|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 360 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
il–Kunsill |
|
|
2019/C 360/01 |
||
|
2019/C 360/02 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 360/03 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2019/C 360/04 |
||
|
2019/C 360/05 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 360/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9591 — MHI/PT) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2019/C 360/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9499 — AXA/Cardif/SECAR) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2019/C 360/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9531 — Assicurazioni Generali/Seguradoras Unidas/AdvanceCare) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
|
24.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 360/1 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI) u sett minimu ta’ metadata uniformi għall-każistika
(2019/C 360/01)
I. INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Artikolu 67(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi t-twaqqif ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja b’rispett għad-drittijiet fundamentali u s-sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri. |
|
2. |
Il-pjanijiet ta’ azzjoni pluriennali Ewropej dwar il-Ġustizzja Elettronika 2009-2013, 2014-2018 u 2019-2023 tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jisħqu dwar l-importanza tal-aċċess għall-każistika nazzjonali, il-ħtieġa ta’ standardizzazzjoni u arkitettura teknika deċentralizzata. |
|
3. |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar ir-rwol tal-imħallef nazzjonali fis-sistema ġudizzjarja Ewropea tisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aċċess transfruntier għall-każistika nazzjonali li tippermetti li l-imħallfin nazzjonali jaqdu r-rwol tagħhom fl-ordni ġuridiku Ewropew. |
II. IDENTIFIKAZZJONI TA’ ĦTIĠIJIET
|
4. |
Spazju Ewropew ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja fejn tista’ sseħħ kooperazzjoni ġudizzjarja ma jeħtieġx biss l-għarfien tad-dritt Ewropew, iżda b’mod partikolari l-għarfien reċiproku tas-sistemi legali ta’ Stati Membri oħra. |
|
5. |
Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika għandu jilħaq l-objettiv tat-tixrid tal-informazzjoni dwar is-sistemi legali tal-UE u tal-Istati Membri u għandu jservi bħala strument utli għaċ-ċittadini, il-professjonisti legali kif ukoll l-awtoritajiet tal-Istati Membri. |
|
6. |
L-għarfien dwar is-sustanza u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ma tistax tinkiseb biss minn sorsi legali tal-UE, iżda għandha tiġi kkunsidrata wkoll il-każistika tal-qrati nazzjonali, fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li jitolbu deċiżjoni preliminari, deċiżjonijiet li jsegwu deċiżjoni preliminari kif ukoll dawk li japplikaw waħedhom id-dritt tal-UE. |
|
7. |
Permezz ta’ appoġġ finanzjarju jew l-involviment dirett mill-Unjoni Ewropea, f’dawn l-aħħar snin rajna inizjattivi li jappoġġaw il-miri msemmija hawn fuq, bħalma huma l-meta search engine tan-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Supremi Ġudizzjarji tal-Unjoni Ewropea, il-bażijiet ta’ data Dec.Nat. u Jurifast tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġurisdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea, il-bażi ta’ data JURE (Ġurisdizzjoni, Rikonoxximent, Infurzar) tal-Kummissjoni Ewropea, l-EUR-Lex, u l-bażi ta’ data tal-każistika tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali. |
|
8. |
L-użu u l-appoġġ ta’ dawn l-inizjattivi ssottolinjaw il-ħtieġa għal tali bażijiet ta’ data iżda l-esperjenza uriet li t-tiftix f’dawn il-bażijiet ta’ data ħafna drabi huwa kumpless ħafna u mhux faċli għall-utent. |
|
9. |
Studju li sar minn task group tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Liġi Elettronika għamilha ċara li apparti l-problemi bil-multilingwiżmu, dawn il-problemi huma l-aktar minħabba n-nuqqas ta’ identifikaturi uniformi għall-każistika. Fil-livell nazzjonali jeżistu diversi sistemi ta’ identifikazzjoni, xi wħud minnhom magħżula mill-qorti, oħrajn speċifiċi għall-bejjiegħ. Bażijiet ta’ data magħmula biex issir riċerka dwar każistika minn Stati Membri diversi – li minnhom dawn ta’ hawn fuq huma biss xi ftit eżempji – xi kultant jivvintaw is-sistema ta’ identifikazzjoni proprja tagħhom, u xi kultant jagħmlu użu mill-ġdid ta’ waħda jew aktar mis-sistemi ta’ nnumerar nazzjonali. Għaldaqstant it-tiftix u ċ-ċitazzjoni tal-każistika fil-kuntest transfruntier huma ferm diffiċli: identifikaturi li jinħarġu minn sistema waħda jaf ma jkunux kompatibbli ma’ sistemi oħra. |
|
10. |
L-istudju msemmi hawn fuq għamilha ċara li jeżistu problemi komparabbli għall-metadata użata biex tiddeskrivi l-każistika. Il-fatt li kważi l-bażijiet ta’ data nazzjonali u Ewropej kollha jużaw regoli ta’ tismija u tfassil differenti għall-metadata jxekkel il-possibbiltajiet ta’ tiftix transfruntier effettiv u faċli ta’ każistika għall-imħallfin, il-professjonisti legali u ċ-ċittadini. |
III. IDENTIFIKAZZJONI TA’ SOLUZZJONIJIET
|
11. |
F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-prinċipju tad-deċentralizzazzjoni approvat mill-Pjanijiet ta’ Azzjoni Ewropej dwar il-Ġustizzja Elettronika u l-prinċipji tal-Qafas Ewropew tal-Interoperabbiltà, bażi ta’ data Ewropea ċentralizzata unika ma għandhiex tissostitwixxi soluzzjonijiet nazzjonali. Barra minn hekk, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-utenti li jirriżultaw għal oqsma speċifiċi tal-liġi jirrikjedu bażijiet ta’ data differenti b’funzjonalitajiet differenti, kemm jekk huma ta’ natura pubblika kif ukoll kummerċjali. |
|
12. |
Għaldaqstant, kemm biex jiġi ffaċilitat […] l-iżvilupp ulterjuri tal-bażijiet ta’ data dwar il-każistika Ewropea kif ukoll biex jinqdew il-professjonisti legali u ċ-ċittadini fl-użu tagħhom ta’ dawn il-bażijiet ta’ data, huwa indispensabbli li jkun hemm sistema komuni għall-identifikazzjoni, iċ-ċitazzjoni u l-metadata tal-każistika. Tali standard komuni jkun kompatibbli mal-prinċipji li ssemmew fil-paragrafu preċedenti. |
|
13. |
Għall-identifikazzjoni tad-deċiżjonijiet ġuridiċi għandu jintuża identifikatur standard li jkun jintgħaraf, jinqara u jinftiehem kemm mill-bniedem kif ukoll mill-kompjuters, u li jkun kompatibbli mal-istandards teknoloġiċi. Fl-istess ħin huwa mixtieq li s-sistemi nazzjonali ta’ identifikazzjoni jkunu jistgħu joperaw b’mod parallel ma’ tali standard Ewropew, iżda wkoll li standard Ewropew jista’ jservi bħala l-uniku standard nazzjonali għal dawk il-pajjiżi li jixtiequ hekk. |
|
14. |
Minħabba li l-organizzazzjoni tal-qrati u l-applikazzjonijiet tal-IT użati mill-qrati jvarjaw mhux biss bejn l-Istati Membri iżda wkoll fl-istess Stat Membru, għandu jkun possibbli li tiġi implimentata sistema ta’ identifikazzjoni u metadata qorti b’qorti. |
|
15. |
F’konformità mal-prinċipji ddikjarati dwar il-proporzjonalità u d-deċentralizzazzjoni, id-deċiżjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-qrati u t-tribunali f’din is-sistema ta’ identifikazzjoni tal-każistika u metadata jridu jittieħdu fil-livell nazzjonali. |
|
16. |
Minħabba li l-aċċettazzjoni tal-qrati u l-gvernijiet tal-Istati Membri hija ta’ importanza kbira għall-implimentazzjoni u l-użu ta’ sistema ta’ identifikazzjoni u metadata għall-każistika, saru konsultazzjonijiet dwar din ir-rakkomandazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-Unjoni Ewropea, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġurisdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea, in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, l-inizjattiva LEX, il-workshop CEN/Metalex, Semic.EU, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, ġew ikkunsidrati wkoll l-Identifikatur Ewropew tal-Leġislazzjoni u Akoma Ntoso, sabiex tiġi ottimizzata l-interoperabbiltà ma’ dawk l-istandards. |
|
17. |
Is-sistema ta’ identifikazzjoni u metadata għandha tkun magħrufa sew maċ-ċittadini u l-professjonisti legali. Barra minn hekk, biex jitjiebu l-possibbiltajiet li tinstab każistika li tkun fornuta b’identifikatur u metadata kif deskritt fl-Anness I, dawn id-deċiżjonijiet ġuridiċi għandhom ikunu jistgħu jitfittxu – bl-identifikatur u sett minimu ta’ metadata – permezz ta’ magna tat-tiftix komuni. L-arkitettura ta’ din il-magna tat-tiftix komuni għandha tkun deċentralizzata u integrata fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika. Minkejja li magna tat-tiftix komuni ssaħħaħ l-utilizzabbiltà ta’ sistema ta’ identifikazzjoni u metadata, din ma għandhiex tkun prerekwiżit għall-introduzzjoni tal-identifikazzjoni u l-metadata fil-livell nazzjonali. |
|
18. |
Il-magna tat-tiftix komuni ma għandux ikollha biss il-possibbiltà li tindiċja deċiżjonijiet minn websajts tal-ġudikatura iżda wkoll minn websajts oħrajn li jiddisseminaw il-każistika, pereżempju f’verżjonijiet sommarji jew tradotti. |
IV. DWAR L-ESTENSJONIJIET U T-TITJIB FL-ECLI
|
19. |
Tmien snin wara l-adozzjoni tal-ewwel verżjoni ta’ dawn il-Konklużjonijiet tal-Kunsill, l-ECLI ġie implimentat f’bażijiet ta’ data pubbliċi b’deċiżjonijiet tal-qrati minn sbatax-il Stat Membru, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bordijiet tal-Appell tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi. Ħafna minn dawn il-bażijiet ta’ data ġew indiċjati permezz tal-Magna tat-Tiftix tal-ECLI, li ġiet żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea f’konformità mal-paragrafu 27-f. |
|
20. |
L-ECLI qed jintuża bħala l-uniku mod jew bħala mod addizzjonali ta’ ċitazzjoni f’ħafna ġurisdizzjonijiet. Fil-“Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar l-Aħjar Prattiki rigward il-Pubblikazzjoni Online tad-Deċiżjonijiet tal-Qorti” (1) l-użu tal-ECLI u l-interkonnessjoni tal-bażijiet ta’ data nazzjonali tal-każistika bil-Magna tat-Tiftix tal-ECLI ġew identifikati bħala l-aħjar prattika. |
|
21. |
Minkejja l-fatt li jista’ jitqies li l-ECLI kkontribwixxa għaż-żieda fl-aċċessibilità għall-informazzjoni legali u għall-kwalità tagħha għall-benefiċċju tal-komunità legali, tfaċċaw xi nuqqasijiet tal-qafas tal-ECLI. Fl-istess ħin, żviluppi teknoloġiċi u għarfien ġdid joffru opportunitajiet għal titjib li jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-komunità legali. Għaldaqstant, ikun ta’ vantaġġ li jsiru xi titjib u estensjonijiet tal-istandard. |
|
22. |
Madankollu, minħabba l-għadd ta’ implimentazzjonijiet tal-ECLI, il-bidliet tekniċi fl-istandard jew l-estensjonijiet tiegħu ma għandhomx ixekklu l-investimenti magħmula fl-implimentazzjonijiet attwali u dawk li għadhom għaddejjin. F’dan il-kuntest, il-ġurisdizzjonijiet li implimentaw l-ECLI:
|
|
23. |
It-titjib u l-estensjonijiet tal-istandard tal-ECLI oriġinali jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:
|
|
24. |
L-ispeċifikazzjonijiet għall-ECLI-XL huma deskritti fil-Parti II tal-Anness I, filwaqt li l-metadata addizzjonali ġiet miżjuda fil-parti III tal-Anness I. |
|
25. |
Gwida għall-komunità legali dwar l-użu tal-ECLI u l-ECLI-XL hija inkluża fl-Anness II. |
V. INTRODUZZJONI TAL-ECLI
|
26. |
L-Istati Membri huma mistiedna jintroduċu, fuq bażi volontarja fil-livell nazzjonali, l-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI) u sett minimu ta’ metadata uniformi għall-każistika. |
|
27. |
Ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin ikunu japplikaw għall-Istati Membri li jiddeċiedu li jintroduċu l-ECLI u sett minimu ta’ metadata uniformi għall-każistika:
|
ANNESS I
Dwar speċifikazzjonijiet tekniċi, organizzazzjoni u implimentazzjoni
I. IL-FORMAT TAL-IDENTIFIKATUR EWROPEW TAL-KAŻISTIKA
|
1. |
L-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI) irid jikkonsisti f’dawn il-ħames komponenti li ġejjin, li jridu jidhru fl-ordni li ġejja:
|
|
2. |
Il-ħames komponenti tal-ECLI, kif definiti fit-taqsima preċedenti, jistgħu jiġu fformattjati f’wieħed minn żewġ sintassijiet, li huma kompletament ekwivalenti u jistgħu jintużaw b’mod interkambjabbli.
|
|
3. |
ECLI m’għandux ikollu spazju bejn il-karattri jew marki tal-punteġġatura, la fil-komponenti kostitwenti, u lanqas bejniethom – ħlief għal dawk imsemmija taħt (1-e) u (2). |
|
4. |
L-ittri fil-komponenti kollha jridu jkunu biss karattri alfanumeriċi tal-alfabett Latin. |
|
5. |
Fil-każ fejn l-elementi tal-ECLI jiġu sseparati b’żewġ punti, l-ittri fil-komponenti deskritti f’(1a), (1b), (1c) u (1e) preferibbilment jinkitbu b’ittri kapitali; iżda l-użu tal-ittri kapitali ma għandu jimplika ebda differenza fit-tifsira. Fil-każ fejn l-elementi jiġu sseparati minn linja mmejla, l-ittri kollha għandhom jinkitbu b’ittri żgħar. |
|
6. |
Biex ma jiġix kompromess l-użu jew il-komprensibbiltà tiegħu, ECLI m’għandu jiġi estiż b’ebda komponent ieħor, ħlief għal dawk deskritti fit-taqsima II. |
|
7. |
L-ispazju tal-isem ta’ ECLI irid jiġi rreġistrat fl-indirizz: https://e-justice.europa.eu/ecli. |
II. ESTENSJONI TAL-LINGWA TAL-ECLI
|
8. |
Il-qafas tal-ECLI huwa mibni fuq il-prinċipji tar-Rekwiżiti Funzjonali għal Reġistri Biblijografiċi (FRBR), li fuqhom huma bbażati wkoll standards oħra fil-qasam tal-informatika legali bħal CEN-Metalex, URN:LEX u Legal DocML (Akoma Ntoso). |
|
9. |
It-terminu “ECLI” huwa riżervat għall-identifikatur fil-livell operattiv u fil-livell tad-dokument biss. |
|
10. |
Biex tidentifika jew tirreferi għal-livell ta’ espressjoni jew ta’ manifestazzjoni, u/jew għal partijiet speċifiċi ta’ deċiżjoni tal-qorti, għandha tintuża l-Estensjoni tal-Lingwa tal-ECLI (ECLI-XL), kif deskritt f’din it-taqsima. |
A. Identifikatur tal-Livell ta’ Espressjoni
|
11. |
Espressjoni hija kwalunkwe verżjoni temporali, lingwistika u/jew editjata ta’ deċiżjoni tal-qorti fil-livell operattiv. Diversi espressjonijiet jistgħu jiġu identifikati b’mod uniku bl-użu tas-sintassi deskritta f’din it-taqsima. |
|
12. |
L-elementi li jidentifikaw espressjoni speċifika:
|
|
13. |
L-element tal-varjant temporali:
|
|
14. |
L-element tal-kompilatur:
|
|
15. |
L-element tal-lingwa:
|
|
16. |
L-element tal-komprensività:
|
|
17. |
Element ta’ espressjoni speċifika għall-kompilatur:
|
B. Identifikatur tal-Livell ta’ Manifestazzjoni
|
18. |
Manifestazzjoni hija l-materjalizzazzjoni fiżika ta’ espressjoni. Hemm biss element wieħed li jesprimi l-manifestazzjoni. L-element ta’ manifestazzjoni:
|
C. Frammenti
|
19. |
Huwa rakkomandat li d-deċiżjonijiet tal-qorti jiġu strutturati u mmarkati b’tali mod li partijiet speċifiċi minnhom (“frammenti”) ikunu jistgħu jiġu identifikati b’mod inekwivoku. Huwa rakkomandat li tintuża s-sintassi deskritta f’din it-taqsima. Alternattivament, jekk jintużaw identifikaturi oħra ta’ frammenti, huwa rakkomandabbli li jiġi pprovdut mekkaniżmu ta’ mmappjar u li dan il-mekkaniżmu ta’ mmappjar jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-ECLI. Anki jekk id-deċiżjonijiet tal-qrati ma jkunux disponibbli bi frammenti identifikabbli, tista’ tintuża s-sintassi f’din it-taqsima biex jinħolqu URIs li jirreferu għal frammenti speċifiċi ta’ deċiżjonijiet tal-qrati. |
|
20. |
L-identifikatur tal-frammenti jista’ jintuża fil-livell tax-xogħol, fil-livell ta’ espressjoni u fil-livell ta’ manifestazzjoni. |
|
21. |
Jekk jintuża, l-identifikatur tal-frammenti għandu jitqiegħed direttament wara l-aħħar element li jidentifika l-identifikatur tad-deċiżjoni sħiħa tal-qorti, li jista’ jkun l-ECLI, jew l-espressjoni tal-ECLI-XL jew l-element ta’ manifestazzjoni tal-ECLI-XL. |
|
22. |
Il-framment dejjem ikun preċedut b’“#”. |
|
23. |
Meta jintuża bħala identifikatur, il-framment jintuża biex tiġi identifikata parti waħda. |
|
24. |
Meta jintuża bħala referenza, il-framment jista’ jirreferi wkoll għal aktar frammenti. |
|
25. |
Il-framment singular jikkonsisti minn tikketta segwita minn element ta’ numerazzjoni. |
|
26. |
L-element tat-tikketta huwa obbligatorju, u jrid ikun abbrevjazzjoni (bl-Ingliż) mil-lista li ġejja (it-terminu sħiħ/l-ispjegazzjoni tiżdied bejn il-parentesi):
|
|
27. |
L-element ta’ numerazzjoni jsegwi immedjatament l-element tat-tikketta, mingħajr interpunzjoni jew spazju abjad. |
|
28. |
L-element ta’ numerazzjoni:
|
|
29. |
Framment singular jista’ jkollu struttura ġerarkika, bil-framment prinċipali msemmi l-ewwel. L-elementi mbejta jiġu separati b’sing. Ma hemmx preskrizzjonijiet dwar il-ġerarkija possibbli, ħlief li dawk l-elementi ġerarkiċi bl-istess tikketti ma jistgħux jingħaqdu f’ġerarkija waħda. |
|
30. |
Framment plural:
|
D. Riżoluzzjoni
|
31. |
Kwalunkwe applikazzjoni li ma tistax tinterpreta ECLI-XL għandha tkun tista’ tinjora dawk l-estensjonijiet. Dan jista’ jsir billi jitneħħa kollox minn parenteżi ta’ ftuħ (“(”) ’il quddiem (parenteżi inkluża), jew, jekk ma tintużax HTTP, minn hash (“#”) ’il quddiem, skont liema waħda tiġi l-ewwel. |
|
32. |
Is-siti web li jiżviluppaw mekkaniżmu biex URI tal-ECLI-XL jitwassal għall-espressjoni, il-manifestazzjoni jew il-framment korrett, għandhom jipprevedu metodu li jittratta URIs tal-ECLI-XL li ma jeżistux f’dak is-sit web speċifiku. Dan jista’ jiġi implimentat, pereżempju, billi wieħed jintbagħat fuq ħarsa ġenerali lejn il-verżjonijiet tal-ECLI li jkunu disponibbli minflok, jew li jiġi deċiż liema “l-aħjar tqabbila” għandha tiġi ppreżentata. |
III. METADATA
A. Introduzzjoni
|
33. |
It-Taqsima B fiha l-iskema tal-metadata mill-verżjoni oriġinali ta’ dawn il-Konklużjonijiet tal-Kunsill. It-Taqsima C fiha ħarsa ġenerali aġġornata u estiża lejn il-metadata. Biex ma tikkomplikax il-mudelli tad-data u l-funzjonament tal-bażijiet ta’ data nazzjonali u l-konnessjonijiet tagħhom mal-interfaċċa tat-tiftix tal-ECLI, l-iskema l-ġdida tal-metadata tinkludi kompletament l-iskema tal-metadata oriġinali u tibni fuqha, għalkemm minn perspettiva teknika setgħet tintgħażel konvenzjoni ta’ tismija oħra. B’eċċezzjoni, l-adattamenti għall-iskema oriġinali li ġew implimentati fl-iskema XML użata għall-interkonnessjoni bejn ir-repożitorji tal-Istati Membri u l-interfaċċa tat-tiftix tal-ECLI ġew implimentati fit-Taqsima C ukoll. |
B. L-Iskema tal-Metadata Oriġinali
|
34. |
Sabiex tiżdied il-komprensibbiltà u t-traċċabilità tal-każistika, kull dokument li fih deċiżjoni ġuridika għandu jkollu sett ta’ metadata kif deskritt f’dan il-paragrafu. Din il-metadata għandha tiġi deskritta kemm jista’ jkun possibbli skont l-istandards stabbiliti mid-Dublin Core Metadata Initiative (minn hawn il quddiem: DCMI), u kif speċifikat aktar f’dan il-paragrafu. |
|
35. |
Kull dokument li huwa istanza ta’ sentenza jew deskrizzjoni tagħha għandu, u fil-każ li jrid ikun jista’ jitfittex bl-interfaċċa kif deskritt fil-parti VI irid, ikollu l-metadata segwenti:
|
|
36. |
Kull dokument li huwa istanza ta’ sentenza jista’ jkun fih il-metadata segwenti:
|
|
37. |
Il-metadata kollha f’dan il-paragrafu li m’għandhiex format fiss jew li mhijiex ibbażata fuq skema jrid ikollha attribut lingwistiku. |
C. L-Iskema tal-Metadata Riveduta
|
38. |
Tista’ teżisti metadata fid-diversi livelli tad-dominju tal-FRBR. F’din it-taqsima huma speċifikati għal-livelli ta’ xogħol, espressjoni u manifestazzjoni. Il-metadata hija klassifikata sal-livell tal-FRBR tagħha abbażi tal-mira tad-dikjarazzjoni tal-metadata, mhux abbażi tal-livell tal-FRBR li jaħdem fuqu l-awtur tal-metadata (“awtur” għax-xogħol, “kompilatur” għall-espressjoni jew “editur” għall-manifestazzjoni). Għalhekk, kull kompilatur jista’ jagħmel dikjarazzjonijiet ta’ metadata dwar il-livell tax-xogħol u dwar l-espressjoni tiegħu stess, mhux dwar l-espressjonijiet ta’ kompilatur ieħor. |
|
39. |
L-iskema ta’ metadata riveduta u estiża tista’ tintuża b’mod indipendenti mill-użu ta’ ECLI-XL. |
|
40. |
Il-metadata hija fformulata fi speċifikazzjoni funzjonali. Ma hemm ebda qafas tekniku preskritt li jesprimi l-metadata, sabiex ma tiġi imposta ebda soluzzjoni teknika. F’kooperazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti tal-ECLI, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa standard tekniku biex tistandardizza l-iskambju tal-metadata bejn il-Magna tat-Tiftix tal-ECLI u r-repożitorji nazzjonali. |
|
41. |
It-tabelli fit-taqsimiet li ġejjin, li jispeċifikaw il-metadata għax-xogħol, l-espressjoni u l-manifestazzjoni, jinkludu l-kolonni li ġejjin:
|
|
42. |
Metadata tal-livell tax-xogħol
|
|
43. |
Metadata tal-livell ta’ espressjoni
|
|
44. |
Metadata fil-livell ta’ manifestazzjoni
|
IV. DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI NAZZJONALI
A. Il-Koordinatur Nazzjonali tal-ECLI
|
45. |
Kull Stat Membru li juża l-ECLI jrid jaħtar organizzazzjoni governattiva jew ġudizzjarja bħala l-koordinatur nazzjonali tal-ECLI. Pajjiż wieħed m’għandux ikollu aktar minn koordinatur wieħed għall-ECLI. |
|
46. |
Il-koordinatur nazzjonali tal-ECLI huwa responsabbli:
|
|
47. |
Il-koordinatur nazzjonali tal-ECLI għandu jippubblika fuq il-websajt tal-ECLI, kif definit fil-patri V, informazzjoni li tiddeskrivi l-mod li bih huwa kompost in-numru ordinali kif ukoll informazzjoni oħra rigward il-mod kif l-ECLI ikun qed jiġi implimentat. |
|
48. |
Jekk fi Stat Membru l-użu ta’ XX bħala kodiċi tal-qorti jkun permess għal deċiżjonijiet minn ġurisdizzjonijiet oħra, jenħtieġ li, jekk u meta fi ħdan il-ġurisdizzjoni l-oħra jkunu qed jiġu assenjati ECLIs tal-post għal dawk id-deċiżjonijiet, il-koordinatur nazzjonali tal-ECLI jieħu azzjoni xierqa biex jissostitwixxi dawn l-XX-ECLIs b’ECLIs tal-post, bl-użu tal-element <ReplacedBy/>. Ma hemm ebda obbligu għal ebda koordinatur tal-ECLI li jimla l-element <Replaces/> b’ECLIs b’kodiċi tal-qorti XX li seta’ ġie assenjat minn Stati Membri oħra. |
B. Implimentazzjoni
|
49. |
L-implimentazzjoni nazzjonali tal-ECLI hija responsabbiltà nazzjonali, minkejja d-disponibbiltà possibbli ta’ finanzjament Ewropew. |
|
50. |
Il-qrati u t-tribunali fl-istess pajjiż jistgħu jissieħbu fis-sistema tal-ECLI f’perijodi differenti. |
|
51. |
Sabiex tiġi faċilitata r-referenza għalihom, l-ECLI għandu jintuża wkoll f’materjalizzazzjonijiet fiżiċi tas-sentenza nnifisha. |
|
52. |
Huwa rrakkomandat li jiġi assenjat ECLI għas-sentenzi kollha li jkunu ngħataw, u mhux biss għal dawk li jiġu ppubblikati fuq il-websajts tal-ġudikatura. |
|
53. |
L-ECLI jista’ jkun assenjat lil sentenzi mill-passat. Approċċ bħal dan huwa mħeġġeġ. |
|
54. |
Fil-livell nazzjonali l-assenjar tal-ECLI għandu jkun organizzat bħala servizz separat, f’konformità mal-linji gwida tal-Qafas Ewropew tal-Interoperabbiltà. |
|
55. |
Meta jiġi inkluż f’deċiżjoni tal-qorti jew stampat fuqha, huwa rrakkomandat li mhux biss jidher l-ECLI f’sintassi bbażata fuq iż-żewġ punti, iżda li tidher ukoll HTTP URI tal-manifestazzjoni. Din tal-aħħar tista’ tiġi ttikkettata bħala “dan id-dokument”, “din il-verżjoni” jew tikketta komparabbli. |
V. IL-WEBSAJT TAL-ECLI
|
56. |
Għandha tkun stabbilita websajt tal-ECLI; din il-websajt għandha tkun parti mill-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika. |
|
57. |
Il-websajt għandu jkun fiha:
|
VI. IL-MAGNA TAT-TIFTIX TAL-ECLI
|
58. |
Għandu jkun hemm Magna tat-Tiftix tal-ECLI għat-tiftix ta’ deċiżjonijiet tal-qorti permezz tal-ECLI, il-metadata u t-test. |
|
59. |
F’konformità mal-pjan ta’ azzjoni Ewropew dwar il-Ġustizzja Elettronika, il-Magna tat-Tiftix tal-ECLI għandha tkun waħda deċentralizzata: bażi ta’ data fil-livell Ewropew m’għandux ikollha l-għan li tissostitwixxi soluzzjonijiet nazzjonali. |
|
60. |
Il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli għall-funzjonament tekniku tal-Magna tat-Tiftix tal-ECLI. |
|
61. |
Ir-reġistru tal-kompilaturi tal-espressjonijiet irid jinżamm mill-Kummissjoni u għandu jkun aċċessibbli permezz tal-Magna tat-Tiftix tal-ECLI. |
|
62. |
Il-Magna tat-Tiftix tal-ECLI għandu jkollha RESTful API. |
|
63. |
Għall-utenti finali, il-Magna tat-Tiftix tal-ECLI trid tkun disponibbli permezz tal-websajt tal-ECLI, għalkemm m’għandhiex għalfejn tkun parti teknika integrali tagħha. |
|
64. |
Il-Kummissjoni Ewropea trid tagħmel disponibbli interfaċċa li tkun deskritta tajjeb għall-indiċjar tal-bażijiet ta’ data b’deċiżjonijiet tal-qorti permezz tal-Magna tat-Tiftix tal-ECLI. |
|
65. |
F’każ ta’ abbuż jew imġiba ħażina, il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tinnega lil organizzazzjoni d-dritt li tkun konnessa mal-Magna tat-Tiftix tal-ECLI, jew li organizzazzjoni tiġi skonnettjata f’każ ta’ ksur sistematiku. |
|
66. |
Riżolutur irid ikun disponibbli fuq https://e-justice.europa.eu/ecli/ li jfisser li jekk jinkitbu l-ittri ECLI wara dan l-indirizz elettroniku tintwera d-data disponibbli fuq dan l-ECLI permezz tal-interfaċċa tat-tiftix. Barra minn hekk, tista’ tintuża wkoll https://ecli.eu. |
VII. L-ECLI fl-UE
|
67. |
Il-koordinatur tal-ECLI għall-ġurisdizzjonijiet tal-UE huwa l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
|
68. |
Fejn xieraq fl-Anness I “pajjiż” jew “Stat Membru” għandu jaqra “UE”. |
ANNESS II
Dwar l-użu tal-ECLI u tal-ECLI-XL fit-testi ġuridiċi
|
1. |
L-isem “ECLI” għandu jintuża biss biex jindika deċiżjoni tal-qorti fil-livell tax-xogħol. |
|
2. |
Huwa rrakkomandat li jintuża l-ECLI biex jiġu ċitati d-deċiżjonijiet tal-qorti, bħala mod preferut jew addizzjonali ta’ ċitazzjoni. |
|
3. |
Meta jintuża għal ċitazzjoni, ECLI għandu dejjem jinkiteb sħiħ. Ebda element ma għandu jitħalla barra. |
|
4. |
Meta l-ECLIs jiġu ċitati f’testi li huma maħsuba biex jinqraw mill-bniedem, huwa rakkomandat ferm li tintuża s-sintassi bbażata fuq iż-żewġ punti b’ittri kbar jew b’ittri żgħar skont il-preferenza. |
|
5. |
Meta, f’dokumenti legali, isiru referenzi għal deċiżjonijiet tal-qorti, f’maġġoranza tal-każijiet ir-referenza hija maħsuba biex issir fuq il-livell tax-xogħol, indipendentement minn varjant speċifiku lingwistiku, temporali, editorjali jew ieħor. Għalhekk, l-ECLI għandu jintuża biex issir tali referenza, mingħajr ebda indikazzjoni ta’ varjant speċifiku. |
|
6. |
Jistgħu jeżistu eċċezzjonijiet għal din ir-regola jekk – għal raġunijiet legali jew dokumentarji – tkun trid issir referenza espliċita għal varjant speċifiku, eż. meta jitqabblu żewġ varjanti lingwistiċi. |
|
7. |
ECLI-XL huwa mfassal biex jiddistingwi bejn dawn il-varjanti b’mod tekniku; madankollu, huwa rrakkomandat ferm li ECLI-XL ma jintweriex f’testi li huma maħsuba biex jinqraw mill-bniedem, iżda li r-referenza sħiħa tal-ECLI-XL tintwera biss f’nota f’qiegħ il-paġna jew bħala kodiċi tekniku f’hyperlink. |
|
8. |
Jekk is-sistemi ta’ informazzjoni jippreferu jiggwidaw lill-utent għal espressjoni jew manifestazzjoni speċifika ta’ deċiżjoni tal-qorti, għalkemm tali varjanti mhumiex ta’ rilevanza legali, ir-rabta għandha tiġi stabbilita b’tali mod (eż. bl-użu ta’ stylesheets) li l-utenti jkunu protetti minn kwalunkwe informazzjoni li tista’ toħloq nuqqas ta’ ftehim dwar il-livell ta’ referenza maħsub. |
|
9. |
Għall-kuntrarju tal-espressjoni jew manifestazzjoni speċifika ta’ deċiżjoni tal-qorti, ir-referenzi f’testi legali għal partijiet speċifiċi ta’ sentenza jsiru b’mod espliċitu u intenzjonalment. Peress li ECLI-XL huwa suxxettibbli għal żbalji meta r-referenzi għal frammenti jinbnew jew jinqraw mill-bniedem, huwa rrakkomandat ferm li l-użu tar-referenzi tal-ECLI-XL għal frammenti jsir biss f’hyperlinks u kodiċi ieħor li jinqara mill-magni, jew bħala informazzjoni addizzjonali f’noti f’qiegħ il-paġna, filwaqt li l-frammenti għandhom jiġu deskritti fit-test skont id-drawwiet jew il-gwidi lokali dwar iċ-ċitazzjonijiet. |
|
24.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 360/23 |
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni
(2019/C 360/02)
Il-Kummissjoni tinnota li l-Unjoni għandha kompetenza esterna esklussiva rigward l-indikazzjonijiet ġeografiċi, u qiegħda taderixxi mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona bħala Parti għaliha nfisha. Dan jirriżulta mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-25/10/2017 (Każ C-389/15 - Il-Kummissjoni vs il-Kusnsill). Fid-dawl tal-kompetenza esterna esklussiva tal-UE, mhux permess li l-Istati Membri jsiru Partijiet għall-Att ta’ Ġinevra għalihom infushom, u jenħtieġ li ma jibqgħux jipproteġu indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ġodda rreġistrati minn membri ta’ pajjiżi terzi għas-sistema ta’ Lisbona. Il-Kummissjoni, konxja miċ-ċirkustanzi eċċezzjonali billi seba’ Stati Membri ilhom żmien twil Partijiet għall-Ftehim ta’ Lisbona, u konxja li dawn għandhom proprjetà intellettwali estensiva rreġistrata fil-qafas tiegħu u li hemm bżonn tranżizzjoni bla xkiel, kienet tkun lesta taqbel, eċċezzjonalment, li f’dan il-każ partikulari, BG, CZ, SK, FR, HU, IT u PT setgħu ġew awtorizzati li jaderixxu mal-Att ta’ Ġinevra fl-interess tal-UE.
Il-Kummissjoni toġġezzjona bil-qawwi għall-insistenza kontinwa tal-Kunsill rigward il-possibbiltà li kull Stat Membru tal-UE li jkun jixtieq, jiġi awtorizzat biex jirratifika jew jaderixxi mal-Att ta’ Ġinevra flimkien mal-Unjoni, filwaqt li tagħti bħala raġuni r-regolarizzazzjoni tad-drittijiet tal-vot tal-Unjoni fid-dawl tal-punt (b)(ii) tal-Artikolu 22(4) tal-Att ta’ Ġinevra, pjuttost milli ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tixtieq tfakkar li, ġaladarba l-Unjoni diġà eżerċitat il-kompetenza interna tagħha għall-indikazzjonijiet ġeografiċi agrikoli, l-Istati Membri tal-UE ma jistax ikollhom sistemi tagħhom stess ta’ protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi agrikoli.
Għaldaqstant, il-Kummissjoni żżomm id-drittijiet tagħha, inkluż id-dritt li tirrikorri għal rimedju legali kontra d-deċiżjoni tal-Kunsill, u f’kull każ, tqis li dan il-każ ma jistax jikkostitwixxi preċedent għal ebda ftehim ieħor internazzjonali jew tad-WIPO eżistenti jew futur, b’mod partikulari, iżda mhux biss, fejn l-UE diġà tkun irratifikat ftehimiet hi stess abbażi tal-kompetenza esklussiva tagħha.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 360/24 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-23 ta' Ottubru 2019
(2019/C 360/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1123 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
120,63 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4707 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86408 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,7385 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1004 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
138,90 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,1775 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,638 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
329,11 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2786 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7603 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,4318 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6252 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4558 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7235 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7361 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5161 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 303,45 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,3217 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8684 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4418 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 604,46 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6578 |
|
PHP |
Peso Filippin |
56,765 |
|
RUB |
Rouble Russu |
71,0887 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
33,730 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,5459 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,3268 |
|
INR |
Rupi Indjan |
78,8245 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
24.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 360/25 |
Avviż mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-produzzjoni tal-idrokarburi
Avviż tal-applikazzjoni ta’ konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali
(2019/C 360/04)
TAQSIMA I: BAŻI ĠURIDIKA
|
1. |
L-Artikolu 49ec(2) tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2019, il-punt 868, kif emendat) |
|
2. |
Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni Speċjali bil-lingwa Pollakka: Kapitolu 6, Volum 2, p. 262) |
TAQSIMA II: ENTITÀ LI QED ISSEJJAĦ GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET
|
Isem: Ministeru għall-Ambjent |
|
Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54, 00-922 Varsavja, il-Polonja |
|
Tel. +48 223692449 |
|
Faks +48 223692460 |
|
Sit web: www.gov.pl/web/srodowisko |
TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA
1. Informazzjoni dwar il-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet ta’ konċessjoni:
Ġiet ippreżentata applikazzjoni ta’ konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Września” lill-awtorità tal-konċessjoni.
2. Tip ta’ attivitajiet li għalihom il-konċessjoni għandha tingħata:
Konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Września”, parti mill-blokka ta’ konċessjoni Nru 208.
3. Żona li fiha l-attivitajiet għandhom jitwettqu:
Il-konfini taż-żona huma ddefiniti permezz tal-linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:
|
Le |
X [PL-1992] |
Y [PL-1992] |
|
1 |
5 159 30, 240 |
3 980 83, 120 |
|
2 |
5 159 63, 510 |
3 982 08, 960 |
|
3 |
5 153 76, 160 |
4 321 38, 190 |
|
4 |
4 875 44, 580 |
4 316 28, 470 |
|
5 |
4 881 33, 210 |
3 975 06, 680 |
|
6 |
4 973 98, 760 |
3 976 98, 610 |
|
7 |
5 159 30, 234 |
3 980 83, 120 |
L-erja tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona hija ta’ 950,19 km2.
Post tal-amministrazzjoni:
Il-Provinċja ta’ Wielkopolskie;
Id-Distrett ta’ Gniezno, il-muniċipalitajiet rurali ta’ Gniezno, Łubowo, Niechanowo, il-muniċipalitajiet urbani u rurali ta’ Czerniejewo, Witkowo, il-muniċipalità urbana ta’ Gniezno;
Id-Distrett ta’ Słupca, il-muniċipalitajiet rurali ta’ Orchowo, Słupca, Ostrowite, Powidz, Strzałkowo, il-muniċipalità urbana ta’ Słupca;
Id-Distrett ta’ Września, il-muniċipalità rurali ta’ Kołaczkowo, il-muniċipalitajiet urbani u rurali ta’ Miłosław, Września, Nekla.
4. Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet ta’ konċessjoni minn entitajiet oħra interessati fl-attività li għaliha għandha tingħata l-konċessjoni, mill-inqas 90 jum qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:
L-applikazzjonijiet ta’ konċessjoni jridu jiġu sottomessi lill-Ministeru tal-Ambjent sa mhux iktar tard min-nofsinhar (12:00) (CET/CEST) tal-aħħar jum tal-perjodu ta’ 180 jum li jibda mill-għada tad-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5. Kriterji tal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet ta’ konċessjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, stabbiliti b’kunsiderazzjoni xierqa tal-Artikolu 49k(1), (1a) u (3) tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni:
L-applikazzjonijiet li jaslu se jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:
|
30 % – |
l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni proposti; |
|
20 % – |
l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta’ kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-massi ċilindriċi tat-tħaffir. |
|
20 % – |
il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta rispettivament mal-prospettar u mal-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi se jitwettqu, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta’ finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern; |
|
20 % – |
it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni; |
|
5 % – |
il-kapaċitajiet tekniċi rispettivament għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà tal-potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani xieraq (inkluż 2 % għall-kollaborazzjoni, fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi, flimkien ma’ korpi xjentifiċi li jwettqu r-riċerka fil-ġeoloġija tal-Polonja, u ta’ għodod, teknoloġiji u metodi analitiċi għall-prospettar ta’ depożiti tal-idrokarburi li jqisu l-ispeċifiċità tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi Pollakki u li jistgħu jiġu applikati f’dawk il-kundizzjonijiet); |
|
5 % – |
l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta’ operazzjoni sigura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent; |
Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess riżultat, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt minerarju dovuti matul il-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni se jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.
TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI
IV.1) L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
|
Ministeru għall-Ambjent |
|
Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi] |
|
ul. Wawelska 52/54 |
|
00-922 Varsavja/Warsaw |
|
POLSKA/Il-POLONJA |
IV.2) Għal aktar tagħrif, ara:
|
— |
is-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent: https://www.gov.pl/web/srodowisko |
|
— |
Id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi
|
IV.3) Deċiżjoni ta’ Kwalifika
L-applikazzjonijiet ta’ konċessjoni jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom inħarġet deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni.
IV.4) Tariffa minima għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju:
L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għaż-żona “Września” matul il-perjodu bażi ta’ ħames snin tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni huwa ta’ PLN 212 833.06 (mitejn u tnax-il elf, tmien mija u tlieta u tletin zloty, u sitt grosz) fis-sena. It-tariffa annwali għall-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-fini ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni ta’ minerali hija indiċjata mal-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet tal-konsumatur stabbiliti b’mod kumulattiv għall-perjodu mill-konklużjoni tal-ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika Monitor Polski (Il-Gazzetta Uffiċjali).
IV.5) Għoti tal-konċessjoni u stabbiliment tal-użufrutt minerarju
L-awtorità tal-konċessjoni, wara li tkun kisbet l-opinjonijiet jew il-ftehimiet meħtieġa skont l-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, se tagħti konċessjonijiet għall-prospettar u għall-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi:
|
1) |
lill-entità li tippreżenta l-applikazzjoni ta’ konċessjoni li tikseb l-ogħla punteġġ, jew |
|
2) |
fejn tikseb l-ogħla punteġġ applikazzjoni ta’ konċessjoni li tkun tiġi ppreżentata b’mod konġunt minn diversi entitajiet, lill-partijiet ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni — ladarba dak il-ftehim jiġi ppreżentat lill-awtorità tal-konċessjoni. |
—u, fl-istess ħin, mhux se tagħti konċessjonijiet lil entitajiet oħra (l-Artikolu 49ee(1) tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni)
L-awtorità tal-konċessjoni se tikkonkludi kuntratt ta’ użufrutt minerarju mal-entità li tippreżenta applikazzjoni ta’ konċessjoni li tikseb l-ogħla punteġġ u meta tikseb l-ogħla punteġġ applikazzjoni ta’ konċessjoni li tkun tiġi ppreżentata b’mod konġunt minn diversi entitajiet, mal-partijiet ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni (l-Artikolu 49ee(2) tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni). Sabiex ikun jista’ jwettaq attivitajiet li jinvolvu l-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u l-estrazzjoni tal-idrokarburi fil-Polonja, operatur irid ikollu kemm drittijiet ta’ użufrutt minerarju kif ukoll konċessjoni.
IV.6) Rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-applikazzjonijiet ta’ konċessjoni u dokumenti meħtieġa mill-applikanti:
L-Artikolu 49eb tal-Att dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni jistabbilixxi l-partijiet li jagħmlu parti mill-applikazzjoni ta’ konċessjoni.
Iż-żmien tal-formazzjonijiet ġeoloġiċi (għan ġeoloġiku) fejn se jitwettqu x-xogħlijiet ġeoloġiċi jenħtieġ li jiġi indikat bħala l-għan tax-xogħlijiet, fosthom l-operazzjonijiet ġeoloġiċi.
IV.7) Kategorija minima tal-esplorazzjoni għad-depożiti:
Il-Kategorija C hija l-kategorija minima tal-esplorazzjoni għad-depożiti taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Września”.
|
24.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 360/28 |
Lista ta’ trusts u arranġamenti legali simili regolati taħt il-liġi tal-Istati Membri kif notifikati lill-Kummissjoni
(2019/C 360/05)
Il-lista konsolidata attwali hija ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 31(10) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (1), li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, kif emendata. Il-lista hija bbażata esklużivament fuq it-trusts jew l-arranġamenti legali simili nnotifikati mill-Istati Membri sal-10 ta’ Settembru 2019.
|
Stat Membru |
Trust jew arranġament ġuridiku simili nnotifikat |
||||||
|
Il-Belġju |
Fideï-commis de residuo |
||||||
|
Il-Bulgarija |
Ebda |
||||||
|
Iċ-Ċekja |
Svěřenský fond |
||||||
|
Id-Danimarka |
Ebda |
||||||
|
Il-Ġermanja |
Ebda notifika |
||||||
|
L-Estonja |
Ebda |
||||||
|
L-Irlanda |
|
||||||
|
Il-Greċja |
Ebda |
||||||
|
Spanja |
Ebda notifika |
||||||
|
Franza |
Fiducies |
||||||
|
Il-Kroazja |
Ebda |
||||||
|
L-Italja (*1) |
|
||||||
|
Ċipru (*1) |
|
||||||
|
Il-Latvja |
Ebda |
||||||
|
Il-Litwanja |
Ebda |
||||||
|
Il-Lussemburgu |
|
||||||
|
L-Ungerija |
Vagyonkezelő alapítvány |
||||||
|
Malta |
|
||||||
|
In-Netherlands (*1) |
Fonds |
||||||
|
L-Awstrija |
Ebda notifika |
||||||
|
Il-Polonja |
Ebda |
||||||
|
Il-Portugall |
Ebda notifika |
||||||
|
Ir-Rumanija |
Fiducia |
||||||
|
Is-Slovenja |
Ebda |
||||||
|
Is-Slovakkja |
Ebda |
||||||
|
Il-Finlandja |
Ebda |
||||||
|
L-Iżvezja |
Ebda |
||||||
|
Ir-Renju Unit |
Ebda notifika |
(*1) Trusts huma rikonoxxuti abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta’ Lulju 1985 dwar il-Liġi Applikabbli għat-Trusts u għar-Rikonoxximent tagħhom żviluppata mill-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 360/30 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9591 — MHI/PT)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 360/06)
1.
Fil-15 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).
Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mitsubishi Heavy Industries, Ltd. (“MHI”, il-Ġappun), |
|
— |
Primetals Technologies, Limited (“PT”, ir-Renju Unit), ikkontrollata b’mod konġunt minn MHI u Siemens Aktiengesellschaft (“Siemens AG”, il-Ġermanja). |
MHI takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ PT kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
MHI: il-bini ta’ vapuri u żvilupp tal-oċean, sistemi ta’ enerġija, sistemi tal-enerġija nukleari, kompressuri u trenijiet kompressuri, makkinarju industrijali, karozzi, inġinerija, infrastruttura u oħrajn, |
|
— |
PT: id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ impjanti fl-industrija metallurġika u servizzi ta’ ġestjoni ta’ proġetti assoċjati. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.
Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9591 — MHI/PT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
24.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 360/32 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9499 — AXA/Cardif/SECAR)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 360/07)
1.
Fis-16 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
AXA (Franza), |
|
— |
BNP Paribas Cardif (Cardif, Franza), ikkontrollata minn BNP Paribas, |
|
— |
Société Civile pour l’Etude et l’Aménagement du Centre d’Affaires Régional de Rungis (SECAR, Franza), ikkontrollata minn Cardif. |
AXA u Cardif jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ SECAR kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
AXA: grupp tal-assigurazzjonijiet attiv mad-dinja kollha fis-settur tal-assigurazzjoni tal-ħajja, is-saħħa u ta’ forom oħra tal-assigurazzjoni, kif ukoll fil-ġestjoni ta’ investimenti; |
|
— |
Cardif: grupp ta’ assigurazzjonijiet attiv mad-dinja kollha fis-settur tal-prodotti tat-tfaddil u tal-protezzjoni u fil-ġestjoni ta’ investimenti; |
|
— |
SECAR: impriża proprjetarja taċ-ċentru kummerċjali “Belle Épine”, li jinsab f’Thiais fl-Île-de-France. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9499 — AXA/Cardif/SECAR
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+32 22964301
Indirizz postali:
|
Commission européenne |
|
Direction générale de la concurrence |
|
Greffe des concentrations |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
24.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 360/33 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9531 — Assicurazioni Generali/Seguradoras Unidas/AdvanceCare)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 360/08)
1.
Fis-16 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).
Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Assicurazioni Generali S.p.A. (“Generali”, l-Italja); |
|
— |
Seguradoras Unidas, S.A. (“Seguradoras Unidas”, il-Portugall), bħalissa kkontrollata minn fondi ta’ investiment ġestiti mill-affiljati ta’ Apollo Management, LP. (l-“Apollo Group”, l-Istati Uniti tal-Amerika); |
|
— |
AdvanceCare Gestão de Serviços de Saúde, S.A (“AdvanceCare”, il-Portugall) bħalissa kkontrollata minn fondi ta’ investiment ġestiti mill-affiljati tal-Apollo Group. |
Generali takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Seguradoras Unidas u AdvanceCare kollha kemm huma.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Generali: il-provvista ta’ servizzi tal-assigurazzjoni, tar-riassikurazzjoni, ġestjoni ta’ assi u servizzi ta’ assistenza f’60 pajjiż madwar id-dinja. |
|
— |
Seguradoras Unidas: il-provvista tal-assigurazzjoni fil-Portugall. |
|
— |
AdvanceCare: il-provvista fil-Portugall ta’ ġestjoni tal-assigurazzjoni tas-saħħa, valutazzjoni tar-riskju u servizzi ta’ ġestjoni ta’ talbiet. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.
Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9531 — Assicurazioni Generali/Seguradoras Unidas/AdvanceCare
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).