ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 349

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
15 ta' Ottubru 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 349/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9405 — CPF/Itochu/HyLife) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2019/C 349/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1721, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1717 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

2

2019/C 349/03

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 349/04

Rata tal-kambju tal-euro — L-14 ta' Ottubru 2019

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2019/C 349/05

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

5

2019/C 349/06

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

6

2019/C 349/07

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

7

2019/C 349/08

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità L-istabbiliment ta’ obbligi tas-servizz pubbliku rigward is-servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

8


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 349/09

SEJĦA GĦAL PROPOSTI – EACEA 33/2019 TAĦT IL-PROGRAMM Erasmus+ KA3 – Appoġġ għar-Riforma Politika Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali

9


 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9405 — CPF/Itochu/HyLife)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 349/01)

Fid-9 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9405. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

15.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1721, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1717 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

(2019/C 349/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1721 (2),u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1717 (4) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni għandhom jiġu inklużi fuq il-lista ta’ persuni, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/1686 sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għaliex ġew inklużi fil-lista msemmija hawn fuq. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuni kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għar-rieżami regolari tal-lista mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2016/1686. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, dawn għandhom jiġu ppreżentati sal-31 ta’ Lulju 2020.

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.

(2)  ĠU L 262, 15.10.2019, p. 64.

(3)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.

(4)  ĠU L 262, 15.10.2019, p. 11.


15.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/3


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

(2019/C 349/03)

L-attenzjoni tas-suġġetti tad-data qed tinġibed għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet ġuridiċi għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1721 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1717 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, Tkabbir u Protezzjoni Ċivili - RELEX fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-iskop tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1721, u r-Regolament (UE) 2016/1686, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1717.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament (UE) 2016/1686.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża skont kif ikun meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm idumu l-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.

(3)  ĠU L 262, 15.10.2019, p. 64.

(4)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.

(5)  ĠU L 262, 15.10.2019, p. 11.


Il-Kummissjoni Ewropea

15.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta' Ottubru 2019

(2019/C 349/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1031

JPY

Yen Ġappuniż

119,40

DKK

Krona Daniża

7,4689

GBP

Lira Sterlina

0,87983

SEK

Krona Żvediża

10,8523

CHF

Frank Żvizzeru

1,0983

ISK

Krona Iżlandiża

138,10

NOK

Krona Norveġiża

10,0463

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,823

HUF

Forint Ungeriż

331,44

PLN

Zloty Pollakk

4,2931

RON

Leu Rumen

4,7546

TRY

Lira Turka

6,5424

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6325

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4576

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6529

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7529

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5103

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 307,06

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,3283

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7988

HRK

Kuna Kroata

7,4315

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 586,80

MYR

Ringgit Malażjan

4,6198

PHP

Peso Filippin

56,899

RUB

Rouble Russu

70,8543

THB

Baht Tajlandiż

33,529

BRL

Real Brażiljan

4,5395

MXN

Peso Messikan

21,2983

INR

Rupi Indjan

78,5245


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

15.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/5


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 349/05)

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Rotta kkonċernata

Brno (ir-Repubblika Ċeka) – Munich (il-Ġermanja)

Data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

fil-25 ta’ Marzu 2018.

Data tad-dħul fis-seħħ tal-modifiki

fid-29 ta’ Marzu 2020.

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test, u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Jihomoravský kraj — Krajský úřad

Žerotínovo nám. 449/3

601 82 Brno

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Tel. +420 541651338

Faks + 420 541651349

Email: megova.dana@kr-jihomoravsky.cz

Sit web: www.kr-jihomoravsky.cz


15.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/6


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 349/06)

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Rotot ikkonċernati

Brno (ir-Repubblika Ċeka) — Munich (il-Ġermanja)

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Bejn wieħed u ieħor mid-29 ta’ Marzu 2020 sat-28 ta’ Marzu 2024

Skadenza għas-sottomissjoni tal-offerti

fit-3 ta’ Frar 2020.

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligi tas-servizz pubbliku modifikati

Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Jihomoravský kraj — Krajský úřad

Žerotínovo nám. 449/3

601 82 Brno

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Tel. +420 541651338

Fax +420 541651349

Email: megova.dana@kr-jihomoravsky-cz

Sit web: www.kr-jihomoravsky.cz


15.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/7


Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 349/07)

Stat Membru

L-Estonja

Rotta kkonċernata

Tallinn (TLL) — Kuressaare (URE)

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

1 ta’ April 2020–31 ta’ Marzu 2024

Skadenza għas-sottomissjoni tal-offerti

L-1 ta’ Frar 2020

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu bla ħlas it-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Iktar informazzjoni:

L-Amministrazzjoni Estonjana tat-Toroq

Riigihangete talitus

Teelise 4

10916, Tallinn

EESTI/ESTONIA

Tel. +372 6119300

Posta elettronika: INFO@MNT.EE

Sit web:

https://riigihanked.riik.ee/rhr-web/#/procurement/1602749/overview/activities

https://ted.europa.eu/udl?uri=TED:NOTICE:436203-2019:TEXT:EN:HTML&tabId=0


15.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/8


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

L-istabbiliment ta’ obbligi tas-servizz pubbliku rigward is-servizzi tal-ajru skedati

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 349/08)

Stat Membru

L-Estonja

Rotta kkonċernata

Tallinn (TLL) – Kuressaare (URE)

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

L-1 ta’ April 2020

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu bla ħlas it-test u kwalunkwe informazzjoni jew dokumentazzjoni oħra marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Iktar informazzjoni:

L-Amministrazzjoni Estonjana tat-Toroq

Riigihangete talitus

Teelise 4

10916, Tallinn

EESTI/ESTONIA

Tel. +372 6119300

Posta elettronika: INFO@MNT.EE

Sit web:

https://riigihanked.riik.ee/rhr-web/#/procurement/1602749/overview/activities

https://ted.europa.eu/udl?uri=TED:NOTICE:436203-2019:TEXT:EN:HTML&tabId=0


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/9


SEJĦA GĦAL PROPOSTI – EACEA 33/2019

TAĦT IL-PROGRAMM Erasmus+

KA3 – Appoġġ għar-Riforma Politika

Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali

(2019/C 349/09)

1.   Objettiv

L-objettiv ġenerali tas-sejħa huwa li jiġu appoġġjati l-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ pjattaformi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali ta’ Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali (CoVEs) għall-konnessjoni ta’ Ċentri li joperaw f’kuntest lokali partikolari fil-livell Ewropew.

Il-pjattaformi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali se jgħaqqdu flimkien CoVEs li:

Jikkondividu interess komuni f’setturi jew negozji speċifiċi (eż. l-ajrunawtika, l-elettromobbiltà, il-kura tas-saħħa, it-turiżmu, eċċ.), jew

Flimkien jiżviluppaw approċċi innovattivi biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjetali, teknoloġiċi u ekonomiċi (eż. it-tibdil fil-klima, id-diġitalizzazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali, l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli, l-integrazzjoni tal-migranti, l-appoġġ lill-istudenti b’diżabbiltżà/bi bżonnijiet speċjali, it-titjib tal-ħiliet ta’ nies b’livell baxx ta’ ħiliet u/jew livelli ta’ kwalifiki baxxi, eċċ.).

Il-pjattaformi se joħolqu punti ta’ referenza ta’ klassi dinjija għat-taħriġ vokazzjonali. Dawn se jkunu inklużivi u jew jgħaqqdu flimkien il-CoVEs eżistenti f’pajjiżi differenti, jew jespandu l-mudell billi jorbtu l-CoVEs stabbiliti sew f’pajjiż wieħed ma’ sħab f’pajjiżi oħra, li beħsiebhom jiżviluppaw CoVEs fl-ekosistema lokali tagħhom, u b’hekk jikkontribwixxu għal “konverġenza ’l fuq” tal-eċċellenza tal-ETV.

Il-CoVEs se jadottaw approċċ minn isfel għal fuq għal eċċellenza fejn l-istituzzjonijiet tal-ETV huma kapaċi jadattaw malajr il-provvista ta’ ħiliet għal ħtiġijiet lokali li qed jevolvu. Huma għandhom l-għan li jgħaqqdu flimkien sett ta’ sħab lokali/reġjonali bħall-fornituri tal-ETV inizjali u kontinwi, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni terzjarja, inklużi universitajiet tax-xjenzi applikati u politekniċi, istituzzjonijiet tar-riċerka, parks tax-xjenza, kumpaniji, intrapriżi soċjali, kmamar u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, sħab soċjali, kunsilli settorjali tal-ħiliet, assoċjazzjonijiet professjonali/settorjali, awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u aġenziji tal-iżvilupp, servizzi pubbliċi tal-impjiegi, eċċ.

Il-proġetti jridu jipprovdu evidenza li għandhom l-għan li:

Jistabbilixxu relazzjonijiet b’saħħithom u dejjiema kemm fil-livell lokali kif ukoll f’dak transnazzjonali, bejn il-komunità tal-ETV u n-negozji, fejn l-interazzjonijiet huma reċiproki u ta’ benefiċċju reċiproku, u

Jintegraw attivitajiet, jibnu relazzjonijiet riflessivi bejn l-attivitajiet u s-servizzi varji, u

Ikunu ankrati sew f’oqfsa usa’ ta’ strateġiji ta’ żvilupp reġjonali, ta’ innovazzjoni u/jew ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti. Dawn jistgħu jkunu jew strateġiji eżistenti (li għandhom jiġu identifikati b’mod ċar) jew li qed jiġu żviluppati fil-kuntest tal-proġett (li jiddeskrivi kif il-proġett jikkontribwixxi għal dawk l-istrateġiji).

2.   Sħubijiet

Is-sħubija għandha tinkludi mill-anqas tmien sħab sħaħ minn minimu ta’ erba’ pajjiżi tal-Programm Erasmus+ (inklużi mill-anqas żewġ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea).

Kull pajjiż għandu jinvolvi:

(a)

mill-anqas kumpanija waħda, rappreżentanti tal-industrija jew tas-settur (eż. kmamar jew assoċjazzjonijiet tan-negozju), u

b)

mill-anqas fornitur wieħed tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (fil-livell sekondarju u/jew terzjarju (1)).

Wieħed mis-sħab hawn fuq se jkun l-organizzazzjoni ta’ koordinazzjoni, li tapplika għall-għotja ta’ Erasmus+ f’isem is-sħubija.

Il-kompożizzjoni ulterjuri tas-sħubija jenħtieġ li tirrifletti n-natura speċifika tal-proposta.

Il-pajjiżi tal-Programm Erasmus+ huma dawn li ġejjin:

It-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea: L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit (2);

Il-pajjiżi tal-Programm li mhumiex fl-UE: L-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja, it-Turkija.

Organizzazzjonijiet mill-Programm Erasmus+ u/jew Pajjiżi sħab (3) jistgħu jkunu sħab assoċjati, sal-punt li jintwera li l-parteċipazzjoni tagħhom iġġib valur miżjud lill-CoVE. Għal kwistjonijiet ta’ ġestjoni kuntrattwali, is-sħab assoċjati, li jkunu minn Pajjiżi tal-Programm jew minn Pajjiżi Sħab, mhumiex meqjusa bħala parti mis-sħab tal-proġett, u ma jirċivux finanzjament. Madankollu, l-involviment u r-rwol tagħhom fil-proġett u f’attivitajiet differenti għandhom jiġu deskritti b’mod ċar.

3.   Attivitajiet

L-attivitajiet iridu jibdew fl-1 ta’ Ottubru 2020 jew fl-1 ta’ Novembru 2020. Il-proġetti jdumu 4 snin.

Iċ-ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali huma kkaratterizzati bl-adozzjoni ta’ approċċ sistemiku li permezz tiegħu l-istituzzjonijiet tal-ETV jikkontribwixxu b’mod attiv għall-ħolqien konġunt ta’ ekosistemi tal-ħiliet, flimkien ma’ firxa wiesgħa ta’ sħab lokali/reġjonali oħra. Il-CoVEs huma mistennija li jmorru ferm lil hinn mis-sempliċi provvista ta’ kwalifika vokazzjonali ta’ kwalità.

Il-karatteristiċi li jikkaratterizzaw il-CoVEs jinkludu sett ta’ attivitajiet miġbura fi tliet raggruppamenti (ara t-Taqsima 2.2 tal-Linji Gwida tal-Applikanti).

Il-proġett irid jinkludi riżultati tanġibbli rilevanti marbuta ma’:

mill-anqas 3 attivitajiet relatati mar-Raggruppament 1 — Tagħlim u apprendiment, u

mill-anqas 3 attivitajiet relatati mar-Raggruppament 2 — Kooperazzjoni u sħubija, u

mill-anqas 2 attivitajiet relatati mar-Raggruppament 3 — Governanza u finanzjament.

Il-lista mhijiex eżawrjenti, u l-applikanti jistgħu jinkludu attivitajiet oħra. Madankollu, dawn għandhom juru li huma partikolarment xierqa biex jissodisfaw l-objettivi tas-sejħa u l-ħtiġijiet identifikati, u jridu jitqiesu u jiġu ppreżentati bħala parti minn sett ta’ attivitajiet koerenti.

Huwa meħtieġ li l-proġetti japplikaw strumenti u għodod madwar l-UE kollha meta jkunu rilevanti.

Jenħtieġ li huma jimmiraw ukoll li jadottaw dimensjoni inklużiva, billi jinkludu azzjonijiet li jgħinu biex tiġi indirizzata d-diversità u jippromwovu – b’mod partikolari permezz ta’ approċċi innovattivi u integrati – is-sjieda ta’ valuri kondiviżi, l-ugwaljanza, inkluża l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u n-nondiskriminazzjoni u l-inklużjoni soċjali, inkluż għal persuni bi bżonnijiet speċjali/b’anqas opportunitajiet.

Se jkun hemm enfasi partikolari fuq il-ħiliet diġitali peress li qed isiru dejjem aktar importanti fuq il-profili kollha tal-impjiegi fis-suq tax-xogħol kollu, kif ukoll fuq il-ħiliet biex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari u aktar ekoloġika biex jintlaħqu l-ħtiġijiet professjonali emerġenti għall-ħiliet ekoloġiċi u l-iżvilupp sostenibbli.

L-applikazzjonijiet iridu jinkludu pjan ta’ azzjoni fit-tul għall-implimentazzjoni progressiva tar-riżultati tal-proġett wara li l-proġett ikun lest. Dan il-pjan għandu jkun ibbażat fuq sħubiji sostnuti bejn il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-partijiet ikkonċernati tal-industrija ewlenin fil-livell xieraq. Dan jenħtieġ li jinkludi l-identifikazzjoni tal-istrutturi ta’ governanza xierqa, kif ukoll pjanijiet għall-iskalabbiltà u s-sostenibbiltà finanzjarja. Jenħtieġ li jiżgura wkoll il-viżibbiltà xierqa u t-tixrid wiesa’ tal-ħidma tal-pjattaformi.

L-attivitajiet iridu jsiru f’pajjiżi tal-Programm Erasmus+.

4.   Kriterji għall-għoti

L-applikazzjonijiet eliġibbli se jiġu vvalutati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

1.

Ir-rilevanza tal-proġett (massimu 35 punt – Livell limitu: minimu ta’ 18-il punt);

2.

Il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett (Massimu 25 punt – Livell limitu: minimu ta’ 13-il punt);

3.

Il-kwalità tal-konsorzju tal-proġett u tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni (Massimu 20 punt – Livell limitu: minimu ta’ 11-il punt);

4.

L-impatt u t-tixrid(Massimu ta’ 20 punt – Livell limitu: minimu ta’ 11-il punt).

Sabiex jiġu kkunsidrati għall-finanzjament, l-applikazzjonijiet iridu jġibu punteġġ ta’ mill-anqas 70 punt (minn total ta’ 100 punt), filwaqt li jitqies ukoll il-livell limitu minimu meħtieġ għal kull wieħed mill-erba’ kriterji għall-għoti.

5.   Baġit

Il-baġit totali assenjat għall-kofinanzjament ta’ proġetti huwa stmat għal massimu ta’ EUR 20 miljun. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-UE ma tistax taqbeż it-80 % tal-ispejjeż tal-azzjonijiet totali eliġibbli.

L-għotja massima tal-UE għal kull proġett hija ta’ EUR 4 miljun.

L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

6.   Data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Frar 2020, 17:00 (ħin ta’ Brussell), bl-użu tal-formola tal-applikazzjoni uffiċjali korretta (Formola elettronika) u abbozzati f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE.

7.   Id-dettalji kollha

Il-Linji Gwida tal-Applikanti flimkien mal-Formola Elettronika ta’ applikazzjoni jinsabu fl-indirizz tal-Internet li ġej: https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding/ka3-centers-of-vocational-excellence_en

L-applikazzjonijiet iridu jkunu konformi mat-termini kollha tal-Linji Gwida.


(1)  Madanakollu, l-applikazzjonijiet ma jistgħux jinkludu biss attivitajiet immirati esklussivament għal studenti fil-livell terzjarju; applikazzjonijiet li jiffukaw fuq l-ETV fil-livell terzjarju (il-livelli 6 sa 8 tal-QEK) iridu jinkludu mill-anqas livell ta’ kwalifika tal-ETV ieħor bejn il-livelli 3 sa 5 tal-QEK.

(2)  Għall-applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġbok kun af li jrid ikun hemm konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà għad-durata kollha tal-għotja. Jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-UE matul il-perjodu tal-għotja mingħajr ma jikkonkludi ftehim mal-UE li jiżgura b’mod partikolari li l-applikanti Brittaniċi jibqgħu eliġibbli, inti se tieqaf tirċievi finanzjament mill-UE (filwaqt li, sa fejn ikun possibbli, tkompli tipparteċipa) jew tintalab tħalli l-proġett fuq il-bażi tal-Artikolu II. 17.3.1 (a) tal-ftehim ta’ għotja.

(3)  Il-pajjiżi Sħab ta’ Erasmus+ huma elenkati fil-Linji Gwida tal-Applikanti taħt it-Taqsima 6.2.