ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 319

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
23 ta' Settembru 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 319/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 319/02

Kawża C-40/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Fashion ID GmbH & Co.KG vs Verbraucherzentrale NRW eV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali — Direttiva 95/46/KE — Artikolu 2(d) — Kunċett ta’ kontrollur — Amministratur ta’ sit internet li inkorpora plug in soċjali fih li jippermetti l-komunikazzjoni ta’ data ta’ natura personali ta’ min jaċċedi dan is-sit lill-fornitur tal-imsemmi plug in — Teħid inkunsiderazzjoni tal-interess tal-amministratur tas-sit internet jew ta’ dak tal-fornitur tal-plug in soċjali — Artikolu 2(h) u l-Artikolu 7(a) — Kunsens tas-suġġett tad-data — Artikolu 10 — Informazzjoni tas-suġġett tad-data — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-assoċjazzjonijiet għall-ħarsien tal-interessi tal-konsumaturi jippreżentaw azzjoni ġudizzjarja)

2

2019/C 319/03

Kawża C-411/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour constitutionnelle — il-Belġju) — Inter-Environnement Wallonie ASBL, Bond Beter Leefmilieu Vlaanderen ASBL vs Conseil des ministres (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Konvenzjoni ta’ Espoo — Konvenzjoni ta’ Aarhus — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa — Direttiva 92/43/KEE — Artikolu 6(3) — Kunċett ta’ proġett — Evalwazzjoni tal-effetti fuq is-sit ikkonċernat — Artikolu 6(4) — Kunċett ta’ raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku kbir — Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi — Direttiva 2009/147/KE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Direttiva 2011/92/UE — Artikolu 1(2)(a) — Kunċett ta’ proġett — Artikolu 2(1) — Artikolu 4(1) — Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent — Artikolu 2(4) — Eżenzjoni tal-evalwazzjoni — Twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, minn naħa, il-bidu mill-ġdid, għal madwar għaxar snin, tal-attività ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku minn impjant nukleari sakemm jitwaqqaf, b’effett ta’ posponiment ta’ għaxar snin mid-data inizjalment iffissata mil-leġiżlatur nazzjonali għad-diżattivazzjoni u t-tmiem tal-attività tiegħu, u, min-naħa l-oħra, il-posponiment, għal għaxar snin ukoll, tat-terminu inizjalment previst minn dan l-istess leġiżlatur għad-diżattivazzjoni u għat-twaqqif tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku ta’ impjant attiv — Assenza ta’ evalwazzjoni tal-effett fuq l-ambjent)

3

2019/C 319/04

Kawża C-469/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Alwa Manja) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Funke Medien NRW GmbH vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Soċjetà tal-informazzjoni — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati — Artikolu 2(a) — Dritt ta’ riproduzzjoni — Artikolu 3(1) — Komunikazzjoni lill-pubbliku — Artikolu 5(2) u (3) — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet — Portata — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

5

2019/C 319/05

Kawża C-476/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Pelham GmbH, Moses Pelham, Martin Haas vs Ralf Hütter, Florian Schneider-Esleben (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Soċjetà tal-informazzjoni — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati — Teħid ta’ kampjuni (sampling) — Artikolu 2(ċ) — Produttur ta’ fonogrammi — Dritt ta’ riproduzzjoni — Riproduzzjoni ta’ parti — Artikolu 5(2) u (3) — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet — Portata — Artikolu 5(3)(d) — Kwotazzjonijiet — Direttiva 2006/115/KE — Artikolu 9(1)(b) — Dritt ta’ distribuzzjoni — Drittijiet fundamentali — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 13 — Libertà tal-arti)

6

2019/C 319/06

Kawża C-516/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Spiegel Online GmbH vs Volker Beck (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Soċjetà tal-informazzjoni — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati — Artikolu 5(3) — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet — Portata — Artikolu 5(3)(ċ) u (d) — Rappurtaġġ ta’ ġrajjiet kurrenti — Kwotazzjonijiet — Użu ta’ hyperlinks — Tqegħid legali għad-dispożizzjoni tal-pubbliku — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 11 — Libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni)

7

2019/C 319/07

Kawża C-556/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Pécsi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság — l-Ungerija) — Alekszij Torubarov vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika komuni fil-qasam tal-ażil u tal-protezzjoni sussidjarja — Proċeduri komuni għall-għoti tal-protezzjoni internazzjonali — Direttiva 2013/32/UE — Artikolu 46(3) — Eżami sħiħ u ex nunc — Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Dritt għal rimedju effettiv — Portata tas-setgħat tal-qorti tal-ewwel istanza — Assenza ta’ setgħa ta’ bidla — Rifjut tal-awtorità amministrattiva jew kważi ġudizzjarja kompetenti li tikkonforma ruħha ma’ deċiżjoni ta’ din il-qorti)

8

2019/C 319/08

Kawża C-589/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña — Spanja) — Prenatal S.A. vs Tribunal Económico Administrativo Regional de Cataluña (TEARC) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Importazzjoni ta’ prodotti tat-tessuti ddikjarati b’mod ħażin bħala li joriġinaw mill-Ġamajka — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Talba għal maħfra tad-dazji — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 — Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni Ewropea f’każ partikolari — Validità)

9

2019/C 319/09

Kawża C-620/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Székesfehérvári Törvényszék — l-Ungerija) — Hochtief Solutions AG Magyarországi Fióktelepe vs Fővárosi Törvényszék (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Proċeduri ta’ reviżjoni — Direttiva 89/665/KE — Direttiva 92/13/KEE — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza — Rikors għal reviżjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji li jiksru d-dritt tal-Unjoni — Responsabbiltà tal-Istati Membri f’każ ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-qrati nazzjonali — Evalwazzjoni tad-dannu li għandu jiġi kkumpensat)

10

2019/C 319/10

Kawża C-654/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 — Bayerische Motoren Werke AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, Freistaat Sachsen (Appell — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna reġjonali għall-investiment — Għajnuna għal proġett kbir ta’ investiment — Għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Artikolu 107(3) TFUE — Neċessità tal-għajnuna — Artikolu 108(3) TFUE — Regolament (KE) Nru 800/2008 — Għajnuna li taqbeż il-limitu ta’ notifika individwali — Komunikazzjoni — Portata tal-eżenzjoni skont il-kategorija — Appell inċidentali — Ammissjoni ta’ intervent quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — Ammissibbiltà)

11

2019/C 319/11

Kawża C-659/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Azienda Napoletana Mobilità SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna għall-impjieg — Eżenzjoni ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali marbuta ma’ kuntratti ta’ taħriġ u ta’ xogħol — Deċiżjoni 2000/128/KE — Skemi ta’ għajnuna li jirrigwardaw miżuri għall-impjieg implimentati mill-Italja — Għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Applikabbiltà tad-Deċiżjoni 2000/128/KE għal impriża li tipprovdi b’mod esklużiv servizzi ta’ trasport pubbliku lokali li kienu direttament attribwiti lilha minn komun — Artikolu 107(1) TFUE — Kunċett ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni — Kunċett ta’ impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri)

12

2019/C 319/12

Kawża C-680/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Utrecht — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Sumanan Vethanayagam, Sobitha Sumanan, Kamalaranee Vethanayagam vs Minister van Buitenlandse Zaken (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Qasam ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kodiċi komunitarju dwar il-Viżi — Regolament (KE) Nru 810/2009 — Artikolu 5 — Stat Membru kompetenti biex jeżamina u jiddeċiedi dwar applikazzjoni għal viża — Artikolu 8 — Ftehim ta’ Rappreżentanza — Artikolu 32(3) — Appell kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ viża — Stat Membru kompetenti biex jieħu deċiżjoni dwar l-appell f’każ ta’ ftehim ta’ rappreżentanza — Detenturi tad-dritt li jippreżentaw appell)

13

2019/C 319/13

Kawża C-38/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Bari — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Massimo Gambino, Shpetim Hyka (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Direttiva 2012/29/UE — Standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità — Artikoli 16 u 18 — Smigħ tal-vittma minn qorti kriminali tal-ewwel istanza — Bidla fil-kompożizzjoni tal-Kulleġġ Ġudikanti — Repetizzjoni tas-smigħ tal-vittma fuq talba ta’ waħda mill-partijiet fil-proċeduri — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 47 u 48 — Dritt għal smigħ xieraq u drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ immedjatezza — Portata — Dritt tal-vittma għal protezzjoni matul il-proċeduri kriminali)

14

2019/C 319/14

Kawża C-124/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 — Red Bull GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea(EUIPO), Marques, Optimum Mark sp. z o.o. (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 4 u Artikolu 7(1)(a) — Raġuni assoluta għal rifjut — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Taħlita ta’ żewġ kuluri bħala tali — Assenza ta’ arranġament sistematiku li jassoċja l-kuluri b’mod predeterminat u uniformi)

14

2019/C 319/15

Kawża C-209/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva 2006/123/KE u tal-Artikoli 49 u 56 TFUE — Restrizzjonijiet u rekwiżiti dwar il-post tas-sede, il-forma legali, is-sehem fil-kapital u l-attivitajiet multidixxiplinari tal-kumpanniji ta’ inġiniera ċivili, ta’ aġenti tal-privattivi u ta’ veterinarji)

15

2019/C 319/16

Kawża C-354/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bacău — ir-Rumanija) — Radu Lucian Rusu, Oana Maria Rusu vs SC Blue Air — Airline Management Solutions Srl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Trasport bl-ajru — Rifjut ta’ imbark — Kunċetti ta’ kumpens u ta’ kumpens ulterjuri — Tip ta’ dannu kumpensabbli — Dannu materjali jew morali — Tnaqqis — Kumpens ulterjuri — Assistenza — Informazzjoni pprovduta lill-passiġġieri)

16

2019/C 319/17

Kawża C-359/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 — L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini vs Shire Pharmaceuticals Ireland Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Regolament (KE) Nru 141/2000 — Prodotti mediċinali orfni — Artikolu 5 — Talba għad-denominazzjoni ta’ prodott mediċinali bħala prodott mediċinali orfni — Validazzjoni — Eżistenza ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq (ATS) preċedenti għall-istess prodott mediċinali)

17

2019/C 319/18

Kawża C-388/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt A vs B (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Direttiva 2006/112/KE — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Punt 1 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 288 u l-Artikolu 315 — Skema speċjali għall-impriżi żgħar — Arranġamenti speċjali għal negozjanti taxxabbli — Negozjanti taxxabbli li jaqgħu taħt l-iskema ta’ marġni ta’ profitt — Dħul mill-bejgħ annwali li jiddetermina l-applikabbiltà tal-iskema speċjali għall-impriżi żgħar — Marġni ta’ profitt jew ammonti ta’ flus irċevuti)

17

2019/C 319/19

Kawża C-436/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 — Shanxi Taigang Stainless Steel Co. Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Eurofer, Association Européenne de l’Acier, ASBL (Appell — Dumping — Instituzzjoni ta’ dazju antidumping definittiv fuq ċerti prodotti li joriġinaw miċ-Ċina — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/1429 — Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Artikolu 2(7)(a) — Valur normali — Determinazzjoni abbażi tal-prezz f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq — Għażla tal-pajjiż terz xieraq — Pajjiż terz b’ekonomija tas-suq suġġett għall-istess investigazzjoni — Aġġustamenti)

18

2019/C 319/20

Kawża C-451/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Győri Ítélőtábla — l-Ungerija) — Tibor-Trans Fuvarozó és Kereskedelmi Kft. vs DAF TRUCKS N.V. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Kompetenzi speċjali — Il-punt 2 tal-Artikolu 7 — Materji ta’ delitt jew kważi delitt — Post fejn seħħ il-fatt dannuż — Post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu — Talba għal kumpens għad-dannu kkawżat minn akkordju ddikjarat li jmur kontra l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea)

19

2019/C 319/21

Kawża C-481/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2012/39/UE — Rekwiżiti tekniċi għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani — Assenza ta’ komunikazzjoni jew nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)

19

2019/C 319/22

Kawża C-438/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa — CAAD) — il-Portugal) — Galeria Parque Nascente-Exploração de Espaços Comerciais SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti — Direttiva 90/434/KEE — Artikoli 4 u 11 — Direttiva 2009/133/KE — Artikoli 4 u 15 — Merger imsejjaħ bl-invers — Sistema fiskali li twassal sabiex, fil-każ ta’ merger imsejjaħ bl-invers, l-ispejjeż subiti mill-kumpannija omm, relatati ma’ self ikkuntrattat minnha għax-xiri tal-ishma tal-kumpannija sussidjarja li tinkorporaha, deduċibbli għal din il-kumpannija omm, jitqiesu bħala mhux deduċibbli għal din il-kumpannija sussidjarja)

20

2019/C 319/23

Kawża C-530/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Ilfov — ir-Rumanija) — EP vs FO (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikolu 15 — Trasferiment tal-kawża lil qorti ta’ Stat Membru ieħor, iktar adatta sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża — Eċċezzjoni għar-regola ta’ ġurisdizzjoni ġenerali tal-qorti tal-post ta’ residenza abitwali tal-wild — Rabta partikolari ma’ Stat Membru ieħor — Elementi li jippermettu li tiġi ddeterminata l-qorti l-iktar adatta — Eżistenza ta’ dispożizzjonijiet legali differenti — Aħjar interess tal-wild)

21

2019/C 319/24

Kawża C-103/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 24 de Madrid (Spanja) fil-11 ta’ Frar 2019 — Sindicato Único de Sanidad e Higiene de la Comunidad de Madrid u Sindicato de Sanidad de Madrid de la CGT vs Consejería de Sanidad de la Comunidad de Madrid

22

2019/C 319/25

Kawża C-150/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Koszalinie (il-Polonja) fil-21 ta’ Frar 2019 — V.C. Sp. z o.o. vs P.K.

23

2019/C 319/26

Kawża C-396/19 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2019 minn Il-Bank Ċentrali Ewropew mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-730/16, Espírito Santo Financial Group vs BĊE

24

2019/C 319/27

Kawża C-506/19 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2019 minn Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID), Khazar Sea Shipping Lines Co., Rahbaran Omid Darya Ship Management Co., Irinvestship Ltd and IRISL Europe GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-8 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża T-434/15, Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill

25

2019/C 319/28

Kawża C-511/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Areios Pagos (il-Greċja) fl-4 ta’ Lulju 2019 — AB vs Olympiako Athlitiko Kentro Athinon — Spyros Louis

26

2019/C 319/29

Kawża C-594/19 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2019 minn Deutschen Lufthansa AG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-17 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża T-764/15, Deutsche Lufthansa AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

28

 

Il-Qorti Ġenerali

2019/C 319/30

Kawża T-516/19: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2019 — VDV eTicket Service vs Il-Kummissjoni u INEA

29

2019/C 319/31

Kawża T-545/19: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2019 — Global Steel Wire et vs Il-Kummissjoni

30

2019/C 319/32

Kawża T-554/19: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2019 — Spanja vs Il-Kummissjoni

31

2019/C 319/33

Kawża T-558/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Awwissu 2019 — Luz Saúde vs EUIPO — Clínica La Luz (HOSPITAL DA LUZ LEARNING HEALTH TRAINING, RESEARCH & INNOVATION CENTER)

32


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 319/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 312, 16.9.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 305, 9.9.2019

ĠU C 295, 2.9.2019

ĠU C 288, 26.8.2019

ĠU C 280, 19.8.2019

ĠU C 270, 12.8.2019

ĠU C 263, 5.8.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Fashion ID GmbH & Co.KG vs Verbraucherzentrale NRW eV

(Kawża C-40/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Direttiva 95/46/KE - Artikolu 2(d) - Kunċett ta’ “kontrollur” - Amministratur ta’ sit internet li inkorpora plug in soċjali fih li jippermetti l-komunikazzjoni ta’ data ta’ natura personali ta’ min jaċċedi dan is-sit lill-fornitur tal-imsemmi plug in - Teħid inkunsiderazzjoni tal-interess tal-amministratur tas-sit internet jew ta’ dak tal-fornitur tal-plug in soċjali - Artikolu 2(h) u l-Artikolu 7(a) - Kunsens tas-suġġett tad-data - Artikolu 10 - Informazzjoni tas-suġġett tad-data - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-assoċjazzjonijiet għall-ħarsien tal-interessi tal-konsumaturi jippreżentaw azzjoni ġudizzjarja)

(2019/C 319/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fashion ID GmbH & Co.KG

Konvenuta: Verbraucherzentrale NRW eV

fil-preżenza ta’: Facebook Ireland Ltd, Landesbeauftragte für Datenschutz und Informationsfreiheit Nordrhein-Westfalen

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 22 sa 24 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-assoċjazzjonijiet għall-ħarsien tal-interessi tal-konsumaturi jippreżentaw azzjoni ġudizzjarja kontra l-awtur preżunt ta’ preġudizzju għall-protezzjoni tad-data ta’ natura personali.

2)

L-amministratur ta’ sit internet, bħal Fashion ID GmbH & Co. KG, li jinkorpora plug-in soċjali fl-imsemmi sit li jippermetti lill-browser tal-persuna li taċċedi dan is-sit jirrikjedi kontenut mill-fornitur tal-imsemmi plug-in u jittrażmetti b’dan il-mod u lil dan il-fornitur data ta’ natura personali tal-persuna li taċċedi s-sit, jista’ jitqies bħala kontrollur fis-sens tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46. Madankollu din ir-responsabbiltà hija limitata għall-operazzjoni jew għall-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar tad-data ta’ natura personali li tagħha huwa jiddetermina effettivament il-finijiet u l-mezzi, jiġifieri l-ġbir u l-komunikazzjoni permezz ta’ trażmissjoni tad-data inkwistjoni.

3)

F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-amministratur ta’ sit internet jinkorpora fl-imsemmi sit plug-in soċjali li jippermetti lill-browser tal-persuna li taċċedi dan is-sit jirrikjedi kontenut tal-fornitur tal-imsemmi plug-in u li jittrażmetti f’dan ir-rigward lill-imsemmi fornitur data ta’ natura personali tal-persuna li taċċedi s-sit, huwa neċessarju li kemm dan l-amministratur kif ukoll dan il-fornitur ikollhom, għat-twettiq ta’ dawn l-operazzjonijiet ta’ pproċessar, interess leġittimu, fis-sens tal-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46, sabiex l-aġir tagħhom ikun iġġustifikat.

4)

L-Artikolu 2(h) u l-Artikolu 7(a) tad-Direttiva 95/46 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-amministratur ta’ sit internet jinkorpora fl-imsemmi sit plug-in soċjali li jippermetti lill-browser tal-persuna li taċċedi dan is-sit jirrikjedi kontenut tal-fornitur tal-imsemmi plug-in u li jittrażmetti f’dan ir-rigward lill-imsemmi fornitur data ta’ natura personali tal-persuna li taċċedi s-sit, il-kunsens imsemmi f’dawn id-dispożizzjonijiet għandu jinġabar minn dan l-amministratur biss fir-rigward tal-operazzjoni jew tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar tad-data ta’ natura personali li tagħha l-imsemmi amministratur jiddetermina effettivament il-finijiet u l-mezzi. Barra minn hekk, l-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’tali sitwazzjoni, l-obbligu ta’ informazzjoni previst minn din id-dispożizzjoni jistrieħ ukoll fuq l-imsemmi amministratur, fejn madankollu l-informazzjoni li dan tal-aħħar għandu jipprovdi lis-suġġett tad-data għandha tirrigwarda biss l-operazzjoni jew l-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar tad-data ta’ natura personali li tagħha huwa jiddetermina effettivament il-finijiet u l-mezzi.


(1)  ĠU C 112, 10.4.2017


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour constitutionnelle — il-Belġju) — Inter-Environnement Wallonie ASBL, Bond Beter Leefmilieu Vlaanderen ASBL vs Conseil des ministres

(Kawża C-411/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Konvenzjoni ta’ Espoo - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa - Direttiva 92/43/KEE - Artikolu 6(3) - Kunċett ta’ “proġett” - Evalwazzjoni tal-effetti fuq is-sit ikkonċernat - Artikolu 6(4) - Kunċett ta’ “raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku kbir” - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Direttiva 2009/147/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Direttiva 2011/92/UE - Artikolu 1(2)(a) - Kunċett ta’ “proġett” - Artikolu 2(1) - Artikolu 4(1) - Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent - Artikolu 2(4) - Eżenzjoni tal-evalwazzjoni - Twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, minn naħa, il-bidu mill-ġdid, għal madwar għaxar snin, tal-attività ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku minn impjant nukleari sakemm jitwaqqaf, b’effett ta’ posponiment ta’ għaxar snin mid-data inizjalment iffissata mil-leġiżlatur nazzjonali għad-diżattivazzjoni u t-tmiem tal-attività tiegħu, u, min-naħa l-oħra, il-posponiment, għal għaxar snin ukoll, tat-terminu inizjalment previst minn dan l-istess leġiżlatur għad-diżattivazzjoni u għat-twaqqif tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku ta’ impjant attiv - Assenza ta’ evalwazzjoni tal-effett fuq l-ambjent)

(2019/C 319/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Inter-Environnement Wallonie ASBL, Bond Beter Leefmilieu Vlaanderen ASBL

Konvenut: Conseil des ministres

fil-preżenza ta’: Electrabel SA

Dispożittiv

1)

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 1(2)(a), l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-bidu mill-ġdid, għal perijodu ta’ kważi għaxar snin, tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku ta’ impjant nukleari sakemm jitwaqqaf, b’effett ta’ posponiment ta’ għaxar snin tad-data inizjalment stabbilita mil-leġiżlatur nazzjonali għad-diżattivazzjoni u t-tmiem tal-attività tiegħu, u l-posponiment, ukoll ta’ għaxar snin, tat-terminu inizjalment previst minn dan l-istess leġiżlatur għad-diżattivazzjoni u għat-twaqqif tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku ta’ impjant attiv, miżuri li jinvolvu xogħlijiet ta’ modernizzazzjoni tal-impjanti kkonċernati ta’ natura li jaffettwaw l-aspett fiżiku tas-siti, jikkostitwixxu “proġett”, fis-sens ta’ din id-direttiva, li għandu, bħala prinċipju, u suġġetti għall-verifiki li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju, ikunu suġġetti għal evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, qabel l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri. Il-fatt li l-implimentazzjoni ta’ dawn tal-aħħar timplika atti ulterjuri, bħall-ħruġ, għal wieħed mill-impjanti kkonċernati, ta’ awtorizzazzjoni individwali ġdida ta’ produzzjoni ta’ elettriku għal finijiet industrijali, ma huwiex determinanti f’dan ir-rigward. Ix-xogħlijiet indissoċjabbilment marbuta mal-imsemmija miżuri għandhom ukoll ikunu suġġetti għal tali evalwazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ dawn l-istess miżuri jekk, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, in-natura tagħhom u l-effetti potenzjali tagħhom fuq l-ambjent ikunu suffiċjentement identifikabbli f’dan l-istadju.

2)

L-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2011/92 għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lil Stat Membru li jeżenta proġett bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali minn evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent bl-għan li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku tiegħu biss fil-każ fejn dan l-Istat Membru juri li r-riskju għas-sigurtà ta’ din il-provvista jkun raġonevolment probabbli u li l-proġett inkwistjoni jkollu natura ta’ urġenza li tista’ tiġġustifika l-assenza ta’ tali evalwazzjoni, sakemm ikunu osservati l-obbligi previsti fil-punti (a) sa (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) ta’ din id-direttiva. Madankollu, tali possibbiltà ta’ eżenzjoni hija bla ħsara għall-obbligi imposti fuq l-Istat Membru kkonċernat bis-saħħa tal-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva.

3)

L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2011/92 għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tikkostitwixxix att leġiżlattiv nazzjonali speċifiku, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, eskluż, skont din id-dispożizzjoni, mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.

4)

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa għandu jiġi interpretat fis-sens li miżuri bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, flimkien max-xogħlijiet ta’ modernizzazzjoni u tal-konformità mal-istandards attwali ta’ sigurtà, jikkostitwixxu proġett li għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni xierqa tal-effetti tiegħu fuq is-siti protetti kkonċernati. Dawn il-miżuri għandhom ikunu suġġetti għal tali evalwazzjoni qabel l-adozzjoni tagħhom mil-leġiżlatur. Il-fatt li l-implimentazzjoni tal-imsemmija miżuri timplika atti ulterjuri, bħall-ħruġ, għal wieħed mill-impjanti kkonċernati, ta’ awtorizzazzjoni individwali ġdida ta’ produzzjoni ta’ elettriku għal finijiet industrijali, ma huwiex determinanti f’dan ir-rigward. Ix-xogħlijiet indissoċjabbilment marbuta ma’ dawn l-istess miżuri għandhom ukoll ikunu suġġetti għal tali evalwazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ dawn tal-aħħar jekk, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, in-natura tagħhom u l-effetti potenzjali tagħhom fuq is-siti protetti jkunu suffiċjentement identifikabbli f’dan l-istadju.

5)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għan li tiġi żgurata, f’kull ħin, is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku ta’ Stat Membru jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess pubbliku kbir, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn is-sit protett li jista’ jiġi affettwat minn proġett jospita tip ta’ habitat naturali ta’ prijorità jew speċi ta’ prijorità, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, hija biss in-neċessità li tiġi eskluża theddida reali u serja ta’ waqfien tal-provvista tal-elettriku tal-Istat Membru kkonċernat li hija ta’ natura li tikkostitwixxi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, raġuni ta’ sigurtà pubblika, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

6)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali tista’, jekk id-dritt intern jippermetti dan, b’mod eċċezzjonali, iżżomm l-effetti ta’ miżuri, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jkunu ġew adottati bi ksur tal-obbligi stabbiliti mid-Direttivi 2011/92 u 92/43, jekk din iż-żamma tkun iġġustifikata minħabba kunsiderazzjonijiet imperattivi marbuta man-neċessità li tiġi eskluża theddida reali u serja ta’ waqfien tal-provvista tal-elettriku tal-Istat Membru kkonċernat, li ma tistax tiġi ffaċċjata b’mezzi u alternattivi oħra, b’mod partikolari fil-kuntest tas-suq intern. L-imsemmija żamma tista’ tkopri biss il-perijodu ta’ żmien li huwa strettament neċessarju sabiex tiġi rrimedjata din l-illegalità.


(1)  ĠU C 300, 11.9.2017.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Alwa Manja) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Funke Medien NRW GmbH vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-469/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Soċjetà tal-informazzjoni - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati - Artikolu 2(a) - Dritt ta’ riproduzzjoni - Artikolu 3(1) - Komunikazzjoni lill-pubbliku - Artikolu 5(2) u (3) - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet - Portata - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

(2019/C 319/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Funke Medien NRW GmbH

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li jikkostitwixxu miżuri ta’ armonizzazzjoni sħiħa tal-kontenut materjali tad-drittijiet previsti minnhom. It-tieni każ imsemmi fl-Artikolu 5(3)(ċ) u l-Artikolu 5(3)(d) ta’ din id-direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jikkostitwixxux miżuri ta’ armonizzazzjoni sħiħa tal-portata tal-eċċezzjonijiet jew tal-limitazzjonijiet previsti minnhom.

2)

Il-libertà ta’ informazzjoni u l-libertà tal-istampa, irrikonoxxuti fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ma jistgħux jiġġustifikaw, minbarra l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2001/29, deroga mid-drittijiet esklużivi ta’ riproduzzjoni u ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku tal-awtur, previsti rispettivament fl-Artikolu 2(a) u fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.

3)

Il-qorti nazzjonali, fil-kuntest tal-ibbilanċjar li għandha twettaq, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ ikkonċernat, bejn id-drittijiet esklużivi tal-awtur previsti fl-Artikolu 2(a) u fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, minn naħa, u d-drittijiet tal-utenti ta’ oġġetti protetti msemmija fid-dispożizzjonijiet derogatorji tat-tieni każ imsemmi fl-Artikolu 5(3)(ċ) u tal-Artikolu 5(3)(d) ta’ din id-direttiva, min-naħa l-oħra, għandha tibbaża ruħha fuq interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet li, filwaqt li tosserva l-formulazzjoni tagħhom u filwaqt li tħares l-effett utli tagħhom, tkun kompletament konformi mad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 382, 13.11.2017.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Pelham GmbH, Moses Pelham, Martin Haas vs Ralf Hütter, Florian Schneider-Esleben

(Kawża C-476/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Soċjetà tal-informazzjoni - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati - Teħid ta’ kampjuni (sampling) - Artikolu 2(ċ) - Produttur ta’ fonogrammi - Dritt ta’ riproduzzjoni - Riproduzzjoni “ta’ parti” - Artikolu 5(2) u (3) - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet - Portata - Artikolu 5(3)(d) - Kwotazzjonijiet - Direttiva 2006/115/KE - Artikolu 9(1)(b) - Dritt ta’ distribuzzjoni - Drittijiet fundamentali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 13 - Libertà tal-arti)

(2019/C 319/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pelham GmbH, Moses Pelham, Martin Haas

Konvenuti: Ralf Hütter, Florian Schneider-Esleben

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni għandu, fid-dawl tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jiġi interpretat fis-sens li d-dritt esklużiv mogħti minn din id-dispożizzjoni lill-produttur ta’ fonogrammi li jawtorizza jew li jipprojbixxi r-riproduzzjoni tal-fonogramma tiegħu jippermettilu joġġezzjona għall-użu minn terz ta’ kampjun sonoru, anki jekk qasir ħafna, meħud mill-fonogramma tiegħu għall-finijiet tal-inklużjoni ta’ dan il-kampjun f’fonogramma oħra, sakemm dan il-kampjun ma jkunx inkluż f’din il-fonogramma l-oħra f’forma mibdula u li ma tingħarafx meta tinstema’.

2)

L-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali għandu jiġi interpretat fis-sens li fonogramma li tinkludi kampjuni mużikali ttrasferiti minn fonogramma oħra ma tikkostitwixxix “kopja”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ta’ din il-fonogramma meta ma tirriproduċix it-totalità jew parti sostanzjali ta’ din l-istess fonogramma.

3)

Stat Membru ma jistax jipprevedi, fid-dritt nazzjonali tiegħu, eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-dritt tal-produttur ta’ fonogrammi, previst fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29, għajr dawk previsti fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva.

4)

L-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “kwotazzjonijiet”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, ma jkoprix sitwazzjoni li fiha ma jkunx possibbli li jiġi identifikat ix-xogħol ikkonċernat mill-kwotazzjoni inkwistjoni.

5)

L-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi miżura ta’ armonizzazzjoni sħiħa tal-kontenut materjali tad-dritt previst f’din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Spiegel Online GmbH vs Volker Beck

(Kawża C-516/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Soċjetà tal-informazzjoni - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati - Artikolu 5(3) - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet - Portata - Artikolu 5(3)(ċ) u (d) - Rappurtaġġ ta’ ġrajjiet kurrenti - Kwotazzjonijiet - Użu ta’ hyperlinks - Tqegħid legali għad-dispożizzjoni tal-pubbliku - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 11 - Libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni)

(2019/C 319/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Spiegel Online GmbH

Konvenut: Volker Beck

Dispożittiv

1)

It-tieni każ imsemmi fl-Artikolu 5(3)(ċ) u l-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jikkostitwixxux miżuri ta’ armonizzazzjoni sħiħa tal-portata tal-eċċezzjonijiet jew tal-limitazzjonijiet previsti minnhom.

2)

Il-libertà ta’ informazzjoni u l-libertà tal-istampa, irrikonoxxuti fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ma jistgħux jiġġustifikaw, minbarra l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2001/29, deroga mid-drittijiet esklużivi ta’ riproduzzjoni u ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku tal-awtur, previsti rispettivament fl-Artikolu 2(a) u fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.

3)

Il-qorti nazzjonali, fil-kuntest tal-ibbilanċjar li għandha twettaq, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ ikkonċernat, bejn id-drittijiet esklużivi tal-awtur previsti fl-Artikolu 2(a) u fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, minn naħa, u d-drittijiet tal-utenti ta’ oġġetti protetti msemmija fid-dispożizzjonijiet derogatorji tat-tieni każ imsemmi fl-Artikolu 5(3)(ċ) u tal-Artikolu 5(3)(d) ta’ din id-direttiva, min-naħa l-oħra, għandha tibbaża ruħha fuq interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet li, filwaqt li tosserva l-formulazzjoni tagħhom u filwaqt li tħares l-effett utli tagħhom, tkun kompletament konformi mad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

4)

It-tieni każ imsemmi fl-Artikolu 5(3)(ċ) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola nazzjonali li tillimita l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni jew tal-limitazzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni għall-każijiet li fihom ma jkunx raġonevolment possibbli li titressaq talba minn qabel sabiex jiġi awtorizzat l-użu ta’ xogħol protett għal finijiet ta’ rappurtaġġ ta’ ġrajjiet kurrenti.

5)

L-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “kwotazzjonijiet”, li jinsab f’din id-dispożizzjoni, ikopri r-riferiment, permezz ta’ hyperlink, għal fajl li jista’ jiġi kkonsultat b’mod awtonomu.

6)

L-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li xogħol ikun diġà tqiegħed legalment għad-dispożizzjoni tal-pubbliku meta dan ix-xogħol, fil-forma konkreta tiegħu, ikun magħmul aċċessibbli għall-pubbliku minn qabel bl-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet jew bis-saħħa ta’ liċenzja mhux volontarja jew inkella bis-saħħa ta’ awtorizzazzjoni legali.


(1)  ĠU C 392, 20.11.2017.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Pécsi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság — l-Ungerija) — Alekszij Torubarov vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

(Kawża C-556/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika komuni fil-qasam tal-ażil u tal-protezzjoni sussidjarja - Proċeduri komuni għall-għoti tal-protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 46(3) - Eżami sħiħ u ex nunc - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal rimedju effettiv - Portata tas-setgħat tal-qorti tal-ewwel istanza - Assenza ta’ setgħa ta’ bidla - Rifjut tal-awtorità amministrattiva jew kważi ġudizzjarja kompetenti li tikkonforma ruħha ma’ deċiżjoni ta’ din il-qorti)

(2019/C 319/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pécsi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alekszij Torubarov

Konvenut: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

Dispożittiv

L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn qorti tal-ewwel istanza tkun ikkonstatat, wara li wettqet eżami sħiħ u ex nunc tal-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti ppreżentati mill-applikant għal protezzjoni internazzjonali, li, b’applikazzjoni tal-kriterji previsti mid-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, dan l-applikant għandu jingħata tali protezzjoni għar-raġuni li huwa jinvoka insostenn tal-applikazzjoni tiegħu, iżda l-korp amministrattiv jew kważi ġudizzjarju jadotta sussegwentement deċiżjoni fis-sens kuntrarju, mingħajr ma jistabbilixxi, għal dan il-għan, l-okkorrenza ta’ elementi ġodda li jiġġustifikaw evalwazzjoni ġdida tal-bżonnijiet ta’ protezzjoni internazzjonali tal-imsemmi applikant, l-imsemmija qorti għandha tirriforma din id-deċiżjoni mhux konformi mas-sentenza preċedenti tagħha u tissostitwixxi tali deċiżjoni b’dik tagħha stess fir-rigward tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, billi jekk ikun hemm bżonn ma tapplikax il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprekludiha milli tipproċedi f’dan is-sens.


(1)  ĠU C 5, 08.01.2018.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña — Spanja) — Prenatal S.A. vs Tribunal Económico Administrativo Regional de Cataluña (TEARC)

(Kawża C-589/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Importazzjoni ta’ prodotti tat-tessuti ddikjarati b’mod ħażin bħala li joriġinaw mill-Ġamajka - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Talba għal maħfra tad-dazji - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 - Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni Ewropea f’każ partikolari - Validità)

(2019/C 319/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Cataluña

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Prenatal S.A.

Konvenut: Tribunal Económico Administrativo Regional de Cataluña (TEARC)

Dispożittiv

L-eżami tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COM(2008) 6317 finali tat-3 ta’ Novembru 2008 li stabbilixxiet li dħul a posteriori fil-kontijiet tad-dazji fuq l-importazzjoni huwa ġġustifikat u li l-maħfra ta’ dawn id-dazji ma hijiex iġġustifikata f’każ partikolari (Fajl REM 03/07), fir-rigward tal-Artikolu 220(2)(b) u tal-Artikolu 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000, ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità ta’ din id-deċiżjoni.


(1)  ĠU C 22, 22.1.2018.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Székesfehérvári Törvényszék — l-Ungerija) — Hochtief Solutions AG Magyarországi Fióktelepe vs Fővárosi Törvényszék

(Kawża C-620/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Proċeduri ta’ reviżjoni - Direttiva 89/665/KE - Direttiva 92/13/KEE - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza - Rikors għal reviżjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji li jiksru d-dritt tal-Unjoni - Responsabbiltà tal-Istati Membri f’każ ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-qrati nazzjonali - Evalwazzjoni tad-dannu li għandu jiġi kkumpensat)

(2019/C 319/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Székesfehérvári Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hochtief Solutions AG Magyarországi Fióktelepe

Konvenuta: Fővárosi Törvényszék

Dispożittiv

1)

Ir-responsabbiltà ta’ Stat Membru għad-danni kkawżati b’deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali bħala l-aħħar istanza li tikser regola tad-dritt tal-Unjoni hija rregolata mill-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari, fil-punt 51 tas-sentenza tat-30 ta’ Settembru 2003, Köbler (C-224/01, EU:C:2003:513), mingħajr ma jeskludi l-possibbiltà li dan l-Istat jista’ jinżamm responsabbli taħt kundizzjonijiet inqas restrittivi fuq abbażi tad-dritt nazzjonali. Dik ir-responsabbiltà ma tkunx prekluża mill-fatt li din id-deċiżjoni tkun kisbet l-awtorità ta’ res judicata. Fl-implimentazzjoni ta’ dik ir-responsabbiltà, hija l-qorti nazzjonali li quddiemha tressqet it-talba għad-danni sabiex tevalwa, filwaqt li tqis l-elementi kollha li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni inkwistjoni, jekk il-qorti nazzjonali tal-aħħar istanza tkunx wettqet ksur serju biżżejjed tad-dritt tal-Unjoni billi tkun kisret b’mod ċar id-dritt applikabbli tal-Unjoni, inkluża l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja. B’kuntrast, id-dritt tal-Unjoni jipprekludi regola tad-dritt nazzjonali li, f’każ bħal dan, teskludi b’mod ġenerali danni li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kumpens għall-ispejjeż imwettqa minn parti permezz tad-deċiżjoni kontra l-qorti nazzjonali.

2)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi ta’ provvista u ta’ xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246), kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 u d-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, kif emendata mid-Direttiva 2007/66, kif ukoll il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, iridu jiġu interpretati fis-sens li dan ma jipprekludix ir-regolament ta’ Stat Membru li ma jawtorizzax ir-reviżjoni ta’ sentenza, li għandha l-awtorità ta’ res judicata, ta’ qorti ta’ dak l-Istat Membru li tkun iddeċidiet dwar azzjoni għal annullament kontra att ta’ awtorità kontraenti, mingħajr ma tindirizza kwistjoni li l-eżami tagħha kien ikkontemplat minn sentenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja ngħatat b’risposta għal domanda preliminari magħmula fil-proċedimenti relatati ma’ dak ir-rikors għal annullament. Madankollu, jekk ir-regoli proċedurali interni applikabbli jinkludu l-possibbiltà għall-qorti nazzjonali li tirrevedi sentenza li għandha l-awtorità ta’ res judicata sabiex tagħmel is-sitwazzjoni li tirriżulta minn dik is-sentenza kompatibbli ma’ deċiżjoni finali tal-qorti nazzjonali preċedenti, li tagħha l-qorti li tkun tat is-sentenza u l-partijiet fil-kawża li tat lok għal dik is-sentenza kienu diġà konxji, dik il-possibbiltà għandha, skont il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, tipprevali, taħt l-istess kundizzjonijiet, sabiex tagħmel is-sitwazzjoni kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, kif interpretata minn sentenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU C 22, 22.01.2018.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 — Bayerische Motoren Werke AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, Freistaat Sachsen

(Kawża C-654/17 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna reġjonali għall-investiment - Għajnuna għal proġett kbir ta’ investiment - Għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Artikolu 107(3) TFUE - Neċessità tal-għajnuna - Artikolu 108(3) TFUE - Regolament (KE) Nru 800/2008 - Għajnuna li taqbeż il-limitu ta’ notifika individwali - Komunikazzjoni - Portata tal-eżenzjoni skont il-kategorija - Appell inċidentali - Ammissjoni ta’ intervent quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Ammissibbiltà)

(2019/C 319/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Bayerische Motoren Werke AG (rappreżentanti: M. Rosenthal, G. Drauz u M. Schütte, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea(rappreżentanti: F. Erlbacher, A. Bouchagiar u T. Maxian Rusche, aġenti), Freistaat Sachsen (rappreżentant: T. Lübbig, Rechtsanwalt)

Dispożittiv

1)

L-appell prinċipali u l-appell inċidentali huma miċħuda.

2)

Bayerische Motoren Werke AG hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea marbuta mal-appell prinċipali.

3)

Il-Freissaat Sachsen huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu marbuta mal-appell prinċipali.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk ta’ Bayerische Motoren Werke AG u tal-Freistaat Sachsen marbuta mal-appell inċidentali.


(1)  ĠU C 94, 12.3.2018.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Azienda Napoletana Mobilità SpA

(Kawża C-659/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna għall-impjieg - Eżenzjoni ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali marbuta ma’ kuntratti ta’ taħriġ u ta’ xogħol - Deċiżjoni 2000/128/KE - Skemi ta’ għajnuna li jirrigwardaw miżuri għall-impjieg implimentati mill-Italja - Għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Applikabbiltà tad-Deċiżjoni 2000/128/KE għal impriża li tipprovdi b’mod esklużiv servizzi ta’ trasport pubbliku lokali li kienu direttament attribwiti lilha minn komun - Artikolu 107(1) TFUE - Kunċett ta’ “distorsjoni tal-kompetizzjoni” - Kunċett ta’ “impatt fuq il-kummerċ” bejn l-Istati Membri)

(2019/C 319/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

Konvenuta: Azienda Napoletana Mobilità SpA

Dispożittiv

Mingħajr preġudizzju għall-verifiki li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/128/KE, tal-11 ta’ Mejju 1999, dwar l-iskemi ta’ għajnuna implementati mill-Italja dwar miżuri għall-impjieg, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tapplika għal impriża, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li pprovdiet, abbażi ta’ għoti dirett minn komun u b’mod esklużiv, servizzi ta’ trasport pubbliku lokali u li bbenefikat minn tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li din id-deċiżjoni ddikjarat parzjalment inkompatibbli mal-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 107(1) TFUE.


(1)  ĠU C 52, 12.02.2018.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Utrecht — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Sumanan Vethanayagam, Sobitha Sumanan, Kamalaranee Vethanayagam vs Minister van Buitenlandse Zaken

(Kawża C-680/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Qasam ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kodiċi komunitarju dwar il-Viżi - Regolament (KE) Nru 810/2009 - Artikolu 5 - Stat Membru kompetenti biex jeżamina u jiddeċiedi dwar applikazzjoni għal viża - Artikolu 8 - Ftehim ta’ Rappreżentanza - Artikolu 32(3) - Appell kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ viża - Stat Membru kompetenti biex jieħu deċiżjoni dwar l-appell f’każ ta’ ftehim ta’ rappreżentanza - Detenturi tad-dritt li jippreżentaw appell)

(2019/C 319/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Utrecht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sumanan Vethanayagam, Sobitha Sumanan, Kamalaranee Vethanayagam

Konvenut: Minister van Buitenlandse Zaken

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lill-persuna ta’ riferiment li tippreżenta appell f’isimha stess kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ viża.

2)

L-Artikolu 8(4)(d) u l-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, kif emendat bir-Regolament Nru 610/2013, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fejn ikun hemm ftehim bilaterali ta’ rappreżentazzjoni li jipprevedi li l-awtoritajiet konsulari tal-Istat Membru rappreżentant jingħataw is-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet dwar iċ-ċaħda ta’ viża, huma l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat li jiddeċiedu dwar appelli kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ viża.

3)

Interpretazzjoni magħquda tal-Artikolu 8(4)(d) u l-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, kif emendat bir-Regolament Nru 610/2013, li jgħid li l-appell kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ viża għandu jiġi ppreżentat kontra l-Istat rappreżentanti, huwa kompatibbli mad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.


(1)  ĠU C 63, 19.2.2018.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Bari — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Massimo Gambino, Shpetim Hyka

(Kawża C-38/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2012/29/UE - Standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità - Artikoli 16 u 18 - Smigħ tal-vittma minn qorti kriminali tal-ewwel istanza - Bidla fil-kompożizzjoni tal-Kulleġġ Ġudikanti - Repetizzjoni tas-smigħ tal-vittma fuq talba ta’ waħda mill-partijiet fil-proċeduri - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 47 u 48 - Dritt għal smigħ xieraq u drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ immedjatezza - Portata - Dritt tal-vittma għal protezzjoni matul il-proċeduri kriminali)

(2019/C 319/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bari

Partijiet fil-kawża prinċipali

Massimo Gambino, Shpetim Hyka

fil-preżenza ta’: Procura della Repubblica presso il Tribunale di Bari, Ernesto Lappostato, Banca Carige SpA — Cassa di Risparmio di Genova e Imperia

Dispożittiv

L-Artikoli 16 u 18 tad-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, meta l-vittma ta’ reat kriminali tkun instemgħet l-ewwel darba mill-Kulleġġ Ġudikanti ta’ qorti kriminali tal-ewwel istanza u l-kompożizzjoni ta’ dan il-Kulleġġ sussegwentement tinbidel, din il-vittma għandha, bħala prinċipju, terġa’ tinstema’ mill-Kulleġġ kompost mill-ġdid, meta waħda mill-partijiet fil-proċeduri tirrifjuta li l-imsemmi Kulleġġ jibbaża ruħu fuq il-proċess verbal tal-ewwel smigħ tal-imsemmija vittma.


(1)  ĠU C 142, 23.4.2018.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 — Red Bull GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea(EUIPO), Marques, Optimum Mark sp. z o.o.

(Kawża C-124/18 P) (1)

(Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 4 u Artikolu 7(1)(a) - Raġuni assoluta għal rifjut - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Taħlita ta’ żewġ kuluri bħala tali - Assenza ta’ arranġament sistematiku li jassoċja l-kuluri b’mod predeterminat u uniformi)

(2019/C 319/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Red Bull GmbH (rappreżentanti: A. Renck, Rechtsanwalt, S. Petivlasova, abogada)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u D. Botis, aġenti), Marques (rappreżentanti: R. Mallinson, solicitor, u T. Müller, Rechtsanwalt), Optimum Mark sp. z o.o. (rappreżentanti: R. Skubisz, J. Dudzik u M. Mazurek, adwokaci u E. Jaroszyńska-Kozłowska, advocate)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Red Bull GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 200, 11.06.2018.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-209/18) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tad-Direttiva 2006/123/KE u tal-Artikoli 49 u 56 TFUE - Restrizzjonijiet u rekwiżiti dwar il-post tas-sede, il-forma legali, is-sehem fil-kapital u l-attivitajiet multidixxiplinari tal-kumpanniji ta’ inġiniera ċivili, ta’ aġenti tal-privattivi u ta’ veterinarji)

(2019/C 319/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u H. Tserepa-Lacombe, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: G. Hesse, aġent)

Intervenjenti instostenn tall-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn T. Henze u D. Klebs, sussegwentement minn D. Klebs, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi żammet ir-rekwiżiti fir-rigward ta’ post tas-sede għall-kumpanniji ta’ inġiniera ċivili u ta’ aġenti tal-privattivi, ir-rekwiżiti fir-rigward ta’ forma legali u ta’ żamma tal-kapital għall-kumpanniji ta’ inġiniera ċivili, ta’ aġenti tal-privattivi u ta’ veterinarji kif ukoll ir-restrizzjoni tal-attivitajiet multidixxiplinari għall-kumpanniji ta’ inġiniera ċivili u ta’ aġenti tal-privattivi, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt il-punt 1 tal-Artikolu 14, l-Artikolu 15(1), (2)(b) u (ċ), u (3), u l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern.

2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bacău — ir-Rumanija) — Radu Lucian Rusu, Oana Maria Rusu vs SC Blue Air — Airline Management Solutions Srl

(Kawża C-354/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Trasport bl-ajru - Rifjut ta’ imbark - Kunċetti ta’ “kumpens” u ta’ “kumpens ulterjuri” - Tip ta’ dannu kumpensabbli - Dannu materjali jew morali - Tnaqqis - Kumpens ulterjuri - Assistenza - Informazzjoni pprovduta lill-passiġġieri)

(2019/C 319/16)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bacău

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Radu Lucian Rusu, Oana Maria Rusu

Konvenuta: SC Blue Air — Airline Management Solutions Srl

Dispożittiv

1)

Fl-ewwel lok, l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ammont previst f’din id-dispożizzjoni ma huwiex intiż li jikkumpensa dannu bħal telf ta’ salarju, fit-tieni lok, li dan id-dannu jista’ jkun is-suġġett ta’ kumpens ulterjuri previst fl-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-regolament, u fit-tielet lok, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina u tevalwa d-diversi elementi li jikkostitwixxu l-imsemmi dannu, kif ukoll il-portata tal-kumpens tiegħu, fuq il-bażi legali rilevanti.

2)

Ir-Regolament Nru 261/2004, u b’mod partikolari t-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-qorti nazzjonali kompetenti twettaq it-tnaqqis tal-kumpens mogħti skont dan ir-regolament mill-kumpens ulterjuri, iżda ma jobbligahiex tagħmel dan, peress li l-imsemmi regolament ma jimponix fuq il-qorti nazzjonali kompetenti kundizzjonijiet li abbażi tagħhom hija tkun tista’ twettaq dan it-tnaqqis.

3)

L-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 261/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li t-trasportatur tal-ajru effettiv jipprovdi informazzjoni sħiħa lill-passiġġieri kkonċernati dwar il-possibbiltajiet kollha previsti fit-tieni dispożizzjoni, u l-passiġġieri inkwistjoni ma għandhom ebda obbligu li jikkontribwixxu attivament għat-tfittxija tal-informazzjoni f’dan ir-rigward.

4)

L-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, l-oneru li jiġi pprovat li t-trasport alternattiv twettaq mill-iktar fis possibbli, jinkombi fuq it-trasportatur tal-ajru effettiv.


(1)  ĠU C 294, 20.8.2018


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 — L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini vs Shire Pharmaceuticals Ireland Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-359/18 P) (1)

(Appell - Regolament (KE) Nru 141/2000 - Prodotti mediċinali orfni - Artikolu 5 - Talba għad-denominazzjoni ta’ prodott mediċinali bħala “prodott mediċinali orfni” - Validazzjoni - Eżistenza ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq (ATS) preċedenti għall-istess prodott mediċinali)

(2019/C 319/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: inizjalment S. Marino, S. Drosos, T. Jabłoński u A. Spina, aġenti, sussegwentement S. Marino, S. Drosos u T. Jabłoński, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Shire Pharmaceuticals Ireland Ltd (rappreżentanti: G. Castle, solicitor, D. Anderson, QC, M. Birdling, barrister, S. Cowlishaw, solicitor), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Petersen u A. Sipos, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Shire Pharmaceuticals Ireland Ltd.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 294, 20.08.2018.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt A vs B

(Kawża C-388/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali - Direttiva 2006/112/KE - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Punt 1 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 288 u l-Artikolu 315 - Skema speċjali għall-impriżi żgħar - Arranġamenti speċjali għal negozjanti taxxabbli - Negozjanti taxxabbli li jaqgħu taħt l-iskema ta’ marġni ta’ profitt - Dħul mill-bejgħ annwali li jiddetermina l-applikabbiltà tal-iskema speċjali għall-impriżi żgħar - Marġni ta’ profitt jew ammonti ta’ flus irċevuti)

(2019/C 319/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt A

Konvenut: B

Dispożittiv

Il-punt 1 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 288 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali jew prattika amministrattiva nazzjonali li permezz tagħha d-dħul mill-bejgħ użat bħala referenza għall-applikabbiltà tal-iskema speċjali għall-impriżi żgħar għal persuna taxxabbli li taqa’ taħt l-iskema speċjali ta’ marġni ta’ profitt prevista għan-negozjanti taxxabbli huwa kkalkolat, konformement mal-Artikolu 315 ta’ din id-direttiva, billi jitqies biss il-marġni ta’ profitt miksub. Dan id-dħul mill-bejgħ għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-ammonti kollha minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud irċevuti jew li għandhom jiġu rċevuti minn dan in-negozjant taxxabbli, indipendentement mill-modalitajiet li bihom dawn l-ammonti jkunu ser jiġu fil-fatt intaxxati.


(1)  ĠU C 328, 17.9.2018.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 — Shanxi Taigang Stainless Steel Co. Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Eurofer, Association Européenne de l’Acier, ASBL

(Kawża C-436/18 P) (1)

(Appell - Dumping - Instituzzjoni ta’ dazju antidumping definittiv fuq ċerti prodotti li joriġinaw miċ-Ċina - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/1429 - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 2(7)(a) - Valur normali - Determinazzjoni abbażi tal-prezz f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq - Għażla tal-pajjiż terz xieraq - Pajjiż terz b’ekonomija tas-suq suġġett għall-istess investigazzjoni - Aġġustamenti)

(2019/C 319/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Shanxi Taigang Stainless Steel Co. Ltd (rappreżentanti: E. Vermulst u J. Cornelis, advocaten)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u A. Demeneix,), Eurofer, Association Européenne de l’Acier, ASBL (rappreżentanti: J. Killick, barrister, u G. Forwood u C. Van Haute, avocates)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Shanxi Taigang Stainless Steel Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 341, 24.09.2018.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Győri Ítélőtábla — l-Ungerija) — Tibor-Trans Fuvarozó és Kereskedelmi Kft. vs DAF TRUCKS N.V.

(Kawża C-451/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Kompetenzi speċjali - Il-punt 2 tal-Artikolu 7 - Materji ta’ delitt jew kważi delitt - Post fejn seħħ il-fatt dannuż - Post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu - Talba għal kumpens għad-dannu kkawżat minn akkordju ddikjarat li jmur kontra l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea)

(2019/C 319/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Győri Ítélőtábla

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tibor-Trans Fuvarozó és Kereskedelmi Kft.

Konvenut: DAF TRUCKS N.V.

Dispożittiv

Il-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kawża għal kumpens għal dannu kkawżat minn ksur skont l-Artikolu 101 TFUE, li jikkonsisti b’mod partikolari f’arranġamenti kollużivi dwar l-iffissar tal-prezzijiet u ż-żieda fil-prezzijiet gross tat-trakkijiet, il-“post fejn seħħ il-fatt dannuż” jirreferi, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għall-post tas-suq affettwat minn dan il-ksur, jiġifieri l-post fejn il-prezzijiet tas-suq ġew distorti, li fi ħdanu l-vittma tallega li sofriet dan id-dannu, anki jekk l-azzjoni hija diretta kontra parteċipant fl-akkordju inkwistjoni li miegħu din il-vittma ma kinitx stabbilixxiet relazzjonijiet kuntrattwali.


(1)  ĠU C 319, 10.9.2018.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-481/18) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2012/39/UE - Rekwiżiti tekniċi għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani - Assenza ta’ komunikazzjoni jew nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)

(2019/C 319/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Szmytkowska u C. Sjödin, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn C. Colelli, avvocato dello Stato)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fit-terminu stabbilit, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/39/UE tas-26 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2006/17/KE rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani, u billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni Ewropea t-test tad-dispożizzjonijiet adottati sabiex tiġi żgurata t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2012/39, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2(1) tagħha.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 328, 17.09.2018.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/20


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa — CAAD) — il-Portugal) — Galeria Parque Nascente-Exploração de Espaços Comerciais SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-438/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti - Direttiva 90/434/KEE - Artikoli 4 u 11 - Direttiva 2009/133/KE - Artikoli 4 u 15 - Merger imsejjaħ “bl-invers” - Sistema fiskali li twassal sabiex, fil-każ ta’ merger imsejjaħ “bl-invers”, l-ispejjeż subiti mill-kumpannija omm, relatati ma’ self ikkuntrattat minnha għax-xiri tal-ishma tal-kumpannija sussidjarja li tinkorporaha, deduċibbli għal din il-kumpannija omm, jitqiesu bħala mhux deduċibbli għal din il-kumpannija sussidjarja)

(2019/C 319/22)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa — CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Galeria Parque Nascente-Exploração de Espaços Comerciais SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat, ta’ SE jew SCE, bejn Stati Membri, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE tal-20 ta’ Novembru 2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li twassal sabiex ma jiġux meqjusa, għall-kumpannija akkwirenti, bħala fiskalment deduċibbli, spejjeż li kienu ġew dedotti, għall-kumpannija akkwistata, qabel il-merger ta’ dawn il-kumpanniji, u li kienu jkunu deduċibbli li kieku dan il-merger ma kienx seħħ.


(1)  ĠU C 319, 10.9.2018.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/21


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Ilfov — ir-Rumanija) — EP vs FO

(Kawża C-530/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 15 - Trasferiment tal-kawża lil qorti ta’ Stat Membru ieħor, iktar adatta sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża - Eċċezzjoni għar-regola ta’ ġurisdizzjoni ġenerali tal-qorti tal-post ta’ residenza abitwali tal-wild - Rabta partikolari ma’ Stat Membru ieħor - Elementi li jippermettu li tiġi ddeterminata l-qorti l-iktar adatta - Eżistenza ta’ dispożizzjonijiet legali differenti - Aħjar interess tal-wild)

(2019/C 319/23)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Ilfov

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EP

Konvenut: FO

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 2201/2003 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jistabbilixxi eċċezzjoni għar-regola tal-ġurisdizzjoni ġenerali prevista fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament Nru 2201/2003, li abbażi tagħha l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istati Membri għandha tiġi ddeterminata skont il-post ta’ residenza abitwali tal-wild fil-mument tat-tressiq ta’ kawża quddiemhom.

2)

L-Artiklu 15 tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk wieħed jew iktar mill-ħames kriterji alternattivi li dan jistabbilixxi, b’mod eżawrjenti, sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ rabta partikolari tal-wild ma’ Stat Membru ieħor minbarra dak tar-residenza abitwali tiegħu huma ssodisfatti, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 8 ta’ dan ir-regolament għandha l-possibbiltà li tittrasferixxi l-kawża lil qorti li hija tqis bħala iktar adatta sabiex tiddeċiedi l-kawża li hija adita biha, iżda ma hijiex obbligata li tagħmel dan. Jekk il-qorti kompetenti tkun waslet għall-konklużjoni li r-rabtiet li jgħaqqdu l-wild ikkonċernat mal-Istat Membru tar-residenza abitwali tiegħu huma iktar qawwija minn dawk li jgħaqqduh ma’ Stat Membru ieħor, din il-konklużjoni hija suffiċjenti sabiex tiġi eskluża l-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tal-imsemmi regolament.

3)

L-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżistenza ta’ differenzi bejn id-dispożizzjonijiet legali, b’mod partikolari r-regoli proċedurali, ta’ Stat Membru li l-qorti tiegħu għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tal-mertu ta’ kawża u dawk ta’ Stat Membru ieħor li miegħu l-wild ikkonċernat għandu rabta partikolari, bħas-smigħ tal-kawżi bil-magħluq u minn imħallfin speċjalizzati, ma tistax tikkostitwixxi b’mod ġenerali u astratt fattur rilevanti, fid-dawl tal-aħjar interess tal-wild, sabiex jiġi evalwat jekk il-qrati ta’ dan l-Istat Membru ieħor humiex iktar adatti sabiex jieħdu konjizzjoni tal-kawża. Il-qorti li għandha ġurisdizzjoni tista’ tieħu inkunsiderazzjoni dawn id-differenzi biss jekk huma ta’ natura li jipprovdu valur miżjud ġenwin u konkret għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni relatata ma’ dan il-wild, meta pparagunat mal-każ fejn hija tibqa’ adita bl-imsemmija kawża.


(1)  ĠU C 399, 5.11.2018.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 24 de Madrid (Spanja) fil-11 ta’ Frar 2019 — Sindicato Único de Sanidad e Higiene de la Comunidad de Madrid u Sindicato de Sanidad de Madrid de la CGT vs Consejería de Sanidad de la Comunidad de Madrid

(Kawża C-103/19)

(2019/C 319/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 24 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sindicato Único de Sanidad e Higiene de la Comunidad de Madrid u Sindicato de Sanidad de Madrid de la C.G.T.

Konvenuta: Consejería de Sanidad de la Comunidad de Madrid

Domandi preliminari

1)

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri d-Deċiżjoni 406/2017 tat-8 ta’ Mejju 2017 tal-Consejero de Sanidad, li, wara t-tiġdid suċċessiv ta’ ħatriet għal żmien determinat fis-settur tas-saħħa pubblika, ħatriet ibbażati fuq dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jippermettu tiġdid sabiex jiġu koperti u żgurati servizzi ta’ natura temporanja, ċirkostanzjali jew straordinarja, meta fil-fatt dawn il-ħatriet kienu jservu sabiex jiġu koperti bżonnijiet permanenti u fit-tul, fejn l-istrument ta’ implimentazzjoni jikkonsisti fit-trasformazzjoni tan-natura ta’ 9 126 impjieg, b’mod li l-ħaddiem għal żmien determinat okkażjonali jsir ħaddiem għal żmien determinat ad interim, bir-riżultat li tali pożizzjonijiet jiddaħħlu f’offerta pubblika ta’ impjieg u bil-konsegwenza li tintemm ir-relazzjoni ta’ impjieg mal-ħaddiem temporanju, hija konformi mal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70/KE (1) b’mod partikolari l-Klawżola 5 tiegħu, il-punti 6 u 8 tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali tiegħu u mal-kriterji li tistabbilixxi l-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal-14 ta’ Settembru 2016, Pérez López (C-16/15, EU:C:2016:679)?

2)

Hija korretta l-interpretazzjoni tal-preżenti qorti li l-forma ta’ applikazzjoni li hija deskritta u li ssir tal-Artikolu 9(3) tal-Ftehim Qafas, permezz tad-Deċiżjoni 406/2017 tat-8 ta’ Mejju 2017 tal-Consejero de Sanidad, ma hijiex konformi mal-Klawżola 5 [tal-Ftehim Qafas], mal-punti 6 u 8 tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali tiegħu u lanqas mal-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja [l-Għaxar Awla] fis-sentenza tagħha tal-14 ta’ Settembru 2016, Pérez López (C-16/15, EU:C:2016:679), sa fejn, f’sitwazzjoni fejn kien hemm użu abbużiv ta’ relazzjonijiet ta’ impjieg temporanji sabiex jiġu koperti bżonnijiet permanenti u fejn l-eżistenza ta’ nuqqasijiet strutturali hija magħrufa, tali applikazzjoni tippermetti li l-imsemmi abbuż ma jiġi ssanzjonat qatt, bi ksur tal-għanijiet ta’ din id-direttiva, u tinżamm is-sitwazzjoni sfavorevoli tal-impjegati temporanji?

3)

Hija korretta l-interpretazzjoni mill-preżenti qorti tal-Klawżola 5 [tal-Ftehim Qafas], tal-punti 6 u 8 tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali tiegħu kif ukoll tal-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal-14 ta’ Settembru 2016, Pérez López (C-16/15, EU:C:2016:679), f’dan id-digriet, fis-sens li d-Deċiżjoni 406/2017 ma hijiex konformi mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/70, sa fejn l-Istat Spanjol ma jiggarantixxix ir-riżultati imposti mid-direttiva, peress li, minħabba li sar użu abbużiv ta’ relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien determinat, il-ħaddiema ma ngħatawx garanziji effettivi u ekwivalenti ta’ protezzjoni sabiex jiġi ssanzjonat debitament dan l-abbuż u jitħassru l-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni, l-użu abbużiv ma huwiex issanzjonat u jiġi għalhekk permess li d-Direttiva 1999/70 ma tapplikax fis-settur tas-saħħa?

4)

Peress li fis-settur pubbliku l-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprojbixxi b’mod assolut, il-bdil ta’ suċċessjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat jew li jingħata impjieg permanenti lil ħaddiem vittma ta’ abbuż f’dan il-qasam u li ma teżistix, f’din il-leġiżlazzjoni nazzjonali, miżura oħra effettiva sabiex jiġi evitat, u jekk ikun il-każ, issanzjonat l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi, huwa korrett li jitqies, kif tagħmel din il-qorti, li d-Deċiżjoni 406/2017 (li tapplika l-Artikolu 9(3) tal-Ftehim Qafas tardivament), u l-proċess ta’ għażla f’kompetizzjoni ħielsa ulterjuri ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu miżuri effettivi sabiex jiġi evitat, u jekk ikun il-każ, issanzjonat l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, sa fejn, kif din il-qorti tqis u ttenni, tiġi evitata l-applikazzjoni u l-osservanza tal-għanijiet imposti mid-Direttiva 1999/70?

5)

Għandu jiġi kkunsidrat li ma humiex issoddisfatti r-rekwiżiti stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal-14 ta’ Settembru 2016, Pérez López (C-16/15, EU:C:2016:679), sa fejn, bi ksur tad-Direttiva 1999/70, id-Deċiżjoni 406/2017 tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha biss għall-persunal awżiljarju, u, fir-rigward tal-ħaddiema temporanji l-oħra li r-relazzjoni ta’ impjieg tagħhom hija ta’ tul ta’ żmien eċċessiv, l-amministrazzjoni ma twettaqx, fit-termini indikati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-eżami tal-kawżi ta’ din is-sitwazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk jaqbilx, jekk ikun il-każ, li tinħoloq pożizzjoni strutturali fil-lista ta’ pożizzjonijiet tal-istabbiliment, b’mod li s-sitwazzjoni ta’ prekarjetà ta’ dawn il-ħaddiema ssir fil-fatt permanenti, fejn dan l-abbuż ma huwiex issanzjonat u fejn ebda miżura ma hija applikata bil-għan li jiġu offerti lil dawn il-ħaddiema garanziji effettivi u ekwivalenti ta’ protezzjoni sabiex jiġi debitament issanzjonat dan l-abbuż u jitħassru l-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Koszalinie (il-Polonja) fil-21 ta’ Frar 2019 — V.C. Sp. z o.o. vs P.K.

(Kawża C-150/19)

(2019/C 319/25)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Koszalinie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: V.C. Sp. Z o.o.

Konvenut fil-proċedura: P.K.

B’digriet tal-4 ta’ Ġunju 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li tħassar il-Kawża C-150/19 mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/24


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2019 minn Il-Bank Ċentrali Ewropew mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-730/16, Espírito Santo Financial Group vs BĊE

(Kawża C-396/19 P)

(2019/C 319/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. Malfrère, M. Ioannidis, Aġenti, H.-G. Kamann, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Massa insolventi ta’ Espírito Santo Financial Group SA

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2019, Massa insolventi ta’ Espírito Santo Financial Group SA vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (T-730/16);

tiċħad l-appell anki f’dak li jirrigwarda r-rifjut tal-BĊE li jiżvela l-ammont tal-kreditu fis-siltiet tal-minuti li jirreġistraw id-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BĊE tat-28 ta’ Lulju 2014;

alternattivament, tibgħat il-kawża lura għall-ġudizzju quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lir-rikorenti fl-ewwel istanza u appellata għall-ħlas ta’ żewġ terzi (2/3), u lill-BĊE għal terz (1/3) tal-ispejjeż tal-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel u l-uniku aggravju: ksur tal-Artikolu 10.4 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ’il quddiem l-“Istatut”) u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni 2004/258 (1).

817/5000

Il-BĊE jsostni li l-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 10.4 tal-Istatut u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni 2004/258, billi fis-sentenza appellata ddeċidiet, b’mod partikolari fil-punti 39, 53-63 kif ukoll 111 u 138, li d-diskrezzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi dwar l-iżvelar tal-minuti tiegħu għandha tiġi eżerċitata fid-dawl tal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2004/258 (punt 60), li jfisser, fil-każ partikolari, li l-BĊE huwa obbligat li jipprovdi motivazzjoni li tispjega kif l-iżvelar ta’ informazzjoni li tinsab fil-minuti tal-proċedimenti tal-Bord tal-Gvernaturi li jirreġistraw deċiżjonijiet tal-Bord tal-Gvernaturi jista’ speċifikament u effettivament jimmina l-interess pubbliku fir-rigward tal-kunfidenzjalità tal-proċeduri tal-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-BĊE (punt 61).

L-Artikolu 10.4 tal-Istatut jistabbilixxi l-prinċipju ġenerali li l-informazzjoni li hija parti mill-proċeduri tal-Bord tal-Gvernaturi għandha tinżamm kunfidenzjali sabiex titħares l-indipendenza u l-effettività tal-BĊE. Din ir-regola tad-dritt primarju, li fir-rigward tagħha ma jistax ikun hemm devjazzjoni fid-dritt sekondarju, tapplika wkoll għal partijiet tal-minuti li jirreġistraw deċiżjonijiet tal-Bord tal-Gvernaturi. Din tiġi mfakkra fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni 2004/258, li għalhekk għandu dejjem jiġi interpretat flimkien mal-Artikolu 10.4 tal-Istatut. Mill-prinċipju ġenerali tal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-Bord tal-Gvernaturi, inklużi deċiżjonijiet, kif stabbilit fl-Artikolu 10.4 tal-Istatut, jirriżulta li l-BĊE ma għandux għalfejn jissuġġetta d-deċiżjoni tiegħu li jagħmel l-eżitu tad-diskussjonijiet tiegħu pubbliċi għall-istess standards sostantivi u proċedurali stipulati fid-Deċiżjoni 2004/258. B’mod partikolari, huwa ma huwiex meħtieġ li jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu fir-rigward tar-raġuni għaliex l-iżvelar ta’ tali minuti tal-Bord tal-Gvernaturi jista’ speċifikament u effettivament jimmina l-interess pubbliku fir-rigward tal-kunfidenzjalità tal-proċeduri tal-Bord tal-Gvernaturi.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Marzu, 2004, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 5, p. 51).


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/25


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2019 minn Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID), Khazar Sea Shipping Lines Co., Rahbaran Omid Darya Ship Management Co., Irinvestship Ltd and IRISL Europe GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-8 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża T-434/15, Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill

(Kawża C-506/19 P)

(2019/C 319/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID), Khazar Sea Shipping Lines Co., Rahbaran Omid Darya Ship Management Co., Irinvestship Ltd and IRISL Europe GmbH (rappreżentanti: M. Taher, Solicitor, R. Blakeley, Barrister)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tiddikjara li l-Kunsill, bl-inklużjoni tal-appellanti, wettaq ksur suffiċjentement serju ta’ liġi intiża li tikkonferixxi drittijiet lil individwi;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddetermina l-applikazzjoni kontinġenti għal miżuri istruttorji inklużi fl-applikazzjoni, u imbagħad (sussugwentement) tiddetermia l-kwistjonijiet ta’ rabta kawżali u ta’ kwantifikazzjoni; u

tordna lill-Kunsill iħallas lill-appellanti l-ispejjeż tal-appell u l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali sal-lum.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali wettqet ħames żbalji ta’ liġi li abbażi tagħhom għandha tiġi annullata s-sentenza:

1.

żball fl-applikazzjoni tal-konklużjoni li l-Kunsill ma kellu l-ebda diskrezzjoni;

2.

żball fl-applikazzjoni tar-raġunament fis-sentenza ta’ annullament IRISL [2013] għall-eżami ta’ ksur suffiċjentement serju;

3.

nuqqas ta’ bażi fid-dritt għad-distinzjoni “nuqqas ta’ prova”/“prova mhux adegwata, li kienet li fi kwalunkwe każ inapplikabbli;

4.

żball ta’ liġi meta pprovat tibbaża ruħha fuq evidenza li ma tinsabx quddiem il-Qorti; u

5.

żball ta’ liġi meta applikat [is-sentenza fil-Kawża Hanseatic Trade Trust & Shipping (HTTS)] bħala “issue estoppel” jew res judicata.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Areios Pagos (il-Greċja) fl-4 ta’ Lulju 2019 — AB vs Olympiako Athlitiko Kentro Athinon — Spyros Louis

(Kawża C-511/19)

(2019/C 319/28)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Areios Pagos

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AB

Konvenuta: Olympiako Athlitiko Kentro Athinon — Spyros Louis

Domandi preliminari

A)

Tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq l-età, fis-sens tal-Artikoli 2(1) u (2)(b) u 3(1)(c) tad-Direttiva 2000/78 (1), l-adozzjoni mill-Istat Membru tal-leġiżlazzjoni applikabbli mill-Istat, mill-awtoritajiet lokali u mill-persuni ġuridiċi tad-dritt pubbliku u b’mod ġenerali mill-entitajiet pubbliċi kollha tas-settur pubbliku estiż (korpi tad-dritt privat) bħala persuni li joffru x-xogħol, bħal dik inkluża fl-Artikolu 34(1)(c), l-ewwel inċiż tal-paragrafu 3 u l-paragrafu 4 tal-Liġi Nru 4024/2011, li abbażi tagħha l-persunal bil-kuntratt tax-xogħol tad-dritt privat tal-imsemmija entitajiet huwa suġġett għal skema ta’ riżerva ta’ ħaddiema għal perijodu ta’ mhux itwal minn erbgħa u għoxrin (24) xahar li hija bbażata biss fuq il-kriterju sostanzjali tal-prossimità għall-maturazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-pensjoni tax-xjuħija, korrispondenti għal ħamsa u tletin (35) sena ta’ kontribuzzjonijiet fil-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u l-31 ta’ Diċembru 2013, b’kont meħud ukoll tal-fatt li fis-sens tal-leġiżlazzjoni rilevanti fil-qasam tal-assigurazzjoni fis-seħħ f’dak iż-żmien, minbarra każijiet oħra li ma jaqgħux taħta dan il-każ, sabiex jimmatura d-dritt għal pensjoni tax-xjuħija permezz ta’ relazzjoni ta’ xogħol subordinat, kienu meħtieġa (tal-inqas) 10 500 jum ta’ xogħol (35 sena) ta’ assigurazzjoni fl-Istitut ta’ Assigurazzjoni Soċjali (IKA) jew f’fond ta’ assigurazzjoni ieħor tal-ħaddiema dipendenti u l-kisba (tal-inqas) ta’ 58 sena ta’ età tal-ħaddiem, mingħajr ma huwa ċertament eskluż, skont il-każ konkret, li l-perijodu ta’ assigurazzjoni (35 sena) jitwettqu f’età differenti.

B)

F’każ ta’ risposta affermativa għad-domanda A), l-adozzjoni tal-iskema ta’ riżerva ta’ ħaddiema tista’ tiġi oġġettivament u raġjonevolment iġġustifikata, fis-sens tal-Artikoli 2(2)(b(i), u 6(1)(a) tad-direttiva, mill-ħtieġa immedjata li jiġu garantiti riżultati organizzattivi, operattivi u ta’ bilanċ u b’mod partikolari mill-ħtieġa urġenti li titnaqqas l-ispiża pubblika bil-ħsieb li jintlaħqu għanijiet kwantitattivi speċifiċi sal-aħħar tal-2011, imsemmija fil-memorandum ta’ spjegattiv tal-liġi, kif speċifikat fil-qafas ta’ strateġija fiskali għal terminu medju ta’ żmien, bl-iskop li jiġu osservati l-impenji assunti mill-Istat favur is-sħab-kredituri tiegħu sabiex tiġi indirizzata l-kriżi ekonomika u finanzjara akuta u dejjiema li taffettwa lill-pajjiż u fl-istess ħin tiġi ristutturata u mnaqqas l-espansjoni tas-settur pubbliku.

Ċ)

F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda (B),

1)

l-adozzjoni ta’ miżura, bħal dik tal-Artikolu 34(1)(c) tal-liġi Nru 4024/2011, li tipprovdi għal tnaqqis drastiku tas-salarju tal-persunal suġġett għal skema ta’ riżerva ta’ ħaddiema għal 60 % tas-salarju bażiku tiegħu riċevut fil-mument tat-tpoġġija tiegħu f’tali skema ta’ riżerva ta’ ħaddiema, mingħajr ma tali persunal ma jkun obbligat jaħdem fis-settur pubbliku rilevanti u li tikkawża (de facto) t-telf ta’ kull żieda possibbli tas-salarju u l-avvanz fil-karriera għall-perijodu ta’ bejn it-tpoġġija tiegħu fl-iskema ta’ riżerva ta’ ħaddiema sat-terminazzjoni tiegħu minħabba l-pensjoni bil-ħlas tal-pensjoni tax-xjuħija, hija adatta u meħtieġa sabiex jintlaħaq l-imsemmi għan, fis-sens tal-Artikoli 2(2)(b)(i), u 6(1)(a) tad-direttiva, f’sitwazzjoni li fiha, kumulattivament:

a)

tali persunal iżomm il-possibbiltà li jsib impjieg ieħor (fis-settur privat) jew jista’ jeżerċita professjoni libera jew xogħol sakemm idum fir-riżerva ta’ ħaddiema mingħajr ma jitlef id-dritt li jirċievi l-ammont imsemmi iktar ’il fuq fuq is-salarju bażiku, sakemm is-salarju jew id-dħul li joriġina mix-xogħol il-ġdid jew okkupazzjoni ġdida ma jkunux jeċċedu s-salarju riċevut qabel ma ġie ssuġġettat għall-iskema ta’ riżerva ta’ ħaddiema, f’liema każ l-imsemmi ammont tas-salarju bażiku jitnaqqas mill-eċċess — Artikolu 34(1)(f);

b)

il-persuna pubblika li tħaddem, u fil-każ li din ma tibqax teżisti, l-Organismos Apascholisis Ergatikou Dynamikou (Organizzazzjoni Ellenika tal-Impjieg tal-Ħaddiema, Il-Greċja, “OAED” tassumi l-obbligu li tħallas lill-fond ta’ assigurazzjoni rilevanti sal-pensjoni tal-persuna dipendenti il-kontribuzzjonijiet previdenzjali, kemm tal-persuna li tħaddem kif ukoll tal-ħaddiem, marbuta mal-pensjoni prinċipali, mal-pensjoni integrattiva, mal-assistenza soċjali u sanitarja, abbażi tas-salarji riċevuti minn dan tal-aħħar qabel ma ġie suġġett għall-iskema ta’ riżerva ta’ ħaddiema — Artikolu 34(1)(d);

ċ)

huma previsti derogi mill-iskema ta’ riżerva ta’ ħaddiema għall-gruppi soċjali vulnerabbli li jeħtieġu protezzjoni (konjugi ta’ min huwa suġġett għar-riżerva ta’ ħaddiema, konjugi jew wild b’rata ta’ invalidità tal-inqas ta’ 67 % li jgħix ma’ u jiddependi fuq il-persuna impjegata, impjegat b’rata ta’ invalidità tal-inqas ta’ 67 %, familji numerużi, ġenituri single li jgħixu ma’ u huma dipendenti fuq il-persuna impjegata) — Artikolu 34(1)(b);

d)

tiġi offruta b’mod prijoritarju l-possibbiltà ta’ trasferiment tal-imsemmi persunal lejn postijiet vakanti oħra ta’ entitajiet pubbliċi abbażi ta’ kriterji oġġettivi u meritokratici permezz tal-inklużjoni tagħhom fil-listi tal-Anotato Symvoulio Epilogis Prosopikou (Kunsill Suprem għas-Selezzjoni tal-Persunal taċ-Ċivil, Il-Greċja, “ASEP” — Artikolu 34(1)(a) — possibbiltà madankollu limitata de facto minħabba t-tnaqqis drastiku tar-reklutaġġ ta’ persunal min-naħa ta’ diversi entitajiet pubblici, b’konsegwenza tal-ħtieġa li jitnaqqsu l-ispejjeż;

e)

hija żgurata l-adozzjoni ta’ provvedimenti għar-rimbors tas-self li l-persuni impjegati impoġġija fir-riserva ta’ ħaddiema kienu rċevew mill-Fond ta’ Depożiti u Self u sabiex jiġi konkluż ftehim bejn l-Istat Grieg u l-Assoċjazzjoni tal-banek Griegi sabiex jiġi aġevolat ir-rimbors tas-self li dan il-persunal irċieva minn banek oħra, b’mod proporzjonat mad-dħul familjari kumplessiv tagħhom u mas-sitwazzjoni patrimonjali tagħhom — Artikolu 34(10) u (11);

f)

liġi riċenti (Artikolu 1(15) tal-liġi Nru 4038/2012 — GU serie A’, n. 14) tipprevedi bi prijorità assoluta l-adozzjoni ta’ regolament fuq il-pensjonijiet u fuq l-ordni ta’ ħlas għall-persunal imsemmi fil-punti (b) u (ċ) u, fi kwalunkwe każ, mhux lil hinn minn erba’ xhur mit-terminazzjoni tiegħu u mill-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni relattiva għar-rikonoxximent tal-pensjoni;

g)

l-imsemmi telf ta’ avvanz fil-karriera u taż-żieda fis-salarju mill-perijodu li fih il-persunal bil-kuntratt ta’ xogħol ta’ dritt privat jitpoġġa fl-iskema ta’ riżerva ta’ ħaddiema sat-terminazzjoni tiegħu bil-pensjoni tax-xjuħija ma javverax ruħu fil-maġġoranza tal-każijiet, inkluż fil-każ odjern, peress li l-ħaddiem, minħabba l-permanenza twila tiegħu fis-settur pubbliku, ikun eżawrixxa l-iskala salarjali jew/u l-avvanz fil-karriera previsti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ għall-progressjoni tiegħu.

2)

L-adozzjoni ta’ miżura, bħal dik tal-Artikolu 34(1)(e) tal-liġi Nru 4024/2011, li tinvolvi t-telf totali (jew analoġika), fis-sens tal-Artikolu 8(b) tal-Liġi Nru 3198/1955, tal-kumpens f’każ ta’ tkeċċija jew terminazzjoni tal-persuna impjegata mill-persuna li tħaddimha, minħabba l-maturazzjoni tal-kundizzjonijiet sabiex tirċievi l-pensjoni tax-xjuħija, ekwivalenti għal 40 % tal-kumpens ta’ terminazzjoni previst għall-persuni impjegati b’assigurazzjoni integrattiva (li, fil-każ tal-entitajiet pubbliċi li huma ta’ utilità pubblika jew jiġu ssussidjati mill-Istat, bħall-konvenuta li hija persuna ġuridika tad-dritt privat, ma tistax teċċedi l-ammont massimu ta’ EUR 15 000,00), permezz tal-kumpens tagħha stess bis-salarju mnaqqas riċevut matul ir-riżerva tal-ħaddiema, hija adegwata u neċessarja sabiex jintlaħaq l-imsemmi għan, fis-sens tal-Artikoli 2(2)(b)(i), u 6(1)(a) tad-direttiva, b’kont meħud tal-fatt li fi kwalunkwe każ tali persunal kien jikseb l-imsemmi kumpens imnaqqas konformement mal-leġiżlazzjoni tax-xogħol fis-seħħ iċċitata iktar ’il fuq, kemm fil-każ ta’ riżenja kif ukoll fil-każ ta’ terminazzjoni min-naħa tal-entità li jaħdem magħha.


(1)  Id-Direttiva Tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/28


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2019 minn Deutschen Lufthansa AG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-17 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża T-764/15, Deutsche Lufthansa AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-594/19 P)

(2019/C 319/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Deutsche Lufthansa AG (rappreżentant: A. Martin-Ehlers, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Land Rheinland-Pfalz

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża T-764/15;

tilqa’ t-talba tal-ewwel istanza u tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża tal-Kummissjoni SA.32833 tal-1 ta’ Ottubru 2014 (1);

sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-appell tagħha, l-appellanti essenzjalment tinvoka l-aggravji li ġejjin:

L-appellanti ssostni li hija diġà kellha locus standi abbażi tas-sentenza Montessori (2). Dan għaliex l-għoti ta’ EUR 45 miljun bħala self lil Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH mill-ippuljar ta’ flus kontanti jikkostitwixxi skema ta’ għajnuna. Barra minn hekk, il-fondi minn dan is-self tħallsu ovvjament lil Ryanair.

Jekk l-hekk imsejħa ġurisprudenza Mory (3) tiġi applikata, għalhekk sussidjarjament għandha tiġi applikata l-ewwel alternattiva. Il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni elementi essenzjali tal-fatti u vantaġġi addizzjonali. L-appellanti tqis, fid-dawl tal-ksur tad-drittijiet proċedurali tagħha, li ma jistax jitqies li l-Kummissjoni eżegwiet proċedura ta’ investigazzjoni regolari. F’dan il-każ ukoll, l-appellanti kienet individwalment ikkonċernata u għalhekk kellha locus standi.

Sussidjarjament, l-appellanti ssostni li r-rikors għandu jitqies bħala ammissibbli f’każ ta’ applikazzjoni tat-tieni alternattiva tal-hekk imsejħa ġurisprudenza Mory, li tipprovdi li l-appellanti għandha tipproduċi l-prova li l-pożizzjoni tagħha fis-suq kienet affettwata b’mod sinjifikattiv. Fil-fehma tagħha, f’dan il-każ hemm inverżjoni tal-oneru tal-prova, jew tal-inqas tnaqqis tal-oneru tal-prova favur l-appellanti, peress li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni, b’mod arbitrarju, il-punti fattwali li kienet taf dwarhom u li kienu rilevanti għad-deċiżjoni. B’mod unikament sussidjarju, għandu jiġi kkonstatat, skont l-appellanti, li din effettivament ipprovat li l-pożizzjoni tagħha fis-suq kienet ġiet affettwata b’mod sinjifikattiv. L-evalwazzjoni ġuridika differenti tal-Qorti Ġenerali ma tiħux inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u hija bbażata fuq analiżi legalment żbaljata tas-suq rilevanti. F’dan ir-rigward, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali tiżnatura u tirreduċi l-fatti tal-appellanti, tibdel il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata u tikser ir-regoli rigward l-oneru tal-prova.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/788 tal-1 ta’ Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.32833 (11/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Ġermanja rigward l-arranġamenti ta’ finanzjament għall-ajruport ta’ Frankurt Hahn li ddaħħlu fis-seħħ fl-2009 sal-2011 (ĠU 2016, L 134, p. 1).

(2)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Novembru 2018, Scuola Elementare Maria Montessori Srl et (C-622/16 P sa C-624/16 P, EU:C:2018:873).

(3)  Sentenza tal-Qortit tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Settembru 2015, Mory SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea (C-33/14 P, EU:C:2015:609).


Il-Qorti Ġenerali

23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/29


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2019 — VDV eTicket Service vs Il-Kummissjoni u INEA

(Kawża T-516/19)

(2019/C 319/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: VDV eTicket Service GmbH & Co. KG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Bartosch, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata, skont l-Artikolu 272 TFUE, li n-nuqqas ta’ rikonoxximent, permezz tal-ittra kontenzjuża, tal-ispejjeż li jammontaw għal EUR 407 443,04, huwa illegali,

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) ARES(2019)3151305 tat-13 ta’ Mejju 2019, sa fejn tiddikjara li l-ispejjeż tar-rikorrenti li jammontaw għal EUR 407 443,04, fil-kuntest tal-Programm Qafas Horizon 2020 — proġett: European Travellers Club, ma jistgħux jiġu rrimborsati.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq abbuż ta’ dritt peress li l-konvenuti kellhom neċessarjament ikunu jafu bl-allokazzjoni żbaljata tal-ispejjeż

Ir-rikorrenti kienu wettqu abbuż ta’ dritt sa fejn, minn naħa, ma kinux irrikonoxxew ċerti spejjeż ta’ subappalt inkorsi mir-rikorrenti, filwaqt li, min-naħa l-oħra, huma kellhom jindunaw, minn sensiela ta’ dokumenti, li l-ispejjeż ta’ subappalt tar-rikorrenti kienu kunsiderevolment ogħla minn dawk indikati fl-Anness 2 tal-Grant Agreement ikkonċernat.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

Għall-istess kunsiderazzjonijiet bħal dawk ippreżentati fil-kuntest tal-ewwel motiv, il-konvenuti kisru wkoll il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/30


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2019 — Global Steel Wire et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-545/19)

(2019/C 319/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Global Steel Wire, SA (Cerdanyola del Vallés, Spanja), Moreda-Riviere Trefilerías, SA (Gijón, Spanja), Global Special Steel Products, SA (Corrales de Buelna, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz, J. Blanco Carol u B. Martos Stevenson, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors preżenti ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta’ Mejju 2019 u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors, li jirreferi għal applikazzjoni ta’ inkapaċità ta’ ħlas imressqa fi Frar 2000, fil-kuntest tal-Każ COMP/38.344 — Azzar għall-Prestressing, huwa ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad it-talba għal posponiment tal-pagament fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja tar-rikorrenti tal-20 ta’ Diċembru 2018.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, peress li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata mingħajr ma r-rikorrenti ngħataw il-possibbiltà li jesponu l-perspettiva tagħhom f’dan ir-rigward.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni taċ-ċaħda tal-applikazzjoni mressqa mir-rikorrenti.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ fatt u ta’ liġi fl-evalwazzjoni tagħha tas-sitwazzjoni finanzjarja tar-rikorrenti u tal-kapaċità ta’ ħlas tagħhom sabiex iħallsu l-multa.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata billi kisret il-prinċipju ġenerali ta’ kolleġjalità, li jikkostitwixxi difett ta’ inkompetenza.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/31


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2019 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-554/19)

(2019/C 319/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. García-Valdecasas Dorrego, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra l-Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/374/19, amministraturi (AD7), fl-oqsma li ġejjin: 1. dritt tal-kompetizzjoni; 2. dritt finanzjarju; 3. dritt tal-Unjoni ekonomika u monetarja; 4. regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit tal-Unjoni Ewropea; 5. protezzjoni tal-muniti fl-Ewro kontra l-iffalsifikar (1).

Insostenn tar-rikors tiegħu r-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament Nru 1/58 (2), tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal, li jirriżulta mill-fatt li s-sistema ta’ komunikazzjoni bejn l-EPSO u l-kandidtat ġiet limitata għall-Ingliż, għall-Franċiż, għall-Ġermaniż jew għat-Taljan, u li l-lingwi li jistgħu jintużaw sabiex tiġi kkompletata t-taqsima Evalwatur tal-Kapaċitajiet tal-att ta’ kandidatura ġew limitati.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58, tal-Artikolu 22 tal-Karta, tal-Artikoli 1d(1) u (6), 27 u 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal, li jirriżulta mill-fatt li l-għażla tat-tieni lingwa ġiet indebitament limitata għal erba’ lingwi biss (il-Franċiż, l-Ingliż, il-Ġermaniż u t-Taljan), sa fejn il-lingwi uffiċjali l-oħra tal-Unjoni Ewropea huma esklużi.

3.

L-għażla tal-Ingliż, tal-Franċiż, tal-Ġermaniż u tat-Taljan hija arbitrarja u tagħti lok għal diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa li tmur kontra l-Artikoli 1d(1) u (6), 27 u 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal.

4.

Il-fatt li l-avviż ta’ kompetizzjoni ma jispeċifikax espliċitament li l-lingwa 1 għandha tkun il-lingwa li fiha l-kandidati għandhom minn tal-inqas livell C1 jagħti lok għal diskriminazzjoni doppja, ibbażata fuq in-nazzjonalita u fuq il-lingwa “mitkelma”, bi ksur, għalhekk, tal-Artikoli 1d(1) u (6), 27 u 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal.


(1)  ĠU 2019, C 191A, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3).


23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/32


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Awwissu 2019 — Luz Saúde vs EUIPO — Clínica La Luz (HOSPITAL DA LUZ LEARNING HEALTH TRAINING, RESEARCH & INNOVATION CENTER)

(Kawża T-558/19)

(2019/C 319/33)

Lingwa tar-rikors: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Luz Saúde, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: G. Moreira Rato, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Clínica La Luz, SL (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HOSPITAL DA LUZ LEARNING HEALTH TRAINING, RESEARCH & INNOVATION CENTER — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 433 823

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 2239/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.