ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 329

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
1 ta' Ottubru 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kummissjoni Ewropea

2019/C 329/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9513 — Apax Partners/ADCO) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2019/C 329/02

Avviż li jikkonċerna d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar l-Estradizzjoni tal-1996

2

 

Kummissjoni Ewropea

2019/C 329/0301

Rata tal-kambju tal-euro It-30 ta' Settembru 2019

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il–Kummissjoni Ewropea

2019/C 329/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9550 — PT Baskhara Utama Sedaya/CPPIB/PT Lintas Marga Sedaya) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 2 )

4

2019/C 329/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9577 — Genstar/Oak Hill Capital/Mercer ADV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 2 )

6


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kummissjoni Ewropea

1.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9513 — Apax Partners/ADCO)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 329/01)

Fit-23 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9513. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

1.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/2


Avviż li jikkonċerna d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar l-Estradizzjoni tal-1996

(2019/C 329/02)

Il-Konvenzjoni mfassla abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, relatata mal-estradizzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (1), iffirmata f’Dublin fis-27 ta’ Settembru 1996, għandha tidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Novembru 2019, skont l-Artikolu 18(3) tagħha.


(1)  ĠU C 313, 23.10.1996, p. 12.


Kummissjoni Ewropea

1.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-30 ta' Settembru 2019

(2019/C 329/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0889

JPY

Yen Ġappuniż

117,59

DKK

Krona Daniża

7,4662

GBP

Lira Sterlina

0,88573

SEK

Krona Żvediża

10,6958

CHF

Frank Żvizzeru

1,0847

ISK

Krona Iżlandiża

135,10

NOK

Krona Norveġiża

9,8953

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,816

HUF

Forint Ungeriż

334,83

PLN

Zloty Pollakk

4,3782

RON

Leu Rumen

4,7496

TRY

Lira Turka

6,1491

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6126

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4426

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,5368

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7375

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5060

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 304,83

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,5576

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7784

HRK

Kuna Kroata

7,4110

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 456,94

MYR

Ringgit Malażjan

4,5592

PHP

Peso Filippin

56,553

RUB

Rouble Russu

70,7557

THB

Baht Tajlandiż

33,315

BRL

Real Brażiljan

4,5288

MXN

Peso Messikan

21,4522

INR

Rupi Indjan

77,1615


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il–Kummissjoni Ewropea

1.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9550 — PT Baskhara Utama Sedaya/CPPIB/PT Lintas Marga Sedaya)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 329/04)

1.   

Fid-19 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

PT Baskhara Utama Sedaya (“BUS”, l-Indoneżja), li tappartjeni għall-grupp Jardines (Bermuda);

Canada Pension Plan Investment Board (“CPPIB”, il-Kanada);

PT Lintas Marga Sedaya (il-joint venture, “JV”, l-Indoneżja).

BUS u CPPIB jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-JV kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

BUS: tħaddim ta’ toroq bi ħlas fl-Indoneżja.

CPPIB: organizzazzjoni ta’ ġestjoni tal-investiment, li prinċipalment tinvesti f’ekwitajiet pubbliċi, ekwitajiet privati, infrastruttura tal-proprjetà immobbli u investmenti ta’ dħul fiss.

il-JV: proprjetarja u operatur tal-konċessjoni tat-triq bi ħlas bejn Cikopo u Palimanan fil-Provinċja tal-Punent ta’ Java, fl-Indoneżja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9550 — PT Baskhara Utama Sedaya/CPPIB/PT Lintas Marga Sedaya

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


1.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9577 — Genstar/Oak Hill Capital/Mercer ADV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 329/05)

1.   

Fl-24 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Ytal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Genstar Capital Partners, LLC (“Genstar”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Oak Hill Capital Management, LLC (“Oak Hill”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

Mercer Advisors Inc. (“Mercer”, l-Istati Uniti tal-Amerika)

Genstar u Oak Hill jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Mercer kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Genstar: ditta tal-ekwità privata bbażata f’San Francisco, California, li tispeċjalizza f’investimenti f’kumpaniji tas-suq medju fis-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, it-teknoloġija industrijali u l-industriji tas-software;

Oak Hill: ditta tal-ekwità privata bil-kwartieri ġenerali tagħha fi New York City.

Mercer: ditta indipendenti ta’ ġestjoni tal-ġid. Hija primarjament toffri servizzi lil klijenti sinjuri tal-massa u klijenti b’valur nett għoli u toffri wkoll soluzzjonijiet komprensivi ta’ ġestjoni tal-ġid, inkluż: ippjanar finanzjarju, ġestjoni tal-investiment, ġestjoni ta’ taxxi, ippjanar tad-dħul u l-benefiċji mill-pensjoni, u ġestjoni tal-proprjetà immobbli.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9577 — Genstar/Oak Hill Capital/Mercer ADV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.