ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 342

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
10 ta' Ottubru 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 342/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9515 — TPG Asia/Genting Hong Kong/Dream Cruises) ( 1 )

1

2019/C 342/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9491 — Ardagh Group/OTPP-Element/JV) ( 1 )

2

2019/C 342/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9558 — Triton/All4Labels Group) ( 1 )

3

2019/C 342/04

Irtirar ta’ notifika ta’ konċentrazzjoni (Każ M.9413 — Lactalis/Nuova Castelli) ( 1 )

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 342/05

Rata tal-kambju tal-euro — Id-9 ta' Ottubru 2019

5

2019/C 342/06

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (Il-pubblikazzjoni tat-titli u r-referenzi ta’ standards Ewropej skont id-direttiva) ( 1 )

6

 

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

2019/C 342/07

Rapport Speċjali Nru 16/2019 Il-Kontijiet Ekonomiċi Ambjentali Ewropej: l-utilità tagħhom għal min ifassal il-politika tista’ tittejjeb

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 342/08

Notifikazzjoni ta’ bidu ta’ proċediment antidumping rigward l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali tqila li toriġina mir-Repubblika tal-Korea

8

2019/C 342/09

Notifika ta’ bidu ta’ proċediment kontra s-sussidji li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli illaminati bis-sħana li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja

18

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 342/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9497 — Crédit Agricole/Abanca/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

33

2019/C 342/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9563 — PIC/SKC/SKCCD) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

35

2019/C 342/12

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9541 — Advent/Cobham) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

36

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 342/13

Pubblikazzjoni tad-dokument uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

37


 

Rettifika

 

Rettifika tal-Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU C 266, 8.8.2019 )

42


 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9515 — TPG Asia/Genting Hong Kong/Dream Cruises)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 342/01)

Fis-27 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9515. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


10.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9491 — Ardagh Group/OTPP-Element/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 342/02)

Fit-30 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9491. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


10.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9558 — Triton/All4Labels Group)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 342/03)

Fl-1 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9558. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


10.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/4


Irtirar ta’ notifika ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.9413 — Lactalis/Nuova Castelli)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 342/04)

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004

Fil-9 ta’ Settembru 2019 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta bejn Gruppo Lactalis Italia S.r.l. u Nuova Castelli S.p.A.. Fit-3 ta’ Ottubru 2019, il-parti(jiet) notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li hi/huma kienet/kienu qed tirtira/jirtiraw in-notifika.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta' Ottubru 2019

(2019/C 342/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0981

JPY

Yen Ġappuniż

117,91

DKK

Krona Daniża

7,4691

GBP

Lira Sterlina

0,89850

SEK

Krona Żvediża

10,9173

CHF

Frank Żvizzeru

1,0927

ISK

Krona Iżlandiża

137,30

NOK

Krona Norveġiża

10,0528

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,823

HUF

Forint Ungeriż

334,04

PLN

Zloty Pollakk

4,3236

RON

Leu Rumen

4,7486

TRY

Lira Turka

6,4053

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6282

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4607

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6143

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7381

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5153

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 314,77

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,6248

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8265

HRK

Kuna Kroata

7,4270

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 560,08

MYR

Ringgit Malażjan

4,6087

PHP

Peso Filippin

56,816

RUB

Rouble Russu

71,1918

THB

Baht Tajlandiż

33,311

BRL

Real Brażiljan

4,4783

MXN

Peso Messikan

21,4520

INR

Rupi Indjan

78,0340


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


10.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/6


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti

(Il-pubblikazzjoni tat-titli u r-referenzi ta’ standards Ewropej skont id-direttiva)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 342/06)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2017/C267/03 fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1) hija sostitwita mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummisjoni (UE) 2019/1698 (2)

Fl-interessi taċ-ċarezza, lista sħiħa ta’ titolu u referenzi tal-istandards Ewropej abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u li jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru għandha tiġi ppubblikati f’att wieħed.

Għalhekk, mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1698, il-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista fuq il-bażi ta’ deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni futuri ppubblikati fis-serje L tal-ĠU minflok is-serje C.


(1)  ĠU C 267, 11.8.2017, p. 7.

(2)  ĠU L 259, 10.10.2019, p. 65.

(3)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.


Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

10.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/7


Rapport Speċjali Nru 16/2019

“Il-Kontijiet Ekonomiċi Ambjentali Ewropej: l-utilità tagħhom għal min ifassal il-politika tista’ tittejjeb”

(2019/C 342/07)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 9/2019, “Il-Kontijiet Ekonomiċi Ambjentali Ewropej: l-utilità tagħhom għal min ifassal il-politika tista’ tittejjeb” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

10.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/8


Notifikazzjoni ta’ bidu ta’ proċediment antidumping rigward l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali tqila li toriġina mir-Repubblika tal-Korea

(2019/C 342/08)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta termali tqila (heavyweight thermal paper - “HWTP”) li toriġina mir-Repubblika tal-Korea qiegħda tkun oġġett ta’ dumping u b’hekk qiegħed jinħoloq dannu materjali (2) lill-industrija tal-Unjoni.

1.   L-ilment

L-ilment tressaq fis-26 ta’ Awwissu 2019 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karta Termali (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-HWTP tal-Unjoni.

Verżjoni pubblika tal-ilment u l-analiżi tal-livell ta’ sostenn għall-ilment minn produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-fajl li jista’ jiġi eżaminat mill-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl għall-partijiet interessati.

2.   Il-prodott investigat

Il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni huwa ċertu karta termali tqila, definita bħala karta termali li tiżen aktar minn 65 g/m2; li tinbiegħ f’rombli b’wisa’ ta’ 20 cm jew aktar, li jiżnu 50 kg jew aktar (inkluż l-karta) u b’dijametru ta’ 40 cm jew aktar (rombli “jumbo”); b’kisja fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat jew mingħajrha; miksija b’sustanza termosensittiva (jiġifieri taħlita ta’ żebgħa u żviluppatur li tirreaġixxi u tifforma immaġni meta tiġi applikata s-sħana) fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat; u b’kisja ta’ fuq, jew mingħajrha (“il-prodott investigat”).

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw informazzjoni dwar l-iskop tal-prodott iridu jagħmlu dan fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika (3).

3.   L-allegazzjoni ta’ dumping

Il-prodott li allegatament qiegħed ikun oġġett ta’ dumping huwa l-prodott li qiegħed jiġi investigat, li joriġina fir-Repubblika tal-Korea (“il-pajjiż ikkonċernat”), u li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 4809 90 00, ex 4811 59 00 u ex 4811 90 00 (il-Kodiċi TARIC 4809900020, 4811590020 u 4811900020). Il-kodiċijiet NM u TARIC jingħataw biss bħala informazzjoni.

L-allegazzjoni ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat hija bbażata fuq tqabbil tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fuq dik il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.

4.   L-allegazzjoni ta’ dannu u kawżalità

L-ilmentatur ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat tal-prodott investigat żdiedu kumplessivament f’termini assoluti u żdiedu f’termini ta’ sehem mis-suq.

L-evidenza li pprovda l-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qiegħed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq is-sehem mis-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f’effetti avversi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali u l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

5.   Il-proċedura

Il-Kummissjoni, wara li infurmat lill-Istati Membri, iddeterminat li l-ilment ġie ppreżentat mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha, u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, b’dan hija qiegħda tiftaħ investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tistabbilixxi jekk il-prodott investigat, li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat, huwiex ikun oġġett ta’ dumping u jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping ikkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni.

Jekk il-konklużjonijiet ikunu affermattivi, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku.

Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Ġunju 2018, (il-pakkett tal-Modernizzazzjoni tat-TDI) daħħal tibdiliet sinifikanti fl-iskeda ta’ żmien u fl-iskadenzi li kienu applikabbli preċedentement fil-proċedimenti anti-dumping. B’mod partikolari, l-investigazzjonijiet se jsiru b’aktar ħeffa u kwalunkwe miżura proviżorja tkun tista’ tiġi imposta sa xahrejn iktar kmieni milli minn kif kien qabel. Il-limiti ta’ żmien għall-partijiet interessati biex jipprovdu evidenza, b’mod partikolari fl-istadju bikri tal-investigazzjonijiet, qegħdin jitqassru.

5.1.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

L-investigazzjoni ta’ dumping u ta’ dannu se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.   Il-kummenti dwar l-ilment u l-bidu tal-investigazzjoni

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar l-ilment (inklużi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-dannu u mal-kawżalità) jew dwar kwalunkwe aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għall-ilment) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.3.   Il-proċedura għal kif jiġi stabbilit id-dumping

Il-produtturi esportaturi (5) tal-prodott investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.3.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

Il-produtturi esportaturi u l-assoċjazzjonijiet kollha tal-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Korea huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, preferibbilment bil-posta elettronika, immedjatament, iżda mhux iktar tard minn sebat (7) ijiem wara l-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sabiex jippreżentaw lilhom infushom u jitolbu kwestjonarju.

Il-produtturi esportaturi fil-pajjiż kkonċernat iridu jimlew kwestjonarju fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Kopja tal-kwestjonarju hawn fuq imsemmi għall-produtturi esportaturi hija disponibbli fil-fajl li jista’ jiġi eżaminat mill-partijiet interessati u fuq il-website tad-DĠ TRADE (http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2419) Il-kwestjonarju se jkun disponibbli wkoll għal kull assoċjazzjoni ta’ produtturi esportaturi magħrufa, u għall-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Korea.

5.3.2.   L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (6) (7)

Importaturi mhux relatati tal-prodott investigat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni huma mistiedna li jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ importaturi li mhumiex relatati involuti f’dan il-proċediment, u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi li mhumiex relatati u li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

B’hekk, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ it-teħid ta’ kampjun, u jekk dan ikun il-każ, biex għaldaqstant tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom, mitluba fl-Anness ta’ din in-Notifika fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott investigat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar il-kampjun tal-importaturi. Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota li tirrifletti l-għażla tal-kampjun fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati li jkunu parti mill-kampjun. Dawk il-partijiet iridu jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja tal-kwestjonarju għall-importaturi hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ TRADE (http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2419).

5.4.   Proċedura għall-istabbiliment tad-dannu u għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

L-istabbiliment tad-dannu jissejjes fuq evidenza pożittiva u jinvolvi eżami oġġettiv tal-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, tal-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u tal-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx xi dannu, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni kkonċernati, u biex tlesti l-investigazzjoni sal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “it-teħid ta’ kampjun”). Il-kampjunar isir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. B’hekk, il-partijiet interessati huma mistiedna jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Barra minn hekk, produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kampjun, iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kummenti kollha dwar il-kampjun proviżorju jridu jaslu fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni u/jew lill-assoċjazzjonijiet magħrufa kollha tal-produtturi tal-Unjoni dwar il-kumpaniji li finalment jkunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.

Il-produtturi tal-Unjoni li jkunu parti mill-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-fajl li jista’ jiġi eżaminat mill-partijiet interessati u fuq il-website tad-DĠ TRADE (http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2419).

5.5.   Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ta’ dannu kkawżat minnu, tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi jridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat.

L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interessi tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta jew fil-format ta’ test liberu jew inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott investigat, hija disponibbli fil-fajl li jista’ jiġi eżaminat mill-partijiet interessati u fuq il-website tad-DG TRADE (http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2419). L-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 21 titqies biss jekk tkun appoġġata minn evidenza fattwali meta tkun tressqet.

5.6.   Il-partijiet interessati

Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat.

Il-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li jkunu ppreżentaw informazzjoni disponibbli skont il-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.3, 5.4 u 5.5 ta’ hawn fuq, jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat.

Partijiet oħra jkunu jistgħu jieħdu sehem biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument meta jagħmlu lilhom infushom magħrufa, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat. Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

L-aċċess mill-partijiet interessati għall-fajl disponibbli għall-ispezzjoni jsir permezz ta’ TRON.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq dik il-paġna sabiex ikollok aċċess.

5.7.   Il-possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu seduta ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Kwalunkwe talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.

L-iskeda ta’ żmien għas-seduti ta’ smigħ hija kif ġej:

Għal kwalunkwe seduta ta’ smigħ li ssir qabel l-iskandenza għall-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, jenħtieġ li t-talba ssir fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika u s-seduta normalment isseħħ fi żmien 60 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Wara l-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji, jenħtieġ li ssir talba fi żmien ħamest (5) ijiem mid-data tal-iżvelar tal-konstatazzjonijiet proviżorji jew tad-dokument ta’ informazzjoni, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tal-iżvelar jew mid-data tad-dokument ta’ informazzjoni.

Fl-istadju tal-konstatazzjonijiet definittivi, jenħtieġ li ssir talba fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tal-iżvelar finali, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir fil-perjodu mogħti biex isiru kummenti dwar l-iżvelar finali. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li ssir talba minnufih malli jasal dan l-iżvelar finali addizzjonali, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir qabel l-iskadenza sabiex jiġu pprovduti kummenti dwar dan l-iżvelar.

L-iskeda ta’ żmien deskritta hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tas-servizzi tal-Kummissjoni li jaċċettaw seduti ta’ smigħ lil hinn mill-iskeda ta’ żmien f’każijiet debitament ġustifikati u għad-dritt tal-Kummissjoni li tiċħad seduti ta’ smigħ f’każijiet debitament ġustifikati. Meta s-servizzi tal-Kummissjoni jirrifjutaw talba għal seduta ta’ smigħ, il-parti kkonċernata tiġi infurmata bir-raġunijiet għal tali rifjut.

Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess tal-amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.

5.8.   L-istruzzjonijiet biex isiru preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala ‘Ristretti’ (8). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Ristrett a” huma obbligati jfasslu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-analiżi mill-partijiet interessat i”. Jenħtieġ li dawk is-sommarji jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli.

Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li t-tagħrif huwa korrett.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni.

Sabiex ikollhom aċċess għal TRON.tdi, il-partijiet interessati jeħtieġu kont tal-EU Login. L-istruzzjonijiet kollha dwar kif wieħed għandu jirreġistra u juża TRON.tdi huma disponibbli fuq https://webgate.ec.europa.eu/tron/resources/documents/gettingStarted.pdf.

Meta jużaw il-posta elettronika jew TRON.tdi, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES (KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA DIFIŻA TAL-KUMMERĊ)” ippubblikat fuq il-website tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni ulterjuri dwar korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għal sottomissjonijiet permezz ta’ TRON.tdi u bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmijin hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Uffiċċju: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussels

BELGIQUE/BELGIË

TRON.tdi: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI

E-mail:

Għal kwistjonijiet relatati mad-dumping:

TRADE-AD659-THERMAL-PAPER-DUMPING@ec.europa.eu

Għal kwistjonijiet relatati mad-danni:

TRADE-AD659-THERMAL-PAPER-INJURY@ec.europa.eu

6.   L-iskeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni, kull meta possibbli, trid titlesta fi żmien sena iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 14-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, normalment il-miżuri proviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn seba’ (7) xhur, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmien (8) xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Skont l-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazju proviżorju tliet (3) ġimgħat qabel din l-impożizzjoni. Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu din l-informazzjoni bil-miktub fi żmien erba’ (4) xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-partijiet interessati se jingħataw tlett (3) ijiem tax-xogħol biex jikkummentaw bil-miktub dwar l-akkuratezza tal-kalkoli.

F’każijiet fejn il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li ma timponix dazju proviżorju iżda li tkompli l-investigazzjoni, il-partijiet interessati se jiġu infurmati bil-miktub bin-nuqqas ta’ impożizzjoni tad-dazju tliet (3) ġimgħat qabel ma tagħlaq l-iskadenza skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet interessati jingħataw 15-il jum biex jikkummentaw bil-miktub dwar il-konstatazzjonijiet proviżorji u 10 ijiem biex jikkummentaw bil-miktub dwar il-konstatazzjonijiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Fejn ikun applikabbli, l-iżvelar addizzjonali finali jispeċifika l-iskadenza għall-partijiet interessati sabiex jikkummentaw bil-miktub.

7.   Il-preżentazzjoni tal-informazzjoni

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni biss fl-iskedi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsimiet 5 u 6 ta’ din in-Notifika. Is-sottomissjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra li ma tkunx koperta minn dawn it-taqsimiet, jenħtieġ li tirrispetta l-iskeda li ġejja:

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, kull informazzjoni għall-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji jenħtieġ li tiġi ppreżentata fi żmien 70 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, jenħtieġ li l-partijiet interessati ma jippreżentawx informazzjoni fattwali ġdida wara l-iskadenza għall-kummenti dwar l-iżvelar tal-konstatazzjonijiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni fl-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji. Wara din l-iskadenza, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss informazzjoni fattwali ġdida jekk ikunu jistgħu juru li tali informazzjoni fattwali ġdida hija meħtieġa biex jikkonfutaw allegazzjonijiet fattwali li jkunu saru minn partijiet interessati oħrajn u dment li tali informazzjoni fattwali ġdida tkun tista’ tiġi vverifikata fiż-żmien disponibbli biex l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.

Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi obbligatorji, il-Kummissjoni mhijiex se taċċetta iktar sottomissjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali addizzjonali.

8.   Il-possibbiltà li jsiru kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fis-sottomissjonijiet ta’ partijiet interessati oħra biss u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.

Tali kummenti jenħtieġ li jsiru skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:

Jenħtieġ li kwalunkwe kumment dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, isir mhux aktar tard mill-75 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tal-konstatazzjonijiet proviżorji jew tad-dokument ta’ informazzjoni, jiġu ppreżentati fi żmien sebat (7) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar il-konstatazzjonijiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħrajn b’reazzjoni għall-iżvelar finali jenħtieġ li jiġu ppreżentati fi żmien tlett (3) ijiem mill-iskadenza biex isir kumment dwar l-iżvelar finali, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal dan l-iżvelar isiru fi żmien jum wieħed (1) mill-iskadenza għal kummenti dwar dan l-iżvelar, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

L-iskeda ta’ żmien indikata hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

9.   L-estensjoni tal-iskadenzi speċifikati f’din in-Notifika

L-estensjonijiet għall-iskadenzi li jsir provvediment għalihom f’din in-Notifika jistgħu jingħataw meta jitolbuhom il-partijiet interessati li jindikaw raġuni dovuta.

L-estensjonijiet għall-iskadenza biex tingħata risposta għall-kwestjonarji u għal limiti oħra ta’ żmien kif speċifika f’din in-Notifika jew kif b’xi mod ieħor ipprovdut f’komunikazzjonijiet speċifiċi ma’ partijiet interessati jkun limitat għal massimu ta’ tlitt (3) ijiem addizzjonali. Tali estensjoni tkun tista’ tiġi estiża sa massimu ta’ sebat (7) ijiem meta l-parti rikjedenti tagħti prova tal-eżistenza ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali.

10.   Nonkooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limitu tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, il-konstatazzjonijiet proviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal din il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih.

11.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti tal-kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfiġġu matul il-proċediment.

L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. Fil-prinċipju, l-iskedi ta’ żmien stabbiliti fit-Taqsima 5.7 sabiex jintalbu seduti ta’ smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni japplikaw mutatis mutandis għal talbiet għal seduti ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta. Meta t-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu ppreżentati lil hinn mill-iskedi ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet ikunu saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-website tad-DĠ KUMMERĊ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

12.   L-ipproċessar ta’ data personali

Kull data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet ta’ difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fuq il-website tad-DG TRADE: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  It-terminu ġenerali “dannu” jirreferi għal dannu materjali kif ukoll għat-theddida ta’ dannu materjali jew għad-dewmien materjali fil-ħolqien ta’ industrija kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament bażiku.

(3)  Ir-referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika jfissru l-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 143, 07/06/2018, p. 1).

(5)  Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u li tesporta l-prodott investigat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe waħda mill-kumpaniji relatati tagħha involuti fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott investigat.

(6)  Din it-taqsima tkopri biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu bħala relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu sħab rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-ishma maħruġa bi dritt tal-vot tat-tnejn li huma; (e) waħda mill-persuni tikkontrolla direttament jew indirettament lill-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien jikkontrollaw direttament jew indirettament terza persuna; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja biss jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(7)  Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti milli biex jiġi stabbilit id-dumping.

(8)  Dokument “Ristret t” huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Image 1 Image 2


10.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/18


Notifika ta’ bidu ta’ proċediment kontra s-sussidji li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli illaminati bis-sħana li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja

(2019/C 342/09)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet ilment skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli illaminati bis-sħana, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja, qed jiġu sussidjati u b’hekk qed joħolqu dannu (2)lill-industrija tal-Unjoni.

1.   L-ilment

L-ilment sar fit-28 ta’ Awwissu 2019 minn Eurofer, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“l-ilmentatur”), f’isem erba’ produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw il-produzzjoni kollha ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli illaminati bis-sħana tal-Unjoni.

Verżjoni miftuħa tal-ilment u l-analiżi tal-livell ta’ sostenn għall-ilment minn produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl għall-partijiet interessati.

2.   Il-prodott li qed jiġi investigat

Il-prodotti suġġetti għal din l-investigazzjoni huma l-prodotti tal-azzar inossidabbli ċatti rrumblati, kemm jekk ikunu f’kojls u kemm jekk ma jkunux (inklużi l-prodotti maqtugħin skont id-daqs u li jkunu strixxi dojoq), li ma jibqgħux jinħadmu wara li jiġu llaminati bis-sħana (“il-prodott investigat”).

Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:

Il-prodotti, mhux f’kojls, ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar u ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw informazzjoni dwar l-iskop tal-prodott iridu jagħmlu dan fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika (3).

3.   Allegazzjoni ta’ sussidjar

Il-prodott li allegatament qed jiġi sussidjat huwa l-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja (“il-pajjiżi kkonċernati”), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet SA 7219 11, 7219 12, 7219 13, 7219 14, 7219 22, 7219 23, 7219 24, 7220 11 u 7220 12. Il-kodiċijiet SA huma mogħtija bħala informazzjoni.

3.1.    Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Il-prattiki tas-sussidji allegati jikkonsistu, fost l-oħrajn, minn (i) trasferiment dirett ta’ fondi, (ii) dħul tal-gvern mitluf jew mhux miġbur u (iii) forniment mill-gvern ta’ prodotti jew servizzi għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata. L-ilment allega l-eżistenza, pereżempju, ta’ self preferenzjali u l-provvista ta’ linji ta’ kreditu minn banek tal-Istat, programmi ta’ sussidju ta’ kreditu għall-esportazzjoni, garanziji ta’ esportazzjoni u assigurazzjonijiet u programmi ta’ għotjiet; tnaqqis fit-taxxa għal Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida, tnaqqis fit-taxxa għal riċerka u żvilupp, deprezzament aċċellerat ta’ tagħmir użat minn intrapriżi tat-Teknoloġija Avvanzata għal żvilupp u produzzjoni ta’ Teknoloġija Avvanzata, eżenzjoni mid-dividendi bejn intrapriżi residenti kkwalifikati, tnaqqis tat-taxxa minn ras il-għajn għal dividendi minn intrapriżi Ċiniżi li huma barra mill-pajjiż lejn il-kumpaniji prinċipali mhux Ċiniżi tagħhom, eżenzjonijiet mit-taxxa fuq l-użu tal-art u rifużjoni tat-taxxa fuq l-esportazzjoni; u l-forniment mill-gvern ta’ art u enerġija għal remunerazzjoni inqas milli adegwat;

L-ilmentatur jallega wkoll li l-miżuri ta’ hawn fuq jammontaw għal sussidji billi jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern taċ-Ċina jew minn gvernijiet reġjonali u lokali oħra (inklużi l-korpi pubbliċi) u jikkonferixxu benefiċċju lill-produtturi esportaturi tal-prodott li qed jiġi investigat. Dawn huma allegatament limitati għal ċerti impriżi jew industriji jew grupp ta’ impriżi u/jew kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u għaldaqstant huma speċifiċi u kumpensabbli. Fuq dik il-bażi, l-ammonti ta’ sussidju allegati huma sinifikanti għar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Fid-dawl tal-Artikoli 10(2) u 10(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħejjiet memorandum dwar is-suffiċjenza ta’ evidenza, li jinkludi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-evidenza kollha li għandha u li abbażi tagħha l-Kummissjoni tibda l-investigazzjoni. Dan il-memorandum jinsab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati.

Għaldaqsntant, il-Kummissjoni tqis li l-ilment jinkludi biżżejjed evidenza li l-produtturi tal-prodott li qed jiġi investigat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina gawdew minn għadd ta’ sussidji kumpensabbli.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tinvestiga prattiki oħrajn ta’ sussidju rilevanti li jistgħu jiġu żvelati matul l-investigazzjoni.

3.2.    L-Indoneżja

Il-prattiki tas-sussidji allegati jikkonsistu, fost l-oħrajn, minn (i) trasferiment dirett ta’ fondi, (ii) dħul tal-gvern mitluf jew mhux miġbur u (iii) forniment mill-gvern ta’ prodotti jew servizzi għal remunerazzjoni inqas minn dik adegwata. L-ilment kjallega l-eżistenza, pereżempju, ta’ politika ta’ self preferenzjali, u benefiċċji tat-taxxa taħt il-liġijiet Indoneżjani, eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni tal-materja prima u tat-tagħmir tal-produzzjoni.

L-ilmentatur jallega wkoll li l-miżuri ta’ hawn fuq jammontaw għal sussidji billi jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Indoneżja (inklużi l-korpi pubbliċi) u jikkonferixxu benefiċċju lill-produtturi esportaturi tal-prodott li qed jiġi investigat. Dawn huma allegatament limitati għal ċerti impriżi jew industriji jew grupp ta’ impriżi u/jew kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u għaldaqstant huma speċifiċi u kumpensabbli. Fuq dik il-bażi, l-ammonti ta’ sussidju allegati jidhru li huma sinifikanti għall-Indoneżja.

Barra minn hekk, l-ilmentatur jallega li xi wħud mis-sussidji ngħataw direttament mill-Gvern tal-Indoneżja, u xi wħud mill-Gvern taċ-Ċina. Skont l-ilment, produttur esportatur Indoneżjan, li jinsab f’park industrijali, huwa proprjetà Ċiniża. L-ilment jallega l-eżistenza ta’ self minn entitajiet proprjetà tal-Istat Ċiniż jew entitajiet ikkontrollati mill-Istat Ċiniż lill-prodottur esportatur Indoneżjan. Fid-dawl tal-objettivi ta’ dan is-self, l-ilmentatur isostni li dan is-self huwa ta’ benefiċċju għall-produttur esportatur li huwa proprjetà taċ-Ċina fl-Indoneżja.

Fid-dawl tal-Artikoli 10(2) u 10(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħejjiet memorandum dwar is-suffiċjenza ta’ evidenza, li jinkludi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-evidenza kollha li għandha u li abbażi tagħha l-Kummissjoni tibda l-investigazzjoni. Dan il-memorandum jinsab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati.

Għaldaqsntant, il-Kummissjoni tqis li l-ilment jinkludi biżżejjed evidenza li l-produtturi tal-prodott li qed jiġi investigat mill-Indoneżja gawdew minn għadd ta’ sussidji kumpensabbli.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tinvestiga sussidji oħra ta’ rilevanza li jistgħu jiġu żvelati matul l-investigazzjoni.

4.   Allegazzjonijiet ta’ dannu u rabta ta’ kawżalità

L-ilmentatur ippreżenta evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu f’termini assoluti b’mod ġenerali u żdiedu f’termini ta’ sehem mis-suq.

L-evidenza li pprovda l-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw, fuq perjodu ta’ żmien twil, f’effetti negattivi kontinwi fuq il-qagħda finanzjarja, il-qagħda tal-impjiegi u l-prestazzjoni ekonomika ġenerali tal-industrija tal-Unjoni. Skont l-ilment hemm indikazzjoni li f’din is-sitwazzjoni, se jirriżulta aktar dannu minn din il-pressjoni fuq il-volum u l-prezzijiet.

5.   Proċedura

Ladarba stabbilixxiet, wara li għarrfet lill-Istati Membri, li l-ilment sar mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha, u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni b’dan qiegħda tagħti bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qed jiġi investigat u li joriġina fil-pajjiżi kkonċernati hux qed jiġi sussidjat u jekk dawn l-importazzjonijiet sussidjati ikkawżawx dannu jew qed jheddu li jikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

Jekk il-konklużjonijiet ikunu affermattivi, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku.

Il-Gvern taċ-Ċina u l-Gvern tal-Indoneżja ġew mistiedna għal konsultazzjonijiet.

Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Ġunju 2018, (il-pakkett tal-Modernizzazzjoni tat-TDI) daħħal għadd ta’ tibdiliet fl-iskeda ta’ żmien u fl-iskadenzi li qabel kienu japplikaw fi proċedimenti antisussidji. B’mod partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata tad-dazji proviżorji tliet (3) ġimgħat qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji. Il-limiti ta’ żmien biex il-partijiet interessati jimmanifestaw ruħhom, b’mod partikolari fl-istadju bikri tal-investigazzjonijiet, tqassru. Għalhekk, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati biex jirrispettaw il-passi proċedurali u l-iskadenzi pprovduti f’din in-Notifika kif ukoll aktar komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni.

5.1.    Il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

L-investigazzjoni ta’ sussidjar u dannu se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2019 (“il-perjodu tal-investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Kummenti dwar l-ilment u l-bidu tal-investigazzjoni

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar l-ilment (inklużi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-dannu u mar-rabta ta’ kawżalità) jew dwar kwalunkwe aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għall-ilment) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.3.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tas-sussidjar

Il-produtturi esportaturi (5) tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiżi kkonċernati huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Partijiet oħra li l-Kummissjoni se tfittex informazzjoni rilevanti mingħandhom biex tiddetermina l-eżistenza u l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli konferiti lill-prodott li qed jiġi investigat huma wkoll mistiedna li kemm jista’ jkun possibbli jikkooperaw mal-Kummissjoni.

5.3.1.   Investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

5.3.1.1.   Proċedura għall-għażla tal-produtturi esportaturi li se jiġu investigati fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(a)   Kampjunar

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex tlesti l-investigazzjoni sal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

B’hekk, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom, mitluba fl-Anness I ta’ din in-Notifika fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni kkuntattjat ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jekk ikun xieraq, dwar liema huma l-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li teħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tipprovdi l-kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula għall-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi esportaturi, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk humiex inklużi fil-kampjun. Il-produtturi esportaturi fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se żżid nota li tirrifletti l-għażla tal-kampjun fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifikazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi tinsab fil-fajl li jista’ jiġi analizzat mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2420.

Il-kwestjonarju se jkun disponibbli wkoll għal kull assoċjazzjoni ta’ produtturi esportaturi magħrufa, u għall-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi li jkunu kkompletaw l-Anness I fl-iskadenza speċifikata u li jkunu qablu li jiġu inklużi fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu parti mill-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex parti mill-kampjun”). Mingħajr preġudizzju għat-taqsima 5.3.1.(b), hawn taħt, id-dazju kumpensatorju li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li jikkooperaw, ma għandux jaqbeż l-ammonti medji ponderati tas-sussidjar stabbiliti għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (6).

(b)   Ammont individwali ta’ sussidjar kumpensabbli għall-kumpaniji li ma jiġux inklużi fil-kampjun

Skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex parti mill-kampjun jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-ammont ta’ sussidju individwali tagħhom. Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal ammont ta’ sussidju individwali jridu jikkompletaw il-kwestjonarju u jirritornawh komplut kif dovut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi tinsab fil-fajl li jista’ jiġi analizzat mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2420.

Il-Kummissjoni se teżamina jekk il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex parti mill-kampjun jistgħux jingħataw ammont ta’ sussidju individwali skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku.

Madankollu, il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex parti mill-kampjun li jitolbu ammont ta’ sussidju individwali, jenħtieġ li jkunu konxji li l-Kummissjoni xorta waħda tista’ tiddeċiedi li ma tistabbilixxix l-ammont ta’ sussidju individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex parti mill-kampjun tant ikun kbir li tali stabbiliment ikun wisq diffiċli li jsir u minħabba fih l-investigazzjoni ma tkunx tista’ titlesta fil-ħin.

5.3.1.2.   Il-proċedura għall-għażla tal-produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati fl-Indoneżja

Il-produtturi esportaturi u l-assoċjazzjonijiet kollha tal-produtturi esportaturi fl-Indoneżja huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, preferibbilment bil-posta elettronika, minnufih u mhux iktar tard minn sebat (7) ijiem wara l-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sabiex jippreżentaw lilhom infushom u jitolbu kwestjonarju.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-Indoneżja.

Il-produtturi esportaturi fl-Indoneżja jridu jimlew kwestjonarju fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kwestjonarju se jkun disponibbli wkoll għal kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u għall-awtoritajiet tal-Indoneżja.

Kopja tal-kwestjonarju hawn fuq imsemmi għall-produtturi esportaturi hija disponibbli fil-fajl li jista’ jiġi analizzat mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2420.

5.3.2.   L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (7) (8)

L-importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni huma mistiedna jieħdu sehem f’din l-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ importaturi li mhumiex relatati involuti f’dan il-proċediment, u sabiex l-investigazzjoni titlesta sal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi li mhumiex relatati u li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

B’hekk, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom, mitluba fl-Anness II ta’ din in-Notifika fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar il-kampjun tal-importaturi. Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota li tirrifletti l-għażla tal-kampjun fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifikazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqiegħed kwestjonarji għad-dispożizzjoni tal-importaturi mhux relatati li jkunu parti mill-kampjun. Dawk il-partijiet iridu jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja tal-kwestjonarju għall-importaturi hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2420.

5.4.    Proċedura għad-determinazzjoni tad-dannu u għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Id-determinazzjoni tad-dannu tissejjes fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżami oġġettiv tal-volum tal-importazzjonijiet issussidjati, tal-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u tal-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx xi dannu, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li jkun qed jiġi investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi kkonċernati tal-Unjoni u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-għadd tal-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. B’hekk, il-partijiet interessati huma mistiedna jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Barra minn hekk, produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kampjun, iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kummenti kollha dwar il-kampjun proviżorju jridu jaslu fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u/jew lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji li fl-aħħar mill-aħħar ikunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.

Il-produtturi tal-Unjoni li jkunu parti mill-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni tinsab fil-fajl li jista’ jiġi analizzat mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2420.

5.5.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ sussidjar u ta’ dannu kkawżat minħabba fih, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri antisussidji tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur u t-trejdjunjins huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni.

L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta jew fil-format ta’ test liberu jew inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott li qed jiġi investigat, hija disponibbli fil-fajl li jista’ jiġi analizzat mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2420. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni ppreżentata se titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.6.    Il-partijiet interessati

Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

Il-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li ppreżentaw informazzjoni disponibbli b’konformità mal-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.3, 5.4 u 5.5 ta’ hawn fuq jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

Partijiet oħra jkunu jistgħu jieħdu sehem biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument meta jagħmlu lilhom infushom magħrufa, u diment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat. Il-fatt li wieħed jitqies bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

L-aċċess mill-partijiet interessati għall-fajl disponibbli għall-ispezzjoni jsir permezz ta’ TRON.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq dik il-paġna sabiex ikollok aċċess.

5.7.    Il-possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu seduta ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.

L-iskeda ta’ żmien għas-seduti ta’ smigħ hija kif ġejja:

Għal kwalunkwe seduta ta’ smigħ li ssir qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, jenħtieġ li t-talba ssir fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika u s-seduta ta’ smigħ normalment isseħħ fi żmien 60 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Wara l-istadju proviżorju, jenħtieġ li ssir talba fi żmien ħamest (5) ijiem mid-data tal-iżvelar proviżorju jew tad-dokument ta’ informazzjoni, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tal-iżvelar jew mid-data tad-dokument ta’ informazzjoni.

Fl-istadju definittiv, jenħtieġ li ssir talba fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tal-iżvelar finali, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir fil-perjodu mogħti biex isiru kummenti dwar l-iżvelar finali. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li ssir talba minnufih malli jasal dan l-iżvelar finali addizzjonali, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir sal-iskadenza sabiex jiġu pprovduti kummenti dwar dan l-iżvelar.

L-iskeda ta’ żmien deskritta hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tas-servizzi tal-Kummissjoni li jaċċettaw seduti ta’ smigħ lil hinn mill-iskeda ta’ żmien f’każijiet debitament ġustifikati u għad-dritt tal-Kummissjoni li tiċħad seduti ta’ smigħ f’każijiet debitament ġustifikati. Meta s-servizzi tal-Kummissjoni jirrifjutaw talba għal seduta ta’ smigħ, il-parti kkonċernata tiġi infurmata bir-raġunijiet għal tali rifjut.

Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.

5.8.    Struzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw informazzjoni u/jew data lill-Kummissjoni soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala ‘Limited’ ( Ristrett”) (9). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Limite d” (Ristretta) huma mitluba jfasslu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested partie s” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Jenħtieġ li dawk is-sommarji jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli.

Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew fuq DVD bl-idejn jew permezz tal-posta rreġistrata. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ) ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u informazzjoni ulterjuri dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet permezz ta’ TRON.tdi u bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Direttorat H

Uffiċċju: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

TRON.tdi: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi

Posta elettronika:

TRADE-AS660-SSHR-SUBSIDY@ec.europa.eu

TRADE-AS660-SSHR-INJURY@ec.europa.eu

6.   L-iskeda tal-investigazzjoni

Skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, normalment l-investigazzjoni tiġi konkluża fi żmien 12-il xahar, iżda mhux iktar minn 13-il xahar, mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri proviżorji jistgħu jiġu imposti, normalment, mhux aktar tard minn disa’ (9) xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

F’konformità mal-Artikolu 29a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata tad-dazji proviżorji tliet (3) ġimgħat qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji. Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu din l-informazzjoni bil-miktub fi żmien erba’ (4) xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika. Il-partijiet interessati se jingħataw tlett (3) ijiem tax-xogħol biex jikkummentaw bil-miktub dwar ir-reqqa tal-kalkoli.

F’każijiet fejn il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li ma timponix dazji proviżorji iżda li tkompli l-investigazzjoni, il-partijiet interessati, tliet (3) ġimgħat qabel ma tiskorri l-iskadenza, jiġu infurmati bil-miktub li mhux se jiġu imposti dazji, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku.

Fil-prinċipju, il-partijiet interessati jingħataw 15-il jum biex jikkummentaw bil-miktub dwar is-sejbiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni, u għaxart (10) ijiem biex jikkummentaw bil-miktub dwar is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Fejn ikun applikabbli, l-iżvelar finali addizzjonali jispeċifika l-iskadenza għall-partijiet interessati biex jikkummentaw bil-miktub.

7.   Preżentazzjoni tal-informazzjoni

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni biss fl-iskedi ta’ żmien speċifikati fit-taqsimiet 5 u 6 ta’ din in-Notifika. Il-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra mhux koperta minn dawk it-taqsimiet jenħtieġ li tirrispetta l-iskeda li ġejja:

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, kull informazzjoni għall-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji jenħtieġ li tiġi ppreżentata fi żmien 70 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, jenħtieġ li l-partijiet interessati ma jippreżentawx informazzjoni fattwali ġdida wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar proviżorju jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni fl-istadju proviżorju. Lil hinn minn tali skadenza, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss informazzjoni fattwali ġdida diment li tali partijiet ikunu jistgħu juru li tali informazzjoni fattwali ġdida hija meħtieġa biex jirribattu l-allegazzjonijiet fattwali magħmula minn partijiet interessati oħra u diment li tali informazzjoni fattwali ġdida tista’ tiġi vverifikata fiż-żmien disponibbli biex l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.

Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhix se taċċetta iktar preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali addizzjonali.

8.   Possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.

Tali kummenti jenħtieġ li jsiru skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:

Jenħtieġ li kwalunkwe kumment dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, isir fi żmien 75 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet proviżorji jew tad-dokument ta’ informazzjoni, jiġu ppreżentati fi żmien sebat (7) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar is-sejbiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet definittivi, jiġu ppreżentati fi żmien tlett (3) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal dan l-iżvelar ulterjuri jsiru fi żmien jum wieħed (1) mill-iskadenza għal kummenti dwar dan l-iżvelar ulterjuri, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-qafas ta’ żmien deskritt huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

9.   Estensjoni tal-limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika

L-estensjonijiet tal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jistgħu jingħataw fuq talba min-naħa tal-partijiet interessati li jkollhom raġuni valida.

L-estensjonijiet tal-iskadenzi għat-tweġibiet għall-kwestjonarji u għal limiti ta’ żmien kif inhu speċifikat f’din in-Notifika jew li jkunu previsti f’komunikazzjonijiet speċifiċi mal-partijiet interessati se jkunu limitati għal mhux aktar minn tlett (3) ijiem addizzjonali. Tali estensjoni tista’ tittawwal għal mhux aktar minn sebat (7) ijiem fejn il-parti rikjedenti tagħti prova dwar l-eżistenza ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali.

10.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jsiru sejbiet proviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u l-konklużjonijiet ikunu għalhekk ibbażati fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandux jiġi kkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja immedjatament lill-Kummissjoni.

11.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti tal-kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża ta’ partijiet interessati u partijiet terzi kif dawn jinqalgħu dwar il-proċediment.

L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

Kwalunkwe talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ l-avveniment li jiġġustifika tali intervent. Fil-prinċipju, l-iskedi ta’ żmien stabbiliti fit-Taqsima 5.7 sabiex jintalbu seduti ta’ smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni japplikaw mutatis mutandis għal talbiet għal seduti ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta. Meta t-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu ppreżentati lil hinn mill-oqfsa ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet ikunu saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawk il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

12.   L-ipproċessar ta’ data personali

Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(2)  It-terminu ġenerali “dannu” jirreferi għal dannu materjali kif ukoll għal theddida ta’ dannu materjali jew dewmien materjali tal-istabbiliment ta’ industrija kif stabbilit fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament bażiku.

(3)  Ir-referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika jirreferu għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 143, 7.6.2018, p. 1).

(5)  Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiżi ikkonċernati li jipproduċu u li jesportaw il-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, jew direttament jew inkella permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe waħda mill-kumpaniji relatati tagħha involuti fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat.

(6)  Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, kwalunkwe ammont żero u de minimis ta’ sussidji kumpensabbli u l-ammonti ta’ sussidji kumpensabbli stabbiliti fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku għandhom jitwarrbu.

(7)  Din it-taqsima tkopri biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jikkompletaw l-Anness I ta’ dan l-Avviż għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu sħab rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu l-impjegatur u l-impjegat; (D) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bi dritt tal-vot tat-tnejn li huma; (e) waħda mill-persuni tikkontrolla direttament jew indirettament lill-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien jikkontrollaw direttament jew indirettament terza persuna; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (I) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika, u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(8)  Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll fir-rigward ta’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni apparti d-determinazzjoni tas-sussidjar.

(9)  Dokument “Limite d” (Ristrett) huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim kontra s-Sussidji). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS I

Image 3

Image 4

Image 5


ANNESS II

Image 6

Image 7


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

10.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/33


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9497 — Crédit Agricole/Abanca/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 342/10)

1.   

Fit-3 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Crédit Agricole Assurances S.A. (Franza), ikkontrollata minn Crédit Agricole S.A. (“Crédit Agricole”, Franza);

Abanca Division Inmobiliaria S.A. (Spanja), ikkontrollata minn Abanca Corporación Bancaria S.A. (“Abanca”, Spanja);

Abanca Generales Seguros y Reaseguros S.A. (“AGSR”, Spanja) bħallisa kkontrollata biss mill-Abanca Division Inmobiliaria.

CAA u Abanca jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ AGSR kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Crédit Agricole hija attiva fis-settur bankarju, dak tal-assigurazzjoni u fis-settur tal-proprjetà immobbli;

Abanca hija attiva fis-settur bankarju għall-konsumaturi, fis-settur tal-finanzi għall-konsumaturi, fil-ġestjoni tal-assi, u fis-settur tal-assigurazzjoni, primarjament fi Spanja;

AGSR se toffri prodotti tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja fi Spanja u fil-Portugall.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9497 — Crédit Agricole/Abanca/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


10.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/35


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9563 — PIC/SKC/SKCCD)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 342/11)

1.   

Fit-2 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Petrochemical Industries Company K.S.C. (“PIC”, il-Kuwajt), ikkontrollata mill-Kuwait Petroleum Corporation (il-Kuwajt),

SKC Co., Ltd (“SKC”, il-Korea t’Isfel), ikkontrollata minn SK Holdings Co., Ltd (il-Korea t’Isfel).

PIC u SKC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, “JV”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma u kontribuzzjoni ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

PIC hija manifattur u kummerċjant dinji ta’ petrokimiċi u li hija bbażata fil-Kuwajt.

SKC hija kumpanija tal-kimika Koreana kkwotata fil-Borża Koreana u hija attiva fil-kimiċi, fil-pellikoli u oħrajn (materjal tas-semikondutturi u tal-benżen eżaklorur).

il-JV se tkun tikkonsisti fin-nezjozju attwali tal-kimiċi ta’ SKC u se timmanifattura, tikkummerċjalizza u tbigħ kimiċi, primarjament l-ossidu tal-propilen, il-glikol tal-propilen, l-eter glikol tal-propilen, u l-monomeru tal-istiren.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9563 — PIC/SKC/SKCCD

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


10.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/36


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9541 — Advent/Cobham)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 342/12)

1.   

Fl-1 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Advent International Corporation (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Cobham plc (“Cobham”, ir-Renju Unit).

Fondi kkontrollati minn Advent jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Cobham kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Advent: investitur ta’ ekwità privata li tinvesti f’kumpaniji minn diversi setturi, inklużi dawk industrijali, tal-ħwienet, il-media, il-komunikazzjonijiet, it-teknoloġija tal-informazzjoni, l-Internet, il-kura tas-saħħa u l-farmaċewtiċi, kif ukoll il-ġestjoni ta’ fondi tal-investiment,

Cobham: Forniturta’ teknoloġija u servizzi għall-industriji tad-difiża, l-ajruspazju u tal-ispazju.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9541 — Advent/Cobham

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

10.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/37


Pubblikazzjoni tad-dokument uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2019/C 342/13)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data DOOR tal-Kummissjoni.

SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA

“BRATISLAVSKÝ ROŽO K”/“POZSONYI KIFL I”

Nru tal-UE: TSG-SK-0056-AM02– 12.2.2019

Is-Slovakkj a”

1.   Isem li għandu jiġi rreġistrat/ismijiet li għandhom jiġu rreġistrati

“Bratislavský rožok”/“Pozsonyi kifli”

2.   Tip ta’ prodott

Klassi 2.24. Prodotti ta’ ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

3.   Raġunijiet għar-reġistrazzjoni

3.1.   Indika jekk il-prodott:

☒ jirriżultax minn metodu ta’ produzzjoni, ipproċessar jew kompożizzjoni li jikkorrispondi għal prattika tradizzjonali għal dak il-prodott jew oġġett tal-ikel

☐ huwiex manifatturat minn materja prima jew ingredjenti li kienu jintużaw tradizzjonalment.

L-isem Slovakk “Bratislavský rožok” beda jintuża madwar l-1920, wara li l-belt ta’ Pressburg, li dak iż-żmien kienet tagħmel parti miċ-Ċekoslovakkja, u l-belt kapitali tas-Slovakkja, bdiet tissejjaħ Bratislava. Minn dik is-sena, l-isem tal-għaġina ġie adattat sabiex ikun konformi mal-isem il-ġdid tal-belt, u għalhekk sar “Bratislavský rožok”. Wara li ġie adottat l-isem il-ġdid tal-belt, flimkien mal-isem l-antik tal-belt, fl-Awstrija bdiet tintuża l-kelma “Kipfel” minflok dik tas-soltu, “Beugel”. L-isem li kien jintuża oriġinarjament bl-Ungeriż kien “Pozsonyi patkó”, li jfisser “in-nagħla ta’ Bratislava”. Skont l-informazzjoni attwali minn bosta furnara u pastiċċiera Ungeriżi, b’mod partikolari f’Budapest, dan il-prodott huwa mmanifatturat u kkumerċjalizzat bl-isem ta’ “Pozsonyi kifli”, li bil-lingwa Slovakka jiġi tradott għal “Bratislavský rožok”. Pozsony huwa l-isem oriġinali tal-belt li kien jintuża sal-1918. Fid-dawl tad-drawwiet stabbiliti, nipproponu li jinżamm l-isem “Pozsonyi kifli”.

3.2.   Indika jekk l-isem:

☒ kienx jintuża tradizzjonalment sabiex jirreferi għall-prodott speċifiku

☐ jidentifikax il-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott

Il-prodott huwa speċifiku fir-rigward tal-kompożizzjoni tiegħu stabbilita storikament u l-metodu ta’ produzzjoni. It-terminu “Bratislavský rožok” huwa użat esklussivament biex jindika dan it-tip partikolari ta’ prodott fin tal-furnar jew għaġina.

Il-karattru speċifiku tal-prodott jinsab fil-wiċċ distint tiegħu, li huwa mraħħam, jiġifieri mżewwaq b’mod fin b’kulur iktar ċar mill-bqija tal-qoxra tal-wiċċ. L-uċuħ ta’ prodotti oħra tal-furnar jew tal-ħelu ma jitlestewx b’dan il-mod:

il-prodott huwa differenti mit-tipi simili ta’ prodotti fini tal-furnar jew ħelu fis-suq, mhux biss minħabba l-forma u l-piż tiegħu, iżda wkoll minħabba l-kwantità tal-mili. L-għaġina għandha iktar xaħam miżjud magħha minn prodotti oħrajn, u l-ebda tip ta’ għaġina fina oħra mhi mraħħma fil-wiċċ;

il-prodott għandu riħa u togħma speċifiċi, li ġejjin mill-mili taż-żerriegħa tal-peprin jew tal-ġewż użat;

il-prodott għandu dehra distinta u għandu għamla ta’ nagħla jew ta’ ittra Ċ.

Sabiex ikun ippreservat il-karattru tradizzjonali tal-prodott, jeħtieġ li meta jkun ippreparat, jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-riċetta li ġejjin:

l-għaġina għandu jkollha proporzjon ta’ xaħam u dqiq ta’ mill-inqas 30 %;

il-mili għandu jammonta għal mill-inqas 40 % tal-piż totali tal-prodott moħmi;

il-bajda sħiħa jew l-isfar tal-bajd għandhom jindilku fuq il-prodott qabel ma jinħema biex il-prodott moħmi jkollu wiċċ imraħħam.

4.   Deskrizzjoni

4.1.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1, inklużi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tiegħu li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

Prodott fin tal-furnar jew għaġina bil-mili taż-żerriegħa tal-peprin jew tal-ġewż u b’wiċċ imraħħam ileqq.

Karatteristiċi organolettiċi

Kulur: qoxra kannella għal kannella skur; fuq il-wiċċ maqtugħ, hemm mili biss ftit millimetri ’l ġewwa mill-kisi b’għaġina mhux raffinata — il-mili taż-żerriegħa tal-peprin huwa griż skur għal iswed, u l-mili tal-ġewż huwa kannella;

Dehra: fuq il-qoxra ta’ fuq, wiċċ uniformi kannella jleqq għal kannella skur b’tikek delikati bi sfumatura iktar ċara, li tixbah lill-irħam;

Konsistenza: kisi sod u delikat li jitfarrak meta jinqasam;

Riħa u togħma: togħma delikata, tipika tal-mili użat (jiġifieri togħma tipika tal-ġewż jew taż-żerriegħa tal-peprin), pjaċevolment ħelwa, b’aroma tal-ingredjenti użati.

Karatteristiċi fiżiċi

Għamla: għamla ta’ nagħla, għall-ponta fix-xfarijiet, għall-mili taż-żerriegħa tal-peprin, u għamla ta’ ittra Ċ għall-mili tal-ġewż;

Piż: normalment 40 sa 70 g.

4.2.   Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1 li għandhom isegwu l-produtturi, inklużi, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, kif ukoll il-metodu li permezz tiegħu jitħejja l-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

Il-materja prima ewlenija użata biex issir l-għaġina hija: dqiq tal-qamħ, xaħam (marġerina, marġerina tal-għaġina sfiljurata, butir, grass, eċċ.), zokkor, melħ, ħmira, bajd, ħalib tat-trab, zokkor tal-vanilla jew tal-vanillin, qoxra tal-lumi jew qoxra tal-lumi mnixxfa, u ilma; jista’ jintuża wkoll iz-zokkor tal-kannella. L-għaġina għandu jkollha proporzjon ta’ xaħam u dqiq ta’ mill-inqas 30 % u l-mili għandu jammonta għal mill-inqas 40 % tal-piż tal-prodott lest.

Il-mili tal-ġewż normalment isir billi mal-ġewż imqatta’ jiġu miżjuda z-zokkor granulat (jew l-għasel), il-frak tal-ħobż ħelu, iz-zokkor tal-vanilla jew tal-vanillin u z-zokkor tal-kannella u jitħawdu flimkien mal-misħun jew mal-ħalib.

Il-mili taż-żerriegħa tal-peprin normalment isir billi maż-żerriegħa tal-peprin mitħuna jiġu miżjuda z-zokkor granulat (jew l-għasel), il-frak tal-ħobż ħelu u z-zokkor tal-vanilla jew tal-vanillin u jitħawdu flimkien mal-misħun jew mal-ħalib.

Il-ġamm (tal-għajnbaqar jew tal-berquq) jew iż-żbib jistgħu jiżdiedu mal-mili biex tittejjeb it-togħma tiegħu.

Metodu ta’ produzzjoni

L-għaġina titħejja billi d-dqiq jitħallat mal-ilma, jew mal-ilma li miegħu jkun żdied il-ħalib tat-trab, mal-ħmira, mal-melħ, maz-zokkor u max-xaħam li jittiekel. Ix-xaħam jistal-ewwel jitħallat mad-dqiq, u l-materja prima l-oħra tiżdied iktar tard. L-għaġina mħallta titħalla togħla għal 30 sa 40 minuta. Wara li l-għaġina tkun tidher li żdiedet fil-volum, tiġi magħġuna mill-ġdid għal ftit ħin, u wara tinqasam f’biċċiet li jiġu ffurmati fi blalen. Wara li jogħlew għal 15 sa 20 minuta, dawn jinfetħu fi strixxi ellittiċi ta’ 12 sa 15-il ċentimetru tul l-itwal assi tagħhom. Il-ħxuna tal-istrixxa tal-għaġina mrembla trid tkun ta’ żewġ sa tliet millimetri. Il-biċċiet ċilindriċi tal-mili taż-żerriegħa tal-peprin jew tal-ġewż jitpoġġew fuq l-istrixxi tal-għaġina mrembla u jitgeżwru fiha biex jiffurmaw ċilindri twal minn 12 sa 15-il ċentimetru, li gradwalment jiġu għall-ponta fix-xfarijiet. Meta l-mili jiġi mgeżwer, l-għaġina għandha tingħaqad bl-istess mod u l-punt fejn din tingħaqad għandu jkun fuq in-naħa ta’ taħt tal-prodott meta dan jiġi ffurmat f’forma ta’ nofs qamar fuq it-turtiera tal-ħami. Jekk ikollu l-mili taż-żerriegħa tal-peprin, il-prodott jingħata l-għamla ta’ nagħla, mentri jekk ikollu l-mili tal-ġewż, jingħata l-għamla ta’ ittra Ċ. L-għamliet għandhom ikunu differenti biżżejjed biex wieħed jinduna mill-ewwel x’mili jkollhom.

Il-mili taż-żerriegħa tal-peprin jitħejja billi ż-żerriegħa tal-peprin titgħalla jew tinstamat fil-misħun (bil-volum tal-likwidu jkun ekwivalenti għal 35 sa 40 % tal-ammont taż-żerriegħa tal-peprin). Iz-zokkor jiddewweb fi kwantità żgħira ta’ ilma u jitħalla jiftaħ jagħli (jista’ jintuża l-għasel minflok iz-zokkor). Iż-żerriegħa tal-peprin mitħuna u mħallta mal-ħalib tat-trab, mal-frak tal-ħobż ħelu u maż-żbib tiżdied gradwalment maz-zokkor imdewweb billi titħawwad b’mod kostanti u titgħalla biex jiġi prodott pejst magħqud mhux ħażin. Meta jiksaħ u jagħqad il-mili taż-żerriegħa tal-peprin, miegħu jiżdied il-qxur tal-lumi frisk maħkuk jew il-pejst tal-lumi, flimkien mal-kannella u ma’ ammont żgħir ta’ zokkor tal-vanilla, fejn meħtieġ, biex tittejjeb it-togħma tiegħu. Il-mili tal-ġewż ma jissajjarx, iżda l-ġewż mitħun sempliċiment jitħallat maz-zokkor (jew mal-għasel), maż-żbib, mal-ħalib tat-trab, mal-misħun, maz-zokkor tal-vanilla jew maz-zokkor tal-vanillin u mal-kannella mitħuna. Sa 10 % bil-piż tal-ġewż imqatta’ jew taż-żerriegħa tal-peprin mitħuna fil-mili jista’ jiġi sostitwit bil-frak tal-ħobż ħelu.

Wara li jibirdu, iż-żewġ tipi ta’ mili għandhom ikunu ħoxnin biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu ffurmati rombli żgħar bl-idejn.

Il-prodotti ffurmati jitpoġġew fuq turtiera tal-ħami u jindilku biss b’bajda sħiħa jew bl-isfar tal-bajd. Il-prodotti midluka bil-bajd fuq it-turtieri jitħallew f’post frisk b’ċirkulazzjoni tal-arja biex il-bajda fuq il-wiċċ tagħhom tinxef ftit. Ladarba l-wiċċ ikun nixef u jkunu għolew ftit, jerġgħu jindilku mill-ġdid bil-bajd, jitħallew jinxfu u wara jitpoġġew fil-forn. Meta jkunu għolew, jinħmew bħala prodotti tal-għaġina b’bażi ta’ ħmira. Waqt li jkunu qegħdin jogħlew, u b’mod partikolari waqt il-ħami, il-bajd imnixxef li jkun imdellek fil-wiċċ jinkiser ftit u joħloq l-istruttura mraħħma tipika tal-qoxra tal-wiċċ tal-prodott.

Il-prodotti jinħmew mingħajr fwar f’temperatura ta’ 170 sa 220 °C.

Il-ħin tal-ħami jiddependi mid-daqs tal-prodotti. Għall-prodotti li jiżnu 40 sa 50 gramma, dan huwa ta’ 10 minuti sa 12-il minuta, filwaqt li għal dawk li jiżnu 50 sa 70 gramma, dan huwa ta’ 15-il minuta sa 20 minuta.

Wara li jiksħu, il-prodotti moħmija jitħejjew għad-dispaċċ u għall-bejgħ.

It-telf tekniku minħabba l-ħami jammonta għal madwar 10 %, skont il-piż tal-prodott u l-konsistenza tal-mili.

Tikkettar: l-isem tal-prodott “Bratislavský rožok” enfasizzat jew l-ekwivalenti tiegħu bl-Ungeriż; il-logo tal-Komunità jew il-logo u l-iskrizzjoni “Zaručená tradičná špecialita” (speċjalità tradizzjonali garantita). It-taqsira “ZTŠ” (STG) tista’ tidher fuq l-imballaġġ. Id-daqs tat-tipa tal-logo ma għandux ikun inqas minn 15-il mm.

Metodu u post tal-bejgħ: Il-prodott “Bratislavský rožok” jinbiegħ bil-waħdiet fil-ħwienet speċjalizzati tal-produttur jew fil-ħwienet tal-ħelu, fil-kafetteriji u fil-ħwienet tal-“fast-food”. Għall-prodotti mhux ippakkjati minn qabel, il-logo “ZTŠ” (STG) jista’ jidher fuq l-indikatur tal-prezz viċin l-isem tal-prodott jew fuq il-pannell tal-informazzjoni viċin il-prodotti.

Ħżin: f’temperatura ambjentali.

Il-prodott iżomm bejn tlieta u għaxart ijiem, skont l-ammont ta’ ħmira użata.

Il-prodott huwa magħmul bl-idejn u mhux prodott bil-massa.

Ma jistax jiġi mmanifatturat bħala prodott iffriżat, nofsu lest u moħmi parzjalment li wara titneħħielu l-friża u jitlesta fil-forn; dejjem irid jinħema frisk.

4.3.   Deskrizzjoni tal-elementi ewlenin li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

Il-karattru tradizzjonali tal-prodott huwa bbażat fuq il-kompożizzjoni tradizzjonali tiegħu, jiġifieri l-mili jrid jammonta għal mill-inqas 40 % tal-piż totali tal-prodott lest.

Prodott bl-isem speċifiku ilu jsir għal aktar minn żewġ sekli fil-pajjiżi ġirien tal-Ungerija u l-Awstrija, li sa 90 sena ilu, is-Slovakkja kellha kostituzzjoni waħda magħhom.

Il-ktieb ta’ Vladimír Tomčík imsejjaħ “S vareškou dvoma tisícročiami” (“Elfejn sena ta’ storja tat-tisjir”), jikkwota entrati fil-kotba li jindikaw li fl-1590 il-prodott “Bratislavský rožok” kien qiegħed jisserva fit-taverni, għalkemm is-sigriet tal-produzzjoni tiegħu imur lura ħafna iktar żmien.

Fil-paġna 305 tal-pubblikazzjoni ta’ Tivadar Ortvay msejħa “Ulice a námestia mesta Bratislavy” (“It-toroq u l-pjazez ta’ Bratislava”), ippubblikata fi Bratislava fl-1905, jingħad li mhux ’il bogħod ħafna mill-ħanut tal-ħelu ta’Viktor Mayer, il-forn l-antik ta’ Scheuermann (issa Lauda) jaħmi n-nagħal taż-żerriegħa tal-peprin u tal-ġewż, speċjalitajiet li għalihom hija magħrufa Bratislava [“Ulice a námestia mesta Bratislavy” (“It-toroq u l-pjazez ta’ Bratislava”), it-test ikompli kif ġej: “L-istorja tal-belt skont l-ismijiet tat-toroq u tal-pjazez tagħha, ibbażata fuq riċerka oriġinali” — test miktub mid-Dott. Tivadar Ortvay fi Bratislava fl-1905 u stampat minn F.K. Wigand]. Il-paġni 304 u 305 tal-ktieb elenkat fl-Anness 1 bl-Ungeriż isemmu l-forn ta’ Scheuermann b’rabta mal-pjazza li issa għandha l-isem ta’ “Hviezdoslavovo námestie”. Il-parti rilevanti tat-test tgħid hekk: “Viċin hemm il-forn l-antik ta’ Scheuermann (issa Lauda) li jagħmel in-nagħal taż-żerriegħa tal-peprin u tal-ġewż u li wassal għall-fama ta’ Bratislava b’rabta ma’ din l-ispeċjalità. Il-qarmeċ ta’ Bratislava (“bratislavský suchár”) huwa speċjalità oħra minn dawn…”.

Fil-paġna 52 tal-ktieb ta’ V. Szemes u V. Karovič imsejjaħ “Chlieb náš každodenný” (“Ħobżna ta’ kuljum”), ippubblikat fi Bratislava fl-1992, jingħad dan li ġej: “Fl-1785, għal Jum San Nikola, il-furnar Schiermann poġġa tip ġdid ta’ għaġina mimlija fit-tieqa tal-ħanut tiegħu, li tniżżlet fl-istorja bħala l-“prešpurské beugle”.” Aħna nqisu d-differenza fl-ismijiet Scheuermann u Schiermann bħala żball tipografiku; l-ortografija korretta hija Scheuermann.

Il-“Bratislavský rožok” ġie magħmul sussegwentement minn bosta furnara fi Bratislava. Wieħed mill-aktar famużi kien Ágoston Schwappach, li l-forn tiegħu kien stabbilit fl-1834 u li kien ibigħ in-nagħal taż-żerriegħa tal-peprin u tal-ġewż. Tnejn mis-suċċessuri tal-produtturi tal-“Bratislavský rožok” Scheuermann u Lauda, kienu l-furnar prim Johann Korče (li għex bejn l-1851 u l-1919), li kien kavallier tal-Ordni ta’ Franz Josef, u ibnu, il-furnar prim Hans Korče. Il-familja Korče kellha bħala s-suċċessur tagħha lil Emil Kastner.

Il-forn ta’ Gustáv Wendler fi Štefánikova ulica fi Bratislava, li kien jibgħat il-“Bratislavský rožok” bil-posta wkoll, kien magħruf ukoll.

Fl-eks ġurnal ta’ Bratislava tal-1863 imsejjaħ “Pressburger Wegweiser”, fost affarijiet oħrajn, in-negozju tal-furnar u tal-ħelu ta’ Anton Pressberger jirreklama “l-“beugle” taż-żerriegħa tal-peprin u tal-ġewż”.

Il-gazzetta ta’ Vjenna msejħa “Neue Freie Presse” tas-16 ta’ April 1938 tinkludi riċetta għall-“Pressburger Kipfel — Bratislavské rožky”. Ir-riċetta u l-metodu ta’ produzzjoni deskritti fiha huma kważi identiċi għal dawk użati llum.

Fil-ktieb tagħhom tal-1870, Terézia Vansová u Ján Babilon ukoll iddeskrivew il-“Bratislavský rožok”.

Numru ta’ furnara u pastiċċiera għamlu l-“Bratislavský rožok” f’diversi bliet Ewropej, b’mod partikolari fl-Awstrija, fir-Repubblika Ċeka u fl-Ungerija. Skont informazzjoni miġbura minn esperti tal-forn f’diversi pajjiżi, prodott bl-isem ta’ “Bratislavský rožok” isir f’diversi bliet, jew tal-inqas l-għamla tiegħu, ir-riċetta tiegħu bejn wieħed u ieħor u l-metodu ta’ produzzjoni tiegħu huma magħrufa. Taħriġ prattiku dwar kif isir il-“Bratislavský rožok”, b’mod partikolari wara l-1950, ingħata f’kulleġġi vokazzjonali għall-furnara u għall-pastiċċiera fl-eks Ċekoslovakkja. L-isem “Bratislavský rožok” beda jintuża fl-1918, wara li ġiet stabbilita ċ-Ċekoslovakkja u nbidel l-isem tal-belt minn dak oriġinali ta’ Pressburg jew Pozsony għal Bratislava. L-isem tal-prodott inbidel ukoll. L-isem oriġinali “Beugel” bl-Ungeriż inbidel għal “patkó”, li jfisser “nagħla taż-żiemel”. Mid-dehra, it-terminu “rožok” beda jintuża flimkien mal-isem il-ġdid tal-belt. Fl-Ungerija, l-isem “Pozsonyi kifli” (“Bratislavský rožok”), jiġifieri l-isem l-antik tal-belt bl-isem il-ġdid għall-għamla, għadu jintuża sal-lum. L-istess fl-Awstrija, fejn l-isem “Pressburger Kipfel” jintuża iktar u t-terminu “Beugel” bilkemm jinstema’.

Bl-istorja tiegħu, il-prodott “Bratislavský rožok” għadu popolari sal-lum. Skont stimi li saru, dan isir b’mod regolari minn 20 forn u pastiċċerija u almenu darba f’ġimgħa minn għadd ieħor ta’ produtturi fis-Slovakkja.

Fl-1999 u fl-2005, il-koperattiva tal-furnara tas-Slovakkja msejħa “Slovenské družstvo pekárov” inkludiet il-“Bratislavský rožok” fost il-prodotti għall-kompetizzjoni ppreżentati fil-finali tat-Tazza Lesaffre f’Pariġi, u dan tfaħħar ħafna mill-ġurija.

Fil-bidu tal-2007, għall-ewwel darba fl-istorja saret kompetizzjoni internazzjonali għall-aqwa “Bratislavský rožok” bħala parti mill-wirja msejħa “Danubius Gastro” fi Bratislava, li attirat disa’ timijiet minn tliet pajjiżi (ara l-paġna ta’ quddiem tal-gazzetta “Bratislavské noviny” tal-25 ta’ Jannar 2007).

Il-gazzetti ta’ Bratislava u diversi perjodiċi nazzjonali ppubblikaw għadd ta’ artikli dwar din il-kompetizzjoni.

Fil-25 ta’ Lulju 2008, il-gazzetta ta’ kuljum “Nový čas” ippubblikat artiklu dwar il-“Bratislavský rožok”. L-artiklu fih ukoll riċetta tradizzjonali tal-1938, u d-deskrizzjoni tal-għamla tal-prodott tgħid li: “… meta l-prodott ikollu l-mili taż-żerriegħa tal-peprin, ikun f’għamla ta’ nagħla, u meta jkollu l-mili tal-ġewż, ikun f’għamla ta’ ittra Ċ.”.

Artiklu bl-isem ta’ “Bratislavský rožok – tradícia s dlhou históriou” (“Il-prodott “Bratislavský rožok” — tradizzjoni twila”) fil-paġna 52 tar-rivista “Epicure” jgħid li “meta jkollu l-mili taż-żerriegħa tal-peprin, il-prodott ikollu għamla ta’ nagħla, u meta jkollu l-mili tal-ġewż, ikollu għamla ta’ ittra Ċ”.


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.


Rettifika

10.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/42


Rettifika tal-Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 266 tat-8 ta’ Awwissu 2019)

(2019/C 342/14)

F’paġna 8, il-punt 3.2, ‘Valur tal-perossidu’,

minflok:

“Valur tal-perossidu: mhux iktar minn 0,2 meq O2/kg żejt”,

aqra:

“Valur tal-perossidu: mhux iktar minn 15 meq O2/kg żejt”.