ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 305

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
9 ta' Settembru 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 305/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 305/02

Kawża C-377/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Servizzi fis-suq intern — Direttiva 2006/123/KE — Artikolu 15 — Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Onorarji tal-periti u tal-inġiniera għas-servizzi ta’ ppjanar — Tariffi minimi u massimi)

2

2019/C 305/03

Kawża C-393/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen — il-Belġju) — proċeduri kriminali kontra Freddy Lucien Magdalena Kirschstein, Thierry Frans Adeline Kirschstein (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ prattiki kummerċjali — Direttiva 2006/123/KE — Servizzi fis-suq intern — Dritt kriminali — Skemi ta’ awtorizzazzjoni — Edukazzjoni ogħla — Diploma li tagħti l-lawrja ta’ master — Projbizzjoni ta’ għoti ta’ ċerti lawrji mingħajr awtorizzazzjoni)

3

2019/C 305/04

Kawża C-543/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 258 TFUE — Miżuri intiżi sabiex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja — Direttiva 2014/61/UE — Assenza ta’ traspożizzjoni u/jew ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni — Artikolu 260(3) TFUE — Talba għal kundanna għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum — Kalkolu tal-ammont tal-pagamenti ta’ penalità)

4

2019/C 305/05

Kawża C-622/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus apygardos administracinis teismas — il-Litwanja) — Baltic Media Alliance Ltd. vs Lietuvos radijo ir televizijos komisija (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 2010/13/UE — Servizzi tal-midja awdjoviżiva — Xandir televiżiv — Artikolu 3(1) u (2) — Libertà ta’ riċezzjoni u ta’ trażmissjoni mill-ġdid — Inċitament għall-mibegħda bbażata fuq in-nazzjonalità — Miżuri meħuda mill-Istat Membru ta’ riċezzjoni — Obbligu temporanju għall-fornituri ta’ servizzi tal-midja u għall-persuni l-oħra li jipprovdu servizz ta’ xandir permezz tal-internet ta’ stazzjonijiet jew ta’ programmi tat-televiżjoni li jxandru jew jittrażmettu mill-ġdid fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru stazzjon tat-televiżjoni biss f’pakketti bi ħlas)

5

2019/C 305/06

Kawża C-624/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Den Haag — il-Pajjizi l-Baxxi) — proċeduri kriminali kontra Tronex BV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Skart — Trasferimenti — Regolament (KE) Nru 1013/2006 — Punt 1 tal-Artikolu 2 — Direttiva 2008/98/KE — Punt 1 tal-Artikolu 3 — Kunċetti ta’ trasferiment ta’ skart u ta’ skart — Lot ta’ oġġetti inizjalment intiżi għall-bejgħ bl-imnut, irritornati minn konsumaturi jew li jkunu saru superfluwi fil-firxa ta’ prodotti tal-bejjiegħ)

5

2019/C 305/07

Kawża C-644/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — fil-proċedura mressqa minn Eurobolt BV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 267 TFUE — Dritt għal rimedju effettiv — Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju nazzjonali ta’ miżura tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Artikolu 15(2) — Komunikazzjoni lill-Istati Membri, mhux iktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol qabel il-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv, bl-informazzjoni rilevanti kollha — Kunċett ta’ informazzjoni rilevanti — Rekwiżit formali — Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 723/2011 — Estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina għal importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Malasja — Validità)

6

2019/C 305/08

Kawża C-649/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs Amazon EU Sàrl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 2011/83/UE — Artikolu 6(1)(c) — Obbligi ta’ informazzjoni dwar il-kuntratti mill-bogħod u l-kuntratti konklużi lil hinn mill-post tan-negozju — Obbligu tal-kummerċjant li jipprovdi n-numru tat-telefon u n-numru tal-faks tiegħu fejn ikun disponibbli — Portata)

7

2019/C 305/09

Kawża C-668/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 — Viridis Pharmaceutical Ltd. vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Hecht-Pharma GmbH (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark verbali Boswelan — Użu ġenwin — Assenza — Użu tat-trade mark fi prova klinika qabel il-preżentata ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali — Raġuni ġġustifikata għan-nuqqas ta’ użu — Kunċett)

8

2019/C 305/10

Kawża C-697/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Telecom Italia SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Infrastrutture e telecomunicazioni per l’Italia SpA (Infratel Italia SpA) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet — Direttiva 2014/24/UE — Artikolu 28(2) — Proċedura ristretta — Operaturi ekonomiċi awtorizzati sabiex jippreżentaw offerta — Neċessità li tinżamm l-istess identiċità legali u materjali bejn il-kandidat magħżul minn qabel u dak li jippreżenta l-offerta — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti)

9

2019/C 305/11

Kawża C-716/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret — id-Danimarka) — fil-proċedura mressqa minn A (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-ħaddiema — Restrizzjonijiet — Ftuħ ta’ proċedura ta’ ħelsien mid-dejn — Kundizzjoni ta’ residenza — Ammissibbiltà — Artikolu 45 TFUE — Effett dirett)

9

2019/C 305/12

Kawża C-722/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bezirksgericht Villach — l-Awstrija) — Norbert Reitbauer et vs Enrico Casamassima (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (UE) Nru 1215/2012 — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Ġurisdizzjoni esklużiva — Punti 1 u 5 tal-Artikolu 24 — Tilwim fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà immobbli in rem u fil-qasam tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet — Proċedura ta’ bejgħ ġudizzjarju b’subbasta ta’ proprjetà immobbli — Azzjoni għal oppożizzjoni tar-rikavat ta’ dan il-bejgħ b’subbasta)

10

2019/C 305/13

Kawża C-19/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 — VG, aventi kawża ta’ MS vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Rikors għad-danni kontra l-Kummissjoni Ewropea — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm kollaborazzjoni fil-kuntest tan-netwerk Team Europe — Kumpens għad-dannu — Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni — Natura kuntrattwali jew delittwali tat-tilwima)

11

2019/C 305/14

Kawża C-26/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hessisches Finanzgericht — il-Ġermanja) — Federal Express Corporation Deutsche Niederlassung vs Hauptzollamt Frankfurt am Main (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Artikoli 202 u 203 — Dazji doganali fuq l-importazzjoni — Tnissil ta’ dejn doganali minħabba nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 2(1)(d) u Artikolu 30 — VAT fuq l-importazzjoni — Fatt taxxabbli — Kunċett ta’ importazzjoni ta’ merkanzija — Rekwiżit ta’ dħul ta’ merkanzija fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni Ewropea — Trasferiment ta’ din il-merkanzija lejn Stat Membru li mhux dak li fih tnissel id-dejn doganali)

12

2019/C 305/15

Kawża C-39/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs NEX International Limited, li kienet Icap plc, Icap Management Services Ltd, Icap New Zealand Ltd (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-prodotti dderivati minn rati ta’ interessi ddenominati fil-yen — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Responsabbiltà ta’ impriża għar-rwol tagħha ta’ faċilitatur tal-akkordju — Kalkolu tal-multa — Obbligu ta’ motivazzjoni)

12

2019/C 305/16

Kawża C-89/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret –id-Danimarka) — A vs Udlændinge- og Integrationsministeriet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Deċiżjoni Nru 1/80 — Artikolu 13 — Klawżola ta’ standstill — Riunifikazzjoni tal-familja bejn il-konjuġi — Restrizzjoni ġdida — Raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali — Integrazzjoni b’suċċess — Ġestjoni effikaċi tal-flussi migratorji — Proporzjonalità)

13

2019/C 305/17

Kawża C-91/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku — Artikolu 110 TFUE — Direttiva 92/83/KEE — Direttiva 92/84/KEE — Regolament (KE) Nru 110/2008 — Applikazzjoni ta’ rata ta’ dazji ta’ sisa iktar baxxa fuq il-produzzjoni ta’ prodotti nazzjonali msemmija tsipouro u tsikoudia)

14

2019/C 305/18

Kawża C-99/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Lulju 2019 — FTI Touristik GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Harald Prantner, Daniel Giersch (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Artikolu 8(1)(b) — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-marka figurattiva li tinkludi l-element verbali Fl — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali fly.de — Ċaħda — Xebh tas-sinjali — Isem f’kitba standard fil-Bulettin tat-trademarks tal-Unjoni Ewropea — Probabbiltà ta’ konfużjoni)

15

2019/C 305/19

Kawża C-163/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Noord-Nederland — il-Pajjiżi l-Baxxi) — HQ, IP, legalment irrappreżentat minn HQ, JO vs Aegean Airlines SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet — Kanċellazzjoni ta’ titjira — Assistenza — Dritt għar-rimbors tal-biljett tal-ajru mit-trasportatur tal-ajru — Artikolu 8(2) — Vjaġġ kollox kompriż — Direttiva 90/314/KEE — Falliment tal-organizzatur tal-vjaġġi)

15

2019/C 305/20

Kawżi magħquda C-180/18, C-286/18 u C-287/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja — Agrenergy Srl (C-180/18 u C-286/18), Fusignano Due Srl (C-287/18) vs Ministero dello Sviluppo Economico (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2009/28/KE — Artikolu 3(3)(a) — Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli — Produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn installazzjonijiet fotovoltajċi solari — Modifika ta’ skema ta’ għajnuna — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi)

16

2019/C 305/21

Kawża C-210/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tax-Schienen-Control Kommission — l-Awstrija) — WESTbahn Management GmbH vs ÖBB-Infrastruktur AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport — Żona ferrovjarja unika Ewropea — Direttiva 2012/34/UE — Artikolu 3 — Kunċett ta’ ‘infrastruttura ferrovjarja — Anness II — Provvisti minimi — Inklużjoni tal-użu tal-pjattaformi tal-passiġġieri)

17

2019/C 305/22

Kawża C-242/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — Il-Bulgarija) — UniCredit Leasing EAD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika — Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (NAP) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Valur taxxabbli — Tnaqqis — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Kuntratt ta’ leasing finanzjarju xolt minħabba nuqqas ta’ pagament tal-iskadenzi — Avviż ta’ reviżjoni — Kamp ta’ applikazzjoni — Tranżazzjonijiet taxxabbli — Provvista ta’ oġġetti mwettqa bi ħlas — Pagament ta’ kumpens ta’ xoljiment sat-tmiem tal-kuntratt — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

18

2019/C 305/23

Kawża C-249/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs CEVA Freight Holland BV (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kodiċi Doganali — Dikjarazzjoni doganali — Indikazzjoni żbaljata tas-subintestatura tan-Nomenklatura Magħquda — Avviż ta’ irkupru — Artikolu 78 ta’ dan il-kodiċi — Reviżjoni tad-dikjarazzjoni — Emenda tal-valur tal-merkanzija — Artikolu 221 tal-imsemmi kodiċi — Terminu ta’ preskrizzjoni tad-dritt għad-dritt ta’ rkupru tad-dejn doganali — Interruzzjoni)

19

2019/C 305/24

Kawża C-273/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa — il-Latvja — SIA Kuršu zeme vs Valsts ieņēmumu dienests (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa — Artikolu 168 — Katina ta’ kunsinni ta’ oġġetti — Ċaħda tad-dritt għat-tnaqqis minħabba l-eżistenza ta’ din il-katina — Obbligu li l-awtorità tat-taxxa kompetenti tistabbilixxi l-eżistenza ta’ prattika abbużiva)

20

2019/C 305/25

Kawża C-304/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Riżorsi proprji — Dazji doganali — Konstatazzjoni ta’ dejn doganali — Iskrizzjoni f’kontabbiltà separata — Obbligu ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ rkupru mibdija tard — Interessi moratorji)

20

2019/C 305/26

Kawża C-316/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Ir-Renju Unit) — Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs The Chancellor, Masters and Scholars of the University of Cambridge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Spejjeż ta’ ġestjoni ta’ fond ta’ dotazzjoni li jagħmel investimenti bil-għan li jiġu koperti spejjeż tat-tranżazzjonijiet tal-output kollha mwettqa mill-persuna taxxabbli — Spejjeż ġenerali)

21

2019/C 305/27

Kawża C-345/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 — Caviro Distillerie Srl, Distillerie Bonollo SpA, Distillerie Mazzari SpA, Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Politika kummerċjali — Dumping — Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/176 — Importazzjoni ta’ aċidu tartariku li joriġina miċ-Ċina u li huwa prodott minn Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co. Ltd — Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Artikolu 3(2), (3) u (5) — Assenza ta’ dannu materjali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Determinazzjoni tad-dannu — Evalwazzjoni tal-fatturi u tal-indizji ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni Ewropea — Sehem mis-suq)

22

2019/C 305/28

Kawża C-387/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie — il-Polonja) — Delfarma Sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 34 u 36 TFUE — Moviment liberu tal-merkanzija — Miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva — Protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni — Importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali — Prodotti mediċinali ta’ referenza u prodotti mediċinali ġeneriċi — Rekwiżit li l-prodott mediċinali importat u dak li kien is-suġġett ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq fl-Istat Membru ta’ importazzjoni għandhom ikunu t-tnejn li huma prodotti mediċinali ta’ referenza jew it-tnejn li huma prodotti mediċinali ġeneriċi)

23

2019/C 305/29

Kawża C-410/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif — il-Lussemburgu) — Nicolas Aubriet vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-persuni — Ugwaljanza fit-trattament — Vantaġġi soċjali — Regolament (UE) Nru 492/2011 — Artikolu 7(2) — Għajnuna finanzjarja għal edukazzjoni ogħla — Studenti mhux residenti — Kundizzjoni marbuta mat-tul tax-xogħol tal-ġenituri tagħhom fit-territorju nazzjonali — Tul minimu ta’ ħames snin — Perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin — Metodu għall-kalkolu tal-perijodu ta’ riferiment — Data tat-talba għall-għajnuna finanzjarja — Diskriminazzjoni indiretta — Ġustifikazzjoni — Proporzjonalità)

23

2019/C 305/30

Kawża C-416/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 — Mykola Yanovych Azarov vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Listi ta’ persuni entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffirżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Żamma ta’ isem ir-rikorrent — Deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz — Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li din id-deċiżjoni ttieħdet fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

24

2019/C 305/31

Kawża C-434/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2011/70/Euratom — Ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv — Programm nazzjonali — Obbligu ta’ trażmissjoni lill-Kummissjoni Ewropea)

25

2019/C 305/32

Kawża C-502/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Městský soud v Praze — ir-Repubblika Ċeka) — CS et vs České aerolinie a.s. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport — Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikolu 5(1)(c) — Artikolu 7(1) — Dritt għal kumpens — Titjira b’konnessjonijiet — Titjira komposta minn żewġ titjiriet operati minn trasportaturi bl-ajru differenti — Dewmien twil subit fl-okkażjoni tat-tieni titjira li għandha l-punti tagħha tat-tluq u tal-wasla barra l-Unjoni Ewropea u operata minn trasportatur stabbilit f’pajjiż terz)

26

2019/C 305/33

Kawża C-485/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fil-25 ta’ Ġunju 2019 — LH vs PROFI CREDIT Slovakia, s.r.o.

26

2019/C 305/34

Kawża C-551/19 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2019 minn ABLV Bank AS mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-6 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża T-281/18, ABLV Bank vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

28

2019/C 305/35

Kawża C-552/19 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2019 minn Ernests Bernis, Oļegs Fiļs, OF Holding SIA, Cassandra Holding Company SIA mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-6 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża T-283/18, Bernis et vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

28

2019/C 305/36

Kawża C-573/19: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

29

 

Il-Qorti Ġenerali

2019/C 305/37

Kawża T-94/15 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Binca Seafoods vs Il-Kummissjoni (Produzzjoni u tikkettar ta’ prodotti organiċi — Regolament (KE) Nru 834/2007 — Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2009 — Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 1358/2014 — Projbizzjoni tal-ormoni” — Nuqqas ta’ estensjoni tal-perijodu tranżitorju għall-annimali tal-akkwakultura previst fl-Artikolu 95(11) tar-Regolament Nru 889/2008 — Modi ta’ riproduzzjoni — Awtorizzazzjoni eċċezzjonali ta’ ġbir ta’ ħut żgħir selvaġġ għall-finijiet tat-tkabbir — Ugwaljanza fit-trattament)

31

2019/C 305/38

Kawża T-582/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2019 — Silver Plastics u Johannes Reifenhäuser vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-imballaġġ alimentari intiż għall-bejgħ bl-imnut — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju — Ksur uniku u kontinwat — Prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Dritt għall-konfront — Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 — Valur miżjud sinjifikattiv — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multa tal-2006 — Ugwaljanza fit-trattament — Limitu massimu tal-multa”)

32

2019/C 305/39

Kawża T-762/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Sony u Sony Electronics vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tad-disk drives ottiċi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ftehimiet kollużorji li jirrigwardaw sejħiet għal offerti għal disk drives ottiċi għal laptops u kompjuters — Ksur minħabba l-għan — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Multi — Ksur uniku u kontinwu — Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi)

33

2019/C 305/40

Kawża T-763/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Sony Optiarc u Sony Optiarc America vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tad-disk drives ottiċi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ftehimiet kollużorji li jirrigwardaw sejħiet għal offerti għal disk drives ottiċi għal laptops u kompjuters — Ksur minħabba l-għan — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Multi — Ksur uniku u kontinwu — Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi)

34

2019/C 305/41

Kawża T-772/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Quanta Storage vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tad-disk drives ottiċi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ftehimiet kollużorji li jirrigwardaw sejħiet għal offerti għal disk drives ottiċi għal laptops u kompjuters — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Multi — Ksur uniku u kontinwu — Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi)

35

2019/C 305/42

Kawża T-1/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Hitachi-LG Data Storage u Hitachi-LG Data Storage Korea vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tad-disk drives ottiċi — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ftehimiet kollużorji li jirrigwardaw sejħiet għal offerti organizzati minn żewġ manifatturi ta’ kompjuters — Ġurisdizzjoni sħiħa — Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Obbligu ta’ motivazzjoni — Punt 37 tal-Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi — Ċirkustanzi partikolari — Żball ta’ liġi)

36

2019/C 305/43

Kawża T-179/16 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 — L’Oréal vs EUIPO — Guinot (MASTER SMOKY) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MASTER SMOKY — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

36

2019/C 305/44

Kawża T-180/16 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 — L’Oréal vs EUIPO — Guinot (MASTER SHAPE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MASTER SHAPE — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

37

2019/C 305/45

Kawża T-181/16 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 — L’Oréal vs EUIPO — Guinot (MASTER PRECISE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MASTER PRECISE — Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti MASTERS COLORS PARIS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

38

2019/C 305/46

Kawża T-182/16 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 — L’Oréal vs EUIPO — Guinot (MASTER DUO) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MASTER DUO — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

39

2019/C 305/47

Kawża T-183/16 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 — L’Oréal vs EUIPO — Guinot (MASTER DRAMA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MASTER DRAMA — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

39

2019/C 305/48

Kawża T-289/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Keolis CIF et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna implimentata minn Franza bejn l-1994 u l-2008 — Sussidji għall-investiment mogħtija mir-Reġjun tal-Île-de-France — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Kunċetti ta’ għajnuna eżistenti u ta’ għajnuna ġdida — Artikolu 107 TFUE — Artikolu 108 TFUE — Artikolu 1(b)(i) u (v) tar-Regolament (UE) 2015/1589 — Terminu ta’ preskrizzjoni — Artikolu 17 tar-Regolament 2015/1589)

40

2019/C 305/49

Kawża T-698/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — MAN Truck & Bus vs EUIPO — Halla Holdings (MANDO) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MANDO — Trade marks internazzjonali u nazzjonali figurattivi preċedenti MAN — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Man — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

41

2019/C 305/50

Kawża T-772/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Café del Mar et vs EUIPO — Guiral Broto (Café del Mar) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Café del Mar — Raġuni assoluta għal rifjut — Mala fide — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

42

2019/C 305/51

Kawża T-773/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Café del Mar et vs EUIPO — Guiral Broto (Café del Mar) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Café del Mar — Raġuni relattiva għal rifjut — Mala fide — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

43

2019/C 305/52

Kawża T-774/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Café del Mar et vs EUIPO — Guiral Broto (C del M) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva C del M — Raġuni assoluta għal rifjut — Mala fide — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

44

2019/C 305/53

Kawża T-792/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — MAN Truck & Bus vs EUIPO — Halla Holdings (MANDO) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva MANDO — Trade marks internazzjonali u nazzjonali figurattivi preċedenti MAN — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Man — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

45

2019/C 305/54

Kawża T-54/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Fashion Energy vs EUIPO — Retail Royalty (1st AMERICAN) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 1st AMERICAN — Trade mark preċedenti figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta ajkla — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 — Prinċipju ta’ kontradittorju — Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001 — Rikors inċidentali)

46

2019/C 305/55

Kawża T-113/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Miles-Bramwell Executive Services vs EUIPO (FREE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FREE — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

47

2019/C 305/56

Kawża T-114/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Miles-Bramwell Executive Services vs EUIPO (FREE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea FREE — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

47

2019/C 305/57

Kawżi magħquda T-117/18 sa T-121/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2019 — Agencja Wydawnicza Technopol vs EUIPO (200 PANORAMICZNYCH) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjonijiet għat-trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea 200 PANORAMICZNYCH, 300 PANORAMICZNYCH, 400 PANORAMICZNYCH, 500 PANORAMICZNYCH u 1000 PANORAMICZNYCH — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001 — Assenza ta’ użu ħażin ta’ poter)

48

2019/C 305/58

Kawża T-264/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Gruppo Armonie vs EUIPO (mo.da) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea mo·da — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Raġuni assoluta għal rifjut f’parti mill-Unjoni — Artikolu 7(2) tar-Regolament 2017/1001 — Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001)

49

2019/C 305/59

Kawża T-268/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2019 — Sandrone vs EUIPO — J. García Carrión (Luciano Sandrone) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Luciano Sandrone — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea DON LUCIANO — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 — Applikazzjoni għal trade mark verbali komposta minn isem u kunjom — Trade mark preċedenti komposta minn titolu u isem — Newtralità tal-paragun kunċettwali — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni)

50

2019/C 305/60

Kawża T-385/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2019 — Aldi vs EUIPO — Crone (CRONE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CRONE — Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti crane u trade mark verbali preċedenti CRANE — Raġuni relattiva għal rifjut — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001)

50

2019/C 305/61

Kawża T-389/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2019 — Nonnemacher vs EUIPO — Ingram (WKU) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali WKU — Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti WKA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfuzjoni — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Assenza ta’ limitazzjoni bħala konsegwenza ta’ kunsens — Artikolu 61(1) tar-Regolament 2017/1001)

51

2019/C 305/62

Kawża T-390/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2019 — Nonnemacher vs EUIPO — Ingram (WKU WORLD KICKBOXING AND KARATE UNION) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva WKU WORLD KICKBOXING AND KARATE UNION — Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti WKA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfuzjoni — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Assenza ta’ limitazzjoni bħala konsegwenza ta’ kunsens — Artikolu 61(1) tar-Regolament 2017/1001)

52

2019/C 305/63

Kawża T-412/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — mobile.de vs EUIPO — Droujestvo S Ogranichena Otgovornost Rezon (mobile.ro) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ nullità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea u mobile.ro — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti mobile — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/100)

53

2019/C 305/64

Kawża T-467/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Audimas vs EUIPO — Audi (AUDIMAS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva AUDIMAS — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti AUDI — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

53

2019/C 305/65

Kawża T-651/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2019 — Balani Balani et vs EUIPO — Play Hawkers (HAWKERS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HAWKERS — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea HAWKERS — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

54

2019/C 305/66

Kawża T-362/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2019 — UI vs Il-Kummissjoni

55

2019/C 305/67

Kawża T-472/19: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2019 — BASF vs Il-Kummissjoni

56

2019/C 305/68

Kawża T-478/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2019 — NRW. Bank vs SRB

57

2019/C 305/69

Kawża T-479/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2019 — Hypo Vorarlberg Bank vs SRB

58

2019/C 305/70

Kawża T-481/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2019 — Portigon vs SRB

59

2019/C 305/71

Kawża T-496/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2019 — CV et vs Il-Kummissjoni

61

2019/C 305/72

Kawża T-497/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2019 — CZ et vs SEAE

62

2019/C 305/73

Kawża T-505/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2019 — DE vs Il-Parlament

63

2019/C 305/74

Kawża T-515/19: Rikors ippreżentat fid-19 ta’Lulju 2019 — Lego vs EUIPO — Delta Sport Handelskontor (Blokki tal-bini minn sett ta’ bini tal-ġugarelli)

64

2019/C 305/75

Kawża T-518/19: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2019 — Sipcam Oxon vs Il-Kummissjoni

65

2019/C 305/76

Kawża T-519/19: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2019 — Forte vs Il-Parlament

66

2019/C 305/77

Kawża T-521/19: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2019 — Haswani vs Il-Kunsill

67

2019/C 305/78

Kawża T-522/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’Lulju 2019 — Aldi vs EUIPO (BBQ BARBECUE SEASON)

68

2019/C 305/79

Kawża T-523/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2019 — Sky vs EUIPO — Safran Electronics & Defense (SKYNAUTE by SAGEM)

69

2019/C 305/80

Kawża T-526/19: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2019 — Nord Stream 2 vs Il-Parlament u Il-Kunsill

70

2019/C 305/81

Kawża T-528/19: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2019 — Arranz de Miguel et vs BĊE u BUR

71


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 305/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 295, 2.9.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 288, 26.8.2019

ĠU C 280, 19.8.2019

ĠU C 270, 12.8.2019

ĠU C 263, 5.8.2019

ĠU C 255, 29.7.2019

ĠU C 246, 22.7.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-377/17) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Servizzi fis-suq intern - Direttiva 2006/123/KE - Artikolu 15 - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Onorarji tal-periti u tal-inġiniera għas-servizzi ta’ ppjanar - Tariffi minimi u massimi)

(2019/C 305/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls, L. Malferrari u H. Tserepa-Lacombe, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u D. Klebs, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: L-Ungerija (rappreżentanti: M.Z. Fehér, G. Koós u M. M. Tátrai, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi żammet fis-seħħ tariffi obbligatorji għas-servizzi tal-ippjanar tal-periti u tal-inġiniera, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 15(1), (2)(g) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

L-Ungerija għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 269, 14.8.2017.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen — il-Belġju) — proċeduri kriminali kontra Freddy Lucien Magdalena Kirschstein, Thierry Frans Adeline Kirschstein

(Kawża C-393/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “prattiki kummerċjali” - Direttiva 2006/123/KE - Servizzi fis-suq intern - Dritt kriminali - Skemi ta’ awtorizzazzjoni - Edukazzjoni ogħla - Diploma li tagħti l-lawrja ta’ “master” - Projbizzjoni ta’ għoti ta’ ċerti lawrji mingħajr awtorizzazzjoni)

(2019/C 305/03)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali

Freddy Lucien Magdalena Kirschstein, Thierry Frans Adeline Kirschstein

fil-preżenza ta’: Vlaamse Gemeenschap

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tapplikax għal leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi pieni kriminali għal persuni li, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti, jagħtu lawrja ta’ “master”.

2)

L-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, moqri flimkien mal-Artikoli 9 u 10 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi pieni kriminali għal persuni li, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti, jagħtu lawrja ta’ “master”, sakemm ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfatti għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għall-għoti ta’ din il-lawrja jkunu kompatibbli mal-Artikolu 10(2) ta’ din id-direttiva, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 300, 11.09.2017


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-543/17) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 258 TFUE - Miżuri intiżi sabiex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja - Direttiva 2014/61/UE - Assenza ta’ traspożizzjoni u/jew ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni - Artikolu 260(3) TFUE - Talba għal kundanna għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum - Kalkolu tal-ammont tal-pagamenti ta’ penalità)

(2019/C 305/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux, C. Cattabriga, L. Nicolae, G. Von Rintelen u R. Troosters, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: inizjalment minn P. Cottin, C. Pochet, J. Van Holm u L. Cornelis, sussegwentement minn P. Cottin u C. Pochet, aġenti, assistiti minn P. Vernet, S. Depré u M. Lambert de Rouvroit, avukati, A. Van Acker u M. N. Lollo, esperti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn T. Henze u S. Eisenberg, sussegwentement minn S. Eisenberg, aġent), Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentanti: N. Grünberg, aġent), L-Irlanda (rappreżentanti: M. Browne, G. Hodge u A. Joyce, aġenti, assistiti minn G. Gilmore, BL, u P. McGarry, SC), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn A. Gavela Llopis u A. Rubio González, sussegwentement minn A. Rubio González, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. de Moustier, C. David, A.-L. Desjonquères, I. Cohen, B. Fodda u D. Colas, aġenti), Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato), Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: inizjalment minn G. Taluntytė, L. Bendoraitytė u D. Kriaučiūnas, sussegwentement minn L. Bendoraitytė, aġenti), L-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér, G. Koós u Z. Wagner, aġenti), Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: G. Hesse, G. Eberhard u C. Drexel, aġenti), Ir-Rumanija (rappreżentanti: C.-R. Canțăr, R. I. Hațieganu u L. Lițu, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi, fl-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata tat-30 ta’ Settembru 2016, kif estiż mill-Kummissjoni Ewropea, ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja, u, a fortiori, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva.

2)

Billi baqa’ ma adottax, fil-jum tal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-miżuri neċessarji sabiex jittrasponi fid-dritt intern tiegħu, inkonnessjoni mar-reġjun ta’ Bruxelles-Capitale, l-Artikolu 2(7) sa (9) u (11), l-Artikolu 4(5) kif ukoll l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/61, u billi lanqas, a fortiori, ma kkomunika lill-Kummissjoni tali miżuri ta’ traspożizzjoni, ir-Renju tal-Belġju ppersista parzjalment fin-nuqqas tiegħu.

3)

F’każ li n-nuqqas ikkonstatat fil-punt 2 ikun għadu jippersisti fid-data tal-għoti tas-sentenza odjerna, ir-Renju tal-Belġju jkun ikkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea, minn dik id-data u sat-tmiem ta’ dan in-nuqqas, pagament ta’ penalità ta’ EUR 5 000 kuljum.

4)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.

5)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Rumanija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 374, 6.11.2017


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus apygardos administracinis teismas — il-Litwanja) — Baltic Media Alliance Ltd. vs Lietuvos radijo ir televizijos komisija

(Kawża C-622/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 2010/13/UE - Servizzi tal-midja awdjoviżiva - Xandir televiżiv - Artikolu 3(1) u (2) - Libertà ta’ riċezzjoni u ta’ trażmissjoni mill-ġdid - Inċitament għall-mibegħda bbażata fuq in-nazzjonalità - Miżuri meħuda mill-Istat Membru ta’ riċezzjoni - Obbligu temporanju għall-fornituri ta’ servizzi tal-midja u għall-persuni l-oħra li jipprovdu servizz ta’ xandir permezz tal-internet ta’ stazzjonijiet jew ta’ programmi tat-televiżjoni li jxandru jew jittrażmettu mill-ġdid fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru stazzjon tat-televiżjoni biss f’pakketti bi ħlas)

(2019/C 305/05)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus apygardos administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Baltic Media Alliance Ltd.

Konvenuta: Lietuvos radijo ir televizijos komisija

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar “is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva”), għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura ta’ ordni pubbliku, adottata minn Stat Membru, li tikkonsisti fl-obbligu, għall-fornituri ta’ servizzi tal-midja li x-xandiriet tagħhom huma maħsuba għat-territorju ta’ dan l-Istat Membru u għall-persuni l-oħra li jipprovdu lill-konsumaturi tal-imsemmi Stat Membru servizz ta’ xandir permezz tal-internet ta’ stazzjonijiet jew ta’ programmi tat-televiżjoni, li jxandru jew jittrażmettu mill-ġdid fit-territorju ta’ dan l-istess Stat Membru, matul perijodu ta’ tnax-il xahar, stazzjon tat-televiżjoni li ġej minn Stat Membru ieħor biss f’pakketti bi ħlas, mingħajr madankollu ma timpedixxi t-trażmissjoni mill-ġdid fil-veru sens tal-kelma fit-territorju ta’ dan l-ewwel Stat Membru tax-xandiriet televiżivi ta’ dan l-istazzjon, ma taqax taħt din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 52, 12.2.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Den Haag — il-Pajjizi l-Baxxi) — proċeduri kriminali kontra Tronex BV

(Kawża C-624/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Skart - Trasferimenti - Regolament (KE) Nru 1013/2006 - Punt 1 tal-Artikolu 2 - Direttiva 2008/98/KE - Punt 1 tal-Artikolu 3 - Kunċetti ta’ “trasferiment ta’ skart” u ta’ “skart” - Lot ta’ oġġetti inizjalment intiżi għall-bejgħ bl-imnut, irritornati minn konsumaturi jew li jkunu saru superfluwi fil-firxa ta’ prodotti tal-bejjiegħ)

(2019/C 305/06)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Den Haag

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Tronex BV

Dispożittiv

It-trasferiment lejn pajjiż terz ta’ lott ta’ apparati elettriċi u elettroniċi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li kienu intiżi inizjalment għall-bejgħ bl-imnut iżda li kienu s-suġġett ta’ ritorn mill-konsumatur jew li, għal diversi raġunijiet, ġew irritornati mill-kummerċjant lill-fornitur tiegħu, għandu jitqies li huwa “trasferiment ta’ skart”, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart, moqri flimkien mal-punt 1 tal-Artikolu 2 tiegħu, u tal-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, meta dan il-lott ikun jinkludi apparati li l-funzjonament tajjeb tagħhom ma jkunx ġie kkonstatat minn qabel jew li ma jkunux protetti b’mod korrett kontra l-ħsarat marbuta mat-trasport. Min-naħa l-oħra, tali oġġetti li jkunu saru superfluwi fil-firxa ta’ prodotti tal-bejjiegħ, li jkunu jinsabu fl-ippakkjar oriġinali mhux miftuħ tagħhom, ma għandhomx, fl-assenza ta’ indizji kuntrarji, jitqiesu li huma skart.


(1)  ĠU C 32, 29.1.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — fil-proċedura mressqa minn Eurobolt BV

(Kawża C-644/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Dritt għal rimedju effettiv - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju nazzjonali ta’ miżura tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 15(2) - Komunikazzjoni lill-Istati Membri, mhux iktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol qabel il-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv, bl-informazzjoni rilevanti kollha - Kunċett ta’ “informazzjoni rilevanti” - Rekwiżit formali - Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 723/2011 - Estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina għal importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Malasja - Validità)

(2019/C 305/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Eurobolt BV

fil-preżenza ta’: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jikkontesta l-validità ta’ att tad-dritt sekondarju tal-Unjoni, individwu jista’ jinvoka quddiem qorti nazzjonali lmenti li jistgħu jitressqu fil-kuntest ta’ rikors għal annullament ippreżentat abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, inklużi lmenti li huma bbażati fuq nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ tali att.

2)

L-Artikolu 267 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali għandha d-dritt li tfittex rinviju minn qabel mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea involuti fit-tfassil ta’ att tad-dritt sekondarju tal-Unjoni li l-validità tagħha hija kkontestata quddiemha, sabiex tikseb informazzjoni u provi speċifiċi li hija tqis indispensabbli sabiex tneħħi kull dubju dwar il-validità tal-miżura tal-Unjoni kkonċernata u sabiex tevita rinviju għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja għal evalwazzjoni ta’ validità ta’ dan l-att.

3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 723/2011 tat-18 ta’ Lulju 2011 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le, huwa invalidu, peress li ġie adottat bi ksur tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.


(1)  ĠU C 52, 12.02.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs Amazon EU Sàrl

(Kawża C-649/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2011/83/UE - Artikolu 6(1)(c) - Obbligi ta’ informazzjoni dwar il-kuntratti mill-bogħod u l-kuntratti konklużi lil hinn mill-post tan-negozju - Obbligu tal-kummerċjant li jipprovdi n-numru tat-telefon u n-numru tal-faks tiegħu “fejn ikun disponibbli” - Portata)

(2019/C 305/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Konvenuta: Amazon EU Sàrl

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens, minn naħa, li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-kummerċjant, qabel il-konklużjoni ma’ konsumatur ta’ kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, kif imsemmi fl-Artikolu 2(7) u (8) ta’ din id-direttiva, li jipprovdi, fi kwalunkwe każ, in-numru tat-telefon tiegħu. Min-naħa l-oħra, l-imsemmija dispożizzjoni ma timplikax obbligu għall-kummerċjant li jistabbilixxi linja tat-telefon, jew tal-faks, jew li jistabbilixxi indirizz tal-posta elettronika ġdid sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jikkuntattjawh u tobbliga l-komunikazzjoni ta’ dan in-numru jew dak tal-faks jew l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu biss fil-każijiet fejn il-kummerċjant diġà jkollu dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni mal-konsumaturi.

L-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 2011/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li, għalkemm din id-dispożizzjoni tobbliga lill-kummerċjant li jipprovdi lill-konsumatur mezz ta’ komunikazzjoni li kapaċi jissodisfa l-kriterji ta’ komunikazzjoni diretta u effiċjenti, din ma tipprekludix li l-imsemmi kummerċjant jipprovdi mezzi ta’ komunikazzjoni oħra minbarra dawk elenkati fl-imsemmija dispożizzjoni sabiex dawn il-kriterji jiġu ssodisfatti.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 — Viridis Pharmaceutical Ltd. vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Hecht-Pharma GmbH

(Kawża C-668/17 P) (1)

(Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali Boswelan - Użu ġenwin - Assenza - Użu tat-trade mark fi prova klinika qabel il-preżentata ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali - Raġuni ġġustifikata għan-nuqqas ta’ użu - Kunċett)

(2019/C 305/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Viridis Pharmaceutical Ltd. (rappreżentanti: C. Spintig, S. Pietzcker u M. Prasse, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: S. Hanne, aġent), Hecht-Pharma GmbH (rappreżentanti: J. Sachs u C. Sachs, Rechtsanwälte)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Viridis Pharmaceutical Ltd hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Hecht-Pharma GmbH.


(1)  ĠU C 83, 5.3.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Telecom Italia SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Infrastrutture e telecomunicazioni per l’Italia SpA (Infratel Italia SpA)

(Kawża C-697/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 28(2) - Proċedura ristretta - Operaturi ekonomiċi awtorizzati sabiex jippreżentaw offerta - Neċessità li tinżamm l-istess identiċità legali u materjali bejn il-kandidat magħżul minn qabel u dak li jippreżenta l-offerta - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti)

(2019/C 305/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Telecom Italia SpA

Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Infrastrutture e telecomunicazioni per l’Italia SpA (Infratel Italia SpA)

fil-preżenza ta’: OpEn Fiber SpA

Dispożittiv

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, għandha tiġi interpretata fis-sens li, fir-rigward tar-rekwiżit tal-identiċità legali u materjali bejn l-operaturi ekonomiċi magħżula minn qabel u dawk li jippreżentaw l-offerti, din ma tipprekludix li, fil-kuntest ta’ proċedura ristretta ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, kandidat magħżul minn qabel li jimpenja ruħu li jassorbi kandidat ieħor magħżul minn qabel, skont ftehim ta’ amalgamazzjoni konkluż bejn il-fażi tal-għażla minn qabel u l-fażi tal-preżentazzjoni tal-offerti u eżegwit wara din il-fażi ta’ preżentazzjoni, jista’ jippreżenta offerta.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret — id-Danimarka) — fil-proċedura mressqa minn A

(Kawża C-716/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Restrizzjonijiet - Ftuħ ta’ proċedura ta’ ħelsien mid-dejn - Kundizzjoni ta’ residenza - Ammissibbiltà - Artikolu 45 TFUE - Effett dirett)

(2019/C 305/11)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

A

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola ta’ ġurisdizzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti ta’ miżura ta’ ħelsien mid-dejn għall-kundizzjoni li d-debitur ikollu d-domiċilju jew ir-residenza tiegħu f’dan l-Istat Membru.

2)

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li l-qorti nazzjonali ma tapplikax il-kundizzjoni ta’ residenza prevista minn regola nazzjonali ta’ ġurisdizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk il-proċedura ta’ ħelsien mid-dejn, ukoll prevista minn din il-leġiżlazzjoni, twassal eventwalment biex jiġu affettwati l-krediti miżmuma minn individwi skont l-imsemmija leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 83, 5.3.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bezirksgericht Villach — l-Awstrija) — Norbert Reitbauer et vs Enrico Casamassima

(Kawża C-722/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Ġurisdizzjoni esklużiva - Punti 1 u 5 tal-Artikolu 24 - Tilwim fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà immobbli in rem u fil-qasam tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet - Proċedura ta’ bejgħ ġudizzjarju b’subbasta ta’ proprjetà immobbli - Azzjoni għal oppożizzjoni tar-rikavat ta’ dan il-bejgħ b’subbasta)

(2019/C 305/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bezirksgericht Villach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Norbert Reitbauer, Dolinschek GmbH, B.T.S. Trendfloor Raumausstattungs-GmbH, Elektrounternehmen K. Maschke GmbH, Klaus Egger, Architekt DI Klaus Egger Ziviltechniker GmbH

Konvenut: Enrico Casamassima

Dispożittiv

Il-punti 1 u 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-azzjoni ta’ kreditur għal oppożizzjoni għat-tqassim tar-rikavat ta’ bejgħ ġudizzjarju b’subbasta ta’ proprjetà immobbli intiża, minn naħa, għall-konstatazzjoni tal-estinzjoni permezz ta’ tpaċija ta’ pretensjoni kompetitriċi u, min-naħa l-oħra, għall-konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ infurzabbiltà tas-sigurtà in rem li tiggarantixxi l-eżekuzzjoni ta’ din l-aħħar pretensjoni ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà immobbli jew tal-qrati tal-post ta’ eżekuzzjoni forzata.


(1)  ĠU C 268, 30.7.2018


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 — VG, aventi kawża ta’ MS vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-19/18 P) (1)

(Appell - Rikors għad-danni kontra l-Kummissjoni Ewropea - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm kollaborazzjoni fil-kuntest tan-netwerk Team Europe - Kumpens għad-dannu - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni - Natura kuntrattwali jew delittwali tat-tilwima)

(2019/C 305/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: VG, aventi kawża ta’ MS (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martínez del Peral, C. Ehrbar u B. Mongin, agenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

VG huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 83, 5.3.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hessisches Finanzgericht — il-Ġermanja) — Federal Express Corporation Deutsche Niederlassung vs Hauptzollamt Frankfurt am Main

(Kawża C-26/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikoli 202 u 203 - Dazji doganali fuq l-importazzjoni - Tnissil ta’ dejn doganali minħabba nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(d) u Artikolu 30 - VAT fuq l-importazzjoni - Fatt taxxabbli - Kunċett ta’ “importazzjoni” ta’ merkanzija - Rekwiżit ta’ dħul ta’ merkanzija fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni Ewropea - Trasferiment ta’ din il-merkanzija lejn Stat Membru li mhux dak li fih tnissel id-dejn doganali)

(2019/C 305/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Hessisches Finanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Federal Express Corporation Deutsche Niederlassung

Konvenut: Hauptzollamt Frankfurt am Main

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1)(d) u l-Artikolu 30 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta tiddaħħal merkanzija fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, ma jkunx biżżejjed li l-merkanzija kienet is-suġġett ta’ nuqqasijiet ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni doganali fi Stat Membru partikolari, li jkunu nisslu dejn doganali fuq l-importazzjoni f’dan l-Istat Membru, sabiex jitqies li l-merkanzija tkun daħlet fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni f’dak l-Istat Membru, meta jiġi stabbilit li l-istess merkanzija tkun ġiet ittrasferita lejn Stat Membru ieħor, id-destinazzjoni finali tagħha, fejn tkun ġiet ikkunsmata, u t-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni marbuta ma’ din il-merkanzija b’hekk tkun tnisslet fl-Istat Membru l-ieħor.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs NEX International Limited, li kienet Icap plc, Icap Management Services Ltd, Icap New Zealand Ltd

(Kawża C-39/18 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-prodotti dderivati minn rati ta’ interessi ddenominati fil-yen - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Responsabbiltà ta’ impriża għar-rwol tagħha ta’ faċilitatur tal-akkordju - Kalkolu tal-multa - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(2019/C 305/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin, M. Farley, T. Christoforou u V. Bottka, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: NEX International Limited, li kienet Icap plc, Icap Management Services Ltd, Icap New Zealand Ltd (rappreżentanti: C. Riis-Madsen, advokat u S. Frank, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 142, 23.04.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret –id-Danimarka) — A vs Udlændinge- og Integrationsministeriet

(Kawża C-89/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Deċiżjoni Nru 1/80 - Artikolu 13 - Klawżola ta’ standstill - Riunifikazzjoni tal-familja bejn il-konjuġi - Restrizzjoni ġdida - Raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali - Integrazzjoni b’suċċess - Ġestjoni effikaċi tal-flussi migratorji - Proporzjonalità)

(2019/C 305/16)

Lingwa tal-kawża:id-Daniiż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenuta: Udlændinge- og Integrationsministeriet

Dispożittiv

L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tad-19 ta’ Settembru 1980 dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottat mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat fit-12 ta’ Settembru 1963, f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u mill-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1963, għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura nazzjonali li tissuġġetta r-riunifikazzjoni tal-familja bejn ħaddiem Tork li jirrisjedi legalment fl-Istat Membru kkonċernat u l-konjuġi tiegħu għall-kundizzjoni li r-rabtiet tagħhom ma’ dan l-Istat Membru jkunu iktar qawwija minn dawk li għandhom ma’ Stat terz tikkostitwixxi “restrizzjoni ġdida” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Tali restrizzjoni ma hijiex iġġustifikata.


(1)  ĠU C 142, 23.4.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-91/18) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku - Artikolu 110 TFUE - Direttiva 92/83/KEE - Direttiva 92/84/KEE - Regolament (KE) Nru 110/2008 - Applikazzjoni ta’ rata ta’ dazji ta’ sisa iktar baxxa fuq il-produzzjoni ta’ prodotti nazzjonali msemmija tsipouro u tsikoudia)

(2019/C 305/17)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Kyratsou u F. Tomat, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: M. Tassopoulou u D. Tsagkaraki, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha:

taħt l-Artikoli 19 u 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, moqrija flimkien mal-Artikolu 23(2) ta’ din id-direttiva, billi adottat u żammet fis-seħħ leġiżlazzjoni li tapplika rata ta’ dazju tas-sisa mnaqqsa b’50 % meta mqabbla mar-rata standard nazzjonali applikabbli għat-tsipouro u t-tsikoudia prodotti mill-impriżi ta’ distillazzjoni, magħrufa bħala “distillaturi sistematiċi”, u

taħt l-Artikoli 19 u 21 tad-Direttiva 92/83, moqrija flimkien mal-Artikolu 22(1) tagħha u mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, billi adottat u żammet fis-seħħ leġiżlazzjoni li tapplika, taħt il-kundizzjonijiet previsti f’din il-leġiżlazzjoni, rata ta’ dazju tas-sisa kunsiderevolment imnaqqsa fuq it-tsipouro u t-tsikoudia prodotti mid-distillaturi ż-żgħar, imsejħa “okkażjonali”.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 142, 23.04.2018


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Lulju 2019 — FTI Touristik GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Harald Prantner, Daniel Giersch

(Kawża C-99/18 P) (1)

(Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Artikolu 8(1)(b) - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-marka figurattiva li tinkludi l-element verbali “Fl” - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “fly.de” - Ċaħda - Xebh tas-sinjali - Isem f’kitba standard fil-Bulettin tat-trademarks tal-Unjoni Ewropea - Probabbiltà ta’ konfużjoni)

(2019/C 305/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: FTI Touristik GmbH (rappreżentant: A. Parr, Rechtsanwältin)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: D. Walicka u D. Botis, aġenti), Harald Prantner, Daniel Giersch (rappreżentant: S. Eble, Rechtsanwalt)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

FTI Touristik GmbH hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

Harald Prantner u Daniel Giersch għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 182, 28.5.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Noord-Nederland — il-Pajjiżi l-Baxxi) — HQ, IP, legalment irrappreżentat minn HQ, JO vs Aegean Airlines SA

(Kawża C-163/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet - Kanċellazzjoni ta’ titjira - Assistenza - Dritt għar-rimbors tal-biljett tal-ajru mit-trasportatur tal-ajru - Artikolu 8(2) - Vjaġġ kollox kompriż - Direttiva 90/314/KEE - Falliment tal-organizzatur tal-vjaġġi)

(2019/C 305/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Noord-Nederland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HQ, IP, legalment irrappreżentat minn HQ, JO

Konvenuta: Aegean Airlines SA

Dispożittiv

L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier li għandu, skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż, id-dritt li jikkuntattja lill-organizzatur tal-vjaġġi tiegħu sabiex jikseb ir-rimbors tal-biljett tal-ajru tiegħu, ma għandux iktar, għalhekk, il-possibbiltà li jitlob ir-rimbors ta’ dak il-biljett mingħand it-trasportatur tal-ajru abbażi ta’ dak ir-regolament, inkluż meta l-organizzatur tal-vjaġġi ma jkunx jista’ finanzjarjament jirrimborsa l-biljett u ma jkun ħa l-ebda miżura biex jiżgura dan.


(1)  ĠU C 182, 28.05.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja — Agrenergy Srl (C-180/18 u C-286/18), Fusignano Due Srl (C-287/18) vs Ministero dello Sviluppo Economico

(Kawżi magħquda C-180/18, C-286/18 u C-287/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2009/28/KE - Artikolu 3(3)(a) - Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli - Produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn installazzjonijiet fotovoltajċi solari - Modifika ta’ skema ta’ għajnuna - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi)

(2019/C 305/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agrenergy Srl (C-180/18 u C-286/18), Fusignano Due Srl (C-287/18)

Konvenut: Ministero dello Sviluppo Economico

Dispożittiv

Bla ħsara għall-verifiki li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju u b’kunsiderazzjoni għall-fatturi rilevanti kollha, l-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2009/28 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, moqri fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lil Stat Membru jipprovdi t-tnaqqis, jew saħansitra t-tneħħija, ta’ rati inċentivali għall-enerġija prodotta minn installazzjonijiet solari fotovoltajċi introdotti preċedentement.


(1)  ĠU C 182, 28.5.2018.

ĠU C 249, 16.7.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tax-Schienen-Control Kommission — l-Awstrija) — WESTbahn Management GmbH vs ÖBB-Infrastruktur AG

(Kawża C-210/18) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Żona ferrovjarja unika Ewropea - Direttiva 2012/34/UE - Artikolu 3 - Kunċett ta’ ‘infrastruttura ferrovjarja” - Anness II - Provvisti minimi - Inklużjoni tal-użu tal-pjattaformi tal-passiġġieri)

(2019/C 305/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Schienen-Control Kommission

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: WESTbahn Management GmbH

Konvenuta: ÖBB-Infrastruktur AG

Dispożittiv

L-Anness II tad-Direttiva 2012/34 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jfisser li l-“pjattaformi għall-passiġġieri”, imsemmija fl-Anness I ta’ din id-direttiva, huma parti mill-infrastruttura ferrovjarja li l-użu tagħhom jaqa’ fil-pakkett ta’ aċċess minimu, konformement mal-punt 1(c) tal-imsemmi Anness II.


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — Il-Bulgarija) — “UniCredit Leasing” EAD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” — Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (NAP)

(Kawża C-242/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Valur taxxabbli - Tnaqqis - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Kuntratt ta’ leasing finanzjarju xolt minħabba nuqqas ta’ pagament tal-iskadenzi - Avviż ta’ reviżjoni - Kamp ta’ applikazzjoni - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Provvista ta’ oġġetti mwettqa bi ħlas - Pagament ta’ “kumpens” ta’ xoljiment sat-tmiem tal-kuntratt - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

(2019/C 305/22)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“UniCredit Leasing” EAD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” — Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (NAP)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti, fil-każ ta’ xoljiment ta’ kuntratt ta’ leasing finanzjarju, tnaqqis tal-valur taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud ikkalkulat fuq il-bażi ta’ rata fissa permezz ta’ avviż ta’ reviżjoni fuq il-kirjiet kollha dovuti tul il-perijodu sħiħ tal-kuntratt, meta dan l-avviż ta’ reviżjoni jkun daħal fis-seħħ u għalhekk jikkostitwixxi “att amministrattiv stabbli” li jikkonstata dejn fiskali b’applikazzjoni tad-dritt nazzjonali.

2)

L-Artikolu 90 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-assenza ta’ pagament ta’ parti mill-kirjiet dovuti taħt kuntratt ta’ leasing finanzjarju għall-perijodu bejn il-waqfien tal-pagamenti u x-xoljiment mhux retroattiv tal-kuntratt, minn naħa, u l-assenza ta’ pagament ta’ kumpens dovut fil-każ ta’ xoljiment qabel iż-żmien tal-kuntratt u li jikkorrispondi għas-somma tal-kirjiet kollha mhux imħallsa sat-tmiem ta’ dan il-kuntratt, min-naħa l-oħra, jikkostitwixxu każ ta’ nuqqas ta’ pagament li jista’ jiġi kopert mid-deroga mill-obbligu ta’ tnaqqis tal-valur taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fit-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu, sakemm il-persuna taxxabbli ma tipprovax probabbiltà raġonevoli li d-dejn ma huwiex ser jitħallas, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 211, 18.6.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs CEVA Freight Holland BV

(Kawża C-249/18) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kodiċi Doganali - Dikjarazzjoni doganali - Indikazzjoni żbaljata tas-subintestatura tan-Nomenklatura Magħquda - Avviż ta’ irkupru - Artikolu 78 ta’ dan il-kodiċi - Reviżjoni tad-dikjarazzjoni - Emenda tal-valur tal-merkanzija - Artikolu 221 tal-imsemmi kodiċi - Terminu ta’ preskrizzjoni tad-dritt għad-dritt ta’ rkupru tad-dejn doganali - Interruzzjoni)

(2019/C 305/23)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: CEVA Freight Holland BV

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 Kunsill tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat birRegolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2000, għandu jiġi interpretat li jfisser li, meta d-dikjarant ikollu d-dritt li jagħżel il-prezz ta’ merkanzija mibjugħa għall-esportazzjoni lejn it-territorju tal-Unjoni Ewropea jista’ jintuża bħala l-bażi ta’ valutazzjoni għad-determinazzjoni tal-valur doganali tagħhom, u li jirriżulta minn kontroll a posteriori li d-dikjarazzjoni doganali li għamel ikun fiha żball ta’ klassifikazzjoni doganali tal-merkanzija kkonċernata li jirriżulta fl-applikazzjoni ta’ dazju doganali ogħla, huwa jista’ jitlob, abbażi tal-Artikolu 78, ir-reviżjoni ta’ din id-dikjarazzjoni sabiex jikseb is-sostituzzjoni tal-prezz inizjalment indikat bi prezz ta’ tranżazzjoni iktar baxx sabiex jikseb it-tnaqqis tal-ammont tad-dejn doganali tiegħu.

2)

L-Artikolu 221(1) u (3) tar-Regolament Nru 2913/92 kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, għandu jiġi interpretat li jfisser li huma l-Istati Membri li jiddeterminaw, fl-osservanza tal-prinċipji ta’ effettività u ekwivalenza, id-data li fiha għandha ssir il-komunikazzjoni lid-debitur dwar l-ammont ta’ dazji sabiex jiġi interrott it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin li meta jiskadi jintemm id-dejn doganali.


(1)  ĠU C 276, 6.8.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa — il-Latvja — SIA “Kuršu zeme” vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-273/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa - Artikolu 168 - Katina ta’ kunsinni ta’ oġġetti - Ċaħda tad-dritt għat-tnaqqis minħabba l-eżistenza ta’ din il-katina - Obbligu li l-awtorità tat-taxxa kompetenti tistabbilixxi l-eżistenza ta’ prattika abbużiva)

(2019/C 305/24)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “Kuršu zeme”

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Dispożittiv

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi miċħud id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-input imħallsa, il-fatt li xiri ta’ oġġetti seħħ fi tmiem katina ta’ trażazzjonijiet ta’ bejgħ suċċessiv bejn diversi persuni u li l-persuna taxxabbli daħlet fil-pussess tal-oġġetti kkonċernati fil-maħżen ta’ persuna li tifforma parti minn din il-katina, li ma hijiex il-persuna indikata bħala l-fornitur fuq il-fattura, ma huwiex fih innifsu suffiċjenti biex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ prattika abbużiva mill-persuna taxxabbli jew mill-persuni l-oħra involuti fl-imsemmija katina, sa fejn l-awtorità tat-taxxa kompetenti hija obbligata li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ vantaġġ fiskali indebitu li minnu bbenefikat din il-persuna taxxabbli, jew dawn il-persuni l-oħra.


(1)  ĠU C 259, 23.07.2018


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-304/18) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Riżorsi proprji - Dazji doganali - Konstatazzjoni ta’ dejn doganali - Iskrizzjoni f’kontabbiltà separata - Obbligu ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ rkupru mibdija tard - Interessi moratorji)

(2019/C 305/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn Z. Malůšková, M. Owsiany-Hornung u F. Tomat, sussegwentement minn Z. Malůšková u F. Tomat, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn G. Albenzio, avvocato dello Stato)

Dispożittiv

1)

Billi rrifjutat li tqiegħed għad-dispożizzjoni riżorsi proprji tradizzjonali li jammontaw għal EUR 2 120 309,50, indikati fl-avviż ta’ nuqqas eżiġibbiltà IT(07)08-917, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE Euratom tal-31 ta’ Ottubru 1994 dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Komunità Ewropea, l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE Euratom tad-29 ta’ Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej, l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej, u l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikoli 10, 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 li jimplimenta d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet, l-Artikoli 10, 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728, u l-Artikoli 10, 12 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati tmenin fil-mija mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-ispejjeż tagħha stess.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati għoxrin fil-mija mill-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 221, 25.6.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Ir-Renju Unit) — Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs The Chancellor, Masters and Scholars of the University of Cambridge

(Kawża C-316/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Spejjeż ta’ ġestjoni ta’ fond ta’ dotazzjoni li jagħmel investimenti bil-għan li jiġu koperti spejjeż tat-tranżazzjonijiet tal-output kollha mwettqa mill-persuna taxxabbli - Spejjeż ġenerali)

(2019/C 305/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Konvenut: The Chancellor, Masters and Scholars of the University of Cambridge

Dispożittiv

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna taxxabbli li twettaq kemm attivitajiet suġġetti għall-VAT kif ukoll attivitajiet eżenti minn din it-taxxa, li tinvesti l-għotjiet u d-dotazzjonijiet li hija tirċievi f’fond, u li tuża d-dħul iġġenerat minn dan il-fond sabiex tkopri spejjeż ta’ dawn l-attivitajiet kollha, ma hijiex awtorizzata li tnaqqas, bħala spejjeż ġenerali, il-VAT tal-input imħallsa u relatata mal-ispejjeż marbuta ma’ dan l-investiment.


(1)  ĠU C 249, 16.7.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 — Caviro Distillerie Srl, Distillerie Bonollo SpA, Distillerie Mazzari SpA, Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-345/18 P) (1)

(Appell - Politika kummerċjali - Dumping - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/176 - Importazzjoni ta’ aċidu tartariku li joriġina miċ-Ċina u li huwa prodott minn Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co. Ltd - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 3(2), (3) u (5) - Assenza ta’ dannu materjali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Determinazzjoni tad-dannu - Evalwazzjoni tal-fatturi u tal-indizji ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni Ewropea - Sehem mis-suq)

(2019/C 305/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Caviro Distillerie Srl, Distillerie Bonollo SpA, Distillerie Mazzari SpA, Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA (rappreżentanti: R. MacLean, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u A. Demeneix, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Caviro Distillerie Srl, Distillerie Bonollo SpA, Distillerie Mazzari SpA u Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 259, 23.7.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie — il-Polonja) — Delfarma Sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych

(Kawża C-387/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 34 u 36 TFUE - Moviment liberu tal-merkanzija - Miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva - Protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni - Importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali - Prodotti mediċinali ta’ referenza u prodotti mediċinali ġeneriċi - Rekwiżit li l-prodott mediċinali importat u dak li kien is-suġġett ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq fl-Istat Membru ta’ importazzjoni għandhom ikunu t-tnejn li huma prodotti mediċinali ta’ referenza jew it-tnejn li huma prodotti mediċinali ġeneriċi)

(2019/C 305/28)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Delfarma Sp. z o.o.

Konvenuti: Prezes Urzędu Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych

Dispożittiv

L-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex tkun tista’ tinħareġ awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela ta’ prodott mediċinali, tirrikjedi li dan il-prodott mediċinali u l-prodott mediċinali li kien is-suġġett ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq f’dan l-Istat Membru jkunu t-tnejn li huma prodotti mediċinali ta’ referenza jew it-tnejn li huma prodotti mediċinali ġeneriċi, u li, għalhekk, tipprojbixxi l-ħruġ ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela ta’ prodott mediċinali meta dan ikun prodott mediċinali ġeneriku filwaqt li l-prodott mediċinali diġà awtorizzat fl-imsemmi Stat Membru huwa prodott mediċinali ta’ referenza.


(1)  ĠU C 294, 20.08.2018


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif — il-Lussemburgu) — Nicolas Aubriet vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche

(Kawża C-410/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Ugwaljanza fit-trattament - Vantaġġi soċjali - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 7(2) - Għajnuna finanzjarja għal edukazzjoni ogħla - Studenti mhux residenti - Kundizzjoni marbuta mat-tul tax-xogħol tal-ġenituri tagħhom fit-territorju nazzjonali - Tul minimu ta’ ħames snin - Perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin - Metodu għall-kalkolu tal-perijodu ta’ riferiment - Data tat-talba għall-għajnuna finanzjarja - Diskriminazzjoni indiretta - Ġustifikazzjoni - Proporzjonalità)

(2019/C 305/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nicolas Aubriet

Konvenut: Ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħmel l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla lill-istudenti mhux residenti, bil-kundizzjoni li, fid-data tat-talba għall-għajnuna finanzjarja, wieħed mill-ġenituri tal-istudent ikun ġie impjegat jew ikun eżerċita attività f’dak l-Istat Membru għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin fuq perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin ikkalkolat b’mod retroattiv mid-data tal-imsemmija talba għall-għajnuna finanzjarja, sa fejn ma tippermettix fehim wiesa’ biżżejjed tal-eżistenza ta’ rabta suffiċjenti mas-suq tax-xogħol ta’ dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU C 301, 27.8.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/24


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 — Mykola Yanovych Azarov vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-416/18 P) (1)

(Appell - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Listi ta’ persuni entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffirżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent - Deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz - Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li din id-deċiżjoni ttieħdet fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

(2019/C 305/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Mykola Yanovych Azarov (rappreżentanti: A. Egger u G. Lansky, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropwea (rappreżentanti: J.-P. Hix u J. Bauerschmidt, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ April 2018, Azarov vs Il-Kunsill (T-190/16, mhux ippubblikata, EU:T:2018:232), hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil Mykola Yanovych Azarov.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti kemm fil-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll ta’ dan l-appell.


(1)  ĠU C 301, 27.08.2018


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/25


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-434/18) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2011/70/Euratom - Ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv - Programm nazzjonali - Obbligu ta’ trażmissjoni lill-Kummissjoni Ewropea)

(2019/C 305/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Gattinara u M. Patakia, sussegwentement minn G. Gattinara u R. Tricot, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn G. Palatiello, avvocato dello Stato)

Dispożittiv

1)

Billi ma avżatx lill-Kummissjoni Ewropea bil-programm tagħha nazzjonali ta’ implimentazzjoni tal-politika fil-qasam tal-ġestjoni ta’ fjuwil użat u ta’ skart radjuattiv, ir-Repubblika Taljana naqqset mill-obbligi tagħha bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 15(4) u tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 285, 13.8.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/26


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Městský soud v Praze — ir-Repubblika Ċeka) — CS et vs České aerolinie a.s.

(Kawża C-502/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5(1)(c) - Artikolu 7(1) - Dritt għal kumpens - Titjira b’konnessjonijiet - Titjira komposta minn żewġ titjiriet operati minn trasportaturi bl-ajru differenti - Dewmien twil subit fl-okkażjoni tat-tieni titjira li għandha l-punti tagħha tat-tluq u tal-wasla barra l-Unjoni Ewropea u operata minn trasportatur stabbilit f’pajjiż terz)

(2019/C 305/32)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Městský soud v Praze

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CS, DR, EQ, FP, GO, HN, IM, JL, KK, LJ, MI

Konvenuta: České aerolinie a.s.

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1)(c) u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 261/2004 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, moqri flimkien mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament Nru 261/2004, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ titjira b’konnessjoni, komposta minn żewġ titjiriet u li kienet suġġetta għal riżervazzjoni waħda, bi tluq minn ajruport fit-territorju ta’ Stat Membru u b’destinazzjoni lejn ajurport li jinsab f’pajjiż terz bl-użu ta’ ajruport ta’ pajjiż terz, passiġġier li jkun vittma ta’ dewmien sabiex jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu ta’ tliet sigħat jew iktar li oriġina mit-tieni titjira, żgurata, fil-kuntest ta’ ftehim ta’ kondiviżjoni ta’ kodiċi, minn trasportatur stabbilit f’pajjiż terz, jistax ifittex permezz ta’ rikors għal kumpens abbażi ta’ dan ir-regolament lit-trasportatur bl-ajru Komunitarju li wettaq l-ewwel titjira.


(1)  ĠU C 341, 24.09.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fil-25 ta’ Ġunju 2019 — LH vs PROFI CREDIT Slovakia, s.r.o.

(Kawża C-485/19)

(2019/C 305/33)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešove

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LH

Konvenuta: PROFI CREDIT Slovakia, s.r.o.

Domandi preliminari

A

1)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“Artikolu 47 tal-Karta”), kif ukoll, impliċitament, id-dritt tal-konsumatur għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi id-dispożizzjoni prevista fl-Artikolu 107(2) tal-Občianský zákonník (il-Kodiċi Ċivili Slovakk) dwar il-preskrizzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur għal terminu ta’ preskrizzjoni oġġettiv ta’ tliet snin, li jipprevedi li d-dritt tal-konsumatur għal ħlas lura minħabba klawżola inġusta jiddekadi anki jekk il-konsumatur ma jkunx f’pożizzjoni li jevalwa huwa nniffsu l-klawżola inġusta u li jkun hemm preskrizzjoni anki meta l-konsumatur ma kienx konxju min-natura inġusta tal-klawżola kuntrattwali?

2)

Fil-każ li l-istabbiliment tal-preskrizzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur għal terminu ta’ preskrizzjoni oġġettiv ta’ tliet snin huwa konformi mal-Artikolu 47 tal-Karta u mal-prinċipju ta’ effettività, anki minkejja li huwa ma kienx konxju ta’ dan, il-qorti tar-rinviju tagħmel id-domanda li ġejja:

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tqiegħd fuq il-konsumatur l-oneru li jipprova, quddim il-qorti, li l-persuna li taġixxi f’isem il-kreditur kien konxju mill-fatt li l-kreditur jikser id-drittijiet tal-konsumatur, f’dan il-każ konxju mill-fatt li, billi ma jindikax ir-rata annwali effettiva globali (iktar ’il quddiem ir-“RAEG” t-tajba, il-kreditur jikser dispożizzjoni legali, kif ukoll konxju mill-fatt li, f’tali każ, il-kreditu huwa eżenti minn interessi u li, billi jirċievi l-interessi, il-kreditur jikseb arrikiment indebitu?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda A(2), fir-rigward ta’ liema persuni minn fost dawk li jaġixxu mal-kreditur, bħad-direttur, is-soċji jew ir-rappreżentanti kummerċjali, għandu l-konsumatur juri l-kienu konxji fis-sens tad-domanda A(2)?

4)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda A(2), liema livell ta’ għarfien huwa suffiċjenti sabiex jintlaħaq l-għan li tintwera l-intenzjoni tal-fornitur li jikser ir-regoli applikabbli fis-suq finanzjarju?

B

1)

L-effetti tad-direttivi u tal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari s-sentenza tad-19 ta’ April 2016, DI (C-441/14, EU:C:2016:278), is-sentenza tal-5 ta’ Ottubru 2004, Pfeiffer et (C-397/01 sa C-403/01, EU:C:2004:584, punti 113 u 114), is-sentenza tad-19 ta’ Jannar 2010, Kücükdeveci (C-555/07, EU:C:2010:21, punt 48), is-sentenza tal-15 ta’ April 2008, Impact (C-268/06, EU:C:2008:223, punt 100), is-sentenza tal-24 ta’ Jannar 2012, Dominguez (C-282/10, EU:C:2012:33, punti 25 u 27) kif ukoll is-sentenza tal-15 ta’ Jannar 2014, Association de médiation sociale (C-176/12, EU:C:2014:2, punt 38), jipprekludu prassi nazzjonali li abbażi tagħha il-qorti nazzjonali ddeċidiet li hemm konformità mad-dritt tal-Unjoni mingħajr ma użat ir-regoli ta’ interpretazzjoni u mingħajr il-motivazzjoni meħtieġa?

2)

Jekk, wara li tkun applikat il-metodi ta’ interpretazzjoni bħall-interpretazzjoni teleoloġika, l-interpretazzjoni awtentika, l-interpretazzjoni storika, l-interpretazzjoni sistematika, l-interpretazzjoni loġika (metodu a contrario, metodu reductione ad absurdum) kif ukoll l-ordinament nazzjonali fit-totalità tiegħu sabiex tilħaq l-għan previst fl-Artikolu 10(2)(h) u (i) tad-Direttiva 2008/48 (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva”), qorti tiddeċiedi li interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-Unjoni twassal għal sitwazzjoni contra legem, jista’ jingħata, pereżempju abbażi ta’ paragun tar-relazzjonijiet fil-każ ta’ diskriminazzjoni jew ta’ protezzjoni tal-impjegati, effett dirett għad-dispożizzjoni iċċitata iktar ’il fuq tad-Direttiva għall-finijiet tal-protezzjoni tal-bejjiegħ jew tal-fornitur fil-konfront tal-konsumaturi fir-relazzjonijiet ta’ kreditu tagħhom u jistgħu ma jiġux applikati d-dispożizzjonijiet tal-liġi li ma humiex konformi mad-dritt tal-Unjoni?


(1)  Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40 u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46).


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/28


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2019 minn ABLV Bank AS mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-6 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża T-281/18, ABLV Bank vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

(Kawża C-551/19 P)

(2019/C 305/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ABLV Bank AS (rappreżentanti: O.H. Behrends, M. Kirchner, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża T-281/18;

tiddikjara t-talba għal annullament ammissibbli;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi dwar it-talba għal annullament; u

tordna lill-BĊE iħallas l-ispejjeż tal-appellant u l-ispejjeż tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jinvoka żewġ aggravji insostenn tal-appell tiegħu.

1)

Li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u kisret l-Artikolu 263 TFUE billi naqset milli tibbaża d-digriet tagħha fuq id-deċiżjoni attwalment adottata mill-BĊE.

2)

Li d-digriet appellat huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 18(1) SRMR (1).


(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1)


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/28


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2019 minn Ernests Bernis, Oļegs Fiļs, OF Holding SIA, Cassandra Holding Company SIA mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-6 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża T-283/18, Bernis et vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

(Kawża C-552/19 P)

(2019/C 305/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ernests Bernis, Oļegs Fiļs, OF Holding SIA, Cassandra Holding Company SIA (rappreżentanti: O.H. Behrends, M. Kirchner, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża T-283/18;

tiddikjara t-talba għal annullament ammissibbli;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi dwar it-talba għal annullament; u

tordna lill-BĊE iħallas l-ispejjeż tal-appellant u l-ispejjeż tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jinvokaw żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħhom.

1)

Li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u kisret l-Artikolu 263 TFUE billi naqset milli tibbaża d-digriet tagħha fuq id-deċiżjoni attwalment adottata mill-BĊE.

2)

Li d-digriet appellat huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 18(1) SRMR (1).


(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1)


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/29


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-573/19)

(2019/C 305/36)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1)

minħabba n-nuqqas ta’ osservanza sistematika u kontinwa mal-valuri ta’ limitu annwali ta’ konċentrazzjoni tan-NO2

mill-2010 u mingħajr interruzzjoni fiż-żoni IT0118 (agglomerazzjoni ta’ Torino), IT0306 (agglomerazzjoni ta’ Milano), IT0307 (agglomerazzjoni ta’ Bergamo), IT0308 (agglomerazzjoni ta’ Brescia), IT0309 (żona A — pjanura b’rata ta’ urbanizzazzjoni għolja), IT0906 (agglomerazzjoni ta’ Firenze), IT0711 (komun ta’ Genova), IT1215 (agglomerazzjoni ta’ Ruma),

mill-2010 sal-2012 u mill-ġdid mill-2014 mingħajr interruzzjoni fiż-żoni IT1912 (agglomerazzjoni ta’ Catania) u IT1914 (żoni industrijali),

nuqqas ta’ konformità li għadha tippersisti sal-lum, tikkonstata li r-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligu tagħha stabbilit permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 u flimkien ma’ dawk tal-Anness XI tad-Direttiva 2008/50/KE relatati mal-kwalità tal-arja fl-ambjent u għal arja iktar nadifa fl-Ewropa (1);

2)

billi ma adottatx miżuri xierqa mill-11 ta’ Ġunju 2010 sabiex tiggarantixxi konformità mal-valuri ta’ limitu tan-NO2 fiż-żoni indikati fil-punt 1, tikkonstata li r-Repubblika Taljana naqset b’mod sistematiku u kontinwu wkoll mill-obbligi imposti mill-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50, waħdu kif ukoll flimkien mal-punt A tal-Anness XV ta’ din id-direttiva, ksur li għadu sal-lum jippersisti;

3)

u li l-Qorti tal-Ġustizzja konsegwentement tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel motiv tagħha , il-Kummissjoni tikkunsidra li d-data miksuba dwar il-konċentrazzjoni tan-NO2 fl-arja turi l-eżistenza ta’ ksur sistematiku u kontinwu tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 flimkien ma’ dawk tal-Anness XI tad-Direttiva 2008/50. Skont dawn id-dispożizzjonijiet meħudin flimkien, il-livell ta’ konċentrazzjoni ta’ dawn is-sustanzi ma jistax jaqbeż ċerti limiti ta’ konċentrazzjoni annwali. F’xi żoni, dawn il-limiti ġew miksura mingħajr interruzzjoni għal iktar minn għaxar snin.

Permezz tat-tieni motiv tagħha , il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva, waħdu kif ukoll flimkien mal-punt A tal-Anness XV tad-Direttiva 2008/50. Fil-fatt, l-ewwel nett, il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, adottati wara l-qbiż tal-valuri ta’ limitu tal-konċentrazzjoni NO2, ma jippermettu la li jinkisbu dawn il-valuri ta’ limitu, u lanqas li jiġi limitat li dawn jintlaħqu għall-iqsar perijodu possibbli. It-tieni nett, ħafna minn dawn il-pjanijiet ma għandhomx l-informazzjoni mitluba fil-punt A tal-Anness XV tad-Direttiva, informazzjoni li l-indikazzjoni tagħha hija obbligatorja skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 23(1) ta’ din id-direttiva.


(1)  Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (GU 2008, L 152, p. 1).


Il-Qorti Ġenerali

9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Binca Seafoods vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-94/15 RENV) (1)

(“Produzzjoni u tikkettar ta’ prodotti organiċi - Regolament (KE) Nru 834/2007 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2009 - Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 1358/2014 - Projbizzjoni tal-ormoni” - Nuqqas ta’ estensjoni tal-perijodu tranżitorju għall-annimali tal-akkwakultura previst fl-Artikolu 95(11) tar-Regolament Nru 889/2008 - Modi ta’ riproduzzjoni - Awtorizzazzjoni eċċezzjonali ta’ ġbir ta’ ħut żgħir selvaġġ għall-finijiet tat-tkabbir - Ugwaljanza fit-trattament”)

(2019/C 305/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Binca Seafoods GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Schmidt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis, G. von Rintelen u K. Walkerová, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1358/2014, tat-18 ta’ Diċembru 2014, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 fir-rigward tal-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura organika, il-prattiki tat-trobbija tal-akkwakultura, l-għalf għall-annimali tal-akkwakultura organika u l-prodotti u s-sustanzi permessi għall-użu fl-akkwakultura organika (ĠU 2014, L 365, p. 97).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Binca Seafoods GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU C 155, 11.5.2015.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2019 — Silver Plastics u Johannes Reifenhäuser vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-582/15) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-imballaġġ alimentari intiż għall-bejgħ bl-imnut - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju - Ksur uniku u kontinwat - Prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet - Dritt “għall-konfront” - Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 - Valur miżjud sinjifikattiv - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multa tal-2006 - Ugwaljanza fit-trattament - Limitu massimu tal-multa”)

(2019/C 305/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Silver Plastics GmbH & Co. KG (Troisdorf, il-Ġermanja) u Johannes Reifenhäuser Holding GmbH & Co. KG (Troisdorf) (rappreżentanti: inizjalment M. Wirtz, S. Möller u W. Carstensen, sussegwentement M. Wirtz, S. Möller u C. Karbaum, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, G. Meessen, I. Zaloguin u L. Wildpanner, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 4336 finali tal-24 ta’ Ġunju 2015 relatat mal-proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39563 — L-ippakkjar tal-ikel bl-imnut) u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Silver Plastics GmbH & Co. KG u Johannes Reifenhäuser Holding GmbH & Co. KG huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 16, 18.1.2016.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Sony u Sony Electronics vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-762/15) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tad-disk drives ottiċi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ftehimiet kollużorji li jirrigwardaw sejħiet għal offerti għal disk drives ottiċi għal laptops u kompjuters - Ksur minħabba l-għan - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Multi - Ksur uniku u kontinwu - Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi”)

(2019/C 305/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Corporation (Tokjo, il-Ġappun) u Sony Electronics, Inc. (San Diego, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Snelders, avukat, N. Levy u E. Kelly, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Farley, A. Biolan, C. Giolito, F. van Schaik u L. Wildpanner, sussegwentement M. Farley, F. van Schaik, L. Wildpanner u A. Dawes, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 7135 finali tal-21 ta’ Ottubru 2015 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39639 — Disk drives ottiċi), u, sussidjarjament għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sony Corporation u Sony Electronics, Inc. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 98, 14.3.2016.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Sony Optiarc u Sony Optiarc America vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-763/15) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tad-disk drives ottiċi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ftehimiet kollużorji li jirrigwardaw sejħiet għal offerti għal disk drives ottiċi għal laptops u kompjuters - Ksur minħabba l-għan - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Multi - Ksur uniku u kontinwu - Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi”)

(2019/C 305/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Optiarc, Inc (Atsugi, il-Ġappun) u Sony Optiarc America, Inc (San Jose, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Snelders, avukat, N. Levy u E. Kelly, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Farley, A. Biolan, C. Giolito, F. van Schaik u L. Wildpanner, sussegwentement M. Farley, F. van Schaik, L. Wildpanner u A. Dawes, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 7135 finali tal-21 ta’ Ottubru 2015 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39639 — Disk drives ottiċi), u, sussidjarjament għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sony Optiarc, Inc. u Sony Optiarc America, Inc. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 98, 14.3.2016.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Quanta Storage vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-772/15) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tad-disk drives ottiċi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ftehimiet kollużorji li jirrigwardaw sejħiet għal offerti għal disk drives ottiċi għal laptops u kompjuters - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Multi - Ksur uniku u kontinwu - Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi”)

(2019/C 305/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Quanta Storage, Inc. (Taoyuan City, it-Tajwan) (rappreżentanti: O. Geiss, avukat, B. Hartnett, barrister u W. Sparks, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u F. van Schaik, aġenti, assistit minn C. Thomas, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 7135 finali tal-21 ta’ Ottubru 2015 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39639 — Disk drives ottiċi), u, sussidjarjament għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

It-talba tal-Kummissjoni Ewropea intiża għaż-żieda tal-ammont tal-multa ta’ Quanta Storage, Inc. hija miċħuda.

3)

Quanta Storage għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll tmenin fil-mija ta’ dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 98, 14.3.2016.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Hitachi-LG Data Storage u Hitachi-LG Data Storage Korea vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1/16) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tad-disk drives ottiċi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ftehimiet kollużorji li jirrigwardaw sejħiet għal offerti organizzati minn żewġ manifatturi ta’ kompjuters - Ġurisdizzjoni sħiħa - Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Punt 37 tal-Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Ċirkustanzi partikolari - Żball ta’ liġi”)

(2019/C 305/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hitachi-LG Data Storage, Inc. (Tokjo, il-Ġappun) u Hitachi-LG Data Storage Korea, Inc. (Seul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: L. Gyselen u N. Ersbøll, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Biolan, M. Farley, C. Giolito u F. van Schaik, sussegwentement A. Biolan, M. Farley u F. van Schaik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta mill-Kummissjoni Ewropea fuq ir-rikorrenti, fid-Deċiżjoni tagħha C(2015) 7135 finali, tal-21 ta’ Ottubru 2015, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39639 — Disk drives ottiċi).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hitachi-LG Data Storage, Inc. u Hitachi-LG Data Storage Korea, Inc. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 98, 14.3.2016.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 — L’Oréal vs EUIPO — Guinot (MASTER SMOKY)

(Kawża T-179/16 RENV) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MASTER SMOKY - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2019/C 305/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Guinot (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Sion, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Frar 2016 (Każ R 2905/2014-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guinot u L’Oréal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 — L’Oréal vs EUIPO — Guinot (MASTER SHAPE)

(Kawża T-180/16 RENV) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MASTER SHAPE - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2019/C 305/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Guinot (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Sion, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Frar 2016 (Każ R 2907/2014-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guinot u L’Oréal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 — L’Oréal vs EUIPO — Guinot (MASTER PRECISE)

(Kawża T-181/16 RENV) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MASTER PRECISE - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti MASTERS COLORS PARIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2019/C 305/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Guinot (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Sion, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Frar 2016 (Każ R 2911/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guinot u L’Oréal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 — L’Oréal vs EUIPO — Guinot (MASTER DUO)

(Kawża T-182/16 RENV) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MASTER DUO - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2019/C 305/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Guinot (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Sion, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Frar 2016 (Każ R 2916/2014-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guinot u L’Oréal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 — L’Oréal vs EUIPO — Guinot (MASTER DRAMA)

(Kawża T-183/16 RENV) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MASTER DRAMA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MASTERS COLORS PARIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2019/C 305/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Guinot (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Sion, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Frar 2016 (Każ R 2500/2014-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guinot u L’Oréal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Keolis CIF et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-289/17) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna implimentata minn Franza bejn l-1994 u l-2008 - Sussidji għall-investiment mogħtija mir-Reġjun tal-Île-de-France - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Kunċetti ta’ ‘għajnuna eżistenti’ u ta’ ‘għajnuna ġdida’ - Artikolu 107 TFUE - Artikolu 108 TFUE - Artikolu 1(b)(i) u (v) tar-Regolament (UE) 2015/1589 - Terminu ta’ preskrizzjoni - Artikolu 17 tar-Regolament 2015/1589”)

(2019/C 305/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Keolis CIF (Le Mesnil-Amelot, Franza) u s-seba’ rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom huma indikati fl-anness għas-sentenza (rappreżentanti: R. Sermier u D. Epaud, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, C. Georgieva-Kecsmar u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1470, tat-2 ta’ Frar 2017, war l-iskemi ta’ għajnuna SA.26763 2014/C (ex 2012/NN) mplementata minn Franza favur impriżi ta’ trasport bix-xarabank fir-reġjun Île-de-France, (ĠU 2017, L 209, p. 24).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Keolis CIF u r-rikorrenti l-oħrajn li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — MAN Truck & Bus vs EUIPO — Halla Holdings (MANDO)

(Kawża T-698/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MANDO - Trade marks internazzjonali u nazzjonali figurattivi preċedenti MAN - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Man - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 305/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MAN Truck & Bus (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Röhl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Ivanauskas u D. Walicka, sussegwentement J Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Halla Holdings Corp. (Yongin-si, il-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: M.-R. Hirsch u C. de Haas, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Lulju 2017 (Każ R 1919/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Man Truck & Bus u Halla Holdings.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Lulju 2017 (Każ R 1919/2016-1), hija annullata sa fejn ikkonkludiet l-assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark MANDO u r-reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti Nru 863 418 tat-trade mark figurattiva MAN.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 437, 18.12.2017.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Café del Mar et vs EUIPO — Guiral Broto (Café del Mar)

(Kawża T-772/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Café del Mar - Raġuni assoluta għal rifjut - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2019/C 305/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Café del Mar, SC (Sant Antoni de Portmany, Spanja), José Les Viamonte (Sant Antoni de Portmany) u Carlos Andrea González (Sant Josep de sa Talaia, Spanja) (rappreżentanti: F. Miazzetto u J. Gracia Albero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ramón Guiral Broto (Marbella, Spanja) (rappreżentant: J. de Castro Hermida, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1540/2015-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Café del Mar u J. Les Viamonte u Andrea González, minn naħa, u R. Guiral Broto, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1540/2015-5) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Café del Mar SC u José Les Viamonte u Carlos Andrea González fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

Ramón Guiral Broto għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Café del Mar u J. Les Viamonte u Andrea González fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 22, 22.1.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Café del Mar et vs EUIPO — Guiral Broto (Café del Mar)

(Kawża T-773/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Café del Mar - Raġuni relattiva għal rifjut - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2019/C 305/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Café del Mar, SC (Sant Antoni de Portmany, Spanja), José Les Viamonte, (Sant Antoni de Portmany) u Carlos Andrea González (Sant Josep de sa Talaia, Spanja) (rappreżentanti: F. Miazzetto u J. Gracia Albero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ramón Guiral Broto (Marbella, Spanja) (rappreżentant: J. de Castro Hermida, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1542/2015-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Café del Mar u J. Les Viamonte u C. Andrea González, minn naħa, u R. Guiral Broto, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1542/2015-5) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Café del Mar, SC u minn José Les Viamonte u Carlos Andrea González fil-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

Ramón Guiral Broto għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Café del Mar u minn J. Les Viamonte u C. Andrea González fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 22, 22.1.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Café del Mar et vs EUIPO — Guiral Broto (C del M)

(Kawża T-774/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva C del M - Raġuni assoluta għal rifjut - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2019/C 305/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Café del Mar, SC (Sant Antoni de Portmany, Spanja), José Les Viamonte (Sant Antoni de Portmany) u Carlos Andrea González (Sant Josep de sa Talaia, Spanja) (rappreżentanti: F. Miazzetto u J. Gracia Albero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ramón Guiral Broto (Marbella, Spanja) (rappreżentant: J. de Castro Hermida, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1618/2015-5) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Café del Mar u J. Les Viamonte u C. Andrea González, minn naħa, u R. Guiral Broto, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1618/2015-5), hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Café del Mar, SC u José Les Viamonte u Carlos Andrea González fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

Ramón Guiral Broto għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Café del Mar u J. Les Viamonte u C. Andrea González fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 22, 22.1.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — MAN Truck & Bus vs EUIPO — Halla Holdings (MANDO)

(Kawża T-792/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva MANDO - Trade marks internazzjonali u nazzjonali figurattivi preċedenti MAN - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Man - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2019/C 305/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MAN Truck & Bus (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Röhl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Ivanauskas u D. Walicka, sussegwentement J. Ivanauskas u H. O'Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Halla Holdings Corp. (Yongin-si, il-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: M.-R. Hirsch u C. de Haas, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1677/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Man Truck & Bus u Halla Holdings.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Settembru 2017 (Każ R 1677/2016-1) hija annullata sa fejn hija kkonkludiet li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark figurattiva MANDO u r-reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti Nru 863 418 tat-trade mark figurattiva MAN.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.


(1)  ĠU C 42, 5.2.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Fashion Energy vs EUIPO — Retail Royalty (1st AMERICAN)

(Kawża T-54/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 1st AMERICAN - Trade mark preċedenti figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta ajkla - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 - Prinċipju ta’ kontradittorju - Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001 - Rikors inċidentali”)

(2019/C 305/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fashion Energy Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: T. Müller u F. Togo avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u H. O’Neill aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Retail Royalty Co. (Las Vegas, Nevada, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Dick u J. Bogatz avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2017 (Każ R 693/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Retail Royalty u Fashion Energy.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Novembru 2017 (Każ R 693/2017-2) hija annullata.

2)

Ir-rikors inċidentali huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Fir-rigward tar-rikors prinċipali, l-EUIPO u Retail Royalty Co. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Fashion Energy Srl.

4)

Fir-rigward tar-rikors inċidentali, Retail Royalty għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Fashion Energy u mill-EUIPO.


(1)  ĠU C 123, 9.4.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Miles-Bramwell Executive Services vs EUIPO (FREE)

(Kawża T-113/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FREE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 305/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Miles-Bramwell Executive Services Ltd (Alfreton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment J. Mellor, QC, G. Parsons u A. Zapalowski, solicitors, sussegwentement J. Mellor, G. Parsons u F. McConnell, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u H. O’Neill, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2017 (Każ R 2164/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali FREE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Miles-Bramwell Executive Services Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Miles-Bramwell Executive Services vs EUIPO (FREE)

(Kawża T-114/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea FREE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 305/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Miles-Bramwell Executive Services Ltd (Alfreton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment J. Mellor, QC, G. Parsons u A. Zapalowski, solicitors, sussegwentement J. Mellor, G. Parsons u F. McConnell, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u H. O’Neill, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ Novembru 2017 (Każ R 2166/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali FREE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Miles-Bramwell Executive Services Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2019 — Agencja Wydawnicza Technopol vs EUIPO (200 PANORAMICZNYCH)

(Kawżi magħquda T-117/18 sa T-121/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjonijiet għat-trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea 200 PANORAMICZNYCH, 300 PANORAMICZNYCH, 400 PANORAMICZNYCH, 500 PANORAMICZNYCH u 1000 PANORAMICZNYCH - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001 - Assenza ta’ użu ħażin ta’ poter”)

(2019/C 305/57)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o. o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: C. Rogula, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra ħames deċiżjonijiet tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 (Każijiet R 2194/2016-5, R 2195/2016-5, R 2200/2016-5, R 2201/2016-5 u R 2208/2016-5) dwar applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tas-sinjali verbali 200 PANORAMICZNYCH, 300 PANORAMICZNYCH, 400 PANORAMICZNYCH, 500 PANORAMICZNYCH u 1000 PANORAMICZNYCH bħala trade marks tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o. o. hija kkundannata għall-ispejjeż inklużi dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 142, 23.4.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Gruppo Armonie vs EUIPO (mo.da)

(Kawża T-264/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea mo·da - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Raġuni assoluta għal rifjut f’parti mill-Unjoni - Artikolu 7(2) tar-Regolament 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001”)

(2019/C 305/58)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Gruppo Armonie SpA (Casalgrande, l-Italja) (rappreżentant: G. Medri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Frar 2018 (Każ R 2065/2017 -5) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv mo·da bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gruppo Armonie SpA huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 221, 25.6.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2019 — Sandrone vs EUIPO — J. García Carrión (Luciano Sandrone)

(Kawża T-268/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Luciano Sandrone - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea DON LUCIANO - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 - Applikazzjoni għal trade mark verbali komposta minn isem u kunjom - Trade mark preċedenti komposta minn titolu u isem - Newtralità tal-paragun kunċettwali - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni”)

(2019/C 305/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Luciano Sandrone (Barolo, l-Italja) (rappreżentant: A. Borra, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Kompari u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: J. García Carrión, SA (Jumilla, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2018 (Każ R 1207/2017-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J. García Carrión u Luciano Sandrone.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Frar 2018 (Każ R-1207/2017-2) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat iħallas, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż ta’ Luciano Sandrone.


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2019 — Aldi vs EUIPO — Crone (CRONE)

(Kawża T-385/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CRONE - Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti crane u trade mark verbali preċedenti CRANE - Raġuni relattiva għal rifjut - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001”)

(2019/C 305/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u M. Minkner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Crawcour u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Christoph Michael Crone (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. van Maele u H.-Y. Cho, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2018 (Każ R 1100/2017-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aldi u M. Crone.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aldi GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 285, 13.8.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2019 — Nonnemacher vs EUIPO — Ingram (WKU)

(Kawża T-389/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali WKU - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti WKA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfuzjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ limitazzjoni bħala konsegwenza ta’ kunsens - Artikolu 61(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2019/C 305/61)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Klaus Nonnemacher (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Zierhut, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Paul Ingram (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Haberl, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ April 2018 (Każ R 399/2017-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn P. Ingram u K. Nonnemacher.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Klaus Nonnemacher huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 285, 13.8.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/52


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2019 — Nonnemacher vs EUIPO — Ingram (WKU WORLD KICKBOXING AND KARATE UNION)

(Kawża T-390/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva WKU WORLD KICKBOXING AND KARATE UNION - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti WKA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfuzjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ limitazzjoni bħala konsegwenza ta’ kunsens - Artikolu 61(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2019/C 305/62)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Klaus Nonnemacher (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Zierhut, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Paul Ingram (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Haberl, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ April 2018 (Każ R 409/2017-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn P. Ingram u K. Nonnemacher

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Klaus Nonnemacher huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 285, 13.8.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/53


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — mobile.de vs EUIPO — Droujestvo S Ogranichena Otgovornost “Rezon” (mobile.ro)

(Kawża T-412/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ nullità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea u mobile.ro - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti mobile - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/100”)

(2019/C 305/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: mobile.de GmbH (Dreilinden, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lührig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u H. O’Neill aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Droujestvo S Ogranichena Otgovornost “Rezon” (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentanti: M. Yordanova-Harizanova u V. Grigorova, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Marzu 2018 (Każ R 111/2015-1), dwar proċedura għal dikjarazzjoni ta’ nullità bejn Droujestvo S Ogranichena Otgovornost “Rezon” u mobile.de.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

mobile.de GmbH, għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Droujestvo S Ogranichena Otgovornost “Rezon”.


(1)  ĠU C 294, 20.8.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/53


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Audimas vs EUIPO — Audi (AUDIMAS)

(Kawża T-467/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva AUDIMAS - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti AUDI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 305/64)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Audimas AB (Kaunas, il-Litwanja) (rappreżentant: G. Domkutė-Lukauskienė, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Mejju 2018 (Każ R 2425/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Audi u Audimas.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Audimas AB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 341, 24.9.2018.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/54


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2019 — Balani Balani et vs EUIPO — Play Hawkers (HAWKERS)

(Kawża T-651/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HAWKERS - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea HAWKERS - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 305/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sonu Gangaram Balani Balani (Las Palmas de Gran Canaria, Spanja), Anup Suresh Balani Shivdasani (Las Palmas de Gran Canaria) u Amrit Suresh Balani Shivdasani (Las Palmas de Gran Canaria) (rappreżentant: A. Díaz Marrero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Play Hawkers, SL (Elche, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Awwissu 2018 (Każ R 396/2018-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Play Hawkers u S.G. Balani Balani, A.S. Balani Shivdasani u A.S. Balani Shivdasani.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sonu Gangaram Balani Balani, Anup Suresh Balani Shivdasani u Amrit Suresh Balani Shivdasani huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 4, 7.1.2019.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/55


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2019 — UI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-362/19)

(2019/C 305/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: UI (rappreżentant: J. Diaz Cordova, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Awwissu 2018, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent l-allowance tal-espatrijazzjoni,

tiddeċiedi b’mod statutorju fuq l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li, konformement mal-punt 48 tas-sentenza tal-14 ta’ Diċembru 1995, Diamantaras vs Il-Kummissjoni (T-72/94, ECLI:EU:T:1995:212), u mal-punt 57 tas-sentenza tad-9 ta’ Marzu 2010, Tzvetanova vs Il-Kummissjoni (F-33/09, ECLI:EU:F:2010:18), ir-rikorrent ma kellux l-attività prinċipali/residenza abitwali tiegħu fil-Belġju matul il-perijodu ta’ referenza kollu. Għalhekk, huwa għandu dritt għall-allowance tal-espatrijazzjoni kollha.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li, konformement mad-digriet tas-26 ta’ Settembru 2007, Salvador Roldán vs Il-Kummissjoni (F-129/06, EU:F:2007:166), ir-reġistrazzjoni ta’ kumpannija jew ix-xiri ta’ proprjetà immobbli f’pajjiż huwa indizju ċar sabiex jiġu pprovati rabtiet fit-tul ma’ dak il-pajjiż (f’dan il-każ ir-Rumanija). Peress li dan huwa l-każ tar-rikorrent f’din il-kawża, huwa għandu dritt għall-allowance tal-espatrijazzjoni kollha.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li, konformement mas-sentenza mogħtija fil-kawża Tzvetanova vs Il-Kummissjoni, F-33/09, invokata preċedentement, l-informazzjoni tal-komun Belġjan invokata mill-konvenuta fit-tweġiba tagħha tikkonsisti f’elementi purament formali li ma jistgħux jintużaw sabiex tiġi stabbilita r-residenza abitwali ta’ persuna. Għaldaqstant, ir-rikorrent għandu dritt għall-allowance tal-espatrijazzjoni kollha.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li, konformement mal-punti 32 u 33 tas-sentenza tal-24 ta’ April 2001, Miranda vs Il-Kummissjoni (T-37/99, EU:T:2001:122), mal-ġurisprudenza Del Vaglio (kawża li kienet tat lok għad-digriet tat-12 ta’ Ottubru 2004, Del Vaglio vs Il-Kummissjoni, C-352/03 P, mhux ippubblikat, EU:C:2004:613) u mas-sentenza tal-15 ta’ Marzu 2011, Mioni vs Il-Kummissjoni (F-28/10, EU:F:2011:23), l-intenzjoni tar-rikorrent li jagħti effett li jdum liċ-ċentru tal-interessi tiegħu, bħal li jistabbilixxi r-residenza abitwali tiegħu, ma kellha ebda rabta mal-Belġju, peress li r-rikorrent b’mod partikolari mela dikjarazzjoni msejħa “Limosa” matul il-perijodu ta’ referenza tiegħu. B’konsegwenza, ir-rikorrent għandu dritt għall-allowance tal-espatrijazzjoni kollha. Barra minn hekk, huwa jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li, fit-tweġiba tagħha, il-konvenuta b’mod żbaljat tikkonċentra biss fuq il-preżenza “fiżika” tar-rikorrent fil-Belġju.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/56


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2019 — BASF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-472/19)

(2019/C 305/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BASF AS (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: E. Wright, Barrister-at-law, A. Rusanov u H. Boland, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, fl-intier tagħha jew sa fejn taffettwa lir-rikorrenti, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019) 4336 final tas-6 ta’ Ġunju 2019 li tikkonċerna, fil-qafas tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li fihom l-“esteri etiliċi tal-aċidu Omega-3” għall-użu orali fil-prevenzjoni sekondarja wara infart mijokardiku;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ma għandhiex bażi legali valida.

Ir-rikorrenti ssostni li, billi adottat id-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni Ewropea naqset milli tosserva u milli twettaq l-obbliga tagħha taħt l-Artikolu 116 tad-Direttiva 2001/83/KE (1);

B’mod iktar speċifiku, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta naqset milli turi li l-prodott mediċinali Omacor huwa ta’ ħsara, li huwa nieqes minn effikaċja terapewtika, li l-bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji ma huwiex favorevoli, jew li l-prodott mediċinali ma għandux il-kompożizzjoni kwalitattiva jew kwantitattiva ddikjarata;

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju stabbilit mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li jgħid li teżisti preżunzjoni tal-bilanċ favorevoli bejn ir-riskji u l-benefiċċji u tal-effikaċja ta’ Omacor u li hija l-Kummissjoni li għandha turi li d-data klinika disponibbli tikkonfuta din il-preżunzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li, billi adottat id-deċiżjoni kkontestata, il-konvenuta kisret il-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità taħt id-dritt tal-Unjoni.

Permezz ta’ dan il-motiv ir-rikorrenti terġa ssostni li l-konvenuta ma wrietx li Omacor huwa nieqes minn effikaċja terapewtika jew li l-bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji ma huwiex iktar favorevoli. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser manifestament il-prinċipju ta’ proporzjonalità;

Anki jekk, quod non, kien jeżisti tħassib fondat dwar l-effikaċja jew il-bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji ta’ Omacor, il-konvenuta kellha tikkunsidra miżuri li jirrispondu għal dan it-tħassib u li huma inqas restrittivi mid-deċiżjoni kkontestata.


(1)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/57


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2019 — NRW. Bank vs SRB

(Kawża T-478/17)

(2019/C 305/68)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NRW. Bank (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Flore u J. Seitz, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tas-16 ta’ April 2019 li tinkludi l-anness tagħha, rigward il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2019, kif ukoll id-dettalji tal-kalkolu, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti bin-numru ta’ identifikazzjoni tal-istituzzjoni DE05740;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Din l-azzjoni hija indirizzata kontra d-deċiżjoni tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-16 ta’ April 2019 (SRB/ES/SRF/2019/10) li tinkludi l-anness tagħha, rigward il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2019, kif ukoll id-dettalji tal-kalkolu, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti bin-numru ta’ identifikazzjoni tal-istituzzjoni DE05740.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni.

Ir-rikorrenti ssostni li, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, id-deċiżjoni kkontestata għandha sempliċement tiġi annullata, peress li l-konvenut kiser ir-rekwiżiti formali essenzjali meta adotta d-deċiżjoni kkontestata. Id-deċiżjoni kkontestata hija mingħajr motivazzjoni suffiċjenti, li madankollu hija obbligatorja skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata kisret ir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 (1) li għandu jiġi interpretat fid-dawl ta’ dispożizzjoni legali superjuri

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li mill-interpretazzjoni neċessarja tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 fid-dawl tad-Direttiva 2014/59/UE (2) u tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (3), jirriżulta li l-iffissar tal-ammont imwettaq mill-konvenut għandu jiġi orjentat b’mod obbligatorju lejn il-profil ta’ riskju, ħaġa li saret b’mod irregolari mill-konvenut. Minbarra dan, il-konvenut għandu jieħu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tal-interpretazzjoni tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63, l-għan stabbilit fid-Direttiva 2014/59/UE u fir-Regolament (UE) 806/2014 dwar il-protezzjoni tal-baġits pubbliċi, ħaġa li l-konvenut ma għamilx. Id-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza. Minbarra dan, l-applikazzjoni tal-konvenut tal-metodoloġija ta’ kalkolu fil-każ ta’ self bankarju fuq l-internet tikser ir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 806/2014.

3.

It-tielet motiv, ibbażat, sussidjarjament, fuq il-fatt li l-Artikolu 5(1)(f) tar-Regolament ta’ Delega(UE) 2015/63 jikser dispożizzjoni legali superjuri

Ir-rikorrenti ssostni li fil-każ li interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1)(f) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 li tkun konsistenti ma’ dispożizzjoni legali superjuri, jiġfieri r-Regolament (UE) Nru 806/204, id-Direttiva 2014/59/UE kif ukoll il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament, ma tkunx possibbli, l-Artikolu 5(1)(f) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 jikser dispożizzjoni legali superjuri, huwa illegali u l-konvenut ma kellux japplikah.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat, sussidjarjament, fuq il-fatt li l-ksur tal-metodoloġija ta’ kalkolu tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 jikser dispożizzjoni legali superjuri

Ir-rikorrenti tallega li, jekk il-konvenut applika l-metodoloġija ta’ kalkolu b’mod konsistenti mar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63, il-metodoloġija ta’ kalkolu stabbilita fir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 stess tikser dispożizzjoni legali superjuri. Il-metodoloġija ta’ kalkolu ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-orjentazzjoni obbligatorja stabbilita skont ir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 u d-Direttiva 2014/59/UE.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/81 (4).

Fil-kuntest tal-ħames motiv, ir-rikorrenti ssostni li, b’riferiment għall-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/81, fid-dawl tal-fatt li r-rikorrenti waqfet milli taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-konvenut kellu jnaqqas l-ammont kollu li kien għadu dovut tal-kontribuzzjoni li tħallset mir-rikorrenti fis-sena 2015 u li diġà ġie ttrasferit fis-Single Resolution Fund (SRF).


(1)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).

(2)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).

(3)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

(4)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81 tad-19 ta’ Diċembru 2014 li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 15, p. 1).


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/58


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2019 — Hypo Vorarlberg Bank vs SRB

(Kawża T-479/19)

(2019/C 305/69)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hypo Vorarlberg Bank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentanti: G. Eisenberger u A. Brenneis, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-16 ta’ April 2019 li tinkludi l-anness tagħha, rigward il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2019 (Ref: SRB/ES/SRF/2019/10) (“Decision of the Single Resolution Board of 16 April 2019 on the calculation of the 2019 ex-ante contributions to the Single Resolution Fund (SRB/ES/SRF/2019/10)”), u fi kwalunkwe każ, sa fejn din id-deċiżjoni, inkluż l-anness tagħha, tikkonċerna l-kontribuzzjoni li għandha titħallas mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba l-komunikazzjoni inkompleta tad-deċiżjoni kkontestata

Id-deċiżjoni kkontestata ma kinitx ġiet ikkomunikata b’mod sħiħ lir-rikorrenti bi ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 TUE, tal-Artikoli 15, 296 u 298 TFUE kif ukoll tal-Artikoli 42 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”). L-għarfien tal-indikazzjonijiet mhux ikkomunikati, bħala element ċentrali tad-deċiżjoni, huwa neċessarju, sabiex il-kalkoli tal-kontribuzzjonijiet ikunu jistgħu jiġu mifhuma u eżaminati.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata

Id-deċiżjoni kkontestata kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE kif ukoll l-Artikolu 41(1) u (2)(ċ) tal-Karta, minħabba li la l-bażijiet u lanqas id-dettalji tal-kalkolu ma ġew żvelati. Fir-rigward tal-marġni ta’ diskrezzjoni tal-konvenut, ma kienx ġie spjegat liema evalwazzjonijiet saru mill-konvenut fuq liema bażijiet.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba assenza ta’ smigħ u nuqqas ta’ osservanza tad-dritt għal smigħ

Id-dritt għal smigħ tar-rikorrenti ma kienx ġie rrispettat, bi ksur tal-Artikolu 41(1) u (2)(a) tal-Karta, kemm qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata kif ukoll qabel l-adozzjoni tal-komunikazzjoni ta’ kontribuzzjoni bbażata fuq dik id-deċiżjoni

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq illegalità tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 (1) bħala bażi legali għad-deċiżjoni kkontestata

Fil-kuntest tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Artikoli 4 sa 7 u 9, kif ukoll l-Anness I tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 — dispożizzjonijiet li jifformaw il-bażi għad-deċiżjoni kkontestata — joħolqu sistema opaka għall-istabbiliment ta’ kontribuzzjonijiet, li tmur kontra l-Artikoli 16, 17 u 47 tal-Karta u li fiha l-konformità mal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta u l-osservanza tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali ma humiex żgurati. Dan il-motiv huwa invokat sussidjarjament ukoll fil-kuntest ta’ dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/59/UE (2) u tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (3) li b’mod obbligatorju jeżiġu s-sistema ta’ kontribuzzjoni stabbilita bir-Regolament ta’ Delega 2015/63, sistema li, fil-fehma tar-rikorrenti, hija inkompatibbili mad-drittijiet fundamentali u mal-valuri fundamentali ċċitati tad-dritt tal-Unjoni.


(1)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).

(2)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).

(3)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/59


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2019 — Portigon vs SRB

(Kawża T-481/19)

(2019/C 305/70)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Portigon AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Bliesener, V. Jungkind u F. Geber, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tas-16 ta’ April 2019 rigward il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2019 (Ref: SRB/ES/SRF/2019/10), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

tissospendi l-proċedura skont l-Artikolu 69(c) u (d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali sakemm id-deċiżjoni fil-Kawżi T-365/16, T-420/17 u T-413/18 tkun kisbet l-awtorità ta’ res judicata jew sakemm dawn il-kawżi jiġu mitmuma b’mod ieħor;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 70(2)(1) sa (3) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (1), flimkien mal-Artikolu 8(1)(d) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 215/81 (2), mal-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE (3) kif ukoll mal-Artikolu 114 TFUE.

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenut kien illegalment issuġġetta lir-rikorrenti għall-obbligu ta’ kontribuzzjoni, peress li r-Regolament (UE) Nru 806/2014 u d-Direttiva 2014/59/UE ma jipprevedu ebda obbligu ta’ kontribuzzjoni għall-istituzzjonijiet taħt riżoluzzjoni. L-Artikolu 114 TFUE jipprojbixxi l-ġbir ta’ kontribuzzjonijiet minn istituzzjonijiet bħar-rikorrenti.

Minħabba l-assenza ta’ rabta mas-suq intern, il-leġiżlatur ma setax jibbaża l-obbligu ta’ kontribuzzjoni fuq l-Artikolu 114 TFUE. Regoli armonizzati li jirregolaw kontribuzzjonijiet mal-Unjoni Ewropea kollha la jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali u lanqas jirrimedjaw distorsjonijiet importanti tal-kompetizzjoni fir-rigward ta’ istituzzjonijiet li jirtiraw mis-suq.

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenut kien illegalment issuġġetta lir-rikorrenti għall-obbligu ta’ kontribuzzjoni, peress li l-istituzzjoni ma hijiex esposta għal riskju, peress li riżoluzzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 hija eskluża u peress li l-istituzzjoni ma għandha ebda importanza għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

Sa mill-2012, ir-rikorrenti ma twettaq ebda negozju ġdid u hija taħt riżoluzzjoni minħabba deċiżjoni dwar għajnuna meħuda mill-Kummissjoni. Hija żżomm il-parti l-kbira tal-obbligazzjonijiet li fadlilha fuq trust għal organu ieħor.

Ir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 (4) jikser l-Artikolu 114 TFUE kif ukoll l-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE bħala sistema essenzjali relatata mal-kalkolu tal-kontribuzzjoni (it-tieni sentenza tal-Artikolu 290(1) TFUE).

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41(2(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), peress li l-proċedura ta’ kalkolu ma tippermetti ebda motivazzjoni sħiħa tad-deċiżjoni kkontestata. Sa fejn il-kalkolu jkun ibbażat fuq ir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63, dan ma huwiex applikabbli.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 16 u 20 tal-Karta, peress li, minħabba s-sitwazzjoni speċjali tar-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Minbarra dan, id-deċiżjoni kkontestata tinterferixxi b’mod sproporzjonat mal-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv (sussidjarju), ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 flimkien mal-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE, peress li l-konvenut, fil-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjoni, kellu jnaqqas obbligazzjonijiet li huma mingħajr riskju mill-obbligazzjonijiet rilevanti.

5.

Il-ħames motiv (sussidjarju), ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 70(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/201 flimkien mal-Aritkolu 5(3) u (4) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 billi l-konvenut ikkalkola b’mod żbaljat il-kontribuzzjoni tar-rikorrenti, abbażi ta’ kalkolu gross tal-kuntratti derivattivi.

6.

Is-sitt motiv (sussidjarju), ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 70(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 flimkien mal-Artikolu 6(8)(a) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63, peress li l-konvenut b’mod żbaljat ikkunsidra lir-rikorrenti bħala istituzzjoni fi proċess ta’ riorganizzazzjoni.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41(1) u (2)(a) tal-Karta, peress li l-konvenut kellu jisma’ lir-rikorrenti qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1 u 2(ċ) tal-Karta kif ukoll tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, peress li l-konvenut naqas milli jipprovdi motivazzjoni suffiċjenti għad-deċiżjoni kkontestata.


(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81 tad-19 ta’ Diċembru 2014 li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 15, p. 1).

(3)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).

(4)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/61


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2019 — CV et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-496/19)

(2019/C 305/71)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CV, CW u CY (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li permezz tagħha tiċħad it-talba tagħhom tal-4 ta’ Ġunju 2018;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-applikazzjoni tagħhom għal adozzjoni ta’ miżuri li jtemmu ksur tal-prinċipju ta’ ekwivalenza tal-kapaċità ta’ akkwist bejn l-uffiċjali u membri tal-persunal indipendentement mill-post tal-impjieg tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju ta’ ekwivalenza tal-kapaċità ta’ akkwist bejn l-uffiċjali, indipendentement mill-post tal-impjieg tagħhom. Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn assenza totali ta’ motivazzjoni, li tipprekludihom milli jifhmu l-fondatezza ta’ din id-deċiżjoni u ma tippermettix lill-Qorti Ġenerali teżerċita l-istħarriġ tagħha. Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jqisu li huma jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom fl-istess kundizzjonijiet bħall-kollegi tagħhom li huma impjegati mar-rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Pariġi u li għalhekk għandhom jirċievu, bħal dawn tal-aħħar, allowance b’rata fissa. Fl-aħħar nett, huma jikkunsidraw li l-osservanza tal-prinċipju ta’ ekwivalenza tal-kapaċità ta’ akkwist hija inkompatibbli mal-eżistenza tal-istess koeffiċjent ta’ korrezzjoni għall-uffiċjali impjegati f’Pariġi, Strasbourg, Marseille u Valenciennes.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, sa fejn ir-rikorrenti ma jirċivux l-allowance b’rata fissa, kuntrarjament għall-kollegi tagħhom impjegati mar-rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Pariġi, minkejja li huma jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom fl-istess kundizzjonijiet bħalhom.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura li jobbliga lill-awtorità kompetenti tindika, fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, ir-raġunijiet li wassluha sabiex tagħti prijorità lill-interess tas-servizz.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/62


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2019 — CZ et vs SEAE

(Kawża T-497/19)

(2019/C 305/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CZ, DB, DC u DD (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-SEAE li tiċħad it-talba tagħhom tal-4 ta’ Ġunju 2018;

tikkundanna s-SEAE għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE li tiċħad it-talba tagħhom għal adozzjoni ta’ miżuri ta’ natura li jtemmu l-ksur tal-prinċipju ta’ ta’ ekwivalenza tal-kapaċità tal-akkwist bejn l-uffiċjali u membri tal-persunal indipendentement mill-post ta’ xogħol tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju ta’ ekwivalenza tal-kapaċità tal-akkwist bejn l-uffiċjali, indipendentement mill-post ta’ xogħol tagħhom. Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn assenza totali ta’ motivazzjoni, li tipprekludihom milli jifhmu l-fondatezza ta’ din id-deċiżjoni u li ma tippermettix lill-Qorti Ġenerali teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha. Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jqisu li huma jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom fl-istess kundizzjonijiet bħall-kollegi tagħhom li l-post tax-xogħol tagħhom huwa r-rapreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Pariġi u li huma għandhom għalhekk jirċievu, bħal dawn tal-aħħar, allowance b’rata fissa. Fl-aħħar nett, huma jikkunsidraw li l-osservanza tal-prinċipju ta’ ekwivalenza tal-kapaċità tal-akkwist hija inkompatibbli mal-eżistenza ta’ koeffiċjent ta’ korrezzjoni uniku għall-uffiċċjali li l-post tax-xogħol tagħhom huwa Pariġi, Strasbourg, Marseille u Valenciennes

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, sa fejn ir-rikorrenti ma jirċivux l-allowance b’rata fissa, għall-kuntrarju tal-kollegi tagħhom li l-post tax-xogħol tagħhom huwa r-rapreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Pariġi, filwaqt li huma jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom fl-istess kundizzjonijiet bħalhom.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura li jimponi fuq l-awtorità kompetenti li tindika, fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, ir-raġunijiet li li wassluha sabiex tagħti prijorità lill-interess tas-servizz.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/63


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2019 — DE vs Il-Parlament

(Kawża T-505/19)

(2019/C 305/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: DE (rappreżentant: T. Oeyen, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Ottubru 2018 li tirrifjuta li tagħti leave speċjali adegwat lir-rikorrent sabiex jieħu ħsieb l-ulied tewmin tiegħu li kienu għadhom kif twieldu permezz ta’ maternità surrogata.

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet għal ugwaljanza fit-trattament u għal nondiskriminazzjoni.

Billi rrifjutat li tagħti lir-rikorrent drittijiet għal leave tat-twelid li huma ekwivalenti għal leave tal-maternità u/jew għal leave tal-adozzjoni, id-deċiżjoni kkontestata tikser id-drittijiet fundamentali tar-rikorrent għal ugwaljanza fit-trattament u għal nondiskriminazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fl-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u fl-Artikolu 1(d) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE. Peress li l-persuni omosesswali huma l-grupp predominanti ta’ ġenituri li jagħmlu użu mill-maternità surrogata, dawn huma affettwati negattivament b’mod sproporzjonat mill-interpretazzjoni li l-Parlament jagħmel tad-dispożizzjonijiet dwar il-leave tat-twelid tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE kif riflessa fid-deċiżjoni kkontestata.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-protezzjoni tal-ħajja privata tar-rikorrent.

Billi rrifjutat li tagħti lir-rikorrent leave speċjali adegwat sabiex jieħu ħsieb l-ulied tiegħu li kienu għadhom kif twieldu, ewkivalenti għal leave tal-maternità u/jew għal leave tal-adozzjoni, id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8 KEDB, li jipproteġi d-dritt tar-rikorrent għal ħajja privata, moqri flimkien mal-Artikolu 14 KEDB.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ttieħdet bi ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

B’mod partikolari, huwa jallega li l-konvenut (i) naqas milli jagħti lir-rikorrent id-dritt għal smigħ; u (ii) naqas milli jagħti raġunijiet adegwati għad-deċiżjoni tiegħu.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar leave speċjali fir-Regolamenti tal-Persunal tal-UE kif interpretati mill-konvenut fid-deċiżjoni kkontestata.

Għall-istess raġunijiet stipulati fl-ewwel sat-tielet motiv hawn fuq, huwa jallega li l-interpretazzjoni tal-konvenut tal-Artikolu 57 tar-Regolamenti tal-Persunal, moqri flimkien mal-Artikolu 6 tal-Anness V ta’ dawn ir-regolamenti, kif riflessa fid-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri li uffiċjali jew impjegati oħra tal-Parlament Ewropew li jsiru ġenituri ta’ wild permezz ta’ maternità surrogata ma għandhomx dritt għal leave speċjali ekwivalenti għal leave tal-maternità u/jew għal leave tal-adozzjoni, hija illegali.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 6 tal-Anness 2 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE u tar-Regoli Interni tal-Parlament Ewropew li jirregolaw il-leave.

F’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li r-rikorrent ma għandux dritt għal leave tat-twelid ekwivalenti għal dak mogħti bħala leave tal-maternità jew leave tal-adozzjoni, ir-rikorrent isostni li, bħala missier ta’ tewmin, huwa għandu dritt għal 20 jum ta’ leave. Dan id-dritt japplika irrispettivament mill-mekkaniżmu legali li bih ir-rikorrent kiseb ir-responsabbiltà tal-ġenituri.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/64


Rikors ippreżentat fid-19 ta’Lulju 2019 — Lego vs EUIPO — Delta Sport Handelskontor (Blokki tal-bini minn sett ta’ bini tal-ġugarelli)

(Kawża T-515/19)

(2019/C 305/74)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lego A/S (Billund, id-Danimarka) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Delta Sport Handelskontor GmbH (Hamburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Komunità rreġistrata Nru 1664 368-0006

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ April 2019 fil-Każ R 31/2018-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

iżżomm id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Invalidità tad-Disinn tal-EUIPO tat-30 ta’ Ottubru 2017 li tiċħad it-talba għall-dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn tal-Komunità rreġistrata Nru 1664 368-0006;

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk il-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem l-EUIPO tintervjeni, l-intervenjenti, għall-ispejjeż tal-proċedimenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 62 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/65


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2019 — Sipcam Oxon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-518/19)

(2019/C 305/75)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sipcam Oxon SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: C. Mereu, P. Sellar, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikkjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/677 tad-29 ta’ April 2019;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li r-Regolament ikkontestat ġie adottat abbażi ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li r-Regolament ikkontestat jirriżulta minn proċedura li matulha d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti ma ġewx irrispettati.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li r-Regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba li ġew applikati linji gwida b’mod żbaljat.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li r-Regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq li r-Regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/66


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2019 — Forte vs Il-Parlament

(Kawża T-519/19)

(2019/C 305/76)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Mario Forte (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: C. Forte u G. Forte, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Prinċipalment, tannulla l-att ikkontestat;

Prinċipalment, tannulla kull att preċedenti, konness u sussegwenti għall-att ikkontestat li jipproduċi effetti ġuridiċi fir-rigward tar-rikorrent;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew D(2019)20777 iffirmata minn Sune Hansen, Kap tad-Diviżjoni Remunerazzjonijiet u Drittijiet Soċjali tal-Membri Parlamentari, diviżjoni li hija parti mid-Direttorat tad-Drittijiet Finanzjarji u Soċjali fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li tistabbilixxi mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni relatati mal-waqfien tal-attività insegwitu għad-dħul fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2019 tad-Deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) u li tordna l-irkupru tal-ammont imħallas indebitament.

Il-motivi u l-argumenti ewlenin huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-345/19, Santini vs Il-Parlament; T-347/19, Falqui vs Il-Parlament u T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.

B’mod partikolari, huwa invokat in-nuqqas ta’ loġika wara l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, in-nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-legealità tad-Deliberazzjoni Nru 14/2018 fir-rigward tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li huma l-prinċipji ta’ raġonevolezza, ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza, ta’ prevedibilità u ta’ aspettattiva leġittima kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet miksuba, il-ksur tal-Artikolu 6 TUE; il-ksur tal-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, il-ksur tar-regolament finanzjarju, il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nuqqas ta’ retroattività tar-regoli kif ukoll il-ksur tal-prinċipju ta’ aċċess għall-protezzjoni u għall-ġustizzja.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/67


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2019 — Haswani vs Il-Kunsill

(Kawża T-521/19)

(2019/C 305/77)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: George Haswani (Yabroud, is-Sirja) (rappreżentant: G. Karouni, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/840 tas-27 ta’ Mejju 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/907 tad-29 ta’ Mejju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja;

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1245 tal-10 ta’ Lulju 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1241 tal-10 ta’ Lulju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/774 tat-28 ta’ Mejju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/806 tas-17 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/798 tas-17 ta’ Mejju 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja;

konsegwentement

tordna t-tneħħija ta’ isem George Haswani mill-annessi marbuta mal-atti msemmija iktar ’il fuq;

tikkundanna lill-Kunsill iħallas is-somma ta’ EUR 100 000 bħala kumpens għad-danni morali tar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent, li prova tagħhom ser tingħata mir-rikorrent matul il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jirriżulta mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE. Ir-rikorrent jikkritika lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea talli llimita ruħu li jaċċetta kunsiderazzjonijiet vagi u ġenerali mingħajr ma semma, b’mod speċifiku u konkret, ir-raġunijiet li għalihom huwa jqis, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu ta’ evalwazzjoni, li r-rikorrent għandu jkun suġġett għall-miżuri restrittivi inkwistjoni. Għalhekk, il-Kunsill ma jsemmi ebda element konkret u oġġettiv fil-konfront tar-rikorrent u li jista’ jiġġustigfika l-miżuri inkwistjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fil-ksur tad-drittijiet fundamentali. Ir-rikorrent isostni li l-miżura kontenzjuża għandha tiġi ddikjarata invalida, peress li din hija sproporzjonata fid-dawl tal-għan iddikjarat u tikkostitwixxi indħil żmiżurat fil-libertà ta’ intrapriża u fid-dritt għall-proprjetà, sanċiti, rispettivament fl-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-isproporzjonalità tirriżulta mill-fatt li l-miżura tikkonċerna kull attività ekonomika influwenti mingħajr ebda kriterju ieħor.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq l-assenza ta’ prova. Skont ġurisprudenza stabbilita, l-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju, iggarantit fl-Artikolu 47 tal-Karta, teżiġi b’mod partikolari li sabiex tistħarreġ il-legalità tar-raġunijiet li fuqhom hija bbażata id-deċiżjoni li isem persuna jiġi inkluż u miżmum fil-listi ta’ persuni kkonċernati mis-sanzjonijiet, il-qorti tal-Unjoni għandha tiżgura li din id-deċiżjoni hija msejjsa fuq bażi fattwali suffiċjentement solida. Skont ir-rikorrent, l-allegazzjonijiet tal-Kunsill fir-rigward kemm tar-“rabtiet stretti mar-reġim” kif ukoll dawk relatati mal-allegat rwol ta’ intermedjarju, fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet relatai maż-żejt bejn ir-reġim u l-EILL, għandhom jinċaħdu definittivament minħabba li dawn huma mingħajr bażi u huma vvizjati mill-assenza ta’ kull bażi fattwali li ssostnihom.

4.

Ir-raba’ motiv jirrigwarda t-talba għad-danni sa fejn l-imputazzjoni ta’ ċerti fatti gravi mhux ipprovati jesponu kemm lir-rikorrent kif ukoll lill-familja tiegħu għal perikoli, u dan jenfasizza l-importanza tad-dannu subit u jiġġustifika t-talba tiegħu għal kumpens.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/68


Rikors ippreżentat fit-23 ta’Lulju 2019 — Aldi vs EUIPO (BBQ BARBECUE SEASON)

(Kawża T-522/19)

(2019/C 305/78)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mühlheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u M. Minkner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “BBQ BARBECUE SEASON” bil-kuluri iswed, griż, abjad, oranġjo, oranġjo ċar u oranġjo skur — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 879 203

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Mejju 2019 fil-Każ R 1359/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/69


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2019 — Sky vs EUIPO — Safran Electronics & Defense (SKYNAUTE by SAGEM)

(Kawża T-523/19)

(2019/C 305/79)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sky Ltd (Isleworth, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Zalewska, lawyer, u A. Brackenbury, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Safran Electronics & Defense (Boulogne-Billancourt, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni SKYNAUTE by SAGEM — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 821 334

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Mejju 2019 fil-Każ R 919/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors tar-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti ta’ dan ir-rikors u tal-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/70


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2019 — Nord Stream 2 vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-526/19)

(2019/C 305/80)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nord Stream 2 AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentanti: L. Van den Hende, J. Penz, avukati u M. Schonberg, Solicitor)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Direttiva (UE) 2019/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż tar-rikorrenti f’dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ ugwaljanza fit-trattament peress li d-direttiva li temenda tħalli lir-rikorrenti mingħajr prospett ta’ deroga mill-applikazzjoni tar-regoli tad-Direttiva 2009/73/KE (1), minkejja l-kobor evidenti tal-investiment li kien diġà sar fid-data tal-adozzjoni tad-direttiva li temenda u saħansitra qabel ma ġiet inizjalment proposta, filwaqt li l-linji tal-pajpijiet l-oħra kollha għall-importazzjoni offshore eżistenti huma eliġibbli għal deroga.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur ksur tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ proporzjonalità peress li d-direttiva li temenda ma tistax tikseb l-għanijiet stabbiliti u ma tistax, fi kwalunkwe każ, tikkontribwixxi b’mod suffiċjentement sinjifikattiv għall-għanijiet li jikkontrobilanċjaw l-oneri li hija timponi.

3.

It-tielet motiv, huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea taċ-ċertezza legali peress li d-direttiva li temenda tonqos milli tinkorpora adattamenti xierqa fir-rigward tas-sitwazzjoni partikolari tar-rikorrenti, iżda għall-kuntrarju, hija mfassla speċifikament biex tħalli impatt negattiv fuqha.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-użu ħażin tal-poter, billi d-direttiva li temenda ġiet adottata għal għan differenti minn dawk l-għanijiet li għalihom ġew mogħtija l-poteri użati sabiex tiġi adottata.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali, billi d-direttiva li temenda ġiet adottata bi ksur tar-rekwiżiti imposti taħt il-Protokoll Nru 1 tat-TUE u TFUE dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, taħt il-Protokoll Nru 2 tat-TUE u t-TFUE dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tas-Sussidjarjetà u tal-Proporzjonalità, u tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni impost mill-Artikolu 296 TFUE.


(1)  Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE, ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/71


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2019 — Arranz de Miguel et vs BĊE u BUR

(Kawża T-528/19)

(2019/C 305/81)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ricardo Arranz de Miguel (Madrid, Spanja), Alejandro Arranz Padierna de Villapadierna (Madrid), Felipe Arranz Padierna de Villapadierna (Madrid), Ricardo Arranz Padierna de Villapadierna (Madrid), Nicolás Arranz Padierna de Villapadierna (Madrid) (rappreżentanti: R. Pelayo Jiménez u A. Muñoz Aranguren, abogados)

Konvenuti: Bank Ċentrali Ewropew, Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara lill-BUR u lill-BĊE responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali bħala konsegwenza tal-ommissjonijiet speċifikati fir-rikors u tikkundannahom jikkumpensaw lir-rikorrenti għad-danni kkawżati, stmati fil-valur patrimonjali tal-azzjonijiet tagħhom u, sussidjarjment, tikkundanna lill-istituzzjonijiet konvenuti jħallsu kumpens ekwivalenti għal EUR 0.8442 għal kull azzjoni.

iżżid l-ammont tal-kundanna bl-interessi kumpensatorji kkalkolati skont ir-rata annwali tal-inflazzjoni ddikjarata mill-EUROSTAT fi Spanja, mis-6 ta’ Ġunju 2017 sad-data tal-għoti tas-sentenza, flimkien mal-interessi moratorji, mid-data tas-sentenza li tirrikonoxxi l-obbligu ta’ kumpens tad-dannu sal-pagament effettiv tiegħu.

tikkundanna lill-istituzzjonijiet konvenuti jħallsu l-ispejjeż proċedurali.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2017, C-424, p. 42).

Fir-rigward tal-Bank Ċentrali Ewropew, qed jiġi allegat, b’mod partikolari, il-ksur tal-prinċipju ta’ aspettativi leġittimu u l-ksur tal-obbligu ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba.