ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 363

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
28 ta' Ottubru 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 363/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2019/C 363/02

Elezzjoni tal-Presidenti tal-Awli

2

2019/C 363/03

Elezzjoni tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali

2

2019/C 363/04

Elezzjoni tal-President tal-Qorti Ġenerali

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 363/05

Kawża C-68/19 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2019 minn Camomilla Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-13 ta’ Novembru 2018, fil-Kawża T-44/17, Camomilla vs EUIPO - CMT (CAMOMILLA)

3

2019/C 363/06

Kawża C-98/19 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2019 minn Comprojecto-Projectos e Construções, Lda et mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-493/18, Comprojecto-Projectos e Construções et vs Il-Portugall

3

2019/C 363/07

Kawża C-375/19: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2019 minn Wirecard Technologies GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-13 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-297/18 – Wirecard Technologies GmbH vs EUIPO – Striatum Ventures

4

2019/C 363/08

Kawża C-444/19 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2019 minn Kiku GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-11 ta’ April 2019 fil-Kawża T-765/17, Kiku GmbH vs L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

4

2019/C 363/09

Kawża C-503/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no 17 de Barcelona (Spanja) fit-2 ta’ Lulju 2019 – UQ vs Subdelegación del Gobierno en Barcelona

4

2019/C 363/10

Kawża C-504/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-2 ta’ Lulju 2019 – Banco de Portugal, Fondo de Resolución u Novo Banco S.A. vs VR

5

2019/C 363/11

Kawża C-521/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fit-8 ta’ Lulju 2019 – CB vs Tribunal Económico Administrativo Regional de Galicia

6

2019/C 363/12

Kawża C-524/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Nules (Spanja) fid-9 ta’ Lulju 2019 – Investcapital Ltd vs FE

7

2019/C 363/13

Kawża C-568/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fil-25 ta’ Lulju 2019 – MO vs Subdelegación del Gobierno en Toledo

7

2019/C 363/14

Kawża C-592/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 5 de Barcelona (Spanja) fit-2 ta’ Awwissu 2019 – SI vs Subdelegación del Gobierno en Barcelona

8

2019/C 363/15

Kawża C-598/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco (Spanja) fis-6 ta’ Awwissu 2019 – Confederación Nacional de Centros Especiales de Empleo (CONACEE) vs Diputación Foral de Guipúzcoa

9

2019/C 363/16

Kawża C-621/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fl-20 ta’ Awwissu 2019 – Weindel Logistik Service SR spol. s r.o. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

9

2019/C 363/17

Kawża C-668/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

10

2019/C 363/18

Kawża C-676/19 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2019 minn Bruno Gollnisch mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-11 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-95/18, Gollnisch vs Il-Parlament

12

 

Il-Qorti Ġenerali

2019/C 363/19

Kawża T-313/15 u T-317/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Settembru 2019 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi – Għażla tat-tieni lingwa minn fost tliet lingwi – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Proporzjonalità – Rikors manifestament fondat)

13

2019/C 363/20

Kawża T-212/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2019 – Romańska vs Frontex (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Kuntratt għal żmien indeterminat – Artikolu 47(ċ)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Xoljiment – Raġunijiet għax-xoljiment – Ksur tar-relazzjoni ta’ fiduċja – Diskriminazzjoni u fastidju psikoloġiku – Talba għad-danni – Inammissibbiltà manifesta)

14

2019/C 363/21

Kawża T-575/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2019 – Shore Capital International vs EUIPO – Circle Imperium (The Inner Circle) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva The Inner Circle – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti InnerCircle – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ xebh tas-servizzi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

14

2019/C 363/22

Kawża T-762/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – Athanasiadou u Soulantikas vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Dispożizzjonijiet finanzjarji (baġit, qafas finanzjarju, riżorsi proprji, ġlieda kontra l-frodi) – Eżekuzzjoni forzata – Talba għal sospensjoni – Ammissibbiltà – Nuqqas ta’ urġenza)

15

2019/C 363/23

Kawża T-209/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Settembru 2019 – Giorgio Armani vs EUIPO – Invicta Watch Company of America (GLYCINE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

16

2019/C 363/24

Kawża T-388/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2019 – Puigdemont i Casamajó u Comín i Oliveres vs Il-Parlament (Talba għal miżuri provviżorji – Parlament Ewropew – Verifika ta’ poteri – Assenza ta’ fumus boni juris)

16

2019/C 363/25

Kawża T-578 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2019 – Sophia Group vs Il-Parlement Ewropew (Miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza)

17

2019/C 363/26

Kawża T-514/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2019 – DI vs BĊE

18

2019/C 363/27

Kawża T-534/19: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2019 – TestBioTech vs Il-Kummissjoni

19

2019/C 363/28

Kawża T-569/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2019 – AlzChem Group vs Il-Kummissjoni

19

2019/C 363/29

Kawża T-578/19: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2019 – Sophia Group vs il-Parlament Ewropew

20

2019/C 363/30

Kawża T-585/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2019 – EJ vs BEI

22

2019/C 363/31

Kawża T-586/19: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2019 – PL vs Il-Kummissjoni

23

2019/C 363/32

Kawża T-587/19: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2019 – Frutas Tono vs EUIPO – Agrocazalla (Marién)

24

2019/C 363/33

Kawża T-591/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2019 – Healios vs EUIPO – Helios Kliniken (Healios)

25

2019/C 363/34

Kawża T-593/19: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2019 – Ċipru vs EUIPO – Fontana Food (GRILLOUMI BURGER)

25

2019/C 363/35

Kawża T-594/19: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2019 – Axactor vs EUIPO - Axa (AXACTOR)

26

2019/C 363/36

Kawża T-597/19: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2019 – Helsingin Kaupunki vs Il-Kummissjoni Ewropea

27

2019/C 363/37

Kawża T-601/19: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2019 – Osório & Gonçalves vs EUIPO – Miguel Torres (in.fi.ni.tu.de)

28

2019/C 363/38

Kawża T-602/19: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2019 – Eugene Perma Franza vs EUIPO – SPI Investments Group (NATURANOVE)

29

2019/C 363/39

Kawża T-604/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2019 – Inova Semiconductors vs EUIPO – Venta Servicio LED (ISELED)

30

2019/C 363/40

Kawża T-610/19: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2019 – Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni Ewropea

31

2019/C 363/41

Kawża T-611/19: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2019 – Iniciativa ciudadana - Derecho de la UE, derechos de las minorías y democratización de las instituciones españolas vs Il-Kummissjoni Ewropea

32

2019/C 363/42

Kawża T-615/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2019 – Point Tec Products Electronic vs EUIPO – Compagnie des montres Longines, Francillon (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ ġwienaħ miftuħin)

33

2019/C 363/43

Kawża T-616/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2019 – Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND)

34

2019/C 363/44

Kawża T-623/19: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2019 – ArcelorMittal Bremen vs Il-Kummissjoni

35

2019/C 363/45

Kawża T-242/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Settembru 2019 – VV vs Il-Kummissjoni

36

2019/C 363/46

Kawża T-424/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2019 – Puma vs EUIPO – Carrefour (Rappreżentazzjoni ta’ linji msallba)

36

2019/C 363/47

Kawża T-244/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Settembru 2019 – Café Camelo vs EUIPO – Camel Brand (CAMEL BRAND FOOD PRODUCTS)

37

2019/C 363/48

Kawża T-376/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Settembru 2019 – El Corte Inglés vs EUIPO – Big Bang (LTC latiendaencasa.es BIG BANG DAY)

37


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 363/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 357, 21.10.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 348, 14.10.2019

ĠU C 337, 7.10.2019

ĠU C 328, 30.9.2019

ĠU C 319, 23.9.2019

ĠU C 312, 16.9.2019

ĠU C 305, 9.9.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/2


Elezzjoni tal-Presidenti tal-Awli

(2019/C 363/02)

Fit-30 ta’ Settembru 2019, il-Qorti Ġenerali eleġġiet, skont l-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 18(1) tar-Regoli tal-Proċedura, bħala Presidenti tal-Awli komposti minn tliet u minn ħames imħallfin, għall-perijodu mit-30 ta’ Settembru 2019 sal-31 ta’ Awwissu 2022, lil:

H. Kanninen;

V. Tomljenović;

A. M. Collins;

S. Gervasoni;

D. Spielmann;

A. Marcoulli;

R. da Silva Passos;

J. Svenningsen;

M. J. Costeira;

A. Kornezov.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/2


Elezzjoni tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali

(2019/C 363/03)

Fil-laqgħa tas-27 ta’ Settembru 2019, l-Imħallfin tal-Qorti Ġenerali eleġġew, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli tal-Proċedura, lill-Imħallef Savvas Papasavvas bħala Viċi President tal-Qorti Ġenerali għall-perijodu mis-27 ta’ Settembru 2019 sal-31 ta’ Awwissu 2022.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/2


Elezzjoni tal-President tal-Qorti Ġenerali

(2019/C 363/04)

Fil-laqgħa tas-27 ta’ Settembru 2019, l-Imħallfin tal-Qorti Ġenerali eleġġew, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli tal-Proċedura, lill-Imħallef Marc van der Woude bħala President tal-Qorti Ġenerali għall-perijodu mis-27 ta’ Settembru 2019 sal-31 ta’ Awwissu 2022.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/3


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2019 minn Camomilla Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-13 ta’ Novembru 2018, fil-Kawża T-44/17, Camomilla vs EUIPO - CMT (CAMOMILLA)

(Kawża C-68/19 P)

(2019/C 363/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Camomilla Srl (rappreżentanti: M. Mussi, H.G. Chiappetta, avvocati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, CMT Compagnia manifatture tessili Srl

Permezz ta’ digriet tal-11 ta’ Settembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell peress li, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat u kkundannat lil Camomilla Srl għall-ispejjeż tagħha.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/3


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2019 minn Comprojecto-Projectos e Construções, Lda et mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-493/18, Comprojecto-Projectos e Construções et vs Il-Portugall

(Kawża C-98/19 P)

(2019/C 363/06)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Comprojecto-Projectos e Construções, Lda, Paulo Eduardo Matos Gomes de Azevedo, Julião Maria Gomes de Azevedo, Isabel Maria Matos Gomes de Azevedo (rappreżentant: M. A. Ribeiro, advogado)

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Portugiża

Permezz ta’ digriet tal-11 ta’ Settembru 2019 il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell inkwantu parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/4


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2019 minn Wirecard Technologies GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-13 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-297/18 – Wirecard Technologies GmbH vs EUIPO – Striatum Ventures

(Kawża C-375/19)

(2019/C 363/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Wirecard Technologies GmbH (rappreżentant: A. Bayer, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Striatum Ventures

Permezz ta’ digriet tal-10 ta’ Settembru 2019 il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla li tiddetermina jekk l-appelli għandhomx jitkomplew) iddeċidiet li l-appell ma għandux jitħalla jitkompla.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/4


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2019 minn Kiku GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-11 ta’ April 2019 fil-Kawża T-765/17, Kiku GmbH vs L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

(Kawża C-444/19 P)

(2019/C 363/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Kiku GmbH (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti, Sächsisches Landesamt für Umwelt, Landwirtschaft und Geologie

B’digriet tas-16 ta’ Settembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla għall-ammissjoni tal-appelli) ċaħdet l-appell bħala inammissibbli u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no 17 de Barcelona (Spanja) fit-2 ta’ Lulju 2019 – UQ vs Subdelegación del Gobierno en Barcelona

(Kawża C-503/19)

(2019/C 363/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no 17 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UQ

Konvenuta: Subdelegación del Gobierno en Barcelona

Domandi preliminari

1.

Interpretazzjoni mill-qrati nazzjonali li abbażi tagħha fedina penali, irrispettivament mill-forma tagħha, tikkostitwixxi raġuni suffiċjenti sabiex jiġi rrifjutat l-aċċess għall-istatus ta’ resident għat-tul hija konformi mal-Artikolu 6(1) u mal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/109 (1)?

2.

Il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni, [minbarra] l-eżistenza ta’ fedini penali, fatturi oħra bħas-serjetà u t-tul tal-piena, il-perikolu li l-applikant jirrappreżenta għas-soċjetà, it-tul tar-residenza legali preċedenti tiegħu u r-rabtiet li huwa fforma mal-pajjiż, u twettaq evalwazzjoni globali ta’ dawn l-elementi kollha?

3.

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali tippermetti li jiġi rrifjutat, għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika, l-istatus ta’ resident għat-tul abbażi tal-Artikolu 4 mingħajr ma tistabbilixxi l-kriterji ta’ evalwazzjoni inkluż[i] fl-Artikol[i] 6(1) u 17?

4.

L-Artikoli 6(1) u 17 tad-Direttiva 2003/109 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, b’mod konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li d-direttivi għandhom effett vertikali dixxendenti, il-qorti nazzjonali għandha s-setgħa u tista’ tapplika direttament id-dispożizzjonijiet tal-Artikol[i] 6(1) u 17 sabiex tevalwa l-eżistenza ta’ fedini penali fid-dawl tas-serjetà tagħhom, tat-tul tal-piena u tal-perikolu li l-applikant jirrappreżenta?

5.

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dritt ta’ aċċess għall-istatus ta’ resident għat-tul, kif ukoll il-prinċipji ta’ ċarezza, ta’ trasparenza u ta’ intelliġibbiltà għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interpretazzjoni, mill-qrati Spanjoli, tal-Artikoli 147 sa 149 [tad-][Digriet Irjali] 557/2011 u tal-Artikolu 32 [tal-][Liġi Organika] 4/2000 li abbażi tagħha r-raġunijiet ta’ ordni pubbliku u ta’ sigurtà pubblika jistgħu jikkostitwixxu raġuni għar-rifjut tal-istatus ta’ resident għat-tul, minkejja li dawn id-dispożizzjonijiet ma jistabbilixxux b’mod ċar u trasparenti li dawn jikkostitwixxu raġuni għal rifjut?

6.

Regola nazzjonali u l-interpretazzjoni tagħha mogħtija mill-qrati, li abbażi tagħha l-aċċess għall-istatus ta’ resident għat-tul isir iktar diffiċli u jsir iktar faċli dak ta’ resident temporanju, huma konformi mal-prinċipju ta’ effett utli tad-Direttiva 2003/108 u b’mod partikolari mal-Artikolu 6(1) tagħha?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272).


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-2 ta’ Lulju 2019 – Banco de Portugal, Fondo de Resolución u Novo Banco S.A. vs VR

(Kawża C-504/19)

(2019/C 363/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco de Portugal, Fondo de Resolución u Novo Banco, S.A.

Konvenut: VR

Domanda preliminari

Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/24/KE (1) li tippreżumi r-rikonoxximent ta’ effetti, fil-proċeduri ġudizzjarji pendenti fi Stati Membri oħra, mingħajr formalitajiet oħra, ta’ deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva kompetenti tal-Istat ta’ oriġini intiża li temenda, b’effett retroattiv, il-kuntest ġuridiku eżistenti meta tressqu l-proċeduri u li timplika li s-sentenzi ġudizzjarji li jmorru kontra dak previst f’din id-deċiżjoni l-ġdida jsiru ineffettivi, hija kompatibbli mad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, mal-prinċipju tal-Istat tad-dritt stabbilit fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali?


(1)  Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 15).


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fit-8 ta’ Lulju 2019 – CB vs Tribunal Económico Administrativo Regional de Galicia

(Kawża C-521/19)

(2019/C 363/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CB

Konvenuta: Tribunal Económico Administrativo Regional de Galicia

Domandi preliminari

Fid-dawl tal-prinċipji ta’ newtralità u ta’ projbizzjoni tal-frodi fiskali, tal-abbuż mid-dritt u ta’ distorsjoni illegali tal-kompetizzjoni, l-Artikoli 73 u 78 tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali u l-ġurisprudenza li tinterpretaha li skonthom, meta l-awtorità fiskali tiskopri tranżazzjonijiet moħbija suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud mhux iffatturati, għandu jitqies li t-taxxa fuq il-valur miżjud hija inkluża fil-prezz maqbul mill-partijiet għall-imsemmija tranżazzjonijiet?

Tali interpretazzjoni tippermetti, f’każijiet ta’ FRODI li fihom it-tranżazzjoni ma tkunx ġiet żvelata lill-awtorità fiskali, li jitqies, kif jista’ jiġi dedott mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Lulju 2016, Astone (C-332/15 (2)), tal-5 ta’ Ottubru 2016, Maya Marinova (C-576/15 (3)), u tas-7 ta’ Marzu 2018, Dobre (C-159/17 (4)), li l-ammonti mħallsa u rċevuti ma jinkludux il-VAT għall-finijiet tal-likwidazzjoni tal-impożizzjoni tas-sanzjoni korrispondenti.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).

(2)  Sentenza tat-28 ta’ Lulju 2016, Astone (C-332/15, EU:C:2016:614).

(3)  Sentenza tal-5 ta’ Ottubru 2016, Maya Marinova (C-576/15, EU:C:2016:740).

(4)  Sentenza tas-7 ta’ Marzu 2018, Dobre (C-159/17, EU:C:2018:161).


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Nules (Spanja) fid-9 ta’ Lulju 2019 – Investcapital Ltd vs FE

(Kawża C-524/19)

(2019/C 363/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Nules

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Investcapital Ltd

Konvenut: FE

Domanda preliminari

L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, fil-proċeduri Ewropej għal ordni ta’ ħlas imressqa skont dan l-istess regolament, il-qrati jistħarrġu ex officio l-klawżoli inġusti li jistgħu jkunu inklużi fil-kuntratt li minnu jirriżulta d-dejn skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 1993/13/KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (2), speċjalment jekk il-qorti nazzjonali jkollha teżamina minn qabel il-kuntratt sabiex twettaq dan l-istħarriġ?


(1)  Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (ĠU 2006, L 399, p. 1).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fil-25 ta’ Lulju 2019 – MO vs Subdelegación del Gobierno en Toledo

(Kawża C-568/19)

(2019/C 363/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MO

Konvenuta: Subdelegación del Gobierno en Toledo

Domanda preliminari

Interpretazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ April 2015 (Kawża C-38/14, Zaizoune (1)) fis-sens li l-amministrazzjoni u l-qrati Spanjoli jistgħu jwettqu applikazzjoni diretta tad-Direttiva 2008/115/KE (2) bi preġudizzju għaċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, filwaqt li jinjoraw u ma japplikawx dispożizzjonijet interni iktar vantaġġużi fil-qasam ta’ sanzjonijiet, b’mod li tiġi aggravata r-responsabbiltà sanzjonatorja tal-imsemmi ċittadin u possibbiltà li jiġi injorat il-prinċipju ta’ legalità fil-qasam kriminali, hija kompatibbli mad-duttrina tagħha fir-rigward tal-limiti tal-effett dirett tad-direttivi; u jekk is-soluzzjoni għan-natura inadegwata tal-leġiżlazzjoni Spanjola għad-Direttiva ma għandhiex issir b’dan il-mod, għandha ssir permezz ta’ riforma fil-liġi, jew permezz tar-rimedji previsti fid-dritt [tal-Unjoni] għall-impożizzjoni fuq l-Istati [Membri] tat-traspożizzjoni korretta tad-direttivi?


(1)  Sentenza tat-23 ta’ April 2015, Zaizoune (C-38/14, EU:C:2015:260).

(2)  Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU 2008, L 348, p. 98).


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 5 de Barcelona (Spanja) fit-2 ta’ Awwissu 2019 – SI vs Subdelegación del Gobierno en Barcelona

(Kawża C-592/19)

(2019/C 363/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 5 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SI

Konvenuta: Subdelegación del Gobierno en Barcelona

Domanda preliminari

L-Artikoli 4 u 6(1) tad-Direttiva 2003/109/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li preċedent kriminali, ta’ kwalunkwe natura, huwa raġuni suffiċjenti sabiex jiġi miċħud l-aċċess għall-istatus ta’ resident għal perijodu twil, mingħajr il-ħtieġa li jiġi evalwat it-tul tar-residenza u l-eżistenza ta’ rabta mal-pajjiż ta’ residenza?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272).


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco (Spanja) fis-6 ta’ Awwissu 2019 – Confederación Nacional de Centros Especiales de Empleo (CONACEE) vs Diputación Foral de Guipúzcoa

(Kawża C-598/19)

(2019/C 363/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Confederación Nacional de Centros Especiales de Empleo (CONACEE)

Konvenuta: Diputación Foral de Guipúzcoa

Domanda preliminari

L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/24/UE (1) dwar l-akkwist pubbliku għandu jiġi interpretat fis-sens li l-portata suġġettiva tal-aċċess għall-kuntratti riżervati msemmija minn din l-istess dispożizzjoni ma tistax tiġi ddefinita f’termini li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha impriżi jew operaturi ekonomiċi li jissodisfaw il-kundizzjoni li mill-inqas 30 % tal-impjegati tagħhom ikunu persuni b’diżabbiltà u li jridu jilħqu l-għan jew l-objettiv li jippromwovu l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ dawn il-persuni, billi timponi kundizzjonijiet supplimentari marbuta mal-kostituzzjoni, man-natura u mal-għanijiet tal-operaturi jew impriżi, mal-attività tagħhom jew mal-investimenti tagħhom, jew ma’ affarijiet oħra?


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65).


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fl-20 ta’ Awwissu 2019 – Weindel Logistik Service SR spol. s r.o. vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

(Kawża C-621/19)

(2019/C 363/16)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Weindel Logistik Service SR spol. s r.o.

Konvenut: Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 167 u l-Artikolu 168(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta mill-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq l-oġġetti importati huwa suġġett għad-dritt għall-proprjetà fuq dawn l-oġġetti jew għad-dritt li tiddisponi minnhom inkwantu proprjetarja?

2)

L-Artikolu 168(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta mill-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq l-oġġetti importati jirriżulta biss jekk dawn l-oġġetti jintużaw għall-bżonnijiet tat-tranżazzjoniijet taxxabbli tal-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa, bħall-bejgħ ta’ dawn l-oġġetti fit-territorju nazzjonali, il-kunsinna fi Stat Membru ieħor jew l-esportazzjoni lejn pajjiż terz?

3)

Il-kundizzjoni ta’ rabta diretta u immedjata bejn l-oġġetti akkwistati u t-tranżazzjonijiet tal-output hija ssodisfatta f’dawn iċ-ċirkustanzi; fi kliem ieħor, huwa possibbli li l-interpretazzjoni uniformi tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa li tibbaża fuq ir-rabta diretta u immedjata bejn l-oġġetti akkwistati u t-tranżazzjonijiet tal-output tiġi applikata fir-rigward tal-infiq għall-komponenti tal-prezz li ma tħallasx għal dawn l-oġġetti u li għalhekk ma setax jittieħed inkunsiderazzjoni fil-prezz tat-tranżazzjoni tal-output?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/10


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-668/19)

(2019/C 363/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve, L. Cimaglia, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li peress li r-Repubblika Taljana ma adottatx:

il-miżuri neċessarji sabiex jiġi żgurat li l-166 agglomerazzjoni li għandhom ekwivalenza ta’ popolazzjoni li teċċedi l-2 000 resident jiġu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir tal-ilma urban mormi, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi, (1)

il-miżuri neċessarji sabiex jiġi żgurat li fis-610 agglomerazzjoni li għandhom ekwivalenza ta’ popolazzjoni li teċċedi l-10 000 resident, jew li għandhom ekwivalenza ta’ popolazzjoni inkluża bejn l-2 000 u l-10 000 resident u li l-iskariki tagħhom jispiċċaw f’ilma ħelu jew estwarji, l-ilma urban mormi li jidħol fis-sistemi ta’ ġbir ikun, qabel l-iskarika tiegħu, suġġett għal trattament sekondarju jew għal trattament ekwivalenti, skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271/KEE;

il-miżuri neċessarji sabiex jiġi żgurat li fl-10 agglomerazzjonijiet li għandhom ekwivalenza ta’ popolazzjoni li teċċedi l-10 000 resident u li l-iskariki tagħhom jispiċċaw f’ilmijiet riċeventi kkunsidrati bħala “żoni sensittivi” fis-sens tad-Direttiva 91/271/KEE, l-ilma urban mormi li jidħol fis-sistemi ta’ ġbir ikun, qabel l-iskarika tiegħu, suġġett għal trattament iktar rigoruż minn trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti, skont l-Artikolu 5 ta’ din l-istess direttiva;

il-miżuri neċessarji sabiex jiġi żgurat li, f’5 “żoni sensittivi” fis-sens tad-Direttiva 91/271/KEE, il-perċentwali minimu ta’ tnaqqis tat-toqol ġenerali li jidħol fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi jilħaq tal-inqas 75 % għall-fosfru totali u tal-inqas 75 % għan-nitroġenu totali, skont l-Artikolu 5(4) ta’ din l-istess direttiva;

il-miżuri neċessarji sabiex jiġi żgurat li l-impjanti tat-trattament tal-ilma urban mormi mibnija sabiex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikoli 4, 5, 6 u 7 ikunu ppjanati, mibnija, imħaddma u miżmuma b’tali mod li jiżguraw operat suffiċjenti taħt il-kundizzjonijiet klimatiċi normali kollha tal-post fejn jinsabu, u b’teħid inkunsiderazzjoni tal-varjazzjonijiet tat-toqol skont l-istaġuni fit-tfassil ta’ dawn l-impjanti, fis-617-il agglomerazzjoni, skont l-Artikolu 10 ta’ din l-istess direttiva;

hija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 3 u/jew l-Artikolu 4 u/jew l-Artikolu 5 kif ukoll l-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/271/KEE;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tilmenta li, f’diversi partijiet tat-territorju nazzjonali tagħha, ir-Repubblika Taljana ma implimentatx b’mod korrett id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi.

Il-Kummissjoni tikkonstata, qabelxejn, diversi ksur tal-Artikolu 3 tad-direttiva li jipprovdi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu, u fil-paragrafu 2, li, l-Istati Membri kellhom jiżguraw li, sal-31 ta’ Diċembru 2005, l-agglomerazzjonijiet kollha li għandhom ekwivalenza ta’ popolazzjoni li teċċedi l-2 000 resident jiġu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir tal-ilma urban mormi skont ir-rekwiżiti tat-Taqsima A tal-Anness I. F’ħafna mill-agglomerazzjonijiet li jinsabu fir-reġjunijiet ta’ Abruzzo, Calabria, Campania, Friuli Venezia Giulia, Lombardia, Puglia, Sicilia, Valle d’Aosta u ta’ Veneto, dan l-obbligu ma twettaqx b’mod korrett.

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271/KEE jipprevedi, barra minn hekk, fil-paragrafi 1 u 3 tiegħu, li, sal-31 ta’ Diċembru 2005, f’dak li jirrigwarda l-iskariki li ġejjin minn agglomerazzjonijiet li għandhom ekwivalenza ta’ popolazzjoni li teċċedi 10 000 resident jew dawk li ġejjin minn agglomerazzjonijiet li għandhom ekwivalenza ta’ popolazzjoni inkluża bejn l-2 000 u l-10 000 resident, l-Istati Membri kellhom jiżguraw li l-ilma urban mormi li jidħol fis-sistemi ta’ ġbir ikun suġġett, qabel l-iskarika tiegħu, għal trattament sekondarju jew għal trattament ekwivalenti, skont ir-rekwiżiti previsti fit-Taqsima B tal-Anness I. Il-Kummissjoni kkonstatat in-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq f’ħafna mill-agglomerazzjonijiet li jinsabu fir-reġjunijiet ta’ Abruzzo, Basilicata, Calabria, Campania, Friuli Venezia Giulia, Lazio, Liguria, Lombardia, Marche, Puglia, Piemonte, Sardegna, Sicilia, Toscana, Umbria, Valle d’Aosta u ta’ Veneto.

L-Artikolu 5 tad-direttiva jipprevedi, fil-paragrafi 2 u 3 tiegħu, li, sal-31 ta’ Diċembru 1998, l-Istati Membri kellhom jiżguraw li, fir-rigward tal-iskariki kollha li ġejjin minn agglomerazzjonijiet li għandhom ekwivalenza ta’ popolazzjoni li teċċedi 10 000 resident, l-ilma urban mormi li jidħol fis-sistemi ta’ ġbir ikun, qabel l-iskarika tiegħu, suġġett għal trattament iktar rigoruż minn dak imsemmi fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni kkonstatat in-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq f’diversi agglomerazzjonijiet li jinsabu fir-reġjunijiet ta’ Basilicata, Friuli Venezia Giulia, Lazio, Marche, Puglia, Sardegna u ta’ Veneto.

Fir-rigward taż-żoni sensittivi, l-Artikolu 5(4) tad-direttiva jipprevedi l-possibbiltà li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 tal-istess artikolu ma jiġux applikati għall-impjanti individwali tat-trattament tal-ilma urban mormi, sakemm jintwera li l-perċentwali minima ta’ tnaqqis tat-toqol ġenerali li jidħol fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi jilħaq tal-inqas 75 % għall-fosfru totali u tal-inqas 75 % għan-nitroġenu totali. Dan ma ntweriex fir-rigward ta’ diversi żoni sensittivi li jinsabu fit-territorju Taljan.

In-nuqqas ta’ osservanza tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 91/271/KEE jirriżulta wkoll fil-ksur tal-Artikolu 10 tal-istess direttiva, li jipprovdi li l-ippjanar, il-bini, il-funzjonalment u ż-żamma tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi għandhom jitwettqu b’tali mod li jiġi żgurat operat suffiċjenti taħt il-kundizzjonijiet klimatiċi normali kollha tal-post fejn jinsabu.


(1)  GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/12


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2019 minn Bruno Gollnisch mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-11 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-95/18, Gollnisch vs Il-Parlament

(Kawża C-676/19 P)

(2019/C 363/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bruno Gollnisch (rappreżentant: B. Bonnefoy-Claudet, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2019(T-95/18);

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tordna li r-rikorrent jingħata s-somma ta’ EUR 12 500 bħala spejjeż ta’ proċedura;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż;

L-appellant jitlob ukoll jogħġob lill-Qorti tal-Ġustizzja, f’każ li jintlaqa’ l-appell:

jekk tqis li hija biżżejjed informata, tiddeċiedi l-kawża fil-mertu;

tannulla d-deċiżjoni tal-uffiċċju tal-Parlament tat-23 ta’ Ottubru 2017;

tilqa’ t-tabliet tal-appellant fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq applikazzjoni retroattiva in defavorem tal-ġurisprudenza posterjuri sabiex ir-rikors jiġi ddikkjarat inammissibbli

Sabiex tiċħad ir-rikors, is-sentenza appellata applikat b’mod retroattiv, sfavorevoli u kuntrarju għad-dritt ta’ ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja posterjuri għall-preżentata tar-rikors, minkejja li dan ġie espressament deskritt bħala ammissibbli abbażi tas-sitwazzjoni preċedenti.

2.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq rifjut tal-applikazzjoni tal-Artikolu 47 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali u tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Il-Qorti tal-Ġustizzja ma applikatx dawn iż-żewġ artikoli għall-kawża, minkejja li mill-Artikolu 52 tal-Karta u tal-ispjegazzjonijiet tal-artikoli tagħha ammessa mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dawn kienu relevanti.

3.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza dwar id-dritt għal smiegħ

Is-sentenza appellata bbażat ruħha b’mod żbaljat fuq sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkontesta lill-appellant id-dritt tiegħu għal seduta, meta din is-sentenza kienet tikkonċerna biss il-partijiet intervenjenti matul proċedura preċiża u marġniali, li barra minn hekk kienet tawtorizza s-seduta.

4.

Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq kontradizzjoni tal-motivi u fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża

Sabiex jiġi kkunsidrat regolari li dokument ma jkunx ġie trażmess lill-appellant matul il-proċedura inkwistjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tat lil dan id-dokument kwalifiki kontradittorji li għandhom bħala konsegwenza ksur tad-drittijiet tad-difiża.


Il-Qorti Ġenerali

28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Settembru 2019 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-313/15 u T-317/15) (1)

(“Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi - Għażla tat-tieni lingwa minn fost tliet lingwi - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità - Rikors manifestament fondat”)

(2019/C 363/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara, F. Simonetti u D. Milanowska, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. J. García-Valdecasas Dorrego, aġent)

Suġġett

Fil-Kawża T-313/15, talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/301/15, għat-tfassil ta’ lista ta’ riżerva ta’ amministraturi (AD 5) (ĠU 2015, C 92 A, p. 1), u, fil-Kawża T-317/15, talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/302/15, għat-tfassil ta’ lista ta’ riżerva ta’ amministraturi fil-qasam tal-awditjar (AD 5) (ĠU 2015, C 99 A, p. 1).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-313/15 u T-317/15 huma magħquda għall-finijiet ta’ dan id-digriet.

2)

L-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/301/15, għat-tfassil ta’ lista ta’ riżerva ta’ amministraturi (AD 5) u l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/302/15, għat-tfassil ta’ lista ta’ riżerva ta’ amministraturi fil-qasam tal-awditjar (AD 5) huma annullati.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana.

4)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 262, 10.08.2015.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/14


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2019 – Romańska vs Frontex

(Kawża T-212/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien indeterminat - Artikolu 47(ċ)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Xoljiment - Raġunijiet għax-xoljiment - Ksur tar-relazzjoni ta’ fiduċja - Diskriminazzjoni u fastidju psikoloġiku - Talba għad-danni - Inammissibbiltà manifesta”)

(2019/C 363/20)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Karolina Romańska (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: A. Tetkowska, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (rappreżentanti: H. Caniard u S. Drew, agenti, assistiti minn J. Currall u G. Ostaszewski, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2017 li permezz tagħha d-Direttur Eżekuttiv tal-FRONTEX, fil-funzjoni tiegħu ta’ Awtorità tal-Ħatra, xolja l-kuntratt ta’ imjieg tar-rikorrenti b’effett minn wara perjodu ta’ preavviż ta’ tmien xhur u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba d-diskriminazzjoni u l-fastidju psikoloġiku ikkawżati minn FRONTEX u li laħqu l-quċċata permezz tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Karolina Romańska hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 200, 11.6.2018.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/14


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2019 – Shore Capital International vs EUIPO – Circle Imperium (The Inner Circle)

(Kawża T-575/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva The Inner Circle - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti InnerCircle - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ xebh tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2019/C 363/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shore Capital International Ltd (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u N. Willich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Circle Imperium BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 1402/2017-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Shore Capital International u Circle Imperium.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Shore Capital International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/15


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – Athanasiadou u Soulantikas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-762/18 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dispożizzjonijiet finanzjarji (baġit, qafas finanzjarju, riżorsi proprji, ġlieda kontra l-frodi) - Eżekuzzjoni forzata - Talba għal sospensjoni - Ammissibbiltà - Nuqqas ta’ urġenza)

(2019/C 363/22)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Sofia Athanasiadou (Ateni, il-Greċja), Konstantinos Soulantikas (Ateni) (rappreżentant: M. Lappa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Katsimerou u A. Kyratsou, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 299 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni forzata tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 5883 finali, tat-22 ta’ Awwissu 2017, tal-ordni għal ħlas tat-30 ta’ Ottubru 2018, li tidher fl-aħħar tal-kopja tat-titolu eżekuttiv adottat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 5883 finali, tat-22 ta’ Awwissu 2017, u ta’ kull att eżekuttiv ieħor konness.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Sofia Athanasiadou u Konstantinos Soulantikas għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Settembru 2019 – Giorgio Armani vs EUIPO – Invicta Watch Company of America (GLYCINE)

(Kawża T-209/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2019/C 363/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giorgio Armani SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: J. Rether u M. Kinkeldey, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Invicta Watch Company of America, Inc. (Hollywood, Florida, l-Itati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Frar 2019 (Każ R 578/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Giorgio Armani u Invicta Watch Company of America, Inc.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Giorgio Armani SpA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 182, 27.5.2019.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/16


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2019 – Puigdemont i Casamajó u Comín i Oliveres vs Il-Parlament

(Kawża T-388/19 R)

(Talba għal miżuri provviżorji - Parlament Ewropew - Verifika ta’ poteri - Assenza ta’ fumus boni juris)

(2019/C 363/24)

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Puigdemont i Casamajó (Waterloo, il-Belġju) u Comín i Oliveres (Waterlo) (rappreżentanti: B. Bekaert, B. Emmerson, G. Boye u S. Bekaert, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Talba ppreżentata skont l-Artikoli 278 u 279 TFUE intiża, l-ewwel nett, għas-sospensjoni tal-implimentazzjoni ta’ diversi deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew adottati sabiex l-applikanti jiġu preklużi milli jpoġġu fil-Parlament bħala membri eletti u, it-tieni nett, sabiex il-Parlament jintalab jadotta l-miżuri neċessarji, inkluża d-dikjarazzjoni tal-privileġġi u immunitajiet tal-applikanti, sabiex jiġu ammessi jpoġġu fil-Parlament b’effett mit-2 ta’ Lulju 2019.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/17


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2019 – Sophia Group vs Il-Parlement Ewropew

(Kawża T-578 R)

(“Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2019/C 363/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sophia Group (Saint-Josse-ten-Noode, il-Belġju) (rappreżentanti: Y. Schneider u C.-H. de la Vallée Poussin, avukati)

Konvenuta: il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Tapper Brandberg u S. Toliušis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-ħruġ ta’ miżuri provviżorji intiżi, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tat-30 ta’ Lulju 2019 tal-Parlament li tattribwixxi il-lott Nru 1 tal-kuntratt li għadu bħala s-suġġett tiegħu “provvisti ta’ servizzi ta’ Buildings HelpDesk” (sejħa għal offerti 06A0010/2019/M011) lil offerent ieħor, u, min-naħa l-oħra, għas-sospensjoni tal-kuntratt konkluż ma’ dan l-offerent l-ieħor.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/18


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2019 – DI vs BĊE

(Kawża T-514/19)

(2019/C 363/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: DI (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE tas-7 ta’ Mejju 2019 li timponi tkeċċija dixxiplinari mingħajr avviż;

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE tal-25 ta’ Ġunju 2019 li tirrifjuta li tiftaħ mill-ġdid il-proċedura dixxiplinari wara l-għeluq tal-proċeduri kriminali;

konsegwentement, tordna r-reintegrazzjoni sħiħa tar-rikorrent b’effett mill-11 ta’ Mejju 2019 flimkien mad-drittijiet finanzjarji relatati kollha u b’pubbliċità xierqa sabiex l-isem tajjeb tiegħu jerġa’ jiġi rripristinat;

fi kwalunkwe każ, tordna kumpens għad-danni morali allegatament sostnuti mir-rikorrent, evalwati ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 20 000;

tordna lill-konvenut jirrimborsa l-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-miżuri kkontestati.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8.3.2 tar-Regoli tal-Persunal tal-BĊE. Huwa allegat li l-proċedura dixxiplinari nbdiet meta din kienet preskritta.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju li l-proċedura dixxiplinari li toħroġ minn reat kriminali għandha tistenna l-eżitu tal-kawża kriminali, flimkien ma’ ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ diliġenza.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kumitat Dixxiplinari eċċeda l-poteri tiegħu. Huwa allegat ksur tal-Artikolu 8.3.7 tar-Regoli tal-Persunal tal-BĊE flimkien mal-prinċipju ta’ imparzjalità kif ipprovdut fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza. Huwa allegat ksur tal-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju li proċedura dixxiplinari għandha tinżamm fi żmien raġonevoli u ksur tad-dmir ta’ diliġenza.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ motivazzjoni.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat sussidjarjament fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/19


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2019 – TestBioTech vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-534/19)

(2019/C 363/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TestBioTech eV (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Smith QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2019, li permezz tagħha din tal-aħħar irrifjutat li tannulla jew temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2018/2046 tad-19 ta’ Diċembru 2018 (1);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi inkwantu l-Kummissjoni evalwat il-qamħirrum inkwistjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2004 (2).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji manifesti tal-evalwazzjoni xjentifika.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma talbitx pjan ta’ monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq speċifiku tal-avventimenti u għaldaqstant kisret il-liġi applikabbli.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2046 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, li jkunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erba’ mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/366/UE (notifikata bid-dokument C(2018) 8238) (ĠU 2018, L 327, p. 70).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2004 tas-6 ta’ April 2004 dwar regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-ikel u l-għalf ġdid ġenetikament modifikat, in-notifika ta’ prodotti eżistenti u preżenża aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta’ materjal ġenetikament modifikati li bbenifika minn valutazzjoni tar-riskju favorevoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 36).


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/19


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2019 – AlzChem Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-569/19)

(2019/C 363/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AlzChem Group AG (Trostberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Borsos u J. Guerrero Pérez, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-Deċiżjoni C(2019) 5602 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea tat-22 ta’ Lulju 2019, meħuda skont l-Artikolu 4 tad-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1), bi tweġiba għat-talba No GESTDEM 2019/2311; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ ċerti eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali ta’ għoti ta’ aċċess għal dokumenti, fid-dawl tal-fatti inkwistjoni:

it-talba ma tirrigwarda l-ebda proċess jew dokument investigattiv, u għalhekk ma tirrigwardax jew ma taffettwax l-għan tal-invesigazzjonijiet (it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001) jew il-proċess deċiżjonali tal-Kummissjoni (Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001);

it-talba ma għandhiex tiġi miċħuda abbażi tal-protezzjoni tal-għan tal-investigazzjonijiet (it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001) jew il-proċess deċiżjonali tal-Kummissjoni (Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001);

it-talba ma tirrigwarda ebda informazzjoni jew data ta’ interess kummerċjali li għandha tiġi protetta (l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001);

id-deċiżjoni kkontestata tapplika eċċezzjonijiet għal żvelar b’mod diskriminatorju, għaliex dawn huma issuperati bl-azzjonijiet u l-aġir tal-Kummissjoni f’sitwazzjonijiet simili oħrajn – dan huwa pprojbit mid-dritt tal-Unjoni Ewropea;

l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe eċċezzjoni għal żvelar hija ssuperata b’interess pubbliku superjuri għal żvelar sabiex jiġi żgurat stħarriġ ġudizzjarju effettiv (Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali).

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni dwar ir-rifjut ta’ aċċess għal verżjoni mhux kunfidenzjali, aċċess parzjali, jew aċċess għad-dokumenti mill-bini tal-Kummissjoni, skont l-Artikoli 4(6) u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/20


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2019 – Sophia Group vs il-Parlament Ewropew

(Kawża T-578/19)

(2019/C 363/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sophia Group (Saint-Josse-ten-Noode, il-Belġju) (rappreżentanti: Y. Schneider u C.-H. de la Vallée Poussin, avukati)

Konvenuta: il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara t-talba odjerna għal annullament ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tiddikjara l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tattribwixxi il-lott 1 tal-kuntratt li għandu bħala s-suġġett tiegħu provvisti ta’ servizzi ta’ buildings Helpdesk (Sejħa għal offerti Nru 06A0010/2019/M011) lil S.A. Computer Ressources International li għandha s-sede tagħha f’rue de l’Industrie, 11, f’8399 Windhof, Luxembourg;

jekk applikabbli, tannulla:

id-deċiżjoni, li d-data tagħha ma hijiex magħrufa, tal-Parlament li jiffirma l-kuntratt relattiv għall-lott 1 tal-kuntratt li għandu bħala s-suġġett tiegħu provvisti ta’ servizzi ta’ buildings Helpdesk (Sejħa għal offerti Nru 06A0010/2019/M011);

il-kuntratt konkluż mal-benefiċċjarju magħżul relattiv għall-lott 1 tal-kuntratt li għandu bħala s-suġġett tiegħu provvisti ta’ servizzi ta’ buildings Helpdesk (Sejħa għal offerti Nru 06A0010/2019/M011);

tikkundanna lill-Parlement Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-kawża inklużi l-ispejjeż proċedurali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 160, 167 u tal-punti 16.3 u 18.2 u 21.1 tal-Anness I tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, fuq l-eċċess ta’ poter u fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq il-ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ kompetizzjoni, ta’ trasparenza, ta’ proportzjonalità, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi. Fil-kuntest ta’ dan l-ewwel motiv, ir-rikorrenti tqis li uħud mill-kriterji ta’ għoti li abbażi tagħhom intagħżel il-benefiċċjarju li jaqgħu taħt il-selezzjoni kwalitattiva u mhux taħt l-għoti, filwaqt li l-kriterji ta’ selezzjoni huma marbuta strettament mal-evalwazzjoni tal-kandidati jew tal-offerenti u li l-kriterji ta’ għoti huma marbuta strettament mal-evalwazzjoni tal-offerti u għandhom jippermettu li tiġi identifikata l-offerta li hija l-iktar ekonomikament vantaġġuża.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 160, 167 u fuq il-punt 18.2 tal-Anness I tar-Regolament 2018/1046 hawn fuq suespost, fuq l-eċċess ta’ poter u fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq il-ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ kompetizzjoni, ta’ trasparenza, ta’ proportzjonalità, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, safejn uħud mill-kriterji ta’ għoti li abbażi tagħhom intagħżel il-benefiċċjarju tal-lott 1 ma humiex marbuta mal-suġġett tal-kuntratt u huma, tal-inqas, vagi u mhux preċiżi filwaqt li l-kriterji ta’ għoti għandhom jippermettu li tiġi identifikata l-offerta li hija l-iktar ekonomikament vantaġġuża, ikunu marbuta u proporzjonali mas-suġġett tal-kuntratt jew mal-lott ikkonċernat, ikunu ċari u preċiżi u ma jistgħux jagħtu libertà inkundizzjonata ta’ għażla għall-għoti tal-kuntratt.

3.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 160, 167 u fuq il-punt 18.2 u 18.4 tal-Anness I tar-Regolament 2018/1046 hawn fuq suespost, fuq l-eċċess ta’ poter u fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq il-ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ kompetizzjoni, ta’ trasparenza, ta’ proportzjonalità, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, safejn ir-referenzi mitluba mill-offerenti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt biex jiġġustifikaw il-kapaċità teknika u professjonali tagħhom biex jeżegwixxu il-lot 1 ma humiex marbuta mas-suġġett tas-suq, ma humiex proporzjonati u huma vagi u mhux preċiżi. Issa, ir-rikorrent isostni li l-kriterji ta’ għażla għandhom ikunu marbuta u proporzjonati mas-suġġett tal-kuntratt sabiex ma jkunx hemm lok għal distorzjoni tal-kompetizzjoni u għandhom ikunu ċari u preċizi.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE, tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 170 u tal-punti 18.6 u 30.2 u 31.1 tal-Anness I tar-Regolament 2018/1046 imsemmi iktar ’il fuq, fuq il-ksur tar-rekwiżiti formali, fuq il-ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju ta’ trasparenza, ta’ kompetizzjoni u ta’ ugwaljanza fit-trattament, tal-prinċipju ta’ motivazzjoni tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, fuq l-eċċess ta’ poter u fuq il-ksur ta’ amministrazzjoni tajba. Dawn l-istanzi ta’ ksur twettqu safejn il-punteġġi mogħtija lill-offerta tar-rikorrent u lil dik tal-benefiċċjarju tal-kuntratt fid-dawl tad-disa’ kriterji ta’ għoti “kwalità” ma humiex immotivati u/jew huma akkumpanjati biss minn kummentarji vagi u mhux preċiżi, filwaqt li kull deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt għandha tkun immotivata b’mod suffiċjenti b’tali mod li l-offerenti jkunu jistgħu jifhmu r-raġunijiet oġġettivi, konkreti u preċiżi li jiġġustifikaw kull wieħed mill-punteġġi mogħtija lill-offerti differenti u b’tali mod li jinħarġu l-vantaġġi u l-inkonvenjenti ta’ kull waħda mill-offerti mressqa fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/22


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2019 – EJ vs BEI

(Kawża T-585/19)

(2019/C 363/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: EJ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investimenti

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat u konsegwentement:

tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Frar 2018 li tillimita għal tmintax il-xahar il-benefiċċju retroattiv għat-teħid tar-responsabbiltà għall-ispejjeż ta’ trasport sostnuti minħabba l-marda gravi ta’ bint ir-rikorrenti, u d-deċiżjoni tat-23 ta’ Marzu 2018 li tillimita għal ħames snin l-allowance retroattiv doppja għal wild dipendenti;

sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Mejju 2019 li tikkonferma dawn id-deċiżjonijiet;

tikkumpensa d-danni materjali u morali sostnuti minħabba dan;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2.2.3 tad-dispożizzjonijiet amministrattivi u tal-Artikolu 1 tat-tariffa ta’ ħlas lura tal-assigurazzjoni tal-mard u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

Ir-rikorrenti titlob ukoll li l-konvenut jiġi kkundannat iħallas l-allowance doppja għal wild dipendenti għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2007 sal-31 ta’ Mejju 2012 u l-ispejjeż ta’ trasport sostnuti minħabba l-marda gravi ta’ bintha mill-1 ta’ Settembru 2007 sat-18 ta’ Frar 2018, fejn is-sommom dovuti għandhom jiżdiedu b’interessi moratorji stabbiliti fuq il-livell tar-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti titlob kumpens għad-dannu morali li hija sofriet, stmat għal EUR 2000.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/23


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2019 – PL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-586/19)

(2019/C 363/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PL (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi r-REK 2017 tar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera tar-rikorrent għas-sena 2017 (REK 2017), dan tal-aħħar jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 22a u 22b tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u l-ksur tad-dmir ta’ premura tad-Direttur Ġenerali tad-DG HR.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewopea li jagħti d-dritt għal amministrazzjoni tajba u, b’mod partikolari, id-dritt li dak kollu li jirrigwardah jiġi ttrattat b’mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll il-ksur tad-drittijiet tad-difiża.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/24


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2019 – Frutas Tono vs EUIPO – Agrocazalla (Marién)

(Kawża T-587/19)

(2019/C 363/32)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Frutas Tono, SL (Benifairo de la Valldigna, Spanja) (rappreżentant: A. Cañizares Doménech, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Agrocazalla, SL (Lorca, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Marién – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 146 021

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 171/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u, bħala konsegwenza, tannulla l-kundanna tar-rikorrenti għall-ispejjeż sostnuti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell, u minflok, tagħti deċiżjoni oħra li tordna s-sospensjoni tal-proċedimenti ta’ appell quddiem l-EUIPO sakemm dan jagħti deċiżjoni dwar it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark invokata fl-oppożizzjoni, jew, sussidjarjament,

jekk meta l-Qorti Ġenerali tagħti deċiżjoni f’din il-kawża, l-EUIPO stess ikun diġà ddikjara l-invalidità tat-trade mark invokata fl-oppożizzjoni, tannulla, ukoll, id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell minħabba li ma analizzax debitament l-effett fuq il-kompatibbiltà tar-reġistrazzjoni tas-sinjali kunfliġġenti, fejn immissu ssospenda l-proċedura tiegħu ex officio, jew, sussidjarjament,

fl-assenza ta’ evalwazzjoni ta’ dan kollu, tiddikjara li kien hemm assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, minħabba l-motivi kollha esposti preċedentement, u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Dritt prijoritarju tal-proprjetarju tat-trade mark ikkontestata fuq it-trade marks nazzjonali Spanjoli 1798380 MARIEN, li għaliha saret applikazzjoni fit-12 ta’ Jannar 1994 għall-klassi 39, 1800302 MARIEN, li għaliha saret applikazzjoni fil-25 ta’ Jannar 1994 għall-klassi 35, u 2222325 MARIEN, li għaliha saret applikazzjoni fit-23 ta’ Marzu 1999 għall-klassi 31.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/25


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2019 – Healios vs EUIPO – Helios Kliniken (Healios)

(Kawża T-591/19)

(2019/C 363/33)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Healios KK (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: P. Venohr, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Helios Kliniken GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni figurattiva Healios – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 267 041

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 341/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn l-appell ġie milqugħ u r-rikors ikkontestat ġie miċħud;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ma ġewx prodotti provi suffiċjenti dwar użu ġenwin, speċjalment għal “servizzi mediċi u ta’ batterioloġija”;

Ix-xebħ bejn il-prodotti u s-servizzi huwa ineżistenti jew huwa baxx ħafna speċjalment meta jsir paragun bejn servizzi mediċi u ta’ batterioloġija fil-klassi 5;

L-element grafiku u l-perċezzjoni tal-pubbliku rilevanti ma ġiex evalwat suffiċjentement.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/25


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2019 – Ċipru vs EUIPO – Fontana Food (GRILLOUMI BURGER)

(Kawża T-593/19)

(2019/C 363/34)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, S. Baran, Barrister, V. Marsland, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fontana Food AB (Tyresö, l-Isvezja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GRILLOUMI BURGER – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 963 283

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 1297/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tagħha u tal-applikant għall-annullament.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/26


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2019 – Axactor vs EUIPO - Axa (AXACTOR)

(Kawża T-594/19)

(2019/C 363/35)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Axactor SE (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: D. Stone, A. Dykes, A. Leonelli, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Axa SA (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark vebali tal-Unjoni Ewropea AXACTOR – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 827 728

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 479/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/27


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2019 – Helsingin Kaupunki vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-597/19)

(2019/C 363/36)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Helsingin kaupunki (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: I. Aalto-Setälä, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, totalment jew parzjalment, id-deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta’ Ġunju 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33846 – (2015/C) (ex 2011/CP), u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-belt inklużi l-interessi.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1)TFUE fid-deċiżjoni kkontestata.

Il-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur f’ekonomija tas-suq. Waqt l-eżami tagħha, hija lanqas ma ħadet inkunsiderazzjoni b’mod adegwat l-informazzjoni u l-ispjegazzjonijiet ikkomunikati waqt il-proċedura ta’ investigazzjoni u li pprovaw li s-self inkwistjoni kien ingħata taħt kundizzjonijiet tas-suq normali u bl-osservanza tal-modalitajiet li kienu jiggwidaw lil investitur prudenti f’ekonomija tas-suq f’kundizzjonijiet ekonomiċi korrispondenti.

L-evalwazzjoni li saret tal-miżuri inkwistjoni tmur kontra l-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni u l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni applikat metodi ta’ kalkolu li ma humiex adegwati għall-evalwazzjoni ta’ aspetti speċifiċi ta’ self ta’ kapital.

Minbarra dan, il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn iddikjarat li s–self għall-apparat inkwistjoni ma setax jiġi kklassifikat bħala għajnuna eżistenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 296 TFUE u l-ġurisprudenza rilevanti.

Il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata hija difettuża, b’mod partikolari fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-prassi fis-suq tal-prezz tax-xiri għall-attività kummerċjali tal-Helsingin Bussiliikenne (iktar ’il quddiem il-HelB), sa fejn il-Kummissjoni kkontestat bħala infondata l-eżattezza tar-rapport tal-esperti tal-Finlandja, mingħajr ma tat opinjoni ċara u manifesta dwar il-prezz tas-suq.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ proporzjonalità, u tikser id-drittijiet tad-difiża.

Il-Kummissjoni ddikjarat, fid-deċiżjoni kkontestata, b’mod insuffiċjenti u bi ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, li s-self għall-apparat li ngħata lill-HKL-Bussiliikenne kellu karatteristika ta’ għajnuna mill-Istat, peress li interpretat il-kunċett ta’ skema ta’ għajnuna b’mod iktar restrittiv minn dak tal-pożizzjoni kkomunikata preċedentement fil-Finlandja.

L-ordni ta’ ħlas lura li saret mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata tmur manifestament lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-eliminazzjoni tal-vantaġġ kompetittiv indebitu inkwistjoni tal-allegata għajnuna mill-Istat. Il-prezz tax-xiri definittiv imħallas mill-attività kummerċjali tal-HelB jirrifletti l-prassi fis-suq. Ix-xerrej tal-attività kummerċjali ma kiseb ebda vantaġġ indebitu, peress li l-għajnuna kienet ittieħdet inkunsiderazzjoni fil-prezz tax-xiri. L-estensjoni tal-ordni ta’ ħlas lura sabiex jiġi inkluż ix-xerrej tal-attività kummerċjali tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/28


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2019 – Osório & Gonçalves vs EUIPO – Miguel Torres (in.fi.ni.tu.de)

(Kawża T-601/19)

(2019/C 363/37)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Osório & Gonçalves, SA (Galamares, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Araújo e Sá Serras Pereira, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedés, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea in.fi.ni.tu.de – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 982 994

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 1579/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ksur tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/29


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2019 – Eugene Perma Franza vs EUIPO – SPI Investments Group (NATURANOVE)

(Kawża T-602/19)

(2019/C 363/38)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eugene Perma France (Saint-Denis, Franza) (rappreżentant: S. Havard Duclos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SPI Investments Group, SL (Sant Just Desvern, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark verbali tal-Unjoni NATURANOVE – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 007 949

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 2161/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni appellata sa fejn tiċħad l-appell kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ordnat lir-rikorrenti ġġarrab l-ispejjeż tal-proċedura tal-oppożizzjoni u l-appell, iffissati għall-ammont ta’ EUR 1 170;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/30


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2019 – Inova Semiconductors vs EUIPO – Venta Servicio LED (ISELED)

(Kawża T-604/19)

(2019/C 363/39)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Inova Semiconductors GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schmidpeter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Venta Servicio LED, SL (Martorell, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva “ISELED” bil-kuluri iswed, aħmar, oranġjo, isfar, aħdar u blu li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 343 583 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Ġunju 2019 fil-Każ R 2149/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti.

Motivi invokati

Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/31


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2019 – Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-610/19)

(2019/C 363/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Telekom AG (Bonn, il-Ġermanija) (rappreżentanti: P. Linsmeier, U. Soltész, C. von Köckritz u P. Lohs, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2019 li permezz tagħha hija ċaħdet it-talba għall-ħlas ta’ interessi moratorji;

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, tħallas lir-rikorrenti kumpens finanzjarju ta’ EUR 2 580 374,07 għad-dannu li hija ġarrbet minħabba l-fatt li matul il-perijodu bejn is-16 ta’ Jannar 2015 u d-19 ta’ Frar 2019 hija ma setgħetx tuża s-somma indebitament imħallsa b’mod li ma setgħetx tiġġenera d-dħul normalment miksub minn tali ammont jew tnaqqas b’mod korrispondenti l-ispejjeż kapitali tagħha;

sussidjarjament, jekk il-Qorti Ġenerali tiċħad it-tieni kap tat-talbiet, tikkumpensa lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 1 750 522,83 għad-dannu li hija ġarrbet minħabba l-fatt li l-Kummissjoni rrifjutat, għall-perijodu bejn is-16 ta’ Jannar 2015 u d-19 ta’ Frar 2019, li tħallas interessi moratorji fuq l-ammont ta’ EUR 12 039 019, u dan bir-rata ta’ interessi tal-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament flimkien ma’ 3.5 punti perċentwali għall-perijodu bejn is-16 ta’ Jannar 2015 u d-19 ta’ Frar 2019 jew – sussidjarjament – ammont ieħor meqjus xieraq mill-Qorti Ġenerali, ikkalkolat abbażi ta’ rata ta’ interessi moratorji li l-Qorti Ġenerali tqis xieraq;

tikkonstata li l-ammont li għandu jitħallas mill-Kummissjoni, abbażi tat-tieni u tat-tielet kap tat-talbiet għall-perijodu mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-proċedura sal-ħlas komplet mill-Kummissjoni, għandu jitħallas ukoll bir-rata ta’ interessi tal-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament flimkien ma’ 3.5 punti perċentwali, u sussidjarjament skont rata oħra ta’ interessi moratorji meqjusa xierqa mill-Qorti Ġenerali; u

tikkundanna lill-Kummissjoni u lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.

1.

L-ewwel motiv (talba għal annullament): billi rrifjutat li tħallas interessi moratorji lir-rikorrenti, il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li timplimenta s-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2018, Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni (T-827/14, EU:T:2018:930), ikkonfermata bis-sentenza tal-5 ta’ Settembru 2019, L-Unjoni Ewropea vs Guardian Europe (C-447/17 P, EU:C:2019:672), u għalhekk kisret l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE.

2.

It-tieni motiv (talba għal annullament): ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni ta’ ċaħda hija insuffiċjenti peress li ma tispjegax b’mod ċar biżżejjed il-motiv ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrenti għal interessi moratorji. Ma huwiex ċar jekk il-Kummissjoni tippreżumix li l-Artikolu 90 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni Nru 1268/2012 (1) jirregola b’mod eżawrjenti d-dritt għal interessi moratorji skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE u kif tali interpretazzjoni hija konformi mal-ġurisprudenza stabbilita fir-rigward tal-obbligu tal-Kummissjoni li tħallas interessi moratorji skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE.

3.

It-tielet motiv (talba għal kumpens): dannu tar-rikorrenti minħabba t-telf tal-possibbiltà li tuża l-ammont eċċessiv tal-multa illegali skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, l-Artikolu 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u sussidjarjament minħabba r-rifjut tal-Kummissjoni li tħallas interessi moratorji.


(1)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU 2012, L 362, p. 1)


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/32


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2019 – Iniciativa ciudadana - Derecho de la UE, derechos de las minorías y democratización de las instituciones españolas vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-611/19)

(2019/C 363/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Iniciativa ciudadana - Derecho de la UE, derechos de las minorías y democratización de las instituciones españolas (Spanja) (rappreżentanti: G. Boye, I. Elbal Sánchez, E. Valcuende Sillero u I. González Martínez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2019/1182 tat-3 ta’ Lulju 2019 li permezz tagħha ġiet irrifjtuata r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini “Il-liġi tal-UE, id-drittijiet tal-minoranzi u d-demokratizzazzjoni tal-istituzzjonijiet Spanjoli”.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors ineżami huwa ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-inizjattiva, imsemmija iktar ’il fuq, li permezz tagħha l-Kummissjoni ġiet mistiedna tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tas-suġġetti segwenti: il-prinċipji ta’ legalità u ta’ ċertezza legali, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati, is-separazzjoni tal-poteri, il-libertà ta’ għaqda, il-libertà ta’ espressjoni, id-dritt għal elezzjonijiet liberi, id-dritt għal-libertà u d-dritt għal trattament ugwali.

Id-deċiżjoni kkontestata qieset li l-azzjonijiet proposti fl-inizjattivi ma kinux jaqgħu fil-portata tal-kompetenzi tal-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-Trattati.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tar-rekwiżiti essenzjali proċedurali.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, li jipprovdi li l-atti legali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati, u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), li jipprovdi li l-Kummissjoni, meta tirrifjuta li tirreġistra inizjattiva taċ-ċittadini proposta, għandha tinforma lill-organizzaturi “bir-raġunijiet għal dan ir-rifjut”.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tat-Trattati jew ta’ dispożizzjoni legali oħra dwar l-applikazzjoni tagħhom.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni ta’ rifjut ikkontestata tikser l-Artikolu 11 TUE, l-Artikolu 24(1) TFUE u l-Artikolu 4(2)(a), (b) u (c) tar-regolament imsemmi iktar ’il fuq, li jimplimenta dawn id-deċiżjonijiet tat-Trattati.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq in-natura tal-azzjonijiet proposti fl-inizjattiva taċ-ċittadini.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tallega li ebda wieħed mis-suġġetti indirizzati fl-inizjattiva taċ-ċittadini ma jaqa’ manifestament lil hinn mil-limiti tas-setgħat tal-Kummissjoni sabiex tipproponi att legali tal-Unjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni tat-Trattati.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta taqa’ fil-qafas legali tal-Unjoni.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tallega li mill-formulazzjoni tal-Artikolu 4(2)(b) u tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 211/2011, kif ukoll mill-kontenut stess tal-inizjattiva li hija s-suġġett tat-tilwima, jirriżulta li fil-każ ineżami huma ssodisfatti r-rekwiżiti kollha imposti minn dan ir-regolament u, għaldaqstant, l-inizjattiva kien imissha ġiet irreġistrata.


(1)  ĠU 2011, L 65, p. 1, rettifika fil-ĠU 2012, L 94, p. 49.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/33


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2019 – Point Tec Products Electronic vs EUIPO – Compagnie des montres Longines, Francillon (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ ġwienaħ miftuħin)

(Kawża T-615/19)

(2019/C 363/42)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Point Tec Products Electronic GmbH (Ismaning, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Wiedemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Compagnie des montres Longines, Francillon SA (St-Imier, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tirrapreżenta żewġ ġwienaħ miftuħin - Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 349 160 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 2427/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 72(2) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2017/1001.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/34


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2019 – Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND)

(Kawża T-616/19)

(2019/C 363/43)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schmitz u M. Breuer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Haribo The Netherlands & Belgium BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “WONDERLAND” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 263 295

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 2164/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/35


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2019 – ArcelorMittal Bremen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-623/19)

(2019/C 363/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ArcelorMittal Bremen GmbH (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u L. Buschmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikkjara, skont l-Artikolu 265 TFUE, li l-Kummissjoni kisret it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (1) billi naqset milli tiddeċiedi dwar l-ammont annwali totali, ikkomunikat lilha mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fit-12 ta’ April 2019, tal-kwoti ta’ emissjoni allokati mingħajr ħlas għal estensjoni sinjifikattiva tal-kapaċità tas-subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott għall-metall sħun tal-impjant bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni 60 fi Bremen;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2019 dwar it-talba tar-rikorrenti tat-12 ta’ April 2019;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motiv segwenti:

 

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni hija obbligata tadotta deċiżjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(4) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE u ma għandhiex tirrifjuta l-ammont annwali totali, ikkomunikat lilha mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fit-12 ta’ April 2019, tal-kwoti ta’ emissjoni allokati mingħajr ħlas għal estensjoni sinjifikattiva tal-kapaċità, peress li l-kundizzjonijiet għal estensjoni sinjifikattiva tal-kapaċità fis-sens tal-Artikolu 20(1) huma ssodisfatti.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 130, p. 1).


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Settembru 2019 – VV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-242/18) (1)

(2019/C 363/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2019 – Puma vs EUIPO – Carrefour (Rappreżentazzjoni ta’ linji msallba)

(Kawża T-424/18) (1)

(2019/C 363/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 301, 27.8.2018.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Settembru 2019 – Café Camelo vs EUIPO – Camel Brand (CAMEL BRAND FOOD PRODUCTS)

(Kawża T-244/19) (1)

(2019/C 363/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 206, 17.6.2019.


28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Settembru 2019 – El Corte Inglés vs EUIPO – Big Bang (LTC latiendaencasa.es BIG BANG DAY)

(Kawża T-376/19) (1)

(2019/C 363/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 263, 5.8.2019.