|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 315 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 315/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9431 — KKR/Grupo Gallardo Balboa) ( 1 ) |
|
|
2019/C 315/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9514 — Bain Capital Investors/Kantar) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 315/03 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Qorti tal-EFTA |
|
|
2019/C 315/04 |
||
|
2019/C 315/05 |
||
|
2019/C 315/06 |
||
|
2019/C 315/07 |
||
|
2019/C 315/08 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 315/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9551 — Toyota/Panasonic/Prime Life Technologies JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
19.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 315/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9431 — KKR/Grupo Gallardo Balboa)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 315/01)
Fis-16 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9431. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
19.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 315/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9514 — Bain Capital Investors/Kantar)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 315/02)
Fid-9 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9514. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
19.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 315/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-18 ta’ Settembru 2019
(2019/C 315/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1053 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
119,54 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4673 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,88720 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,7298 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0999 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
136,80 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,8905 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,892 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
332,89 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3370 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7366 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,2663 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6149 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4645 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,6533 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7428 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5182 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 316,22 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,1576 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8349 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,3980 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 541,22 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6246 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,643 |
|
RUB |
Rouble Russu |
70,9405 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
33,750 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,5045 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,3629 |
|
INR |
Rupi Indjan |
78,7070 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Qorti tal-EFTA
|
19.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 315/3 |
SENTENZA TAL-QORTI
tal-14 ta’ Mejju 2019
fil-Kawża E-2/18
C
v
Concordia Schweizerische Kranken- und Unfallversicherung AG, Landesvertretung Liechtenstein
(Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikolu 24 — Pensjonant residenti barra l-Istat kompetenti — Benefiċċji in natura fil-post ta’ residenza — Proċedura ta’ rimborż)
(2019/C 315/04)
Fil-Kawża E-2/18, C v Concordia Schweizerische Kranken- und Unfallversicherung AG, Landesvertretung Liechtenstein – TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti tal-Prinċipat tal-Liechtenstein (Fürstliches Landgericht) rigward l-interpretazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, Páll Hreinsson, il-President, Per Christiansen, l-Imħallef Relatur, u Bernd Hammermann, Imħallfin, qatgħu s-sentenza fl-14 ta’ Mejju 2019, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
|
1. |
Meta pensjonant ma jkunx intitolat għal benefiċċji in natura fl-Istat ta’ residenza fiż-ŻEE, minħabba l-fatt li l-benefiċċji jaqgħu barra mill-ambitu tas-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu, il-pensjonant huwa intitolat, bis-saħħa tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, li jirċievi benefiċċji in natura bi spiża tal-istituzzjoni kompetenti fl-Istat taż-ŻEE li skont il-leġiżlazzjoni tiegħu titħallas il-pensjoni. |
|
2. |
Il-pensjonant għandu dritt li jippreżenta pretensjonijiet għal rimborż direttament lill-istituzzjoni kompetenti fl-Istat taż-ŻEE li skont il-leġiżlazzjoni tiegħu tkun titħallas il-pensjoni, b’mod partikolari, iżda mhux biss, jekk ikun ġie miċħud rimborż mill-Istat ta’ residenza. F’konformità mal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali u l-Artikolu 76(4) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, jekk l-istituzzjoni kompetenti ma tipprovdix lill-pensjonant b’informazzjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita, dan ma għandux jaffettwa b’mod negattiv id-drittijiet tal-pensjonant fir-rigward tal-istituzzjoni. |
|
19.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 315/4 |
SENTENZA TAL-QORTI
tal-14 ta’ Mejju 2019
fil-Kawża E-3/18
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda
(In-nuqqas minn Stat tal-EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — ir-Regolament (UE) 2015/1051)
(2019/C 315/05)
Fil-kawża E-3/18, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — L-APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji biex tinkludi l-Att imsemmi fil-punt 7ja tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1051 tal-1 ta’ Lulju 2015 dwar il-modalitajiet għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tal-pjattaforma għas-soluzzjoni online għat-tilwim, dwar il-modalitajiet tal-formola elettronika għall-ilmenti u dwar il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni bejn il-punti ta’ kuntatt previsti fir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi) kif adattat mill-Protokoll 1 tal-Ftehim, bħala parti mill-ordni legali intern tagħha kif mitlub mill-Artikolu 7 tal-Ftehim, il-Qorti, magħmula minn Páll Hreinsson, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Bernd Hammermann, Imħallfin, taw is-sentenza fl-14 ta’ Mejju 2019, li l-parti operattiva tagħha hi kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha b’konformità mal-Artikolu 7 taż-Żona Ekonomika Ewropea billi naqset, fiż-żmien preskritt, milli tinkludi fl-ordni legali intern tagħha l-Att imsemmi fil-punt 7ja tal-Anness XIX tal-Ftehim (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1051 tal-1 ta’ Lulju 2015 dwar il-modalitajiet għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tal-pjattaforma għas-soluzzjoni online għat-tilwim, dwar il-modalitajiet tal-formola elettronika għall-ilmenti u dwar il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni bejn il-punti ta’ kuntatt previsti fir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi), kif adottat mill-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim. |
|
2. |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
|
19.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 315/5 |
SENTENZA TAL-QORTI
tal-14 ta’ Mejju 2019
fil-Kawża E-4/18
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda
(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — ir-Regolament (UE) Nru 524/2013)
(2019/C 315/06)
Fil-kawża E-4/18, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — L-APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji biex tinkludi l-Att imsemmi fil-punti 7d, 7f u 7j tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ir-Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi)), kif adattat mill-Protokoll 1 tal-Ftehim, bħala parti mill-ordni legali intern tagħha kif mitlub mill-Artikolu 7 tal-Ftehim, il-Qorti, magħmula minn Páll Hreinsson, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Bernd Hammermann, Imħallfin, taw is-sentenza fl-14 ta’ Mejju 2019, li l-parti operattiva tagħha hi kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea billi naqset, fiż-żmien preskritt, milli tinkludi fl-ordni legali intern tagħha l-Att imsemmi fil-punti 7d, 7f u 7j tal-Anness XIX tal-Ftehim (ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ir-Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi)), kif adattat mill-Protokoll 1 tal-Ftehim. |
|
2. |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
|
19.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 315/6 |
SENTENZA TAL-QORTI
tal-14 ta’ Mejju 2019
fil-Kawża E-5/18
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda
(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2013/11/UE)
(2019/C 315/07)
Fil-Każ E-5/18, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punti 7d, 7f u 7k tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE) kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tal-Ftehim, billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt, jew fi kwalunkwe każ billi naqset milli tavża lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA bih, il-Qorti, komposta minn Páll Hreinsson, President, Per Christiansen (Imħallef-Rapporteur) u Bernd Hammermann, Imħallfin, tat sentenza fl-14 ta’ Mejju, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 7d tal-Kapitlu III tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE), kif adattata għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tal-Ftehim, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fiż-żmien preskritt. |
|
2. |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
|
19.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 315/7 |
SENTENZA TAL-QORTI
tal-14 ta’ Mejju 2019
fil-Kawża E-6/18
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda
(In-nuqqas minn Stat tal-EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2014/52/UE)
(2019/C 315/08)
Fil-Kawża E-6/18, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi f’punt 1a tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent), kif adattata mill-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt, jew fi kwalunkwe każ billi naqset milli tavża lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar dan, il-Qorti, magħmula minn Páll Hreinsson, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Bernd Hammermann, Imħallfin, tat is-sentenza fl-14 ta’ Mejju 2019, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 1a tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent), kif adattat għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fiż-żmien preskritt. |
|
2. |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
19.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 315/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9551 — Toyota/Panasonic/Prime Life Technologies JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 315/09)
1.
Fl-10 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Toyota Motor Corporation (il-Ġappun), |
|
— |
Panasonic Corporation (il-Ġappun). |
Toyota u Panasonic jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Prime Life Technologies JV.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Toyota: primarjament attiva fid-disinn, il-manifattura, l-immuntar u l-bejgħ ta’ vetturi tal-passiġġieri, vannijiet żgħar u vetturi kummerċjali (bħal trakkijiet) u partijiet u aċċessorji relatati globalment.
— għal Panasonic: attiva primarjament fl-iżvilupp, il-manifattura, u l-bejgħ ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti awdjoviżivi u ta’ komunikazzjoni, apparat domestiku, komponenti u tagħmir elettroniku (inklużi batteriji), prodotti industrijali u prodotti oħra globalment.
— għal Prime Life Technologies JV: se tkun attiva fis-servizzi tal-kostruzzjoni, il-kostruzzjoni ta’ djar, tfassil mill-ġdid tad-dar u/jew servizzi ta’ kura tal-anzjani prinċipalment fil-Ġappun.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Għandha dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:
M.9551 — Toyota/Panasonic/Prime Life Technologies JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).