ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 269

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
12 ta' Awwissu 2019

Werrej

Paġna

II   Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 269/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9448 — Hitachi/Chassis Brakes International) ( 1 )

1

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 269/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2019/C 269/03

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi

3

V   Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 269/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9493 — Triton/Aleris) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

4

2019/C 269/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9498 — Sumitomo/TTA/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/1

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9448 — Hitachi/Chassis Brakes International)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 269/01)

Fl-1 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9448. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/2

Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta’ Awwissu 2019

(2019/C 269/02)

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1198

JPY

Yen Ġappuniż

118,51

DKK

Krona Daniża

7,4631

GBP

Lira Sterlina

0,92820

SEK

Krona Żvediża

10,6972

CHF

Frank Żvizzeru

1,0897

ISK

Krona Iżlandiża

137,30

NOK

Krona Norveġiża

9,9588

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,828

HUF

Forint Ungeriż

324,78

PLN

Zloty Pollakk

4,3191

RON

Leu Rumen

4,7264

TRY

Lira Turka

6,1452

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6452

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4796

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7790

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7254

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5481

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 356,25

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,0060

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9039

HRK

Kuna Kroata

7,3915

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 889,96

MYR

Ringgit Malażjan

4,6858

PHP

Peso Filippin

58,207

RUB

Rouble Russu

73,2133

THB

Baht Tajlandiż

34,400

BRL

Real Brażiljan

4,3994

MXN

Peso Messikan

21,7803

INR

Rupi Indjan

79,2935

(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/3

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi

(2019/C 269/03)

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-prospettar għall-idrokarburi fil-blokk F14, kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 tar-Regolament tal-Minjieri (Mijnbouwregeling) (il-Gazzetta tal-Gvern (Staatscourant) 2014, Nru 4928).

B’referenza għad-Direttiva msemmija fil-preambolu u fl-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Minjieri (Mijnbouwwet) (il-Bullettin tal-Atti u d-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika b’dan jistieden lill-partijiet interessati biex iressqu applikazzjonijiet kompetittivi għall-awtorizzazzjoni tal-prospettar għall-idrokarburi fil-blokka F14 tal-blata kontinentali tan-Netherlands.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1) u (2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att dwar il-Minjieri (il-Bullettin tal-Atti u d-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu waqt it-13-il ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jiġu indirizzati lil:

Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika

attn.: Is-Sur J.L. Rosch, Direttorat għas-Sħana u r-Riżorsi ta’ Taħt l-Art

Posta elettronika: mijnbouwaanvragen@minezk.nl

L-applikazzjonijiet li jaslu wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu mhux se jiġu kkunsidrati.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni se tittieħed, fil-prinċipju, sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb billi ċċempel lis-Sa I.V.M Damhuis fuq dan in-numru tat-telefon: +31 703796011.

V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/4

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9493 — Triton/Aleris)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 269/04)

1.   

Fil-5 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Triton Managers V Limited (Jersey) u Triton Fund V GP S.à.r.l. (il-Lussemburgu), li jappartjenu għall-grupp Triton ta’ fondi ġestiti (“Triton”, il-Lussemburgu),

Aleris Healthcare AB u Aleris Imaging AB (flimkien “Aleris”, l-Iżvezja).

Triton takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Aleris.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Triton: ditta ta’ investiment li tinvesti primarjament f’pajjiżi li jitkellmu l-Ġermaniż, fil-pajjiżi Nordiċi, ir-reġjun tal-Benelux, Franza, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit,

—   Aleris: fornitur privat Skandinavu ta’ kura tas-saħħa speċjalizzata li joffri kura ta’ speċjalisti versatili u servizzi ta’ dijanjożi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti possibbli tagħhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9493 — Triton/Aleris

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.

12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/6

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9498 — Sumitomo/TTA/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 269/05)

1.   

Fil-5 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Sumitomo Corporation (“SC”, il-Ġappun)

PT Tuah Turangga Agung (“TTA”, l-Indoneżja), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn Jardine Matheson Holdings Limited (iċ-Ċina),

Il-kumpanija joint venture (il-“JV”, Singapore).

SC u TTA jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma fil-kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   SC: attivitajiet integrati ta’ kummerċ u investiment fil-Ġappun u madwar id-dinja, b’mod partikulari kummerċ ta’ prodotti tal-metal, trasport u kostruzzjoni ta’ sistemi, ambjent u infrastruttura, kimiċi u elettronika, il-media, networks u prodotti marbuta mal-istil ta’ ħajja, riżorsi minerali, l-enerġija u xjenza tal-ħajja,

—   TTA: tħaffir u kummerċ tal-faħam, fl-Asja,

—   il-JV: kummerċ tal-faħam termali, predominatement fl-Asja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti possibbli tagħhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9498 — Sumitomo/TTA/JV