|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 287/01 |
||
|
2019/C 287/02 |
||
|
2019/C 287/03 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Thales/Gemalto (M.8797) |
|
|
2019/C 287/04 |
Taqsira Tad-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Il-Każ M.8797 — Thales/Gemalto) (notifikata bid-dokument C(2018) 222) ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 287/05 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9471 — Clearlake/TA/DigiCert) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2019/C 287/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9518 — CPPIB/EQT/BNVC Group Holdings) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-23 ta’ Awwissu 2019
(2019/C 287/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1065 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
117,79 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4559 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,90453 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,7165 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0893 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
138,10 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,9593 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,769 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
328,58 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3550 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7212 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,3815 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6396 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4741 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,6776 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7360 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5360 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 341,19 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,8439 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8439 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,3940 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 726,13 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6362 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,008 |
|
RUB |
Rouble Russu |
72,9469 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
33,997 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,5224 |
|
MXN |
Peso Messikan |
22,0041 |
|
INR |
Rupi Indjan |
79,3040 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
26.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/2 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar abbozz preliminarju ta’ deċiżjoni marbut mal-Każ M.8797 — Thales/Gemalto
Relatur: Il-Lussemburgu
(2019/C 287/02)
Konċentrazzjoni
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20.1.2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1). |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata taqa’ taħt dimensjoni tal-UE skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
Definizzjoni tas-suq
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni għas-swieq ġeografiċi u tal-prodotti rilevanti fl-abbozz tad-Deċiżjoni. |
|
4. |
B’mod partikolari, il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel li s-swieq ta’ prodotti li ġejjin jenħtieġ li jkunu distinti:
|
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq ġeografiċi rilevanti rigward:
|
Il-valutazzjoni kompetittiva
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata tista’ twassal għal effetti orizzontali mhux koordinati li jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva għal HSMs għal Użu Ġenerali fis-suq taż-ŻEE jew fis-suq dinji l-aktar minħabba t-tneħħija tar-restrizzjonijiet kompetittivi importanti li Thales u Gemalto eżerċitaw fuq xulxin, flimkien man-numru limitat ħafna ta’ kompetituri alternattivi kredibbli. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata mhux se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba l-effetti tagħha fuq is-swieq affettwati li ġejjin:
|
Rimedju
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti mill-Partijiet Notifikanti fid-9 ta' Novembru 2018 skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet jindirizzaw it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni fir-rigward tas-suq taż-ŻEE jew tas-suq dinji għall-HSMs għal Użu Ġenerali. |
|
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata, soġġetta għal konformità sħiħa mal-impenji offruti mill-Partijiet Notifikanti fid-9 ta' Novembru 2018, x'aktarx mhijiex se tfixkel b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f'parti sostanzjali minnu. |
|
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv (10 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata għalhekk jenħtieġ li tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE. |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
26.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/4 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Thales/Gemalto
(M.8797)
(2019/C 287/03)
1.
Fit-18 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta li permezz tagħha Thales S.A. (“Thales”) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”), il-kontroll sħiħ ta’ Gemalto N.V. (“Gemalto”) (“it-Tranżazzjoni Proposta”).
2.
Fit-23 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni biex tibda proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet filwaqt li sabet li t-Tranżazzjoni Proposta tqajjem dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE. Fil-21 ta’ Awwissu 2018, Thales ippreżentat kummenti bil-miktub dwar din id-deċiżjoni.
3.
Fl-10 ta’ Ottubru 2018 Thales ippreżentat l-ewwel sensiela ta’ impenji proposti sabiex tindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni. Fil-11 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni nediet l-eżami tas-suq tal-impenji proposti. Abbażi ta’ feedback li ħareġ mill-ittestjar tas-suq ta’ dan il-pakkett min-naħa tal-Kummissjoni, Thales ippreżentat impenji riveduti fis-7 ta’ Novembru 2018 (l-“Impenji Finali”).
4.
Il-Kummissjoni ma għamlitx dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet b’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (3). Ma saret l-ebda seduta ta’ smigħ formali skont l-Artikolu 14 ta’ dak ir-regolament.
5.
Parti terza interessata tħalliet tidħol għall-proċedimenti kurrenti.
6.
L-abbozz ta’ deċiżjoni kkonkluda li l-Impenji Finali jistgħu jneħħu d-dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tat-Tranżazzjoni Proposta mas-Suq Intern. Għaldaqstant tiddikjara li t-Tranżazzjoni Proposta hija kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE, dment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet u obbligi.
7.
B’mod ġenerali, inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ġie rrispettat matul il-proċedimenti preżenti.
Brussell, id-29 ta’ Novembru 2018.
Joos STRAGIER
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1); Rettifika fil-ĠU L 172, 6.5.2004, p. 9.
|
26.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/5 |
Taqsira tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-11 ta’ Diċembru 2018
li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
(Il-Każ M.8797 — Thales/Gemalto)
(notifikata bid-dokument C(2018) 222)
(il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 287/04)
Fil-11 ta’ Diċembru 2018 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f'każ ta' fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) , u partikolarment l-Artikolu 8(1) ta' dan ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa, billi l-każ jista' jkun fil-forma ta' verżjoni proviżorja, hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-każ fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, f'dan l-indirizz: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html.
I. IL-PROĊEDURA
|
(1) |
Fit-18 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) li permezz tagħha Thales S.A. (“Thales” jew “il-Parti Notifikanti”, Franza) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdieni ta’ Gemalto N.V. (“Gemalto”, in-Netherlands) (it-“Tranżazzjoni”) (3). Minn hawn ’il quddiem Thales u Gemalto huma msejħa kollettivament il-“Partijiet”. |
|
(2) |
Wara eżami preliminari tal-avviż u fuq il-bażi tal-investigazzjoni tas-suq tal-ewwel fażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni qanqlet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern fir-rigward tas-suq għal Moduli tas-Sigurtà tal-Hardware (Hardware Security Modules, “HSM”) u adottat deċiżjoni biex tibda proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet fit-23 ta’ Lulju 2018 (id-“Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c)”). |
|
(3) |
Fis-26 ta’ Lulju 2018, it-tieni fażi tal-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet estiża b’20 jum tax-xogħol wara talba tal-Parti Notifikanti skont l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
(4) |
Fil-21 ta’ Awwissu 2018, il-Parti Notifikanti ppreżentat il-kummenti bil-miktub tagħha għad-Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c) (it-“Tweġiba skont l-Artikolu 6(1)(c)”). |
|
(5) |
Fl-10 ta’ Ottubru 2018, il-Parti Notifikanti ppreżentat impenji skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet sabiex tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni. |
|
(6) |
Fis-7 ta’ Novembru 2018, il-Parti Notifikanti ppreżentat impenji riveduti skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet sabiex tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni. |
II. IL-PARTIJIET U T-TRANŻAZZJONI
|
(7) |
Thales hija grupp internazzjonali rreġistrat fi Franza u kkwotat fil-Borża Euronext ta’ Pariġi. Thales hija attiva mad-dinja kollha f’ħames oqsma ewlenin: (i) l-aeronawtika; (ii) l-ispazju; (iii) it-trasport fuq l-art; (iv) id-difiża; u (v) is-sigurtà. Fl-2017, hija kellha dħul globali ta’ EUR 15,8 biljun, operazzjonijiet f’56 pajjiż u 64 100 impjegat. |
|
(8) |
Gemalto hija kumpanija internazzjonali tas-sigurtà diġitali rreġistrata fin-Netherlands u kkwotata fil-Borża Euronext ta’ Pariġi u ta’ Amsterdam. Gemalto hija attiva mad-dinja kollha f’sitt oqsma ewlenin: (i) pjattaformi u servizzi mobbli; (ii) software u prodotti inkorporati f’apparati mobbli; (iii) sistemi ta’ pagament; (iv) programmi tal-gvern; (v) it-trażmizzjoni ta’ data minn magna għall-magna (Internet tal-Oġġetti (jew Internet of Things, “IoT”); u (vi) is-sigurtà tal-intrapriża. Gemalto ġiet stabbilita fl-2006 bħala riżultat tal-kombinazzjoni ta’ Axalto Holding N.V. u Gemplus International S.A. Fl-2017, Gemalto kellha dħul globali ta’ madwar EUR 3 biljun, operazzjonijiet f’47 pajjiż u 15 000 impjegat. |
|
(9) |
Skont ftehim dwar l-għaqdiet (il-“Ftehim dwar l-Għaqdiet”) li daħal fis-seħħ fis-17 ta’ Diċembru 2017, Thales takkwista l-ishma ordinarji kollha maħruġa u pendenti u l-ishma tad-depożitorju Amerikan f’Gemalto permezz ta’ offerta pubblika sħiħa rrakkomandata rregolata mil-liġi Netherlandiża, li se tiġi estiża b’mod partikolari għal Franza u għall-Istati Uniti. L-offerta hija soġġetta għas-sodisfazzjon jew l-eżenzjoni minn kundizzjonijiet normali, inklużi iżda mhux limitati għal: (i) approvazzjonijiet regolatorji; (ii) livell minimu ta’ aċċettazzjoni ta’ mill-inqas 67 % tal-ishma ta’ Gemalto; (iii) l-assenza ta’ effett negattiv materjali; (iv) l-assenza ta’ ksur materjali tal-Ftehim dwar l-Għaqdiet; u (v) il-fatt li ebda offerta superjuri ma tkun saret jew ġiet aċċettata. |
|
(10) |
Għaldaqstant, it-Tranżazzjoni tirriżulta f’konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
III. ID-DIMENSJONI TAL-UE
|
(11) |
It-tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-UE fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
IV. IS-SWIEQ RILEVANTI
|
(12) |
Id-Deċiżjoni tidentifika s-swieq rilevanti li ġejjin: HSMs għal Użu Ġenerali (General Purpose (GP) HSMs), HSMs għal Pagamenti (Payment HSMs), software ta’ tagħmir kriptografiku, kriptaġġ ta’ networks għal data f’moviment, manifattura u provvista ta’ SIM cards, u pjattaforma ta’ amministrazzjoni ta’ OTA SIM cards. |
a. HSMs għal Użu Ġenerali u HSMs għal Pagamenti
|
(13) |
Wara r-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq fil-Fażi I u II, il-Kummissjoni tqis li hemm suq separat għall-HSMs għal Użu Ġenerali u l-HSMs għal Pagamenti. |
|
(14) |
Fir-rigward tas-sostitwibbiltà min-naħa tad-domanda, ma hemm l-ebda sostitwibbiltà min-naħa tad-domanda billi (i) l-HSMs għal Użu Ġenerali u l-HSMs għal Pagamenti huma mfassla u ċċertifikati għal każijiet ta’ użu differenti, (ii) l-HSMs għal Użu Ġenerali u l-HSMs għal Pagamenti huma teknikament differenti ħafna, (iii) l-HSMs għal Użu Ġenerali u l-HSMs għal Pagamenti għandhom propożizzjonijiet kummerċjali differenti, (iv) l-ipprezzar differenzjat bejn l-HSMs għal Użu Ġenerali u l-HSMs għal Pagamenti jirrifletti l-funzjonalitajiet differenti / propożizzjonijiet differenti tagħhom, (v) il-klijenti tal-HSMs għal Użu Ġenerali u tal-HSMs għal Pagamenti għandhom xejriet ta’ xiri differenti. |
|
(15) |
Fir-rigward tas-sostitwibbiltà min-naħa tal-provvista, ma hemm l-ebda sostitwibbiltà min-naħa tal-provvista billi (i) d-disinji tal-HSMs għal Użu Ġenerali u l-HSMs għal Pagamenti jinvolvu teknoloġiji differenti, (ii) il-fornituri tal-HSMs għal Użu Ġenerali u l-HSMs għal Pagamenti jgħaddu minn proċess ta’ ċertifikazzjoni differenti, (iii) il-kompetituri tal-HSMs għal Użu Ġenerali u l-HSMs għal Pagamenti huma differenti, (iv) il-kompetituri attivi f’HSMs għall-Użu Ġenerali u HSMs għal Pagamenti ma setgħux faċilment jew malajr jaqilbu għall-provvista tat-tip HSM l-ieħor bi tweġiba għal żieda fil-prezz. |
|
(16) |
L-investigazzjoni tal-Kummissjoni pprovdiet aktar konferma li l-HSMs għal Użu Ġenerali u l-HSMs għal Pagamenti jitfasslu b’mod differenti, kemm f’dak li jirrigwarda l-hardware kif ukoll f’dak li jirrigwarda s-software. Filwaqt li d-differenzi fil-hardware jistgħu ma jkunux daqshekk ċari (Securosys issostni li din tista’ tibda tibni HSM għal Pagamenti fuq il-bażi tal-pjattaforma tal-HSM għal Użu Ġenerali tagħha; b’mod simili Futurex tqis li d-differenzi jikkonċernaw aktar il-firmware milli l-hardware), huwa s-software li jikkostitwixxi l-parti ferm ikbar tal-isforz ta’ investiment u li jidher ċar li huwa differenti b’mod li jservi każijiet distinti ta’ użu. Sabiex tinkiseb ċertifikazzjoni tal-PCI, l-HSMs għall-Pagamenti jridu jissodisfaw, fost l-oħrajn, rekwiżiti stretti ta’ sigurtà fiżika u loġika. Il-fatt li l-biċċa l-kbira tal-każijiet ta’ espansjoni minn suq HSM għal ieħor f’dawn l-aħħar snin saret permezz ta’ akkwisti, jappoġġa l-argument li l-iżvilupp tat-tip l-ieħor ta’ HSMs meta diġà qed jiġi mmanifatturat wieħed minnhom mhuwiex faċli. |
|
(17) |
Fir-rigward tad-definizzjoni tas-suq ġeografiku, il-Kummissjoni tqis li għal kull HSM għal Użu Ġenerali u HSM għal Pagamenti s-suq huwa mifrux mill-inqas maż-żona kollha taż-ŻEE jew madwar id-dinja iżda d-definizzjoni tista’ titħalla miftuħa għall-finijiet ta’ dan il-każ billi l-valutazzjoni kompetittiva ma tinbidilx għal-livelli ġeografiċi differenti. |
b. Swieq oħra tal-prodott rilevanti
|
(18) |
Il-Kummissjoni vvalutat ukoll swieq possibbli għas-software ta’ kriptaġġ (ES), għas-servizzi ta’ evalwazzjoni ta’ Sigurtà, għas-SIM Cards u għall-Ġestjoni tal-OTA SIM, u għall-cards intelliġenti għall-kontroll tal-Aċċess. |
|
(19) |
Software ta’ Kriptaġġ: il-Kummissjoni kkunsidrat jekk (i) software ta’ kriptaġġ jistax ikompli jinqasam f’segmenti għad-data li qed tintuża, għad-data wieqfa, u għad-data f’moviment, kif ukoll jekk aktar sottosegmentazzjonijiet humiex possibbli bbażati fuq il-livell u s-saffi ta’ kriptaġġ, u (ii) jekk il-kriptaġġ ta’ networks għad-data f’moviment tistax tifforma suq separat. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, id-definizzjoni eżatta tas-suq tal-prodott tista’ titħalla miftuħa billi t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva skont xi definizzjoni plawżibbli tas-suq, inklużi l-aktar swieq stretti possibbli għal (i) software ta’ kriptaġġ għal data wieqfa / li qed tintuża u subsegmenti oħra possibbli skont il-livell ta’ kriptaġġ (f’ħażna / diski, fajl/folder, bażi tad-data jew livell tal-applikazzjoni, tokenizzazzjoni u data mistura eċċ.) u (ii) kriptaġġ tan-networks għal data f’moviment u subsegmenti possibbli fuq il-bażi tas-saff li fuqu jsir il-kriptaġġ tan-network. Fir-rigward tas-suq ġeografiku rilevanti għas-software ta’ kriptaġġ u għall-kriptaġġ tan-networks, il-Kummissjoni qieset li s-suq huwa dinji jew tal-inqas mifrux maż-ŻEE. |
|
(20) |
Servizzi ta’ evalwazzjoni tas-sigurtà: il-Kummissjoni qieset il-kwistjoni dwar jekk is-suq tal-prodotti jikkonsistix mis-servizzi ta’ evalwazzjoni tas-sigurtà (ċibernetiċi) kollha jew jekk jeżistux swieq separati għal kwalunkwe segmentazzjoni ta’ dawn is-servizzi abbażi taċ-ċertifikazzjoni li għaliha ġie akkreditat il-laboratorju, u kkonkludiet li s-suq jista’ jitħalla miftuħ billi t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva skont kwalunkwe definizzjoni tas-suq plawżibbli, inkluż l-aktar suq dejjaq possibbli għas-servizzi ta’ evalwazzjoni tas-sigurtà tas-CSPN. Il-kwistjoni dwar jekk is-suq ġeografiku għas-servizzi ta’ evalwazzjoni tas-sigurtà (ċibernetiċi) huwiex dinji jew mifrux madwar iż-ŻEE tista’ titħalla miftuħa. |
|
(21) |
Is-SIM Cards u l-Ġestjoni tal-OTA SIM: il-Kummissjoni, f’konformità mal-prattika deċiżjonali tagħha, tikkonferma li s-suq tal-prodott rilevanti huwa s-suq għall-provvista tal-ġestjoni tal-OTA SIM cards u ta’ pjattaformi ta’ servizzi. Il-Kummissjoni tħalli miftuħa l-kwistjoni dwar jekk is-suq għall-manifattura u l-provvista ta’ SIM cards ikunx jikkostitwixxi suq separat u jekk l-integrazzjoni tal-GSM-R tikkostitwixxix suq separat billi t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva skont kwalunkwe definizzjoni plawżibbli tas-suq, inkluż l-aktar suq dejjaq possibbli għall-manifattura u l-provvista ta’ SIM cards u l-integrazzjoni tal-GSM-R. Is-suq ġeografiku rilevanti għal (i) manifattura u l-forniment ta’ SIM cards, (ii) il-ġestjoni tal-OTA SIM cards u tal-pjattaformi ta’ servizzi huwa mill-inqas mifrux maż-ŻEE, jekk mhux dinji. Rigward l-integrazzjoni tal-GSM-R, il-Kummissjoni tqis li s-suq huwa jew mifrux maż-ŻEE jew dinji fl-ambitu tiegħu. |
|
(22) |
Cards intelliġenti għall-kontroll tal-aċċess: id-definizzjoni eżatta tas-suq tal-prodott tista’ titħalla miftuħa billi t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva skont xi definizzjoni plawżibbli tas-suq, inkluż l-inqas suq possibbli inkluż għal (i) fiżiċi u (ii) cards biċ-ċippa mikroproċessuri għall-kontroll tal-aċċess loġiku. Id-definizzjoni eżatta tas-suq ġeografiku tista’ titħalla miftuħa. |
V. VALUTAZZJONI KOMPETITTIVA
|
(23) |
Il-valutazzjoni kompetittiva tal-Kummissjoni hija bbażata fuq l-evidenza kwalitattiva u kwantitattiva kollha fuq il-fajl tal-każ, b’mod partikolari fuq ir-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq, fuq id-dokumenti interni tal-Partijiet stess, fuq ir-rikostruzzjoni tas-suq, kif ukoll fuq intervisti mmirati ma’ parteċipanti fis-suq. |
|
(24) |
It-Tranżazzjoni tagħti lok għas-swieq li ġejjin affettwati orizzontalment:
|
|
(25) |
It-Tranżazzjoni tagħti lok għal swieq affettwati vertikalment fir-rigward tar-rabtiet bejn is-swieq li ġejjin:
|
a. HSMs għal Użu Ġenerali
|
(26) |
Skont ir-rikostruzzjoni tas-suq tal-Kummissjoni, Thales u Gemalto għandhom sehem tas-suq kombinat għall-2017 ta’ [70–80] % għall-HSMs għal Użu Ġenerali (Thales: [30–40] %; Gemalto: [30–40] %). Din iċ-ċifra ta’ 70-80 % hija kkonfermata minn parteċipanti oħra fis-suq. |
|
(27) |
L-investigazzjoni tas-suq ikkonfermat li Thales u Gemalto huma l-eqreb kompetitur ta’ xulxin. Iż-żewġ Partijiet jidher li għandhom rwol bħala forza kompetittiva importanti fis-suq. Kemm Thales kif ukoll Gemalto joffru prodott b’karatteristiċi simili ħafna, l-aktar importanti hu li kemm l-HSMs għal Użu Ġenerali ta’ Thales kif ukoll dawk ta’ Gemalto huma programmabbli. Iż-żewġ Partijiet jinvestu b’mod sinifikanti fir-Riċerka u l-Iżvilupp. Hemm biss għadd limitat ta’ fornituri alternattivi ta’ HSMs għal Użu Ġenerali li r-rwol u s-sehem tas-suq tagħhom huma aktar baxxi b’mod sinifikanti minn dawk tal-Partijiet. Barra minn Gemalto, parteċipant ieħor wieħed biss jitqies bħala kompetitur leġittimu għal Thales. |
|
(28) |
Rigward ir-restrizzjoni eżerċitata mill-Cloud Service Providers (CSPs), il-Kummissjoni tqis li d-domanda għall-HSMs fiżiċi se tibqa’. L-investigazzjoni tas-suq fil-Fażi I u l-Fażi II uriet li, minkejja t-tkabbir mistenni tal-cloud, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq il-cloud għadhom fil-bidu tagħhom u jaffettwaw biss applikazzjonijiet ġodda billi l-applikazzjonijiet storiċi jibqgħu marbuta mal-infrastruttura attwali bbażata fuq l-HSMs fiżiċi. Id-domanda għall-HMSs fiżiċi se tibqa’ kemm minħabba kwistjonijiet ta’ legat kif ukoll minħabba raġunijiet ta’ fiduċja u l-ħtieġa li tiġi żgurata sigurtà massima għaċ-ċwievet u d-data kriptata. |
|
(29) |
Il-manifatturi tradizzjonali tal-HSM bħal Thales, Gemalto u Utimaco jidhru li huma l-mexxejja fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ punt uniku ta’ servizz adattati għal klijenti li jixtiequ jaqsmu d-data (u għalhekk l-aċċess għaċ-ċwievet ta’ kriptaġġ) f’ambjenti fiżiċi u cloud. Skont il-Partijiet, Thales u Gemalto segwew mogħdijiet komplimentari, li permezz tagħhom Gemalto introduċiet l-offerta proprja tagħha għall-Protezzjoni tad-Data wara Talba (Data Protection on Demand, DPOD) iffukata fuq HSM/KSM aaS (as a service) filwaqt li Thales iffukat fuq il-portabbiltà ewlenija permezz ta’ Bring Your Own Key (BYOK). Iż-żewġ soluzzjonijiet huma maħsuba biex jiffaċilitaw l-operazzjonijiet tal-klijenti f’diversi clouds. |
|
(30) |
Il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva fir-rigward, tal-anqas, tas-suq taż-ŻEE għal HSMs għal Użu Ġenerali. |
b. HSMs għal Pagamenti
|
(31) |
Is-sehem tas-suq ta’ Gemalto fis-suq taż-ŻEE għal HSMs għal Pagamenti huwa ta’ [5–10] % għall-2017. Thales hija l-attur ewlieni f’dan is-suq filwaqt li Gemalto għandha sehem tas-suq ferm aktar baxx u ġġenerat dħul baxx ħafna fiż-ŻEE li kien stabbli f’dawn l-aħħar tliet snin. |
|
(32) |
Il-Kummissjoni tqis li Thales u Gemalto mhumiex kompetituri mill-qrib f’dan is-suq. |
|
(33) |
Il-Kummissjoni tqis li wara t-Tranżazzjoni l-entità fuża tkompli taffaċċja kompetizzjoni qawwija mill-bqija tal-manifatturi tal-HSMs għal Pagamenti bħal Atos, DocuSign, Futurex, MicroFocus, Prism, Realsec, Ultra Electronics, u Utimaco. |
|
(34) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni ma twassalx għal effetti orizzontali mhux koordinati fis-suq tal-HSMs għal Pagamenti, għall-inqas fis-suq taż-ŻEE. |
c. Kriptaġġ ta’ networks
|
(35) |
Is-sehem tas-suq ikkombinat tal-Partijiet huwa ta’ [20-30] % (Thales [0-5] %) fiż-ŻEE u [30-40] % madwar id-dinja (Thales [0-5] %). L-attivitajiet attwali ta’ Thales u ta’ Gemalto fis-suq għall-kriptaġġ ta’ networks u l-idjaq suq ipotetiku għall-kriptaġġ ta’ networks tal-Livell 2 huma limitati ħafna. L-ispazju tal-kriptaġġ ta’ networks tal-Livell 2 jirrappreżenta porzjon żgħir ħafna tas-suq tal-kriptaġġ ta’ networks li huwa kompetittiv ħafna, inklużi bosta atturi li joffru prodotti kriptati awtonomi tan-network. L-investigazzjoni tas-suq indikat b’mod qawwi li r-rispondenti huma newtrali fir-rigward tal-impatt fuq is-suq għas-software ta’ kriptaġġ, irrispettivament mid-definizzjoni eżatta tal-prodott u tas-suq ġeografiku. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward ta’ dan is-suq. |
d. Trikkib mhux orizzontali
|
(36) |
Fir-rigward ta’ (i) l-attivitajiet ta’ Gemalto fis-suq upstream għall-manifattura u l-forniment ta’ SIM cards u l-attivitajiet ta’ Thales fis-suq downstream għall-integrazzjoni tal-GSM-R u (ii) l-attivitajiet ta’ Gemalto fis-suq upstream għall-forniment ta’ pjattaformi ta’ ġestjoni tal-OTA SIM cards u l-attivitajiet ta’ Thales fis-suq downstream għall-integrazzjoni tal-GSM-R, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva. |
e. Konklużjoni
|
(37) |
Id-Deċiżjoni, għalhekk, tikkonkludi li t-Tranżazzjoni twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva fir-rigward tal-HSMs għal Użu Ġenerali għall-inqas fis-suq taż-ŻEE. |
VI. IMPENJI PPREŻENTATI MILL-PARTIJIET
|
(38) |
Biex jindirizzaw it-tħassib dwar il-kompetizzjoni msemmi aktar ’il fuq fis-suq tal-HSMs għal Użu Ġenerali, il-Partijiet ippreżentaw l-impenji deskritti hawn taħt. |
|
(39) |
L-impenji jikkonsistu fiċ-ċessjoni tan-negozju globali tal-HSMs għal Użu Ġenerali ta’ Thales, ikkummerċjalizzat taħt il-marka nShield (in-“Negozju f’Ċessjoni”). In-Negozju f’Ċessjoni huwa attwalment integrat f’Thales eSecurity, unità ta’ negozju li topera attivitajiet ta’ protezzjoni tad-data, li tinkludi HSMs għal Użu Ġenerali, HSMs għal Pagamenti, Ġestjoni Ewlenija u Software ta’ Kriptaġġ. |
|
(40) |
L-assi tanġibbli prinċipali li jiffurmaw parti mit-trasferiment huma: siti (fil-forma ta’ ftehimiet ta’ kiri), kif ukoll inventarju ta’ oġġetti lesti, għodod ta’ provvista, tagħmir ta’ ttestjar, materjal promozzjonali u ta’ bejgħ, dokumentazzjoni ta’ prodotti, u manwali tal-utenti relatati man-Negozju f’Ċessjoni. |
|
(41) |
Fir-rigward ta’ assi intanġibbli, in-Negozju f’Ċessjoni se jinkludi trasferiment, jew liċenzja (kif xieraq), tal-assi intanġibbli ewlenin li ġejjin: (i) il-marki kummerċjali u l-privattivi rreġistrati kollha ta’ nShield; (ii) il-proprjetà intellettwali addizzjonali mhux irreġistrata kollha inkluż l-għarfien espert, il-proċeduri tal-ittestjar, il-proċeduri ta’ manifattura, id-disinn tal-prodott, is-sigrieti kummerċjali, il-kodiċi tas-sors, u l-utilitajiet u l-libreriji assoċjati (inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u l-istandards tal-kontroll tal-kwalità); (iii) l-unitajiet kollha ta’ ġestjoni tal-istokks tal-prodotti nShield elenkati fil-lista tal-prezzijiet; (iv) iċ-ċessjoni min-naħa ta’ kull liċenzja, u tal-liċenzji deħlin kollha li huma meħtieġa għall-operazzjoni (jew li b’xi mod ieħor li jintużaw min-)Negozju f’Ċessjoni; (V) id-dokumentazzjoni kollha assoċjata mar-Riċerka u l-Iżvilupp għal prodotti li bħalissa qed jiġu kummerċjalizzati (jew li huma maħsuba biex jiġu kkummerċjalizzati) taħt il-marka nShield. |
|
(42) |
Fir-rigward tal-kriterji tal-akkwirent, it-test tal-kriterji tax-xerrej standard huwa ssupplimentat minn kriterju addizzjonali li “L-Akkwirent għandu jkun parteċipant b’esperjenza sinifikanti fl-HSM, jew f’qasam relatat mill-qrib, bħas-sigurtà tad-data, li jgawdi livell għoli ta’ fiduċja u reputazzjoni tajba f’dawn l-oqsma fost il-klijenti bbażati fiż-ŻEE. L-Akkwirent għandu juri permezz ta’ pjan tan-negozju, fl-istadju ta’ approvazzjoni tal-Akkwirent, li jkollu l-kapaċità u l-għarfien espert, fl-użu tal-assi tiegħu u tan-negozju f’Ċessjoni, li jipprovdi l-prodotti u s-servizzi rilevanti lill-klijenti taż-ŻEE b’mod affidabbli, anki għal applikazzjonijiet fil-qasam tas-sigurtà tal-intrapriżi u li għandu pjanijiet konkreti biżżejjed biex iwettaq (i) il-passi kollha meħtieġa biex jikseb u jkompli jikseb kull ċertifikazzjoni, u l-aġġornamenti tagħhom, meħtieġa biex jipprovdi HSMs għal Użu Ġenerali fiż-ŻEE; u (ii) ir-Riċerka u l-Iżvilupp meħtieġa għall-iżvilupp ulterjuri tan-Negozju f’Ċessjoni.” |
|
(43) |
Il-Kummissjoni tqis li l-kamp ta’ applikazzjoni tan-Negozju f’Ċessjoni huwa komprensiv biżżejjed billi l-Impenji għandhom ineħħu t-trikkib kollu bejn il-Partijiet b’rabta mas-suq dinji għall-HSMs għal Użu Ġenerali. Fil-prinċipju, huma għalhekk adattati biex ineħħu t-tħassib identifikat dwar il-kompetizzjoni. In-Negozju f’Ċessjoni jinkludi l-assi kollha u l-biċċa l-kbira tal-persunal li llum qed jikkontribwixxi għall-operazzjonijiet tan-negozju tal-HSMs għall-Użu Ġenerali u għalhekk huwa komprensiv biżżejjed billi jinkludi l-assi kollha meħtieġa għall-vijabbiltà u l-kompetittività tiegħu. |
|
(44) |
Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li l-Impenji jistgħu jneħħu dubji serji dwar il-kompatibbiltà tat-Tranżazzjoni mas-suq intern b’mod ċar. |
VII. KONKLUŻJONI U PROPOSTA
|
(45) |
Id-Deċiżjoni tikkonkludi li, soġġetta għall-konformità sħiħa mal-impenji mogħtija mill-Partijiet, it-Tranżazzjoni mhijiex se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’xi parti sostanzjali minnu. |
|
(46) |
Konsegwentement, id-Deċiżjoni tiddikjara t-Tranżazzjoni kompatibbli mas-suq intern, skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
(2) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1. B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) introduċa ċerti bidliet, bħas-sostituzzjoni tat-terminu “Komunità” bit-terminu “Unjoni” u t-terminu “suq komuni” bit-terminu “suq intern”. Tul dan is-sommarju kollu se tintuża t-terminoloġija tat-TFUE.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
26.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9471 — Clearlake/TA/DigiCert)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 287/05)
1.
Fit-12 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Clearlake Capital Group, L.P. (“Clearlake”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
TA Associates Management, L.P. (“TA”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
DigiCert Parent Inc (“DigiCert”, l-Istati Uniti tal-Amerika). |
Clearlake u TA jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ DigiCert kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Clearlake: investiment fl-ekwità privata, b’kumpaniji tal-portafoll attivi fis-software u fis-servizzi mħaddma bit-teknoloġija, fl-enerġija u fl-industrijali, u fil-prodotti / fis-servizzi tal-konsumatur,
— TA: investiment fl-ekwità privata, b’kumpaniji tal-portafoll attivi f’industriji selettivi, inklużi servizzi kummerċjali, il-konsumatur, servizzi finanzjarji, kura tas-saħħa u teknoloġiji,
— DigiCert: teknoloġija tas-sigurtà tal-intrapriżi u / jew soluzzjonijiet tas-software b’enfasi fuq ċertifikati diġitali ta’ assikurazzjoni għolja skalabbli (inklużi, b’mod partikulari, ċertifikati TLS / SSL) u soluzzjonijiet tal-Public Key Infrastructure għall-identità u l-kriptaġġ.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9471 — Clearlake/TA/DigiCert
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
26.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/12 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9518 — CPPIB/EQT/BNVC Group Holdings)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 287/06)
1.
Fl-20 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EQT Fund Management S.à r.l. (“EQT”, il-Lussemburgu), |
|
— |
Canada Pension Plan Investment Board (“CPPIB”, il-Kanada), |
|
— |
BNVC Group Holdings, Inc. (“BNVC Group Holdings”, l-Istati Uniti tal-Amerika). |
EQT u CPPIB jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ BNVC Group Holdings kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— l-impriża EQT: fond ta’ investiment,
— l-impriża CPPIB: il-ġestjoni tal-investiment,
— l-impriża BNVC Group Holdings: kumpanija azzjonarja ta’ Waystar, fornitur ta’ soluzzjonijiet a provider of revenue cycle management solutions for healthcare systems and providers in the United States.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9518 — CPPIB/EQT/BNVC Group Holdings
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).