ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 270

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
12 ta' Awwissu 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 270/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 270/02

Kawża C-458/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Saarbrücken — il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra K.P. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Ġlieda kontra t-terroriżmu — Miżuri restrittivi adottati kontra ċerti persuni u entitajiet — Iffriżar ta’ fondi — Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK — Artikolu 1(4) u (6) — Regolament (KE) Nru 2580/2001 — Artikolu 2(3) — Deċiżjoni tal-Kunsill li żżomm organizzazzjoni fuq il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi — Validità)

2

2019/C 270/03

Kawża C-612/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) — ir-Renju Unit) — C & J Clark International Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Antidumping — Interpretazzjoni u validità ta’ regolamenti li jimponu mill-ġdid dazji antidumping wara l-għoti, mill-Qorti tal-Ġustizzja, ta’ sentenza li tiddikjara invalidità — Bażi legali — Nuqqas ta’ retroattività — Preskrizzjoni)

3

2019/C 270/04

Kawża C-591/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Ġunju 2019 — Ir-Repubblika tal-Awstrija vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 18, 34, 56 u 92 TFUE — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi tariffa għall-użu tal-infrastrutturi għall-vetturi bil-mutur privati — Sitwazzjoni li fiha s-sidien ta’ vetturi rreġistrati f’dan l-Istat Membru jibbenefikaw minn eżenzjoni tat-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur ta’ ammont li jikkorrispondi għal din it-tariffa)

4

2019/C 270/05

Kawża C-607/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’ Högsta förvaltningsdomstolen — L-Isvezja) — Skatteverket vs Memira Holding AB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-kumpanniji — Grupp ta’ kumpanniji — Libertà ta’ stabbiliment — Tnaqqis tat-telf subit minn sussidjarja mhux residenti — Kunċett ta’ telf definittiv — Amalgamazzjoni-assorbiment tas-sussidjarja mill-kumpannija omm — Leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza tas-sussidjarja li tipprovdi għat-tnaqqis tat-telf fil-kuntest ta’ amalgamazzjoni biss lill-entità li tkun sostnietu)

5

2019/C 270/06

Kawża C-608/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’Högsta förvaltningsdomstolen — l-Isvezja) — Skatteverket/Holmen AB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-kumpanniji — Grupp ta’ kumpanniji — Libertà ta’ stabbiliment — Tnaqqis tat-telf subit minn sussidjarja mhux residenti — Kunċett ta’ telf definittiv — Applikazzjoni lil sussidjarja — Leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza tal-kumpannija omm li tirrikjedi li din tkun proprejtarja diretta tas-sussidjarja — Leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza tas-sussidjarja li tillimita l-imputazzjoni tat-telf u li tipprojbixxih fis-sena tal-istralċ)

6

2019/C 270/07

Kawża C-660/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2019 — RF vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Rikors għal annullament — Komunikazzjoni tar-rikors permezz tal-faks — Preżentata wara l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata tal-oriġinal tar rikors fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali — Dewmien fil-kunsinna tal-posta — Kunċett ta’ forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu)

7

2019/C 270/08

Kawża C-682/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgericht Berlin — il-Ġermanja) — ExxonMobil Production Deutschland GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra — Impjant ta’ trattament ta’ gass naturali — Irkupru tal-kubrit — Proċess Claus — Produzzjoni ta’ elettriku f’apparat awżiljarju — Produzzjoni ta’ sħana — Emissjoni ta’ diossidu tal-karbonju (CO2) inerenti — Artikolu 2(1) — Kamp ta’ applikazzjoni — Anness I — Attività ta’ kombustjoni ta’ karburanti — Artikolu 3(u) — Kunċett ta’ ġeneratur tal-elettriku — Artikolu 10a(3) u (4) — Sistema tranżitorja ta’ allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas — Deċiżjoni 2011/278/UE — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 3(c) — Kunċett ta’ subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tas-sħana)

7

2019/C 270/09

Kawża C-1/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa — il-Latvja) — Oribalt Rīga SIA, li kienet Oriola Rīga SIA vs Valsts ieņēmumu dienests (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Artikolu 30(2)(b) u (ċ) — Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Artikolu 152(1)(a) u (b) — Determinazzjoni tal-valur doganali tal-merkanzija — Kunċett ta’ merkanzija simili — Prodotti mediċinali — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ kull element li jista’ jkollu effett fuq il-valur ekonomiku tal-prodott mediċinali kkonċernat — Terminu ta’ 90 jum li fih il-merkanzija importata għandha tinbiegħ fl-Unjoni Ewropea — Terminu finali — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-iskontijiet kummerċjali)

8

2019/C 270/10

Kawża C-41/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale della Campania — l-Italja) — Meca Srl vs Comune di Napoli (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2014/24/UE — Artikolu 57(4)(c) u (g) — Għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Motivi fakultattivi ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni għal proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt — Kondotta professjonali serjament skorretta li tqajjem dubji dwar l-integrità tal-operatur ekonomiku — Xoljiment ta’ kuntratt preċedenti minħabba nuqqasijiet fit-twettiq tal-eżekuzzjoni tiegħu — Rikors li jipprekludi lill-awtorità kontraenti milli tevalwa n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kuntrattwali sakemm tiġi konkluża l-proċedura ġudizzjarja)

9

2019/C 270/11

Kawża C-72/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Pamplona — Spanja) — Daniel Ustariz Aróstegui vs Departamento de Educación del Gobierno de Navarra (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat — Il-punt 1 tal-klawżola 4 — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Is-settur pubbliku tat-tagħlim — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti suppliment ta’ remunerazzjoni biss lill-għalliema li huma impjegati fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat bħala uffiċjali permanenti — Esklużjoni ta’ għalliema impjegati bħala membri tal-persunal bil-kuntratt impjegati fis-servizz pubbliku għal żmien determinat — Kunċett ta’ raġunijiet oġġettivi — Karatteristiċi inerenti għall-istatus ta’ uffiċjal permanenti)

10

2019/C 270/12

Kawża C-100/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Línea Directa Aseguradora SA vs Segurcaixa Sociedad Anónima de Seguros y Reaseguros (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur — Direttiva 2009/103/KE — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 — Kunċett ta’ użu ta’ vetturi — Dannu materjali kkawżat lil proprjetà immobbli minn ħruq ta’ vettura pparkjata fil-parkeġġ privat ta’ din il-proprjetà — Kopertura mill-assigurazzjoni obbligatorja)

11

2019/C 270/13

Kawża C-291/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel București — ir-Rumanija) — Grup Servicii Petroliere SA vs Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 148(a) u (ċ) — Eżenzjonijiet marbuta mat-trasport internazzjonali — Kunsinna ta’ pjattaformi għat-tħaffir offshore li kapaċi jerfgħu lilhom innifishom — Kunċett ta’ bastiment użat għan-navigazzjoni f’ibħra internazzjonali — Portata)

12

2019/C 270/14

Kawża C-404/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidsrechtbank Antwerpen — il-Belġju) — Tine Vandenbon, Jamina Hakelbracht, Instituut voor de Gelijkheid van Vrouwen en Mannen vs WTG Retail BVBA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2006/54/KE — Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa — Aċċess għall-impjiegi u kundizzjonijiet tax-xogħol — Artikolu 24 — Protezzjoni mill-miżuri ta’ ritaljazzjoni — Ċaħda ta’ kandidata għall-impjieg minħabba t-tqala tagħha — Ħaddiem li intervjena favur din il-kandidata — Tkeċċija tal-ħaddiem)

12

2019/C 270/15

Kawża C-313/19 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 mill-Associazione Nazionale GranoSalus — Liberi Cerealicoltori & Consumatori (Associazione GranoSalus) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-14 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-125/18, Associazione GranoSalus vs Il-Kummissjoni

13

2019/C 270/16

Kawża C-336/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Belġju) fit-18 ta’ April 2019 — Centraal Israëlitisch Consistorie van België et, Unie Moskeeën Antwerpen VZW u Islamitisch Offerfeest Antwerpen VZW, JG u KH, Executief van de Moslims van België et, Coördinatie Comité van Joodse Organisaties van België. Section belge du Congrès juif mondial u Congrès juif européen VZW et, partijiet oħra: LI, Vlaamse regering, Waalse regering, Kosher Poultry BVBA et u Centraal Israëlitisch Consistorie van België et, Global Action in the Interest of Animals VZW (GAIA)

15

2019/C 270/17

Kawża C-360/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Mejju 2019 — Crown Van Gelder BV vs Autoriteit Consument en Markt

16

2019/C 270/18

Kawża C-361/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Mejju 2019 — De Ruiter vof vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

17

2019/C 270/19

Affaire C-372/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Ondernemingsrechtbank Antwerpen (il-Belġju) fl-10 ta’ Mejju 2019 — Belgische Vereniging van Auteurs, Componisten en Uitgevers CVBA (SABAM) vs Weareone.World BVBA, Wecandance NV

17

2019/C 270/20

Kawża C-384/19: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

18

2019/C 270/21

Kawża C-387/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fis-17 ta’ Mejju 2019 — RTS infra BVBA, Aannemingsbedrijf Norré-Behaegel vs Vlaams Gewest

19

2019/C 270/22

Kawża C-388/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa — CAAD) (il-Portugall) fis-17 ta’ Mejju 2019 — MK vs Autoridade Tributária e Aduaneira

20

2019/C 270/23

Kawża C-392/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Mejju 2019 — VG Bild-Kunst vs Stiftung Preußischer Kulturbesitz

20

2019/C 270/24

Kawża C-401/19: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2019 — Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

21

2019/C 270/25

Kawża C-403/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Franza) fl-24 ta’ Mejju 2019 — Société Générale SA vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

22

2019/C 270/26

Kawża C-437/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fil-31 ta’ Mejju 2019 — L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu vs L

23

2019/C 270/27

Kawża C-441/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats ’s-Hertogenbosch (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Ġunju 2019 — TQ vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

24

2019/C 270/28

Kawża C-445/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (Id-Danimarka) fis-6 ta’ Ġunju 2019 — Viasat Broadcasting UK Ltd. vs TV2/Danmark A/S u Ir-Renju tad-Danimarka

24

2019/C 270/29

Kawża C-475/19 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2019 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-10 ta’ April 2019 fil-Kawża T-229/17, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

25

2019/C 270/30

Kawża C-498/19 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2019 minn Rumanija mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-30 ta’ April 2019 fil-Kawża T-530/18, Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

27

 

Il-Qorti Ġenerali

2019/C 270/31

Kawża T-488/18: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2019 — XC vs Il-Kummissjoni

29

2019/C 270/32

Kawża T-236/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2019 — Le Comité de Douzelage de Houffalize vs Il-Kummissjoni u EACEA

30

2019/C 270/33

Kawża T-297/19: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2019 — Dragomir vs Il-Kummissjoni

31

2019/C 270/34

Kawża T-330/19: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2019 — PNB Banka et vs BĊE

32

2019/C 270/35

Kawża T-344/19: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Front Polisario vs Il-Kunsill

33

2019/C 270/36

Kawża T-356/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2019 — Front Polisario vs Il-Kunsill

35

2019/C 270/37

Kawża T-358/19: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2019 — Groupe Canal + vs Il-Kummissjoni

35

2019/C 270/38

Kawża T-367/19: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2019 — Camerin vs Il-Kummissjoni

36

2019/C 270/39

Kawża T-368/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Datenlotsen Informationssysteme vs Il-Kummissjoni

37

2019/C 270/40

Kawża T-375/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2019 — Pisoni vs Il-Parlament

39

2019/C 270/41

Kawża T-377/19: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2019 — Topcart vs EUIPO — Carl International (TC CARL)

39

2019/C 270/42

Kawża T-378/19: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2019 — Topcart vs EUIPO — Carl International (TC CARL)

40

2019/C 270/43

Kawża T-379/19: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2019 — Serviceplan Gruppe für innovative Kommunikation vs EUIPO (Serviceplan)

41

2019/C 270/44

Kawża T-380/19: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2019 — Serviceplan Gruppe für innovative Kommunikation vs EUIPO (Serviceplan Solutions)

42

2019/C 270/45

Kawża T-381/19: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2019 — adp Gauselmann vs EUIPO — Gameloft (City Mania)

43

2019/C 270/46

Kawża T-382/19: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2019 — Turk Hava Yollari vs EUIPO — Sky (skylife)

44

2019/C 270/47

Kawża T-383/19: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2019 — CI et vs Il-Parlament u l-Kunsill

45

2019/C 270/48

Kawża T-385/19: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2019 — Mazzone vs Il-Parlament

46

2019/C 270/49

Kawża T-388/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Puigdemont i Casamajó and Comín i Oliveres vs Il-Parlament

47

2019/C 270/50

Kawża T-389/19: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2019 — Coppo Gavazzi vs Il-Parlament

48

2019/C 270/51

Kawża T-390/19: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2019 — Muscardini vs Il-Parlament

50

2019/C 270/52

Kawża T-391/19: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2019 — Vinci vs Il-Parlament

50

2019/C 270/53

Kawża T-392/19: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2019 — Mantovani vs Il-Parlament

51

2019/C 270/54

Kawża T-400/19: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Iccrea Banca vs CRU

52


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 270/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 263, 5.8.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 255, 29.7.2019

ĠU C 246, 22.7.2019

ĠU C 238, 15.7.2019

ĠU C 230, 8.7.2019

ĠU C 220, 1.7.2019

ĠU C 213, 24.6.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Saarbrücken — il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra K.P.

(Kawża C-458/15) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Ġlieda kontra t-terroriżmu - Miżuri restrittivi adottati kontra ċerti persuni u entitajiet - Iffriżar ta’ fondi - Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK - Artikolu 1(4) u (6) - Regolament (KE) Nru 2580/2001 - Artikolu 2(3) - Deċiżjoni tal-Kunsill li żżomm organizzazzjoni fuq il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi - Validità)

(2019/C 270/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Saarbrücken

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

K.P.

Dispożittiv

1)

L-evalwazzjoni tad-domanda preliminari ma tiżvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità:

tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE tat-28 ta’ Ġunju 2007 li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE;

tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/868/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/445/KE;

tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/583/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/868/KE; u

tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/62/KE tas-26 ta’ Jannar 2009 li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-ħsieb li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/583/KE.

2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 501/2009 tal-15 ta’ Ġunju 2009 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar id-Deċiżjoni 2009/62/KE huwa invalidu, sa fejn, permezz tiegħu, it-Tigri għal-Liberazzjoni ta’ Tamil Eelam inżammu fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) — ir-Renju Unit) — C & J Clark International Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-612/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Antidumping - Interpretazzjoni u validità ta’ regolamenti li jimponu mill-ġdid dazji antidumping wara l-għoti, mill-Qorti tal-Ġustizzja, ta’ sentenza li tiddikjara invalidità - Bażi legali - Nuqqas ta’ retroattività - Preskrizzjoni)

(2019/C 270/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C & J Clark International Ltd

Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Dispożittiv

1)

L-eżami tad-domandi dwar il-validità magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja ma rrileva ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395 tat-18 ta’ Awwissu 2016 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u magħmula minn Buckinghan Shoe Mfg Co., Ltd, Buildyet Shoes Mfg., DongGuan Elegant Top Shoes Co. Ltd, Dongguan Stella Footwear Co Ltd, Dongguan Taiway Sports Goods Limited, Foshan City Nanhai Qun Rui Footwear Co., Jianle Footwear Industrial, Sihui Kingo Rubber Shoes Factory, Synfort Shoes Co. Ltd, Taicang Kotoni Shoes Co. Ltd, Wei Hao Shoe Co. Ltd, Wei Hua Shoe Co. Ltd, Win Profile Industries Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14, u lanqas dik tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647 tat-13 ta’ Settembru 2016 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fil-Vjetnam u li huma prodotti minn Best Royal Co. Ltd, Lac Cuong Footwear Co., Ltd, Lac Ty Co., Ltd, Saoviet Joint Stock Company (Megastar Joint Stock Company), VMC Royal Co. Ltd, Freetrend Industrial Ltd u l-kumpanija relatata magħha Freetrend Industrial A (Vietnam) Co., Ltd, Fulgent Sun Footwear Co., Ltd, General Shoes Ltd, Golden Star Co., Ltd, Golden Top Company Co., Ltd, Kingmaker Footwear Co. Ltd, Tripos Enterprise Inc., Vietnam Shoe Majesty Co., Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14.

2)

Il-preskrizzjoni prevista fl-Artikolu 221(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2000 tapplika għall-ġbir tad-dazji antidumping stabbiliti mir-Regolamenti ta’ Implimentazzzjoni msemmija fil-punt 1 tad-dispożittiv ta’ din is-sentenza.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Ġunju 2019 — Ir-Repubblika tal-Awstrija vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-591/17) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 18, 34, 56 u 92 TFUE - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi tariffa għall-użu tal-infrastrutturi għall-vetturi bil-mutur privati - Sitwazzjoni li fiha s-sidien ta’ vetturi rreġistrati f’dan l-Istat Membru jibbenefikaw minn eżenzjoni tat-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur ta’ ammont li jikkorrispondi għal din it-tariffa)

(2019/C 270/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: G. Hesse, J. Schmoll u C. Drexel, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u S. Eisenberg, aġenti, assistiti minn C. Hillgruber, Rechtsanwalt)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: J. Langer, J.M. Hoogveld u M. Bulterman, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: Nymann-Lindegren u M. Wolff, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi introduċiet it-tariffa għall-użu tal-infrastrutturi għall-vetturi bil-mutur u billi pprovdiet, simultanjament, eżenzjoni mit-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur privati ta’ ammont li huwa minn tal-inqas ekwivalenti għal dak tat-tariffa mħallsa, favur sidien ta’ vetturi rreġistrati fil-Ġermanja, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 18, 34, 56 u 92 TFUE.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata tħallas tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika tal-Awstrija u għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

4)

Ir-Repubblika tal-Awstrija għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.

5)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju tad-Danimarka għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 402, 27.11.2017.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’ Högsta förvaltningsdomstolen — L-Isvezja) — Skatteverket vs Memira Holding AB

(Kawża C-607/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-kumpanniji - Grupp ta’ kumpanniji - Libertà ta’ stabbiliment - Tnaqqis tat-telf subit minn sussidjarja mhux residenti - Kunċett ta’ “telf definittiv” - Amalgamazzjoni-assorbiment tas-sussidjarja mill-kumpannija omm - Leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza tas-sussidjarja li tipprovdi għat-tnaqqis tat-telf fil-kuntest ta’ amalgamazzjoni biss lill-entità li tkun sostnietu)

(2019/C 270/05)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteverket

Konvenuta: Memira Holding AB

Dispożittiv

1)

Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura definittiva tat-telf ta’ sussidjarja mhux residenti, fis-sens tal-punt 55 tas-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2005, Marks & Spencer (C-446/03, EU:C:2005:763), iċ-ċirkustanza li l-Istat Membru li taqa’ taħtu s-sussidjarja ma jippermettix li jiġi ttrasferit it-telf ta’ kumpannija lil persuna taxxabbli oħra f’każ ta’ amalgamazzjoni, filwaqt li tali trasferiment huwa previst mill-Istat Membru li taqa’ taħtu l-kumpannija omm f’każ ta’ amalgamazzjoni bejn kumpanniji residenti, ma hijiex determinanti, dment li l-kumpannija omm ma turix li huwa impossibbli għaliha li tivvalorizza dan it-telf billi ssib mezz, b’mod partikolari permezz ta’ ċessjoni, sabiex dan jittieħed inkunsiderazzjoni fiskalment minn terz fi snin futuri.

2)

F’każ li ċ-ċirkustanza msemmija fl-ewwel domanda ssir rilevanti, huwa indifferenti l-fatt li fl-Istat ta’ residenza tas-sussidjarja, ma teżisti l-ebda entità oħra li setgħet tnaqqas dan it-telf f’każ ta’ amalgamazzjoni kieku tali tnaqqis kien awtorizzat.


(1)  ĠU C 5, 8.1.2018.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’Högsta förvaltningsdomstolen — l-Isvezja) — Skatteverket/Holmen AB

(Kawża C-608/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-kumpanniji - Grupp ta’ kumpanniji - Libertà ta’ stabbiliment - Tnaqqis tat-telf subit minn sussidjarja mhux residenti - Kunċett ta’ “telf definittiv” - Applikazzjoni lil sussidjarja - Leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza tal-kumpannija omm li tirrikjedi li din tkun proprejtarja diretta tas-sussidjarja - Leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza tas-sussidjarja li tillimita l-imputazzjoni tat-telf u li tipprojbixxih fis-sena tal-istralċ)

(2019/C 270/06)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteverket

Konvenut: Holmen AB

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ telf definittiv ta’ sussidjarja mhux residenti, fis-sens tal-punt 55 tas-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2005, Marks & Spencer (C 446/03, EU:C:2005:763) ma japplikax għal sub-sussidjarja, dment li l-kumpanniji intermedjarji bejn il-kumpannija omm li titlob tnaqqis fiskali ta’ grupp s-sub-sussidjarja li tagħmel telf li jista’ jitqies bħala definittiv ma jkunux residenti fl-istess Stat Membru.

2)

Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura definittiva tat-telf ta’ sussidjarja mhux residenti, fis-sens tal-punt 55 tas-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2005, Marks & Spencer (C-446/03, EU:C:2005:763), iċ-ċirkustanza li l-Istat Membru li taqa’ taħtu s-sussidjarja ma jippermettix li jiġi ttrasferit it-telf ta’ kumpannija lil persuna taxxabbli oħra fis-sena ta’ stralċ ma hijiex determinanti, dment li l-kumpannija omm ma turix li huwa impossibbli għaliha li tivvalorizza dan it-telf billi ssib mezz, b’mod partikolari permezz ta’ ċessjoni, sabiex dan jittieħed inkunsiderazzjoni fiskalment minn terz fi snin futuri.

3)

Fl-ipoteżi li ċ-ċirkustanza msemmija fil-punt 2 ta’ dan id-dispożittiv issir rilevanti, huwa indifferenti l-punt sa fejn il-leġiżlazzjoni tal-Istat tas-sussidjarja li tiddikjara telf li jista’ jiġi kklassifkat bħala definittiv kellha l-konsegwenza li parti mit-telf ma setgħax jiġi imputat fuq il-profitti preżenti tas-sussidjarja li tagħmel it-telf jew fuq dawk ta’ entità oħra tal-istess grupp.


(1)  ĠU C 5, 8.1.2018.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2019 — RF vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-660/17 P) (1)

(Appell - Rikors għal annullament - Komunikazzjoni tar-rikors permezz tal-faks - Preżentata wara l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata tal-oriġinal tar rikors fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali - Dewmien fil-kunsinna tal-posta - Kunċett ta’ “forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu”)

(2019/C 270/07)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellant: RF (rappreżentanti: K. Komar-Komarowski, radca prawny)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: J. Szczodrowski, G. Meessen u I. Rogalski, aġenti)

Dispożittiv

1)

It-talba sabiex jiġu ammessi provi ġodda hija miċħuda.

2)

L-appell huwa miċħud.

3)

RF hija kkundannata ssostni, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgericht Berlin — il-Ġermanja) — ExxonMobil Production Deutschland GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-682/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Impjant ta’ trattament ta’ gass naturali - Irkupru tal-kubrit - “Proċess Claus” - Produzzjoni ta’ elettriku f’apparat awżiljarju - Produzzjoni ta’ sħana - Emissjoni ta’ diossidu tal-karbonju (CO2) inerenti - Artikolu 2(1) - Kamp ta’ applikazzjoni - Anness I - Attività ta’ “kombustjoni ta’ karburanti” - Artikolu 3(u) - Kunċett ta’ “ġeneratur tal-elettriku” - Artikolu 10a(3) u (4) - Sistema tranżitorja ta’ allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas - Deċiżjoni 2011/278/UE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 3(c) - Kunċett ta’ “subinstallazzjoni ta’” parametru referenzjarju tas-sħana)

(2019/C 270/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ExxonMobil Production Deutschland GmbH

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(u) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE tal-Kunsill kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li impjant, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipproduċi, fil-kuntest tal-attività tiegħu ta’ “[k]ombustjoni ta’ karburanti f’istallazzjonijiet b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 [megawatts (MW)]”, prevista fl-Anness I ta’ din id-direttiva, elettriku maħsub essenzjalment sabiex jintuża għall-ħtiġijiet proprji tiegħu, għandu jitqies bħala “ġeneratur tal-elettriku”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, peress li dan l-impjant, minn naħa, jeżerċita simultanjament attività ta’ fabbrikazzjoni ta’ prodott li ma jaqax taħt dan l-anness u, min-naħa l-oħra, jinjetta b’mod kontinwu, bi ħlas, parti, anki jekk żgħira, mill-elettriku prodott fin-netwerk elettriku pubbliku, li miegħu l-imsemmi impjant għandu jkun konness permanentement għal raġunijiet tekniċi.

2)

L-Artikolu 3(c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87 għandu jiġi interpretat fis-sens li impjant, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn għandu jitqies bħala “ġeneratur tal-elettriku”, fis-sens tal-Artikolu 3(u) tad-Direttiva 2003/87, ma għandux dritt li jiġi allokat kwoti ta’ emissjoni mingħajr ħlas abbażi tas-sħana prodotta fil-kuntest tal-attività tiegħu ta’ “[k]ombustjoni ta’ karburanti f’istallazzjonijiet b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW”, prevista fl-Anness I ta’ din id-direttiva, meta din is-sħana tintuża għal finijiet oħra minbarra l-produzzjoni ta’ elettriku, peress li tali impjant ma jissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 10a(4) sa (8) tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa — il-Latvja) — “Oribalt Rīga” SIA, li kienet “Oriola Rīga” SIA vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-1/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 30(2)(b) u (ċ) - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 152(1)(a) u (b) - Determinazzjoni tal-valur doganali tal-merkanzija - Kunċett ta’ “merkanzija simili” - Prodotti mediċinali - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ kull element li jista’ jkollu effett fuq il-valur ekonomiku tal-prodott mediċinali kkonċernat - Terminu ta’ 90 jum li fih il-merkanzija importata għandha tinbiegħ fl-Unjoni Ewropea - Terminu finali - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-iskontijiet kummerċjali)

(2019/C 270/09)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Oribalt Rīga” SIA, li kienet “Oriola Rīga” SIA

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 30(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1996, għandu jiġi interpretat fis-sens li meta l-valur għal skopijiet doganali ta’ merkanzija, bħall-prodotti mediċinali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġi kkalkolat billi jiġi applikat il-metodu deduttiv previst f’din id-dispożizzjoni, l-amministrazzjoni doganali nazzjonali kompetenti għandha tieħu inkunsiderazzjoni, sabiex tidentifika “merkanzija simili”, kull element rilevanti, bħall-kompożizzjoni rispettiva ta’ din il-merkanzija, in-natura sostitwibbli tagħha fir-rigward tal-effetti tagħha u l-interkambjabbiltà kummerċjali tagħha, billi tagħmel għalhekk evalwazzjoni fattwali b’mod li tieħu inkunsiderazzjoni kull element li jista’ jkollu effett fuq il-valur ekonomiku reali tal-imsemmija merkanzija, inkluża l-pożizzjoni fis-suq tal-merkanzija importata u tal-produttur tagħha.

2)

L-Artikolu 152(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat il-prezz ta’ unità tal-merkanzija importata skont il-metodu previst fl-Artikolu 30(2)(ċ) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 82/97, it-terminu ta’ 90 jum li fih il-merkanzija importata għandha tinbiegħ fl-Unjoni Ewropea, imsemmi fl-Artikolu 152(1)(b) tar-Regolament Nru 2454/93, huwa terminu finali.

3)

L-Artikolu 30(2)(ċ) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 82/97, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-iskontijiet fuq il-prezz tal-bejgħ tal-merkanzija importata ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat il-valur għal skopijiet doganali ta’ din il-merkanzija b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 104, 19.3.2018.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale della Campania — l-Italja) — Meca Srl vs Comune di Napoli

(Kawża C-41/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 57(4)(c) u (g) - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Motivi fakultattivi ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni għal proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt - Kondotta professjonali serjament skorretta li tqajjem dubji dwar l-integrità tal-operatur ekonomiku - Xoljiment ta’ kuntratt preċedenti minħabba nuqqasijiet fit-twettiq tal-eżekuzzjoni tiegħu - Rikors li jipprekludi lill-awtorità kontraenti milli tevalwa n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kuntrattwali sakemm tiġi konkluża l-proċedura ġudizzjarja)

(2019/C 270/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale della Campania

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Meca Srl

Konvenut: Comune di Napoli

Fil-preżenza ta’: Sirio Srl

Dispożittiv

L-Artikolu 57(4)(c) u (g) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha l-introduzzjoni ta’ rikors kontra d-deċiżjoni ta’ xoljiment ta’ kuntratt pubbliku meħuda minn awtorità kontraenti minħabba nuqqasijiet serji li seħħew fl-eżekuzzjoni tiegħu twaqqaf lill-awtorità kontraenti li tagħmel sejħa għal offerti ġdida milli tagħmel kwalunkwe evalwazzjoni, fl-istadju tal-għażla tal-offerenti, dwar l-affidabbiltà tal-operatur ikkonċernat minn dan ix-xoljiment.


(1)  ĠU C 142, 23.4.2018.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Pamplona — Spanja) — Daniel Ustariz Aróstegui vs Departamento de Educación del Gobierno de Navarra

(Kawża C-72/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Il-punt 1 tal-klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Is-settur pubbliku tat-tagħlim - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti suppliment ta’ remunerazzjoni biss lill-għalliema li huma impjegati fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat bħala uffiċjali permanenti - Esklużjoni ta’ għalliema impjegati bħala membri tal-persunal bil-kuntratt impjegati fis-servizz pubbliku għal żmien determinat - Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi” - Karatteristiċi inerenti għall-istatus ta’ uffiċjal permanenti)

(2019/C 270/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Pamplona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Daniel Ustariz Aróstegui

Konvenut: Departamento de Educación del Gobierno de Navarra

Dispożittiv

Il-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirriżerva l-benefiċċju ta’ suppliment ta’ remunerazzjoni għall-għalliema impjegati fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat bħala uffiċjali permanenti, bl-eċċezzjoni, b’mod partikolari, tal-għalliema impjegati bħala membri tal-persunal bil-kuntratt irregolat mid-dritt pubbliku għal żmien determinat, jekk it-twettiq ta’ ċertu perijodu ta’ servizz jikkostitwixxi l-unika kundizzjoni għall-għoti ta’ tali suppliment.


(1)  ĠU C 161, 7. 5.2018.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Línea Directa Aseguradora SA vs Segurcaixa Sociedad Anónima de Seguros y Reaseguros

(Kawża C-100/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 2009/103/KE - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 - Kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” - Dannu materjali kkawżat lil proprjetà immobbli minn ħruq ta’ vettura pparkjata fil-parkeġġ privat ta’ din il-proprjetà - Kopertura mill-assigurazzjoni obbligatorja)

(2019/C 270/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Línea Directa Aseguradora SA

Konvenuta: Segurcaixa Sociedad Anónima de Seguros y Reaseguros

Dispożittiv

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà għandu jiġi interpretat fis-sens li sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha vettura pparkjata f’garaxx privat ta’ bini li tintuża konformement mal-funzjoni ta’ trasport tagħha tkun ħadet in-nar, u b’hekk tikkawża inċendju, li joriġina miċ-ċirkwit elettriku ta’ dik il-vettura, u jikkawża ħsara lil dak il-bini, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” imsemmi f’dik id-dispożizzjoni, anki jekk il-vettura msemmija ma tkunx instaqet għal iktar minn 24 siegħa qabel ma jkun seħħ l-inċendju.


(1)  ĠU C 161, 07.05.2018.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel București — ir-Rumanija) — Grup Servicii Petroliere SA vs Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

(Kawża C-291/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 148(a) u (ċ) - Eżenzjonijiet marbuta mat-trasport internazzjonali - Kunsinna ta’ pjattaformi għat-tħaffir offshore li kapaċi jerfgħu lilhom innifishom - Kunċett ta’ “bastiment użat għan-navigazzjoni f’ibħra internazzjonali” - Portata)

(2019/C 270/13)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grup Servicii Petroliere SA

Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

Dispożittiv

L-Artikolu 148(a) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni “bastimenti użati għan-navigazzjoni fl-ibħra fil-miftuħ [f’ibħra internazzjonali]” li tinsab f’dan l-artikolu ma tapplikax għall-kunsinna ta’ strutturi li jżommu f’wiċċ l-ilma, bħalma huma pjattaformi għat-tħaffir offshore li kapaċi jerfgħu lilhom innifishom tat-tip bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jintużaw b’mod predominanti f’pożizzjoni wieqfa sabiex jiġu sfruttati riżervi ta’ idrokarburi fil-baħar.


(1)  ĠU C 259, 23.7.2018.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidsrechtbank Antwerpen — il-Belġju) — Tine Vandenbon, Jamina Hakelbracht, Instituut voor de Gelijkheid van Vrouwen en Mannen vs WTG Retail BVBA

(Kawża C-404/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2006/54/KE - Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa - Aċċess għall-impjiegi u kundizzjonijiet tax-xogħol - Artikolu 24 - Protezzjoni mill-miżuri ta’ ritaljazzjoni - Ċaħda ta’ kandidata għall-impjieg minħabba t-tqala tagħha - Ħaddiem li intervjena favur din il-kandidata - Tkeċċija tal-ħaddiem)

(2019/C 270/14)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidsrechtbank Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tine Vandenbon, Jamina Hakelbracht, Instituut voor de Gelijkheid van Vrouwen en Mannen

Konvenut: WTG Retail BVBA

Dispożittiv

L-Artikolu 24 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha, f’sitwazzjoni fejn persuna li tqis lilha nnifisha vittma ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess ippreżentat ilment, ħaddiem li appoġġjaha f’dan il-kuntest ikun protett kontra miżuri ta’ ritaljazzjoni meħuda mill-persuna li timpjega biss jekk dan ikun aġixxa bħala xhud fl-ambitu tal-investigazzjoni ta’ dan l-ilment u x-xhieda tiegħu tkun tissodisfa r-rekwiżiti formali previsti mill-imsemmija leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 311, 3.9.2018


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/13


Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 mill-Associazione Nazionale GranoSalus — Liberi Cerealicoltori & Consumatori (Associazione GranoSalus) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-14 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-125/18, Associazione GranoSalus vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-313/19 P)

(2019/C 270/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Associazione Nazionale GranoSalus — Liberi Cerealicoltori & Consumatori (Associazione GranoSalus) (rappreżentant: G. Dalfino, avvocato)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-appell mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali ġie ppreżentat minħabba ksur tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

2.

Qabel kollox l-appellanti sostniet il-ksur tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, inkwantu l-Qorti Ġenerali eskludiet iċ-ċirkustanza fejn l-Associazione GanoSalus għandha locus standi bis-saħħa tal-locus standi individwali tal-membri assoċjati tagħha, u dan sa fejn ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2324 appellat jikkonċernahom “direttament u individwalment” inkwantu “att regolatorju li jikkonċernahom direttament u li ma fihx miżuri ta’ eżekuzzjoni”.

F’dan ir-rigward l-Associazione sostniet li l-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni inkwantu eskludiet li r-rekwiżit ta’ inċidenza individwali ġie ssodisfatt peress li “huwa fil-kwalità ġenerali tagħhom ta’ konsumaturi u ċittadini tal-Unjoni li xi wħud mill-membri tar-rikorrenti huma allegatament affettwati mill-att ikkontestat” (punt 57 tad-digriet appellat).

Din il-kwalifika tal-membri assoċjati tal-appellanti GranoSalus hija madankollu żbaljata fid-dawl tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni li permezz tiegħu l-membri assoċjati, u permezz tagħhom l-Associazione, isiru portaturi u promoturi tal-interess ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u tal-produtturi agrikoli permezz tal-implimentazzjoni, b’mod partikolari, ta’ azzjonijiet “għall-ġlieda, speċjalment fuq livell tal-Unjoni, kontra ż-żieda eventwali tal-limiti ta’ mikotossini u kontaminaturi oħra, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi u b’mod partikolari tat-tfal”.

Peress li l-kundizzjoni tal-inċidenza individwali ġiet issodisfatta u li din il-kundizzjoni tingħadd ma’ dik tal-inċidenza diretta, il-Qorti Ġenerali żbaljat billi ddeċidiet minn din il-perspettiva billi naqset milli teħodha inkunsiderazzjoni.

3.

L-Associazione ssostni wkoll li fid-digriet tagħha l-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li l-kundizzjoni tal-inċidenza diretta neċessarja għall-ammissibbiltà, konformement mal-aħħar espressjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ma ġietx issodisfatta minħabba l-fatt li jeżistu allegati miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2324 ikkontestat, billi mmotivat id-deċiżjoni tagħha f’dan is-sens permezz “tat-tiġdid ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva glifosat mogħtija mill-Istati Membri”, fejn tali atti jitqiesu li jikkostitwixxu “miżuri ta’ implimentazzjoni tal-att ikkontestat fis-sens tal-aħħar espressjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE” (punti 84 u 85 tad-digriet appellat).

In-natura żbaljata ta’ din l-evalwazzjoni hija illustrata biċ-ċirkustanza, ipprovata fl-atti, li l-Istat Membru li fih l’Associazione u l-membri assoċjati tagħha għandha s-sede tagħha (l-Italja) irċieva r-Regolament (UE) 2017/2324 permezz ta’ komunikazzjoni tal-Ministeru għas-Saħħa tad-19 ta’ Diċembru 2017 li sempliċement tat lok għal tiġdid awtomatiku tal-awtorizzazzjoni tas-sustanza attiva “glifosat” għal perijodu li ma jaqbiżx il-ħames snin, filwaqt li estendiet fl-istess waqt l-awtorizzazzjonijiet relatati mal-prodotti tas-saħħa tal-pjanti li jinkludu l-glifosat sal-15 ta’ Diċembru 2022, mingħajr ebda evalwazzjoni diskrezzjonali anki fir-rigward tal-preskrizzjonijiet tekniċi msemmija fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2017/2324.

F’dan ir-rigward l-Associazione ssostni li anki li kieku l-Komunikazzjoni Ministerjali tad-19 ta’ Diċembru 2017 kellha titqies bħala miżura ta’ implimentazzjoni, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li din l-istess komunikazzjoni ma setgħetx tkun suġġetta għal rikors quddiem il-qrati nazzjonali peress li tali rikors huwa eskluż bis-saħħa tad-dritt Taljan u tal-ġurisprudenza f’dan ir-rigward (Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), sentenza Nru 6243 tad-9 ta’ Novembru 2005).

4.

Sussegwentement l-Associazione tqiegħed inkwistjoni d-digriet minħabba ksur tal-aħħar espressjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE inkwantu l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni s-suġġett tal-kawża hekk kif iddefinit fir-rikors promotur. F’dan ir-rigward l-Associazione tinnota li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-effetti diretti li kellu r-regolament appellat fuq l-Associazione, u permezz tagħha fuq il-membri assoċjati tagħha, jirriżultaw min-natura potenzjalment kanċeroġena tas-sustanza attiva “glifosat” (ara l-istudju taċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Riċerka fuq il-Kanċer ippubblikat fl-20 ta’ Marzu 2015, eskluż mir-Regolament (UE) 2017/2324 ikkontestat) li l-approvazzjoni tagħha taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea u ma għandhiex tkun suġġetta għal awtorizzazzjoni li taqa’ taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, u dan peress li l-awtorizzazzjoni nazzjonali tal-prodott tas-saħħa tal-pjanti ma tinvolvi ebda evalwazzjoni fir-rigward tas-sustanza attiva “glifosat” li diġà ġiet approvata “minn fuq” mill-Unjoni Ewropea, liema fatt jeskludi b’konsegwenza li l-Istat Taljan għandu s-saħħa li jawtorizza jew li jirrifjuta t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għas-saħħa tal-pjanti b’riferiment għas-sustanza attiva “glifosat”. F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali eżaminat il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-aħħar espressjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-argumenti mressqa fil-kuntest tat-tilwima, jiġifieri li r-residwi ta’ glifosat jinsabu fl-ilmijiet ta’ taħt l-art, fl-ikel (l-għaġin) u fl-art, bil-ħsara konsegwenti li t-tqegħid fis-suq ta’ din is-sustanza joħloq lit-territorju, liċ-ċittadini tal-Istati Membri u lill-interessi tal-Associazione, u, permezz tagħha, tal-membri assoċjati tagħha.

Għaldaqstant il-Qorti Ġenerali jmissha eżaminat l-inċidenza fis-sens tal-Artikolu 263 iċċitat iktar ’il fuq b’rabta ma’ din iċ-ċirkustanza u mad-dispożizzjonijiet tal-Associazione, kif ukoll b’rabta mal-kwalità tal-membri assoċjati tagħha, liema fatt ma seħħx fid-digriet tagħha.

5.

Billi bbażat ruħha fuq il-punti preċedenti, l-Associazione kkontestat l-interpretazzjoni tal-aħħar espressjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE mogħtija mill-qorti tal-ewwel istanza, li tneħħi kull effett ta’ din id-dispożizzjoni u tmur kontra r-rieda tal-leġiżlatur Ewropew. F’dan ir-rigward, l-appellanti tirreferi għall-kunsiderazzjonijiet magħmula mill-Avukati Ġenerali f’kawżi differenti (ara, b’mod partikolari l-konklużjonijiet fil-kawża C-456/13 P; fil-kawża C-583/11 P; u fil-kawżi magħquda C-622/16 P sa C-624/16 P), li skonthom tali interpretazzjoni restrittiva ċċaħħad l-Artikolu 263 minn kull sens u effett konkret.

Fid-dawl tal-punti preċedenti, l-Associazione ssostni li l-interpretazzjoni tal-aħħar espressjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE mogħtija mill-Qorti Ġenerali fid-digriet appellat tmur manifestament kontra l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (“Kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha garantiti mil-liġi ta’ l-Unjoni jiġu vjolati għandha d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. Kull persuna għandha d-dritt għal smigħ ġust[…]”) u l-Artikoli 6 (dritt għal smigħ xieraq) u 13 (dritt għal rimedju effettiv) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fejn b’hekk tiġi prekluża l-possibbiltà li tiġi adita l-Qorti Ġenerali minħabba inċidenza diretta f’tali ipoteżi fattwali u b’hekk tippreġudika b’mod inġustifikat is-sistema ta’ protezzjoni tad-drittijiet stabbilita mid-dritt tal-Unjoni.

Talbiet

Associazione GranoSalus titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2019 fil-kawża T-125/18,– li ddikjara r-rikors inammissibbli u eskluda l-locus standi tal-membri assoċjati tagħha minħabba, minn naħa, l-allegata assenza ta’ effetti individwali tar-regolament appellat fuq dawn tal-aħħar u, min-naħa l-oħra, tal-eżistenza ta’ miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni li wkoll tkun teskludi effetti diretti — u għaldaqstant tiddikjara ammissibbli r-rikors intiż għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2324 kif ukoll it-talbiet ta’ miżuri li ġew ifformulati fih, inklużi l-miżuri istruttorji, u terġa’ tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiġi deċiża fuq il-mertu.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Belġju) fit-18 ta’ April 2019 — Centraal Israëlitisch Consistorie van België et, Unie Moskeeën Antwerpen VZW u Islamitisch Offerfeest Antwerpen VZW, JG u KH, Executief van de Moslims van België et, Coördinatie Comité van Joodse Organisaties van België. Section belge du Congrès juif mondial u Congrès juif européen VZW et, partijiet oħra: LI, Vlaamse regering, Waalse regering, Kosher Poultry BVBA et u Centraal Israëlitisch Consistorie van België et, Global Action in the Interest of Animals VZW (GAIA)

(Kawża C-336/19)

(2019/C 270/16)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Grondwettelijk Hof (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Belġju)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Centraal Israëlitisch Consistorie van België et, Unie Moskeeën Antwerpen VZW, Islamitisch Offerfeest Antwerpen VZW, JG, KH, Executief van de Moslims van België et, Coördinatie Comité van Joodse Organisaties van België. Section belge du Congrès juif mondial u Congrès juif européen VZW et

Partijiet oħra: LI, Vlaamse regering, Waalse regering, Kosher Poultry BVBA et, Centraal Israëlitisch Consistorie van België et, Global Action in the Interest of Animals VZW (GAIA)

Domandi preliminari

1.

Il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 (1) tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla, għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lill-Istati Membri, b’deroga mid-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 4(4) ta’ dan ir-regolament u bil-għan tal-promozzjoni tal-benessri tal-annimali, li jadottaw regoli bħal dawk li jinsabu fid-digriet tal-Vlaamse regering (il-Gvern Fjamming) tas-7 ta’ Lulju 2017“li jemenda l-liġi tal-14 ta’ Awwissu 1986 dwar il-protezzjoni u l-benessri tal-annimali, f’dak li jikkonċerna l-metodi awtorizzati għat-tbiċċir tal-annimali”, liema regoli jipprevedu, minn naħa, projbizzjoni tat-tbiċċir ta’ annimali mingħajr sturdament applikabbli wkoll waqt it-tbiċċir imwettaq fil-kuntest ta’ rit reliġjuż u, min-naħa l-oħra, proċess ta’ sturdament alternattiv għat-tbiċċir imwettaq fil-kuntest ta’ rit reliġjuż, ibbażat fuq l-isturdament reversibbli u fuq il-premessa li tgħid li l-isturdament ma jistax iwassal għall-qtil tal-annimal?

2.

Jekk l-ewwel domanda preliminari tingħata risposta fil-pożittiv, il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(2) tal-imsemmi regolament jikser, fl-interpretazzjoni esposta fl-ewwel domanda, l-Artikolu 10(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

3.

Jekk l-ewwel domanda preliminari tingħata risposta fil-pożittiv, il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(2) moqri flimkien mal-Artikolu 4(4) tal-imsemmi regolament jikser, fl-interpretazzjoni esposta fl-ewwel domanda, l-Artikoli 20, 21 u 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn dan jipprevedi biss, għat-tbiċċir tal-annimali konformement ma’ metodi partikolari stabbiliti minn riti reliġjużi, eċċezzjoni suġġetta għall-kundizzjoni tal-obbligu ta’ sturdament tal-annimal (Artikolu 4(4) flimkien mal-Artikolu 26(2)), filwaqt li għall-qtil ta’ annimali fil-kuntest tal-kaċċa, tas-sajd u ta’ manifestazzjonijiet kulturali u sportivi, għar-raġunijiet esposti fil-premessi tar-regolament, huma previsti dispożizzjonijiet li jgħidu li dawn l-attivitajiet ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament jew ma humiex suġġetti għall-obbligu ta’ sturdament tal-annimal waqt il-qtil tiegħu (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1), u l-Artikolu 1(3)) ?


(1)  ĠU 2009, L 303, p. 1.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Mejju 2019 — Crown Van Gelder BV vs Autoriteit Consument en Markt

(Kawża C-360/19)

(2019/C 270/17)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Crown Van Gelder BV

Konvenuta: Autoriteit Consument en Markt

Domanda preliminari

L-Artikolu 37(11) tad-Direttiva 2009/72/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tagħti wkoll id-dritt ta’ tressiq ta’ lment kontra l-operatur tas-sistema nazzjonali (operatur tas-sistema tat-trażmissjoni) lil parti meta din il-parti ma tkunx konnessa mas-sistema ta’ dan l-operatur tas-sistema nazzjonali kkonċernata (operatur tas-sistema tat-trażmissjoni) iżda biss ma’ sistema reġjonali (sistema tad-distribuzzjoni) li fiha t-trażmissjoni tal-elettriku tiġi interrotta minn nuqqas fis-sistema nazzjonali (sistema tat-trażmissjoni) li ssostni s-sistema reġjonali (sistema tad-distribuzzjoni)?


(1)  ĠU 2009, L 211, p. 55.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Mejju 2019 — De Ruiter vof vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

(Kawża C-361/19)

(2019/C 270/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: De Ruiter vof

Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Domanda preliminari

L-Artikolu 99(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni [u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008] u l-Artikolu 73(4)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (2) tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità huma validi, u dan sa fejn is-sena ta’ konstatazzjoni hija deċiżiva għad-determinazzjoni tas-sena li għaliha t-tnaqqis tan-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonalità huwa kkalkolat meta s-sena li fiha jkun seħħ in-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonalità ma tkunx l-istess bħas-sena ta’ konstatazzjoni?


(1)  ĠU 2013, L 347, p. 549.

(2)  ĠU 2014, L 227, p. 69.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Ondernemingsrechtbank Antwerpen (il-Belġju) fl-10 ta’ Mejju 2019 — Belgische Vereniging van Auteurs, Componisten en Uitgevers CVBA (SABAM) vs Weareone.World BVBA, Wecandance NV

(Affaire C-372/19)

(2019/C 270/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Ondernemingsrechtbank Antwerpen

Partijiet fil-proċedura prinċipali

Rikorrenti: Belgische Vereniging van Auteurs, Componisten en Uitgevers CVBA (SABAM)

Konvenuti: Weareone.World BVBA, Wecandance NV

Domandi preliminari

L-Artikolu 102 TFUE, kemm meqjus flimkien ma’ jew mingħajr l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/26/UE (1) [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014] dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern, għandu jiġu interpretat fis-sens li jkun hemm abbuż minn pożizzjoni dominanti meta kumpannija ta’ mmaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur li jkollha monopolju de facto fi Stat Membru tapplika fir-rigward tal-organizzaturi ta’ avvenimenti mużikali, għad-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ kompożizzjonijiet mużikali, struttura ta’ remunerazzjoni, ibbażata b’mod partikolari fuq id-dħul mill-bejgħ,

1.

li tuża tariffa fissa f’biċċiet minflok tariffa kkalkolata fuq il-parti speċifika (bl-għajnuna ta’ għodod tekniċi avvanzati) tar-repertorju mużikali protett mill-kumpannija ta’ mmaniġġjar li jiġi eżegwit matul l-avveniment?

2.

li torbot ukoll ir-remunerazzjonijiet tal-liċenzja ma’ elementi esterni, bħall-prezz tad-dħul, il-prezz tal-affarijiet tal-ikel u tax-xorb, il-baġit artistiku għal dawk li jagħtu l-prestazzjoni mużikali kif ukoll il-baġit għal funzjonijiet oħra, bħad-dekor?


(1)  ĠU 2014, L 84, p. 72.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/18


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-384/19)

(2019/C 270/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u E. Sanfrutos Cano, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 7(1) u (5), u l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2007/60/KE (1) fir-rigward tad-distretti ta’ baċini tax-xmara ES120 Gran Canaria; ES122 Fuerteventura; ES123 Lanzarote; ES124 Tenerife; ES125 La Palma; ES126 La Gomera u ES127 El Hierro.

tiddikjara li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 10(1) u (2) tad-Direttiva 2007/60/KE fir-rigward tad-distretti ta’ baċini tax-xmara ES120 Gran Canaria, ES122 Fuerteventura u ES125 La Palma.

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Mill-informazzjoni kkomunikata mill-awtoritajiet Spanjoli jirriżulta li Spanja la stabbilixxiet, u lanqas ma kkompletat u ppubblikat, sat-terminu tat-22 ta’ Diċembru 2015 stabbilit mid-Direttiva, il-pjanijiet ta’ mmaniġġar tar-riskju ta’ għargħar b’rabta mad-distretti ta’ baċini tax-xmara ES120 Gran Canaria, ES122 Fuerteventura, ES123 Lanzarote, ES124 Tenerife, ES125 La Palma, ES126 La Gomera y ES127 El Hierro. Il-Kummissjoni lanqas ma rċeviet kopja tal-imsemmija pjanijiet, kif inhu rikjest mill-Artikolu 15(1) tad-Direttiva.

Min-naħa l-oħra, fi tliet distretti ta’ baċini tax-xmara — ES120 Gran Canaria; ES122 Fuerteventura y ES125 La Palma — il-fażi ta’ informazzjoni u konsultazzjoni pubblika għadha ma seħħietx jew, fi kwalunkwe każ, għadha ma ġietx iffinalizzata. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 10(1) u (2) tad-Direttiva 2007/60/KE fir-rigward tat-tliet distretti ta’ baċini tax-xmara.


(1)  Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji ta’ l-għargħar (ĠU 2007, L 288, p. 27).


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fis-17 ta’ Mejju 2019 — RTS infra BVBA, Aannemingsbedrijf Norré-Behaegel vs Vlaams Gewest

(Kawża C-387/19)

(2019/C 270/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RTS infra BVBA, Aannemingsbedrijf Norré-Behaegel

Konvenut: Vlaams Gewest

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 57(4)(c) u (g), moqri flimkien mal-Artikolu 57(6) u (7) tad-Direttiva 2014/24/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ obbligu fuq operatur ekonomiku li jipproduċi, fuq inizjattiva tiegħu stess, prova tal-miżuri meħuda minn dan l-operatur sabiex jistabbilixxi l-affidabbiltà tiegħu?

2)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 57(4)(c) u (g), moqri flimkien mal-Artikolu 57(6) u (7) tad-Direttiva 2014/24/UE, hekk interpretati, għandhom effett dirett?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 65; rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa — CAAD) (il-Portugall) fis-17 ta’ Mejju 2019 — MK vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-388/19)

(2019/C 270/22)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa — CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MK

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

L-Artikoli 12, 56, 57 u 58 tat-Trattat dwar il-Komunità Ewropea [li issa saru l-Artikoli 18, 63, 64 u 65 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] ikkunsidrati flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali (Artikolu 43(2) tal-Código do IRS [il-Kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi], approvat bid-Digriet Liġi Nru 442. –A/88 tat-30 ta’ Novembru, skont il-verżjoni mogħtija lilha bil-Liġi Nru 109-B/2001 tas-27 ta’ Diċembru), li ġiet emendata bil-Liġi Nru 67. –A/2007, tal-31/12, bl-inklużjoni tal-paragrafi 7 u 8 (li issa saru l-paragrafi 9 u 10) fl-Artikolu 72 tal-Código do IRS, b’tali mod li l-apprezzamenti fil-valur li jirriżultaw mit-trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tkun tinsab fi Stat Membru (il-Portugall), minn resident ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea (Franza) ma jkunux suġġetti, bis-saħħa tal-għażla tal-persuna suġġetta għat-taxxa, għal oneru fiskali ogħla li jiġi applikat fir-rigward ta’ dan l-istess tip ta’ tranżazzjoni għall-apprezzamenti fil-valur magħmula minn resident tal-Istat fejn din il-proprjetà immobbli tkun tinsab?


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Mejju 2019 — VG Bild-Kunst vs Stiftung Preußischer Kulturbesitz

(Kawża C-392/19)

(2019/C 270/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti għal reviżjoni: VG Bild-Kunst

Konvenut għal reviżjoni: Stiftung Preußischer Kulturbesitz

Domanda preliminari

L-inkorporazzjoni, permezz tat-teknika msejħa “Framing”, fis-sit internet ta’ terz, ta’ xogħol disponibbli, bil-kunsens tad-detentur tad-drittijiet, fuq sit internet liberament aċċessibbli, tikkostitwixxi komunikazzjoni tax-xogħol lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 (1) jekk din l-inkorporazzjoni tevita miżuri ta’ protezzjoni kontra l-framing adottati jew imposti mid-detentur tad-drittijiet?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/21


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2019 — Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-401/19)

(2019/C 270/24)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, aġent, W. Gonatarski, adwocat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 17(4)(b) u l-Artikolu 17(4)(c), in fine (jiġifieri fil-parti li fiha l-frażi “u għamlu l-aħjar sforzi biex jipprevjenu kwalunkwe upload futur tagħhom skont il-punt (b)”) tad-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE (1);

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika tal-Polonja titlob l-annullament tal-Artikolu 17(4)(b) u l-Artikolu 17 (4)(c) in fine (jiġifieri fil-parti li fiha l-frażi “u għamlu l-aħjar sforzi biex jipprevjenu kwalunkwe upload futur tagħhom skont il-punt (b)”) tad-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE (ĠU 2019, L 130, p. 92) kif ukoll il-kundanna għall-ispejjeż tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Sussidjarjament, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet ikkontestati ma jistgħux jiġu ddisassoċjati mid-dispożizzjonijiet l-oħra li jinsabu fl-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2019/790 mingħajr ma tinbidel is-sustanza tar-regoli li jinsabu f’dak l-artikolu, ir-Repubblika tal-Polonja titlob l-annullament tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2019/790 fl-intier tiegħu.

Ir-Repubblika tal-Polonja tressaq, kontra d-dispożizzjonijiet ikkontestati tad-Direttiva 2019/790, motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni ggarantita mill-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

B’mod partikolari, ir-Repubblika tal-Polonja tafferma li l-obbligu għall-fornituri tas-servizzi tal-kondiviżjoni tal-kontenut online li jagħmlu l-aħjar sforzi sabiex jiżgura l-indisponibbiltà ta’ xogħlijiet u oġġetti oħra protetti speċifiċi li għalihom id-detenturi tad-drittijiet li pprovdew lill-fornituri tas-servizzi l-informazzjoni relevanti u meħtieġa (Artikolu 17(4)(b) tad-Direttiva 2019/790) kif ukoll l-obbligu magħmul għall-fornituri ta’ servizzi ta’ kondiviżjoni tal-kontenut online sabiex jagħmlu l-aħjar sforzi tagħhom sabiex jipprevjenu li x-xogħlijiet u l-oġġetti l-oħra protetti, li għalihom id-detenturi tad-drittijiet issottomettew notifika suffiċjentement motivata, isirulhom uploads fil-futur (l-Artikolu 17(4)(c), in fine, tad-Direttiva 2019/790) għandu l-konsegwenza — sabiex jevitaw ir-responsabbiltà — li l-fornituri tas-servizzi għandhom iwettqu verifika awtomatika minn qabel (filtrazzjoni) tal-kontenut kondiviż online mill-utenti, li jimplika konsegwentement li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ kontroll preventiv. Tali mekkaniżmi jimminaw l-essenza stess tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni u ma josservawx ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità u ta’ neċessità ta’ kwalunkwe ksur ta’ dak id-dritt.


(1)  ĠU 2019, L 130, p. 92.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Franza) fl-24 ta’ Mejju 2019 — Société Générale SA vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-403/19)

(2019/C 270/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Générale SA

Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-Artikolu 56 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li sar l-Artikolu 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-fatt li l-applikazzjoni tar-regoli [fiskali], sabiex issir tpaċija għat-tassazzjoni doppja ta’ dividendi mħallsa lil kumpannija li hija suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji fl-Istat Membru li fih hija residenti minn kumpannija residenti fi Stat ieħor u suġġetta, minħabba l-eżerċizzju f’dan l-Istat tal-ġurisdizzjoni fiskali tiegħu, għal taxxa f’ras il-għajn, tista’ tħalli jeżisti żvantaġġ għad-detriment tat-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ titoli ta’ kumpanniji barranin imwettqa minn kumpanniji suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji fl-ewwel Stat jimplika li dan l-Istat, ladarba l-għażla tkun saret li ssir tpaċija għat-tassazzjoni doppja, għandu jmur lil hinn mir-rinunzja li jirċievi d-dħul fiskali li jkun jieħu mill-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji tad-dividendi inkwistjoni?


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fil-31 ta’ Mejju 2019 — L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu vs L

(Kawża C-437/19)

(2019/C 270/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Konvenut: L

Domandi preliminari

1)

Il-punt (a) tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2011/16 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li talba għal skambju ta’ informazzjoni fformulata minn awtorità ta’ Stat Membru li jagħmel it-talba li tiddefinixxi l-persuni taxxabbli li hemm riferiment għalihom fit-talba għal skambju abbażi tas-sempliċi status tagħhom ta’ azzjonisti u ta’ benefiċjarji ekonomiċi ta’ persuna ġuridika, mingħajr ma dawn il-persuni taxxabbli jkunu ġew, minn qabel, identifikati bl-isem u individwalment min-naħa tal-awtorità li tagħmel it-talba, hija konformi mar-rekwiżiti ta’ identifikazzjoni stabbiliti minn din id-dispożizzjoni?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 5 tal-istess direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-osservanza tal-istandard tar-rilevanza prevedibbli timplika li l-awtorità tal-Istat Membru li jagħmel it-talba, sabiex tistabbilixxi l-assenza ta’ tiftix ta’ informazzjoni (“fishing expedition”) minkejja n-nuqqas ta’ identifikazzjoni individwali tal-persuni taxxabbli kkonċernati, tkun tista’ tagħti spjegazzjonijiet ċari u suffiċjenti li juru li hija qed twettaq investigazzjoni mmirata rigward grupp limitat ta’ persuni u mhux sempliċi investigazzjoni ta’ sorveljanza fiskali ġenerali u li din l-investigazzjoni hija ġġustifikata b’suspetti bbażati fuq nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu legali speċifiku?

3)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta

individwu li ġiet imposta fuqu, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest, sanzjoni amministrattiva pekunjarja għal nuqqas ta’ osservanza ta’ deċiżjoni amministrattiva li tordnah jipproduċi informazzjoni fil-kuntest ta’ skambju bejn amministrazzjonijiet fiskali nazzjonali taħt id-Direttiva 2011/16, li ma tistax tkun is-suġġett ta’ rikors kontenzjuż skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru rikjest, ikun ikkontesta l-legalità ta’ din id-deċiżjoni b’mod inċidentali fil-kuntest ta’ rikors kontenzjuż dirett kontra s-sanzjoni pekunjarja u

ikun kiseb għarfien tal-informazzjoni minima stabbilita mill-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2011/16 biss matul il-proċedura ġudizzjarja mibdija wara r-rikors kontenzjuż tiegħu kontra l-imsemmija sanzjoni,

huwa għandu jingħata, wara r-rikonoxximent definittiv, b’mod inċidentali, tal-validità tad-deċiżjoni ta’ ordni u dik ta’ ffissar ta’ multa maħruġa kontrih, terminu sospensiv għall-ħlas tal-multa sabiex ikun jista’ jikkonforma ruħu, wara li jkun kiseb għarfien tal-elementi marbuta mar-rilevanza prevedibbli kkonfermata b’mod definittiv mill-qorti kompetenti, mad-deċiżjoni ta’ ordni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE (ĠU 2011, L 64, p. 1).


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats ’s-Hertogenbosch (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Ġunju 2019 — TQ vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-441/19)

(2019/C 270/27)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats ’s-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TQ

Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/115/KE (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar ir-ritorn”), moqri flimkien mal-Artikoli 4 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), il-premessa 22 u l-Artikolu 5(a), tad-Direttiva dwar ir-ritorn, kif ukoll l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2011/95/UE (2) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-kwalifika”), għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru, qabel ma jimponi obbligu ta’ ritorn fuq minuri mhux akkumpanjat, għandu jiżgura ruħu — u jwettaq investigazzjoni għal dan il-għan — li f’kull każ, il-pajjiż ta’ oriġini joffri fil-prinċipju faċilità ta’ akkoljenza adegwata u li hija disponibbli?

2)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva dwar ir-ritorn, moqri flimkien mal-Artikolu 21 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru ma huwiex awtorizzat jagħmel distinzjoni abbażi tal-età, sabiex jawtorizza r-residenza legali fit-territorju tiegħu, meta jkun stabbilit li minuri mhux akkumpanjat ma jikkwalifikax għall-istatus ta’ refuġjat jew għal protezzjoni sussidjarja?

3)

L-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar ir-ritorn għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta minuri mhux akkumpanjat ma jikkonformax mal-obbligu ta’ ritorn, u l-Istat Membru ma jiħux, u ma huwa ser jieħu, l-ebda miżura konkreta ta’ tneħħija, l-obbligu ta’ ritorn għandu jiġi sospiż u, għaldaqstant, għandha tiġi awtorizzata r-residenza legali? L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva dwar ir-ritorn għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jitqies li huwa kontra l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali u l-prinċipju ta’ lealtà Komunitarja li tittieħed deċiżjoni ta’ ritorn kontra minuri mhux akkumpanjat, mingħajr mbagħad ma jittieħdu miżuri ta’ tneħħija sakemm il-minuri mhux akkumpanjat jilħaq l-età ta’ tmintax-il sena?


(1)  Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU 2008, L 348, p. 98).

(2)  Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU 2011, L 337, p. 9).


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (Id-Danimarka) fis-6 ta’ Ġunju 2019 — Viasat Broadcasting UK Ltd. vs TV2/Danmark A/S u Ir-Renju tad-Danimarka

(Kawża C-445/19)

(2019/C 270/28)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Viasat Broadcasting UK Ltd.

Konvenuti fil-proċedura: TV2/Danmark A/S u Ir-Renju tad-Danimarka

Domandi preliminari

1)

L-obbligu ta’ qorti nazzjonali li tikkundanna lil benefiċċjarja ta’ għajnuna għall-ħlas tal-interessi marbuta mal-perijodu ta’ illegalità (ara s-sentenza CELF (1)) japplika wkoll f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fih l-għajnuna illegali mill-Istat kienet tikkostitwixxi kumpens għal servizz pubbliku li sussegwentement ġiet irrikonoxxuta bħala kompatibbli mas-suq intern, skont l-Artikolu 106(2) TFUE, u l-awtorizzazzjoni tagħha ġiet ibbażata fuq evalwazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża kollha ta’ servizz pubbliku, inkluża l-kapitalizzazzjoni tagħha?

2)

L-obbligu ta’ qorti nazzjonali li tikkundanna lil benefiċċjarja ta’ għajnuna għall-ħlas tal-interessi marbuta mal-perijodu ta’ illegalità (ara s-sentenza CELF) japplika wkoll għall-ammonti li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, ġew ittrasferiti mill-benefiċċjara tal-għajnuna lil impriżi terzi li huma marbuta miegħu, b’mod konformi ma’ obbligu tad-dritt pubbliku, u li, b’deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li saret definittiva, ġew meqjusa bħala li jiffavorixxu lil din il-benefiċċjarja fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE?

3)

L-obbligu ta’ qorti nazzjonali li tikkundanna lil benefiċċjarja ta’ għajnuna għall-ħlas tal-interessi marbuta mal-perijodu ta’ illegalità (ara s-sentenza CELF) japplika wkoll għal għanuna mill-Istat li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, tħallset lill-benefiċċjarja tagħha minn impriża kkontrollata mill-Istat meta parti minn dawn il-mezzji kienu joriġinaw mill-kummerċjalizzazzjoni ta’ servizzi tal-benefiċċjarja?


(1)  Sentenza tat-12 ta’ Frar 2008, CELF u ministre de la Culture et de la Communication (C-199/06, EU:C:2008:79).


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/25


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2019 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-10 ta’ April 2019 fil-Kawża T-229/17, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-475/19 P)

(2019/C 270/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, aġent, M. Kottmann, M. Winkelmüller u F. van Schewick, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Finlandja

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1.

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fl-10 ta’ April 2019 fil-Kawża T-229/17, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea;

2.

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/133 tal-25 ta’ Jannar 2017 dwar iż-żamma b’restrizzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard armonizzat EN 14342:2013 “Pavimentar tal-injam: Karatteristiċi, evalwazzjoni ta’ konformità u mmarkar” skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

3.

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/145 tal-25 ta’ Jannar 2017 dwar iż-żamma b’restrizzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard armonizzat EN 14904:2006 “Superfiċji għal spazji għall-isport — Superfiċji fuq ġewwa li jintużaw għal aktar minn sports wieħed: Speċifikazzjoni” skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

4.

tannulla l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Marzu 2017, tal-11 ta’ Awwissu 2017, tal-15 ta’ Diċembru 2017, u tad-9 ta’ Marzu 2018 (3), fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE, sa fejn huma jirreferu għall-istandards armonizzati EN 14342:2013 u EN 14904:2006;

5.

sussidjarjament għat-tieni, għat-tielet u għar-raba’ punt tat-talbiet, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

6.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tibbaża l-appell tagħha fuq it-tliet aggravji li ġejjin.

L-ewwel nett, l-appellanti tqis li s-sentenza appellata tikser l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, sa fejn hija tiċħad it-talbiet tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja intiżi għall-annullament tal-komunikazzjonijiet ikkontestati inkwantu inammissibbli. Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali injorat il-fatt li l-komunikazzjonijiet ikkontestati huma intiżi sabiex jipproduċu effetti legali vinkolanti li ma humiex identiċi għall-effetti legali tad-deċiżjonijiet ikkontestati.

It-tieni nett, l-appellanti tqis li s-sentenza appellata tikser l-Artikolu 18(2), moqri flimkien mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Nru 305/2011. Hija tqis li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li, bis-saħħa ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-Kummissjoni kienet fl-istess waqt awtorizzata u obbligata li tieħu waħda mill-miżuri proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

It-tielet nett, l-appellanti tqis li s-sentenza appellata tikser l-Artikolu 18(2), moqri flimkien mal-Artikolu 3(1) u (2), u l-Artikolu 17(3) tar-Regolament Nru 305/2011. Hija tqis li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-Kummissjoni kienet obbligata, skont dawn id-dispożizzjonijiet, teżamina jekk l-istandards inkwistjoni kinux jikkompromettu l-osservanza tar-rekwiżiti fundamentali applikabbli għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.


(1)  ĠU 2017, L 21, p. 113.

(2)  ĠU 2017, L 22, p. 62.

(3)  ĠU 2017, C 76, p. 32; ĠU 2017, C 267, p. 16; ĠU 2017, C 435, p. 41; ĠU 2018, C 92, p. 139.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/27


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2019 minn Rumanija mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-30 ta’ April 2019 fil-Kawża T-530/18, Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-498/19 P)

(2019/C 270/30)

Lingwa tal-kawża: Ir-Rumen

Partijiet

Appellanti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: C.-R, Canțăr, E. Gane, O.-C. Ichim, M. Chicu, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tilqa’ l-appell, tannulla b’mod sħiħ id-digriet tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-530/18, teżamina mill-ġdid il-Kawża T-530/18 u tilqa’ r-rikors għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/873 tat-13 ta’ Ġunju 2018 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nefqa partikolari li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (il-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) (1):

a)

fir-rigward tas-sottomiżura 1a fl-intier tagħha (ammont ta’ EUR 13 184 846,61 marbut mas-snin finanzjarji 2015 u 2016);

b)

fir-rigward tas-sottomiżuri 3a, 5a, 3b u 4b fl-intier tagħha (ammont ta’ EUR 45 532 000,96 marbut mas-snin finanzjarji 2014, 2015 u 2016) u, sussidjarjament, parzjalment għall-perijodu ta’ qabel id-19 ta’ Settembru 2015 (ammont ta’ EUR 21 315 857,50);

jew

tilqa’ l-appell, tannulla b’mod sħiħ id-digriet tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-530/18, u tibgħat lura l-Kawża T-530/18 quddiem il-Qorti Ġenerali, li, waqt l-eżami mill-ġdid tal-kawża, għandha tilqa’ r-rikors għal annullament u tannulla parzjalment id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/873, kif issemma iktar ’il fuq;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

A.

Ksur tal-Artikoli 263 u 297 TFUE, kif ukoll il-prinċipju ta’ ċertezza legali

i.

Il-Qorti Ġenerali ma interpretatx b’mod korrett, mill-perspettiva legali, in-natura kompleta u korretta tan-notifika u kklassifikat b’mod żbaljat in-notifika mwettqa mill-Kummission bħala ta’ natura li tiskatta t-terminu previst fl-Artikolu 263 TFUE. Dan l-approċċ tal-Qorti Ġenerali jmur kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali.

Ir-Rumanija tqis li l-eżistenza ta’ kull żball marbut mal-elementi essenzjali ta’ deċiżjoni bħad-Deċiżjoni 2018/873 hija ta’ natura li tikkomprometti n-notifika u tqajjem problemi serji inkonnessjoni mal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Konsegwentement, l-eżistenza ta’ żbalji bħal dawk ikkonstatati mill-Qorti Ġenerali hija suffiċjenti sabiex in-notifika mwettqa mill-Kummissjoni ma tkunx tista’ tkun ta’ natura li tiskatta t-terminu previst fl-Artikolu 263 TFUE.

Il-Qorti Ġenerali kklassifikat bħala minuri d-differenzi bejn il-forma ppublikata u dik innotifikata tad-Deċiżjoni 2018/873, billi bbażat ruħha fuq il-fatt li din tal-aħħar ma tistax tippreġudika l-komprensjoni tat-test tad-deċiżjoni, peress li l-kelma “sumă” (ammont) setgħet tikkorrispondi biss għat-tip ta’ korrezzjoni “sumă estimată” (ammont stmat). Peress li dan it-tip ta’ korrezzjoni ma jeżistix, ir-Rumanija tqis li r-raġunament legali tal-Qorti Ġenerali huwa żbaljat, li dan jippreġudika manifestament il-komprensjoni tat-test tad-Deċiżjoni 2018/873 u li n-notifika ta’ din tal-aħħar ġiet kompromessa.

ii.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 297 TFUE, billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-effetti tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni 2018/873 fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠUUE) fid-dawl tal-informazzjoni effettiva u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

Fid-dawl tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, dik li hija rilevanti għall-eżerċizzju tad-dritt għal rikors hija l-informazzjoni effettiva fuq il-kontenut tal-att tal-Unjoni kkontestat u mhux il-mument li minnu dan tal-aħħar jidħol fis-seħħ jew jipproduċi effetti legali.

It-terminu ta’ xaharejn għall-preżentata ta’ rikors għal annullament ta’ att bħad-Deċiżjoni 2018/873, li għandu jiġi nnotifikat iżda li, konformement ma’ prassi stabbilita u dejjiema tal-awtorità emittenti, jiġi ppubblikat ukoll fil-ĠUUE, għandu jiddekorri mid-data tal-pubblikazzjoni, li magħha għandhom jiżdiedu l-erbatax-il ġurnata previsti fl-Artikolu 59 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Din is-soluzzjoni hija iktar iktra neċessarja fid-dawl taċ-ċirkustanzi konkreti li fihom ġiet innotifikata d-Deċiżjoni 2018/873 lill-awtoritajiet Rumeni u ppubblikata, liema ċirkustanzi jirrilevaw differenzi bejn it-test innotifikat u dak ippubblikat inkonnessjoni mal-elementi essenzjali tad-deċiżjoni.

iii.

Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali billi qieset waħda mill-inkoerenzi indikati mir-Rumanija [marbuta mat-tip ta’ korrezzjoni “sumă estimată” (ammont stmat) kontra “rată forfetară” (ammont fiss)] kienet tikkostitwixxi żball redazzjonali minuri li twettaq fit-test innotifikat u ppubblikat, iżda li la kien twettaq fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva u lanqas fir-rapport ta’ sinteżi, u li ma kinitx tagħti lok għal kopnfużjoni dwar in-nauta tal-korrezzjoni.

iv.

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 263 TFUE billi ddeċidiet li huma irrilevanti u ineffettivi d-differenzi bejn it-test innotifikat u dak ippubblikat fil-ĠUUE li jikkonċernaw dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2018/873 maħsuba għal Stati Membri oħra tal-Unjoni, b’kont meħud tal-kwalità tal-Istat Membru ta’ rikorrent ipprivileġġjat.

B.

Ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju, inkluż fir-rigward tal-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali

Ir-Rumanija tqis li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ kontradittorju billi ma ppermettietx lill-awtoritajiet Rumeni jadottaw pożizzjoni inkonnessjoni mal-informazzjoni kkomunikata mill-Kumissjoni b’risposta għall-mistoqsija tal-Qorti Ġenerali, informazzjoni li serviet bħala bażi għaċ-ċaħda tar-rikors bħala inammissibbli.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/873 tat-13 ta’ Ġunju 2018 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nefqa partikolari li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) (ĠU 2018, L 152, p. 29.


Il-Qorti Ġenerali

12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/29


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2019 — XC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-488/18)

(2019/C 270/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: XC (rappreżentant: C. Bottino, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-att ta’ esklużjoni tar-rikorrent mill-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/338/17 (abbażi tal-Artikolu 270 TFUE);

id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2018) 3969 (abbażi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE);

il-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/356/18 (abbażi tal-Artikolu 270 TFUE),

kif ukoll tordna l-kumpens għad-dannu f’dak l-ammont li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xierqa u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka:

Fuq it-talba għal annullament abbażi tal-Artikolu 270 TFUE tal-esklużjoni mill-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/338/17:

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikoli 3 u 7 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, kif interpretat, b’mod partikolari, mis-sentenza tal-Kawżi T-361/10, Pachitis vs Il-Kummissjoni u T-587/16, HM vs Il-Kummissjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li, skont ir-rikorrent, il-proċess għall-preparazzjoni tal-eżerċizzju e-tray jikser l-obbligu ta’ kunfidenzjalità tal-proċeduri tal-Bord tal-Għażla previst mill-Artikolu 6 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-iżvolġiment tal-eżerċiżżju e-tray bil-mod previst mill-EPSO irrappreżenta għar-rikorrent diskriminazzjoni indiretta minħabba diżabbiltà u ksur tal-obbligu li jingħata reasonable adjustement.

Fuq it-talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2018) 3969 abbażi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE:

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji indikati fis-sentenzi tal-Kawżi T-516/14, Alexandrou vs Il-Kummissjoni, u C-491/15 P, Typke vs Il-Kummissjoni.

Fuq it-talba għal annullament tal-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/356/18 abbażi tal-Artikolu 270 TFUE:

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-inkompetenza tal-EPSO minħabba li naqas milli jgħaddi lill-Bord tal-Għażla t-talba tiegħu għal eżami mill-ġdid fis-sens tal-punt 4.2.2 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali tal-kompetizzjoni, jew minħabba li ssostitwixxa ruħu għalih fid-deċiżjonijiet u/jew fil-motivi.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-regoli tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-direttiva dwar diskriminazzjoni minħabba diżabbiltà.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/30


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2019 — Le Comité de Douzelage de Houffalize vs Il-Kummissjoni u EACEA

(Kawża T-236/19)

(2019/C 270/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Le Comité de Douzelage de Houffalize (Houffalize, il-Belġju) (rappreżentant: A. Kettels, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea u L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla u/jew tirriforma l-att ikkontestat

tikkonstata li l-Kumitat rikorrent huwa fid-dritt li jara l-formula tiegħu “entità legali” tiġi vvalidata u tikseb konsegwentement, il-finanzjament inkwistjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 572 finali, tal-4 ta’ Frar 2019, li tiċħad l-appell amministrattiv ippreżentat mir-rikorrent kontra d-deċiżjoni tal-EACEA, tal-25 ta’ Ġunju 2018, li ma tagħtix is-sussidju għall-kandidatura ppreżentata minn dan tal-aħħar fil-kuntest tas-sejħa għall-kandidaturi “Jumelages de villes 2017, it-tieni skadenza” (EACEA 36/2014), ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed biss. Dan il-motiv huwa mislut minn:

il-ksur tal-Artikolu 131.2 tar-Regolament Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002;

il-ksur tal-prinċipju tal-aspettativi leġittimi u taċ-ċertezza legali;

il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-projbizzjoni tal-eżerċizzju arbitrarju;

l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni;

u mill-assenza ta’ motivazzjoni xierqa, suffiċjenti u rilevanti, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tqis li l-aspettativi leġittimi u ċ-ċertezza legali tal-Kumitat rikorrent ma ġewx miksura.

Minkejja, skont ir-rikorrent, li din id-deċiżjoni ma tissodisfax il-kontestazzjoni speċifika żviluppata f’dan ir-rigward minn dan tal-aħħar. Fil-fatt, ir-risposti fformulati huma jew mingħajr ebda rabta mal-argument żviluppat mill-Kumitat fit-talba tiegħu għall-eżami mill-ġdid, jew manifestament insuffiċjenti li tiġġustifika ċ-ċaħda tal-argument meħud mill-ksur tal-prinċipju tal-aspettativi leġittimi u taċ-ċertezza legali, jew inkella fi kwalunkwe każ, kuntrarji għall-portata ta’ dan il-prinċipju.

Ir-rikorrent iqis li jista’ jipprofitta minn aspettativi leġittimi li jirrigwardaw l-fatt li jsir magħruf bħala entità mingħajr personalità legali ammissibbli għas-sussidji li għalhekk ġew irrifjutati lilu. Dan jislet dawn l-aspettativi leġittimi mid-deċiżjonijiet ta’ għoti ta’ sussidji li ġew innotifikati lilu, għal żmien fejn kellu diġà l-istess forma ġuridika, jiġifieri dik tal-assoċjazzjoni tal-fatt, li s-sitwazzjoni tiegħu tal-fatt u tad-dritt kienet identika, u li n-normi li rregolaw l-ammissibbiltà tal-entitajiet mingħajr personalità legali ma ġewx emendati minn dakinhar. Għaldaqstant ma teżisti ebda raġuni li wieħed jerġa’ lura fuq dawn l-aspettativi leġittimi u li tiġi adottata pożizzjoni differenti minn dik adottata fil-passat.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/31


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2019 — Dragomir vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-297/19)

(2019/C 270/33)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrent: Daniel Dragomir (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: R. Chiriță, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara n-nuqqas, min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, li twettaq l-obbligu tagħha li tiżgura l-osservanza, mir-Rumanija, tal-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data;

tiddikjara n-nuqqas, min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, li twettaq l-obbligu tagħha li tiżgura l-osservanza, mir-Rumanija, tal-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilll tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI;

tiddikjara n-nuqqas, min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, li twettaq l-obbligu tagħha li tiżgura l-osservanza, mir-Rumanija, tal-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data);

tiddikjara n-nuqqas, min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, li twettaq l-obbligu tagħha li tiżgura l-osservanza, mir-Rumanija, tal-prinċipji ta’ Stat tad-dritt, ta’ indipendenza tal-qrati u tad-drittijiet fundamentali tal-persuni li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom;

tikkundanna lill-konvenuta għall-kumpens għad-dannu morali kkawżat, ivvalutat għall-ammont ta’ EUR 2.

tordna lill-konvenuta sabiex fil-futur tirrimedja għal dawn in-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas, min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, li twettaq l-obbligi tagħha marbuta mal-indipendenza tal-qrati li jirriżultaw mid-deċiżjoni li tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni u ta’ verifika, mit-Trattati u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea konxjament naqset milli twettaq l-obbligi tagħha marbuta mal-protezzjoni tal-Istat tad-dritt, mal-indipendenza tal-qrati Rumeni fir-rigward tal-attakk fuqhom mis-Serviciul Român de Informații (id-dipartiment tal-informazzjoni Rumen) kif ukoll mad-dritt tal-partijiet għal smigħ xieraq.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas, min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, li twettaq l-obbligi tagħha fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali.

Il-Kummissjoni Ewropea naqset milli twettaq, inkella wettqet b’mod sempliċement formali, l-obbligu tagħha li tivverifika l-mod li bih id-direttivi u r-regolamenti tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali huma osservati.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/32


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2019 — PNB Banka et vs BĊE

(Kawża T-330/19)

(2019/C 270/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PNB Banka AS (Riga, il-Latvja), CR u CT (rappreżentanti: O. Behrends u M. Kirchner, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tal-21 ta’ Marzu 2019 rigward l-akkwist propost ta’ ishma kwalifikanti mir-rikorrenti fil-bank immirat.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-perijodu ta’ evalwazzjoni tal-BĊE skont l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2013/36/UE (1) skada qabel id-deċiżjoni kkontestata u ma kienx għaldaqstant possibbli għall-BĊE li jopponi l-akkwist propost.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-BĊE kiser il-proċedura stabbbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament MSU (2) u l-Artikoli 85 sa 87 tar-Regolament Qafas MSU (3).

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2013/36/UE u l-implementazzjoni Latvjana tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità mill-BĊE.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni mill-BĊE tan-natura diskrezzjonali tad-deċiżjoni ta’ oppożizzjoni għall-akkwist propost.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq żnaturament tal-fatti relevanti tal-kawża mill-BĊE.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali mill-BĊE.

8.

It-tmien aggravju ibbażat fuq il-fatt li l-BĊE kiser il-prinċipju nemo auditor billi naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni r-responsabbiltà tiegħu stess għat-telf ta’ fiduċja fil-proċess regolatorju.


(1)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU 2013, L 176, p. 338, rettifiki fil-ĠU 2013, L 176, p. 338 u fil-ĠU 2013, L 208, p. 73).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).

(3)  Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU 2014, L 141, p. 1).


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/33


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2019 — Front Polisario vs Il-Kunsill

(Kawża T-344/19)

(2019/C 270/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Front populaire pour la libération de la Saguia el-Hamra et du Rio de oro (Front Polisario) (rappreżentant: G. Devers, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors tiegħu għal annullament ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/441 tal-4 ta’ Marzu 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu u tal-iskambju ta’ ittri li jakkumpanja l-Ftehim (ĠU 2019, L 77, p. 4), ir-rikorrent jinvoka ħdax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ kompetenza tal-Kunsill sabiex jadotta d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn l-Unjoni u r-Renju tal-Marokk ma għandhomx il-kompetenza sabiex jikkonkludu ftehim internazzjonali applikabbli għas-Saħara tal-Punent, minflok il-poplu tas-Saħara tal-Punent, irrappreżentat mill-Front Polisario.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ eżami tal-kwistjoni tal-osservanza tad-drittijiet fundamentali u tad-dritt internazzjonali umanitarju, sa fejn il-Kunsill ma eżaminax din il-kwistjoni qabel ma adotta d-deċiżjoni kkontestata.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur mill-Kunsill tal-obbligu tiegħu li jeżegwixxi s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tinjora r-raġunijiet tas-sentenza tas-27 Frar 2018, Western Sahara Campaign UK (C-266/16, EU:C:2018:118).

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji u tal-valuri essenzjali li jiggwidaw l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali, sa fejn:

l-ewwel nett, bi ksur tad-dritt tal-popli għall-osservanza tal-unità nazzjonali tagħhom, id-deċiżjoni kkontestata tinnega l-eżistenza tal-poplu tas-Saħara tal-Punent billi tuża minflok it-termini “popolazzjoni tas-Saħara tal-Punent” u “popolazzjonijiet ikkonċernati”;

it-tieni nett, bi ksur tad-dritt tal-popli li liberament jiddisponu mir-riżorsi naturali tagħhom, id-deċiżjoni kkontestata tikkonkludi ftehim internazzjonali li jorganizza, mingħajr il-kunsens tal-poplu tas-Saħara tal-Punent, l-isfruttament tar-riżorsi tas-sajd tiegħu minn bastimenti tal-Unjoni;

it-tielet nett, id-deċiżjoni kkontestata tikkonkludi ftehim internazzjonali applikabbli għat-territorju okkupat tas-Saħara tal-Punent, mar-Renju tal-Marokk, fil-kuntest tal-politika annessjonista tiegħu fir-rigward ta’ dan it-territorju u tal-ksur sistematiku tad-drittijiet fundamentali li ż-żamma ta’ din il-politika teħtieġ.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tmur kontra d-dikjarazzjonijiet tal-Unjoni li, ripetutament, ma waqfetx tafferma n-neċessità li l-prinċipji ta’ awtodeterminazzjoni u ta’ effett relattiv tat-trattati jiġu osservati.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn, fid-dawl tal-istatus separat u distint tas-Saħara tal-Punent, tan-natura intanġibbli tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni u tal-kwalità ta’ terz tal-poplu tas-Saħara tal-Punent, ma huwiex il-kompitu tal-Kunsill li jagħmel paragun ta’ proporzjonalità bejn l-allegati “benefiċċji” ġġenerati mill-ftehim tas-sajd u r-riperkussjonijiet tiegħu fuq ir-riżorsi naturali tas-Saħara tal-Punent.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-kuntrarjetà mal-politika komuni tas-sajd, sa fejn, skont il-ftehim konkluż mid-deċiżjoni kkontestata, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea se jkunu jistgħu jaċċedu għar-riżorsi tas-sajd tal-poplu tas-Saħara tal-Punent, mingħajr il-kunsens tiegħu, inkambju għal korrispettiv finanzjarju mħallas lill-awtoritajiet Marokkini, meta l-ilmijiet tas-Saħara tal-Punent ma humiex “ilmijiet” Marokkini fis-sens tal-Artikoli 61 u 62 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-dritt tal-baħar.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni, sa fejn:

l-ewwel nett, billi fir-rigward tiegħu tuża t-termini “popolazzjoni tas-Saħara tal-Punent” u “popolazzjonijiet ikkonċernati”, id-deċiżjoni kkonċernata tinnega l-unità nazzjonali tal-poplu tas-Saħara tal-Punent bħala suġġett tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni;

it-tieni nett, bi ksur tad-dritt tal-poplu tas-Saħara tal-Punent li liberament jiddisponi mir-riżorsi naturali tiegħu, id-deċiżjoni kkontestata torganizza, mingħajr il-kunsens tiegħu, l-isfruttament tar-riżorsi tas-sajd tiegħu minn bastimenti tal-Unjoni;

it-tielet nett, bi ksur tad-dritt tal-poplu tas-Saħara tal-Punent għall-osservanza tal-integrità territorjali tat-territorju nazzjonali tiegħu, id-deċiżjoni kkontestata tinnega l-istatus separat u distint tat-territorju tas-Saħara tal-Punent u tirratifika d-diviżjoni illegali tiegħu bil-“Berm” Marokkin.

9.

Id-disa’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ effett relattiv tat-trattati, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tinnega l-kwalità ta’ terz tal-poplu tas-Saħara tal-Punent għar-relazzjonijiet UE-Marokk u timponi fuqu obbligi internazzjonali, marbuta mat-territorju nazzjonali tiegħu u mar r-riżorsi naturali tiegħu, mingħajr il-kunsens tiegħu.

10.

L-għaxar motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt internazzjonali umanitarju u tad-dritt kriminali internazzjonali sa fejn:

l-ewwel nett, id-deċiżjoni kkontestata tikkonkludi ftehim internazzjonali applikabbli għas-Saħara tal-Punent meta l-forzi Marokkini ta’ okkupazzjoni ma għandhomx jus tractatus fir-rigward ta’ dan it-territorju u huma preklużi milli jisfruttaw ir-riżorsi naturali;

it-tieni nett, skont il-ftehim konkluż bid-deċiżjoni kkontestata, l-Unjoni ser tissussidja l-infrastrutturi Marokkini fit-territorju okkupat tas-Saħara tal-Punentes, sabiex ir-Renju tal-Marokk ikun jista’ jistabbilixxi b’mod permanenti l-popolazzjoni ċivili u l-forzi armati tiegħu;

it-tielet nett, bl-użu tat-termini ta’ “popolazzjoni tas-Saħara tal-Punent” u ta’ “popolazzjonijiet ikkonċernati”, id-deċiżjoni kkontestata tapprova t-trasferiment illegali ta’ Marokkini lejn it-territorju okkupat tas-Saħara tal-Punent.

11.

Il-ħdax-il motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligi tal-Unjoni fuq il-bażi tad-dritt tar-responsabbiltà internazzjonali, sa fejn, billi kkonkludiet ftehim internazzjonali, mar-Renju tal-Marokk, applikabbli għas-Saħara tal-Punent, id-deċiżjoni kkontestata tirratifika l-okkorrenzi ta’ ksur gravi tad-dritt internazzjonali mwettqa mill-forzi Marokkini tal-okkupazzjoni kontra l-poplu tas-Saħara tal-Punent u tagħti għajnuna u assistenza għaż-żamma tas-sitwazzjoni li tirriżulta minn dawn l-okkorrenzi ta’ ksur.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/35


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2019 — Front Polisario vs Il-Kunsill

(Kawża T-356/19)

(2019/C 270/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Front populaire pour la libération de la Saguia el-Hamra et du Rio de oro (Front Polisario) (rappreżentant: G. Devers, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors tagħha għal annullament ammissibbli;

tannulla r-Regolament ikkontestat;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/440 tad-29 ta’ Novembru 2018 dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd skont il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (ĠU 2019, L 77, p. 1), ir-rikorrent jinvoka motiv uniku, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ bażi legali tal-imsemmi regolament minħabba l-illegalità tad-Deċiżjoni 2019/441.

Dan il-motiv huwa diviż fi ħdax-il parti li huma, essenzjalment, identiċi għall-ħdax-il motiv invokati fil-kuntest tal-Kawża T-344/19, Front Polisario vs Il-Kunsill.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/35


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2019 — Groupe Canal + vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-358/19)

(2019/C 270/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Groupe Canal + (Issy-les-Moulineaux, Franza) (rappreżentanti: P. Wilhelm, P. Gassenbach u O. de Juvigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżijoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2019 fil-Każ AT.40023, sa fejn tirrigwarda s-suq Franċiż u l-kuntratti eżistenti jew futuri ta’ Groupe Canal + abbażi tal-Artikolu 263 TFUE;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha sostnuti minn Groupe Canal +.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-użu ħażin ta’ poter imwettaq mill-Kummissjoni, sa fejn l-impenji li hija għamlet obligatorji sabiex jitwaqqaf l-ibblukkar ġeografiku fis-settur taċ-ċinema jinterferixxu mar-riformi leġiżlattivi adottati riċentement mil-leġiżlatur Ewropew.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE mill-Kummissjoni, sa fejn hija qieset li l-impenji proposti minn NBCUniversal, Sony Pictures, Warner Bros u Sky ma jaffettwawx id-diversità kulturali u b’mod iktar ġenerali l-finanzjament u l-użu ta’ films fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn il-Kummissjoni għamlet obbligatorji impenji manifestament sproporzjonati meta mqabbla mal-preokkupazzjonijiet ta’ kompetizzjoni mqajma, u li jmorru kontra l-interessi tat-terzi.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/36


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2019 — Camerin vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-367/19)

(2019/C 270/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Laure Camerin (Bastia, Franza) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata;

tordna l-kumpens għad-dannu morali kkawżat minn sett ta’ atti u ta’ aġir tal-PMO li għandu jiġi evalwat globalment u li r-rikorrenti tqis li jammonta ex aequo et bono għal EUR 50 000;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (iktar ’il quddiem il-“PMO”), rigward l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid adottata minn qorti Belġjana, sa fejn dan tal-aħħar jirriżerva d-dritt li jżomm mill-ġdid l-ammont ta’ EUR 3 839,60 mill-pensjonijiet tar-rikorrenti li għadhom iridu jitħallsu, din tal-aħħar tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1 u 25 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ksur tal-Artikolu 6 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti”) u fuq l-eżistenza ta’ żball ta’ evalwazzjoni. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tqis li ma hemm l-ebda motivazzjoni u lanqas ma hemm bażi legali li jiġġustifikaw id-deċiżjoni tal-PMO li jkompli jżomm iktar minn żewġ terzi tal-pensjoni tagħha.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ legalità u ta’ ċertezza legali. Skont ir-rikorrenti, ir-Regolamenti huma “lex specialis” li jipprevalu fuq kull dritt nazzjonali ieħor: fil-qasam ta’ minimu għall-għajxien, hemm għalhekk dispożizzjonijiet statutorji sostanzjali li jidderogaw kemm mid-dritt Ewropew tax-xogħol ġenerali kif ukoll mid-dritt nazzjonali tax-xogħol.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-dmir ta’ premura, sa fejn l-ebda motivazzjoni ma ġiet prodotta rigward il-fatti jew il-provi li jistgħu jiġġustifikaw it-teħid tad-deċiżjoni mill-PMO li jirriżerva d-dritt li jżomm mill-ġdid l-ammont ta’ EUR 3 839,60 mill-pensjonijiet tar-rikorrenti li għadhom iridu jitħallsu.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ non-diskriminazzjoni, b’mod partikolari sa fejn, jekk tiġi segwita l-interpretazzjoni tal-PMO, il-minimu għall-għajxien jiddependi mill-pajjiż fejn l-uffiċjal ikun irrisjeda.

Ir-rikorrenti titlob ukoll il-kumpens għad-dannu li hija sofriet minħabba l-irregolaritajiet li l-PMO wettaq u li ma jippermettulhiex tgħix b’dinjità.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/37


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Datenlotsen Informationssysteme vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-368/19)

(2019/C 270/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Datenlotsen Informationssysteme GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lübbig, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li l-konvenuta naqset milli twettaq l–obbligi tagħha taħt l-Artikolu 108 TFUE minħabba li naqset milli tikkonkludi f’terminu raġonevoli, permezz ta’ deċiżjoni, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-Każ SA.34402 (2015/C ex 2012/NN) skont l-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikolu 9(1) tar-Regolament 2015/1589 (1).

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.

1.

Ksur tal-Artikolu 108 TFUE minħabba n-nuqqas ta’ konklużjoni tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

Fil-kuntest tal-ewwel motiv qiegħed jiġi sostnut li t-tul tal-proċedura, li huwa iktar minn seba’ snin, għandu jitqies bħala irraġonevoli. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li fid-dawl tal-għarfien wiesgħa tal-konvenuta u tal-portata limitata tal-kwistjonijiet pendenti, deċiżjoni diġà kellha tittieħed. Minbarra dan, hija neċessarja deċiżjoni ta’ malajr minħabba bżonnijiet ekonomiċi urġenti tar-rikorrenti.

2.

Ksur tad-dritt għal terminu proċedurali raġonevoli bħala parti mid-dritt għal amministrazzjoni tajba skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Fil-kuntest tat-tieni motiv, qegħdin jiġu invokati argumenti li huma essenzjalment identiċi jew simili għall-argumenti li ġew invokati fil-kuntest tal-ewwel motiv.

3.

Ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 20 tagħha

Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti ssostni, prinċipalment, li l-konvenuta kisret il-Kodiċi ta’ Prassi Tajba fil-qasam tal-implimentazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat minħabba diversi miżuri li implikaw id-dewmien tal-proċedura.

4.

Ksur tad-dritt għal motivazzjoni bħala korollarju tad-dritt għal rikors ġudizzjarju effettiv, fis-sens tal-Artikoli 47 u 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Fil-kuntest tar-raba’ motiv qiegħed jiġi invokat il-fatt li l-konvenuta ma setgħetx tinvoka, b’mod ġenerali, in-neċessità ta’ investigazzjonijiet ulterjuri, iżda kellha tindikahom b’mod sostanzjat u li jinftiehem.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/39


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2019 — Pisoni vs Il-Parlament

(Kawża T-375/19)

(2019/C 270/40)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Ferruccio Pisoni (Trento, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-istqarrija għall-istampa tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew li implimenta d-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, fi kwalunkwe każ,

tannulla d-determinazzjoni l-ġdida u l-kalkolu l-ġdid tal-allowance annwali mogħtija mill-Parlament Ewropew;

konsegwentement, taqta’ u tiddeċiedi li r-rikorrent għandu dritt għaż-żamma tal-allowance annwali inkwistjoni fl-ammonti akkwistati u li jiġu dovuti abbażi tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati (l-Italja) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika (l-Italja) u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas is-somom kollha miżmuma indebitament, miżjuda biż-żieda monetarja u bl-interessi legali mid-data ta’ meta nżammu s-somom, u

tikkundanna lill-Parlament Ewropew jeżegwixxi s-sentenza sussegwenti u jistabbilixxi mill-ġdid u bis-sħiħ l-allowance annwali fit-totalità inizjali kollha tagħha kif ukoll sabiex jikkumpensa d-dannu eventwali kollu li jagħti dritt għal kumpens lir-rikorrent;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat miżjuda bil-VAT, drittijiet u taxxi u spejjeż b’rata fissa.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-345/19, Santini vs Il-Parlament.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/39


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2019 — Topcart vs EUIPO — Carl International (TC CARL)

(Kawża T-377/19)

(2019/C 270/41)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Topcart GmbH (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carl International (Limonest, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “TC CARL” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 957 542

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2019 fil-Każ R 1826/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/40


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2019 — Topcart vs EUIPO — Carl International (TC CARL)

(Kawża T-378/19)

(2019/C 270/42)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Topcart GmbH (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carl International (Limonest, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni TC CARL — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 048 556

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2019 fil-Każ R 1617/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/41


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2019 — Serviceplan Gruppe für innovative Kommunikation vs EUIPO (Serviceplan)

(Kawża T-379/19)

(2019/C 270/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Serviceplan Gruppe für innovative Kommunikation GmbH & Co KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Koch u P. Schmitz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Serviceplan” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 234 669

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1424/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija ċaħdet ir-rikors;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/42


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2019 — Serviceplan Gruppe für innovative Kommunikation vs EUIPO (Serviceplan Solutions)

(Kawża T-380/19)

(2019/C 270/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Serviceplan Gruppe für innovative Kommunikation GmbH & Co KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Koch u P. Schmitz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Serviceplan Solutions” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 244 742

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1427/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din ċaħdet l-appell;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/43


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2019 — adp Gauselmann vs EUIPO — Gameloft (City Mania)

(Kawża T-381/19)

(2019/C 270/45)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: adp Gauselmann GmbH (Lübbecke, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gameloft SE (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “City Mania” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 936 339

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ April 2019 fil-Każ R 976/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-appell bħala fondat u tannulla d-deċiżjoni kkontestata, tikkonstata l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti u, konsegwentement, tordna ċ-ċaħda totali tal-applikazzjoni għal trade mark;

tikkundanna lill-EUIPO kif ukoll, skont l-każ, il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/44


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2019 — Turk Hava Yollari vs EUIPO — Sky (skylife)

(Kawża T-382/19)

(2019/C 270/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Turk Hava Yollari AO (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sky Ltd (Isleworth, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni Ewropea skylife — Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 898 322 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ April 2019 fil-Każ R 880/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO jiddikjara valida r-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark ikkontestata Nru 898 322 għall-prodotti u s-servizzi kollha rreġistrati fil-klassijiet 39 u 41;

tordna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, Sky Limited, iħallsu l-ispejjeż kollha tat-tilwima quddiem il-Qorti Ġenerali inklużi dawk relatati mal-proċedimenti quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/45


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2019 — CI et vs Il-Parlament u l-Kunsill

(Kawża T-383/19)

(2019/C 270/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CI, CJ, CK, CL u CN (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament (UE) 2019/592 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1806 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-proċedura, inklużi l-ispejjeż tal-avukat li jekwivalu għal EUR 5 000.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittjiet kweżiti naxxenti miċ-ċittadinanza Ewropea permezz tar-Regolament (UE) 2019/592.

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jqisu li l-Parlament u l-Kunsill kisru d-dritt tagħhom għal ħajja privata u tal-familja sa fejn huma stabbilixxew il-ħajja tagħhom għal iktar minn ħmistax-il sena fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, Stat li miegħu huma għandhom rabtiet mill-qrib: uħud minnhom għandhom konjugu u tfal ċittadini ta’ Stat Membru ieħor jew għandhom fih proprjetà immobbli.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jqisu li r-regolament ikkontestat jikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza peress li jirrikonoxxi t-terminazzjoni tad-drittjiet li huma jisiltu miċ-ċittadinanza Ewropea tagħhom mingħajr ma jagħmel distinzjoni bejn iċ-ċittadini suġġetti għar-regoli tat-tħassir tad-dritt tagħhom għal vot wara ħmistax-il sena ta’ residenza mhux fir-Renju Unit u l-oħrajn.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-istatut ta’ Ġibiltà permezz tar-regolament ikkontestat, sa fejn ir-riferiment għal Ġibiltà fir-regolament ikkontestat bħala “kolonja tal-Kuruna Brittanika” jista’ biss jagħti lok għal klima mhux adattata għall-konċiljazzjoni bejn Spanja u r-Renju Unit b’detriment għad-drittijiet tal-abitanti ta’ Ġibiltà.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-eżenzjoni ta’ viża mogħtija liċ-ċittadini Brittaniċi bir-Regolament 2018/1240, minħabba li r-rikorrenti ikollhom jitolbu awtorizzazzjoni tal-vajġġ ETIAS u li għaldaqstant teżisti possibbiltà li din l-awtorizzazzjoni tiġi rrifjutata.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/46


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2019 — Mazzone vs Il-Parlament

(Kawża T-385/19)

(2019/C 270/48)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Antonio Mazzone (Napoli, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li rriproduċiet id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, f’kull każ,

tannulla d-determinazzjoni ġdida u l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew:

konsegwentement, tgħid u tiddikjara li r-rikorrent għandu d-dritt li żżomm l-allokazzjoni għall-ħajja inkwistjoni sal-ammonti miksuba u li ser jinkisbu abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom kollha miżmuma indebitament flimkien mal-evalwazzjoni monetarja ġdida u l-interessi legali mid-data tat-tnaqqis f’ras il-għajn, kif ukoll

tikkundanna lill-Parlament Ewropew biex jeżegwixxi s-sentenza għal intervent u biex immedjatament jistabbilixxi mill-ġdid u b’mod sħiħ l-allokazzjoni għall-ħajja fil-portata inizjali kollha tagħha, kif ukoll biex jikkumpensa d-danni kollha eventwali li jagħtu dritt għal kumpens lir-rikorrenti.

f’kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat flimkien mal-VAT, drittijiet, taxxi u spejjeż fil-forma ta’ somma f’daqqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-345/19, Santini vs Il-Parlament.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/47


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Puigdemont i Casamajó and Comín i Oliveres vs Il-Parlament

(Kawża T-388/19)

(2019/C 270/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Carles Puigdemont i Casamajó (Waterloo, il-Belġju) u Antoni Comín i Oliveres (Waterloo) (rappreżentanti: P. Bekaert, lawyer, B. Emmerson QC, G. Boye u S. Bekaert, lawyers)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament dwar iċ-ċaħda tal-aċċess tar-rikorrenti għas-servizz speċjali ta’ akkoljenza implimentat għall-membri tal-Parlament eletti u l-istruzzjoni tal-President tal-Parlament tad-29 ta’ Mejju 2019, li pprekludewhom milli jissottomettu d-dikjrazzjoni bil-miktub meħtieġa skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta’ Proċedura;

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament, kif ikkonfermata bl-ittra mingħajr bażi legali tal-President tal-Parlament tas-27 ta’ Ġunju 2019, dwar in-nuqqas li tittieħed nota tar-riżultati tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Mejju 2019 li ġew iddikjarati uffiċjalment minn Spanja, u d-deċiżjoni sussegwenti li tittieħed nota ta’ lista differenti u inkompleta ta’ deputati eletti nnotifikata fis-17 ta’ Ġunju 2019 mill-awtoritajiet Spanjoli, li ma tinkludix lir-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament li qieset li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Elettorali Spanjola tal-20 ta’ Ġunju 2019 iċċaħħad minn effett id-dikjarazzjoni tar-rikorrenti bħala deputati tal-Parlament eletti, ewkiparabbli għal dikjarazjoni illegali ta’ post vakanti li tikser l-Artikolu 13 tal-Att Elettorali tal-1976, attribwibbli lill-Parlament;

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament, kif ikkonfermata bl-ittra mingħajr bażi legali tal-President tal-Parlament tas-27 ta’ Ġunju 2019, dwar ir-rifjut li jiġi ggarantit, skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, id-dritt lir-rikorrenti li jpoġġu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu billi jgawdu d-drittijiet kollha marbuta magħhom b’effett mid-data tal-ewwel seduta u sakemm tingħata deċiżjoni dwar il-kontestazzjonijiet li tressqu kemm quddiem il-Parlament kif ukoll l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Spanja;

tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament, kif ikkonfermata bl-ittra mingħajr bażi legali tal-President tal-Parlament tas-27 ta’ Ġunju 2019, dwar ir-rifjut li jiġu kkonfermati l-privileġġi u l-immunitajiet tar-rikorrenti skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 7) fuq il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-Artikolu 8 tar-Regoli ta’ Proċedura;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha tal-proċedura preżenti u tordnah jikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu mġarrab, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE: it-telf tas-salarju mensili mogħti lill-membri tal-Parlament Ewropew, flimkien ma’ 1 EUR simbolika għad-dannu morali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-Parlament dwar iċ-ċaħda tal-aċċess tar-rikorrenti għas-servizz speċjali ta’ akkoljenza implimentat għall-membri tal-Parlament eletti u l-istruzzjoni tal-President tal-Parlament tad-29 ta’ Mejju 2019, jiksru l-Artikoli 20, 21 u 39(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”).

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-Parlament dwar in-nuqqas li tittieħed nota tar-riżultati tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Mejju 2019 li ġew iddikjarati uffiċjalment minn Spanja, u d-deċiżjoni sussegwenti li tittieħed nota ta’ lista differenti u inkompleta ta’ deputati eletti nnotifikata fis-17 ta’ Ġunju 2019 mill-awtoritajiet Spanjoli, li ma tinkludix lir-rikorrenti, jiksru l-Artikolu 12 tal-Att Elettorali tal-1976 u l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2018/937 (1), flimkien mal-Artikolu 39(2) tal-Karta, l-Artikolu 10(1) u (2) TUE, l-Artikolu 14(2) u (3) TUE u l-Artikolu 1(3) tal-Att Elettorali tal-1976.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-Parlament li qieset li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Elettorali Spanjola tal-20 ta’ Ġunju 2019 iċċaħħad minn effett id-dikjarazzjoni tar-rikorrenti bħala deputati tal-Parlament eletti, ewkiparabbli għal dikjarazjoni illegali ta’ post vakanti li tikser l-Artikolu 13 tal-Att Elettorali tal-1976, attribwibbli lill-Parlament, tikser l-Artikoli 6(2), (8) u 13 tal-Att Elettorali tal-1976, flimkien mal-Artikolu 39(2) tal-Karta, l-Artikolu 10(1) u (2) TUE, l-Artikolu 14(2) u (3) TUE u l-Artikolu 1(3) tal-Att Elettorali tal-1976.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-Parlament dwar ir-rifjut li jiġi ggarantit, skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, id-dritt lir-rikorrenti li jpoġġu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu billi jgawdu d-drittijiet kollha marbuta magħhom b’effett mid-data tal-ewwel seduta u sakemm tingħata deċiżjoni dwar il-kontestazzjonijiet li tressqu kemm quddiem il-Parlament kif ukoll l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Spanja, tikser l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew u l-Artikoli 5(1) u 12 tal-Att Elettorali tal-1976, flimkien mal-Artikolu 39(2) tal-Karta, l-Artikolu 10(1) u (2) TUE, l-Artikolu 14(2) u (3) TUE u l-Artikolu 1(3) tal-Att Elettorali tal-1976.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-President dwar ir-rifjut li jiġu kkonfermati l-privileġġi u l-immunitajiet tar-rikorrenti skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 7) fuq il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, tikser l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, l-Artikolu 6(2) tal-Att Elettorali tal-1976 u l-Artikolu 9 tal-imsemmi protokoll flimkien mal-Artikolu 39(2) tal-Karta, l-Artikolu 10(1) u (2) TUE, l-Artikolu 14(2) u (3) TUE u l-Artikolu 1(3) tal-Att Elettorali tal-1976.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2018/937 tat-28 ta’ Ġunju 2018 li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (ĠU L 165I, 2.7.2018, p. 1)


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/48


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2019 — Coppo Gavazzi vs Il-Parlament

(Kawża T-389/19)

(2019/C 270/50)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Maria Teresa Coppo Gavazzi (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti jew tannulla b’mod sħiħ l-att li informa lir-rikorrenti, taħt il-forma tal-komunikazzjoni kkontestata tal-Parlament Ewropew li tiddetermina mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni marbuta mal-waqfien tal-attività u li tordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tal-kalkolu tal-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha miżmuma indebitament, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data tat-tnaqqis imwettaq f’ras il-għajn, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jadotta kull inizjattiva, att jew miżura neċessarja biex jiżgura r-rikostituzzjoni immedjata u sħiħa tal-portata inizjali tal-benefiċċju tal-pensjoni;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra l-att li bih il-Parlament Ewropew iddetermina mill-ġdid id-drittijiet tal-pensjoni marbuta mal-waqfien tal-attività tar-rikorrenti wara d-dħul fis-seħħ, fl-1 ta’ Jannar 2019, tad-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) u ordna l-irkupru tal-ammont imħallas, ittrasferit abbażi tal-kalkolu preċedenti.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att, fuq il-ksur tal-forom proċedurali u fuq il-ksur li jirriżulta minnu tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

F’dan ir-rigward huwa sostnut li l-komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew hija illegali għaliex hija vvizzjata minn difetti serji u nuqqasijiet manifesti, prinċipalment ta’ natura proċedurali u, b’mod partikolari, li d-deċiżjoni ġiet adottata mid-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi u mhux mill-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Parlament Ewropew konformement ma dak li jistabbilixxu l-Artikolu 11a(6), u l-Artikolu 25(3) tar-Regoli Interni tal-Parlament Ewropew. Il-komunikazzjoni hija totalment nieqsa minn motivazzjoni fir-rigward tar-raġunijiet għalfejn ġiet adottata u għalfejn hemm applikazzjoni awtomatika tad-deliberazzjoni Taljana.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali tal-att ikkontestat u fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 75 tal-miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-membri tal-Parlament Ewropew

F’dan ir-rigward huwa sostnut li l-att ikkontestat jindika b’mod żbaljat kif il-bażi legali tal-Anness III tar-Regoli dwar il-ħlas tal-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew (iktar ’il quddiem ir-“Regoli SAM”) u tal-Artikolu 75 tal-miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-membri tal-Parlament Ewropew (iktar ’il quddiem ir-“MAS”). Is-sistema tal-benefiċċji tal-pensjoni prevista mir-Regoli SAM skadiet fl-14 ta’ Lulju 2009 bid-dħul fis-seħħ tal-Istatut tal-membri tal-Parlament Ewropew. Fir-rigward tal-Artikolu 75 tal-MAS, li jirreferi għall-Anness III tar-Regoli SAM, dan ma jawtorizzax lill-Parlament Ewropew jadotta miżuri bħall-miżura kkontestata.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-komunikazzjoni tikser b’mod ċar ir-riżerva ta’ natura legali stabbilita fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 75 tal-MAS, li tirreferi espressament għall-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, liema ħaġa teskludi r-rilevanza ta’ deliberazzjonijiet interni tal-Kamra tad-Deputati ta’ Stat Membru.

F’dan ir-rigward huwa sostnut li l-emendi previsti mid-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) ma ġewx adottati permezz ta’ liġi tal-Istat, iżda permezz ta’ sempliċi deliberazzjoni tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur manifest tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Ewropew, bħall-prinċipju taċ-ċertezza legali, il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u l-prinċipju tal-protezzjoni tad-drittijiet kweżiti, kif ukoll il-prinċipju tal-ugwaljanza.

F’dan ir-rigward huwa sostnut li d-deliberazzjoni kkontestata tikser b’mod serju l-aspettattivi li l-eks deputati setgħu ikollhom fin-natura fissa tad-drittijiet miksuba favurihom, kif ukoll lill-aspettattivi li joriġinaw abbażi tal-kuntest legali fis-seħħ fiż-żmien tal-mandat tagħhom. Barra minn hekk, jidher li t-tnaqqis kunsiderevoli fil-benefiċċju ekonomiku li kien jitħallas lill-eks deputati abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ preċedentement ma huwa sostnut minn ebda motivazzjoni legali xierqa u lanqas minn xi rekwiżit imperattiv kif meħtieġ mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/50


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2019 — Muscardini vs Il-Parlament

(Kawża T-390/19)

(2019/C 270/51)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Cristina Muscardini (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti jew tannulla b’mod sħiħ l-att li informa lir-rikorrenti, taħt il-forma tal-komunikazzjoni kkontestata tal-Parlament Ewropew li tiddetermina mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni marbuta mal-waqfien tal-attività u li tordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tal-kalkolu tal-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha miżmuma indebitament, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data tat-tnaqqis imwettaq f’ras il-għajn, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jadotta kull inizjattiva, att jew miżura neċessarja biex jiżgura r-rikostituzzjoni immedjata u sħiħa tal-portata inizjali tal-benefiċċju tal-pensjoni;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/50


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2019 — Vinci vs Il-Parlament

(Kawża T-391/19)

(2019/C 270/52)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Vinci (Milano, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti jew tannulla b’mod sħiħ l-att li informa lir-rikorrent, taħt il-forma tal-komunikazzjoni kkontestata tal-Parlament Ewropew li tiddetermina mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni marbuta mal-waqfien tal-attività u li tordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tal-kalkolu tal-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha miżmuma indebitament, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data tat-tnaqqis imwettaq f’ras il-għajn, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jadotta kull inizjattiva, att jew miżura neċessarja biex jiżgura r-rikostituzzjoni immedjata u sħiħa tal-portata inizjali tal-benefiċċju tal-pensjoni;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/51


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2019 — Mantovani vs Il-Parlament

(Kawża T-392/19)

(2019/C 270/53)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Agostino Mantovani (Brescia, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ineżistenti jew tannulla b’mod sħiħ l-att li informa lir-rikorrent, taħt il-forma tal-komunikazzjoni kkontestata tal-Parlament Ewropew li tiddetermina mill-ġdid id-drittijiet għall-pensjoni marbuta mal-waqfien tal-attività u li tordna l-irkupru tal-ammont imħallas abbażi tal-kalkolu tal-pensjoni preċedenti;

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas lura l-ammonti kollha miżmuma indebitament, flimkien mal-interessi bir-rata legali mid-data tat-tnaqqis imwettaq f’ras il-għajn, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew jeżegwixxi s-sentenza li għandha tingħata u jadotta kull inizjattiva, att jew miżura neċessarja biex jiżgura r-rikostituzzjoni immedjata u sħiħa tal-portata inizjali tal-benefiċċju tal-pensjoni;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-389/19, Coppo Gavazzi vs Il-Parlament.


12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/52


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2019 — Iccrea Banca vs CRU

(Kawża T-400/19)

(2019/C 270/54)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Iccrea Banca SpA Istituto Centrale del Credito Cooperativo (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: P. Messina, F. Isgrò u A. Dentoni Litta, avukati)

Konvenut: Comitato di risoluzione unico

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

A)

Prinċipalment:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/ES/SRF/2019/10 tas-16 ta’ April 2019 u, jekk ikun il-każ, tal-annessi tagħha, kif ukoll id-deċiżjonijiet ulterjuri eventwali tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, anki jekk għadhom mhux magħrufa, li fuq il-bażi tagħhom il-Banca d’Italia adotta d-deċiżjonijiet Nru 0543938/19 tal-24 ta’ April 2019 u Nru 0733800/19 tas-7 ta’ Ġunju 2019,

tikkumpensa lil Iccrea Banca għad-dannu kkawżat lilu mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu ta’ ffissar tal-kontribuzzjonijiet dovuti mir-rikorrent, liema danni jikkonsistu fil-pagamenti ewlenin sostnuti minn Iccrea Banca.

B)

Sussidjarjament, fil-każ li d-domandi prinċipali kellhom jiġu miċħuda:

tiddikjara l-Artikolu 5(1)(a) u (f) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (1) invalidu minħabba ksur tal-prinċipji fundamentali tad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzojni u ta’ proporzjonalità, hekk kif stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE u interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

C)

Fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa dirett kontra d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/ES/SRF/2019/10 tas-16 ta’ April 2019 u l-annessi tagħha kif ukoll id-deċiżjonijiet ulterjuri eventwali tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, anki jekk għadhom mhux magħrufa, li fuq il-bażi tagħhom ġew iddeterminati l-kontribuzzjonijiet dovuti mir-rikorrent taħt ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ istruttorja, fuq żball ta’ evalwazzjoni fattwali, ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament 2015/63 kif ukoll fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ amministrazzjoni tajba.

Ir-rikorrent isostni f’dan ir-rigward li l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni wettaq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament 2015/63 billi wettaq il-kalkoli tal-kontribuzzjonijiet dovuti mir-rikorrent, inkwantu ma ħax inkunsiderazzjoni l-applikazzjoni tal-passiv fi ħdan il-grupp.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ istruttorja, fuq żball ta’ evalwazzjoni fattwali, ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 5(1)(f) tar-Regolament 2015/63 kif ukoll fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ amministrazzjoni tajba.

Ir-rikorrent isostni f’dan ir-rigward li l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni wettaq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 5(1)(f) tar-Regolament 2015/63 billi ħoloq sitwazzjoni ta’ kontabbiltà doppja.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-aġir illegali ta’ organu tal-Unjoni li jagħti lok għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tiegħu, taħt l-Artikolu 268 TFUE.

Ir-rikorrent isostni f’dan ir-rigward li l-aġir tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni jġorr l-elementi kollha sa minn dejjem meħtieġa mill-ġurisprudenza Ewropea sabiex din it-talba titressaq, jiġifieri l-illegalità tal-aġir li bih l-istituzzjonijiet huma akkużati, dannu effettiv u rabta kawżali bejn l-aġir u d-dannu.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat, sussidjarjament u b’mod inċidentali, fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ effettività, ta’ ekwivalenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament, li jagħtu lok għan-nuqqas ta’ applikabbiltà tar-Regolament 2015/63.

Ir-rikorrent isostni f’dan ir-rigward li l-kuntrarjetà eventwali bejn l-imsemmi regolament u s-sitwazzjoni tar-rikorrent tkun tikser il-prinċipji ddikjarati iktar ’il fuq inkwantu persuni li jkunu jinsabu fl-istess sitwazzjoni fattwali bħal Iccrea jkunu suġġetti għal tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet, liema fatt jippreġudika illegalment is-sitwazzjoni tar-rikorrent u jkollu bħala konsegwenza li sitwazzjonijiet analogi jiġu ttrattati b’modi differenti.


(1)  ĠU 2015, L 11, p. 44, u r-Rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38.