalhekk ksur addizzjonali tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni adottati minn din l-organizzazzjoni. |
|
(49) |
In-nuqqas ta’ strateġija strutturata u bbażata fuq ir-riskju għall-ġestjoni tal-attivitajiet ta’ spezzjoni jirriżulta wkoll f’nuqqas li jiġi żgurat li r-riskji ta’ konformità ewlenin jiġu indirizzati, kif enfasizzat pereżempju fil-premessa (23). |
|
(50) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ippreżentati f’din it-Taqsima u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmula mill-awtoritajiet tal-Ekwador, hemm indikazzjonijiet qawwija, f’konformità mal-Artikolu 31(3) u (6) tar-Regolament IUU, li l-Ekwador naqas milli jaqdi d-dmirijietu skont il-liġi internazzjonali fir-rigward tar-regoli, tar-regolamenti u tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni internazzjonali. |
3.4. Limitazzjonijiet speċifiċi tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp (l-Artikolu 31(7) tar-Regolamenti IUU)
|
(51) |
Skont l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHDI) (7), fl-2017 l-Ekwador kien meqjus bħala pajjiż bi żvilupp tal-bniedem ta’ livell għoli kklassifikat fis-86 post fost 189 pajjiż (8). |
|
(52) |
Meta wieħed iqis din il-klassifikazzjoni tal-UNHDI u l-osservazzjonijiet waqt iż-żjajjar bejn l-2017 u l-2019, l-ebda evidenza ma tissuġġerixxi li n-nuqqas tal-Ekwador milli jaqdi l-obbligi tiegħu skont il-liġi internazzjonali huwa r-riżultat ta’ livelli baxxi ta’ żvilupp. Ma teżisti l-ebda evidenza tanġibbli li tikkorrelata n-nuqqasijiet fil-monitoraġġ, fil-kontroll u fis-sorveljanza, u fis-sistemi ta’ traċċabbiltà fil-qafas legali tas-sajd, ma’ nuqqas ta’ kapaċità u ta’ infrastruttura. Il-Kummissjoni wieġbet b’mod pożittiv għat-talbiet magħmula mill-Ekwador għall-appoġġ fl-eżami tal-qafas legali dwar is-sajd. |
|
(53) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni kif spjegata f’din it-Taqsima, u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmula mill-pajjiż, jista’ jiġi stabbilit, f’konformità mal-Artikolu 31(7) tar-Regolament IUU, li l-istatus tal-iżvilupp u l-prestazzjoni globali tal-Ekwador fir-rigward tal-ġestjoni tas-sajd mhumiex ostakolati minħabba l-livell tal-iżvilupp tiegħu. |
4. KONKLUŻJONI DWAR L-IDENTIFIKAZZJONI POSSIBBLI BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX
|
(54) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward tan-nuqqas tal-Ekwador milli jaqdi d-dmirijietu skont il-liġi internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq u milli jieħu azzjoni sabiex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU, jenħtieġ li l-Ekwador jiġi nnotifikat, f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament IUU, dwar il-possibbiltà li jiġi identifikat mill-Kummissjoni bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU. |
|
(55) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tieħu l-passi kollha stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament IUU fir-rigward tal-Ekwador. Fl-interess tal-amministrazzjoni tajba, jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ta’ żmien li matulu dak il-pajjiż jista’ jwieġeb bil-miktub għan-notifika u jirranġa s-sitwazzjoni. |
|
(56) |
Barra minn hekk, in-notifika lill-Ekwador dwar il-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż li l-Kummissjoni tqisu bħala pajjiż terz li ma jikkooperax għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni la tipprekludi u lanqas ma tfisser b’mod awtomatiku li l-Kummissjoni jew il-Kunsill se jieħdu xi azzjoni sussegwenti għall-finijiet tal-identifikazzjoni u tal-istabbiliment ta’ lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx. |
IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-Ekwador għandu jiġi nnotifikat dwar il-possibbiltà li jiġi identifikat mill-Kummissjoni bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.
Magħmul fi Brussell, id-30 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.
(2) https://treaties.un.org/
(3) https://www.un.org/depts/los/convention_agreements/convention_overview_fish_stocks.htm
(4) http://www.fao.org/port-state-measures/background/parties-psma/en/
(5) International Plan of Action to Prevent, Deter and Eliminate Illegal, Unreported and Unregulated Fishing, Food and Agriculture Organization of the United Nations, 2001.
(6) https://www.fisheries.noaa.gov/international-affairs/identification-iuu-fishing-activities#magnuson-stevens-reauthorization-act-biennial-reports-to-congress
(7) Informazzjoni miksuba minn: http://hdr.undp.org/en/data
(8) http://hdr.undp.org/sites/all/themes/hdr_theme/country-notes/ECU.pdf
|
5.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/11 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 373/05)
Deċiżjonijiet li jagħtu awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-Deċiżjoni (1) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-Deċiżjoni |
|
C(2019) 7683 |
Id-29 ta’ Ottubru 2019 |
Dikromat tal-potassju Nru KE 231-906-6, Nru CAS 7778-50-9 |
Wesco Aircraft EMEA Limited, Lawrence House, Riverside drive, BD19 4DH Cleckheaton West Yorkshire, ir-Renju Unit |
REACH/19/31/0 |
Issiġillar wara applikazzjonijiet anodizzanti mis-settur ajruspazjali fejn il-funzjonalitajiet ewlenin tar-reżistenza għall-korrużjoni jew tal-inibizzjoni tal-korrużjoni jkunu meħtieġa għall-użu maħsub. |
Il-21 ta’ Settembru 2024 |
F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-użi tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata. |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1
(2) Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_en.htm
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/12 |
Sejħa għall-proposti 2020 — EAC/A02/2019
Il-Programm Erasmus+
(2019/C 373/06)
1. Introduzzjoni u għanijiet
Din is-sejħa għall-proposti hija msejsa fuq ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-“Erasmus+“: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (1) kif ukoll fuq il-programmi ta’ ħidma annwali Erasmus + tal-2019 u l-2020. Il-Programm Erasmus + ikopri l-perjodu mill-2014 sal-2020. L-għanijiet speċifiċi tal-Programm Erasmus+ jinsabu fl-Artikoli 4, 5, 11 u 16 tar-Regolament.
2. Azzjonijiet
Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+:
|
|
L-Azzjoni Ewlenija 1 (KA1) — Il-mobbiltà fit-tagħlim tal-individwi
|
|
|
L-Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) — Koperazzjoni għall-innovazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajba
|
|
|
L-Azzjoni Ewlenija 3 (KA3) — Appoġġ għar-riforma politika
|
|
|
Attivitajiet Jean Monnet
|
|
|
L-Isport
|
3. Eliġibbiltà
Kull korp pubbliku jew privat li hu attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jista’ japplika għal finanzjament mill-Programm Erasmus+. Barra minn hekk, il-gruppi taż-żgħażagħ li huma attivi fil-ħidma taż-żgħażagħ, iżda mhux bilfors fil-kuntest ta’ organizzazzjoni taż-żgħażagħ, jistgħu japplikaw għal finanzjament fejn tidħol il-mobbiltà tat-tagħlim taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema żgħażagħ kif ukoll għal Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ.
Dawn il-Pajjiżi tal-Programm jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ (2):
|
— |
l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, |
|
— |
Il-pajjiżi kandidati tal-UE: It-Turkija, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja. |
Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn pajjiżi sħab.
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.
Għall-applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġbok kun af li jrid ikun hemm konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà tul id-durata sħiħa tal-għotja. Fil-każ li r-Renju Unit joħroġ mill-UE matul il-perjodu tal-għotja finanzjarja mingħajr ma jiġi konkluż ftehim mal-UE li jiżgura b’mod partikolari li l-applikanti Brittaniċi jkomplu jkunu eliġibbli, int ma tirċevix aktar finanzjament mill-UE (filwaqt li tkompli tipparteċipa, fejn hu possibbli) jew tkun mitlub tieqaf mill-proġett abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim tal-għotja finanzjarja dwar it-terminazzjoni.
4. Il-baġit u t-tul tal-proġetti
-implimentazzjoni ta’ din is-sejħa għall-proposti hija suġġetta għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit għall-2020 wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2020 mill-awtorità tal-baġit jew jekk il-baġit ma jiġix adottat kif previst fis-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji.
L-istima tal-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti hija EUR 3 207,4 miljuni:
|
L-Edukazzjoni u t-Taħriġ: |
EUR |
2 943,3 miljun (3) |
|
Iż-Żgħażagħ: |
EUR |
191,9 miljun |
|
Jean Monnet: |
EUR |
14,6 miljun |
|
L-Isport: |
EUR |
57,6 miljun |
Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu huma indikattivi, u jistgħu jiġu mmodifikati soġġett għal emenda tal-Programmi ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus+. L-applikanti potenzjali mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programmi ta’ Ħidma Annwali Erasmus + u l-emendi tagħhom, ippubblikati fuq
https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/documents/annual-work-programmes_en
fir-rigward tal-baġit disponibbli għal kull azzjoni koperta mis-sejħa.
Il-livell tal-għotjiet kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarja skont fatturi bħat-tip ta’ proġett u l-għadd ta’ sħab involuti.
5. L-iskadenza biex jitressqu l-applikazzjonijiet
L-iskadenzi tal-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt kollha jirreferu għall-ħin ta’ Brussell.
|
Azzjoni Ewlenija 1 |
|
|
Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ |
5 ta’ Frar 2020 f’12.00 |
|
Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja |
5 ta’ Frar 2020 f’12.00 |
|
Il-mobbiltà tal-individwi fl-oqsma tal-ETV, l-edukazzjoni skolastika u l-edukazzjoni għall-adulti |
5 ta’ Frar 2020 f’12.00 |
|
Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ |
30 ta’ April 2020 f’12.00 |
|
Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ |
1 ta’ Ottubru 2020 f’12.00 |
|
Masters Konġunti Erasmus Mundus |
13 ta’ Frar 2020 fil-17.00 |
|
Azzjoni Ewlenija 2 |
|
|
Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ |
5 ta’ Frar 2020 f’12.00 |
|
Sħubijiet strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ |
24 ta’ Marzu 2020 f’12.00 |
|
Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ |
30 ta’ April 2020 f’12.00 |
|
Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ |
1 ta’ Ottubru 2020 f’12.00 |
|
Universitajiet Ewropej |
26 ta’ Frar 2020 fil-17.00 |
|
Alleanzi tal-għarfien |
26 ta’ Frar 2020 fil-17.00 |
|
Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali |
26 ta’ Frar 2020 fil-17.00 |
|
It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja |
05 ta’ Frar 2020 fil-17.00 |
|
It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ |
5 ta’ Frar 2020 fil-17.00 |
|
Azzjoni Ewlenija 3 |
|
|
Proġetti ta’ Djalogu maż-Żgħażagħ |
05 ta’ Frar 2020 f’12.00 30 ta’ April 2020 f’12.00 1 ta’ Ottubru 2020 f’12.00 |
|
Azzjonijiet Jean Monnet |
|
|
Sedji, Moduli, Ċentri tal-Eċċellenza, Appoġġ għall-Istituzzjonijiet u għall-Assoċjazzjonijiet, Netwerks, Proġetti |
20 ta’ Frar 2020 fil-17.00 |
|
Azzjonijiet tal-Isport |
|
|
Sħubijiet kollaborattivi |
2 ta’ April 2020 fil-17.00 |
|
Sħubijiet kollaborattivi żgħar |
2 ta’ April 2020 fil-17.00 |
|
Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ |
2 ta’ April 2020 fil-17.00 |
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.
6. Dettalji sħaħ
Ara l-kundizzjonijiet ta’ din is-sejħa għall-proposti fid-dettall, inklużi l-prijoritajiet, fil-Gwida tal-Programm Erasmus+:
http://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/programme-guide
Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ tifforma parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50.
(2) L-attivitajiet Jean Monnet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja kollha.
(3) Dan l-ammont jinkludi fondi għad-Dimensjoni Internazzjonali tal-Edukazzjoni Għolja (EUR 395 miljun b’kollox).
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/16 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9576 — Blackstone/Dream Global REIT)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 373/07)
1.
Fil-25 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
The Blackstone Group Inc. (“Blackstone”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Dream Global Real Estate Investment Trust (“Dream Global REIT”, il-Kanada). |
Blackstone takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Dream Global REIT kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ assi u mezzi oħra.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Blackstone: ġestjoni ta’ assi dinjija, attiva fis-settur tal-proprjetà immobbli fl-Ewropa, |
|
— |
Dream Global REIT: trust ta’ investiment fil-proprjetà immobbli bla limitu li taħdem fil-Ġermanja. in-Netherlands, l-Awstrija u l-Belġju. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9576 — Blackstone/Dream Global REIT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
5.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/18 |
Pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2019/C 373/08)
Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
AVVIŻ DWAR L-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Mater a”
Numru ta’ referenza: PDO-IT-A0533-AM03
Data tal-avviż: 31.7.2019
DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA
1. Karatteristiċi dwar il-konsum
Deskrizzjoni u raġunijiet
Deskrizzjoni: għall-kategorija “Matera Primitivo”, il-limitu massimu tal-kontenut ta’ zokkor żdied fejn tidħol it-togħma: minflok “mhux ħelu”, issa hemm “mhux ħelu għal medju ħelu”, b’massimu ta’ residwi ta’ zokkor ta’ 14 g/l”
Raġunijiet: il-possibbiltà li jiżdied il-limitu massimu tal-kontenut ta’ zokkor tippermetti lill-produtturi jiġġestixxu aħjar il-produzzjoni ta’ din il-kategorija ta’ nbid billi l-karatteristiċi tekniċi u kwalitattivi jistgħu jiġu espressi aħjar. Il-varjetà tal-għeneb użata tipproduċi għeneb fil-bidu tal-istaġun, b’fażijiet veġetattivi antiċipati u b’sitwazzjoni fiżjoloġika avvanzata, u għaldaqstant, bit-tibdil fil-klima u ż-żieda fit-temperaturi, jinħolqu kundizzjonijiet ideali u favorevoli li jippermettu li l-għeneb iżid il-kontenut taz-zokkor tiegħu u, konsegwentement, jista’ jipproduċi nbid b’kontenut ogħla ta’ zokkor. It-talba għal emenda toffri lill-operaturi koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini aktar possibbiltajiet ta’ produzzjoni li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumaturi u l-iżbokki kummerċjali relatati.
Deskrizzjoni: Għall-kategorija tal-inbid “Matera passito bianco”, il-firxa tal-kontenut ta’ zokkor ġiet estiża fejn għandha x’taqsam it-togħma: minflok “mhux ħelu” issa hemm “mhux ħelu għal ħelu”.
Raġunijiet: l-emenda hi maħsuba biex tikkoreġi żball fid-deskrizzjoni ta’ din il-kategorija ta’ nbid, li, minħabba l-karatteristiċi intrinsiċi tiegħu, jista’ jiġi prodott ukoll b’kontenut ta’ zokkor sakemm ikun ħelu, kif inhu tradizzjonalment il-każ fiż-żona.
Dawn l-emendi jikkonċernaw il-punt 1.4 tad-Dokument Uniku u l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni.
2. Rabta maż-żona ġeografika
Deskrizzjoni u raġunijiet
Deskrizzjoni: ir-rabta maż-żona ġeografika ġiet ifformulata mill-ġdid b’referenza għall-Kategoriji tal-inbejjed prodotti Inbid (1) u Inbid Frizzanti (4).
Raġunijiet: l-aspetti li juru li r-rabta ntweriet biżżejjed għal kull Kategorija ta’ prodotti. Il-verżjoni riformulata, li tiġbor fil-qosor il-kontenut tal-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni, ma timplika l-ebda bidla fir-rabta, iżda hi maħsuba biss biex tintegra l-aspetti relatati magħha.
L-emenda tikkonċerna l-punt 1.8 tad-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem il-prodott
Matera
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP - Denominazzjoni ta’ oriġini protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
1. Inbid
4. Inbid frizzanti
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
“Matera”Rosso
Kulur: aħmar lewn ir-rubin;
Riħa: kumplessa, tal-frott;
Togħma: armonjuża, distintiva.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12 % vol;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 23 g/l.
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
“Matera”Primitivo
Kulur: aħmar lewn ir-rubin, li maż-żmien jagħti fil-vjola u f’lewn il-granata;
Riħa: intensa, dejjiema, distintiva;
Togħma: korpuża, armonjuża għal bellusija, mhux ħelwa għal medju ħelwa, b’kontenut massimu ta’ zokkor ta’ 14 g/l;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13 % vol;
Aċidità totali minima: 4,5 g/l;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 23 g/l.
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
13 |
|
Aċidità totali minima |
4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
“Matera”Primitivo Passito
Kulur: aħmar b’intenistà varja li jagħti għal lewn il-granata;
Riħa: distintiva u intensa;
Togħma: ħelwa, armonjuża u bellusija;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 14,5 % vol li minnhom effettivament mill-inqas 13 % vol;
Aċidità totali minima: 4 g/l;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 25 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
13 |
|
Aċidità totali minima |
4 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
“Matera”Rosato
Kulur: roża lewn iċ-ċirasa;
Riħa: intensa, dejjiema, distintiva;
Togħma: mhux ħelwa, korpuża, armonjuża.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12 % vol;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 19 g/l.
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
“Matera”Moro u Moro Riserva
Kulur: aħmar lewn ir-rubin intens; jagħti f’lewn il-granata għall-verżjoni Riserva;
Riħa: intensa, dejjiema;
Togħma: mhux ħelwa, korpuża, armonjuża għal bellusija;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12 % vol; 13 % vol għall-verżjoni Riserva;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 23 g/l.
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
“Matera”Greco
Kulur: isfar lewn it-tiben;
Riħa: distintiva, intensa, dejjiema;
Togħma: tipika, distintiva.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11 % vol;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 19 g/l.
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
“Matera”Bianco
Kulur: isfar lewn it-tiben;
Riħa: intensa, tal-frott;
Togħma: tipika, mhux ħelwa, bnina;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11 % vol;
Aċidità totali minima: 5 g/l;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 19 g/l.
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
“Matera”Bianco Passito
Kulur: minn isfar qawwi għal lewn l-ambra skont kemm ikollu żmien;
Riħa: intensa, tal-frott;
Togħma: distintiva, mhux ħelwa għal ħelwa, bnina;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13 % vol li minnhom effettivament mill-inqas 120 % vol;
Aċidità totali minima: 4,0 g/l;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 28 g/l.
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
12 |
|
Aċidità totali minima |
4 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
“Matera”Spumante
Ragħwa: fina, dejjiema;
Kulur: isfar lewn it-tiben;
Riħa: tal-frott, tipika, pjaċevoli;
Togħma: tipika, distintiva.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,5 % vol;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 18 g/l.
Il-parametri li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt huma konformi mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
“Matera”Spumante Rosè
Ragħwa: fina, dejjiema;
Kulur: roża lewn iċ-ċirasa;
Riħa: tal-frott, distintiva, pjaċevoli;
Togħma: distintiva.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12 % vol;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 18 g/l.
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Xejn
b. Rendimenti massimi
Matera Rosso
10 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Matera Primitivo u Primitivo Passito
10 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Matera Rosato
10 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Matera Moro u Moro Riserva
10 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Matera Greco
10 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Matera Bianco u Bianco Passito
10 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Matera Spumante
10 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Matera Spumante Rosè
10 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona ta’ produzzjoni tal-inbejjed ta’ denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Matera” tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-provinċja ta’ Matera.
7. Varjetà jew varjetajiet ewlenin tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Sangiovese N.
Greco bianco B. - Greco
Malvasia bianca di Basilicata B. - Malvasia
Merlot N.
Primitivo N.
Cabernet sauvignon N. - Cabernet
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Karatteristiċi taż-żona ġeografika
It-territorju tal-Matera DOP għandu karatteristiċi orografiċi kkaratterizzati minn tliet ambjenti partikolari:
|
— |
l-ambjent tal-pjanura kostali li jikkonsisti minn superfiċji ġeoloġiċi aktar reċenti, bi pjanuri u/jew pjanuri kemxejn immewġa u sottostrat litoloġiku varjat ferm. |
|
— |
l-ambjent tat-terrazzi kostali fuq il-pjanura kostali minn fejn jibdew diversi terrazzi kostali differenti, li huma marbuta mat-terren bl-għoljiet, ikkaratterizzat mill-preżenza ta’ ħamrija żviluppata sew, fonda, u li fiha l-ilma jiskula sewwa jew jiskula b’mod moderat, b’firxa ta’ kulur aħmar intens (li jirriżulta mill-kontenut għoli ta’ ħadid u mill-alterazzjoni qawwija taċ-ċagħaq); |
|
— |
l-ambjent tal-Fossa Bradanica, li jirrappreżenta l-biċċa l-kbira tat-territorju mimli għoljiet ta’ Matera, li jifrex mit-Tramuntana (Irsina) lejn in-Nofsinhar (Pisticci), lejn il-Lvant (Matera, minbarra ż-żona abitata u dik tax-Xlokk) u lejn il-Punent (Stigliano), u huwa kkaratterizzat minn terren varjabbli li jvarja minn pjanura kemxejn immewġa għal immewġa, b’substrat litoloġiku b’konglomerati ramlija: il-ħamrija tikkonsisti minn sediment aħrax jew minn ramel, b’tiswira li tvarja minn moderatament ħarxa fis-superfiċje għal dik ramlija aktar fil-fond. L-art hija kalkarja u permeabbli ħafna. Din il-vitikultura ta’ kwalità hija marbuta mal-għażla ta’ żoni mdawla u arjużi, kif ukoll mal-ħamrija naturalment fertili li hija partikolarment adattata għat-tkabbir tad-dwieli. |
Kategorija tal-Inbid (1)
L-inbejjed koperti mill-Matera DOC huma magħmula mill-varjetajiet ta’ għeneb awtoktoni kif ukoll internazzjonali, b’aċidità u togħma tajba bis-saħħa tal-varjazzjonijiet fit-temperatura u tal-ħamrija ramlija, b’mod partikolari fil-każ tal-inbejjed bojod li huma friski, bi ftit li xejn kulur u pjuttost ħfief;
Grazzi għall-ħamrija kkaratterizzata minn trab tafli, jinħolqu nbejjed b’intensità akbar fil-lewn, filwaqt li l-ħamrija kalkarja tipproduċi aromi aktar sofistikati.
Dawn il-karatteristiċi huma aktar intensi fl-inbejjed tat-tip “passiti” (kategorija tal-inbid) minħabba l-akkumulazzjoni ta’ zokkor u l-konċentrazzjoni ta’ estratti dovuti għat-tqaddid tal-għeneb. Dan huwa aċċentwat mill-klima u mill-esponiment tal-vinji, fil-biċċa l-kbira fin-Nofsinhar ix-Xlokk, li jippermettu l-aħjar maturazzjoni tal-għeneb. Dan jikkontribwixxi għall-produzzjoni ta’ għeneb b’saħħtu u għalhekk aktar adattat għat-tqaddid u jippermetti l-espressjoni sħiħa tal-karatteristiċi tal-varjetajiet tal-għeneb. Id-diversi tipi ta’ nbejjed jippreżentaw aromi prinċipalment ta’ frott (frott artab u frott tal-għadma), iżda wkoll noti ta’ fjuri tipiċi tal-varjetajiet tal-għeneb li huma magħmula minnhom. Madankollu, l-inbejjed kollha huma kkaratterizzati minn aċidità u struttura tajba, b’togħma ekwilibrata. Dan jgħodd partikolarment għat-tipi bbażati fuq l-għeneb tal-varjetajiet Primitivo jew Cabernet Sauvignon, li huma adattati għat-tqaddim minħabba l-lonġevità tagħhom.
Kategorija tal-Inbid Frizzanti (4)
Il-varjetajiet lokali tal-għeneb Malvasia bianca di Basilicata u Primitivo jintużaw għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti koperti mill-“Matera” DOC.
Iż-żona tal-għoljiet ta’ Matera hija l-ħabitat ideali kemm għall-Malvasia kif ukoll għall-Primitivo. Fil-fatt iż-żewġ varjetajiet jikkumplimentaw lil xulxin. Il-Malvasia jitkabbar f’altitudni ogħla fejn il-klima hija ftit aktar friska u l-ħamrija hija fil-biċċa l-kbira bajda u derivata mil-lom, mil-lom tafli u mill-ġebla tal-ġir. Iż-żoni li jinsabu f’altitudni aktar baxxa huma kkaratterizzati minn ħamrija kannella adattata għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti abbażi tal-varjetà Primitivo, bi struttura u kontenut ta’ alkoħol eċċellenti. Il-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti hija forma ta’ produzzjoni speċjalizzata f’din iż-żona u tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-ekonomija ta’ vitikultura lokali. L-ewwel produzzjoni ta’ nbid frizzanti tmur lura għall-bidu tas-seklu għoxrin u madwar is-snin ħamsin u sittin bosta azjendi, li wħud minnhom għadhom attivi sal-lum, speċjalizzaw fit-tali settur. Fil-fatt, il-produtturi tal-inbejjed tal-provinċja ta’ Matera, tradizzjonalment, kienu jbigħu kwantitajiet kbar ta’ nbid frizzanti għal tiġijiet, festi tal-patruni u festi reliġjużi.
9. Kundizzjonijiet essenzjali oħra (ippakkjar, ittikkettar, rekwiżiti oħra)
XEJN
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/14101
Rettifika
|
5.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/26 |
Rettifika tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2018/C 100/09 tal-14 ta’ Marzu 2018 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal denominazzjoni fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Chianti Classico (DOP))
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 100 tas-16 ta’ Marzu 2018)
(2019/C 373/09)
F’paġna 10, fl-Anness, it-taqsima 4 “Deskrizzjoni tal-inbid/tal-inbejjed”, Chianti Classico Gran Selezione, fit-tabella “Karatteristiċi analitiċi ġenerali”,
minflok:
|
“Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru) |
130”, |
aqra:
|
“Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru)”. |
|