ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 306

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
10 ta' Settembru 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 306/01

Rata tal-kambju tal-euro

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 306/02

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-każ M.9420 — Crédit Agricole/Banco Santander/Santander Securities Services) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

2

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 306/03

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

4

2019/C 306/04

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard fl-Ispeċifikazzjoni ta’ Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

16


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 306/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta’ Settembru 2019

(2019/C 306/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1033

JPY

Yen Ġappuniż

118,01

DKK

Krona Daniża

7,4598

GBP

Lira Sterlina

0,89275

SEK

Krona Żvediża

10,6598

CHF

Frank Żvizzeru

1,0923

ISK

Krona Iżlandiża

139,10

NOK

Krona Norveġiża

9,8663

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,855

HUF

Forint Ungeriż

329,93

PLN

Zloty Pollakk

4,3335

RON

Leu Rumen

4,7297

TRY

Lira Turka

6,3176

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6066

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4515

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6503

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7129

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5223

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 315,99

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,1931

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8610

HRK

Kuna Kroata

7,3975

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 498,10

MYR

Ringgit Malażjan

4,6015

PHP

Peso Filippin

57,195

RUB

Rouble Russu

72,1849

THB

Baht Tajlandiż

33,800

BRL

Real Brażiljan

4,4764

MXN

Peso Messikan

21,5254

INR

Rupi Indjan

79,0815


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

10.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 306/2


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ M.9420 — Crédit Agricole/Banco Santander/Santander Securities Services)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 306/02)

1.   

Fit-2 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Santander Investment, S.A. ("Santander Investment", Spanja), ikkontrollata mill-Banco Santander, S.A. ("Santander", Spanja);

CACEIS S.A. ("CACEIS", Franza), ikkontrollata mill-Crédit Agricole S.A.;

Santander Securities Services, S.A.U. ("S3 Spain", Spanja), ikkontrollata minn Santander Investment; kif ukoll

S3 Latam Holdco 1 (Spanja), kumpanija maħluqa ġdida, li se tikkonsisti f’negozji Bażiljani, Messikani u Kolombjani li bħalissa huma proprjetà ta’ S3 Spain.

Il-konċentrazzjoni proposta tinvolvi (i) l-akkwiżizzjoni tal-kontroll waħdani minn CACEIS ta’ S3 Spain fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, u (ii) l-akkwiżizzjoni tal-kontroll konġunt minn CACEIS u Santander Investment ta’ S3 Latam Holdco 1 fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   CACEIS: tipprovdi servizzjar tal-assi lil klijenti korporattivi, investituri istituzzjonali, banek u sensara;

—   Santander Investment: twettaq kull tip ta’ attivitajiet, operazzjonijiet u servizzi inerenti għan-negozju bankarju b’mod ġenerali u / jew relatat għalih; l-akkwiżizzjoni, iż-żamma, it-tgawdija, l-amministrazzjoni u d-disponiment ta’ titoli trasferibbli, ishma jew parteċipazzjoni f’kumpaniji Spanjoli u barranin; u l-forniment ta’ servizzi ta’ investiment u, fejn xieraq, attivitajiet kumplimentari kif ġej;

—   S3 Spain u S3 Latam Holdco 1: jipprovdu servizzi ta’ wara l-bejgħ, bħala depożitarji, kustodji, amministrazzjoni tal-fondi u servizzi ta’ servizzjar tat-titoli għall-investituri istituzzjonali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9420 — Crédit Agricole/Banco Santander/Santander Securities Services

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

10.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 306/4


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2019/C 306/03)

Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Monferrato”

Numru ta’ referenza: PDO-IT-A1210-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 25.6.2019

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET GĦALL-EMENDA APPROVATA

1.   Emendi formali u kjarifiki fit-test u inseriment tat-tip “Monferrato Nebbiolo”

Deskrizzjoni u raġunijiet

Deskrizzjoni: it-tipi, l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali jew it-termini huma indikati fid-denominazzjoni.

Raġuni: din hija emenda formali li ddaħħal lista ta’ inbejjed biex dawn jispikkaw b’mod ċar.

Deskrizzjoni: għall-inbejjed Monferrato rosso, Dolcetto u Freisa, huwa speċifikat l-kliem “inkluż Novello”.

Raġuni: din hija emenda formali li tirrifletti l-użu — diġà fis-seħħ — tat-terminu “Novello”.

Dawn l-emendi jikkonċernaw l-Artikolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni. M’hemmx emendi fid-Dokument Uniku.

Deskrizzjoni: jiddaħħal it-tip ġdid “Monferrato Nebbiolo”.

Raġuni: din l-emenda hija dovuta għall-ħtieġa li tiġi mħarsa varjetà tipika ta’ għeneb tar-reġjun ta’ Piemonte, Nebbiolo, li dejjem tkabbar fiż-żona tal-produzzjoni ta’ “Monferrato”. Minħabba l-kwalità eċċellenti tal-inbid prodott f’din iż-żona, li sa issa ġie denominat esklussivament bħala “Monferrato rosso” (aħmar), l-intenzjoni hija li din il-varjetà ta’ għeneb tiġi deskritta u enfasizzata aħjar permezz ta’ tip ġdid b’isimha.

Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima 1.4 tad-Dokument Uniku u l-Artikolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

2.   Inseriment tal-kombinament ta’ varjetajiet ta’ għeneb għat-tip Monferrato Nebbiolo

Deskrizzjoni u raġunijiet

Deskrizzjoni: jiddaħħlu l-varjetajiet użati għall-produzzjoni tat-tip ġdid “Monferrato Nebbiolo”: minn 90 sa 100 % tal-varjetà Nebbiolo, b’massimu ta’ 10 % ta’ varjetajiet oħrajn ta’ għeneb aħmar mhux aromatiku adattati għall-kultivazzjoni fir-Reġjun ta’ Piemonte

Raġuni: dan huwa tip ġdid u għalhekk jiġi deskritt il-kombinament ta’ varjetajiet ta’ għeneb li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tiegħu; l-użu tal-varjetà Nebbiolo bi prevalenza ċara sa massimu ta’ 100 % huwa appoġġjat mit-tradizzjoni u ħafna snin ta’ esperimentazzjoni li saru biex jiġu prodotti inbejjed ta’ kwalità għolja.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni. M’hemmx emendi għad-Dokument Uniku.

3.   Riformulazzjoni taż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb

Deskrizzjoni u raġunijiet

Deskrizzjoni: it-tipi differenti prodotti u ż-żoni u l-muniċipalitajiet korrispondenti huma speċifikati.

Iż-żona tal-produzzjoni ma tinbidilx.

Raġuni: din hija kitba mill-ġdid formali tat-test biex tiffaċilita l-identifikazzjoni taż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb użata fit-tipi fid-denominazzjoni.

Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima 1.6 tad-Dokument Uniku u l-Artikolu [numru nieqes] tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

4.   Riformulazzjoni tal-istandards tal-produzzjoni tal-għeneb u introduzzjoni ta’ rendiment massimu tal-għeneb u qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum għall-varjetà Nebbiolo — Użu ta’ eċċessi

Deskrizzjoni u raġunijiet

Deskrizzjoni: jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet tradizzjonali ta’ kultivazzjoni taż-żona ta’ Monferrato (ħamrija u tessut, pożizzjoni, esponiment, densità ta’ tħawwil, forom ta’ kultivazzjoni u metodi ta’ żbir).

Raġuni: din l-emenda tidentifika aħjar in-natura ġeoloġika tal-art u l-kundizzjonijiet introdotti għall-kultivazzjoni.

Deskrizzjoni: jiddaħħal ir-rendiment tal-għeneb f’tunnellati għal kull ettaru u l-qawwa alkoħolika naturali minima korrispondenti skont il-volum tat-tip ġdid “Monferrato” Nebbiolo (9 t/ha u 11,5 % skont il-volum) u “Monferrato” Nebbiolo Superiore (8 t/ha u 12 % skont il-volum).

Raġuni: l-osservazzjonijiet li saru tul is-snin fuq id-dwieli ta’ Nebbiolo kkultivati fiż-żona ta’ Monferrato għamluha possibbli li jiġi identifikat ir-rendiment massimu għal kull ettaru u l-qawwa naturali minima tal-mosti li jippermettu li l-għeneb Nebbiolo jiġi espress fl-inbejjed korrispondenti b’mod bilanċjat.

Dawn l-emendi jikkonċernaw l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni u, fil-każ tar-rendimenti massimi, għat-taqsima 1.5.2 tad-Dokument Uniku, filwaqt li l-ispeċifikazzjoni tan-natura ġeoloġika tal-art tikkonċerna biss l-Artikolu 9 tal-Ispeċifikazzjoni.

Deskrizzjoni: it-test relatat mal-eċċess fuq ir-rendiment massimu permissibbli li jista’ jiġi kklassifikat bħala DOK, li jibqa’ ta’ 20 %, ġie rriformulat.

Raġuni: din hija emenda formali.

Deskrizzjoni: il-kliem “snin eċċezzjonalment tajbin” ġew sostitwiti bi “snin partikolarment abbundanti”.

Raġuni: l-iskop huwa li tiġi enfasizzata l-importanza tal-kundizzjonijiet tat-temp tas-sena għall-produzzjoni.

Dawn l-emendi jikkonċernaw l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni. M’hemmx emendi għad-Dokument Uniku.

Deskrizzjoni: l-arranġamenti biex jintużaw l-eċċessi (20 %) tal-inbejjed DOK u DOKG fl-istess żona ta’ produzzjoni ta’ “Monferrato” DOK huma speċifikati, li jagħmilhom suġġetti għal awtorizzazzjoni reġjonali speċifika fuq talba tal-assoċjazzjoni ta’ protezzjoni u wara konsultazzjoni tal-organizzazzjonijiet fis-settur.

Raġuni: dan jikkonċerna l-ħtieġa li jiġu rregolati l-flussi ta’ prodotti li jkunu deħlin biex tkun tista’ ssir ġestjoni aħjar tad-denominazzjoni “Monferrato” DOK.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni. M’hemmx emendi għad-Dokument Uniku.

5.   Speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw il-produzzjoni u l-vinifikazzjoni

Deskrizzjoni u raġunijiet

Deskrizzjoni: Ir-rendiment massimu ta’ għeneb/inbid huwa indikat għat-tipi kollha eżistenti kif ukoll għat-tip ġdid “Monferrato” Nebbiolo u “Monferrato” Nebbiolo Superiore.

Raġuni: dan huwa adattament tat-test rigward il-limiti tar-rendiment.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni u t-Taqsima 1.5.2 tad-Dokument Uniku.

Deskrizzjoni: ir-regoli għal kwalunkwe rendiment żejjed huma fformulati mill-ġdid.

Raġuni: din tikkonċerna d-deskrizzjoni speċifika tat-telf tad-dritt għad-denominazzjoni “Monferrato” DOK għal-lott sħiħ jekk jaqbeż 5 % tar-rendiment massimu definit ta’ għeneb/inbid.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni. M’hemmx emendi għad-Dokument Uniku.

Deskrizzjoni: introduzzjoni tal-perjodu ta’ maturazzjoni għat-tipi ġodda “Monferrato” Nebbiolo u “Monferrato” Nebbiolo Superiore, stipulat għal 12-il xahar fil-każ tat-tip imsemmi l-ewwel u mill-inqas 18-il xahar, li mill-inqas 6 xhur minnhom ikunu fl-injam, fil-każ tat-tip imsemmi l-aħħar, ikkalkulati mill-1 ta’ Novembru tas-sena li fiha nħasad l-għeneb.

Raġuni: Fuq il-bażi tal-esperimenti li saru, l-inbid Monferrato Nebbiolo, għandu jibbenefika minn perjodu sostanzjali ta’ maturazzjoni, ta’ mill-inqas 18-il xahar u parzjalment fi btieti fil-każ ta’ Superiore, sabiex jilħaq il-kwalità ottima tiegħu. B’dan il-mod, il-karatteristiċi organolettiċi ta’ dan l-inbid ta’ valur jiżviluppaw u jakkwistaw aromi kumplessi u eleganti u bilanċ perfett.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni. M’hemmx emendi għad-Dokument Uniku.

6.   Varjazzjonijiet u speċifikazzjonijiet fil-karatteristiċi tal-inbid meta jiġi kkonsmat u introduzzjoni tat-tip Monferrato Nebbiolo.

Deskrizzjoni u raġunijiet

Deskrizzjoni: għat-tipi Monferrato rosso, Monferrato Dolcetto u Monferrato Freisa, it-tip Novello huwa indikat ukoll flimkien mad-deskrizzjonijiet korrispondenti. Jiżdied l-isem tal-varjetà tal-għeneb Cortese mat-tip Monferrato Casalese.

Raġuni: din hija marbuta mal-inklużjoni fid-deskrizzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tat-tipi kollha permessi; fil-każ ta’ Cortese flimkien mal-indikazzjoni ġeografika Casalese, din hija żieda formali peress li hija diġà preżenti.

Deskrizzjoni: għat-tipi Monferrato bianco, Chiaretto, Dolcetto, Freisa u Casalese Cortese, l-aċidità totali minima fil-konsum titnaqqas b’0,5 g/l.

Raġuni: it-tibdil fil-klima u l-perjodi ta’ maturazzjoni li seħħew fis-snin riċenti, b’temperaturi iktar għoljin mis-soltu, wasslu għal maturazzjoni bikrija u tnaqqis fiżjoloġiku fl-aċidità totali fil-mosti u għalhekk fl-inbejjed, li wassal għall-ħtieġa li jitnaqqas il-valur minimu fi grammi għal kull litru ta’ dan il-parametru stipulat fil-ħin tal-konsum għat-tipi preżenti.

Deskrizzjoni: jiġu introdotti l-karatteristiċi fil-konsum tat-tip Nebbiolo “Monferrato” ġdid, inkluża l-indikazzjoni Superiore.

Raġuni: l-inklużjoni tal-inbid “Monferrato Nebbiolo” ġdid teħtieġ id-definizzjoni tar-rekwiżiti kimiċi, fiżiċi u organolettiċi li jikkaratterizzawh meta jiġi kkonsmat. Wara kunsiderazzjoni bir-reqqa, id-data u d-deskrizzjonijiet jirreferu għal prodott ta’ kwalità għolja li għandu maturazzjoni medja jew twila fil-kantina.

Deskrizzjoni: tiżdied l-informazzjoni li l-inbejjed “Monferrato” jistgħu juru ħjiel żgħir ta’ togħma ta’ njam.

Raġuni: din hija kjarifika mogħtija lill-konsumatur li tispeċifika xi ħaġa li tista’ tiġri jekk l-inbejjed jinżammu f’kontenituri tal-injam.

Dawn l-emendi jikkonċernaw l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni. M’hemmx emendi għad-Dokument Uniku.

7.   Tikkettar, denominazzjoni u preżentazzjoni

Deskrizzjoni u raġunijiet

Deskrizzjoni: titneħħa l-projbizzjoni fuq l-użu tal-indikazzjoni “Superiore”.

Raġuni: Din l-emenda hija neċessarja fid-dawl tal-inklużjoni tat-tip Monferrato Nebbiolo l-ġdid bl-indikazzjoni Superiore.

Deskrizzjoni: titneħħa l-projbizzjoni fuq l-użu ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u tat-terminu “vigna” (vinja) mal-isem tal-post jew l-isem tradizzjonali rilevanti.

Raġuni: dan huwa adattament f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ bħalissa.

Deskrizzjoni: tiġi deskritta aħjar ir-referenza għall-indikazzjoni ġeografika “Casalese” — li għandha tidher f’karattri tal-istess daqs jew daqs iżgħar minn dawk użati għall-kelma “Monferrato”, bl-istess tipa, kulur u indiċi kolorimetriku.

Raġuni: l-emenda hija maħsuba biex tadatta l-użu tal-isem tad-denominazzjoni għal-leġiżlazzjoni ġenerali nazzjonali u tal-UE biex il-produtturi jkunu jistgħu jipprovdu indikazzjonijiet dwar il-varjetà tal-għeneb bil-mod mitlub mis-swieq, speċjalment barra mill-pajjiż, li jagħti valur b’mod partikolari lill-prodotti varjetali tagħna. Il-paragrafu li jippermetti l-kelma “Novello” titħassar formalment peress din li diġà hija msemmija fl-Artikoli 1 u 6 tal-Ispeċifikazzjoni flimkien mat-tipi li tapplika għalihom.

Raġuni: dan huwa adattament f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ bħalissa.

Deskrizzjoni: għat-tipi Monferrato Rosso u Monferrato Bianco, l-indikazzjoni tal-kulur fuq it-tikketta ssir fakultattiva skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Raġuni: aħna nqisu li huwa xieraq li l-produttur jkun jista’ jagħżel jekk iridx jispeċifika l-kulur tal-prodott individwali jew le.

Deskrizzjoni: huwa speċifikat l-użu tat-terminu “vivace” (vivaċi) għal Monferrato aħmar, abjad u Freisa;

Raġuni: biex il-konsumatur jiġi mgħarraf dwar il-karatteristiċi tal-prodott.

Dawn l-emendi jikkonċernaw l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni. M’hemmx emendi għad-Dokument Uniku.

8.   Regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ

Deskrizzjoni u raġunijiet

Deskrizzjoni: jiġi introdott artikolu fl-Ispeċifikazzjoni li jispeċifika l-kontenituri pprovduti mil-leġiżlazzjoni attwali tal-UE u nazzjonali. B’mod partikolari, għal Monferrato Dolcetto, Fresia, Nebbiolo, Casalese Cortese, Chiaretto jew Ciaret, huwa permess li jintużaw fliexken tal-ħġieġ bl-eċċezzjoni ta’ kontenituri taż-żewġ litri u dawk iżgħar minn 0,187 litru.

Għat-tipi kollha, huwa eskluż l-użu ta’ kapsuni.

Raġuni: l-inklużjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tal-imballaġġ tikkompleta l-informazzjoni dwar il-prodotti tad-denominazzjoni; b’mod partikolari, l-inklużjoni ta’ xi regoli dwar l-imballaġġ u l-għeluq jagħmilha possibbli li jkun hemm rispons adegwat għall-ħtiġijiet ta’ modi ta’ konsum ġodda u għad-domandi tas-swieq barranin.

Dawn l-emendi jikkonċernaw l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni. M’hemmx emendi għad-Dokument Uniku.

9.   Speċifikazzjoni taż-żona ġeografika

Deskrizzjoni u raġunijiet

Deskrizzjoni: ġiet deskritta n-natura tal-art, li tinfluwenza l-karatteristiċi tal-inbejjed.

Raġuni: huwa speċifikat li ż-żona tal-ħamrija għandha ċerta varjabbiltà minħabba d-daqs tagħha; fl-istess ħin, għandha matriċi kalkaruża u alkalina kondiviża li hija fqira fil-materja organika. Dan jagħti lill-inbejjed aroma ta’ frott u togħma friska u armonjuża.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 9 tal-Ispeċifikazzjoni u t-Taqsima 1.8 tad-Dokument Uniku.

10.   Aġġornament tad-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ spezzjoni

Deskrizzjoni u raġunijiet

Deskrizzjoni: bidla fl-indirizz tal-korp ta’ kontroll “Valoritalia”.

Raġuni: dan huwa adattament formali.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 9 tal-Ispeċifikazzjoni. M’hemmx emendi għad-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem il-prodott

“Monferrato”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodott tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Monferrato Rosso (aħmar), inkluż Novello

kulur: aħmar lewn ir-rubin, xi kultant bi ħjiel ta’ vjola;

aroma: etilika, pjaċevoli, ta’ frott, li ddum;

togħma: friska, xotta, armonjuża, xi kultant vivaċi;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 20 g/l.

Kwalunkwe parametri analitiċi li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Diossidu tal-kubrit totali massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

Monferrato Bianco (abjad)

kulur: isfar kulur it-tiben;

aroma: distintiva, intensa, pjaċevoli;

togħma: friska, xotta, xi kultant vivaċi;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 15 g/l.

Kwalunkwe parametri analitiċi li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Diossidu tal-kubrit totali massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

Monferrato Chiaretto jew Ciaret

kulur: roża jew aħmar ċar lewn ir-rubin;

aroma: etilika, delikata, pjaċevoli;

togħma: niexfa u armonjuża;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,5 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 17 g/l.

Kwalunkwe parametri analitiċi li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Diossidu tal-kubrit totali massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

Monferrato Dolcetto, inkluż Novello

kulur: aħmar lewn ir-rubin, xi kultant bi ħjiel ta’ vjola;

aroma: etilika, pjaċevoli, ta’ frott, iddum;

togħma: xotta, pjaċevolment morra pjuttost robusta, armonjuża;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 21 g/l.

Kwalunkwe parametri analitiċi li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Diossidu tal-kubrit totali massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

Monferrato Freisa

kulur: aħmar lewn ir-rubin, li xi kultant ixaqleb lejn il-granata;

aroma: distintiva, delikata;

togħma: niexfa u semi-ħelwa, kemxejn morra, xi kultant vivaċi;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 20 g/l.

Kwalunkwe parametri analitiċi li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Diossidu tal-kubrit totali massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

Monferrato Freisa Novello

kulur: aħmar lewn ir-rubin, xi kultant bi ħjiel ta’ vjola;

aroma: ta’ frott, iddum;

togħma: armonjuża, friska;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 20 g/l.

Kwalunkwe parametri analitiċi li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Diossidu tal-kubrit totali massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

Monferrato Casalese Cortese

kulur: isfar ċar kulur it-tiben, xi kultant ixaqleb lejn ħadrani;

aroma: distintiva, delikata, sottili ħafna iżda ddum;

togħma: niexfa, armonjuża, robusta, pjaċevolment morra;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,5 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 15 g/l.

Kwalunkwe parametri analitiċi li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

5,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Diossidu tal-kubrit totali massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

Monferrato Nebbiolo u Monferrato Nebbiolo Superiore

kulur: aħmar lewn ir-rubin, li maż-żmien jista’ jxaqleb lejn il-granata;

aroma: ta’ frott u distintiv;

togħma: xotta, armonjuża, distintiva;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12 %; bl-indikazzjoni “Superiore”: 12,5 %;

Estratt minimu mingħajr zokkor: 21 g/l. bl-indikazzjoni “Superiore”: 22 g/l.

Kwalunkwe parametri analitiċi li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Diossidu tal-kubrit totali massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki enoloġiċi

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

XEJN

b.   Rendimenti massimi

Monferrato Rosso inkluż Novello, Bianco, Chiaretto jew Ciaret

77 ettolitru għal kull ettaru

Monferrato Dolcetto

63 ettolitru għal kull ettaru

Monferrato Freisa, inkluż Novello

66,5 ettolitri għal kull ettaru

Monferrato Casalese Cortese

70 ettolitru għal kull ettaru

Monferrato Nebbiolo

63 ettolitru għal kull ettaru

Monferrato Nebbiolo Superiore

56 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

L-għeneb għall-produzzjoni ta’ nbejjed adattati għad-denominazzjoni bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata (DOK) “Monferrato” bianco (abjad), “Monferrato” rosso (aħmar), “Monferrato” Chiaretto jew Ciaret, “Monferrato” Dolcetto, “Monferrato” Freisa jew “Monferrato” Nebbiolo jridu jiġu prodotti fiż-żoni li ġejjin:

Il-provinċja ta’ Alessandria:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Acqui Terme, Alfiano, Natta, Alice Bel Colle, Altavilla Monferrato, Basaluzzo, Bassignana, Belforte Monferrato, Bergamasco, Bistagno, Borgoratto Alessandrino, Bosio, Camagna, Camino, Capriata d’Orba, Carentino, Carpeneto, Carrosio, Cartosio, Casaleggio Boiro, Casale Monferrato, Cassine, Cassinelle, Castelletto d’Erro, Castelletto d’Orba, Castelletto Merli, Castelletto Monferrato, Castelnuovo Bormida, Cavatore, Cellamonte, Cereseto, Cerrina, Coniolo, Conzano, Cremolino, Cuccaro Monferrato, Denice, Francavilla Bisio, Frascaro, Frassinello Monferrato, Fubine, Gabiano, Gamalero, Gavi, Grognardo, Lerma, Lu, Malvicino, Masio, Melazzo, Merana, Mirabello Monferrato, Molare, Mombello Monferrato, Moncestino, Montaldeo, Montaldo Bormida, Montecastello, Montechiaro d’Acqui, Morbello, Mornese, Morsasco, Murisengo, Novi Ligure, Occimiano, Odalengo Grande, Odalengo Piccolo, Olivola, Orsara Bormida, Ottiglio Monferrato, Ovada, Ozzano, Pareto, Parodi Ligure, Pasturana, Pecetto di Valenza, Pietra Marazzi, Pomaro Monferrato, Pontestura, Ponti, Ponzano, Ponzone, Prasco, Predosa, Quargnento, Ricaldone, Rivalta Bormida, Rivarone, Roccagrimalda, Rosignano Monferrato, Sala Monferrato, San Cristoforo, San Giorgio Monferrato, San Salvatore Monferrato, Serralunga di Crea, Serravalle Scrivia, Sezzadio, Silvano d’Orba, Solonghello, Spigno Monferrato, Strevi, Tagliolo Monferrato, Tassarolo, Terruggia, Terzo, Treville, Trisobbio, Valenza Po, Vignale Monferrato, Villadeati, Villamiroglio, Visone.

Il-provinċja ta’ Asti:

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Agliano, Albugnano, Antignano, Aramengo, Asti, Azzano d’Asti, Baldichieri d’Asti, Belveglio, Berzano San Pietro, Bruno, Bubbio, Buttigliera d’Asti, Calamandrana, Calliano, Calosso, Camerano Casasco, Canelli, Cantarana, Capriglio, Casorzo, Cassinasco, Castagnole Lanze, Castagnole Monferrato, Castel Boglione, Castell’Alfero, Castellero, Castelletto Molina, Castello d’Annone, Castelnuovo Belbo, Castelnuovo Calcea, Castelnuovo Don Bosco, Castel Rocchero, Celle Enomondo, Cerreto d’Asti, Cerro Tanaro, Cessole, Chiusano d’Asti, Cinaglio, Cisterna d’Asti, Coazzolo, Cocconato, Colcavagno, Corsione, Cortandone, Cortanze, Cortazzone, Cortiglione, Cossombrato, Costigliole d’Asti, Cunico, Dusino San Michele, Ferrere, Fontanile, Frinco, Grana, Grazzano Badoglio, Incisa Scapaccino, Isola d’Asti, Loazzolo, Maranzana, Maretto, Moasca, Mombaldone, Mombaruzzo, Mombercelli, Monale, Monastero Bormida, Moncalvo, Moncucco Torinese, Mongardino, Montabone, Montafia, Montaldo Scarampi, Montechiaro d’Asti, Montegrosso d’Asti, Montemagno, Montiglio, Moransengo, Nizza Monferrato, Olmo Gentile, Passerano Marmorito, Penango, Piea, Pino d’Asti, Piova’ Massaia, Portacomaro, Quaranti, Refrancore, Revigliasco d’Asti, Roatto, Robella, Rocca d’Arazzo, Roccaverano, Rocchetta Palafea, Rocchetta Tanaro, San Damiano d’Asti, San Giorgio Scarampi, San Martino Alfieri, San Marzano Oliveto, San Paolo Solbrito, Scandeluzza, Scurzolengo, Serole, Sessame, Settime, Soglio, Tigliole, Tonco, Tonengo, Vaglio Serra, Valfenera, Vesime, Viale -, Viarigi, Vigliano d’Asti, Villafranca d’Asti, Villa San Secondo, Vinchio.

L-għeneb għall-produzzjoni ta’ nbejjed adattati għad-denominazzjoni bid-Denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Monferrato” Casalese Cortese jrid ikun prodott fiż-żoni li ġejjin:

“Monferrato” Casalese:

Il-provinċja ta’ Alessandria: It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Alfiano Natta, Altavilla Monferrato, Bosio, Camagna, Camino, Casale Monferrato, Castelletto Merli, Cellamonte, Cereseto, Cerrina, Coniolo, Conzano, Cuccaro, Frassinello Monferrato, Gabiano, Lu Monferrato, Mombello Monferrato, Moncestino, Murisengo, Odalengo Grande, Odalengo Piccolo, Olivola, Ottiglio Monferrato, Ozzano, Parodi, Pontestura, Ponzano, Rosignano Monferrato, Sala Monferrato, San Cristoforo, San Giorgio Monferrato, San Salvatore, Serralunga di Crea, Solonghello, Terruggia, Treville, Vignale Monferrato, Villadeati, Villamiroglio.

7.   Varjetà/varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid prinċipali

 

Timorasso B.

 

Quagliano N.

 

Riesling italico B. - Riesling

 

Riesling renano B. - Riesling

 

Rossese bianco B.

 

Ruchè N.

 

Vespolina N.

 

Ancellotta N.

 

Bonarda N.

 

Ciliegiolo N.

 

Cortese B.

 

Croatina N.

 

Dolcetto N.

 

Gamba rossa N.

 

Manzoni bianco B.

 

Nebbiolo N.

 

Pinot nero N.

 

Sangiovese N.

 

Sauvignon B.

 

Sylvaner verde B.

 

Syrah N.

 

Uva rara N.

 

Uvalino N.

 

Viogner B.

 

Slarina N.

 

Teroldego N.

 

Cabernet franc N. - Cabernet

 

Cabernet sauvignon N. - Cabernet

 

Albarossa N.

 

Arneis B.

 

Avana’ N.

 

Averengo N.

 

Pelaverga N. - Cari N.

 

Pelaverga piccolo N. - Pelaverga

 

Petit verdot N

 

Plassa N.

 

Merlot N.

 

Nascetta B.

 

Ner d’Ala N.

 

Neretta cuneese N.

 

Neretto di Bairo N. - Neretto

 

Freisa N.

 

Grignolino N.

 

Lambrusca di Alessandria N. - Lambrusca

 

Chatus N.

 

Cornarea N.

 

Durasa N.

 

Erbaluce B.

 

Favorita B.

 

Baratuciàt B.

 

Barbera bianca B.

 

Barbera N.

 

Becuet N.

 

Bussanello B.

 

Pinot bianco B.

 

Pinot grigio

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Monferrato DOK

A)   Dettalji taż-żona ġeografika

Monferrato huwa reġjun storiku fi Piemonte. It-territorju tiegħu, kważi kollu bl-għoljiet, jinsab prinċipalment fil-provinċji ta’ Alessandria u Asti u jestendi lejn in-Nofsinhar mix-xatt tal-Pò lejn l-għoljiet fil-bażi tal-muntanji tal-Appenini Liguri fuq il-fruntieri mal-Provinċja ta’ Ġenova u l-Provinċja ta’ Savona. In-natura bl-għoljiet taż-żona tagħmilha partikolarment adattata għat-tkabbir tal-inbid, li rriżulta fil-kultivazzjoni u l-produzzjoni ta’ diversi tipi ta’ għeneb li jiġu magħmulin ħafna nbejjed bojod u ħomor minnu. Għat-tipi ġeneriċi ta’ aħmar u abjad, il-kombinament tal-varjetajiet ta’ għeneb jittieħed mill-varjetajiet kollha tad-dwieli awtorizzati u twassal għall-produzzjoni ta’ diversi tipi ta’ inbid: Rosso (aħmar), Bianco (abjad), Chiaretto jew Ciaret, Dolcetto, Freisa u Casalese Cortese.

B)   Id-dettalji tal-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott li jistgħu jiġu attribwiti, essenzjalment jew esklussivament, lill-ambjent ġeografiku

Il-matriċi tal-ħamrija hija kalkaruża, alkalina, relattivament fqira fin-nutrijenti b’tessut varjabbli f’diversi kombinamenti ta’ taflija, bil-ħama u ramlija, tipika tal-ħamrija fiż-żona ta’ produzzjoni, u tikkaratterizza, [sic] rikka fin-noti ta’ frott li huma miksuba minn dan it-“terroir” partikolari.

C)   Deskrizzjoni tal-interazzjoni kawżali bejn l-aspetti msemmija taħt (A) u dawk imsemmija taħt (B)

Din id-DOK tippermetti li l-għeneb jintuża bl-aħjar mod, mingħajr riġidità żejda, billi tiddiversifika l-inbejjed fuq il-bażi tal-għażla tal-għeneb u d-domandi tas-suq. Dan fetaħ it-triq għall-esperimentazzjoni enoloġika lil hinn mit-tradizzjoni, li pproduċiet inbejjed ġodda, spiss inbejjed ta’ livell għoli prodotti billi jħalltu varjetajiet ta’ għeneb lokali ma’ għeneb internazzjonali.

Għal Monferrato Rosso (aħmar), l-iktar varjetajiet indiġeni użati huma Barbera u Nebbiolo; l-iktar varjetajiet internazzjonali komuni huma Cabernet Sauvignon, Merlot u Pinot Nero. Il-Monferrato Bianco (abjad) huwa prodott mill-varjetajiet indiġeni Cortese u Favorita imħalltin mal-varjetajiet internazzjonali Chardonnay u Sauvignon.

9.   Kundizzjonijiet ulterjuri essenzjali (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti oħrajn)

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni oħra:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Fid-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni, l-indikazzjoni ġeografika addizzjonali “Casalese” għandha tidher b’tipa iżgħar jew daqs dawk użati biex jindikaw l-indikazzjoni “Monferrato”. It-tipa, il-kulur u l-indiċi kolorimetriku tal-karattri għandhom ikunu identiċi.

Barra minn hekk, tista’ tintuża l-kelma “vivace” (vivaċi) fuq it-tikketta tal-inbejjed bid-denominazzjoni tal-oriġini Monferrato bianco, Monferrato rosso u Monferrato Freisa.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/14109


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


10.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 306/16


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard fl-Ispeċifikazzjoni ta’ Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2019/C 306/04)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont il-ħames paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Terre Tollesi”/“Tullum”

Numru ta’ referenza: DOP-IT-A0742-AM03

Data ta’ komunikazzjoni: 20.6.2019

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA

1.   Bidla fit-terminu tradizzjonali minn “DOK” għal “DOKG”

Deskrizzjoni u raġunijiet

Qed napplikaw għal emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal “Terre Tollesi”/“Tullum” biex inbiddlu t-terminu użat (skont l-Artikolu 112(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013) minn denominazione di origine controllata (“denominazzjoni tal-oriġini kontrollata” jew DOK) għal denominazione di origine controllata e garantita (“denominazzjoni tal-oriġini kontrollata u garantita” jew DOKG).

In-negozji li joperaw fiż-żona demarkata għandhom ikunu jistgħu jużaw kategorija iktar għolja għall-inbejjed magħmulin minn għeneb imkabbrin fil-vinji tagħhom li jirrappreżentaw l-ogħla kwalità tal-prodott tagħhom. It-terminu l-ġdid jista’ jgħin biex titjieb ir-reputazzjoni ta’ dawn l-inbejjed u jiżdied ir-rikonoxximent fis-suq.

Din l-emenda taffettwa dawn li ġejjin:

Kull fejn tissemma l-kelma “DOK” fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li trid tiġi sostitwita b’“DOKG”;

Il-paragrafu (a) tat-taqsima Termini tradizzjonali tad-Dokument Uniku.

2.   Eliminazzjoni ta’ tipi ta’ prodotti li ġeneralment mhumiex rappreżentattivi

Deskrizzjoni u raġunijiet

Ħafna mit-tipi ta’ prodotti elenkati bħalissa fl-Ispeċifikazzjoni għandhom jitneħħew, u jitħallew biss dawk li verament jirrappreżentaw l-essenza u l-uniċità tal-inbejjed proposti għal status ta’ DOKG. Skont il-produtturi tal-inbid, huma biss l-inbejjed ħomor ibbażati fuq l-għeneb Montepulciano (tipi ta’ Rosso u Rosso Riserva) u l-inbejjed bojod ibbażati fuq l-għeneb Pecorino u Passerina li huma kapaċi jinkorporaw u jipprovdu l-karatteristiċi distintivi taż-żona Tollo b’mod sħiħ.

Din l-għażla hija kkorroborata u kkonfermata b’mod totali minn studji dwar it-tqassim f’żoni tat-terroir imwettqa fis-snin riċenti, li juru li din hija għażla valida u tenfasizza l-ħtieġa li wieħed jiffoka biss fuq ċerti varjetajiet indiġeni li għalihom l-ambjent lokali huwa ideali għall-produzzjoni ta’ għeneb tajbin b’mod staordinarju.

Din l-emenda taffettwa:

l-Artikoli 1, 2, 4, 5, 6 u 9 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (tħassir ta’ referenzi għat-tipi ta’ prodotti);

It-taqsimiet Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed, Rendimenti massimi u Deskrizzjoni tar-Rabta/Rabtiet tad-Dokument Uniku.

3.   Bidliet rigward il-kombinament ta’ varjetajiet ta’ għeneb

Deskrizzjoni u raġunijiet

L-għażla ta’ Montepulciano bħala l-varjetà predominanti użata biex isiru l-inbejjed ħomor “Terre Tollesi”/“Tullum” proposti għall-istatus DOKG hija kkonsolidata u msaħħa (mill-inqas 95 % meta mqabbla ma’ 90 %), filwaqt li 90 % huwa kkonsolidat bħala l-perċentwal minimu għal inbejjed bojod mill-varjetajiet indiġeni Pecorino u Passerina. Kwalunkwe varjetajiet ta’ għeneb oħrajn tal-istess kulur, imkabbrin fl-istess azjenda u adattati għall-kultivazzjoni fir-reġjun ta’ Abruzzo jistgħu jintużaw, individwalment jew f’taħlita, biex isir il-5 % (inbid aħmar) jew 10 % (inbid abjad) li jifdal.

Billi ċerti tipi ta’ nbid biss għandhom jiġu trasferiti u rikonoxxuti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-DOKG proposta, il-kombinamenti tal-varjetajiet l-oħrajn kollha deskritti għat-tip ta’ inbid li tneħħew u li, għalhekk, m’għadhomx inklużi fl-Ispeċifikazzjoni, ser jitħassru.

Din l-emenda taffettwa:

l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott;

It-taqsima Varjetajiet ewlenin tal-għeneb tad-Dokument Uniku.

4.   Regoli dwar il-vitikultura

Deskrizzjoni u raġunijiet

Huwa propost li vinji ġodda u mħawwla mill-ġdid (il-vinji eżistenti mhumiex affettwati) għandu jkollhom mill-inqas 1 600 dielja għal kull ettaru għad-dwieli mħarrġa bl-użu tal-pergola trellis bl-istil Abruzzo u 4 000 dielja għal kull ettaru għal dwieli mħawla f’ringieli, li jissostitwixxu t-3 300 dielja għal kull ettaru meħtieġa skont l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali. Din il-bidla mitluba tirriżulta mill-ħtieġa tal-produtturi tal-inbid li jimmaniġġjaw aħjar it-tħawwil ta’ dwieli ġodda u tirrifletti wkoll is-sejbiet ta’ studji dwar it-tqassim tat-terroir imwettqa fiż-żona.

Ir-rendiment massimu tal-għeneb għal kull ettaru u l-qawwa alkoħolika minima jitħassru għat-tipi kollha tal-prodott li m’għadhomx koperti mid-DOKG proposta.

Din l-emenda taffettwa:

l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott;

it-taqsima Rendimenti massimi tad-Dokument Uniku.

5.   Regoli dwar il-vinifikazzjoni

Deskrizzjoni u raġunijiet

Għandhom jitħassru r-referenzi kollha għat-tipi ta’ prodotti mhux koperti mid-DOKG proposta. Aħna nipproponu wkoll li t-terminu “btieti tal-injam” jiġi sostitwit b’“kontenituri jew reċipjenti tal-injam” biex tiġi evitata kwalunkwe ambigwità, b’mod partikolari rigward il-kapaċità tal-kontenituri msemmija.

Din l-emenda taffettwa:

l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott;

6.   Denominazzjoni u preżentazzjoni

Deskrizzjoni u raġunijiet

Għat-tipi ta’ prodotti inklużi fil-proposta għal DOKG (Rosso, Rosso Riserva, Pecorino, Passerina u Spumante), id-deskrizzjonijiet organolettiċi, li jipprovdu rendikont preċiż tal-karatteristiċi distintivi tal-inbejjed, għandhom jibqgħu fis-seħħ. Id-deskrizzjonijiet kollha li jirreferu għal tipi li għandhom jitneħħew mill-Ispeċifikazzjoni proposta għandhom jitħassru.

Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-prodott, nipproponu li l-aċidità totali tat-tip Rosso tiżdied minn 4,50 g/l għal 5,00 g/l u li l-estratt minimu mingħajr zokkor jiżdied minn 26 għal 28 g/l għal Rosso u minn 28 sa 30 g/l għal Rosso Riserva. L-inbejjed dejjem jaqbżu dawn ir-rekwiżiti faċilment, li juri x-xogħol notevoli li jsir fit-tkabbir tal-għeneb u, iktar tard, fil-produzzjoni tal-inbid.

Din l-emenda taffettwa:

l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott;

it-taqsima Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed tad-Dokument Uniku.

7.   Ippakkjar

Deskrizzjoni u raġunijiet

Aħna nipproponu li l-format ta’ 0,2 litri jitneħħa peress li huwa meqjus li mhux xieraq għal din id-denominazzjoni.

L-Ispeċifikazzjoni issa għandha tiddikjara wkoll li jista’ jintuża kull tip ta’ għeluq permess bil-liġi, bl-eċċezzjoni ta’ sufri kuruni jew tappijiet tal-ħġieġ. Dan m’għandu l-ebda effett fuq ir-rekwiżit li jintużaw biss kontenituri tal-ħġieġ.

Din l-emenda taffettwa:

l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott;

8.   Rabta maż-żona ġeografika

Deskrizzjoni u raġunijiet

Għandhom isiru bidliet żgħar fid-deskrizzjoni tal-kombinament ta’ varjetajiet ta’ għeneb u t-tipi ta’ nbid inklużi fl-Ispeċifikazzjoni proposta biex dawn id-deskrizzjonijiet ikunu konformi mal-proposta l-ġdida.

Din l-emenda taffettwa:

l-Artikolu 9 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott;

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem il-prodott

“Terre Tollesi”

“Tullum”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji ta’ prodotti ta’ dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid frizzanti

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

15.

Inbid minn għeneb imqadded

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

“Terre Tollesi”Rosso/“Tullum”Rosso u “Terre Tollesi”Rosso Riserva/“Tullum”Rosso Riserva

Kulur: aħmar skur bi ftit ħjiel vjola, li jsir granata biż-żmien

Riħa: ta’ inbid, delikata, intensa, distintiva

Togħma: nadifa, mimlija, armonjuża, kemmxejn tannika, bellusija

Qawwa alkoħolika totali minima: 13 % ABV (13,5 % ABV għal Rosso Riserva)

Estratt minimu mingħajr zokkor: 26 g/l (28 g/l għal Rosso Riserva)

Kull meta l-valur jitħalla vojt fit-tabella ta’ hawn taħt, l-inbejjed jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% volum)

 

Qawwa alkoħolika minima attwali (f’% volum)

 

Aċidità totali minima

5 g espressi bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Dijossidu tal-kubrit totali massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

“Terre Tollesi”Pecorino/“Tullum”Pecorino

Kulur: isfar tiben b’intensità li tvarja

Riħa: ta’ frott, eleganti, distintiva

Togħma: xotta, friska, imħawra, armonjuża

Qawwa alkoħolika totali minima: 13 % ABV

Estratt minimu mingħajr zokkor: 18 g/l

Kull meta l-valur jitħalla vojt fit-tabella ta’ hawn taħt, l-inbejjed jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% volum)

 

Qawwa alkoħolika minima attwali (f’% volum)

 

Aċidità minima totali

5 g espressi bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Dijossidu tal-kubrit totali massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

“Terre Tollesi”Passerina/“Tullum”Passerina

Kulur: isfar ċar kulur it-tiben

Riħa: ta’ frott, delikata, distintiva

Togħma: xotta, friska, armonjuża

Qawwa alkoħolika minima totali: 12,5 % ABV

Estratt minimu mingħajr zokkor: 18 g/l

Kull meta l-valur jitħalla vojt fit-tabella ta’ hawn taħt, l-inbejjed jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% volum)

 

Qawwa alkoħolika minima attwali (f’% volum)

 

Aċidità minima totali

5 g espressi bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Dijossidu tal-kubrit totali massimu (f’milligrammi għal kull litru)

 

“Terre Tollesi”Spumante/“Tullum”Spumante

Kulur: isfar kulur it-tiben

Riħa: distintiva, pjaċevoli

Togħma: minn brut nature sa doux, friska, armonjuża, pjaċevoli, distintiva

Qawwa alkoħolika minima totali: 12 % ABV

Estratt minimu mingħajr zokkor: 18 g/l

Kull meta l-valur jitħalla vojt fit-tabella ta’ hawn taħt, l-inbejjed jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% volum)

 

Qawwa alkoħolika minima attwali (f’% volum)

 

Aċidità minima totali

5 g espressi bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Dijossidu tal-kubrit massimu totali (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiċi enoloġiċi

a.   Prattiċi enoloġiċi essenzjali

XEJN

b.   Rendimenti massimi

“Terre Tollesi”Rosso/“Tullum”Rosso

14 000 kg għeneb għal kull ettaru

“Terre Tollesi”Rosso/“Tullum”Rosso

84 ettolitru għal kull ettaru

“Terre Tollesi”Spumante/“Tullum”Spumante

84 ettolitru għal kull ettaru

“Terre Tollesi”Rosso Riserva/“Tullum”Rosso Riserva

9 000 kg għeneb għal kull ettaru

“Terre Tollesi”Pecorino/“Tullum”Pecorino

63 ettolitru għal kull ettaru

“Terre Tollesi”Rosso Riserva/“Tullum”Rosso Riserva

63 ettolitru għal kull ettaru

“Terre Tollesi”Pecorino/“Tullum”Pecorino

9 000 kg għeneb għal kull ettaru

“Terre Tollesi”Passerina/“Tullum”Passerina

9 000 kg għeneb għal kull ettaru

“Terre Tollesi”Passerina/“Tullum”Passerina

63 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

L-għeneb li għandu jintuża biex isiru l-inbejjed li jkollhom id-Denominazzjoni tal-Oriġini Kontrollata “Terre Tollesi”/“Tullum” għandu jinħasad esklussivament fiż-żona tal-produzzjoni, li tkopri l-muniċipalità kollha ta’ Tollo fil-provinċja ta’ Chieti.

7.   Varjetà/varjetajiet tal-għeneb ewlenin

 

Chardonnay B

 

Passerina B

 

Pecorino B

 

Montepulciano N

8.   Deskrizzjoni tar-rabta(rabtiet):

“Terre Tollesi”/“Tullum”

L-art unika taż-żona Tollo, li fiha għoljiet wesgħin imżerżqin lejn il-Baħar Adrijatiku u l-massif imponenti ta’ Maiella, tipprovdi orjentazzjoni eċċellenti għall-vinji, ventilazzjoni tajba u nuqqas ta’ ilma qiegħed, tiżgura li d-dwieli lokali jkunu f’kundizzjonijiet perfetti biex jipproduċu għeneb ta’ kwalità għolja b’karatteristiċi distintivi. L-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u dawk umani, marbutin mill-qrib mat-tradizzjoni storika u ma’ tekniki moderni ta’ vitikultura u produzzjoni tal-inbid, tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor u bojod b’karatteristiċi distintivi notevoli li huma tipiċi taż-żona u tal-varjetajiet ta’ għeneb użati.

9.   Kundizzjonijiet ulterjuri essenzjali (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħrajn)

Ibbottiljar fiż-żona demarkata

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:

Ibbottiljar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-operazzjonijiet kollha tal-produzzjoni, il-maturazzjoni, l-ibbottiljar u r-raffinar tal-inbid iridu jsiru fiż-żona tal-produzzjoni deskritta fl-Artikolu 3 biex jiġu ppreservati l-karatteristiċi speċifiċi u r-reputazzjoni tal-prodotti u biex tiġi ggarantita l-oriġini tagħhom.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/14053


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.