|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2019/C 302/01 |
||
|
2019/C 302/02 |
||
|
2019/C 302/03 |
||
|
2019/C 302/04 |
||
|
2019/C 302/05 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 302/06 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 302/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9513 — Apax Partners/ADCO) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
6.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-3 ta’ Settembru 2019
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020
(2019/C 302/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314(3) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Billi:
|
1. |
Fil-5 ta' Ġunju 2019, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (1), |
|
2. |
Il-Kunsill eżamina l-proposta tal-Kummissjoni bil-ħsieb li jiddefinixxi pożizzjoni konsistenti, fuq in-naħa tad-dħul, mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (2), u fuq in-naħa tal-infiq, mar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014–2020 (3), |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 ġiet adottata mill-Kunsill fit-3 ta’ Settembru 2019.
It-test sħiħ huwa aċċessibbli għal konsultazzjoni jew għat-tniżżil mill-website tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
(1) COM(2019) 400 final.
|
6.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-3 ta’ Settembru 2019
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019
(2019/C 302/02)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
Billi:
|
— |
il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2019 ġie adottat definittivament fit-12 ta’ Diċembru 2018 (2), |
|
— |
fil-15 ta’ April 2019, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2019, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 ġiet adottata fit-3 ta’ Settembru 2019.
Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
|
6.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-3 ta’ Settembru 2019
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019
(2019/C 302/03)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
Billi:
|
— |
il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2019 ġie adottat definittivament fit-12 ta’ Diċembru 2018 (2), |
|
— |
fil-15 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2019, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 ġiet adottata fit-3 ta’ Settembru 2019.
Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
|
6.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-3 ta’ Settembru 2019
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019
(2019/C 302/04)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
Billi:
|
— |
il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2019 ġie adottat definittivament fit-12 ta’ Diċembru 2018 (2), |
|
— |
fit-22 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2019, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 ġiet adottata fit-3 ta’ Settembru 2019.
Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
|
6.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-3 ta’ Settembru 2019
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019
(2019/C 302/05)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
Billi:
|
— |
il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2019 ġie adottat definittivament fit-12 ta' Diċembru 2018 (2), |
|
— |
fit-2 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2019, |
|
— |
sabiex jiġi evitat nuqqas ta' fondi, jenħtieġ li l-aġġustamenti tal-baġits tal-istituzzjonijiet jiġu pproċessati malajr. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kunsill jipproċedi mingħajr dewmien fl-adozzjoni tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 għall-baġit ġenerali tal-2019. Għaldaqstant, huwa ġġustifikat li jitqassar il-perijodu ta' tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1, f'konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 ġiet adottata fit-3 ta’ Settembru 2019.
Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/6 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-5 ta’ Settembru 2019
(2019/C 302/06)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1058 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
117,97 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4588 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,89580 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,6825 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0863 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
139,30 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,9332 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,853 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
329,47 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3399 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7300 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,2835 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6210 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4602 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,6686 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7305 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5295 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 323,90 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,3765 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8996 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4033 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 605,38 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6327 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,412 |
|
RUB |
Rouble Russu |
72,9651 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
33,777 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,5036 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,7072 |
|
INR |
Rupi Indjan |
79,4125 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9513 — Apax Partners/ADCO)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 302/07)
1.
Fit-30 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Apax Partners LPP (“Apax Partners”, ir-Renju Unit), |
|
— |
ADCO Umweltdienste Holding GmbH (“ADCO”, il-Ġermanja). |
Apax Partners takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ ADCO kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Apax Partners: kumpanija prinċipali ta’ għadd ta’ entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment lil fondi ta’ ekwità privata li jinvestu f’firxa ta’ setturi tal-industrija madwar id-dinja,
— ADCO: kumpanija primarjament attiva fil-manifattura, il-bejgħ u l-kiri ta’ faċilitajiet sanitarji mobbli u xi ftit fil-kiri ta’ uffiċċji f’containers mobbli u fences fil-Ġermanja, kif ukoll f’pajjiżi oħra Ewropej, fl-Asja u fl-Istati Uniti.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9513 — Apax Partners/ADCO
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).